ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 440

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
18 ta' Diċembru 2020


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Interactio — Laqgħa ibrida — Il-140 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 12.10.2020–14.10.2020

2020/C 440/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Il-Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-2020 — L-awtoritajiet lokali u reġjonali li qed jiffaċċjaw il-COVID-19 u jibnu l-irkupru

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Interactio — Laqgħa ibrida — Il-140 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 12.10.2020–14.10.2020

2020/C 440/02

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Kundizzjonijiet tal-għajxien indaqs bħala kompitu komuni għal-livelli kollha ta’ amministrazzjoni fl-Ewropa

4

2020/C 440/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-implimentazzjoni u l-perspettivi futuri għall-kura tas-saħħa transkonfinali

10

2020/C 440/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Mekkaniżmu tal-UE għall-Emerġenzi tas-Saħħa

15

2020/C 440/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Bliet u reġjuni bijodiversi lil hinn mill-2020 fil-COP 15 tal-KDB tan-NU u fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030

20

2020/C 440/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-Rapport dwar l-Ostakli għas-Suq Uniku u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Infurzar tas-Suq Uniku

27

2020/C 440/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tibdil demografiku: proposti dwar il-kejl u l-indirizzar tal-effetti negattivi tiegħu fir-reġjuni tal-UE

33

2020/C 440/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ewropa soċjali b’saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti

42

2020/C 440/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-djalogu permanenti maċ-ċittadini

49

2020/C 440/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE fir-rigward tal-bidla ekonomika intelliġenti u innovattiva fir-reġjuni fl-isfond tal-kriżi tal-coronavirus

54

2020/C 440/11

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija għall-SMEs

60

2020/C 440/12

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-isfidi għad-demokrazija lokali fil-Balkani tal-Punent

66

2020/C 440/13

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija għall-ġejjieni diġitali tal-Ewropa u Strateġija għad-data

71

2020/C 440/14

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali — Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja

79

2020/C 440/15

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali u l-impatt tagħha fuq il-politiki reġjonali bbażati fuq il-post

87

2020/C 440/16

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020–2025

92

2020/C 440/17

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Patt Klimatiku Ewropew

99

2020/C 440/18

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni Ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari

107

2020/C 440/19

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn użu sostenibbli tar-riżorsi naturali fil-gżejjer tal-Mediterran

114

2020/C 440/20

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tiġdid tal-Karta ta’ Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli

119

2020/C 440/21

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa

125


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Interactio — Laqgħa ibrida — Il-140 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 12.10.2020–14.10.2020

2020/C 440/22

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Programm l-UE għas-Saħħa

131

2020/C 440/23

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili msaħħaħ

150

2020/C 440/24

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ rkupru għall-Ewropa li jindirizza l-pandemija tal-COVID-19: Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u Strument ta’ Appoġġ Tekniku

160

2020/C 440/25

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Is-Sena Ewropea tal-Ferroviji 2021

183

2020/C 440/26

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-pakkett REACT-EU

191


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Interactio — Laqgħa ibrida — Il-140 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 12.10.2020–14.10.2020

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Il-Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-2020 — L-awtoritajiet lokali u reġjonali li qed jiffaċċjaw il-COVID-19 u jibnu l-irkupru

(2020/C 440/01)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

wara li kkunsidra r-rapport tiegħu: “Il-Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-2020”, ibbażat fuq approċċ inklużiv, fattwali u xprunat mill-evidenza, li jinvolvi msieħba u istituzzjonijiet varji;

billi l-għan tar-rapport huwa li jirrifletti dwar id-dimensjoni reġjonali u lokali tal-Istat tal-Unjoni, jipprovdi evidenza dwar l-aktar sfidi urġenti għas-sena li ġejja lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, u joffri rakkomandazzjonijiet ewlenin biex jixprunaw ir-risponsi politiċi tal-Ewropa. Dawn ir-rakkomandazzjoni għandhom jippermettu dibattiti miftuħa u inklużivi fil-livelli kollha sabiex jiġu spjegati l-għażliet li għandhom isiru biex tiżdied il-leġittimità tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu;

billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fuq quddiem nett fil-ġestjoni tal-kriżijiet, fid-dawl tal-fatt li huma responsabbli għall-aspetti kritiċi tal-miżuri ta’ konteniment, tal-kura tas-saħħa, tas-servizzi soċjali u tal-iżvilupp ekonomiku, peress li dawn ir-responsabbiltajiet huma kondiviżi bejn il-livelli differenti ta’ governanza fl-Istati Membri;

billi l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 huwa varjat ħafna, b’dimensjoni territorjali b’saħħitha li għandha konsegwenzi importanti għall-ġestjoni tal-kriżijiet u r-risponsi tal-politika;

billi l-gvernijiet sottonazzjonali qed jaqdu rwol ewlieni fil-ġestjoni tal-kriżi tal-COVID-19 kemm permezz tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet ta’ politika tagħhom stess, kif ukoll permezz tal-implimentazzjoni ta’ politiki deċiżi f’livelli oħra ta’ governanza;

1.

jenfasizza l-importanza tal-governanza f’diversi livelli u l-ħtieġa għal koordinazzjoni fil-ġestjoni tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza u l-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tas-saħħa biex jiġi żgurat rispons koerenti u effiċjenti għal kriżijiet futuri;

2.

jenfasizza li skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar f’Settembru 2020 f’isem il-KtR dwar il-fehmiet taċ-ċittadini tal-UE dwar il-kriżi tal-coronavirus u r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, dawn tal-aħħar għadhom l-aktar livell ta’ governanza fdat fl-UE (52 %) kif ukoll l-aktar livell fdat (48 %) biex jieħu, issa u fil-futur, il-miżuri adatti biex jingħeleb l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-coronavirus. Maġġoranza ċara tal-Ewropej (58 %) tqis ukoll li influwenza akbar tal-awtoritajiet reġjonali u lokali jkollha impatt pożittiv fuq il-kapaċità tal-UE li ssolvi l-problemi, u din hija l-fehma tal-maġġoranza fl-Istati Membri kollha;

3.

jenfasizza li l-kriżi wasslet għal żieda fin-nefqa u tnaqqis fid-dħul tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jirċievu biżżejjed riżorsi mill-gvernijiet ċentrali u mil-livell tal-UE sabiex isaħħu s-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom issa u fit-tul. Id-disparitajiet reġjonali fis-sistemi tas-saħħa u l-konġestjonijiet fit-tħejjija għall-emerġenzi għandhom jiġu indirizzati mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Il-programm l-UE għas-Saħħa, u l-miżuri ta’ riżerva u ta’ flessibbiltà ta’ rescEU għandhom jikkomplementaw dawn l-isforzi;

4.

jenfasizza li l-Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-2020 juri li l-kriterji għall-għoti ta’ finanzjament għandhom ikunu sensittivi għar-reġjuni u bbażati fuq sett komprensiv ta’ indikaturi li jirriflettu l-livelli differenti ta’ esponiment u vulnerabbiltà, inkluż it-telf tal-PDG mill-bidu tal-kriżi ’l hawn, fuq is-sehem tas-setturi f’riskju, id-dipendenza mit-turiżmu, il-kummerċ u t-trasport transkonfinali u internazzjonali, u fuq is-sehem tal-persuni li jaħdmu għal rashom u l-SMEs fl-ekonomija tar-reġjun;

5.

jenfasizza li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza bħala l-qalba tal-pjan ta’ rkupru tal-UE ma tridx tinjora d-dimensjoni territorjali: il-gvernijiet sottonazzjonali jeħtiġilhom ikunu involuti mill-qrib fit-tħejjija tal-pjani nazzjonali u jfasslu l-pjani ta’ rkuprru reġjonali u lokali tagħhom stess b’mod koerenti mal-pjani tal-UE u dawk nazzjonali. Is-Semestru Ewropew – bħala l-mekkaniżmu ta’ governanza tal-Faċilità – jrid jinkorpora Kodiċi ta’ Kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, skont il-prinċipji tas-sħubija u tas-sussidjarjetà attiva;

6.

itenni li l-SMEs u s-setturi li l-aktar li ntlaqtu, bħat-trasport, it-turiżmu u s-settur tal-kultura, jeħtieġu aċċess għal varjetà ta’ appoġġ finanzjarju sostenibbli, pereżempju għotjiet pubbliċi, kapital ta’ riskju, u aċċess għal kreditu b’kundizzjonijiet ta’ ripagament fuq żmien twil;

7.

jafferma mill-ġdid il-ħtieġa ta’ ftehim rapidu dwar l-istrument ta’ rkupru l-ġdid (u l-QFP) sabiex ir-riżorsi jkunu jistgħu jiġu mobilizzati malajr biex jiġu indirizzati l-effetti negattivi tal-kriżi, b’appoġġ għall-ekonomija u l-ħolqien tal-impjiegi fil-livell lokali;

8.

jenfasizza li l-inugwaljanzi soċjali, interġenerazzjonali u bejn il-ġeneri ġew aggravati b’mod drammatiku bl-impatt devastanti tal-COVID-19 fl-Ewropa, u dan dgħajjef deċennju ta’ progress f’sitt xhur biss. Għalhekk, politiki mmirati, ambizzjużi u ffinanzjati b’mod adegwat li jibbilanċjaw il-prijoritajiet ekonomiċi, soċjali u tas-saħħa jridu jiffurmaw il-bażi tal-irkupru Ewropew biex jiġu limitati l-konsegwenzi fit-tul ta’ din il-pandemija;

9.

jenfasizza li l-abitanti tal-bliet u r-reġjuni l-aktar mhedda mit-tibdil fil-klima, ambjent deterjorat u ekosistemi naturali mdgħajfa jiffaċċjaw riskju ogħla ta’ esponiment għat-tixrid ta’ patoġeni. Jinsisti, għalhekk, li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jużaw il-kriżi attwali bħala opportunità biex jikkombinaw l-irkupru ta’ wara l-pandemija ma’ tranżizzjoni aċċellerata biex l-Unjoni Ewropea ssir newtrali għall-klima sal-2050;

10.

iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jiżguraw integrazzjoni aħjar tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) fi ħdan Semestru Ewropew imġedded, ibbażat fuq id-dimensjoni territorjali u riformat sabiex ikun hemm rabta aktar effettiva bejn il-pjan ta’ rkupru, il-Patt Ekoloġiku u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

11.

jenfasizza li l-kriżi bidlet l-aċċess għal teknoloġiji u infrastruttura tal-informazzjoni aġġornati f’riżorsa saħansitra aktar kritika, u jappella sabiex jiġi indirizzat id-“distakk diġitali”, bil-għan li tinkiseb konnettività għolja għar-reġjuni u l-bliet kollha tal-UE – inklużi ż-żoni rurali, periferiċi u ġeografikament żvantaġġati – u li jiġi żgurat li l-persuni ta’ kull età u minn kull sfond soċjoekonomiku jkunu jistgħu jadattaw għall-kriżi u d-dinja tax-xogħol li qed tinbidel;

12.

jiddeplora l-fatt li l-miżuri l-ġodda biex itejbu l-flessibbiltà u jaċċelleraw l-użu tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni għandhom ir-riskju ta’ aktar ċentralizzazzjoni fil-livell tal-Istati Membri; jitlob għalhekk li kwalunkwe riallokazzjoni tar-riżorsi u kull bidla fil-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jitwettqu f’konformità mal-prinċipji tas-sħubija, tas-sussidjarjetà u tal-governanza f’diversi livelli, u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet dwar il-programmar [mill-ġdid] tal-investiment taħt REACT-EU. Jenfasizza li l-flessibbiltà, b’mod partikolari s-sospensjoni tal-konċentrazzjoni tematika, għandha tibqa’ ta’ natura temporanja, u għandu jiġi previst ritorn għar-regoli ordinarji għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni hekk kif il-kundizzjonijiet jippermettu;

13.

jirrimarka li r-reġjuni bl-ogħla numru ta’ anzjani (jiġifieri dawk li għandhom aktar minn 65 sena) intlaqtu partikolarment ħażin mit-tifqigħa tal-COVID-19 u li l-persuni minn dan il-grupp ta’ età huma dawk l-aktar f’riskju li jieħdu l-virus. Għalhekk jenfasizza l-ħtieġa kostanti li jsir skambju tal-aħjar prattiki dwar kif għandhom jiġu protetti b’mod effettiv l-anzjani, inkluż billi jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għat-telemediċina;

14.

jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-għadd ta’ strumenti ta’ appoġġ u modifiki għar-regoli eżistenti u futuri dwar l-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, tiżgura li jkun hemm biżżejjed ċarezza fir-rigward tal-interazzjoni bejn mekkaniżmi ġodda differenti bħal REACT-EU, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza minn naħa waħda, u l-iskemi nazzjonali u tal-UE eżistenti min-naħa l-oħra, biex jiġu evitati kumplessità addizzjonali u rati ta’ assorbiment potenzjalment baxxi; jenfasizza f’dan ir-rigward li l-qbil dwar pakketti finanzjarji kbar mhuwiex biżżejjed u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu wkoll żmien biżżejjed biex iressqu programmi u proġetti, pereżempju għall-programm REACT-EU;

15.

jinnota bi tħassib li l-kriżi poġġiet lis-suq uniku taħt pressjoni, bi tfixkil għall-moviment liberu tal-persuni, il-merkanzija u s-servizzi, li ħalla impatt qawwi fuq l-SMEs u affettwa l-ħajja taċ-ċittadini kollha tal-UE b’mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntiera; jilqa’ l-flessibbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u jinnota li jridu jiġu stabbiliti miżuri biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku fi kriżijiet futuri;

16.

jenfasizza li l-finanzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huma mhedda serjament mill-kriżi, u dan jipperikola l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi pubbliċi siewja; itenni li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu regoli baġitarji ġodda u aktar intelliġenti kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew, u regola tad-deheb dwar l-investiment sostenibbli biex jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi u l-investiment lokali jitqiesu bħala essenzjali biex jinbnew ekonomiji u soċjetajiet aktar kompetittivi, reżiljenti u sostenibbli;

17.

jinnota li l-COVID-19 wasslet lill-gvernijiet – kemm fl-UE kif ukoll barra minnha – biex jippromulgaw miżuri stretti li jaffettwaw il-libertajiet taċ-ċittadini, u li kellu jinstab bilanċ kumpless biex jiġu ppreservati d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-fiduċja fl-istituzzjonijiet filwaqt li jsir sforz biex titrażżan il-pandemija. Dawn iż-żminijiet ta’ sfida jistgħu jinbidlu f’opportunità biex tissaħħaħ id-demokrazija lokali u biex nirriflettu b’mod kollettiv dwar il-valuri li fuqhom hija msejsa l-Ewropa matul il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa;

18.

jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat ir-rapport dwar il-Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-2020 u din ir-riżoluzzjoni lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill Ewropew, kif ukoll lill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tas-27 Stat Membru tal-UE; u jħeġġeġ lill-politiċi eletti reġjonali u lokali fl-Ewropa biex ixerrdu r-rapport liċ-ċittadini u lill-midja lokali.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Interactio — Laqgħa ibrida — Il-140 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 12.10.2020–14.10.2020

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/4


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Kundizzjonijiet tal-għajxien indaqs bħala kompitu komuni għal-livelli kollha ta’ amministrazzjoni fl-Ewropa

(2020/C 440/02)

Relatur:

Bernd LANGE (DE/PPE) Kap fid-Distrett Amministrattiv ta’ Görlitz

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali li qed jikbru fi ħdan l-Istati Membri tal-UE u bejniethom. L-iktar żviluppi reċenti fl-Ewropa wrew li qed jiżdiedu d-differenzi bejn iż-żoni u bejn il-persuni f’termini ta’ żvilupp ekonomiku, l-impjiegi u l-benesseri. Dawn id-differenzi jseħħu fil-livelli kollha, mil-livell sublokali sa dak Ewropew, u laħqu livell kritiku. Id-dibattitu li għaddej dwar postijiet abbandunati jew minsija juri b’mod ċar li hemm bżonn ta’ approċċ aktar ibbażat fuq il-post biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-iżvilupp ta’ dawn il-postijiet;

2.

Jirrimarka li l-pandemija tal-COVID-19 fl-Istati Membri qed tkompli taggrava l-isfidi eżistenti b’riżultat tal-kriżi fil-parti l-kbira tar-reġjuni. Il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali u l-prerekwiżiti għall-irkupru li jirriżultaw ivarjaw ħafna bejn ir-reġjuni;

3.

Itenni li, għal din ir-raġuni, il-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali skont l-Artikolu 174 tat-TFUE għandha tibqa’ prijorità għolja għall-Unjoni Ewropea. Minbarra l-politika reġjonali Ewropea u l-politika agrikola komuni, jeħtieġ li l-oqsma ta’ politika l-oħra kollha (pereżempju l-politika dwar it-trasport, l-ambjent u l-enerġija) tal-Unjoni jikkontribwixxu għal dan l-għan orizzontali; dan jgħodd ukoll b’mod partikolari għall-miżuri tal-UE fir-rigward tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u d-diġitalizzazzjoni ulterjuri;

4.

Ifakkar fis-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi rikonoxxuta fl-Artikolu 349 tat-TFUE, u jinsisti fuq l-impenn tal-UE għall-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni permezz ta’ miżuri speċifiċi, għall-benefiċċju tagħhom u tal-UE kollha kemm hi;

5.

Jenfasizza li fl-2017 fl-UE, terz tal-popolazzjoni kienet tgħix fi bliet kbar b’aktar minn 100 000 abitant, fi bliet b’daqs ta’ 10 000 sa 100 000 abitant, kif ukoll fi bliet żgħar u żoni rurali b’anqas minn 10 000 abitant (1). Fil-linji gwida tagħha (2), il-President tal-Kummissjoni Ewropea fakkret li 50 % tal-Ewropej jgħixu f’komunitajiet lokali f’żoni rurali;

6.

Jirrimarka li, fil-passat, il-politika strutturali Ewropea indirizzat l-aktar il-koeżjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali (klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) 1 jew 2), iżda l-effetti tal-miżuri fuq il-livelli lokali sottostanti mhux dejjem ġew eżaminati u meqjusa biżżejjed;

7.

Jinnota li fis-snin reċenti (3) ġiet osservata żieda qawwija fil-flussi ta’ migrazzjoni netti miż-żoni rurali għal dawk urbani f’diversi Stati Membri u reġjuni u jqis li l-politiki tal-UE għandhom jikkontribwixxu għall-isfidi u l-opportunitajiet, li jirriżultaw minn dan;

8.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li migrazzjoni kontinwa lejn żoni metropolitani f’diversi postijiet twassal għal sfidi sinifikanti għaċ-ċentri urbani rispettivi, bħal pereżempju nuqqas ta’ spazju ta’ akkomodazzjoni, żieda fil-kirjiet, piż żejjed fuq l-infrastruttura pubblika u problemi soċjali. B’riżultat ta’ dan, jeżistu sfidi kbar fiż-żoni rurali għal bliet u komunitajiet żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll għall-kumpaniji stabbiliti hemmhekk. Iż-żamma ta’ infrastruttura pubblika u l-finanzjament tas-servizzi pubbliċi se jiddgħajfu minħabba għadd iżgħar ta’ utenti li, barra minn hekk, kulma jmur huma akbar fl-età u għaldaqstant jeħtieġu aktar servizzi, filwaqt li ħafna drabi l-kumpaniji jiffaċċjaw nuqqas ta’ ħaddiema kkwalifikati;

9.

Hawnhekk jirreferi għall-Opinjoni tal-KtR li qed titħejja dwar It-tibdil demografiku: proposti dwar il-kejl u l-indirizzar tal-effetti negattivi tiegħu fir-reġjuni tal-UE (4) u l-Opinjoni tal-KtR dwar L-isfidi tar-reġjuni metropolitani u l-pożizzjoni tagħhom fil-politika ta’ koeżjoni futura ta’ wara l-2020 (5);

10.

Jinnota li l-ewwel waħda mis-sitt prijoritajiet stabbiliti fl-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea 2020 hija l-promozzjoni ta’ żvilupp territorjali poliċentriku u bbilanċjat (6), u li dan l-objettiv huwa wkoll prijorità fl-abbozz tal-Aġenda Territorjali 2030;

11.

Jinnota li attwalment m’hemm l-ebda approċċ orizzontali fil-livell tal-Unjoni Ewropea mmirat biex inaqqas l-inċentivi għal migrazzjoni u urbanizzazzjoni mhux ikkontrollata jew deurbanizzazzjoni billi jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien fiż-żoni kollha;

12.

Jafferma mill-ġdid ir-rilevanza għolja tal-għan 11 “Bliet u Komunitajiet Sostenibbli” tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDG), li għandhom ikunu applikabbli għal kull tip ta’ lokalità;

13.

Jemmen li l-aċċess universali għall-komponenti tal-infrastruttura pubblika, kif ukoll id-disponibbiltà universali tal-infrastruttura tan-network pubbliku u l-eżistenza ta’ servizzi pubbliċi universali, huma prerekwiżit essenzjali għal kundizzjonijiet tal-għajxien ta’ kwalità għolja u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni kollha tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-kuntest, jiġi mfakkar li l-kundizzjonijiet strutturali jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri individwali kif ukoll fi ħdanhom u saħansitra fi ħdan ir-reġjuni;

14.

Huwa tal-fehma li miżuri meħuda mill-Unjoni Ewropea għandhom ikunu bbilanċjati bejn l-appoġġ mogħti lil żoni urbani b’popolazzjoni densa, u żoni rurali, li ta’ spiss tqiesu l-aktar minn perspettiva agrikola. Jiddispjaċih, f’dan is-sens, dwar l-intervent komparattivament baxx tal-FSE u l-FEŻR f’żoni rurali (7) (8);

15.

Jibża’ li l-kriżi tal-coronavirus se tagħmel il-provvista u ż-żamma tal-infrastruttura pubblika u t-twassil ta’ servizzi pubbliċi saħansitra aktar diffiċli, b’mod partikolari fi bliet u reġjuni iżgħar, remoti u iżolati u finanzjarjament aktar dgħajfa, minħabba li dawk l-awtoritajiet lokali x’aktarx ikunu affettwati b’mod partikolari minn tnaqqis fid-dħul mit-taxxa. Dan għandu javvanza aktar l-iżviluppi kontradittorji tas-snin preċedenti; jenfasizza li tnaqqis tal-investiment pubbliku fl-infrastruttura u fis-servizzi ġeneralment għandu impatt aktar serju fuq il-gruppi tal-popolazzjoni li huma partikolarment vulnerabbli;

Strateġiji nazzjonali għal żvilupp territorjali bbilanċjat

16.

Huwa tal-fehma li l-politiki tal-Unjoni Ewropea u dawk tal-Istati Membri għandhom dejjem jikkomplementaw lil xulxin. Fl-ebda ċirkostanza ma għandhom jikkontradixxu lil xulxin jew isegwu għanijiet opposti; jenfasizza għalhekk li r-regolamentazzjoni żejda mill-Istati Membri għandha tiġi evitata meta jiġu trasposti d-direttivi tal-UE fil-liġi nazzjonali;

17.

Jistieden għalhekk lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex ikomplu jiżviluppaw il-politiki nazzjonali ta’ koeżjoni u biex jgħaqqduhom mal-isforzi fil-livell Ewropew fl-ispirtu tal-prinċipju tas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli;

18.

Jirrimarka, f’dan ir-rigward, li diġà hemm approċċi fil-livell nazzjonali f’diversi Stati Membri biex tinkiseb politika strutturali bbilanċjata li hija maħsuba għall-benefiċċju tal-lokalitajiet kollha. Filwaqt li xi Stati Membri qed jipproponu prinċipji ġenerali għall-iżvilupp tal-komunitajiet kollha (9), qed jitfasslu pjani għal tipi speċifiċi ta’ lokalità f’partijiet oħrajn tal-UE (10) (11);

19.

Jenfasizza li l-istrateġiji nazzjonali msemmija ma jindirizzawx l-aktar il-koeżjoni ekonomika f’termini ta’ prestazzjoni ekonomika, iżda pjuttost jindirizzaw l-istabbiliment ta’ ċertu standard f’termini ta’ amministrazzjoni, infrastruttura u servizzi pubbliċi li jipprovdu l-pedament għal aktar żvilupp soċjoekonomiku;

20.

Jinnota li ssoltu amministrazzjoni deċentralizzata hija msemmija fl-istrateġiji nazzjonali kollha bħala prerekwiżit essenzjali għal territorji abitabbli. Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni li tkun qrib iċ-ċittadini u biex tiġi ggarantita l-parteċipazzjoni demokratika, l-istrutturi lokali u reġjonali huma essenzjali;

21.

Jirrikonoxxi l-fatt li, meta mqabbla mal-politika Ewropea, il-politiki nazzjonali kollha msemmija jagħmlu enfasi aktar qawwija fuq muniċpalitajiet iżgħar (muniċipalitajiet, assoċjazzjonijiet ta’ muniċipalitajiet, bliet żgħar u ta’ daqs medju eċċ.) fiż-żoni rurali, sabiex dawn jissaħħu u b’hekk tiżdied l-attraenza tagħhom. L-istrateġiji kollha jqisu ż-żoni rurali l-aktar bħala ħabitats u żoni ekonomiċi u jipprevedu miżuri strutturali għall-iżvilupp ta’ dawn iż-żoni;

22.

Jilqa’ b’mod partikolari l-approċċi speċifiċi għas-settur li l-Istati Membri adottaw fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom. Minkejja l-eteroġeneità taż-żoni lokali, jidher ċar li l-isfidi huma simili fid-diversi Stati Membri;

23.

Jenfasizza li l-approċċi nazzjonali kollha jidentifikaw id-diġitalizzazzjoni bħala aspett essenzjali. Id-disponibbiltà ta’ infrastruttura diġitali komprensiva u servizzi pubbliċi diġitali jistgħu joħolqu u jżommu wkoll impjiegi barra miċ-ċentri urbani, li min-naħa l-oħra dan jista’ jillimita l-migrazzjoni tal-ħaddiema lejn il-bliet kbar. Jenfasizza li żieda fit-telexogħol, kif ġara waqt il-pandemija tal-COVID-19, tista’ toffri lill-ħaddiema aktar flessibbiltà biex jagħżlu l-post ta’ residenza tagħhom; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-aspettattiva tiegħu li d-diġitalizzazzjoni kostanti ta’ diversi oqsma tax-xogħol tkun tfisser li l-vantaġġi b’rabta mal-lokalità tal-impjegati li jkunu qrib il-post tax-xogħol, x’aktarx li jkollhom rwol inqas importanti f’ħafna setturi fuq perjodu twil; jenfasizza li din it-tendenza m’għandhiex tikkomprometti l-politiki ta’ mobbiltà, b’mod partikolari bil-għan li jiġi limitat l-impatt ambjentali tal-ivjaġġar lejn ix-xogħol u lura, u tal-ivjaġġar fuq negozju;

24.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li t-territorji l-aktar imbiegħda miż-żoni urbani u b’densità tal-popolazzjoni aktar baxxa jkollhom l-istess livelli ta’ konnettività diġitali sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tas-servizzi pubbliċi online u t-telexogħol bħala għodda biex jiġu attirati n-nies u t-talent f’dawn iż-żoni;

25.

Jilqa’ l-fatt li l-istrateġiji kollha għandhom jiffukaw ukoll fuq is-servizzi ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari bil-għan li jiġu żgurati servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali, skejjel u istituzzjonijiet oħra tal-edukazzjoni kif ukoll fuq offerti għall-protezzjoni tal-persuni akbar fl-età u l-integrazzjoni; l-ugwaljanza għandha tkun in-norma li tiggwida l-provvista tas-servizzi pubbliċi liċ-ċittadini, irrispettivament mill-post ta’ residenza tagħhom;

26.

Għalhekk jappella lill-presidenzi futuri Ġermaniżi, Portugiżi u Sloveni tal-UE biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali 2030 billi jagħtu bidu għal diskussjoni u skambju ta’ esperjenzi dwar kif il-politika strutturali tal-UE u l-politiki ta’ żvilupp reġjonali nazzjonali jistgħu jiġu kkombinati bl-aħjar mod sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi reġjonali u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien fl-Ewropa kollha;

Rakkomandazzjonijiet ġenerali għall-politika tal-UE

27.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tadotta l-approċċi nazzjonali u tistabbilixxi l-għan ta’ “kundizzjonijiet tal-għajxien indaqs” fil-livell Ewropew biex tikkonkretizza l-Artikoli 174 u 349 tat-TFUE;

28.

Jenfasizza s-setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ġenerali. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, huma biss il-miżuri meħudin fil-livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali li għandhom jiġu akkumpanjati minn qafas Ewropew;

29.

Jappella għal strateġija Ewropea fit-tul dwar l-iżvilupp territorjali li tqis l-interazzjonijiet bejn l-agglomerazzjonijiet, iż-żoni urbani u ż-żoni rurali;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex ma tqisx biss l-iżvilupp ekonomiku tal-Istati Membri, iżda wkoll biex tqis u tirrikonoxxi l-isforzi fil-qasam tal-interess ġenerali speċjalment f’żoni b’anqas densità jew ultraperiferiċi, jiġfieri b’popolazzjoni baxxa fejn hemm dispersjoni ġeografika;

31.

Huwa tal-fehma li l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet strutturali adegwati fl-Istati Membri kollha u fl-awtoritajiet lokali kollha huwa essenzjali għall-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli tal-Unjoni Ewropea. Il-Fondi Strutturali jistgħu jagħtu kontribuzzjoni sinifikanti f’dan ir-rigward, iżda dawn ma għandhomx jibqgħu l-uniku mezz biex jiġi promoss żvilupp ibbilanċjat. L-oqsma kollha ta’ politika, inkluża l-“Viżjoni għaż-Żoni Rurali” imħabbra mill-Kummissjoni Ewropea, għandhom jikkontribwixxu għal dan l-għan orizzontali;

32.

Jenfasizza li objettiv bħal dan ikun jeħtieġ kunsiderazzjoni dettaljata tal-impatt territorjali tal-miżuri tal-UE, kemm fl-istadju ta’ qabel kif ukoll ta’ wara l-istadji leġislattivi;

33.

Jirrakkomanda għalhekk li l-“kunsiderazzjoni tad-dimensjoni urbana” għall-miżuri ta’ politika Ewropej proposti fil-kuntest tal-aġenda urbana titwessa’ għal “kunsiderazzjoni tad-dimensjoni territorjali”, jiġifieri eżami tal-fattibilità f’żoni b’popolazzjoni densa (jiġifieri urbani) u mxerrda (jiġifieri rurali), filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet rispettivi tagħhom u dawn jiġu ssupplimentati b’valutazzjoni tal-impatt territorjali. B’dan il-mod jista’ jiġi żgurat li r-rekwiżiti regolatorji jkollhom effett immirat u ma jippromovux aktar urbanizzazzjoni jew deurbanizzazzjoni mhux ikkontrollata;

34.

Huwa tal-fehma li l-bliet żgħar u ta’ daqs medju għandhom jingħataw attenzjoni akbar bħala aspetti fundamentali f’żoni mhux iddiversifikati. Il-muniċipalitajiet jipprovdu servizzi essenzjali ta’ interess ġenerali u jipprovdu liċ-ċittadini b’infrastrutturi indispensabbli li jtejbu b’mod deċiżiv l-attraenza taż-żoni rurali;

35.

Itenni li bliet akbar ikomplu jiffaċċjaw sfidi kbar u għalhekk jeħtieġu l-appoġġ finanzjarju u organizzattiv tal-Unjoni Ewropea. It-tipi ta’ żoni individwali ma jistgħux jintużaw kontra xulxin. L-aġenda Urbana tal-UE u s-sħubijiet li jirriżultaw huma eżempji tajbin ta’ kooperazzjoni potenzjali bejn l-UE u l-livelli lokali tal-gvern;

36.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea ttejjeb il-ġbir sistematiku ta’ data statistika komparabbli għall-evalwazzjoni tal-iżvilupp ta’ żoni rurali taħt il-livell NUTS 2, mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv fil-livell lokali;

37.

Jirrakkomanda lill-presidenti tal-intergruppi tal-Parlament Ewropew biex jinvolvu bis-sħiħ lir-rappreżentanti tal-KtR fil-ħidma tal-intergruppi dwar l-iżvilupp urban u rurali, u b’hekk jippromovi skambju fuq sfidi speċifiċi;

38.

Jenfasizza li l-gruppi ta’ ħidma u esperti futuri tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżguraw parteċipazzjoni bbilanċjata ta’ rappreżentanti tal-awtoritajiet f’livelli differenti u ta’ daqs differenti minn żoni urbani u rurali. L-approċċi żviluppati għal u minn bliet akbar ġeneralment ma jistgħux jiġu ttrasferiti għal awtoritajiet lokali iżgħar minħabba s-sitwazzjoni organizzattiva u finanzjarja differenti;

39.

Jitlob li d-Direttorati Ġenerali kollha tal-Kummissjoni Ewropea u l-kumitati tal-Parlament Ewropew jqisu b’mod sħiħ l-interazzjonijiet bejn iż-żoni urbani u rurali u joħolqu politiki Ewropej koerenti li jaħdmu b’mod ibbilanċjat fit-tipi kollha taż-żoni;

40.

Jistieden lid-direttorati ġenerali kollha tal-Kummissjoni Ewropea u lill-kumitati tal-Parlament Ewropew biex jirrikonoxxu aħjar il-benefiċċju ta’ kooperazzjoni istituzzjonali u funzjonali f’oqsma bħall-ippjanar, il-mobbiltà, l-ambjent, il-forniment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali, u l-investiment pubbliku. Din il-kooperazzjoni se tippermetti ekonomiji ta’ skala u ssaħħaħ ir-rabtiet, kif ukoll il-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali, bejn iż-żoni urbani, periurbani u rurali li jagħmlu parti mill-istess żona funzjonali jew reġjun;

41.

Jappella għal approċċ komprensiv fil-livell tal-UE li jindirizza l-isfidi għall-kooperazzjoni transkonfinali tal-bliet, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet u li jamplifika l-potenzjal ta’ din il-kooperazzjoni għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn it-tipi differenti ta’ insedjamenti;

Rakkomandazzjonijiet għall-politika reġjonali tal-UE

42.

Huwa tal-fehma li l-politika reġjonali tal-UE – fl-isforzi ta’ konverġenza u żvilupp tar-reġjuni tal-UE – għandha tiffoka l-aktar fuq il-ħolqien tal-bażi strutturali għal tkabbir ibbilanċjat fl-oqsma kollha. Żvilupp soċjoekonomiku sostenibbli u fit-tul jista’ jseħħ biss f’dawk iż-żoni fejn iċ-ċittadini kif ukoll il-kumpaniji jsibu l-kundizzjonijiet meħtieġa. F’dan ir-rigward jenfasizza l-ħtieġa għal inċentivi aktar b’saħħithom għan-negozji f’żoni rurali;

43.

Jafferma li l-għan ta’ kundizzjonijiet tal-għajxien indaqs għandu jitqies ukoll fil-konċentrazzjoni tematika tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Il-FSIE għandu jippermetti li jiġu promossi l-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi lokali u reġjonali meħtieġa fir-reġjuni kollha. It-tneħħija tal-FAEŻR mid-dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi Strutturali hija kontroproduttiva f’dan is-sens, peress li s-separazzjoni tagħmel l-appoġġ koerenti u b’diversi fondi fiż-żoni urbani u rurali diffiċli bla bżonn;

44.

Jinnota, f’dan il-kuntest, l-allokazzjoni speċjali għal żoni urbani taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FEŻR), iżda fl-istess ħin jirrimarka li allokazzjoni bħal din tirrikjedi wkoll kontroparti fuq skala komparabbli għaż-żoni rurali; iqis li, fuq medda twila ta’ żmien, ikun aktar xieraq li tiġi pprovduta allokazzjoni separata għall-forniment komprensiv ta’ dawk is-servizzi li jikkontribwixxu għal żvilupp territorjali bbilanċjat u l-promozzjoni tar-reżistenza tal-awtoritajiet lokali kollha (infrastruttura tal-broadband, sptarijiet jew kura tas-saħħa, infrastruttura tat-trasport, eċċ.). B’dan il-mod, il-bażi għas-soluzzjoni taċ-ċittadini u l-kumpaniji tiġi promossa wkoll barra miċ-ċentri urbani, li jwassal biex jinħolqu l-impjiegi u titnaqqas il-pressjoni fuq il-migrazzjoni lejn il-bliet;

45.

Huwa tal-fehma li, minħabba l-profittabilità baxxa tas-servizzi pubbliċi f’żoni b’popolazzjoni inqas densa, il-fondi strutturali għandhom jintużaw l-aktar għall-għotjiet;

46.

Huwa tal-fehma li t-tisħiħ tal-appoġġ mill-fondi strutturali għandu jkun immirat prinċipalment lejn l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura teknoloġika, kemm tat-telekomunikazzjoni kif ukoll tas-servizzi diġitali, li hija meħtieġa biex jiġi garantit żvilupp territorjali ugwali. Għaldaqstant, se jiġu promossi sħubijiet pubbliċi-privati, fejn is-settur pubbliku jaqdi rwol ewlieni fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ investiment intiżi għal dan il-għan;

47.

Jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza l-kwistjoni fis-8 Rapport ta’ Koeżjoni li jmiss, li huwa mistenni f’Settembru 2021;

48.

Jappella għal rabtiet aktar b’saħħithom bejn l-Aġenda Territorjali 2030 ġdida tal-UE u l-Politika ta’ Koeżjoni 2021-2027 ġdida sabiex tiġi pprovduta Politika ta’ Koeżjoni b’qafas ta’ gwida strateġiku territorjali sabiex tinkiseb Ewropa Ekoloġika u Ġusta fejn l-ebda territorju ma jaqa’ lura;

Rakkomandazzjonijiet dwar oqsma ta’ politika oħra

49.

Jemmen li r-regoli tal-politika tat-trasport tal-UE għandhom jitfasslu wkoll biex jiżguraw aħjar insedjament uman ibbilanċjat. Dan jaffettwa l-ippjanar tat-trasport pubbliku, it-trasport bil-ferrovija, iżda wkoll l-użu ta’ servizzi ta’ ride-sharing. Sa issa, is-servizzi ta’ ride-sharing kienu primarjament ibbażati fiż-żoni urbani għax id-densità aktar baxxa tal-popolazzjoni fiż-żoni rurali tagħmilhom inqas remunerattivi hemmhekk. Fit-tul, il-forniment komprensiv tas-servizzi tat-trasport korrispondenti għandu jiġi kkontrollat, jekk ikun meħtieġ, permezz ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku;

50.

Jinnota li r-regolamenti Ewropej fis-settur tat-trasport (b’mod partikolari rigward il-mitigazzjoni tal-emissjonijiet u tat-tibdil fil-klima) ħafna drabi joħolqu sfidi ferm akbar għat-trasport pubbliku fiż-żoni rurali milli għall-operaturi fiż-żoni urbani. Bidla għal teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi, minħabba l-ħtiġijiet teknoloġiċi u d-disponibbiltà tas-suq, mhijiex possibbli kullimkien, speċjalment f’żoni b’popolazzjoni anqas densa u b’art muntanjuża. Dan huwa partikolarment il-każ għall-karozzi tal-linja, minħabba spejjeż aktar għoljin, meded limitati u xi drabi anke ħinijiet ta’ ċċarġjar itwal. Fl-istess ħin, il-finanzjament tal-UE huwa disponibbli l-aktar għall-mobbiltà urbana, peress li fil-bliet jitkejlu valuri ogħla ta’ tniġġis. Sabiex tinħoloq u tinżamm sistema tat-trasport pubbliku li tiffunzjona kullimkien, ir-rekwiżiti għandhom jew jipprevedu miżuri differenti għat-tipi ta’ żoni individwali jew għandhom jiġu pprovduti fondi addizzjonali għal dawk iż-żoni fejn il-finanzjament huwa partikolarment diffiċli (pereżempju, żoni rurali, żoni remoti, gżejjer, u reġjuni ultraperiferiċi u muntanjużi);

51.

Jirrimarka li l-ħidma mobbli wkoll kellha rwol sinifikanti qabel il-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, is-servizzi governattivi diġitali jistgħu jiġu offruti u aċċettati biss f’każijiet meta kemm il-fornituri kif ukoll l-utenti tas-servizzi korrispondenti jkollhom ukoll konnessjonijiet tal-broadband b’saħħithom;

52.

Huwa tal-fehma li, l-espansjoni tal-broadband u tal-komunikazzjonijiet mobbli jew 5G u 6G għandha dejjem issegwi l-għan ta’ disponibbiltà universali, filwaqt li jkun hemm konformità mal-istandards Ewropej tal-emissjonijiet. L-espansjoni għandha ssir l-aktar mis-settur privat. F’żoni fejn l-espansjoni estensiva tal-fibra ottika tkun possibbli biss b’appoġġ finanzjarju mis-settur pubbliku għal raġunijiet ekonomiċi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu f’pożizzjoni li jwettqu dan b’mod immirat u legalment sikur.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Die Unterschiede bestimmen die Vielfalt in Europa – Ein Atlas ausgewählter Aspekte der räumlichen Strukturen und Entwicklungen [Id-differenzi jiddeterminaw id-diversità fl-Ewropa – Atlas ta’ aspetti magħżula ta’ strutturi u żviluppi spazjali], l-Istitut Federali għar-Riċerka dwar il-Bini, l-Affarijiet Urbani u l-Iżvilupp Spazjali (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/political-guidelines-next-commission_mt.pdf.

(3)  https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Archive:Statistics_on_rural_areas_in_the_EU#Further_Eurostat_information

(4)  COR-2019-04647-00-00-PAC.

(5)  COR-2019-01896-00-00-AC (ĠU C 79, 10.3.2020, p. 8).

(6)  https://ec.europa.eu/regional_policy/en/information/publications/communications/2011/territorial-agenda-of-the-european-union-2020.

(7)  “Evolution of the Budget Dedicated for Rural Development Policy” (“Evoluzzjoni tal-Baġit iddedikat għall-Politika tal-Iżvilupp Rurali”), Studju għall-Kummissjoni NAT, Konsultazzjoni dwar il-Progress, 2016 (aġġornat fl-2020 – mhux disponibbli bil-Malti).

(8)  “EU Cohesion Policy in non-urban areas” (“Il-politika ta’ Koeżjoni tal-UE f’żoni mhux urbani”), Studju għall-Kumitat REGI tal-PE, EPRC, 2020 (mhux disponibbli bil-Malti).

(9)  Ir-rapport finali tal-Kommission “Gleichwertige Lebensverhältnisse” (Kummissjoni għall-Istandards Ugwali tal-Għajxien), il-Ġermanja.

(10)  “Ruralités: une ambition à partager – 200 propositions pour un agenda rural” [Żoni rurali: għan komuni – 200 proposta għal aġenda urbana], Franza.

(11)  “Masterplan für den ländlichen Raum” [Pjan prinċipali għaż-żoni rurali], l-Awstrija.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/10


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-implimentazzjoni u l-perspettivi futuri għall-kura tas-saħħa transkonfinali

(2020/C 440/03)

Relatur:

Karsten Uno PETERSEN (DK/PSE), Kunsillier Reġjonali, Reġjun tad-Danimarka tan-Nofsinhar

Dokument ta’ referenza:

Opinjoni ta’ prospettiva

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

josserva li l-mobbiltà transkonfinali tal-pazjenti hija kwistjoni ta’ politika importanti. 34 % taċ-ċittadini tal-UE jqisu s-saħħa bħala l-qasam ta’ politika l-aktar importanti fir-reġjun tagħhom, żieda ta’ 8 punti perċentwali mill-2015 u 10 punti perċentwali mill-2012;

2.

jenfasizza li d-dimensjoni lokali u reġjonali hija assolutament essenzjali għall-kura tas-saħħa transkonfinali. Ħafna nies, li jgħixu qrib fruntiera, ifittxu l-kura fil-pajjiż ġar għal diversi raġunijiet. Ir-reġjuni tal-fruntiera jammontaw għal 40 % tat-territorju tal-UE, b’aktar minn wieħed minn kull tliet Ewropej li jgħixu f’ reġjun bħal dan. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jipprovdu rabta bejn il-partijiet interessati kollha involuti (l-atturi nazzjonali, reġjonali u lokali, l-isptarijiet, it-tobba tal-kura primarja, l-ispiżeriji, il-membri tal-publiku, eċċ.);

3.

huwa tal-fehma li l-mobbiltà transkonfinali tal-pazjenti tqajjem serje ta’ mistoqsijiet – li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kura barra l-pajjiż, il-kontinwità tal-kura, l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-professjonisti tal-kura tas-saħħa fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera, id-differenzi fil-kura tas-saħħa u t-tipi ta’ kura jew trattament ipprovduti fir-rigward ta’ indikazzjoni medika partikolari, il-kapaċità tas-sistema tal-kura tas-saħħa li tipprijoritizza u tipprovdi l-kura taħt l-istess kundizzjonijiet, u sfidi loġistiċi u amministrattivi – li għandhom impatt fuq l-għadd ta’ nies li jixtiequ jagħmlu użu mill-opportunitajiet biex jiksbu l-kura tas-saħħa f’pajjiż ieħor tal-UE kif previst mid-Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali;

4.

jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar il-baġit tal-programm il-ġdid EU4Health, li se jippermetti t-tisħiħ tas-sigurtà tas-saħħa u li tiżdied it-tħejjija għall-kriżijiet futuri tas-saħħa. Dan se jkun programm awtonomu robust b’aktar finanzjament fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss (2021–2027), sabiex jiġu indirizzati b’mod xieraq l-isfidi identifikati fil-programm tal-Kummissjoni għall-mandat attwali, b’mod partikolari rigward il-ġlieda kontra l-kanċer, il-prevenzjoni, id-detezzjoni bikrija u l-ġestjoni ta’ mard kroniku u rari, ir-reżistenza antimikrobika, l-aċċess għal mediċina affordabbli u theddid serju għas-saħħa (bħall-pandemija tal-coronavirus), u biex titwettaq politika tas-saħħa ambizzjuża b’enfasi fuq il-kooperazzjoni transkonfinali;

5.

jilqa’ l-fatt li l-Istati Membri kollha lestew it-traspożizzjoni tad-Direttiva; madankollu jibqa’ mħasseb dwar il-kontroll tal-konformità u numru sostanzjali ta’ kwistjonijiet li ġew identifikati sa issa mill-Kummissjoni; jifhem li d-Direttiva tolqot għadd kbir ta’ liġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-organizzazzjoni u l-governanza tal-kura tas-saħħa, il-mekkaniżmi ta’ rimborż, il-mezzi tal-informazzjoni, id-drittijiet u l-intitolamenti tal-pazjenti u r-responsabbiltà professjonali;

6.

fid-dawl ta’ dak imsemmi diġà, jilqa’ l-fatt li l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, Frans Timmermans, talab lill-KtR, f’ittra indirizzata lill-President tiegħu, sabiex ifassal Opinjoni ta’ prospettiva dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, li tista’ tgħin fit-titjib tal-infurzar u fit-tisħiħ tad-drittijiet tal-pazjenti;

7.

jixtieq jagħmilha ċara li dan għandu jsir b’mod li jiġi żgurat li l-organizzazzjoni, il-ġestjoni, il-finanzjament u l-għoti tas-servizzi tal-kura tas-saħħa jibqgħu prerogattiva tal-Istati Membri tal-UE. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tad-Direttiva għandha titqies fid-dawl tal-kompiti ġenerali li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti fl-aħjar interessi tan-nies;

8.

jirringrazzja lir-RegHubs (1) u lill-partijiet interessati kollha li ġew ikkonsultati għall-kunsiderazzjoni bir-reqqa tagħhom ta’ dan l-istħarriġ u t-tweġibiet profondi tagħhom li pprovdew tagħrif għal din l-Opinjoni;

COVID-19

9.

jemmen li l-kriżi tal-COVID-19 uriet biċ-ċar li l-Ewropa teħtieġ aktar kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa;

10.

itenni l-appell tal-President tal-KtR li jitwaqqaf Mekkaniżmu tal-Unjoni Ewropea għall-Emerġenzi tas-Saħħa, li jkollu rabta mill-qrib, jew li jkun integrat, ma’ strutturi eżistenti tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet (jiġifieri l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard) biex l-Unjoni titħejja aħjar għal kwalunkwe kriżi pandemika fil-futur u biex “jappoġġja lill-mexxejja reġjonali u lokali ħalli jipprovdu servizzi tas-saħħa u materjali lill-isptarijiet u l-iskejjel, jimpjegaw persunal mediku, jixtru apparat mediku u jappoġġjaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa intensiva”;

11.

jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-Artikolu 10 tad-Direttiva, dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka, li jippermettu lill-Istati Membri “jagħtu l-assistenza reċiproka” u “jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fir-rigward tal-forniment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali fir-reġjuni tal-fruntiera” u jinsab konvint li l-Istati Membri għandhom jesploraw din l-opportunità b’mod aktar kreattiv biex jindirizzaw ukoll sitwazzjonijiet ta’ pandemija;

12.

ifakkar li, skont l-Artikolu 222 tat-TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jaġixxu flimkien fi spirtu ta’ solidarjetà;

13.

iqis bħala inkoraġġanti s-solidarjetà li ntweriet fis-siegħa tal-bżonn meta l-Istati Membri ħadu r-responsabbiltà ta’ pazjenti mingħand pajjiżi ġirien li kienu mgħobbija wisq biex itaffu l-pressjoni minn fuq il-kapaċitajiet tagħhom tal-kura tas-saħħa intensiva; jemmen bis-sħiħ li fil-ġejjieni dan jista’ jiġi fformalizzat permezz ta’ talba għal assistenza abbażi tad-Direttiva;

14.

jirrakkomanda l-ħolqien ta’ “kurituri tas-saħħa” (2) bejn ir-reġjuni tal-fruntiera, li jippermettu lill-pazjenti u l-professjonisti tas-saħħa jkomplu jaqsmu l-fruntieri matul il-lockdown biex ikun garantit l-aċċess għall-kura u l-forniment tagħha;

15.

jiġbed l-attenzjoni għas-soluzzjonijiet diġitali transkonfinali li jippermettu, pereżempju, l-imaging u l-analiżi remota tal-kampjuni (bħal pereżempju X-rays tal-pulmun li jiġu ttrasferiti għall-valutazzjoni barra l-pajjiż) bħala eżempju ta’ mod kosteffettiv u prattiku biex ikun hemm kooperazzjoni meta jkun hemm żieda f’daqqa;

Iż-żieda fil-mobbiltà tal-pazjenti mhijiex għan fih innifisu

16.

jaqbel mal-Parlament Ewropew li hija biss frazzjoni żgħira taċ-ċittadini tal-UE li tagħmel użu mill-opportunitajiet offruti mid-Direttiva, u li ħafna mill-mobbiltà tal-pazjenti sseħħ bejn il-fruntieri kondiviżi;

17.

jirreferi, f’dan ir-rigward, għar-rapport tal-Kummissjoni, li jikkonkludi li l-flussi transkonfinali tal-pazjenti juru xejra stabbli, fejn in-nies primarjament jagħżlu kura tas-saħħa transkonfinali għal raġunijiet ta’ prossimità ġeografika jew kulturali;

18.

jiġbed l-attenzjoni għall-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-mobbiltà tal-pazjenti u l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha fi ħdan l-UE fl-intier tagħha għadhom relattivament baxxi, u li d-Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali ma kellhiex konsegwenzi baġitarji sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa;

19.

jenfasizza li l-kura tas-saħħa transkonfinali tista’ tkun xierqa għal ċerti gruppi ta’ pazjenti milquta minn mard rari jew għal raġunijiet ta’ prossimità ġeografika, speċjalment fir-reġjuni tal-fruntiera;

20.

jilqa’ l-impatt pożittiv li d-Direttiva jidher li qed ikollha fuq il-mobbiltà transkonfinali tal-pazjenti, b’ċifri li juru xejra żgħira ’l fuq mill-2015 ’il hawn. L-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet minn qabel qed jiżdied ukoll b’mod kostanti matul dawn l-aħħar ftit snin, b’aktar mid-doppju tat-talbiet li saru u ġew awtorizzati fl-2017 meta mqabbla mal-2015 fl-Istati Membri kollha;

21.

jirrimarka li r-regolamenti u d-Direttiva mhumiex l-uniċi rotot fejn tista’ tingħata l-kura fi Stat Membru ieħor, peress li bosta Stati Membri adottaw proċeduri paralleli bilaterali u multilaterali biex jindirizzaw il-ħtiġijiet partikolari tal-kura fir-reġjuni tal-fruntiera tagħhom (BE, DK, SE, DE, CZ, EE, LU, HU, NL, PT, RO, FI u LT). Ftehimiet bħal dawn, li ħafna minnhom saru qabel id-Direttiva, jiġġeneraw flussi sinifikanti ta’ pazjenti li mhumiex koperti mill-istatistika Ewropea;

22.

jinnota li l-għan tad-Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali mhux li jinkisbu l-ogħla numru possibbli ta’ pazjenti li jużaw il-kura barra l-pajjiż; l-arranġamenti offruti mid-Direttiva ġew imfassla biex jikkomplementaw l-għażla ta’ servizzi u prodotti ta’ kura disponibbli fil-livell reġjonali jew nazzjonali, u biex jiġu ċċarati d-drittijiet tal-pazjenti Ewropej li huma lesti li jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa jew trattament f’pajjiż ieħor tal-UE/taż-ŻEE; l-għadd ta’ utenti għalhekk la jista jiġi interpretat bħala suċċess u lanqas bħala falliment tal-leġislazzjoni;

23.

jenfasizza, f’dan ir-rigward, li kwalunkwe żieda fil-mobbiltà tal-pazjenti transkonfinali għandha tkun ibbażata fuq iċ-ċirkostanzi individwali tal-pazjenti u mhijiex għan fih innifisu;

Informazzjoni faċilment aċċessibbli dwar il-kura tas-saħħa skont it-termini tad-Direttiva

24.

bħall-Parlament Ewropew, isostni li, jekk id-Direttiva trid tiġi implimentata b’suċċess, huwa kruċjali li l-pazjenti, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-partijiet interessati l-oħrajn ikunu infurmati kif xieraq dwar l-opportunitajiet li din toffri għat-trattament transkonfinali;

25.

għalhekk jenfasizza li n-nies għandu jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ trattament fi Stati Membri oħrajn skont id-Direttiva, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata jekk ikunu qed jikkunsidraw trattament barra minn pajjiżhom;

26.

jirrimarka li peress li hemm differenzi sinifikanti fil-modi ta’ kif il-pajjiżi individwali jorganizzaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom, inklużi d-differenzi reġjonali u lokali f’xi pajjiżi, l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom jiżguraw li jkun hemm arranġamenti adegwati fis-seħħ biex il-pubbliku jingħata aċċess għal informazzjoni xierqa;

27.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCPs) jista’ jkollhom antenni reġjonali, jew jiġu integrati fis-siti web tas-sistemi tas-saħħa reġjonali, jew ikunu ospitati fuq siti web reġjonali tal-assiguraturi tas-saħħa; għalkemm dawn is-soluzzjonijiet mhux neċessarjament iżidu l-viżibbiltà ġenerali tal-“NCPs”, dawn jista’ jkollhom aktar suċċess biex jipprovdu informazzjoni liċ-ċittadini;

28.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni tipprovdi eżempji ta’ prattika tajba minn pajjiżi differenti u minn awtoritajiet reġjonali u lokali dwar kif l-aħjar tinxtered l-informazzjoni, sabiex l-awtoritajiet tas-saħħa fl-Istati Membri jkunu jistgħu jitgħallmu mill-esperjenzi ta’ sistemi tas-saħħa simili għal tagħhom;

29.

jenfasizza li, anke jekk l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli, xorta waħda se jkun hemm differenzi kbar fil-mobbiltà tal-pazjenti skont l-organizzazzjoni tas-sistemi individwali tas-saħħa u s-servizzi li jagħtu. Ir-rapport tal-Kummissjoni jiċċara dan. Ir-raġunijiet ewlenin għalfejn il-pazjenti jiddeċiedu li jfittxu trattament transkonfinali huma aċċess aktar mgħaġġel għall-kura ta’ kwalità tajba, l-affinitajiet kulturali u, mhux l-inqas, il-possibbiltà li jiffrankaw il-flus fuq trattament li jħallsu l-parti l-kbira tiegħu minn buthom, bħat-trattament tas-snien;

Spejjeż amministrattivi addizzjonali mġarrba għal trattament barra l-pajjiż

30.

jinnota li l-parti l-kbira tal-baġits tas-saħħa tal-Istati Membri qed jintefqu fis-suq domestiku. Il-Kummissjoni tikkalkula li, skont id-Direttiva, l-ispiża tal-kura tas-saħħa transkonfinali fl-UE kollha tammonta biss għal 0,004 % tal-baġit totali annwali tas-saħħa tal-pajjiżi tal-UE;

31.

itenni li hija biss frazzjoni żgħira ta’ pazjenti li jagħmlu użu minn trattament f’pajjiż ieħor tal-UE skont id-Direttiva. Skont l-istima l-aktar reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-għadd ta’ talbiet għar-rimborż huwa madwar 214 000 fis-sena, li jikkorrispondi għal madwar 0,04 % tal-popolazzjoni tal-UE. Il-maġġoranza vasta tat-talbiet (‘il fuq minn 210 000) huma għal rimborż għal trattament li ma jeħtieġx awtorizzazzjoni minn qabel;

32.

jinnota li r-rimborż għal servizzi ta’ outpatient, li ma jeħtiġux awtorizzazzjoni minn qabel (pereżempju, kura dentali), huwa relattivament baxx mill-perspettiva finanzjarja meta mqabbel mal-informazzjoni addizzjonali u l-ispejjeż amministrattivi għall-awtoritajiet tas-saħħa mġarrba bl-implimentazzjoni tad-Direttiva;

33.

jenfasizza li filwaqt li jippruvaw jikkonformaw mal-aspetti kollha tad-Direttiva u jagħmluha faċli kemm jista’ jkun għan-nies biex ifittxu trattament f’pajjiż ieħor tal-UE, l-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri jridu jqisu wkoll il-fatt li l-maġġoranza taċ-ċittadini tal-UE jagħżlu l-kura tas-saħħa li tingħata relattivament qrib darhom jew tal-familja tagħhom. Għalhekk, l-organizzazzjoni, il-kwalità u l-kapaċità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri, fil-prinċipju, għandhom jimmiraw li jippermettu li n-nies jirċievu t-trattament kemm jista’ jkun qrib il-post ta’ residenza jew tal-familja tagħhom;

34.

jinnota li l-infiq tal-Istati Membri fuq it-trattament f’pajjiżi oħrajn tal-UE mhuwiex biss kwistjoni ta’ rimborż. L-ispejjeż amministrattivi u ta’ informazzjoni għandhom ukoll rabta mal-kura – flus li setgħu ntefqu fuq it-titjib tat-trattament fis-sistemi tas-saħħa proprji tal-Istati Membri. Meta jimplimentaw id-Direttiva, l-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali għandhom għalhekk jieħdu ħsieb li jiżguraw li l-proporzjon żgħir ħafna ta’ pazjenti li jkunu jixtiequ jirċievu t-trattament f’pajjiż ieħor tal-UE ma jpoġġix piż sproporzjonat fuq ir-riżorsi tas-sistemi tas-saħħa tagħhom stess;

Użu xieraq tal-awtorizzazzjoni minn qabel

35.

jieħu nota tal-fatt li l-użu mill-Istati Membri tal-awtorizzazzjoni minn qabel għall-kura fi sptar, jew trattament mediku speċjalizzat ħafna f’pajjiż ieħor, ġiet identifikata bħala ostakolu għall-mobbiltà transkonfinali tal-pazjenti;

36.

josserva f’dan ir-rigward li, skont ir-rapport tal-Kummissjoni, l-impatt fuq il-baġits nazzjonali tas-saħħa tal-pazjenti li jfittxu aċċess għal kura tas-saħħa transkonfinali huwa marġinali, xi ħaġa li tapplika għall-pajjiżi kollha irrispettivament jekk dawn ikunux introduċew awtorizzazzjoni minn qabel;

37.

jinnota li l-użu ta’ awtorizzazzjoni minn qabel huwa meqjus neċessarju mill-maġġoranza tar-RegHubs (63 %) biex jiġi żgurat l-aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità, għax dan huwa kruċjali biex tiġi evitata l-ħela tar-riżorsi (48 %) u biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż fil-livell reġjonali (44 %);

38.

jirrimarka li r-rikors għar-regoli ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tad-Direttiva joffri wkoll ċertezza finanzjarja għall-pazjenti, minħabba li qabel ma jirċievu l-kura f’pajjiż ieħor, l-Istat ta’ assigurazzjoni tagħhom jiggarantixxi li se jkopri l-ispejjeż tat-trattament skont id-Direttiva;

39.

jistieden lill-Istati Membri biex l-awtorizzazzjoni minn qabel jipproċessawha kemm jista’ jkun malajr sabiex ma jkunx hemm dewmien bla bżonn għat-trattament, filwaqt li tiġi pprovduta valutazzjoni realistika tal-ispiża stmata tal-intervent ippjanat;

40.

jenfasizza l-mekkaniżmu, li jintuża ferm anqas, tan-notifika minn qabel (Artikolu 9(5)) tad-Direttiva) irriżulta li huwa għodda utli għar-Reghubs biex jipprovdu ċarezza lill-pazjenti u biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, u jistieden lill-Istati Membri jużaw aktar dan l-arranġament volontarju;

41.

jiġbed l-attenzjoni għall-mekkaniżmu ta’ kumpens finanzjarju, li l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw b’rabta mal-awtorizzazzjoni minn qabel, biex jintroduċu fatturazzjoni diretta bejn l-istituzzjonijiet kompetenti u b’hekk jissostitwixxu l-ħlas bil-quddiem u r-rimborż lill-pazjenti (Artikolu 9(5)) bħala mezz biex jitnaqqas il-piż minn fuq il-pazjenti u biex il-gruppi tas-soċjetà anqas għonja jingħataw il-possibbiltà li jfittxu trattament barra l-pajjiż;

42.

b’segwitu għal dan t’hawn fuq, fir-rigward l-implimentazzjoni ulterjuri tad-Direttiva jirrakkomanda li wieħed xorta għandu jkollu l-possibbiltà li jirrikorri għas-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel fejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri jqisu li dan ikun meħtieġ;

Aktar kooperazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva

43.

jistieden lid-DĠ SANTE, f’kooperazzjoni mad-direttorati ġenerali rilevanti l-oħrajn, biex isegwi din l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Mobbiltà tal-Pazjenti u jiġbor, janalizza u jippubblika eżempji ta’ attivitajiet tal-kura tas-saħħa transkonfinali u tal-problemi li jiltaqgħu magħhom l-awtoritajiet parteċipanti;

44.

jappella għal finanzjament tal-UE adegwat u fit-tul fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss speċjalment, iżda mhux esklużivament, permezz ta’ Interreg, inkluż għall-implimentazzjoni ta’ studji/proġetti transkonfinali mmirati għat-tneħħija ta’ ostakli speċifiċi u lejn kooperazzjoni bla xkiel;

45.

jinnota li, filwaqt li ma jirreferix speċifikament għad-Direttiva, il-Memorandum ta’ Qbil bejn il-KtR u d-WHO madankollu jorbot lill-KtR biex jippromovi l-aċċess għall-kura tas-saħħa, il-promozzjoni tas-saħħa u l-kondiviżjoni tal-għarfien, li lkoll huma aspetti essenzjali tad-Direttiva;

46.

jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi djalogu regolari mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, inklużi l-Kummissjoni NAT u l-Grupp Interreġjonali dwar is-Saħħa, dwar l-isfidi u s-soluzzjonijiet bil-għan li tittejjeb l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali;

47.

jesprimi l-appoġġ kontinwu tiegħu għal din il-kollaborazzjoni Ewropea tant meħtieġa u jinsab lest li jagħti pariri u jinforma aktar dwar eżempji tal-aħjar prattika mir-reġjuni;

48.

itenni li l-mard ma għandux fruntieri u li s-solidarjetà Ewropea fl-emerġenza tas-saħħa m’għandha tieqaf qatt mal-fruntieri amministrattivi jew dawk legali;

49.

jistenna li t-tielet rapport ta’ implimentazzjoni li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea jkun jirrifletti bis-sħiħ il-kunsiderazzjonijiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, kif espressi f’din l-Opinjoni.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  f’Novembru 2019, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni nieda konsultazzjoni permezz tan-Network ta’ Ċentri Reġjonali tiegħu biex jinvestiga l-implimentazzjoni tad-Direttiva fil-livell territorjali. 27 ċentru reġjonali, li jirrappreżentaw 18-il pajjiż Ewropew, ipparteċipaw fl-istħarriġ.

(2)  Franza waqqfet “kuritur tas-saħħa” bħal dan fil-fruntiera bejn Franza u Spanja biex tippermetti l-kontinwità tal-kura fl-isptar ta’ Cerdanya, filwaqt li l-Lussemburgu applika deroga speċifika għall-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa Franċiża biex jassenjalhom status speċjali ta’ “stabbiliti” u jħallihom imorru għax-xogħol fil-Gran Dukat.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/15


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Mekkaniżmu tal-UE għall-Emerġenzi tas-Saħħa

(2020/C 440/04)

Relatur:

Birgitta SACRÉDEUS (SE/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Dalarna

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

josserva li t-tifqigħa tal-COVID-19 li laqtet lill-Ewropa u lill-bqija tad-dinja fl-2020 mhux biss wasslet għal livelli għoljin ta’ mard u mwiet, iżda wkoll kellha bosta konsegwenzi ekonomiċi u soċjali, li ħadd għadu ma eżamina għalkollox. Il-firxa rapida tal-virus wasslet għal żieda fil-pressjoni kemm fuq il-kura tas-saħħa u l-kura soċjali kif ukoll fuq l-istrutturi tas-saħħa pubblika u rriżultat f’ammont ta’ xogħol għoli ħafna għall-persunal tas-saħħa u l-kura, u fl-istess ħin jeħtieġ li jsiru t-tħejjijiet għal fażijiet ġodda tal-firxa tal-virus;

2.

josserva li l-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-inħawi differenti tal-Ewropa b’mod differenti, b’differenzi sinifikanti mhux biss bejn il-pajjiżi iżda wkoll bejn ir-reġjuni, il-muniċipalitajiet, il-viċinati u l-gruppi ta’ età, iżda li l-persuni b’kundizzjonijiet tas-saħħa preeżistenti u l-persuni li l-istat tas-saħħa tagħhom huwa fraġli kif ukoll dawk li jgħixu f’kundizzjonijiet soċjoekonomiċi inadegwati ntlaqtu b’mod iżjed aħrax minn oħrajn, u dan b’mod konsistenti;

3.

jinnota li, bil-għan li tiġi miġġielda l-kriżi tal-COVID-19 kif ukoll biex tinżamm u tiġi garantita s-saħħa tal-popolazzjoni, l-Istati Membri ħadu miżuri li jirrestrinġu l-libertà tal-moviment tal-individwi sal-punt li jkun inkonċepibbli taħt ċirkustanzi normali;

4.

huwa tal-fehma li l-pandemija tal-COVID-19 turi b’mod ċar l-importanza ta’ persunal kwalifikat u mħarreġ sew u sistemi tas-saħħa ffinanzjati kif imiss mgħammra tajjeb u sodi, bil-kapaċità li jadattaw ruħhom malajr għal sitwazzjoni ġdida ta’ saħħa pubblika u kura u, jekk ikun meħtieġ, li tissaħħaħ iżjed il-kura primarja u tal-out-patients u li tiżdied il-kapaċità fl-isptarijiet fis-swali ta’ kura ordinarja u ta’ kura intensiva;

5.

jinnota li f’ħafna pajjiżi ġiet posposta l-kura tal-pazjenti b’dijanjostika u bżonnijiet mediċi oħra, u din hija r-raġuni għaliex inħolqot “akkumulazzjoni ta’ kura tas-saħħa” li se tieħu żmien twil biex tiġi indirizzata. Ħafna nies li kienu morda ħafna bil-COVID-19 issa jeħtieġu riabilitazzjoni, u hemm ukoll bosta indikazzjonijiet li żdiedet il-ħtieġa ta’ kura tas-saħħa mentali b’rabta mal-pandemija, kemm fil-popolazzjoni ġenerali kif ukoll fil-professjonisti tas-saħħa u tal-kura. Il-kura tas-saħħa, li tħaddan is-saħħa pubblika, il-kura primarja u dik tal-out-patients, għalhekk se teħtieġ aktar riżorsi għal perjodu twil ta’ żmien;

6.

jinnota li l-istituzzjonijiet tal-UE appoġġjaw b’mod attiv lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-COVID-19, iżda li l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri waqfet ħesrem, pereżempju, ngħalqu l-fruntieri nazzjonali għall-provvisti mediċi meta l-ħtieġa għal kooperazzjoni, tmexxija u impenn fil-livell Ewropew kienet akbar mis-soltu;

7.

ifakkar li, skont l-Artikolu 222 tat-TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jaġixxu b’mod konġunt fi spirtu ta’ solidarjetà;

8.

jenfasizza li, filwaqt li l-UE taqdi rwol importanti fit-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard u l-eliminazzjoni tar-riskji għas-saħħa, hija fundamentalment ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddeċiedu kif għandhom jiġu organizzati, iffinanzjati u żviluppati s-saħħa pubblika, il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali;

9.

huwa konvint li s-sistemi Ewropej ta’ kura tas-saħħa universali, iffinanzjati fuq il-bażi tas-solidarjetà, huma vantaġġ ewlieni fil-ġlieda kontra l-COVID-19;

Tagħlimiet globali

10.

huwa tal-fehma li hemm ħafna tagħlimiet importanti li għandhom jinsiltu mill-ġlieda kontra l-COVID-19 li jistgħu jintużaw f’aktar ħidma fuq din il-kriżi globali, iżda wkoll f’sitwazzjonijiet oħra ta’ kriżi;

11.

jiġbed l-attenzjoni li ħafna Stati Membri għażlu li r-responsabbiltà prinċipali għall-kura tas-saħħa u s-saħħa pubblika tkun f’idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Anke f’pajjiżi li għandhom sistema nazzjonali tas-saħħa ta’ sikwit il-livell lokali jkun responsabbli għas-servizzi soċjali u l-kura soċjali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għalhekk jaqdu rwol importanti ħafna fil-ġlieda kontra l-COVID-19;

12.

jenfasizza l-importanza li l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet tal-UE, kif ukoll l-Istati Membri, jiżguraw li s-suq uniku jinżamm u li jkompli jiffunzjona wkoll f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ma jfixkilx l-akkwist u t-trasport ta’ prodotti farmaċewtiċi, apparat mediku, tagħmir ta’ protezzjoni personali u oġġetti u servizzi oħra, u li l-ħaddiema fil-kura tas-saħħa u dik soċjali u gruppi ewlenin oħra ma jkunux impediti milli jivvjaġġaw minn naħa għal oħra tal-fruntieri nazzjonali;

13.

jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-kwalità tal-ġbir tad-data, il-kwalità tar-riċerka u sorsi siguri ta’ informazzjoni biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet jieħdu deċiżjonijiet infurmati u li l-kumpaniji, l-organizzazzjonijiet u l-individwi jaġixxu b’mod responsabbli u preventiv;

14.

jenfasizza l-importanza ta’ assistenza reċiproka u kooperazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali, inkluż it-trasport ta’ pazjenti li jeħtieġu kura fl-isptar lil hinn mill-fruntieri nazzjonali lejn l-isptarijiet li għandhom kapaċità disponibbli, it-trasferiment ta’ persunal mediku u forom oħra ta’ kooperazzjoni transkonfinali biex tittaffa l-pressjoni minn fuq is-sistemi tas-saħħa fl-aktar partijiet milquta tal-UE;

15.

għaldaqstant, jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jaqblu dwar protokoll statistiku komuni li jippermetti l-komparabbiltà tad-data dwar l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u l-pandemiji tal-ġejjieni. Dan il-protokoll, li għandu jiġi żviluppat taħt l-awtorità konġunta tal-ECDC u l-Eurostat, jista’ jibbaża fuq data pprovduta fil-livell tan-NUTS 2 biex jiffaċilita rispons ta’ politika li jintegra l-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;

16.

jiġbed l-attenzjoni għas-soluzzjonijiet diġitali f’oqsma li jinkludu, pereżempju, informazzjoni medika, konsultazzjonijiet mediċi u traċċar tal-kuntatti b’rabta mad-detezzjoni ta’ mard li ġew żviluppati jew sar progress fihom b’rabta mat-tifqigħa tal-COVID-19; madankollu, l-identifikazzjoni tal-portaturi tal-virus tqajjem mistoqsijiet leġittimi dwar il-privatezza u s-sigurtà tad-data, anke f’sitwazzjonijiet transkonfinali; Il-pandemija enfasizzat ukoll il-ħtieġa għal skambju diġitali transkonfinali tad-data tal-pazjenti meta l-pazjenti jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor;

17.

jenfasizza kemm l-importanza tal-kooperazzjoni globali fil-qafas, fost l-oħrajn, tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), għall-ġlieda kontra l-COVID-19 u theddid serju ieħor għas-saħħa, kif ukoll l-importanza tal-kooperazzjoni man-negozji, l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat, il-familji, il-ġirien u l-ħbieb fil-ġestjoni tal-kriżijiet lokali u reġjonali;

18.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jinstab mod aħjar kif jiġu protetti l-anzjani u l-persuni fraġli, kemm dawk li jgħixu f’akkomodazzjoni speċjali kif ukoll akkomodazzjoni ordinarja, kontra l-COVID-19 u mard ieħor li jittieħed; f’dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza li l-politiki soċjali u tas-saħħa jsaħħu s-sistemi tal-kura primarja fil-livell lokali, b’enfasi fuq il-prevenzjoni

Mekkaniżmu tal-UE għall-Emerġenzi tas-Saħħa

19.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-passi li diġà ttieħdu mill-Kummissjoni biex jitnaqqas il-piż fuq l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-kriżi tal-COVID-19, jieħu nota tal-Pjan ta’ Rkupru Ewropew komprensiv li tressaq fis-27 ta’ Mejju 2020 u jilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim dwar l-użu tal-fondi kollha disponibbli fil-baġit tal-UE ta’ din is-sena biex jgħin biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-sistemi Ewropej tas-saħħa;

20.

josserva li d-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa (1) pprovdiet bażi importanti għat-tħejjija u r-rispons tal-Unjoni għall-emerġenzi, iżda li fid-dawl tal-kriżi attwali tas-saħħa, hemm bżonn li jiġu żviluppati aktar il-kapaċitajiet tal-UE ta’ rispons għall-emerġenzi u ta’ reazzjoni għad-diżastri;

21.

għalhekk jipproponi li, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u r-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri għall-kura tas-saħħa, is-saħħa pubblika u l-ġestjoni tad-diżastri, jiġi stabbilit “mekkaniżmu tal-UE għall-emerġenzi tas-saħħa” bil-għan li:

jiġu kkoordinati l-miżuri u l-appoġġ tal-UE biex jappoġġjaw l-istrutturi nazzjonali, reġjonali u lokali ta’ kura tas-saħħa u ta’ rispons għad-diżastri, bil-għan li jiġu indirizzati b’mod effettiv it-theddid għas-saħħa u sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

jiġu żgurati kooperazzjoni u koordinazzjoni effettivi f’dak li jirrigwarda t-tħejjija u r-rispons flimkien ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, bħad-WHO;

tiġi kkoordinata d-distribuzzjoni Ewropea ta’ tagħmir mediku essenzjali;

jissaħħaħ ir-rwol tal-Aġenziji Ewropej relatati mas-saħħa;

tittejjeb il-provvista ta’ tagħmir mediku essenzjali permezz ta’ inizjattivi konġunti ta’ akkwist u tiġi ssorveljata l-katina ta’ provvista tal-prodotti essenzjali;

bil-kooperazzjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Istati Membri jiġu megħjuna fir-reviżjoni u l-aġġornament tal-pjani pandemiċi tagħhom, b’enfasi fuq l-involviment ukoll tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għal “simulazzjoni ta’ kriżi” sabiex jiġi vvalutat l-istat ta’ tħejjija tagħhom biex jirrispondu għal theddid differenti għas-saħħa, kif ġara fil-każ tal-istituzzjonijiet finanzjarji wara l-kriżi finanzjarja;

22.

huwa tal-fehma li l-“Mekkaniżmu tal-UE għall-Emerġenzi tas-Saħħa” futur għandu jkun ibbażat fuq l-istrument għall-appoġġ ta’ emerġenza, kif previst fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 (2);

23.

huwa konvint li l-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, u b’mod partikolari l-istrument rescEU tal-UE u l-Korp Mediku Ewropew, jeħtieġ li jissaħħu aktar jekk l-Unjoni trid li tkun lesta u kapaċi tirreaġixxi malajr, b’mod effettiv u kkoordinat, għall-kriżijiet kollha futuri, bijoloġiċi jew ta’ tip ieħor. Madankollu, il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-esperjenza tal-pandemija tal-COVID-19, bil-għan li l-organizzazzjoni u l-istruttura tiegħu jkunu l-iżjed effettivi possibbli;

24.

jipproponi li tissaħħaħ il-kapaċità ta’ twissija bikrija taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) u tiġi żviluppata r-rabta tiegħu mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), sabiex ikun jista’ jwettaq ir-rwol ta’ koordinazzjoni tiegħu b’mod saħansitra aktar effettiv fil-futur u jipprovdi appoġġ adatt lill-korpi ta’ ġestjoni operazzjonali fuq il-post;

25.

josserva li l-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat kemm huwa kruċjali l-ECDC, u jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaħdmu flimkien biex isaħħu u jiżviluppaw ir-rwol tiegħu fil-ġlieda kontra l-patoloġiji l-kbar; Għalhekk, jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li t-tisħiħ ta’ dan ir-rwol issa qed jiġi diskuss mill-Ministri tas-saħħa tal-UE;

26.

jilqa’ b’sodisfazzjon ħafna mill-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-15 ta’ Lulju 2020 fil-Komunikazzjoni dwar “L-istat ta’ tħejjija tal-UE fuq medda qasira ta’ żmien fil-qasam tas-saħħa għal tifqigħat tal-COVID-19”;

27.

bil-għan li jiġu salvagwardjati kemm il-libertà tal-moviment kif ukoll is-saħħa pubblika, jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ippubblikata fl-4 ta’ Settembru 2020 dwar approċċ koordinat għar-restrizzjoni tal-libertà tal-moviment bħala rispons għall-pandemija tal-COVID-19;

Akkwist u kumulazzjoni ta’ provvisti mediċi

28.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, sad-data ta’ April 2020, il-ftehim dwar l-akkwist konġunt kien ikopri kważi 540 miljun persuna, inklużi r-residenti kollha tal-pajjiżi tal-UE u taż-ŻEE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u kważi l-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali kollha;

29.

jilqa’ b’sodisfazzjon, għalhekk, il-proposta tal-Kanċillier Angela Merkel u tal-President Emmanuel Macron tat-18 ta’ Mejju 2020 li, bħala parti minn strateġija ta’ rispons għall-kriżijiet tas-saħħa, jistabbilixxu “task force speċjali” fi ħdan il-qafas tal-ECDC li jiġi fdat bil-kompitu li, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa, ifasslu pjani ta’ prevenzjoni u ta’ rispons bil-għan li jiġġieldu epidemiji futuri;

30.

japprezza n-natura volontarja tal-ftehim, iżda huwa tal-fehma li l-inklużjoni volontarja għandha tiġi sostitwita b’opzjoni ta’ esklużjoni fakultattiva, peress li din tiffaċilita proċedura rapida u fl-istess ħin tiggarantixxi l-libertà tal-għażla għall-partijiet involuti;

31.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li jinħoloq programm ġdid u awtonomu tas-saħħa msejjaħ “EU4Health”, bħala parti mill-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa, b’baġit totali ta’ EUR 9,4 biljun bil-għan li, fost affarijiet oħra, tissaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa u biex l-Unjoni titħejja għal kriżijiet futuri tas-saħħa, u biex il-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili msejjaħ “RescEU” jissaħħaħ b’żieda ta’ finanzjament ta’ EUR 2 biljun; jiddispjaċih, madankollu, li l-Kunsill Ewropew sussegwentement baxxa l-ambizzjonijiet tiegħu għal EUR 1,7 biljun, li jnaqqas il-possibbiltà li jiġu indirizzati l-konsegwenzi negattivi tal-pandemija. Il-Kumitat tar-Reġjuni beħsiebu jressaq kummenti speċifiċi dwar il-programm ġdid dwar is-saħħa f’Opinjoni separata;

32.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-akkwist u d-distribuzzjoni fl-Ewropa ta’ provvisti mediċi essenzjali lill-isptarijiet u lil fornituri oħra tal-kura tas-saħħa (respiraturi, ventilaturi, tagħmir ta’ protezzjoni personali, maskri li jistgħu jerġgħu jintużaw, mediċini, tagħmir mediku u tal-laboratorju u diżinfettant), iżda jenfasizza li f’ħafna Stati Membri l-isptarijiet, iċ-ċentri tas-saħħa u d-djar tal-kura huma mmexxija mill-awtoritajiet reġjonali u lokali li jeħtieġ li jkunu involuti f’dan il-proċess, u jinnota li l-akkwist konġunt fir-rebbiegħa ħa wisq żmien biex jilħaq l-iskop tiegħu bis-sħiħ;

33.

jilqa ‘b’sodisfazzjon il-ħolqien rapidu tar-riżerva medika tar-rescEU għal tagħmir mediku u l-konsenja rapida tiegħu lill-iżjed Stati Membri milquta;

34.

jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jistabbilixxu pjan Ewropew strateġiku permanenti ta’ emerġenza fil-forma ta’ riżerva fl-UE ta’ antibijotiċi, vaċċini, antidoti kimiċi, antitossini u provvisti mediċi essenzjali oħra, li wrew li huma effettivi, sabiex tiġi garantita l-eżistenza ta’ riżerva ta’ emerġenza, u jikoordinaw id-distribuzzjoni rapida u l-konsenja tar-riżorsi meħtieġa fl-Ewropa;

35.

jilqa’ b’sodisfazzjon id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2020 li teżenta b’mod temporanju t-tagħmir mediku u t-tagħmir ta’ protezzjoni personali mid-dazji tal-importazzjoni u mill-VAT. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra li tirrevedi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni tagħha, sabiex tinkludi l-kumpaniji privati li huma obbligati jużaw it-tagħmir ta’ protezzjoni personali, u timplimentaha b’mod li ma jpoġġix lill-produtturi lokali tal-UE fi żvantaġġ ekonomiku;

36.

josserva li l-iskarsezzi ta’ prodotti u mediċini essenzjali, bħall-antibijotiċi u l-anestetiku, li bosta reġjuni diġà esperjenzaw, ġiet aggravata matul il-pandemija li għaddejja, u jitlob li jsiru sforzi biex jinkisbu malajr sustanzi bażiċi essenzjali, biex tiżdied il-produzzjoni ta’ tagħmir tal-ittestjar u apparat mediku ieħor fejn ikun hemm skarsezzi, u biex jingħata bidu għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ mediċini essenzjali fit-territorju Ewropew billi jiġu promossi r-riċerka u l-innovazzjoni, u billi jinħolqu inċentivi għall-produtturi;

37.

jaqbel li l-Unjoni trid tkun kapaċi tiżviluppa, tixtri, tittrasporta u tqassam provvisti tal-ittestjar u tagħmir ta’ protezzjoni importati minn barra l-pajjiż jew manifatturati fl-UE. Fir-rigward tal-produzzjoni tal-mediċini u provvisti mediċi oħra, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom inaqqsu d-dipendenza tagħhom mill-pajjiżi terzi u jagħmlu l-almu tagħhom biex il-mediċini jkunu aktar affordabbli;

38.

huwa konvint li għandu jkun possibbli f’kull ħin li tiġi żgurata provvista rapida u faċilment aċċessibbli ta’ tagħmir protettiv, bħal maskri, ilbies protettiv, eċċ., fis-suq. Għal dan il-għan, għandhom jinħolqu l-kundizzjonijiet adatti fil-livell Ewropew sabiex il-kapaċità tal-produzzjoni tal-materjali protettivi tkun tista’ tiġi stabbilita fl-Istati Membri, u r-regoli Ewropej dwar l-akkwist pubbliku u l-antitrust għandhom jiġu rieżaminati fid-dawl tal-pandemija;

39.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi vvalutat liema tip ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali huwa adatt li jintuża f’kuntesti differenti, u mhux biss biex tiġi miġġielda l-COVID-19;

40.

jemmen li hija ħaġa pożittiva li l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) qablu li jagħmlu disponibbli numru ta’ standards Ewropej għal ċertu apparat mediku u tagħmir protettiv personali, u huwa tal-fehma li dan ser iżiż u jittrasforma l-kapaċità ta’ produzzjoni tal-kumpaniji Ewropej sabiex ilaħħqu mal-iskarsezzi tal-provvisti;

41.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-apparat għal protezzjoni personali, speċjalment dak maħsub għaċ-ċittadini jkun kemm jista’ jkun riċiklabbli;

Vaċċini, dijanjostika u kura

42.

jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jinstabu vaċċini kontra l-COVID-19 u jistieden lil-leġislatur tal-UE biex iqis l-appell tal-Kumitat biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ vaċċini li jikkomplementaw ir-riċerka medika pubblika u privata għall-ġlieda kontra l-COVID-19;

43.

jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex il-baġit tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni “Orizzont Ewropa” jiżdied għal EUR 94,4 biljun, u jiddispjaċih li l-Kunsill Ewropew sussegwentement ippropona li dan jitnaqqas għal EUR 80,9 biljun;

44.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-qbil milħuq mill-Kummissjoni Ewropea ma’ diversi kumpaniji farmaċewtiċi dwar il-provvista ta’ mediċini u dożi ta’ vaċċini jekk u meta ċerta kumpanija tiżviluppa vaċċin sigur u effettiv;

45.

josserva bi tħassib li l-isforzi globali biex jiġu żviluppati l-vaċċini, id-dijanjostika u l-kura kontra l-COVID-19 jistgħu jinbidlu f’sitwazzjoni kompetittiva ħarxa, li twassal biex il-pajjiżi l-foqra jkun vulnerabbli ferm fil-konfront tal-marda; jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għall-kooperazzjoni multilaterali biex jiġu żviluppati vaċċini, dijanjostika u terapiji siguri u effettivi, u għal finanzjament ġust u l-kondiviżjoni bbażata fuq is-solidarjetà ta’ vaċċini u mediċini futuri;

46.

jappoġġja l-iżvilupp ta’ kard komuni tal-UE għat-tilqim kif ukoll reġistru virtwali Ewropew li jipprovdi informazzjoni dwar ir-riżerva tal-vaċċini bil-għan li jiġi ffaċilitat l-iskambju volontarju ta’ informazzjoni dwar ir-riżorsi ta’ vaċċini disponibbli u n-nuqqas ta’ vaċċini bażiċi;

47.

jitlob li jittieħdu aktar miżuri biex jiġi evitat it-tixrid ta’ miżinformazzjoni dwar il-COVID-19, il-kura għall-marda u u l-vaċċini online u nħawi oħra kontra din il-marda. F’din il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, id-WHO, l-UE u l-Istati Membri tagħha, kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jaqdu rwoli importanti;

48.

jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġbor aktar fondi għar-riċerka dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19, u jittama li l-programm Orizzont Ewropa jalloka riżorsi sostanzjali biex jiġu appoġġjati l-innovazzjoni u r-riċerka f’dan il-qasam.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar l-għoti ta' appoġġ ta' emerġenza fl-Unjoni (ĠU L 70, 16.3.2016, p. 1).


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/20


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Bliet u reġjuni bijodiversi lil hinn mill-2020 fil-COP 15 tal-KDB tan-NU u fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030

(2020/C 440/05)

Relatur:

Roby BIWER (LU/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Bettembourg, Il-Lussemburgu

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna

COM(2020) 380 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

Jistieden lill-komunità internazzjonali tagħmel il-15-il Konferenza tal-Partijiet (COP) tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB) fl-2021 il-Mument ta’ Kunming għall-Bijodiversità u sservi ta’ twissija biex tintlewa l-kurva b’mod irriversibbli tax-xejra tat-telf tal-bijodiversità u tal-ekosistemi;

2.

Iwissi lin-nies dwar il-fatt li mill-2018 ’l hawn l-istat tal-bijodiversità mar għall-agħar u l-biċċa l-kbira tal-għanijiet internazzjonali tas-soċjetà u dawk ambjentali, b’mod partikolari l-Miri tal-Bijodiversità ta’ Aichi (il-miri ta’ Aichi), ma ntlaħqux. L-isforzi globali biex jitwaqqaf it-tnaqqis tal-bijodiversità fallew, kif iddokumentat mill-Valutazzjoni Globali tal-2019 tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES), li wasslet biex il-Forum Ekonomiku Dinji 2020 jidentifika t-telf tal-bijodiversità u l-kollass tal-ekosistemi bħala waħda mill-akbar ħames theddidiet li qed tiffaċċja d-dinja;

3.

Jirrimarka li l-fatturi prinċipali tat-telf tal-bijodiversità huma t-tibdil fl-użu tal-art, l-isfruttament dirett tar-riżorsi naturali, u t-tibdil fil-klima li għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ azzjonijiet konkreti u f’waqthom.

4.

Jenfasizza li l-impronta ekoloġika totali tal-Istati Membri UE-27 taqbeż aktar mid-doppju l-kapaċità tal-ekosistemi li jipproduċu materjal bijoloġiku utli u li jaġixxu bħala bjar tal-karbonju fir-reġjun;

5.

Jisħaq fuq l-evidenza dejjem tikber tar-rabta diretta bejn il-kriżijiet tal-klima, tal-bijodiversità u tas-saħħa tal-bniedem u ż-żieda fir-riskju żoonotiku ta’ pandemiji minħabba l-qerda globali avvanzata tal-ekosistemi naturali;

6.

Jenfasizza li l-istat attwali tal-kriżi tal-bijodiversità jirrikjedi sett ta’ miri ambizzjużi u li jistgħu jiġu kkomunikati faċilment, politika u azzjoni immedjati bbażati fuq ix-xjenza dwar il-fatturi li jwasslu għat-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistemi li jkunu proporzjonati għall-għan li tintlewa l-kurva tax-xejra tat-telf tal-bijodiversità;

7.

Jappella sabiex ikun hemm koerenza tal-politiki sabiex jiġu allinjati l-isforzi, l-objettivi u l-eżiti tal-politiki differenti tal-UE, inkluża l-Politika Agrikola Komuni (PAK) il-ġdida, il-Patt Ekoloġiku tal-UE u r-relazzjonijiet kummerċjali u l-impenji internazzjonali tal-UE, jiġifieri l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Ftehim ta’ Pariġi tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB) u l-Qafas ta’ Sendai għall-Ġestjoni tar-Riskju ta’ Diżastri, fi strateġija komprensiva tal-UE għas-sostenibbiltà b’objettivi u miżuri ta’ implimentazzjoni ċari.

8.

Jenfasizza l-urġenza li tittieħed azzjoni kif ikkonfermat mill-5 Perspettiva Globali dwar il-Bijodiversità tal-KDB u r-rakkomandazzjoni tagħha li jiġu promossi l-governanza urbana fil-livell lokali u l-ippjanar transdixxiplinari, li jiġu promossi soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura kif ukoll li jiġu adottati approċċi integrati għall-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art fil-livell lokali u tal-pajsaġġ, bħala komponenti ewlenin tal-perkorsi li jittieħdu bil-għan li tintlewa l-kurva tax-xejra tat-telf tal-bijodiversità;

9.

Jisħaq li, minkejja l-għarfien dejjem jikber, ir-rikonoxximent formali tar-rwol ewlieni tal-Gvernijiet Sottonazzjonali, Bliet u Awtoritajiet lokali Oħra għall-Bijodiversità (SLGs) (1) biex tintlewa l-kurva tax-xejra tat-telf tal-bijodiversità u jiġi applikat “approċċ ta’ gvern sħiħ” f’kull pass u f’kull livell tal-proċess ta’ governanza tal-bijodiversità, għadu nieqes kemm fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 kif ukoll fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020. Dan ir-rikonoxximent jista’ jinkiseb b’mod partikolari permezz tal-inklużjoni ta’ Strateġiji u Pjani ta’ Azzjoni Lokali u Sottonazzjonali għall-Bijodiversità (LBSAPs/SBSAPs) fl-Istrateġiji u Pjani ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Bijodiversità (NBSAPs);

10.

Jappoġġja l-istabbiliment tal-objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika tal-UE biex imexxi l-proġett Ewropew lejn newtralità klimatika irriversibbli sal-2050, abbażi ta’ QFP għall-2021-2027 li tal-anqas jilħaq il-mira ta’ nefqa relatata mal-klima ta’ 30 %; u jenfasizza li l-Liġi Ewropea dwar il-Klima għandha tiżgura l-konverġenza tal-miżuri sabiex jinkisbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti mal-objettivi tal-UE u globali fil-qasam tal-bijodiversità (2);

Ir-Rwol tal-Bliet u r-Reġjuni biex tintlewa l-kurva tax-xejra tat-telf tal-bijodiversità

11.

Jaqbel mal-konklużjoni tar-rapport tal-IPBES 2019 li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, permezz ta’ produzzjoni u konsum responsabbli, kif ukoll l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-użu tal-art territorjali integrat u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, fuq il-protezzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u primarji li huma sensittivi u speċifiċi għal kuntesti soċjali, ekonomiċi u ekoloġiċi, jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-Konvenzjonijiet rilevanti tan-NU, fosthom l-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta’ Pariġi tan-NU;

12.

Jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma parti kostitwenti tal-awtoritajiet nazzjonali li jirratifikaw il-KDB, jagħtu kontributi volontarji estensivi u joħolqu sħubiji importanti li jimmobilizzaw lill-gruppi ewlenin (il-komunitajiet indiġeni u lokali, iż-żgħażagħ u n-nisa) u s-setturi rilevanti (in-negozju, il-kultura u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili);

13.

Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala magni tal-innovazzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ pjani u strateġiji spazjali u territorjali integrati, huma riżorsa li ma tintużax biżżejjed, anke finanzjarjament, sabiex jintlaħqu l-miri tal-UE u globali fil-qasam tal-bijodiversità, u li l-kapaċitajiet sħaħ tagħhom jistgħu jiġu sfruttati billi jiġu rikonoxxuti, attivati u mgħammra r-rwoli ewlenin tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

14.

Jenfasizza li s-soluzzjonijiet innovattivi bbażati fuq in-natura, li huma soluzzjonijiet ispirati u appoġġjati min-natura, kosteffettivi, li jipprovdu fl-istess ħin benefiċċji soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza, huma fost l-għodod l-aktar effettivi għar-restawr tal-ekosistemi u għall-mobilizzazzjoni tal-kapaċità tan-nies li jirnexxu flimkien man-natura, kif jindika r-rapport tal-proġett Naturvation tal-2020 (3);

15.

Jappella għall-iskambju tal-aħjar prattiki sabiex jitrawmu l-adozzjoni u t-tixrid ta’ soluzzjonijiet innovattivi bbażati fuq in-natura, u l-ħolqien ta’ gwida għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;

16.

Jiġbed l-attenzjoni għall-interkonnettività tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, u jissuġġerixxi l-integrazzjoni tal-miri tal-bijodiversità u tal-klima f’aktar żviluppi ta’ politika, eż. billi l-bijodiversità tal-madwar tal-infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli tiġi kkunsidrata fuq bażi kontinwa, ħalli b’hekk jintlaħqu kemm il-miri tal-bijodiversità, kif ukoll dawk tal-klima;

17.

Ifakkar fl-inkoraġġiment tiegħu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jistabbilixxu LBSAPs jew SBSAPs, rispettivament, u jinvolvu ruħhom fi standardizzazzjoni internazzjonali, Ewropea u nazzjonali biex jintegraw il-ġestjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi kif ukoll s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għal aktar applikabbiltà u impatt;

Il-bliet u r-reġjuni bħala l-ixprunaturi għall-implimentazzjoni tal-ambizzjonijiet tal-bijodiversità tal-UE

18.

Jilqa’ l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 bħala interfaċċa għall-kollaborazzjoni vertikali fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tat-telf tal-bijodiversità u r-rabtiet tagħha mal-isfidi tas-soċjetà bħall-mitigazzjoni tal-klima u l-adattament għaliha u l-protezzjoni minn pandemiji futuri;

19.

Jappella għal kooperazzjoni b’saħħitha mal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-istabbiliment ta’ kurituri ekoloġiċi, bħala parti min-networks trans-Ewropej tan-natura, peress li huma l-muftieħ għall-parteċipazzjoni lokali;

20.

Jenfasizza l-importanza li jiġu kkoordinati l-miżuri ta’ konservazzjoni tan-natura u li jiġu stabbiliti miri fil-livell lokali. L-UE għandha tipprovdi finanzjament u informazzjoni ta’ appoġġ għall-bliet u r-reġjuni sabiex tiġi promossa l-bijodiversità, inkluż għal proġetti ta’ konservazzjoni, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, l-iżvilupp ta’ riżorsi tad-data tan-natura, l-ippjanar spazjali li jissalvagwardja l-bijodiversità u t-tisħiħ tal-għarfien espert u r-riżorsi fil-bliet u r-reġjuni;

21.

Jilqa’ l-impenn tal-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu dwar it-tħejjija tal-Qafas Globali għall-Bijodiversità għal wara l-2020 biex tiżdied l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura b’appoġġ għall-konservazzjoni tal-bijodiversità, ir-restawr tal-ekosistema u l-użu sostenibbli tal-art;

22.

Jilqa’ u jappoġġja l-impenji, il-miri u l-għanijiet ambizzjużi tal-UE kollha tal-Patt Ekoloġiku tal-UE u tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-kisba tagħhom, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ Pjani għal Ekoloġizzazzjoni Urbana sa tmiem l-2021, u jenfasizza l-potenzjal tagħhom ta’ innovazzjoni u integrazzjoni biex jappoġġjaw il-bijodiversità urbana u reġjonali, l-irkupru reżiljenti u l-koeżjoni soċjali;

23.

Jisħaq fuq il-ħtieġa għal strateġija integrata madwar l-UE kollha bil-għan li jinżergħu mill-inqas 3 biljun siġra addizzjonali fl-UE b’rispett sħiħ għall-prinċipji ekoloġiċi sabiex tiġi żgurata l-kunsiderazzjoni tal-funzjonijiet ewlenin; itenni l-Opinjoni tiegħu (4) dwar ir-rwol kruċjali tal-foresti kemm f’żoni rurali kif ukoll f’dawk urbani għall-protezzjoni tal-bijodiversità, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni kontra l-ħsara idroġeoloġika, il-ħżin tad-diossidu tal-karbonju, is-saħħa tal-bniedem u kobenefiċċji oħra, u jitlob għal aktar sforzi sabiex il-foresti jiġu protetti u restawrati b’rispett sħiħ għall-prinċipji ekoloġiċi, l-età sinifikanti, il-karatteristiċi ekoloġiċi uniċi u l-ogħla livell ta’ bijodiversità;

24.

Jilqa’ l-Pjattaforma dwar l-Ekoloġizzazzjoni Urbana tal-UE bħala għodda għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-bliet, u jirrakkomanda li tiġi integrata f’inizjattivi u pjattaformi ewlenin bħall-Ftehim il-ġdid tal-UE dwar il-Bliet Ekoloġiċi, NetworkNature, CitiesWithNature u RegionswithNature. B’mod partikolari, jappoġġja lil CitiesWithNature u RegionsWithNature bħala l-pjattaformi uffiċjali tal-Aġenda ta' Azzjoni ta' Sharm El-Sheikh għal Kunming għan-Natura u n-Nies biex jinvolvu ruħhom u jimpenjaw lill-SLGs biex juru l-isforzi tagħhom u jirrikonoxxu l-valur tan-natura fil-bliet u r-reġjuni;

25.

Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-immaniġġjar tas-siti Natura 2000, u jitlob appoġġ loġistiku, xjentifiku u finanzjarju suffiċjenti biex ikunu koperti u infurzati bis-sħiħ sal-2025;

26.

Jistieden lill-UE tipprovdi biżżejjed riżorsi, tisħiħ tal-kapaċitajiet u gwida lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jimplimentaw attivitajiet ta’ mitigazzjoni u adattament tat-tibdil fil-klima, miżuri ta’ konservazzjoni, ġestjoni tas-siti u pjani għal ekoloġizzazzjoni urbana għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni ambizzjuża dwar il-bijodiversità;

27.

Jilqa’ l-għan li jiġi stabbilit qafas Ewropew ġdid għall-governanza tal-bijodiversità kif ippreżentat fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità, li jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lil-livelli kollha tal-gvern, abbażi tal-kundizzjonijiet lokali, li jikkonformaw mar-responsabbiltajiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni u jkejlu l-progress fl-azzjoni dwar il-bijodiversità, u jappella għal sett ċar ta’ indikaturi u miri li jistgħu jitkejlu li jkunu standardizzati fil-livell Ewropew; jinsab lest li jikkollabora u jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ governanza ġdid sabiex tiġi żgurata struttura li hija l-aktar effettiva sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bil-għan li tintlewa l-kurva tax-xejra tat-telf tal-bijodiversità;

28.

Jistieden lill-UE biex, filwaqt li tibni fuq l-evidenza eżistenti ta’ implimentazzjoni effettiva, tieħu azzjoni konkreta, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, sabiex tkompli tintegra u tallinja l-prijoritajiet tal-bijodiversità fil-ġurisdizzjonijiet u l-oqsma ta’ politika – jiġifieri l-agrikoltura, l-ippjanar spazjali u l-iżvilupp urban, il-kummerċ, l-ambjent, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-mitigazzjoni tal-klima u l-adattament għaliha u l-Patt Ekoloġiku tal-UE – u tintegra b’mod adegwat il-livelli kollha ta’ governanza biex tiżgura li jintlaħqu l-impatti madwar l-UE;

29.

Jenfasizza r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tiegħu dwar il-finanzjament tal-azzjoni dwar il-bijodiversità (5) biex jiżdiedu l-ambizzjonijiet fl-integrazzjoni ambjentali fil-finanzjament kollu tal-UE kif ukoll biex jiżdied u jiġi ssimplifikat il-finanzjament iddedikat għall-bijodiversità mmirat lejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fuq l-iskala adatta, inkluż fil-LIFE;

30.

Jitlob politiki ambjentali transfruntiera koerenti u kooperazzjoni transfruntiera korollarja, peress li l-ispeċijiet jgħixu lil hinn mill-fruntieri;

31.

Jistieden lill-UE tagħti prijorità lill-fatt li tintlewa l-kurva tax-xejra tat-telf tal-bijodiversità bħala prinċipju ewlieni fil-pjani finanzjarji ewlenin kollha, inkluż il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027 u pjani ta’ rkupru mill-COVID-19, biex timmobilizza biżżejjed riżorsi biex tistimula, b’mod dirett jew indirett, l-azzjoni dwar il-bijodiversità fil-livelli kollha tal-gvern u speċifika għall-kuntest reġjonali, filwaqt li tissimplifika l-proċeduri għal użu akbar tal-finanzjament; għal dan il-għan, jissuġġerixxi li tiġi kkunsidrata l-implimentazzjoni ta’ sistema tad-dawl tat-traffiku fuq l-infiq pubbliku jew fuq attivitajiet ta’ investiment li tirrifletti l-impatt possibbli fuq il-bijodiversità u fuq il-fatturi tat-telf tagħha;

32.

Jitlob li l-iskemi tal-għajnuna mill-Istat tal-UE jintegraw bis-sħiħ l-objettiv li jiġu eliminati s-sussidji li huma ta’ ħsara għall-bijodiversità, filwaqt li jiżguraw li l-inċentivi ekonomiċi u regolatorji pubbliċi u privati jkunu pożittivi jew tal-anqas newtrali għall-bijodiversità sal-2030; jenfasizza wkoll l-importanza tal-inklużjoni tal-bijodiversità fil-politika ta’ koeżjoni;

33.

Jiġbed l-attenzjoni għall-għadd kbir ta’ impjiegi fil-periklu minħabba t-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistema u għall-potenzjal ta’ impjiegi jekk jiġu applikati mudelli bijoekonomiċi u sostenibbli tal-produzzjoni, jappella lill-Kummissjoni tagħmel il-preservazzjoni tal-impjiegi, li għandhom rabta diretta mat-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistemi, prijorità fi strateġiji ambjentali futuri;

34.

Jitlob li jiżdied l-investiment fir-riċerka dwar ir-rabtiet bejn in-natura u l-ekonomija sabiex jiġi żgurat input addizzjonali għal tfassil tal-politika msejjes fuq l-evidenza u investimenti aktar effettivi;

35.

Jinkoraġġixxi proċess faċilitat għall-integrazzjoni tal-bijodiversità fil-pjani tal-PAK; iħeġġeġ allokazzjoni minima vinkolanti u effettiva komuni għall-ekoskemi fil-pjani strateġiċi nazzjonali kollha;

36.

Jirrimarka li ħafna drabi jkun hemm inkoerenza fit-terminoloġija użata f’direttivi u regolamenti differenti, li ħafna drabi l-proċeduri (eż. il-programm LIFE) huma kkumplikati wisq għall-awtoritajiet lokali u reġjonali iżgħar, u fil-biċċa l-kbira tagħhom huma mmirati lejn proġetti fuq skala kbira u mhumiex adegwati għal proġetti tan-natura f’żoni periurbani u rurali;

37.

Jinnota r-rwol importanti taż-żoos u l-akkwarji, iżda jenfasizza li l-konservazzjoni u l-preservazzjoni tal-bijodiversità għandhom jiffukaw fuq l-isforzi in situ u l-prevenzjoni tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi, billi jtejbu l-protezzjoni tal-ispeċijiet lokali u jsaħħu l-għarfien dwarhom; joffri l-appoġġ tiegħu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex itejbu l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar iż-Żoo tal-UE, u b’hekk tkun allinjata mal-miri tal-KDB;

38.

Ifakkar li filwaqt li l-qafas tal-UE għall-ħarsien tal-ambjent tal-baħar huwa wieħed mill-aktar komprensivi u ambizzjużi madwar id-dinja, huwa meħtieġ li tingħata spinta fl-azzjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu indirizzati kif xieraq il-pressjonijiet ewlenin bħas-sajd eċċessiv u l-iskart tal-plastik mhux sostenibbli, nutrijenti eċċessivi, prattiki tas-sajd, storbju taħt l-ilma u kwalunkwe tip ta’ tniġġis; prattiki tas-sajd sostenibbli u s-saħħa tal-ekosistemi tal-baħar huma essenzjali għall-ekonomiji, in-nies u l-komunitajiet fiż-żoni kostali;

39.

Jistieden lill-UE ssaħħaħ ir-rwol importanti tal-gvernijiet sottonazzjonali fil-preservazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, b’mod partikolari billi jiġi sfruttat il-potenzjal tad-diversità bijokulturali. Peress li l-kunċett tad-diversità bijokulturali jinkludi l-bijodiversità, id-diversità kulturali u l-identità lokali, reġjonali u Ewropea, il-preservazzjoni tal-bijodiversità x’aktarx iġġib valur miżjud mill-perspettiva tal-komunitajiet lokali;

40.

Jistieden lill-UE biex tappoġġja Qafas Globali tal-Bijodiversità imsaħħaħ għal wara l-2020 li jirrifletti l-importanza ugwali tal-livelli internazzjonali, reġjonali u lokali permezz ta’ deċiżjoni ddedikata għall-involviment sħiħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li tibni fuq il-wirt tal-Pjan ta' Azzjoni tad-Deċiżjoni X/22 u l-kisbiet eċċezzjonali tiegħu fil-livelli kollha tal-gvern matul l-aħħar għaxar snin;

L-istabbiliment tar-rwol tal-bliet u r-reġjuni fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020

41.

Jappoġġja l-għan tad-Deċennju tan-NU dwar ir-Restawr tal-Ekosistema għall-aċċellerazzjoni u l-espansjoni massiva tar-restawr globali ta’ ekosistemi degradati u meqruda biex tiġi miġġielda l-kriżi klimatika u tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel, il-provvista tal-ilma u l-bijodiversità, eż. permezz tal- Bonn Challenge (L-Isfida ta’ Bonn) li timmira li sal-2030 jiġu restawrati 350 miljun ettaru ta’ ekosistemi degradati;

42.

Itenni l-ħtieġa għal rikonoxximent formali tar-rwol ewlieni tal-SLGs fl-ilħuq tal-objettivi globali ta’ restawr u bijodiversità permezz ta’ deċiżjonijiet multipli tal-COPs tal-KDB preċedenti, u jistieden lill-Partijiet tan-NU biex jimpenjaw ruħhom mal-SLGs tagħhom u jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex jinkorporaw il-bijodiversità f’żoni urbani; pjani spazjali u territorjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-KDB u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020 skont il-missjoni tad-Deċiżjoni X/22;

43.

Jilqa’ r-rikonoxximent formali tar-rabta bejn il-bijodiversità u s-saħħa tal-bniedem fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020, u jenfasizza l-fatt li l-SLGs huma essenzjali għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, inklużi spazji ekoloġiċi aċċessibbli u inklużivi f’zoni urbani, periurbani u rurali, li jtejbu b’mod effettiv il-kundizzjonijiet tas-saħħa;

44.

Jirrakkomanda li ssir referenza espliċita għar-rwol tal-SLGs matul il-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020, b’mod partikolari billi jiġu żviluppati għanijiet u miri (li jemendaw it-Taqsima I. Introduzzjoni/B), jiġu żviluppati sħubiji, tingħata spinta lill-bidla (billi tiġi emendata t-Taqsima I. Introduzzjoni/C) u tiġi integrata l-bijodiversità, inkluż fil-politiki settorjali rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern (billi tiġi mpoġġija fi kliem ieħor it-Taqsima D, il-miri tal-2030, punt 13) (6);

45.

Ifakkar fil-ħtieġa għal azzjoni kollettiva tal-partijiet ikkonċernati kollha u tal-pubbliku ġenerali, b’attenzjoni speċjali għall-kontribuzzjonijiet mill-komunitajiet indiġeni u lokali, in-nisa, iż-żgħażagħ u dawk li jiddependu direttament fuq il-bijodiversità u li jimmaniġġjawha;

46.

Jitlob li tingħata prijorità lill-Approċċ fit-Tul għall-Integrazzjoni tal-Bijodiversità (LTAM), orizzontalment u vertikalment, fl-oqsma u s-setturi tal-politika fil-livelli sottonazzjonali u lokali, u jinnota li l-SLGs, bħala l-interfaċċa tal-governanza pubblika lokali mas-soċjetà ċivili u s-settur privat, huma fl-aħjar pożizzjoni biex jindirizzaw ir-restawr u l-protezzjoni tal-ekosistema f’kuntesti lokali u reġjonali speċifiċi, il-ġabra tar-riżorsi u l-użu tal-ekonomiji ta’ skala;

47.

Jargumenta favur il-Mira 15 tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020 biex tiġi indirizzata b’mod espliċitu l-ħtieġa għal riżorsi addizzjonali biex isostnu l-LTAM permezz ta’ tisħiħ immirat tal-kapaċitajiet fil-livelli kollha tal-gvern, inkluż permezz ta’ metodi innovattivi u ta’ attivazzjoni bħat-tagħlim bejn il-pari, biex jitreġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità, jiġu rrestawrati l-ekosistemi, jipprevjenu l-ispeċijiet aljeni invażivi u l-qtil u l-kummerċ illegali tal-organiżmi selvaġġi, u jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati u l-esperti ewlenin, b’mod partikolari l-komunitajiet indiġeni u lokali, fil-ġestjoni tal-bijodiversità u l-għoti ta’ assistenza teknika u riżorsi finanzjarji u umani adegwati;

48.

Jistieden lill-Partijiet tal-KDB biex iżidu b’mod sinifikanti l-finanzjament pubbliku bħala s-sinsla tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi, miġbura minn u mqassma lill-SLGs għall-investiment fl-azzjoni dwar il-bijodiversità fil-livell tagħhom, b’kunsiderazzjoni speċjali tal-hotspots tal-bijodiversità, sabiex jinħolqu kundizzjonijiet li jippermettu l-investiment fis-settur privat;

49.

Jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ inizjattivi ta’ komunikazzjoni, edukazzjoni u sensibilizzazzjoni tal-pubbliku (CEPA) f’alleanza ma’ esperti tekniċi, artisti, kittieba u mas-setturi tal-edukazzjoni u tal-midja, imfassla apposta għal-livell lokali u sottonazzjonali sabiex jenfasizzaw il-valur kulturali, turistiku, rikreattiv, għas-saħħa tal-bniedem, ekonomiku u intrinsiku tal-bijodiversità fil-komunikazzjoni mas-setturi pubbliċi, privati u tan-negozju, u jenfasizza l-pożizzjoni unika, l-għarfien u l-leġittimità tal-SLGs bħala l-livell tal-gvern li huwa l-eqreb tan-nies għall-implimentazzjoni ta’ inizjattivi bħal dawn;

50.

Jitlob li jiġu pprovduti definizzjonijiet konsistenti ta’ indikaturi, inkluż dwar l-ispazju ekoloġiku urban, ibbażati fuq l-Indiċi rivedut ta’ Singapore dwar il-Bijodiversità tal-Bliet, bħala għodda biex jitkejjel il-kontribut tal-azzjoni dwar il-bijodiversità lokali li tappoġġja rwol ċar għall-SLGs fil-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ, rapportar u verifikazzjoni tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020;

51.

Iħeġġeġ biex l-isforzi ta’ monitoraġġ jiżdiedu b’mod sinifikanti, jiġu sfruttati teknoloġiji ġodda, is-sorsi kollha ta’ data adegwati u l-immudellar ta’ tbassir fis-sistemi integrati ta’ monitoraġġ tal-bijodiversità, sabiex tiġi infurmata l-valutazzjoni tal-effikaċja tal-ftehimiet internazzjonali u jiġi segwit b’mod preċiż u trasparenti l-impatt tal-azzjoni dwar il-bijodiversità fil-livelli kollha;

52.

Jistieden lill-Prospett Globali dwar il-Bijodiversità (GBO) biex jagħmel referenza espliċita dwar l-importanza tal-SLGs fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali;

53.

Iħeġġeġ l-organizzazzjoni ta’ konvenzjonijiet annwali dwar il-pjattaforma għall-SLGs biex jgħaqqdu, jiskambjaw u jippreżentaw kollettivament il-kontributi tagħhom għall-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020 u biex jistabbilixxu interfaċċi bħalma huma l-Pjattaforma Globali għall-Bliet Sostenibbli, il-Bliet Sostenibbli tal-Faċilità Ambjentali Globali, il-BIODEV 2030, il-Programm tal-Bliet Emerġenti u Sostenibbli tal-IADB, il-Great Green Wall of Cities tal-FAO u l-Pjattaforma ta’ impenji bbażata fuq iż-Żona tal-KDB;

54.

Jargumenta favur id-Deċiżjoni tal-COP15 ddedikata għall-parteċipazzjoni sħiħa tal-SLGs fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020, inkluża Deċiżjoni X/22 imġedda li tiddelinea Pjan ta’ Azzjoni dwar l-SLGs għall-Bijodiversità u taċċellera approċċ “ta’ gvern sħiħ” għall-kollaborazzjoni vertikali bejn il-livelli kollha tal-gvern biex tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki u jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom biex jissodisfaw il-Viżjoni 2050 u l-Missjoni 2030;

55.

Jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Korp Sussidjarju għall-Implimentazzjoni (SBI) dwar Impenn mal-Gvernijiet Sottonazzjonali u Lokali biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità, u jitlob li l-SBI jwettaq rieżami ta’ nofs it-terminu tar-rwol tal-SLGs fl-implimentazzjoni tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020 u l-LTAM fl-2024;

56.

Jenfasizza l-kollaborazzjoni importanti mal-imsieħba ewlenin internazzjonali (7) fil-“Proċess ta’ Edinburgu għall-SLGs dwar l-iżvilupp tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020” u s-Seba’ Summit Globali li ġej tal-Gvernijiet Sottonazzjonali u Lokali fil-pożizzjonament globali tal-SLGs bħala parti minn Qafas Globali tal-Bijodiversità effettiv għal wara l-2020;

57.

Jimpenja ruħu li b’mod proattiv jinvolvi ruħu fl-implimentazzjoni tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020 u tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u fit-tħejjija ta’ Pjan ta’ Azzjoni allinjat u ambizzjuż tal-UE dwar il-Bijodiversità.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Il-livelli kollha tal-gvern taħt il-livell nazzjonali huma msemmija fil-kliem “Il-Gvernijiet Sottonazzjonali, il-Bliet u Awtoritajiet Lokali Oħra għall-Bijodiversità” (SLGs) fil-kuntest tal-qafas globali, u fil-kliem “L-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali” fil-kuntest tal-UE.

(2)  COM(2020) 80 final, COR (2020) 01361 (ĠU C 324, 1.10.2020, p. 58).

(3)  Xie, L.; Bulkeley, H. (2020) City for Biodiversity: The Roles of Nature-Based Solutions in European Cities, NATURVATION (Il-Belt għall-Bijodiversità: Ir-Rwoli tas-Soluzzjonijiet Ibbażati fuq in-Natura fil-Bliet Ewropej – mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  NAT (2019) 4601 (ĠU C 324, 1.10.2020, p. 48).

(5)  CoR (2020) Financing biodiversity action: opportunities and challenges for EU subnational governments (Finanzjament tal-azzjoni dwar il-bijodiversità: opportunitajiet u sfidi għall-gvernijiet sottonazzjonali tal-UE).

(6)  Skont l-Abbozz Żero tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020 https://www.cbd.int/article/2020-01-10-19-02-38

(7)  Bħall-Grupp ta’ Gvernijiet Sottonazzjonali Ewlenin (GoLS), ICLEI, Regions4 u l-Gvernijiet tal-Iskozja u Quebec.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/27


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-Rapport dwar l-Ostakli għas-Suq Uniku u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Infurzar tas-Suq Uniku

(2020/C 440/06)

Relatur:

Tadeusz TRUSKOLASKI (PL/EA), Sindku tal-Belt ta’ Białystok

Referenzi:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ostakli għas-Suq Uniku

COM(2020) 93 final

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Pjan ta’ azzjoni fit-tul għal implimentazzjoni u infurzar aħjar tar-regoli tas-suq uniku

COM(2020) 94 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kuntest

1.

jemmen li s-suq uniku Ewropew huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-Unjoni Ewropea (UE) u jirrappreżenta mudell uniku ta’ integrazzjoni fid-dinja billi jiggarantixxi l-moviment liberu tal-persuni, il-merkanzija, is-servizzi u l-kapital fl-UE kollha u fil-pajjiżi u r-reġjuni assoċjati;

2.

jenfasizza li l-politika dwar is-suq uniku Ewropew għandha rwol ewlieni x’taqdi sabiex titwettaq l-istrateġija għat-tkabbir sostenibbli u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali akbar fl-Unjoni Ewropea. Il-ħolqien ta’ suq uniku Ewropew jistimula l-kummerċ u jagħmel lill-Ewropa aktar attraenti għall-investiment barrani;

3.

jindika b’mod enfatiku li s-suq uniku Ewropew huwa fil-qalba tal-integrazzjoni ekonomika u politika tal-UE, għaliex dan ikopri 450 miljun konsumatur u 22,5 miljun intrapriża żgħira u ta’ daqs medju (SMEs), li jirrappreżentaw madwar 99 % tan-negozji kollha fl-UE;

4.

jenfasizza li s-suq uniku Ewropew jipprovdi EUR 14-il triljun fis-sena fi prodott domestiku gross (PDG), li jiżgura l-funzjonament tal-ekonomija Ewropea u t-tkabbir għall-Ewropej;

5.

jindika l-importanza tal-kummerċ fil-merkanzija li tinsab fis-suq uniku Ewropew, peress li jirrappreżenta kwart tal-PDG totali tal-UE u kważi wieħed minn kull sitta tal-kummerċ dinji fil-merkanzija;

6.

jaqbel mal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) li l-ikkompletar tas-suq uniku Ewropew, u b’hekk t-tneħħija tal-ostakli, jistgħu jiġġeneraw mill-inqas EUR 183 biljun fis-sena f’valur miżjud għall-Istati Membri, li jirrappreżentaw 1,2 % tal-PDG tal-UE;

7.

japprezza l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea (KE) biex tidentifika l-ostakli għas-suq uniku Ewropew u jirrimarka li l-Komunikazzjoni tagħha tal-10 ta’ Marzu 2020 tippreżenta problemi ewlenin li jikkonċernaw lin-negozji u li jeħtieġu soluzzjonijiet immedjati. Jiddispjaċih madankollu li ż-żewġ komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jiffukaw prinċipalment fuq l-ostakli perċepiti min-negozji u ma jindirizzawx it-tħassib tal-imsieħba soċjali oħra, u jindirizzaw l-aspetti tal-konsumatur b’mod marġinali biss;

8.

jinnota li l-edizzjoni tal-2020 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku ppubblikata fit-3 ta’ Lulju 2020 tikkonkludi li, minkejja titjib fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE b’mod partikolari fil-qasam tal-leġislazzjoni tal-konsumatur (tnaqqis ta’ 15 % fid-defiċit ta’ traspożizzjoni), l-għadd ta’ proċedimenti ta’ ksur xorta waħda mhux qed jonqos, minħabba traspożizzjoni “mhux kompluta” jew “mhux korretta”. Il-KtR huwa mħasseb ukoll dwar il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-każijiet ta’ ksur tas-suq huma relatati mal-ambjent (28 %) (qabel it-trasport (17 %) u t-tassazzjoni (10 %));

9.

jirrikonoxxi li l-forma tar-regolamenti u l-għodod attwali għas-suq uniku hija aktar adatta għall-iskambju ta’ oġġetti milli ta’ servizzi. Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa li jinbnew għodod flessibbli li jistgħu jiġu adattati malajr għal prodotti u servizzi li qed jinbidlu u li jkunu għadhom kemm ġew introdotti fis-suq;

10.

jemmen li l-prijorità ta’ strateġija ġdida għas-suq uniku Ewropew trid tkun li verament jitneħħew l-ostakli u jiżdied l-aċċess għall-informazzjoni.

L-ostakli għas-suq uniku – is-sorsi u l-konsegwenzi

11.

jirrimarka li huwa preċiżament minħabba d-diverġenzi legali bejn l-Istati Membri li t-tneħħija tal-ostakli għas-suq uniku Ewropew hija proċess daqshekk twil;

12.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li d-differenzi regolatorji joħolqu piż regolatorju partikolarment tqil għan-negozji, b’mod partikolari għall-SMEs, inklużi n-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu, l-innovaturi u l-promoturi ta’ mudelli ġodda ta’ negozju; jistieden, għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom fir-rigward tat-tneħħija tar-regolamentazzjoni żejda;

13.

jenfasizza li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għandhom kapaċitajiet amministrattivi u ta’ riżorsi umani limitati biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-burokrazija amministrattiva kumplessa; ostaklu kbir għall-kooperazzjoni transkonfinali fis-suq uniku huwa ċ-ċertifikat A1, li għalih jeħtieġ li jitwettqu formalitajiet li jieħdu l-ħin meta l-ħaddiema jiġu stazzjonati f’pajjiż ġar, anke fil-każ ta’ stazzjonar regolari. Dawn il-formalitajiet konsegwentement jistgħu jnaqqsu l-attivitajiet transkonfinali b’mod konsiderevoli u b’hekk ifixklu l-funzjonament tas-suq uniku b’mod sinifikanti. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex tkun proattiva u, flimkien mal-leġislaturi tal-UE, tiżgura li l-proċeduri eżistenti għaċ-ċertifikazzjoni A1 fir-reġjuni tal-fruntiera jiġu ssemplifikati;

14.

jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jipprojbixxu restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (l-Artikoli 34 sa 36 tat-TFUE) ikunu infurzati b’mod aktar effettiv, u għall-bżonn li jiġu ġestiti l-proċeduri ta’ notifika dwar ir-Regolamenti tekniċi (id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)) u l-ostakli tekniċi għall-kummerċ;

15.

jistenna li l-Kummissjoni Ewropea toħloq għodda ġdida biex jiġu osservati l-malfunzjonijiet tas-suq, pereżempju, billi jiġi “segwit” prodott u jiġu vverifikati l-ostakli fil-katina kollha tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ, kif ukoll il-konsum u l-immaniġġjar ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott.

L-ekonomija Ewropea tal-futur

16.

huwa favur il-prijoritajiet tal-istrateġija għall-industrija Ewropea indikati s’issa, bħall-allinjament mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u d-diġitalizzazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jiġu implimentati l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, li ser jiggarantixxu rkupru sostenibbli tal-ekonomija, speċjalment wara l-pandemija tal-COVID-19;

17.

jirrikonoxxi li għad hemm sfidi sinifikanti: Big Data, networks tal-5G, l-iżvilupp tal-innovazzjoni (inklużi b’mod partikolari l-IT, il-ħolqien tar-realtajiet diġitali u l-awtonomija tal-makkinarju), filwaqt li l-enfasi tibqa’ fuq il-bini u d-difiża tas-sovrenità tad-data industrijali;

18.

iħeġġeġ l-estensjoni tas-setgħat u l-istruttura ġeografika tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). Istituzzjoni effettiva għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali b’baġit kbir biżżejjed u bażi ta’ persunal li tippermettilha taħdem fid-dinja kollha hija mod kif jiġi żgurat it-tkabbir tal-kumpaniji Ewropej;

19.

jirrikonoxxi li l-politika għall-ħarsien tal-ambjent għandu jkollha rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-industrija. Għalhekk, dan l-għan jeħtieġ li l-attività, inkluża l-attività xjentifika, tkun immirata lejn il-ħolqien ta’ pedament għal soċjetà ekoloġika u negozju ekoloġiku;

20.

jinnota l-ħtieġa li jkun hemm appoġġ komprensiv għall-immodernizzar u d-dekarbonizzazzjoni tal-industriji li jużaw ħafna enerġija. Madankollu, dan ma jistax isir billi l-produzzjoni tiġi trasferita lejn pajjiżi oħra jew billi jintużaw sottokuntratturi f’pajjiżi terzi li ma jirrispettawx ir-regolamenti Ewropej;

21.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ appoġġ (finanzjarju u tal-IT) għal setturi sostenibbli u intelliġenti fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika, il-mobilità u l-mudelli sabiex jiġu eliminati l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu;

22.

jifhem il-ħtieġa li tiġi diversifikata l-produzzjoni u jitnaqqsu l-ispejjeż, iżda jinnota l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza tan-negozji Ewropej minn komponenti minn partijiet oħra tad-dinja; il-pandemija attwali tal-COVID-19 turi li għandha tiġi promossa ekonomija lokali aktar b’saħħitha għal ċerti industriji. Fil-qasam tal-prodotti mediċi huwa importanti, b’mod partikolari, li tiżdied il-produzzjoni fl-Ewropa biex b’hekk issir indipendenti minn, pereżempju, is-swieq Asjatiċi;

Servizzi fis-suq uniku

23.

jenfasizza l-importanza tal-kummerċ fis-servizzi fis-suq uniku Ewropew, għaliex jammonta għal madwar 70 % tal-attività ekonomika kollha fl-UE u għandu rata simili f’termini ta’ impjieg;

24.

jinnota li l-Kummissjoni Ewropea għandha timpenja aktar riżorsi biex iżżid il-kummerċ fis-servizzi bil-għan li d-Direttiva dwar is-Servizzi tiġi implimentata b’mod aktar effettiv;

25.

jappella sabiex, meta jkun hemm aktar ħidma fuq l-istrateġija, jittieħed vantaġġ mill-kapaċità u l-għarfien tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom kuntatt ta’ kuljum mar-rappreżentanti ta’ negozji mill-kategoriji tal-mikrointrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar;

26.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu azzjonijiet b’mod aktar deċiżiv fir-rigward tal-monopolji, b’mod partikolari fis-suq tas-servizzi diġitali, fejn entitajiet minn pajjiżi terzi għandhom pożizzjoni predominanti;

27.

jilqa’ t-tħabbir ta’ Att ġdid dwar is-Servizzi Diġitali, li fost oħrajn jissostitwixxi d-“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku” li għandha 20 sena (2). Jinsisti madankollu li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ppjanata m’għandux ikun limitat għall-konformità tal-prodotti mibjugħa fuq pjattaformi online, iżda għandu jindirizza wkoll ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni tar-regolamentazzjoni fl-oqsma soċjali, tal-impjiegi, tal-protezzjoni tal-konsumatur, tat-taxxa u tad-dazju, u b’hekk il-kompetizzjoni inġusta ma’ kumpaniji fis-settur offline. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji tal-ħaddiema tal-pjattaformi diġitali huma kwistjoni ta’ tħassib partikolari;

28.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jkun hemm enfasi fuq l-innovazzjoni, l-investiment u l-ħiliet sabiex il-“pakkett tal-ħiliet” il-ġdid jirrifletti l-ħtiġijiet reali tas-suq tax-xogħol, u li t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid jitwettqu skont il-linji gwida tiegħu, inkluż għall-proġetti ffinanzjati mill-baġit tal-UE;

Valutazzjoni tal-attività preċedenti tal-Kummissjoni Ewropea

29.

jilqa’ l-istabbiliment ta’ Task Force għall-Infurzar tas-Suq Uniku, iżda jiddispjaċih li s-sħubija tagħha s’issa hija ristretta għar-rappreżentanti tal-Istati Membri;

30.

jirrikonoxxi l-valur konsiderevoli tal-esperjenza miksuba mill-pjattaforma REFIT;

31.

japprezza l-isforzi tal-Kummissjoni biex SOLVIT isir għodda alternattiva prestabbilita ta’ soluzzjoni għat-tilwim;

32.

iqis essenzjali li jittieħdu deċiżjonijiet kuraġġużi fir-rigward ta’ Stati Membri li jiksru l-leġislazzjoni vinkolanti bil-għan li l-proċedimenti jkunu jistgħu jitnedew, jitwettqu u jiġu infurzati malajr;

33.

jappella għal applikazzjoni aħjar tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-dritt tal-moviment liberu tal-merkanzija, li fil-prattika mhuwiex jintuża il-potenzjal sħiħ tiegħu, u sabiex dan il-prinċipju jiġi applikat kemm jista’ jkun fil-qasam tas-servizzi; f’dan ir-rigward, jappella għall-applikazzjoni bir-reqqa tar-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

34.

jistenna pożizzjoni ċara u deċiżiva mill-Kummissjoni Ewropea dwar prattiki kummerċjali inġusti, inkluża l-promozzjoni minn pajjiżi terzi ta’ industriji orjentati lejn l-esportazzjoni;

35.

jistenna bil-ħerqa li tiġi ppubblikata l-White Paper dwar ir-regoli tal-antitrust u li jkun hemm aktar konsultazzjonijiet li għandhom juru kemm hi kbira l-problema;

36.

jitlob biex jitħaffu l-azzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tal-oqfsa legali tal-UE fil-qasam tas-suq uniku sabiex bl-ebda mod ma jiġi ristrett il-fluss tal-gruppi essenzjali ta’ merkanzija, eż. l-ikel, il-mediċina, eċċ.;

37.

jistenna li l-kontrolli fil-fruntieri jitwettqu abbażi tal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità;

38.

jappella għal aktar sforzi biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-possibbiltà li jintużaw għodod moderni tal-ICT. L-industrija moderna u ż-żieda fil-kummerċ transfruntier jeħtieġu soluzzjonijiet li kapaċi jnaqqsu d-distanza ġeografika, speċjalment fir-reġjuni transkonfinali;

39.

jistenna bil-ħerqa t-tħejjija ta’ strateġija għas-suq uniku, bi pjan direzzjonali ambizzjuż iżda realistiku, għall-proposti mmirati lejn it-tneħħija tal-ostakli li fadal, u mhux biss taqsima analitika li turi l-ostakli u l-orjentazzjonijiet;

40.

jikkontesta l-fini u l-utilità tal-prinċipju ta’ “One In, One Out”, li skontu għandha titħassar leġiżlazzjoni waħda tal-UE għal kull waħda ġdida li tiġi adottata. Minflok jiġi segwit dan l-approċċ kwantitattiv fil-qasam tal-leġiżlazzjoni, li għandu r-riskju li jkollu impatt negattiv fuq setturi wiesgħa tas-soċjetà, fosthom is-setturi tal-impjieg, tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent, u li jmur kontra l-Artikolu 3(3) tat-TUE, il-kwalità tal-leġiżlazzjoni, l-adattament għall-evoluzzjonijiet teknoloġiċi u l-ħtiġijiet tas-soċjetà, għandhom jibqgħu l-prinċipju gwida għal kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida;

41.

jirrimarka l-ħtieġa li tinħoloq sistema integrata tas-sigurtà farmaċewtika li tippermetti li r-riżorsi jiġu allokati skont id-domanda kritika f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

Attività tal-amministrazzjoni pubblika u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

42.

jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jappoġġjaw bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex telimina l-ostakli fis-suq uniku Ewropew;

43.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jkun hemm tagħlim dwar il-possibilitajiet li jinħolqu fil-qasam tas-suq uniku Ewropew – l-ewwel u qabel kollox, li jiġu infurmati l-entitajiet tal-gvern lokali u reġjonali li għandhom kuntatt dirett mal-intraprendituri u l-konsumaturi Ewropej;

44.

jappoġġja l-idea li jinħoloq punt ta’ informazzjoni ċentrali dwar il-leġislazzjoni fis-seħħ fis-suq uniku għall-uffiċjali fl-Istati Membri u bil-għan li jiġi mmassimizzat il-fluss ta’ informazzjoni bejn il-livell Ewropew u dak lokali;

45.

jappoġġja azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni li jinkludu l-gateway diġitali unika, li ser tiżgura l-aċċess għal informazzjoni komprensiva dwar il-leġislazzjoni u l-proċeduri amministrattivi tas-suq uniku, u li tidderieġi lill-utenti lejn l-aktar servizzi ta’ appoġġ u punti ta’ kuntatt rilevanti;

46.

jipprevedi użu aħjar tal-għodod eżistenti tal-IT fis-suq uniku Ewropew, bħas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, u jaqbel li hemm bżonn li tinħoloq pjattaforma onlajn unifikata għall-infurzar tal-liġi;

47.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jipprevedu l-konformità mal-leġislazzjoni proposta, peress li f’ħafna każijiet dawn l-awtoritajiet huma responsabbli biex jimplimentawha ladarba tkun ġiet adottata. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ukoll il-kapaċità li jittestjaw is-soluzzjonijiet u jirċievu rispons dirett dwar il-kapaċità tal-konformità;

48.

jissuġġerixxi li hemm bżonn li titħaffef il-ħidma dwar l-armonizzazzjoni tal-istandards tekniċi u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-suq uniku Ewropew, u li dan il-proċess għandu jitlesta sa tmiem l-2023;

Sfidi kummerċjali globali

49.

jikkritika l-iżbilanċ fis-suq globali dwar il-livell u l-ambitu tal-għajnuna (legali u finanzjarja) li l-istati individwali jagħti lill-entitajiet ekonomiċi privati u pubbliċi li jipprovdu servizzi u jiddistribwixxu prodotti lill-Unjoni Ewropea;

50.

jirrimarka li hemm bżonn li l-valuri Ewropej jiġu promossi b’mod aktar b’saħħtu fid-dinja – inklużi dawk li jikkonċernaw il-kummerċ fil-merkanzija u s-servizzi. L-UE u l-istituzzjonijiet tagħha jridu jippromovu sistema miftuħa ta’ kummerċ globali bbażata fuq regoli internazzjonali;

51.

jinkoraġġixxi miżuri biex jittieħed vantaġġ mill-possibilitajiet offruti mid-diġitalizzazzjoni u l-aċċess kważi immedjat għall-informazzjoni biex jiġi miġġieled id-dumping tal-prezzijiet;

52.

jirrimarka l-importanza ta’ sistema ta’ kummerċ globali bbażata fuq ir-regoli b’WTO b’saħħitha, u jopponi l-protezzjoniżmu u l-iżolament. L-għan tal-UE għandu jkun li tirrivitalizza u ssaħħaħ id-WTO, inkluż billi timmodernizza l-metodi ta’ ħidma tagħha f’oqsma ewlenin u timla l-lakuni fil-ġabra ta’ regoli tagħha sabiex id-WTO tkun tista’ twieġeb b’mod xieraq għall-isfidi attwali tal-politika kummerċjali;

53.

jissuġġerixxi li tiġi żviluppata u implimentata politika għal riorganizzazzjoni Ewropea tal-ktajjen tal-provvista sabiex fil-futur in-negozji Ewropej ma jbatux minn tnaqqis fil-kummerċ globali u minn nuqqas ta’ komponenti disponibbli, u l-aċċess għal xi prodotti ma jkunx ristrett għaċ-ċittadini tal-UE;

54.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu żviluppati relazzjonijiet kummerċjali bejn “l-UE u l-bqija tad-dinja” abbażi tal-interessi strateġiċi Ewropej (inklużi standards ambjentali daqstant ambizzjużi għall-pajjiżi kollha), bil-għan li tissaħħaħ il-kompetittività globali tal-UE u r-rwol tagħha bħala attur globali.

Rimarki finali – konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

55.

jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni bejn l-Istati Membri individwali u azzjoni uniformi, b’mod partikolari fil-qasam tal-affarijiet internazzjonali li jaffettwaw il-funzjonament sikur u stabbli tal-pajjiżi kollha tal-UE (eż. biex tinkiseb l-indipendenza Ewropea mill-materja prima minn pajjiżi terzi);

56.

jeskludi l-okkorrenza fit-tul ta’ żbilanċi li jikkonċernaw ir-regoli operattivi bejn l-Istati Membri tal-UE, kif kien il-każ s’issa (eż. dwar pagamenti lill-baġit tal-UE, l-użu tal-euro, eċċ.);

57.

jenfasizza l-importanza li jiġu integrati l-istituzzjonijiet privati u pubbliċi li jaħdmu għan-negozji u l-konsumaturi, b’mod partikolari fil-livell sovranazzjonali, minħabba li huma ħafna aktar veloċi biex jinnotaw problemi li jirriżultaw minn leġislazzjoni diverġenti jew minn deroga mir-regoli adottati fil-livell tal-UE;

58.

jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni tan-negozju Ewropew u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, inklużi s-soluzzjonijiet teknoloġiċi li jikkonċernaw is-suq uniku, hija prijorità għall-UE. Oqsma bħaċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tad-data personali, u l-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni fil-cloud jeħtieġu titjib u soluzzjonijiet ġodda;

59.

jirrakkomanda:

(a)

armonizzazzjoni mill-qrib tar-regoli u l-koordinazzjoni tar-regolaturi għal setturi li għandhom impatt qawwi fuq il-funzjonament tal-ekonomija, pereżempju t-telekomunikazzjonijiet u l-enerġija;

(b)

valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ armonizzazzjoni sħiħa tal-leġislazzjoni fuq perjodu qasir ta’ żmien (diversi snin) fir-rigward ta’ setturi oħra, u valutazzjoni tal-kapaċità legali u teknoloġika sabiex jiġu implimentati soluzzjonijiet f’ekonomiji f’livelli differenti ta’ żvilupp soċjoekonomiku;

(c)

impenn akbar mill-Kummissjoni biex jitneħħew l-ostakli mhux tariffarji fi ħdan l-UE, inklużi l-limitazzjonijiet fil-forma tal-applikazzjoni ta’ regolamenti tekniċi nazzjonali mhux ġustifikabbli u rekwiżiti regolatorji u mhux regolatorji għall-prodotti u l-fornituri tas-servizzi u l-kundizzjonijiet għall-għoti tas-servizzi;

(d)

żieda tal-kooperazzjoni ma’ rappreżentanti tan-negozju lokali sabiex ir-regolamenti l-ġodda jkunu jistgħu jitnedew minn isfel għal fuq;

(e)

l-inklużjoni ta’ entrata dwar responsabbiltà ċara u ambitu għal dawn l-azzjonijiet, f’termini ta’ ħolqien u ottimizzazzjoni tas-suq uniku Ewropew, f’dokumenti futuri tal-awtoritajiet fil-livell reġjonali u lokali;

(f)

it-trawwim ta’ kultura ta’ konsum ta’ prodotti manifatturati fl-UE bħala sinonimi mal-kwalità u l-modernità;

60.

iħeġġeġ il-ħolqien ta’ linji gwida komuni sabiex jinbnew portali pubbliċi (tal-anqas fil-livell reġjonali – NUTS 2) sabiex in-negozji minn Stati Membri differenti jkunu jistgħu faċilment isibu l-informazzjoni neċessarja;

61.

jirrimarka l-ħtieġa li tissaħħaħ l-integrazzjoni Ewropea bbażata fuq il-valuri tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tas-salvagwardja ta’ standards għolja fl-oqsma tal-ambjent, tal-protezzjoni tal-klima u tas-saħħa, sabiex is-sinerġiji bejn il-koeżjoni tal-pajjiżi tal-UE u l-effetti ekonomiċi jsiru effettivi. L-imperfezzjonijiet tas-suq uniku jinħassu fil-livell lokali u reġjonali;

62.

jenfasizza l-importanza tal-awtonomija industrijali tas-suq uniku Ewropew, inkluża l-ħtieġa li tinħoloq strateġija li tiggarantixxi l-provvista ta’ materja prima kritika;

63.

jappella għall-kuraġġ meta jiġu implimentati soluzzjonijiet ġodda, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw in-newtralità klimatika tal-ekonomija Ewropea jew meta tissaħħaħ direttament l-uniformità tas-suq uniku.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 1).


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/33


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tibdil demografiku: proposti dwar il-kejl u l-indirizzar tal-effetti negattivi tiegħu fir-reġjuni tal-UE

(2020/C 440/07)

Relatur:

János Ádám KARÁCSONY (HU/PPE), Memru tal-gvern lokali ta’ Tahitótfalu

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

iqis li t-tibdil demografiku huwa wieħed mill-akbar sfidi li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni, il-bliet u ċ-ċentri tal-popolazzjoni rurali fl-Ewropa, u jirrimarka li xi wħud mill-fatturi li jixprunawh huma t-tixjiħ tal-popolazzjoni, ir-rati baxxi tal-fertilità u tat-twelid u d-distribuzzjoni inugwali, li sejra għall-agħar, tal-popolazzjoni;

2.

ifakkar fil-gwida tal-Aġenda Strateġika 2019-2024 approvata mill-Kunsill Ewropew dwar il-mudell Ewropew għall-futur, li jirrikjedi wkoll li jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi;

3.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li titlob lill-Viċi President tal-Kummissjoni, Dubravka Šuica, tanalizza l-impatt tat-tibdil demografiku fuq gruppi differenti tas-soċjetà u fuq żoni u reġjuni milqutin b’mod sproporzjonat fl-Ewropa, u tippreżenta miżuri biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, inklużi l-eżodu tal-imħuħ, ir-rikonċiljazzjoni aħjar tax-xogħol u l-ħajja tal-familja, il-garanzija għat-tfal futura u l-Green Paper dwar it-tixjiħ u viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali, u jeħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll il-bżonn li f’dawn il-miżuri kollha titqies il-perspettiva tal-ġeneru;

4.

beħsiebu jsaħħaħ ir-rwol tal-adulti jew tal-anzjani bħala riżorsi għall-komunita, mhux biss bħala riċevituri ta’ kura, billi jippromovi l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja soċjali, ċivili, ekonomika u kulturali, u jrawwem il-ħolqien ta’ perkorsi għall-awtonomija u l-benesseri fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum;

5.

jilqa’ b’mod pożittiv ħafna r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impatt tat-tibdil demografiku, li jadotta approċċ li jqis it-tranżizzjoni diġitali, l-ekonomija ekoloġika u l-isfida demografika – viżjoni globali li hija kruċjali biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet ġusti u sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet kollha, mingħajr ma ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, kif mitlub mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-2030;

6.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Presidenza Kroata tal-Kunsill li tippreżenta t-tibdil demografiku bħala prijorità ewlenija, u jilqa’ t-talba għall-konsultazzjoni li l-KtR irċieva dwar din il-kwistjoni;

7.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew li jressaq rapport dwar l-isfidi demografiċi bi tweġiba għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni;

8.

jixħet dawl fuq il-kontribut tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-Patt dwar it-Tibdil Demografiku, mibni fuq ir-riżultati tan-network tematiku dwar l-innovazzjoni għal ambjenti adattati għall-anzjani, li jlaqqa’ flimkien l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali li jaħdmu biex jappoġġjaw it-tixjiħ attiv u b’saħħtu bħala rispons għall-isfida demografika, bl-appoġġ tad-WHO;

9.

josserva li, fil-livell internazzjonali, huwa importanti li titrawwem sinerġija man-Nazzjonijiet Uniti għar-reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali ta’ Madrid tal-2002 dwar it-Tixjiħ, u għall-organizzazzjoni ta’ diskussjonijiet mal-grupp ta’ ħidma dwar it-tixjiħ bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-anzjani. Fil-livell globali, huwa utli li ssir ħidma flimkien mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar id-Deċennju tat-Tixjiħ b’Saħħtu;

Xejriet u sfidi demografiċi ewlenin

10.

jiġbed l-attenzjoni għax-xejriet ta’ tkabbir ferm differenti tal-popolazzjoni fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha tal-UE, li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’miżuri differenti fost l-UE27;

11.

jenfasizza li, fil-livell reġjonali, f’dawn l-aħħar snin kienu qegħdin jiġu osservati xejriet demografiċi negattivi ħafna f’partijiet kbar tal-Ewropa. Fil-biċċa l-kbira ta’ dawn iż-żoni, jistgħu jiġu osservati “gżejjer” ta’ tkabbir demografiku fil-bliet kapitali u metropolitani (1);

12.

jirreferi għas-sejba li t-tnaqqis fil-popolazzjoni hemm it-tendenza li jiġi rreġistrat f’reġjuni rurali, diġà skarsament popolati u remoti. Żoni industrijali li sejrin lura u diversi bliet periferiċi huma affettwati wkoll mix-xejriet ta’ depopolazzjoni (2);

13.

jenfasizza li l-għadd li qed jonqos ta’ persuni fl-età tax-xogħol u l-għadd dejjem jikber ta’ persuni anzjani jaggravaw l-impatt fuq il-proporzjon ta’ dipendenza tal-età avvanzata. Dan il-proporzjon huwa stmat li jiżdied minn 29,3 % fl-2016 għal 52,3 % sal-2080 fl-UE (żieda ta’ 23,0 punt perċentwali); (3)

14.

jirrikonoxxi li, għall-kuntrarju tal-popolazzjoni globali li qed tikber, ir-ritmu tat-tkabbir tal-popolazzjoni fl-UE naqas b’mod sinifikanti. Fl-2015, ġie osservat għall-ewwel darba tnaqqis fil-popolazzjoni naturali fl-UE-28, peress li kien hemm aktar imwiet milli twelid;

15.

jenfasizza ż-żieda stabbli tal-proporzjon ta’dipendenza, billi skont iċ-ċifri tal-Eurostat dwar il-popolazzjoni, filwaqt li fl-1960 kien hemm medja ta’ tliet żgħażagħ (ta’ età bejn 0 u 14-il sena) għal kull persuna anzjana (ta’ 65 sena jew aktar), 100 sena wara, fl-2060, huwa stmat li se jkun hemm żewġ anzjani għal kull persuna żagħżugħa;

16.

jenfasizza li minħabba d-dewmien fl-età riproduttiva tan-nisa, u peress li t-twelid tat-tfal mixtieqa qed jiġi pospost għal età akbar, li jwassal biex l-għadd ippjanat (4) ta’ tfal – tipikament bejn 2-3 itfal (5) – mhux qed jintlaħaq, qed ikun hemm differenza bejn in-numru veraċi u dak mixtieq ta’ tfal (distakk fir-rata tal-fertilità). Sakemm ikun hemm distakk fir-rata tal-fertilità fl-Istati Membri tal-UE, hemm rwol primarju biex jitnaqqas id-distakk fir-rata tal-fertilità; il-migrazzjoni tista’ sseħħ biss wara dan. Għandu jsir kull sforz biex jitħeġġeġ u jiġi inċentivizzat it-twelid tat-tfal;

17.

jenfasizza li t-tnaqqis fl-għadd ta’ żgħażagħ fir-reġjuni kkaratterizzati minn migrazzjoni ’l barra u f’kuntest ta’ tnaqqis fir-rati tat-twelid jippreżenta żvantaġġ straordinarju għall-muniċipalitajiet iżgħar f’termini taż-żamma ta’ servizzi pubbliċi essenzjali u t-tisħiħ tal-attività ekonomika u produttiva f’dawn iż-żoni, li huma fatturi essenzjali biex il-popolazzjoni tinżamm u tkun attirata lejn it-territorju u biex jitrażżan il-fenomenu tad-depopolazzjoni rurali li jaffettwa lill-Istati Membri tal-UE;

18.

jirreferi għal studji reċenti (6) tal-KtR li jenfasizzaw b’mod partikolari d-dimensjoni territorjali tal-isfida demografika;

19.

f’konformità mal-Opinjoni tiegħu dwar l-eżodu tal-imħuħ, jenfasizza li l-moviment liberu tal-individwi u tal-ħaddiema jikkostitwixxi l-bażi tas-suq intern u huwa wieħed mil-libertajiet ewlenin rikonoxxuti fit-Trattati tal-UE;

Il-ħtieġa għal rispons ta’ politika koerenti fil-livelli kollha ta’ governanza

20.

jiġbed l-attenzjoni għall-Opinjoni tiegħu dwar “Ir-reazzjoni tal-UE għall-isfida demografika” (2016), li tistabbilixxi li bosta politiki Ewropej jistgħu jikkontribwixxu biex tiġi indirizzata l-isfida demografika mingħajr ma jiġu pprovduti miżuri speċifiċi li jappoġġjaw iż-żoni milquta minn dawn l-isfidi. Dan jaffettwa t-trasport, is-soċjetà tal-informazzjoni, l-impjiegi u l-politika soċjali, il-kultura, l-ambjent u l-klima, kif ukoll in-negozji; itenni t-talba tiegħu għal strateġija Ewropea komprensiva dwar it-tibdil demografiku, u jissottolinja li biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi jeħtieġ li jkun hemm approċċ komprensiv minn firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika li jgħinu biex ireġġgħu lura (b’mod proattiv) jew jimmitigaw (b’mod reattiv) l-effetti tat-tibdil demografiku, bħal:

Għażliet ta’ politika proattivi:

peress li wieħed mill-fatturi determinanti tal-popolazzjoni huwa r-rata tat-twelid, il-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajba li jagħmluha aktar faċli għal persuni li jixtiequ jkollhom it-tfal, biex ikollhom aktar tfal u aktar kmieni f’ħajjithom, filwaqt li jiġi kkunsidrat li, skont ir-rapport “Demographic outlook for the European Union” (2017) (7), il-politiki li għandhom l-għan li jibdlu d-demografija tal-futur huma limitati u jieħdu ż-żmien biex ikollhom impatt, il-fokus għandu jkun fuq l-adattament u li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal UE b’aktar persuni anzjani, filwaqt li jiġu appoġġjati l-familji biex jiżdiedu r-rati tal-fertilità fir-reġjuni milquta;

żieda fl-attraenza tar-reġjuni sabiex jipprovdu liż-żgħażagħ opportunitajiet għall-istudju, l-innovazzjoni u l-impjieg stabbli u ta’ kwalità tajba, permezz ta’ investiment iddedikat, fost oħrajn, fl-infrastruttura, fil-kultura u l-konnettività;

l-iżvilupp ta’ skemi ta’ inċentivi dedikati biex jattiraw liż-żgħażagħ sabiex jissetiljaw f’dawn ir-reġjuni;

tintlaħaq sitwazzjoni fejn ikun ekonomikament vijabbli għaż-żgħażagħ biex jistabbilixxu familji kbar;

l-iżvilupp tal-kunċett tal-“ekonomija tal-benesseri” fl-UE, fejn it-titjib fil-benesseri tan-nies, u għaldaqstant tal-familji (f’termini ta’ edukazzjoni, saħħa, indukrar tat-tfal, bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, akkomodazzjoni, mobbiltà tat-trasport, konnettività u kultura) jikkontribwixxi għal ċiklu ekonomiku virtuż, li jgħin biex jiġu sostnuti investimenti fit-tul fil-benesseri. Dan jista’ jtejjeb l-attraenza tar-reġjuni u l-bliet bħala postijiet fejn wieħed jgħix u jibni familja, abbażi tal-fatturi ta’ hawn fuq u mhux biss abbażi tat-tkabbir ekonomiku;

il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika komprensiva u integrata, bil-għan li l-familji jiġu studjati u appoġġjati huma u jiżvolġu l-funzjonijiet soċjali tagħhom b’mod liberu;

l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi, f’soċjetà inklużiva, sabiex jitħejjew tweġibiet effettivi għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà li jkunu qed jixjieħu;

Għażliet reattivi:

titjib tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, speċjalment għan-nisa, permezz ta’ żieda fl-investiment għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u infrastruttura soċjali u favur il-familja, kif ukoll it-tisħiħ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

tnaqqis tal-ispejjeż tas-saħħa u l-kura għal soċjetà li qiegħda tixjieħ billi jiġi promoss it-tixjiħ attiv u b’saħħtu, billi jsir investiment f’forom ġodda ta’ għajxien indipendenti (kunċetti ġodda ta’ akkomodazzjoni) u permezz tal-promozzjoni tal-ekonomija soċjali;

żieda fl-ippjanar tal-investiment pubbliku permezz ta’ kontroll demografiku tal-investiment pubbliku, billi jiġu żviluppati metodoloġiji u għodod tekniċi li jiffaċilitaw l-analiżi tal-impatt demografiku tal-politiki differenti;

titnaqqas ir-rata tat-tluq mill-iskola fost iż-żgħażagħ, tiżdied il-bażi ta’ ħiliet permezz ta’ investiment fl-edukazzjoni, u permezz tal-promozzjoni ta’ taħriġ li jiġi adattat għad-domanda u l-potenzjalitajiet ta’ kull reġjun, it-taħriġ mill-ġdid u l-flessibbiltà tal-forza tax-xogħol;

tingħata attenzjoni speċjali lill-forniment ta’ servizzi pubbliċi bħall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-kultura għal bliet żgħar u ta’ daqs medju fir-reġjuni, u jintużaw soluzzjonijiet diġitali biex jintlaħqu l-postijiet kollha;

jinħoloq qafas legali li jiffunzjona u abbażi ta’ kunsens fil-livell Ewropew, li jiffaċilita l-integrazzjoni ta’ persuni li mhumiex ċittadini tal-UE fis-suq tax-xogħol Ewropew u fis-soċjetà bħala parti minn strateġija komprensiva biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku;

il-provvista ta’ djar adattati għall-akkomodazzjoni soċjali mħallta li jiffavorixxu l-koabitazzjoni ta’ ġenerazzjonijiet differenti, sinerġiji u reċiproċità b’forom diversi ta’ kondiviżjoni inklużiva;

il-promozzjoni ta’ miżuri bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja u jiġu miġġielda s-solitudni u l-iżolament fost l-anzjani, b’mod partikolari, iżda mhux biss, matul pandemija;

il-promozzjoni ta’ sitwazzjonijiet li jippermettu li ġenerazzjonijiet differenti jiffurmaw rabtiet, sabiex b’hekk jiġi żgurat il-benesseri tas-soċjetà kollha kemm hi;

Id-demografija u d-diskussjoni li għaddejja dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali

21.

hemm bżonn li jiġu allokati aktar fondi Ewropej fil-futur għall-ġlieda kontra l-fenomenu tal-eżodu tal-imħuħ;

22.

jenfasizza b’mod partikolari, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar ir-regolamenti dwar il-Fondi Strutturali, li għandha tissaħħaħ ir-referenza għat-tibdil demografiku kif issuġġerit mill-Parlament Ewropew, u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun aktar flessibbli fiż-żoni u r-reġjuni li ntlaqtu b’mod sproporzjonat minn dan il-fenomenu, sabiex ikunu jistgħu jintużaw flimkien fl-istess proġett, sabiex isiru disponibbli ħlasijiet minn qabel u sabiex ikunu jistgħu jikkomplementaw l-istrumenti finanzjarji;

23.

ifakkar li l-Opinjoni tiegħu dwar “Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni” (2018) tiddikjara li l-objettivi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (FEŻR) huma li jingħata appoġġ liż-żoni urbani u rurali bi żvantaġġi ġeografiċi jew demografiċi. Hija tinkludi ukoll l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju Ewropew addizzjonali għal proġetti li jippromovu l-iżvilupp ekonomiku ambjentalment sostenibbli u soċjalment inklużiv fir-reġjuni kkonċernati;

24.

ifakkar, f’dan ir-rigward, il-proposta tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Parlament Ewropew li għandu jingħata appoġġ partikolari lil żoni jew raggruppamenti ta’ unitajiet amministrattivi lokali tal-livell 3 NUTS b’densità ta’ popolazzjoni ta’ inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2 għal żoni b’popolazzjoni baxxa jew inqas minn 8 abitanti għal kull km2 għal żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna, jew bi tnaqqis medju tal-popolazzjoni ta’ aktar minn 1 % bejn l-2007 u l-2017 għandhom ikunu soġġetti għal pjani reġjonali u nazzjonali speċifiċi biex tissaħħaħ l-attraenza, jiżdied l-investiment fin-negozju u tingħata spinta lill-aċċessibbiltà tas-servizzi diġitali u pubbliċi, inkluż fond fil-ftehim ta’ kooperazzjoni tal-Fondi Strutturali;

25.

itenni l-pożizzjoni tal-KtR u tal-PE dwar appoġġ għal pjani nazzjonali biex jappoġġjaw liż-żoni reġjonali u lokali li qed jiffaċċjaw tnaqqis demografiku kontinwu u li jeħtieġu appoġġ, inkluż appoġġ finanzjarju mill-FSIE, biex tiżdied l-attraenza, jiżdied l-investiment kummerċjali u titjieb l-aċċessibbiltà għas-servizzi diġitali u pubbliċi. Dawn il-pjani nazzjonali u reġjonali għandhom ikunu riflessi fl-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tibdil demografiku;

Aspetti demografiċi fil-politiki ewlenin tal-UE

26.

jenfasizza d-dimensjoni demografika tal-urbanizzazzjoni, hekk kif l-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċha wkoll ma’ urbanizzazzjoni dejjem akbar, u jenfasizza r-rilevanza li jiġu indirizzati b’mod qawwi l-isfidi demografiċi fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Urbana għall-Unjoni Ewropea u fil-kuntest tat-tiġdid tal-Karta ta’ Leipzig;

27.

jappoġġja l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew li tirrifletti l-proposti tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-għajnuna lil reġjuni skarsament popolati, jiġifieri li mill-inqas 5 % tar-riżorsi disponibbli tal-FEŻR fil-livell nazzjonali fil-qafas tal-mira tal-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi jiġu allokati għall-iżvilupp territorjali integrat f’żoni mhux urbani li jsofru minn żvantaġġi naturali, ġeografiċi jew demografiċi, jew li għandhom diffikultà biex jaċċessaw is-servizzi baċiżi. Minn dan l-ammont, mill-inqas 17,5 % għandhom jiġu allokati lil żoni rurali “u komunitajiet [rurali]filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ Patt dwar l-Irħula Intelliġenti biex jiġu żviluppati proġetti bħal rħula intelliġenti” (8), billi dawn iż-żoni jsiru aktar attraenti u titħeġġeġ ir-ripopolazzjoni;

28.

jenfasizza r-rwol tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Ewwel impjieg EURES tiegħek, li jgħinu liż-żgħażagħ isibu impjieg. L-importanza diretta tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fid-demokrazija, u indirettament fid-demografija, hija evidenti wkoll mir-riżultati preċedenti tal-perjodu 2014-2020: hija għenet biex ittejjeb il-ħajja ta’ miljuni ta’ żgħażagħ Ewropej;

29.

jistenna bil-ħerqa l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Garanzija għat-Tfal futura biex jiġu megħjuna t-tfal li jinsabu f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, billi jiġu promossi l-investimenti li jiżguraw li t-tfal igawdu d-dritt fundamentali li jikbru u jiżviluppaw f’ambjent adatt għat-tfal u għall-familja, tingħata prijorità lil miżuri li jtebu l-introjtu globali tal-familja u jagħtu appoġġ lill-ġenituri, u li jiżguraw li jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa mingħajr ħlas u ta’ kwalità għolja, edukazzjoni, indukrar tat-tfal, akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata; jemmen li l-politiki dwar il-familji ma għandhomx jitqiesu bħala spiża għall-baġit pubbliku iżda pjuttost bħala investiment f’assi strateġiku għas-soċjetà;

30.

iqis li l-Politika Agrikola Komuni (PAK 2014-2020), li tittratta l-iżvilupp rurali, tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi. Matul il-perjodu 2021-2027, il-PAK għandha għalhekk tibqa’ politika b’saħħitha tal-UE. Żoni rurali vibranti, il-bdiewa żgħażagħ u l-azjendi agrikoli tal-familja li juru prattiki tajba għandu jkollhom rwol ewlieni fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-ambjent u l-preservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bijodiversità u l-prevenzjoni tad-depopolazzjoni f’żoni rurali;

31.

minkejja li għandha ambitu limitat ħafna ta’ azzjoni, il-Kummissjoni għandha tintervjeni fil-leġiżlazzjoni dwar is-suq tal-artijiet sabiex: tistimola l-użu tal-possibiltajiet taħt l-Iżvilupp Rurali biex jiġu appoġġjati azzjonijiet ġodda li jrawmu l-mobbiltà tal-art (banek tal-artijiet, inizjattivi ta’ tqabbil tal-art agrikola u inizjattivi oħra promossi fil-livell lokali li jinkoraġġixxu l-aċċess għall-art għall-parteċipanti l-ġodda); jitwessa’ l-ambitu tal-azzjonijiet ta’ appoġġ għal mudelli ġodda ta’ negozju tal-azjendi agrikoli (b’mod partikolari tipi innovattivi ta’ sħubijiet fost il-bdiewa) u organizzazzjonijiet lokali, li jistgħu jappoġġjaw bdiewa żgħażagħ u parteċipanti ġodda fil-kisba tal-art; jitħeġġu aktar politiki nazzjonali attivi b’rakkomandazzjonijiet tal-UE dwar l-aċċess għall-art bl-aħjar prattiki (abbażi tal-aqwa prattiki stabbiliti);

32.

iqis li l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw b’mod qawwi l-politiki li jippromovu l-inklużjoni tan-nisa u l-inkoraġġiment għall-parteċipazzjoni fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), fix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika (STEAM) u fl-ekonomija rurali bħala prekundizzjoni sabiex tiġi bbilanċjata l-piramida tal-popolazzjoni f’żoni li jbatu, jew li huma mhedda, mid-depopolazzjoni;

33.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiżguraw il-koordinazzjoni meħtieġa bejn il-politika ta’ koeżjoni tal-UE u l-Politika Agrikola Komuni sabiex jiġi żgurat li ż-żoni rurali jkunu jistgħu jimplimentaw ukoll proġetti tal-Irħula Intelliġenti permezz ta’ approċċ integrat (ITI, CLLD jew LEADER);

34.

itenni l-kunċett ippreżentat fl-Opinjoni tiegħu dwar “It-tixjiħ attiv u b’saħħtu” (2019), li “l-isfidi tat-tibdil demografiku se jirrikjedu riċerka u industrija Ewropea attiva għall-immodernizzar, id-disinn u l-produzzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi ġodda għal popolazzjoni li qed tixjieħ, kemm jekk rigward prodotti ta’ kuljum, infrastruttura, teknoloġija kif ukoll rigward software”, b’mod partikolari l-iżvilupp tat-telemediċina biex jiġu żgurati standards għoljin ta’ kura speċjalizzata, speċjalment f’żoni rurali jew b’popolazzjoni baxxa; u huwa “jqis dan bħala opportunità għall-UE biex tippożizzjona ruħha quddiem nett fis-suq tal-ekonomija tal-anzjani, biex toħloq impjiegi lokali, tiġġenera l-ġid u tesporta innovazzjonijiet ġodda lil hinn minnha”. Ambjent favorevoli għall-familja u solidarjetà interġenerazzjonali jsaħħu d-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq, u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni għal dan il-għan fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet li jippromovu u jiżguraw it-tixjiħ b’saħħtu. Biex jinkiseb dan, huma meħtieġa kemm appelli speċifiċi dwar dan is-suġġett kif ukoll koordinazzjoni aħjar tad-diversi riżorsi finanzjarji disponibbli;

35.

jenfasizza r-rwol ewlieni li jista’ jkollhom it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-ambjenti intelliġenti sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien fiż-żoni l-aktar affettwati mill-isfidi demografiċi. B’riżultat ta’ dan, il-Kumitat jistieden lill-UE tindirizza l-qasma diġitali li taffettwa ħafna oqsma billi tuża soluzzjonijiet SMART u, għal dan il-għan, tuża l-istrumenti u l-programmi Ewropej, bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment u l-programm Next Generation EU, bil-għan li tiġi żgurata l-konnettività diġitali ta’ kwalità tajba għall-popolazzjoni kollha;

36.

jenfasizza, b’referenza għad-distakk diġitali, is-soluzzjonijiet intelliġenti fil-qasam tal-kura tal-anzjani u tat-trasport skont id-domanda (demand-responsive transport – DRT), kif ukoll li jiġu stabbiliti pjani għall-provvista ta’ kopertura tas-servizz tat-telefonija mobbli fit-toroq distrettwali u lokali. Bl-istess mod, huwa jqis essenzjali li tiġi inkluża l-provvista tas-servizzi tat-telefonija mobbli fi ħdan is-servizz universali għat-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari fiċ-ċentri tal-popolazzjoni rurali skarsament popolati u fit-toroq u r-rotot ta’ komunikazzjoni tagħhom, li jiffaċilitaw il-ħajja tal-anzjani u l-ġenituri bi tfal żgħar. Dawn kollha għandhom impatt distint fuq iż-żamma tal-popolazzjoni;

37.

jiġi previst taħriġ u appoġġ għall-użu tat-teknoloġiji diġitali bil-għan li jitnaqqas id-distakk diġitali eżistenti fil-każ tal-anzjani, kif ukoll li jiġu stabbiliti programmi fil-ġestjoni tat-tibdil għall-maniġers tas-servizzi soċjali fl-amministrazzjoni tal-muniċipalitajiet sabiex ikunu jistgħu jipprovdu għajnuna marbuta mat-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi lill-individwi;

38.

jaqbel li l-azzjonijiet varji tal-Kummissjoni proposti fil-Komunikazzjoni tagħha għall-perjodu 2014-2020 adottata f’Settembru 2017 (“Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE”) jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-kumplessità, it-tul u l-ispejjeż tal-interazzjoni transfruntiera u jippromovu t-tlaqqigħ flimkien ta’ servizzi tul il-fruntieri interni. Il-Kummissjoni tenfasizza li “l-investimenti biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien se jkunu sinifikanti: l-azzjonijiet ambjentali konġunti u l-miżuri konġunti biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima se jwasslu għal protezzjoni akbar ta’ popolazzjonijiet tal-fruntieri” (9);

39.

jafferma mill-ġdid l-osservazzjoni msemmija fl-Opinjoni tiegħu dwar “Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw” (2017), li “t-tendenzi demografiċi attwali jagħmluha essenzjali li ssir analiżi mill-ġdid tar-rwoli tal-ġeneru u li jiġu promossi arranġamenti ta’ xogħol aktar flessibbli u ugwali”. Fid-dawl ta’ dan, il-qafas legali tal-UE fil-qasam tal-politiki li għandhom l-għan li jappoġġjaw ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri huwa intrinsikament marbut mal-ekonomija, id-demografija, l-impjieg u l-aspetti reġjonali. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jilqa’ l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea;

40.

jiġbed l-attenzjoni għall-Opinjonijiet tiegħu dwar “Il-mobbiltà fir-reġjuni bi sfidi ġeografiċi u demografiċi” (2014) u “Ir-reazzjoni tal-UE għall-isfida demografika” (2016). Dawn ikopru oqsma bħall-iżgurar tal-mobbiltà tal-politiki dwar it-trasport u jistabbilixxu miżuri speċifiċi ulterjuri; dawn jinkludu approċċi innovattivi bħat-“trasport fuq talba” biex tittejjeb il-konnettività fir-reġjuni u bejnhom kollha; il-KtR jenfasizza wkoll li hemm bżonn ta’ approċċi ġodda biex jiġi ffinanzjat it-trasport f’reġjuni bi sfidi;

41.

jirrimarka li r-rata għolja ta’ qgħad ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi organizzat taħriġ vokazzjonali jew korsijiet ta’ estensjoni għal persuni qiegħda li ma għandhomx il-kapaċità biex jidħlu jew jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Għandhom ikunu involuti l-awtoritajiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet reġjonali u lokali u l-istituti ta’ kooperazzjoni konġunta dwar is-servizzi tal-impjiegi;

42.

iqis li huwa meħtieġ li jiġi introdott messaġġ pożittiv dwar iż-żoni rurali fil-politiki differenti, sabiex tiġi indirizzata d-depopolazzjoni li qed taffettwa l-ambjent rurali, b’tali mod li tintwera immaġni pożittiva taż-żoni rurali, filwaqt li jiġu enfasizzati l-bosta aspetti u valuri pożittivi tagħhom;

43.

huwa importanti li jiġi enfasizzat li meta l-missirijiet jipparteċipaw aktar fil-kura tat-tfal u l-familja, it-tfal igawdu minn eżiti konjittivi u emozzjonali aħjar u saħħa fiżika mtejba. Dawk li jimpenjaw ruħhom aktar mat-tfal tagħhom għandhom it-tendenza li jirrapportaw sodisfazzjon akbar rigward il-ħajja kif ukoll saħħa fiżika u mentali aħjar. Fl-2015, tliet kwarti tal-pajjiżi tal-OECD ipprovdew mill-inqas ftit jiem ta’ liv imħallas li jistgħu jintużaw biss mill-missier, jew inkella permezz ta’ liv imħallas tal-ġenituri speċifikament għall-missier. Il-liv tal-ġenituri jista’ jgħin ukoll biex titnaqqas id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fuq il-post tax-xogħol;

44.

ifakkar fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u, b’mod partikolari, fl-għan dedikat għall-iżvilupp urban, l-SDG11, li jitlob li “l-bliet u l-insedjamenti umani jsiru inklużivi, sikuri, reżiljenti u sostenibbli”. Jappoġġja dawk il-proġetti diretti lejn l-awtoritajiet lokali, il-bliet u r-reġjuni li qed jikkontribwixxu b’mod attiv biex jintlaħaq l-SDG 11;

45.

iqis il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li huwa rispons importanti għall-isfidi ambjentali, demografiċi, ekonomiċi u soċjali. Strateġija ta’ tkabbir sostenibbli hija essenzjali biex l-UE tinbidel f’soċjetà ġusta, għanja, u inklużiva, u jeħtieġ li jiġu analizzati mill-ġdid il-politiki għal enerġija nadifa fl-ekonomija, l-industrija u l-konsum, it-trasport, l-ikel u l-agrikoltura u l-kostruzzjoni, kif ukoll it-tassazzjoni u xi aspetti ta’ kwistjonijiet soċjali u ta’ appoġġ ġenerali favur il-familja;

46.

jenfasizza li l-ulied m’għandhomx ikunu ta’ ostaklu għall-ambizzjoni professjonali u m’għandhomx iwasslu għal tifqir jew tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist, speċjalment fil-każ ta’ familji kbar u familji b’ġenitur wieħed. L-ippjanar tal-familja huwa għat-tul, u għalhekk huwa importanti li jkun hemm politika stabbli u proattiva, li tinkludi r-rikonċiljazzjoni tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-involviment tal-missirijiet fil-ħajja tal-familja. Jenħtieġ li jiġi ffaċilitat ir-ritorn rapidu u flessibbli fis-suq tax-xogħol għall-ommijiet wara l-liv tal-maternità;

47.

jirrimarka li parti mill-impjiegi li se jkunu meħtieġa fil-ġejjieni bħalissa ma jeżistux; għalhekk, irid jiġi pprovdut taħriġ għaċ-ċittadini tagħna (ta’ kull età u minn kull settur) fil-ħiliet li jgħinuhom jaċċessaw l-impjieg. L-ippjanar tal-politika tat-taħriġ għandu jagħti attenzjoni speċjali lill-persuni li jgħixu f’żoni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għat-taħriġ;

48.

jinnota l-importanza tax-xogħol mhux imħallas imwettaq prinċipalment min-nisa peress li jappoġġjaw il-familji u jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ infrastruttura soċjali pubblika. Ix-xogħol mhux imħallas huwa fil-biċċa l-kbira xogħol ta’ kura u xogħol domestiku bla ħlas, li huma stmati rispettivament għal 10 % u 39 % tal-prodott domestiku gross (PDG) fid-dinja;

Id-Demografija u d-Demokrazija

49.

iqis li kwistjonijiet emerġenti bħat-trasformazzjoni tas-soċjetà u d-distribuzzjoni tal-popolazzjoni jwasslu għal reazzjonijiet politiċi, bir-riżultat ta’ polarizzazzjoni fis-sistema demokratika;

50.

għandha tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ li huma jew jistgħu jsiru ġenituri. Ir-rata medja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Istati Membri tal-UE għadha ogħla minn dik tal-popolazzjoni li taħdem b’mod ġenerali. Iż-żgħażagħ jintlaqtu b’mod partikolari minn kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji. Skont ir-riċerka, għandha tingħata prijorità lill-aċċess għad-dħul prevedibbli u għall-akkomodazzjoni għaż-żgħażagħ, bl-għan li jingħataw is-sigurtà li għandhom bżonn biex jibdew familja;

51.

iqis li n-Networks tat-Trasport Trans-Ewropej li, skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), ser ikomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, apparti li jnaqqsu l-konġestjonijiet eżistenti fin-network, għandhom jagħtu prijorità lill-investiment fin-networks tat-trasport sostenibbli u jagħtu spinta lis-servizzi pubbliċi fiż-żoni rurali, speċjalment dawk li huma skarsament popolati u b’popolazzjoni mifruxa ħafna u b’popolazzjoni qed tixjieħ, biex tiġi appoġġjata l-interkonnettività urbana-rurali, jiġi promoss l-iżvilupp rurali u jitnaqqas id-distakk diġitali;

52.

iwissi, għalhekk, dwar l-iżvilupp ta’ “ġeografija ta’ skuntentizza” li qiegħda sseħħ f’bosta reġjuni u pajjiżi tal-UE fejn in-nies iħossuhom li tħallew jiqgħu lura, li ta’ spiss hija relatata mill-qrib mad-depopolazzjoni. Konsegwentement, l-aċċess għal servizzi pubbliċi bażiċi għandu jkun garantit fiż-żoni rurali u ż-żoni skarsament popolati;

53.

jara l-ħtieġa li dan l-iżvilupp jiġi indirizzat biex tissaħħaħ is-sistema demokratika tagħna billi jiġi ffaċilitat id-djalogu interġenerazzjonali u jiġu involuti b’mod attiv il-politiċi eletti fil-livelli lokali u reġjonali, li huma l-eqreb taċ-ċittadini;

54.

għalhekk, jara l-ħtieġa li tiġi diskussa, fil-Konferenza futura dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, ir-rabta bejn id-Demokrazija u d-Demografija, u jissuġġerixxi li jiġu ppreżentati b’mod ċar il-pożizzjonijiet tiegħu dwar dan is-suġġett lill-Konferenza, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lir-rappreżentanza taż-żgħażagħ. Il-Konferenza għandha tindirizza l-hekk imsejħa “ġeografija ta’ skuntentizza”, li hija marbuta mal-livell ta’ suċċess tal-politiki tal-UE u l-impatt dirett u indirett tagħhom fuq ir-reġjuni differenti tal-UE u d-demografija tagħhom; jissuġġerixxi wkoll li, f’dan il-kuntest, il-Konferenza tista’ tindirizza wkoll il-kwistjoni ta’ kif għandu jiġi ddefinit it-terminu “reġjuni bi żvantaġġi demografiċi gravi u permanenti”, li huwa imsemmi fl-Artikolu 174 tat-TFUE Tali riflessjoni usa’ hija rilevanti wkoll fil-kuntest tal-kisba tal-SDGs;

Appell favur is-sussidjarjetà attiva u r-regolamentazzjoni aħjar

55.

jissottolinja li ħafna mir-reazzjonijiet ta’ politika meħtieġa huma r-responsabbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE, u għaldaqstant jissottolinja l-ħtieġa għal enfasi qawwija fuq is-sħubija u l-governanza f’diversi livelli sabiex jinstabu soluzzjonijiet adegwati;

56.

fl-istess ħin jenfasizza l-importanza li l-KtR ikollu parteċipazzjoni sinifikanti matul il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, li tirrifletti l-fatt li hemm aktar minn miljun rappreżentant lokali u reġjonali elett fl-UE;

57.

jappella li jintuża l-kunċett “sussidjarjetà attiva” żviluppat mit-Task Force dwar is-Sussidjarjetà sabiex jinstabu soluzzjonijiet fattibbli sabiex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku, billi tiġi rispettata d-diviżjoni tas-setgħat fi djalogu dirett mal-bliet u r-reġjuni;

58.

jinsab f’pożizzjoni tajba biex jappoġġja dan il-proċess billi jipprovdi l-pjattaforma għall-konsultazzjoni u d-djalogu mal-Kummissjoni Ewropea biex jinstabu soluzzjonijiet adegwati;

59.

jissottolinja l-importanza li jintuża l-istrument ta’ valutazzjoni tal-impatt territorjali sabiex jiġi rfinat it-tfassil tal-politiki tal-UE li qegħdin jaffettwaw it-tibdil demografiku, u jirreferi għall-eżerċizzju ta’ valutazzjoni tal-impatt territorjali reċenti tiegħu, li twettaq bil-kooperazzjoni mal-programm ESPON (11);

60.

jissuġġerixxi li ssir ħidma mill-qrib flimkien mal-Kummissjoni Ewropea fid-dawl ta’ dokumenti ta’ politika futuri bħalma huma l-Green Paper dwar it-Tixjiħ jew l-istrateġija fit-tul għaż-żoni rurali fit-twettiq ta’ konsultazzjoni konġunta biex tikkontribwixxi għal dawn ir-rapporti;

Monitoraġġ tal-progress biex tiġi indirizzata l-isfida demografika

61.

jara l-ħtieġa ta’ monitoraġġ regolari tal-isfida demografika billi tinħoloq rabta bejn is-Semestru Ewropew u t-tibdil demografiku u billi din il-kwistjoni tiġi assoċjata mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;

62.

jenfasizza l-ħtieġa għal statistika regolari tal-UE, li tirrifletti mhux biss żviluppi nazzjonali iżda wkoll reġjonali, sabiex dawk li jfasslu l-politika jingħataw stampa ċara tad-differenzi reġjonali. Jissuġġerixxi wkoll il-ħtieġa għal rapport annwali dwar is-sitwazzjoni attwali tal-isfida demografika fil-bliet u r-reġjuni tal-UE, li għalih jista’ jikkontribwixxi l-Kumitat;

63.

jipproponi li jitwettaq djalogu politiku regolari bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-bliet u r-reġjuni tal-UE qabel l-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli dwar l-istat attwali tal-isfida demografika; jissuġġerixxi kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-KtR fl-organizzazzjoni ta’ dan il-proċess;

Passi li jmiss

64.

jissuġġerixxi li l-Presidenza Kroata tal-Kunsill tippreżenta konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sejbiet tal-eżerċizzju ta’ rendikont tal-Kummissjoni, u jissuġġerixxi dibattitu wiesa’ dwar l-isfida demografika f’formazzjonijiet differenti tal-Kunsill;

65.

jistieden lill-Presidenzi Ġermaniżi, Portugiżi u Sloveni li ġejjin biex ikomplu b’dawn l-isforzi billi jiffukaw b’mod partikolari fuq ir-rabta bejn it-tibdil demografiku u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien kullimkien;

66.

jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u jinkoraġġixxi lill-partijiet interessati lokali ewlenin biex isaħħu l-politiki orizzontali reġjonali, u b’hekk jiżdied l-għarfien dwar it-tibdil demografiku fi ħdan il-komunità lokali biex jissaħħaħ ir-rikonoxximent ta’ aktar miżuri ċċentrati fuq iċ-ċittadin; jissuġġerixxi li jiġu diskussi b’mod wiesa’ wkoll l-isfidi demografiċi fi djalogi maċ-ċittadini;

67.

iqis li l-kooperazzjoni pubblika-privata trid tiġi promossa b’mod strutturat b’tali mod li l-atturi kollha f’żoni li jinsabu f’riskju ta’ depopolazzjoni jew li diġà huma depopolati jistgħu jaħdmu flimkien b’mod koordinat, billi jiġbru u jippromovu proġetti bbażati fuq l-esperjenza tagħhom, jiġġeneraw l-innovazzjoni u jippromovu ekonomija aktar dinamika;

68.

iqis li huwa kruċjali li enfasizzata r-rikkezza tal-wirt naturali, storiku, artistiku u kulturali tar-reġjuni tagħna, sabiex tissaħħaħ ir-rabta li ċ-ċittadini għandhom mal-irħula u l-bliet tagħhom, b’hekk jiġu appoġġjati, ippreservati, miżmuma u protetti l-komunitajiet lokali, nattivi u żgħar, u s-sottoreġjuni lingwistiċi-kulturali bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità taż-żoni rurali biex iżommu l-popolazzjoni lokali u bil-ħsieb li jingħata nifs ġdid liż-żoni rurali;

69.

joffri lill-Kummissjoni Ewropea, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u istituzzjonijiet reġjonali jew globali oħra, bħall-Unjoni għall-Mediterran u n-Nazzjonijiet Uniti, kooperazzjoni mill-qrib fl-iżvilupp ta’ strateġija komprensiva biex tiġi indirizzata l-isfida demografika;

70.

ifakkar li, sa mill-1994, il-Jum Internazzjonali tal-Familji sar fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti kull sena fil-15 ta’ Mejju. Għalhekk, jipproponi li t-tieni Ħadd ta’ Mejju jista’ jkun il-Jum Ewropew tal-Familji.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  L-istudu tal-KtR dwar “The impact of demographic change on European regions” (L-impatt tat-tibdil demografiku fuq ir-reġjuni Ewropej – mhux disponibbli bil-Malti), Brussell 2016.

(2)  https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/IDAN/2019/637955/EPRS_IDA(2019)637955_EN.pdf

(3)  Sors: People in the EU – population projections (Eurostat, 2017)

https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Population_projections_in_the_EU#Age_dependency_ratios

(4)  Bażi tad-data tal-OECD dwar il-familja, Indikaturi tal-Fertilità: SF2.2. L-għadd ideali u reali tat-tfal. http://www.oecd.org/els/family/SF_2_2-Ideal-actual-number-children.pdf

(5)  Rata tal-fertilità totali ta’ madwar 2,1 twelid ħaj għal kull mara titqies li hija l-livell ta’ rimpjazzament tal-fertilità fil-pajjiżi żviluppati: fi kliem ieħor, l-għadd medju ta’ twelid ħaj għal kull mara li huwa meħtieġ biex jinżamm id-daqs tal-popolazzjoni (Sors: Eurostat, Statistics Explained https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Fertility_statistics#Total_fertility_rate_and_age_of_women_at_birth_of_first_child)

(6)  Studju tal-KtR dwar “The impact of demographic change on European regions” (L-impatt tat-tibdil demografiku fuq ir-reġjuni Ewropej – mhux disponibbli bil-Malti) u t-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali Reġjonali Ewropea.

(7)  Demographic outlook for the European Union (2017) (EPRS | Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew & EUI | Istitut Universitarju Ewropew) (mhux disponibbli bil-Malti) http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/IDAN/2017/614646/EPRS_IDA(2017)614646_EN.pdf

(8)  A8-0094/2019, Cozzolino.

(9)  https://ec.europa.eu/regional_policy/mt/information/publications/communications/2017/boosting-growth-and-cohesion-in-eu-border-regions

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(11)  https://cor.europa.eu/mt/our-work/Pages/Territorial-Impact-Assessment.aspx


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/42


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ewropa soċjali b’saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti

(2020/C 440/08)

Relatur:

Anne KARJALAINEN (FI/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Kerava

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Ewropa soċjali b’saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti”

COM(2020) 14 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

jilqa’ l-proposta għal pjan direzzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u biex jiġi implimentat il-Patt Ekoloġiku Ewropew b’mod soċjalment ġust;

2.

jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tniedi konsultazzjoni miftuħa dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali, minħabba l-varjazzjonijiet wiesgħa fil-politika soċjali fl-Ewropa. Is-sitwazzjoni tal-bliet u r-reġjuni nbidlet ukoll b’mod sinifikanti bil-pandemija tal-COVID-19;

3.

jenfasizza l-importanza ta’ aġenda soċjali Ewropea b’saħħitha, li fiha l-kompetittività u l-ġustizzja soċjali jikkomplementaw lil xulxin. Hemm rabta mill-qrib bejn l-aġenda soċjali, il-Patt Ekoloġiku, u l-aġenda diġitali, peress li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali għandhom ikunu bbażati fuq il-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u s-sostenibbiltà ambjentali. Il-KtR huwa tal-fehma li huwa importanti li l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) ikun konformi mal-pilastru soċjali tal-UE, bil-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali u li jiġu indirizzati l-bidliet strutturali fir-reġjuni tal-UE. Għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, liż-żoni milquta mit-tranżizzjoni industrijali, lir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, u lir-reġjuni ultraperiferiċi, li s-sitwazzjoni żvantaġġata tagħhom ġiet aggravata mill-pandemija tal-COVID-19;

4.

itenni l-appell tiegħu għal koordinazzjoni aħjar tal-politiki ekonomiċi u soċjali bejn il-livell Ewropew u dak nazzjonali tal-gvernijiet fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u jitlob li tiġi garantita l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’din il-koordinazzjoni, permezz ta’ ġestjoni kondiviża bbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Skont dan il-prinċipju, il-kompiti ta’ ppjanar strateġiku u ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu ddelegati mhux biss lill-Istati Membri iżda wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma fl-aħjar pożizzjoni biex jirrispondu b’mod effettiv għall-ħtiġijiet u l-isfidi lokali;

5.

jenfasizza l-importanza ta’ pjan direzzjonali ċar, koordinat u ambizzjuż għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jiddeterminaw il-livell li fih l-UE u l-Istati Membri jużaw l-istrumenti ta’ politika proposti u l-miżuri leġiżlattivi f’dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni;

6.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tqis ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti żviluppati mis-sħubijiet urbani fil-kuntest tal-Aġenda Urbana tal-UE, bħal dawk dwar l-akkomodazzjoni, il-faqar urban, l-impjiegi u l-ħiliet fl-ekonomija lokali, u biex tuża metodi ta’ ħidma parteċipattivi anke għall-implimentazzjoni ta’ Ewropa soċjali;

7.

jenfasizza li l-pandemija tal-COVID-19 m’għandhiex tintuża bħala skuża biex jiġu posposti jew irtirati l-proposti għat-titjib tal-ġustizzja soċjali msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Għall-kuntrarju, jeħtieġ li il-kriżi tħaffef u tintensifika l-isforzi tagħna biex tinkiseb bidla strutturali għal UE aktar ġusta u ekoloġika. Għandna bżonn nibnu sistemi ekonomiċi u soċjali aktar sostenibbli għall-futur;

8.

jinnota li fil-futur qrib l-isforzi ta’ rkupru għandu jkollhom dimensjoni soċjali b’saħħitha sabiex jinżammu networks ta’ sigurtà soċjali b’saħħithom, jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi tal-ħaddiema u jiġu evitati tkeċċijiet abbużivi. In-nies li għandhom forom temporanji u atipiċi ta’ impjieg, in-nisa, l-immigranti, iż-żgħażagħ u l-persuni b’diżabbiltà huma l-gruppi l-aktar vulnerabbli fid-dinja tax-xogħol. In-nies li ngħataw is-sensja minħabba l-pandemija tal-COVID-19 mhux neċessarjament ikunu jistgħu jirritornaw għall-impjiegi preċedenti tagħhom. Il-programmi tal-UE għandhom jappoġġjaw it-titjib tal-ħiliet ta’ dawk li jinsabu fir-riskju tal-qgħad, tal-persuni qiegħda u tal-persuni inattivi, speċjalment dawk il-persuni b’diffikultà ikbar biex jidħlu fis-suq tax-xogħol (persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, familji b’omm waħidha u b’ġenitur wieħed li jagħmluha diffiċli li jiġu rikonċiljati x-xogħol u l-ħajja tad-dar, eċċ.). Dan kollu jeħtieġ li jirrispetta l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni abbażi tas-sess, il-ġeneru, it-twelid, l-etniċità, l-ideat politiċi u reliġjużi, l-età, id-diżabilità, l-orjentazzjoni jew l-identità sesswali, il-mard, il-lingwa jew kwalunkwe kundizzjoni jew ċirkostanza personali jew soċjali oħra;

9.

jenfasizza li f’kuntest bħal dak attwali, it-tranżizzjoni diġitali tħaffet, peress li ħafna impjiegi kellhom jadattaw għad-diġitalizzazzjoni u t-telexogħol. Jirrakkomanda li nibnu fuq il-momentum tal-aħħar xhur biex jiġi rregolat it-telexogħol u jiġi rikonoxxut il-kontribut tiegħu għad-dekarbonizzazzjoni, permezz tat-tnaqqis fl-ivvjaġġar li jġib miegħu dan il-mod ta’ xogħol li ma jirrikjedix preżenza fiżika fuq il-post tax-xogħol;

10.

josserva li fuq perjodu medju u twil ta’ żmien, il-miżuri ta’ rkupru għandhom jindirizzaw id-dimensjoni soċjali tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Għandna bżonn suq tax-xogħol ġust fl-ekonomija newtrali f’termini tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-futur, ibbażat fuq impjiegi deċenti, protezzjoni soċjali b’saħħitha, u opportunitajiet tax-xogħol fejn jgħixu n-nies;

11.

jirrimarka li s-servizzi pubbliċi pprovduti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali kellhom rwol ewlieni waqt il-pandemija. Mingħajr is-sistema tas-servizzi pubbliċi, l-impatt fuq in-nies kien ikun aktar drammatiku. Tranżizzjoni ġusta tfisser ir-rikonoxximent tar-rwol ewlieni tal-livell lokali u reġjonali fil-forniment ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja. Il-forniment ta’ servizzi bħal dawn mill-awtoritajiet lokali u reġjonali ma għandux ikun ristrett minn regoli fl-oqsma tal-akkwist pubbliku jew tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat;

12.

jinnota li l-UE tinsab f’punt ta’ bidla li bih jista’ jkun hemm mod ta’ ħsieb ġdid, li huwa wkoll meħtieġ. Huwa iktar importanti minn qatt qabel li jsir investiment fil-benesseri tan-nies u li jingħaddu l-benefiċċji tal-ekonomija tal-benesseri, li jenfasizza l-bilanċ bejn it-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli – dik soċjali, ekonomika u ambjentali. Dawn id-dimensjonijiet isaħħu lil xulxin u jistabbilixxu l-pedamenti għal soċjetà soċjalment ġusta, sostenibbli u li ma tagħmilx ħsara lill-klima. L-atturi lokali u reġjonali huma f’pożizzjoni tajba biex jimplimentaw l-ekonomija tal-benesseri fl-attivitajiet tagħhom stess, iżda hemm bżonn ukoll ta’ gwida fil-livell tal-UE;

13.

huwa tal-fehma li l-akkwist pubbliku huwa qasam ieħor li jikkontribwixxi għal tranżizzjonijiet ġusti u sabiex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi ġodda, peress li l-proċeduri ta’ akkwist jistgħu jgħinu fil-prevenzjoni tad-dumping ambjentali u soċjali bl-inklużjoni ta’ aspetti kwalitattivi, ambjentali u/jew soċjali fil-kriterji għall-għoti ta’ kuntratti. Madankollu, peress li tali inklużjoni għadha fakultattiva, jeħtieġ li jsir aktar biex l-operaturi ekonomiċi involuti fl-akkwist pubbliku jiġu mħeġġa joffru kundizzjonijiet tax-xogħol globali aħjar kif ukoll impjiegi li jintegraw persuni bi ħtiġijiet kumplessi ta’ integrazzjoni fis-suq tax-xogħol jew persuni f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u faqar, u jippromovu l-impjegabbiltà tagħhom;

14.

jenfasizza l-ħtieġa li l-kumpaniji, inklużi dawk involuti fl-akkwist pubbliku, iqisu b’mod espliċitu d-drittijiet tal-bniedem, kemm fl-attivitajiet tagħhom stess kif ukoll fil-ktajjen ta’ sottokuntrattar tagħhom; jipproponi għal dan l-għan li fil-livell tal-UE jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà korporattiva bbażati fuq il-prinċipju tad-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU;

Opportunitajiet indaqs u impjiegi għal kulħadd

15.

jaqbel mal-objettiv tal-Kummissjoni li jiżdied l-impjieg u li jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità tajba fl-Ewropa. Jinħtieġ approċċ multidixxiplinari u proattiv biex jitneħħew l-iżbilanċi li jeżistu bejn il-ħiliet u l-impjiegi. Fil-futur, id-domanda għall-ħiliet se tiżdied fis-suq tax-xogħol, speċjalment għal impjiegi li jinvolvu l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ intelliġenza artifiċjali (IA), kif ukoll mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għalih u l-isfruttament. L-istrateġija industrijali l-ġdida tal-UE għandha tappoġġja l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità tajba u kompetittività industrijali. L-istrateġija għandha wkoll issaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ewropa, pereżempju billi żżid il-produzzjoni ta’ apparat ewlieni għall-kura tas-saħħa u tagħmir protettiv fl-UE. Issa li l-istrateġija Ewropa 2020 qed tasal fi tmiemha, hemm bżonn ta’ strateġija ġdida fit-tul tal-UE għat-tkabbir u l-impjieg, f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, sabiex ikun hemm rabta bejn id-diversi għanijiet tat-tkabbir inklużiv, l-impjieg, it-tnaqqis tal-faqar u l-kompetittività industrijali;

16.

josserva li ċerti setturi tal-impjieg ġew affettwati b’mod sproporzjonat minn esponiment għar-riskji tal-pandemija tal-COVID-19, fl-ewwel lok is-settur tal-kura tas-saħħa u s-servizzi. Jenfasizza l-importanza li jiġu identifikati b’mod adegwat ir-riskji fuq il-post tax-xogħol relatati mal-coronavirus fis-setturi kollha tal-attività, u jisħaq li l-ħaddiema kollha li huma esposti għal tali riskji mhux biss jistħoqqilhom apprezzament soċjetali b’saħħtu, iżda jeħtieġu wkoll fuq kollox kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri;

17.

jirrimarka li l-virulenza tal-pandemija ħarġet fid-dieher in-nuqqasijiet tas-sistemi tas-saħħa fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u li għalhekk jeħtieġ li jissaħħaħ is-settur Ewropew tal-kura tas-saħħa billi jiġu ffaċilitati u promossi l-istudji xjentifiċi fis-setturi kollha, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-għajnuna, il-kura u r-riċerka;

18.

jirrimarka li bidla demografika fl-Ewropa se twassal għal nuqqas ta’ ħaddiema f’ħafna Stati Membri u reġjuni. Huwa għalhekk importanti li tiġi ssalvagwardata l-mobbiltà transkonfinali tax-xogħol u d-drittijiet tal-ħaddiema. Il-problema ta’ nuqqas ta’ ħiliet, speċjalment għal komunitajiet rurali lokali u reġjonali żgħar, għandha tiġi rettifikata permezz ta’ edukazzjoni u teknoloġiji ġodda, u billi jiżdied it-telexogħol. Tinħtieġ ukoll azzjoni fit-tul mill-UEgħaż-żoni rurali;

19.

josserva li t-tibdil fis-suq tax-xogħol ifisser li hemm numru dejjem jiżdied ta’ nies f’riskju li jitilfu l-impjieg minħabba ħiliet antikwati jew ir-robotika. Il-ħiliet aġġornati u l-aċċess għal tagħlim tul il-ħajja huma aktar importanti minn qatt qabel. Għandha tiġi kkunsidrata idea olistika tal-aġġornament tal-ħiliet matul il-karriera minn nies f’sitwazzjonijiet ta’ ħajja differenti u relazzjonijiet ta’ impjieg differenti, u bi bżonnijiet edukattivi differenti. Minħabba l-importanza ta’ taħriġ ulterjuri u t-taħriġ mill-ġdid ta’ persuni fl-età tax-xogħol mil-lat tal-impjegabbiltà kif ukoll kompetittività ġenerali tal-forza tax-xogħol, u meta jitqiesu l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ tali taħriġ, il-Kumitat tar-Reġjuni jilqa’ b’sodisfazzjon ftehim rilevanti mill-imsieħba soċjali Ewropej. Tali ftehim jista’ jeżamina kif jista’ jiġi ffaċilitat l-aċċess tan-nies fl-impjieg għat-taħriġ, fi ħdan il-qafas tal-implimentazzjoni tad-dritt għal taħriġ ta’ kwalità tajba u tagħlim tul il-ħajja sabiex jiġu ġestiti b’suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol, kif stabbilit fil-Pilastru Ewropew;

20.

jappoġġja Garanzija għaż-Żgħażagħ li tissawwar mill-ġdid biex tiġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ b’mod aktar effettiv, billi ssir permanenti u l-limitu tal-età tiġi estiża għal 30 sena. Il-garanzija għandha tkopri gruppi vulnerabbli (bħan-NEETs, żgħażagħ migranti mhux akkumpanjati u żgħażagħ li trabbew f’ċirkostanzi diffiċli), u għandu jkun hemm fokus partikolari fuq miżuri marbutin mat-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol. Il-finanzjament għall-garanzija għandu jiżdied taħt l-FSE+, u l-Istati Membri b’qgħad fost iż-żgħażagħ ’il fuq mill-medja tal-UE għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ għandhom jiġu mgħallma ħiliet rilevanti b’mod partikolari għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-implimentazzjoni nazzjonali tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tkun immonitorjata fil-qafas tas-Semestru Ewropew sabiex jiġi żgurat li tkun aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha fl-Istati Membri kollha;

21.

jemmen li edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja, inklużivi u rikonoxxuti b’mod reċiproku, kif ukoll edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza, jsaħħu l-identità Ewropea u jiffaċilitaw il-libertà fil-moviment, fl-oqsma tax-xogħol u tar-residenza fi ħdan l-UE, li hija pedament taċ-ċittadinanza Ewropea. Iż-żieda fil-livelli tal-edukazzjoni u l-ħiliet tista’ tnaqqas l-inugwaljanzi. Tinħtieġ għalhekk azzjoni biex tittejjeb l-ugwaljanza fl-edukazzjoni sabiex il-perkorsi edukattivi ma jiġux determinati skont il-kuntest tal-familja, l-etniċità, id-diżabilità jew il-ġeneru;

22.

jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi salvagwardjat id-dritt għall-edukazzjoni u t-tagħlim għal kulħadd billi tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ għall-kriżijiet, anke permezz tal-aċċess għal għodod diġitali u taħriġ adegwat għall-għalliema. It-tagħmir u l-konnettività għat-tagħlim mill-bogħod u t-tagħlim elettroniku għandhom jitqiesu bħala parti minn tranżizzjoni ġusta u l-aċċess għalihom għandu jiġi żgurat fuq bażi ugwali bil-għan li jinqered id-distakk diġitali eżistenti u l-kumplessità u l-impatt importanti tiegħu fuq id-drittijiet soċjali, peress li n-nuqqas ta’ aċċess għat-teknoloġiji l-ġodda u s-soċjetà tal-informazzjoni japprofondixxi l-iżvantaġġ, filwaqt li joħoloq forom ġodda ta’ esklużjoni soċjali;

23.

jinnota li l-edukazzjoni ser ikollha tkun ta’ kwalità tajba biżżejjed u ta’ tul ta’ żmien biżżejjed biex tiggarantixxi impjieg fil-futur. Dan se jitlob żieda fir-riżorsi u ħidma sistematika intensiva marbuta mal-edukazzjoni fi stabbilimenti ta’ qabel l-iskola u fl-iskejjel tal-preprimarja, tal-primarja u tas-sekondarja bażika sabiex ikun żgurat li kulħadd ikun jista’ jakkwista ħiliet bażiċi adegwati u jkompli għall-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell. Huwa diffiċli ħafna li jiġu impjegati n-nies mingħajr edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u dawn jinsabu f’riskju għoli ta’ emarġinazzjoni. Dawk li għandhom bżonn appoġġ speċjali u l-persuni b’diżabbiltà għandu jkollhom l-istess opportunitajiet biex jiksbu ħiliet bażiċi adegwati u mill-inqas edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell; sabiex nimxu lejn soċjetà inklużiva, il-persuni b’diżabilità intellettwali għandhom ikunu jistgħu jiksbu ħiliet personali sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’suċċess fis-soċjetà u jgawdu minn kwalità tal-ħajja aħjar;

24.

jilqa’ l-aġġornament tal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa u l-iżvilupp ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-ħiliet ta’ professjonijiet ġodda, b’mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u l-IA. Minbarra ħiliet speċifiċi għall-impjieg, l-impjegaturi qegħdin dejjem iżjed jeħtieġu ħiliet “trasversali” jew “personali”. Għandu jiġi żviluppat pjan ta’ tagħlim individwali għal kull student, u għandu jingħata aċċess għal internships ta’ kwalità tajba u appoġġ għall-ippjanar tal-karriera u l-ġestjoni tal-prestazzjoni. Jitlob li l-Aġenda għall-Ħiliet tindirizza t-tħassib rigward it-telf potenzjali ta’ impjiegi li se jseħħ minħabba ż-żieda fir-robotizzazzjoni tas-suq tax-xogħol, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ taħriġ u impjieg għal gruppi vulnerabbli u li jsibuha diffiċli jidħlu fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ nondiskriminazzjoni;

25.

jirrakkomanda li l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba fl-impjieg, kif ukoll dawk akkwistati permezz ta’ edukazzjoni mhux formali u volontarjat, inklużi għarfien u ħiliet miksuba barra l-pajjiż, għandhom jiġu identifikati u rikonoxxuti fil-livell tal-UE. Il-ħiliet miksuba fuq il-post tax-xogħol u bnadi oħra jistgħu jintwerew f’portafoll tal-Europass jew badges diġitali (Open Badge), pereżempju;

26.

huwa favur li jitħaffef il-pass tal-ħolqien ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sabiex tkun garantita edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd u aċċess għas-suq tax-xogħol fis-suq uniku Ewropew. L-UE għandha żżid il-kooperazzjoni bejn is-sistemi edukattivi u kurrikuli differenti u ssaħħaħ aktar il-kooperazzjoni fi ħdan il-Proċess ta’ Bolonja. Billi huwa kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Patt Ekoloġiku, ser tinħtieġ ukoll l-ekoloġizzazzjoni ta’ Erasmus+ fil-perjodu ta’ wara l-pandemija;

27.

jemmen li l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali għandu jiffoka fuq it-tisħiħ tal-ħsieb kritiku u l-litteriżmu medjatiku fost l-adulti kif ukoll fost it-tfal u ż-żgħażagħ, sabiex ikunu jistgħu jwarrbu d-dulluvju ta’ aħbarijiet foloz u jifhmu l-importanza tal-algoritmi u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq il-magni fil-ħajja ta’ kuljum. Għandhom jiġu stabbiliti kriterji uniformi ta’ kwalità għat-tagħlim mill-bogħod. Il-pjattaformi edukattivi kkummissjonati mill-awtoritajiet lokali għall-bżonnijiet tagħhom stess għandhom jiġu prodotti regolarment taħt liċenzja ta’ software li tippermetti lill-korp ta’ kummissjonar jiżviluppa u jqassam il-prodott skont il-bżonnijiet tagħhom stess. Dan ser jinkoraġġixxi l-ekosistemi Ewropej tal-edukazzjoni diġitali biex jiżviluppaw kif suppost, u t-tariffi mħallsa taħt il-proġetti se jmorru prinċipalment għal atturi reġjonali u lokali u mhux għal operaturi barra l-UE;

28.

iqis li huwa importanti li titjieb il-kompetittività tal-Ewropa billi tiġi promossa diversità ta’ mudelli tan-negozju, u għalhekk jappoġġja l-Pjan ta’ Azzjoni propost tal-Kummissjoni għall-Ekonomija Soċjali, li l-iskop tiegħu għandu jkun li tinbena l-fiduċja wara l-kriżi billi jiġi involut il-pubbliku, jiżdiedu l-investiment soċjali u l-innovazzjoni, u jinħolqu impjiegi għal nies li huwa aktar diffiċli li wieħed jimpjegahom. Il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri, u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jintegraw id-dimensjoni tal-ekonomija soċjali f’politiki, programmi u prattiki ewlenin sabiex l-intrapriżi soċjali jkunu eliġibbli għall-programmi ta’ funzjonament ewlenin kollha tal-Unjoni u jkollhom aċċess aħjar għal sejħiet għall-offerti pubbliċi. Sens ta’ sjieda lokali jagħmel lill-intrapriżi soċjali inqas inklinati li jirrilokaw l-operazzjonijiet kummerċjali tagħhom, minħabba li se jkollhom ukoll objettivi ambjentali jew ċiviċi lokali oħra;

29.

jemmen li huwa importanti li l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tiġi integrata fil-politiki kollha tal-UE sabiex jinkisbu tranżizzjonijiet ġusti, b’enfasi partikolari fuq l-inklużjoni tan-nisa f’sitwazzjonijiet vulnerabbli (vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, familji b’omm waħidha, eċċ.). L-irġiel u n-nisa ntlaqtu wkoll b’mod differenti mill-kriżi tal-coronavirus, u dan għandu jitqies fl-azzjoni ta’ wara l-kriżi.

Kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti

30.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti jirrikjedu djalogu soċjali b’saħħtu li fih il-ħaddiema u l-impjegaturi jistgħu jsibu soluzzjonijiet, b’mod konġunt, li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom bl-aħjar mod. L-inklużjoni tal-ħaddiema hija importanti fiż-żamma tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u l-imsieħba soċjali għandhom għalhekk ikunu involuti fl-inizjattivi ewlenin kollha tal-UE, inkluż il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Hemm bżonn ta’ djalogu fil-post tax-xogħol dwar kif titnaqqas il-marka tal-karbonju permezz ta’ bidliet fil-prattiki tax-xogħol u l-operat ta’ kuljum;

31.

isegwi mill-qrib il-progress tal-inizjattiva tal-paga minima Ewropea tal-Kummissjoni biex tippromovi l-pagi ġusti u ttejjeb il-pagi minimi fil-pajjiżi tal-UE b’pagi baxxi. Jenfasizza fl-istess ħin li kwalunke inizjattiva Ewropea dwar il-paga minima ma għandhiex tkun waħda tajba għal kulħadd, u li l-iffissar tal-pagi permezz ta’ ftehimiet kollettivi għandu jkun salvagwardjat f’dawk il-pajjiżi fejn teżisti sistema bħal din, u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali għandha tiġi rispettata. Negozjar kollettiv u ftehimiet kollettivi komprensivi li jiffunzjonaw sew huma l-metodu ewlieni biex jinkisbu pagi ġusti u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet oħra tax-xogħol, billi l-ħaddiema u l-impjegaturi jafu s-settur u r-reġjun tagħhom l-aħjar;

32.

jistenna l-proposta li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ trasparenza fil-pagi, li se tkun mezz importanti biex tiġi eliminata d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi. Paga ugwali għandha tiġi promossa permezz tal-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni u ftehimiet kollettivi, kif ukoll permezz ta’ miżuri konkreti fuq il-post tax-xogħol. Bħala medja, in-nisa fl-UE jaqilgħu 16 % inqas mill-irġiel, li huwa rifless f’differenza saħansitra akbar fil-pensjonijiet tan-nisa, u l-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija għalhekk importanti;

33.

jirrakkomanda l-aġġornament tal-istrateġija tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u ċerti direttivi fir-rigward ta’ kwistjonijiet bħall-istress psikosoċjali u r-riskji ergonomiċi. Il-benesseri fuq il-post tax-xogħol u x-xogħol sinifikanti għall-impjegati huma wkoll assi kompetittivi fis-settur pubbliku f’termini ta’ garanzija tal-persunal u ta’ ġestjoni tar-reputazzjoni tal-impjegaturi, u huma fatturi li jippermettu ħajjiet tax-xogħol itwal. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-prevenzjoni ta’ inċidenti fatali relatati max-xogħol, mard okkupazzjonali (inkluż il-kanċer minħabba x-xogħol), mard muskoloskeletali, u l-istress ikkawżat mix-xogħol u kwalunkwe tip ta’ fastidju minħabba l-ġeneru, ir-razza, it-twemmin, id-diżabbiltà jew l-orjentazzjoni sesswali, kif ukoll riżorsi adegwati għall-monitoraġġ. Kwistjonijiet oħra li għandhom jiġu kkunsidrati huma l-prevenzjoni tar-riskji għas-saħħa li joħolqu l-pandemiji transkonfinali, kif ukoll teknoloġiji u arranġamenti tax-xogħol ġodda. Il-KtR jappella għal miżuri li jippromovu s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, anke fir-rigward tax-xogħol transkonfinali u tipi ġodda ta’ impjiegi u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Jenħtieġ li jitqies l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u fuq il-miżuri għall-protezzjoni tal-ħaddiema;

34.

jinnota li l-arranġamenti ġodda tax-xogħol, bħal konnettività kostanti, it-telexogħol, ix-xogħol mobbli, u r-reklutaġġ u l-ġestjoni bbażati fuq algoritmi jistgħu jżidu l-produttività u l-flessibbiltà fil-forza tax-xogħol, iżda li soluzzjonijiet u ftehimiet konġunti bejn il-ħaddiema u l-impjegaturi dwar is-sigurtà okkupazzjonali huma meħtieġa hawn biex itejbu l-benesseri fuq il-post tax-xogħol u jipprevjenu tipi ġodda ta’ skattaturi ta’ stress. Id-diġitalizzazzjoni dejjem tikber tax-xejriet tax-xogħol teħtieġ aġġornament tar-regoli Ewropej li jirregolaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħin tax-xogħol, inklużi dispożizzjonijiet biex jistabbilixxu d-dritt għall-iskonnessjoni. Dan jitlob ukoll miżuri pożittivi favur gruppi li huma partikolarment vulnerabbli għad-distakk diġitali (immigranti, persuni f’sitwazzjonijiet ta’ faqar u esklużjoni soċjali, minoranzi etniċi, u għandu jiġi indirizzat ukoll id-distakk diġitali kkawżat minn fatturi ta’ ġeneru, ġenerazzjonali u territorjali). Flimkien mal-iżvilupp ta’ prodotti mmexxija mit-teknoloġija, għandu jkun hemm fokus fuq l-iżvilupp ta’ metodi, servizzi u prodotti ċċentrati fuq in-nies li huma mfassla b’input mill-utenti finali ta’ sistemi fuq il-post tax-xogħol. Il-prinċipji għall-użu etiku tal-IA fuq il-post tax-xogħol għandhom jiġu miftehma u għandu jiġi organizzat taħriġ mill-ġdid fil-postijiet tax-xogħol fejn l-attivitajiet jiġu ttrasformati jew jibdew isiru abbażi tal-IA. Għal dan l-għan, il-Kumitat jilqa’ l-impenn kondiviż tal-imsieħba soċjali transsettorjali ewlenin Ewropej – BusinessEurope, SMEunited, CEEP u l-KETU – sabiex jottimizzaw il-benefiċċji u jindirizzaw l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni fid-dinja tax-xogħol, permezz ta’ Ftehim Qafas Awtonomu dwar id-Diġitalizzazzjoni (1);

35.

itenni li “huwa meħtieġ qafas komprensiv li jiżgura l-protezzjoni soċjali u d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema kollha (mis-saħħa u s-sigurtà sal-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja), sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-ekonomija tal-pjattaformi u għall-ekonomija offlajn ‘tradizzjonali’” (2). Il-KtR jappella għal miżuri li jippromovu d-djalogu soċjali, inkluż dwar aspetti transkonfinali tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali;

36.

jemmen li r-responsabbiltà għar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja għandha tibqa’ mal-imsieħba soċjali. Il-miżuri ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, bħal-liv tal-familja, u l-programmi ta’ kura għall-familji b’ġenitur wieħed jistgħu jgħinu biex tiżdied ir-rata ta’ impjieg tan-nisa kif ukoll ir-rata tat-twelid, kif ukoll biex jiżdied il-livell ta’ sigurtà, saħħa u benesseri, u biex in-nisa jiksbu aċċess għas-suq tax-xogħol bl-istess opportunitajiet;

Il-ħarsien soċjali u l-inklużjoni

37.

jinnota l-importanza tal-istrument il-ġdid SURE, li jipprovdi appoġġ temporanju lill-Istati Membri biex inaqqsu r-riskji tal-qgħad fl-emerġenzi. Meta l-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa l-proposta tagħha għal Skema Ewropea ta’ Riassigurazzjoni tal-Benefiċċju tal-Qgħad, għandha tqis l-esperjenza miksuba fil-livell nazzjonali u lokali fir-rigward ta’ SURE, biex tgħin jitnaqqas l-impatt tal-qgħad fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaqdu rwol importanti fl-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva;

38.

jilqa’ ferm il-fokus fuq il-promozzjoni tal-benesseri tat-tfal u l-appoġġ tat-tfal sakemm jaslu fl-età adulta. Il-Garanzija għat-Tfal għandha tiżgura l-aċċess tat-tfal għas-servizzi bażiċi, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni tas-snin bikrija u l-iskola sakemm jaslu fl-età adulta, u tipprovdihom akkomodazzjoni u nutrizzjoni deċenti. Huwa partikolarment importanti li l-Garanzija għat-Tfal tipproteġi d-drittijiet tal-aktar tfal vulnerabbli. Il-proposta li tintuża mill-inqas 5 % tan-nefqa totali tal-FSE+ biex tgħin lit-tfal joħorġu mill-faqar hija partikolarment ta’ min ifaħħarha. Is-salvagwardja tad-drittijiet tat-tfal u l-investiment fit-tfal mhux biss huma obbligu morali, iżda huma wkoll l-iktar investiment kritiku f’futur sostenibbli;

39.

huwa konvint li l-Unjoni Ewropea għandha l-kapaċità li taffettwa b’mod pożittiv il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ambjent f’pajjiżi terzi, l-ewwel u qabel kollox billi jiġu konklużi ftehimiet kummerċjali ambizzjużi dwar dawn l-aspetti. F’dan il-kuntest, jappoġġja l-idea li l-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ (CTEO) ġdid jingħata l-inkarigu li jinforza l-istandards tax-xogħol u dawk ambjentali fil-ftehimiet kummerċjali. Is-CTEO għandu għalhekk jikkonsulta regolarment mat-trade unions u ma’ min iħaddem dwar il-ksur tad-drittijiet tax-xogħol;

40.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni dwar l-importanza li titkompla l-ġlieda kontra l-faqar b’mod attiv. Aspetti ewlenin ta ‘dan huma l-appoġġ għat-tiftix ta’ impjieg, kura tas-saħħa ta’ kwalità tajba u bi prezz raġonevoli, aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, akkomodazzjoni, u l-indirizzar tal-ħtiġijiet bażiċi. Id-dejn jista’ jwassal ukoll għal faqar u esklużjoni persistenti. Ir-regoli għandhom għalhekk isiru aktar stretti rigward il-kummerċ u t-termini inġusti assoċjati ma’ kreditu għall-konsumatur b’riskju għoli fuq perjodu qasir ta’ żmien. Għandhom jiġu implimentati wkoll prattiki tajbin fl-Istati Membri, eż. dwar is-self soċjali. Il-prevenzjoni tal-faqar fost dawk li jaħdmu hija kwistjoni partikolari li tista’ tiġi indirizzata speċifikament permezz ta’ pagi minimi adegwati u standards oħra tax-xogħol, kif ukoll nili tiġi kkontrollata ż-żieda fl-għoli tal-ħajja, fuq kollox l-ispiża tal-akkomodazzjoni, fil-bliet u fiċ-ċentri tat-tkabbir. L-iskemi ta’ dħul minimu u servizzi ta’ appoġġ relatati għal nies inattivi jipprovdu r-riżorsa aħħarija biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ għajxien deċenti. B’mod importanti, il-Kummissjoni tenfasizza wkoll l-isfidi l-ġodda relatati mad-distribuzzjoni tad-dħul maħluqa mit-tranżizzjoni għal ekonomija newtrali f’termini tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-KtR jaqbel li wieħed għandu jħares lejn il-kawżi tal-faqar u l-politiki biex jindirizzawh, u jinkoraġġixxi miżuri effettivi u strateġija biex jitnaqqas il-faqar b’mod sinifikanti;

41.

jirrikonoxxi li t-tixjiħ jippreżenta sfida għas-sostenibbiltà tas-sistemi, iżda jirrimarka li dan jiftaħ ukoll opportunitajiet għal attivitajiet ekonomiċi ġodda. Il-persuni mdaħħlin fl-età jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku bħala konsumaturi indipendenti u attivi tas-servizzi u bħala membri tas-soċjetà. Fil-kuntest tal-estensjoni tal-ħajja tax-xogħol tan-nies, huwa importanti li jsir użu mill-għarfien tal-ħaddiema mdaħħlin fl-età kif ukoll li jissaħħu l-ħiliet professjonali tagħhom. It-tixjiħ f’saħħtu għandu jiġi appoġġjat b’azzjonijiet li jippromovu s-saħħa, jimpedixxu l-mard u jiġġieldu s-solitudni; il-benesseri fuq il-post tax-xogħol, is-saħħa ġenerali, u r-reżiljenza fuq il-post tax-xogħol għandhom jitjiebu wkoll biex jiġi żgurat li ħajja funzjonali itwal twassal ukoll għal ħajja tax-xogħol itwal. L-iżgurar ta’ aċċess għal kura fit-tul bi prezz raġonevoli u ta’ kwalità tajba huwa essenzjali biex tkun sostnuta ħajja deċenti fix-xjuħija. Sabiex tiġi ttardjata l-ħtieġa għal kura fit-tul u jitqassar it-tul tagħha, il-kapaċità funzjonali tal-persuni anzjani għandha titjieb u jsiru disponibbli servizzi preventivi, kif ukoll miżuri għat-tixjiħ attiv. Il-faqar tal-pensjonanti għandu jiġi evitat, u l-aħjar mod biex dan isir huwa li jiġu żgurati pensjonijiet adegwati, billi jiġi żgurat id-dritt ta’ kulħadd li fix-xjuħija l-persuna jkollha r-riżorsi li jiżguraw għajxien b’dinjità, filwaqt li titqies ukoll id-differenza sostanzjali bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jilqa’ r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-impatt tal-bidla demografika, kif ukoll il-Green Paper dwar it-tixjiħ;

42.

jisħaq fuq l-importanza tal-aċċess għal kura tas-saħħa bi prezz raġonevoli. L-investiment f’miżuri preventivi u kura tas-saħħa f’waqtha jista’ jinkludi infiq fuq il-kura tas-saħħa. L-iżvilupp ta’ servizzi diġitali, kif ukoll mudelli ġodda u integrati tas-saħħa u tas-servizz soċjali, se jippermettu wkoll proċessi kosteffettivi u ċċentrati fuq il-pazjent/klijent. Qasam wieħed fejn is-servizzi soċjali u tas-saħħa jingħaqdu flimkien huwa dak tas-saħħa mentali, fejn il-forniment ta’ servizz mill-aktar fis possibbli ġeneralment jipprevjeni l-problemi milli jmorru għall-agħar u jiżdiedu l-ispejjeż. Il-Kumitat jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal pjan Ewropew biex jingħeleb il-kanċer. Għandu jiġi nnutat ukoll li r-reżistenza għall-mediċini antimikrobiċi hija theddida ewlenija għas-saħħa transkonfinali, u li l-UE għandha għalhekk tkompli tieħu azzjoni biex tnaqqas ir-reżistenza għall-antibijotiċi fl-Istati Membri;

43.

jenfasizza li l-bijodiversità u l-ambjent għandhom jiġu sostnuti u protetti, peress li dawn għandhom impatt partikolari fuq l-iżvilupp lokali f’żoni fejn l-ekonomiji tagħhom huma aktar dipendenti fuq l-attivitajiet agrikoli u l-valur u r-riżorsi tal-ambjent bijokulturali u tal-bijodiversità. Dan huwa importanti ħafna mil-lat soċjali, peress li għandu impatt dirett fuq l-istandards tal-għajxien, l-impjieg, il-migrazzjoni u l-livell ta’ edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ f’dawn iż-żoni;

44.

jirrimarka li l-promozzjoni tal-benesseri timxi id f’id mat-tisħiħ tal-identità lokali u reġjonali tal-muniċipalitajiet, ir-responsibilizzazzjoni kemm tal-individwi kif ukoll tal-komunitajiet u l-promozzjoni tal-inklużjoni attiva. Sabiex it-tranżizzjonijiet ikunu verament ġusti, in-nies għandu jkollhom opportunitajiet indaqs biex jipparteċipaw u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jaffettwawhom.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  https://www.businesseurope.eu/sites/buseur/files/media/reports_and_studies/2020-06-22_agreement_on_digitalisation_-_with_signatures.pdf

(2)  Opinjoni tal-KtR dwar “Xogħol fuq pjattaforma diġitali – l-isfidi regolatorji lokali u reġjonali” (COR-2019-02655).


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/49


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-djalogu permanenti maċ-ċittadini

(2020/C 440/09)

Relatur:

Declan McDONNEL (IE/AE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Galway

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-Ewropa f’Mejju 2019: Tħejjija għal Unjoni aktar magħquda, aktar b’saħħitha u aktar demokratika f’dinja dejjem aktar inċerta. Il-kontribut tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa informali tal-mexxejja tal-UE27 f’Sibiu (ir-Rumanija) fid-9 ta’ Mejju 2019.

COM(2019) 218 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Preambolu

1.

itenni l-importanza li jiġu mifhuma u rrappurtati l-perċezzjonijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tar-rappreżentanti lokali u reġjonali tal-UE, li l-politiki tal-UE jiġu ankrati lokalment sabiex issir differenza fil-ħajja tan-nies u li tinbena l-unjoni tagħna minn isfel għal fuq, kif spjegat fl-Opinjoni tiegħu dwar Nirriflettu dwar l-Ewropa: leħen l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea (1); jemmen li t-triq ’il quddiem għal qawmien mill-ġdid demokratiku tal-UE trid tibni fuq l-involviment fil-livell lokali lil hinn mill-miżuri attwali;

2.

jemmen li kanali ta’ komunikazzjoni minn isfel għal fuq u strumenti ta’ parteċipazzjoni jikkomplementaw u jsaħħu d-demokrazija rappreżentattiva, kif ukoll jippromovu s-sussidjarjetà attiva, billi jagħtu vuċi akbar liċ-ċittadini wara u bejn l-elezzjonijiet; jinsab konvint li l-involviment trasparenti, serju u rilevanti taċ-ċittadini jfisser rwol kondiviż u b’hekk parteċipazzjoni prattika għaċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet, u jqis li f’dan il-każ il-komunikazzjoni formali waħedha hija insuffiċjenti. Parteċipazzjoni ġenwina żżid il-leġittimità u l-effikaċja tad-demokrazija rappreżentattiva billi (1) żżid il-komunikazzjoni biex jiġi pprevenut il-kunflitt, (2) tippermetti li jinħoloq kunsens u, fuq kollox (3) tissaħħaħ is-setgħa tad-deċiżjonijiet meħuda u li tiġi spjegata r-raġuni għad-deċiżjonijiet;

3.

jaqsam il-fehmiet espressi fil-kontribut tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa informali tal-mexxejja tal-UE27 f’Sibiu (2), b’mod partikolari riflessjoni sħiħa dwar l-isfidi tal-komunikazzjoni, inklużi l-frammentazzjoni u d-diżinformazzjoni; huwa konxju li l-komunikazzjoni hija prekundizzjoni sabiex iċ-ċittadini jagħmlu għażliet infurmati u jipparteċipaw bis-sħiħ fid-demokrazija tal-UE;

4.

jenfasizza li l-istituzzjonijiet Ewropej jeħtiġilhom jimpenjaw ruħhom li jaħdmu aktar mill-qrib u jikkooperaw maċ-ċittadini, sabiex jiżdied l-għarfien dwar it-tfassil tal-politika Ewropea, jitjiebu l-effiċjenza u l-effettività ta’ tali tfassil tal-politiki u jiġu evitati l-modi aċċellerati li l-popoliżmu jipproponi, u li inevitabbilment idgħajfu l-funzjonament tajjeb tad-demokrazija;

5.

jiddikjara d-determinazzjoni tiegħu li jiftaħ kanali ta’ komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u ċ-ċittadini Ewropej fiż-żewġ direzzjonijiet, fejn ikun hemm enfasi fuq il-problemi tal-ħajja ta’ kuljum tan-nies u li jrawmu l-involviment taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika Ewropea. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet ukoll li hemm ħtieġa għal kanal ta’ komunikazzjoni li jista’ jibqa’ operattiv minkejja u partikolarment fi żminijiet ta’ kriżi;

6.

jirrikonoxxi li l-pandemija tal-COVID-19 ħeġġet l-użu tal-midja diġitali u tas-sistemi tal-konferenzi online u jinnota l-opportunitajiet li toffri d-diġitalizzazzjoni għall-impenn ċiviku fi żminijiet ta’ kriżi; f’dawn l-aħħar xhur, l-involviment ċiviku ċċaqlaq għal fora u konferenzi diġitali; dawn għenu liċ-ċittadini jipparteċipaw aktar malajr, b’mod wiesa’ u inklużiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

7.

jilqa’ l-Konferenza li jmiss dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u jappoġġja s-sejħa tal-Parlament Ewropew, deskritta fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2020, biex fil-mandat tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa jiġi inkluż impenn għal segwitu sinifikanti u l-involviment dirett sinifikanti taċ-ċittadini u l-pożizzjoni tiegħu li “l-involviment dirett taċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u r-rappreżentanti eletti jeħtiġilhom jibqgħu prijorità tal-Konferenza”;

8.

jenfasizza li l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa m’għandhiex tkun proċess ta’ darba biss għal perjodu stabbilit iżda opportunità biex wieħed jaħseb mill-ġdid u jirriforma l-mod kif l-UE tiffunzjona u hija pperċepita miċ-ċittadini tagħha; għalhekk jixtieq jipproponi mekkaniżmu għal djalogu permanenti maċ-ċittadini li jista’ jiġi ttestjat matul il-Konferenza iżda li jkollu l-għan li jintroduċi mekkaniżmu strutturali fit-tul għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika tal-UE, immexxi mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala l-livell ta’ gvern li huwa l-eqreb taċ-ċittadini u li jinkludi mekkaniżmu ċar ta’ feedback;

9.

itenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni, espressa fir-Riżoluzzjoni tiegħu fid-dawl tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2021 (3), biex “tikkoopera mal-KtR fl-iżvilupp ta’ mudell pilota għal djalogu permanenti u strutturat maċ-ċittadini permezz tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jippermetti proċess bidirezzjonali ta’ komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-UE li aktar tard jista’ jservi biex jittejjeb it-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE fit-tul”;

10.

jinsisti li fil-konsultazzjonijiet pubbliċi kollha relatati mad-djalogi taċ-ċittadini għandu jiġi żgurat il-pluraliżmu massimu; jenfasizza li dan ifisser li l-programmi kollha, il-listi tal-kelliema, il-panels, litteratura u dokumenti, eċċ. iridu jkunu bbilanċjati u jiżguraw li jiġu ppreżentati firxa wiesgħa ta’ fehmiet differenti, li jirriflettu d-diversità ta’ opinjonijiet fl-Ewropa, sabiex jiġi stimulat dibattitu fil-fond. Jenfasizza li l-għażla tal-parteċipanti f’dawn il-laqgħat kollha trid issir b’mod kompletament indipendenti u mingħajr ebda interferenza politika;

L-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala bennejja tal-pontijiet bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-UE

11.

jaqsam it-tħassib li l-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jidhru bħala fiżikament u – saħansitra – kulturalment ’il bogħod mill-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini Ewropej; jappella lill-istituzzjonijiet rappreżentattivi bħall-gvern reġjonali u lokali, speċjalment dawk li bħalissa mhumiex involuti fil-mekkaniżmi ta’ involviment taċ-ċittadini, biex ikollhom rwol attiv fl-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni effiċjenti u sinifikanti maċ-ċittadini għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE mmexxija mid-domanda, iżda jenfasizza li dan jeħtieġ li jsir b’mod li jirrispetta l-ħin taċ-ċittadini u jipproduċi r-riżultati;

12.

jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-UE jaqdu rwol ċentrali fl-edukazzjoni taċ-ċittadini dwar l-UE u biex jinkoraġġixxu liċ-ċittadini jaqdu rwol fid-demokrazija parteċipattiva. Huwa rikonoxxut li ċ-ċittadini jistgħu jinvolvu ruħhom biss jekk jintużaw metodi innovattivi u jekk iċ-ċittadini jkunu infurmati bis-sħiħ dwar l-implikazzjonijiet tat-tfassil ta’ politika u/jew deċiżjonijiet ta’ finanzjament għaż-żona lokali tagħhom. Jitħeġġu l-użu tat-teknoloġiji diġitali u tal-midja soċjali kif ukoll il-ħidma ma’ organizzazzjonijiet volontarji; jiġbed l-attenzjoni għal approċċi ta’ reklutaġġ ta’ suċċess, bħal dawk li jinvolvu l-għażla taċ-ċittadini b’mod aleatorju bit-telefon, mir-reġistru tal-popolazzjoni jew permezz ta’ konverżazzjoni bieb bieb, bil-ħsieb li tintlaħaq sezzjoni trasversali ħafna aktar wiesgħa tal-popolazzjoni.

In-Network taċ-Ċittadini – In-network għall-involviment taċ-ċittadini fl-UE – ekosistema ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini

13.

jipproponi li jinħoloq network pan-Ewropew ibbażat fuq parteċipazzjoni volontarja – taċ-ċittadini, biex jaġixxi bħala riżorsa ċentrali għall-istrateġiji, il-metodoloġiji u l-istrumenti u li jikkomunika kemm direttament kif ukoll indirettament, permezz ta’ inizjattivi eżistenti maċ-ċittadini fl-UE dwar kwistjonijiet Ewropej u l-impatt tagħhom fuq in-nies;

14.

jirrikonoxxi, minkejja dan, li hemm ħafna mekkaniżmi deliberattivi u parteċipattivi attivi f’ħafna mill-Istati Membri u r-reġjuni u għalhekk jissuġġerixxi li n-Network taċ-Ċittadini jieħu nota u jibni fuq il-prattika tajba li diġà teżisti. Għaldaqstant, in-Network jiffaċilita d-djalogu interreġjonali u l-konsistenza bejn l-istituzzjonijiet biex jiġi żgurat approċċ koerenti, filwaqt li tiġi rispettata d-diversità tal-approċċi f’realtajiet politiċi u soċjali differenti;

15.

jistieden lin-Network biex jinkludi organizzazzjonijiet membri fil-livell reġjonali (prinċipalment NUTS2, iżda wkoll NUTS1 jew NUTS3 skont l-organizzazzjonijiet nazzjonali) u fil-livell tal-belt li diġà jinvolvu liċ-ċittadini, kif ukoll organizzazzjonijiet volontarji attivi fil-livell lokali u reġjonali, li jinvolvu firxa wiesgħa ta’ interessi;

16.

jistenna li n-Network ikollu tliet għanijiet: (1) li jsaħħaħ l-interazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini Ewropej, permezz ta’ metodi diretti għall-involviment fil-livell lokali u reġjonali, (2) li jipprovdi eżempji ta’ metodi ta’ parteċipazzjoni li jistgħu jintużaw kemm formalment kif ukoll informalment, u (3) li jaġixxi bħala repożitorju għall-informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki ta’ inizjattivi nazzjonali, reġjonali u lokali ta’ parteċipazzjoni mill-Unjoni Ewropea kollha;

17.

huwa lest li jfassal sett ta’ prinċipji komuni għan-Network li mhumiex vinkolanti iżda li jservu bħala linji gwida għal prattika tajba, sabiex jinħoloq approċċ komuni (filwaqt li jiġu rikonoxxuti metodi differenti) u biex jiġi stabbilit sett ta’ standards minimi għall-organizzazzjonijiet parteċipanti;

18.

jissuġġerixxi li n-Network jiġi organizzat fi gruppi tematiċi ta’ ħidma, li ser jikkonsistu mill-organizzazzjonijiet membri bbażati fuq għadd ta’ temi globali (bħall-ibbaġitjar parteċipattiv, iċ-ċittadinanza diġitali, l-inklużività fl-involviment taċ-ċittadini) kif ukoll kwistjonijiet tematiċi bħat-tibdil fil-klima, il-koeżjoni soċjali, l-ambjent, l-isport, il-kultura, iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni, l-organizzazzjonijiet urbani u rurali u l-arti;

19.

jissuġġerixxi li n-Network jidentifika, jikkoordina u juża strateġija komuni ta’ taħriġ dwar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll il-korpi pubbliċi u privati, jitħeġġu jieħdu sehem f’inizjattivi ta’ taħriġ, biex l-uffiċjali pubbliċi u l-mexxejja lokali jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom bis-sħiħ maċ-ċittadini u jikkontribwixxu għall-isfruttar tal-potenzjal enormi tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Ser ikun importanti wkoll l-involviment mal-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi biex jiġi żgurat li ċ-ċittadinanza Ewropea attiva ssir parti mill-kurrikulu fl-UE;

20.

huwa lest li jaqdi rwol ta’ tmexxija, f’kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra kollha, fuq id-disinn, l-implimentazzjoni u l-governanza tan-Network, u jaħdem biex tiġi promossa metodoloġija komuni ta’ ħidma u l-użu ta’ sett ta’ għodod ta’ strumenti ta’ parteċipazzjoni (proċessi ta’ deliberazzjoni, inizjattivi taċ-ċittadini, baġitjar parteċipattiv, proċessi ta’ crowdsourcing tal-gvern, assemblej żgħar pubbliċi, eċċ.) inkluża pjattaforma diġitali kondiviża li tista’ tintuża biex jiġu ġestiti l-aħjar eżempji ta’ prattika li ser jinġabru minn Stati Membri differenti;

21.

jappella biex ikun hemm riżorsi disponibbli sabiex in-Network jitħaddem għal perjodu limitat ta’ żmien, filwaqt li n-Network ifittex finanzjament permanenti jew assistenza teknika mill-programmi ta’ finanzjament tal-UE;

22.

jistenna li n-Network jippromovi u jżid il-viżibbiltà tal-prattiki ta’ involviment taċ-ċittadini tar-reġjuni parteċipanti, li min-naħa tagħhom għandhom jiżguraw livelli ogħla ta’ parteċipazzjoni attiva;

23.

jissuġġerixxi li n-Network jista’ jgħin lill-organizzazzjonijiet biex jiġi żgurat li tinbena l-fiduċja maċ-ċittadini sabiex dawn jirċievu rispons dwar l-impatt ta’ ħidmiethom fit-tfassil tal-politika tal-UE; għalhekk jipproponi li l-KtR jaġixxi ta’ intermedjarju bejn in-Network, il-membri tiegħu u l-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod bidirezzjonali;

24.

jissuġġerixxi li n-Network jitnieda matul il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, bil-għan li jsir infrastruttura stabbli u permanenti kapaċi tkompli bis-segwitu tal-ħidma tal-Konferenza u li tiżgura li ċ-ċittadini jkunu infurmati tajjeb u jkunu jistgħu jiġu involuti fil-fażijiet ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u valutazzjoni tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa;

Ekosistema għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini

25.

jemmen li għandhom isiru sforzi mill-organizzazzjonijiet membri kollha fin-netwerk kif ukoll mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex ikun hemm parteċipazzjoni maċ-ċittadini b’mod informali u mhux formali, billi jintużaw spazji (bħall-klabbs sportivi) u prattiki ta’ parteċipazzjoni mhux konvenzjonali, biex jitfasslu sistemi ta’ parteċipazzjoni li jagħmluha possibbli li “wieħed imur fejn jiltaqgħu ċ-ċittadini” minflok “jintalbu jiġu” u jiġu permessi modi biex il-parteċipazzjoni informali tiġi adattata għat-tfassil ta’ politika formali, kif ukoll biex jinħolqu strateġiji sabiex l-istituzzjonijiet jipparteċipaw f’formats informali mingħajr ma jdgħajfuhom jew jiddiżnaturalizzawhom. Apparati u strateġiji bħal dawn jistgħu jikkontribixxu għal sett ġdid ta’ għodod ta’ parteċipazzjoni li jvarja minn smigħ attiv fuq il-midja soċjali għal metodoloġiji ta’ innovazzjoni soċjali u laboratorji ħajjin għall-esperimentazzjoni demokratika. Dan huwa partikolarment importanti għaċ-ċittadini li mhumiex rappreżentati biżżejjed fl-istituzzjonijiet demokratiċi (minoranzi etniċi, persuni b’diżabilità, żgħażagħ, anzjani);

26.

jistenna, għalhekk, li din l-ekosistema ta’ metodi għall-parteċipazzjoni taħdem kontinwament biex tikkomplementa l-kanali istituzzjonali u uffiċjali ta’ komunikazzjoni u r-rappreżentanza tal-istituzzjonijiet demokratiċi Ewropej. Din ma jkollhiex l-għan li tissostitwixxi d-demokrazija rappreżentattiva iżda pjuttost tarrikkixxiha bl-istrumenti u l-mezzi ta’ demokrazija deliberattiva u, xi kultant, tad-demokrazija diretta;

27.

jenfasizza li ċ-ċittadini qed jersqu lejn formati ġodda ta’ impenn politiku – it-teknopolitika – riżultat tat-teknoloġiji diġitali u d-data miftuħa. Dan jippermetti li l-parteċipazzjoni ssir fi spazji informali u barra mill-ambjenti formalizzati normali. Dan il-mezz ġdid ta’ involviment għandu jitħaddan minn istituzzjonijiet politiċi biex titħeġġeġ ekosistema ta’ involviment;

28.

jemmen li l-użu ta’ pjattaformi online huwa kruċjali għall-ġestjoni tat-tipi ta’ metodi ta’ parteċipazzjoni, biex parteċipanti mill-UE kollha, irrispettivament mill-oriġini soċjali, ikunu jistgħu jieħdu sehem f’dibattiti, u biex jiġu żgurati t-traċċabbiltà u l-obbligu ta’ rendikont tal-proposti b’mod faċli u aċċessibbli. It-teknoloġiji diġitali għandhom jikkomplementaw il-metodi ta’ parteċipazzjoni wiċċ imb’wiċċ u għandhom jintużaw biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni fost iċ-ċittadini li ma jħossuhomx rappreżentati mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew fost iċ-ċittadini li normalment ma jipparteċipawx permezz ta’ strumenti parteċipattivi tradizzjonali;

29.

jassumi li din l-ekosistema ta’ parteċipazzjoni għandu jkollha appoġġ ċar mill-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livelli kollha u għandha tkun ukoll flessibbli biżżejjed biex tippromovi modi ġodda u innovattivi ta’ involviment taċ-ċittadini, waqt li tagħmel possibbli l-użu ta’ għodod ta’ teknoloġija diġitali li jiffaċilitaw il-multilingwiżmu fid-djalogu maċ-ċittadini;

30.

jistenna solidarjetà transnazzjonali bejn reġjuni aktar avvanzati fil-qasam tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini li jgħinu lil dawk anqas avvanzati jinvolvu ruħhom f’ekosistema mifruxa mal-Ewropa, billi jikkontribwixxu l-għarfien u l-inizjattiva; ekosistema tal-UE tirrispetta l-awtonomija tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet, filwaqt li tkun flessibbli biżżejjed biex tiġi adattata għall-ħtiġijiet u l-prijoritajiet kulturali, soċjali u politiċi.

Id-djalogi taċ-ċittadini matul il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

31.

jappella li jkun hemm strateġiji ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u involviment bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u ċ-ċittadini matul il-Konferenza dwar il-Ġejjieni permezz tal-korpi rappreżentattivi lokali u reġjonali, flimkien mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà;

32.

iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet reġjonali u lokali jmexxu proċessi parteċipattivi matul il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa fil-livelli rispettivi tagħhom, billi jużaw taħlita ta’ proċessi deliberattivi miftuħa. Il-proposti u r-riżultati tal-proċessi deliberattivi jistgħu mbagħad jinġabru fil-qosor u jiġu inklużi fil-kontribut tal-KtR għall-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa kif ukoll jgħinu jinbena r-repożitorju tal-għarfien u l-esperjenza tan-Network fil-komunikazzjoni maċ-ċittadini;

33.

jippromovi l-involviment ċiviku transnazzjonali fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, peress li d-dibattitu dwar il-ġejjieni għandu jkollu dimensjoni transkonfinali u pan-Ewropea; dan jirrikjedi forum ta’ ċittadini minn madwar l-Ewropa biex jinvolvu ruħhom b’mod transnazzjonali, biex jiġu indirizzati problemi komuni.

Lejn approċċ ġdid għat-tfassil tal-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet

34.

huwa tabilħaqq konvint li peress li jżid il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u jiġi sfruttat il-potenzjal taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politiki attivi, il-gvern miftuħ huwa wieħed mit-tweġibiet għal kriżi tal-istituzzjonijiet demokratiċi;

35.

iqis li t-trasparenza u d-data miftuħa huma meħtieġa għall-fiduċja. L-amministrazzjonijiet għandhom isaħħu r-rabta bejn il-politiki ta’ parteċipazzjoni, l-istrateġiji dwar it-trasparenza u d-data miftuħa, u jaħdmu lejn il-ftuħ tar-riżorsi kollha u tal-beni pubbliċi kollha għat-tfassil tal-politika u t-teħid ta’ d-deċiżjonijiet: data, informazzjoni, metodoloġiji, riżorsi ta’ taħriġ u pjattaformi teknoloġiċi;

36.

jistenna li tinħoloq kriterja għal gvern miftuħ fil-livell tal-UE li tkun adatta għal-livelli l-oħra kollha tal-gvern;

37.

l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-uniċi awtoritajiet li jafu l-aħjar il-ħtiġijiet u l-isfidi taċ-ċittadini fil-livell lokali, u huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE fil-livell lokali u reġjonali. Għalhekk, hemm bżonn li r-regolamenti tal-UE jinkludu rekwiżiti għall-Istati Membri biex mhux biss jikkonsultaw u jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatat mal-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali, iżda li jiddelegaw il-ġestjoni tal-fondi u tal-istrumenti finanzjarji, abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan jista’ jiżgura li d-deċiżjonijiet meħuda eqreb taċ-ċittadini għandhom jippermettu liċ-ċittadini jifhmu aħjar l-UE. Bħala konklużjoni, dan għandu jippermetti approċċ ġdid għat-tfassil ta’ politika u t-teħid ta’ deċiżjonijiet, li jkun iktar miftuħ, iktar parteċipattiv, u mmexxi mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fi djalogu permanenti maċ-ċittadini: fil-qosor, kultura demokratika u politika Ewropea komuni ġdida.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  CoR 2018/C 461/02 (ĠU C 461, 21.12.2018, p. 5).

(2)  COM(2019) 218 final.

(3)  RESOL-VII/007 (ĠU C 324, 1.10.2020, p. 16).


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/54


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE fir-rigward tal-bidla ekonomika intelliġenti u innovattiva fir-reġjuni fl-isfond tal-kriżi tal-coronavirus

(2020/C 440/10)

Relatur:

Michiel RIJSBERMAN (NL/RE), Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Flevoland

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

Japprezza l-istedina tal-Presidenza Ġermaniża biex il-KtR jesprimi opinjoni dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fir-rigward tal-bidla ekonomika intelliġenti u innovattiva fir-reġjuni fl-isfond tal-kriżi tal-coronavirus;

2.

Jieħu nota tal-prijorità tal-Presidenza Ġermaniża għal Ewropa aktar b’saħħitha u aktar innovattiva u d-dikjarazzjoni tagħha li l-Fondi Strutturali tal-UE huma elementi importanti biex jittaffew ir-riperkussjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19 u biex jiġi stimulat l-irkupru ekonomiku fir-reġjuni;

Ir-rwol fundamentali tar-reġjuni fil-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika wara l-pandemija

3.

Jinnota li wara t-tifqigħa tal-coronavirus, ir-reġjuni Ewropej kollha adottaw miżuri estensivi ta’ prevenzjoni u ta’ rispons ekonomiku. Dawn l-azzjonijiet kienu primarjament indirizzati lejn is-saħħa, is-servizzi soċjali, it-trasport pubbliku, is-sistemi edukattivi u l-kapital operatorju għall-SMEs. Iżda biex jinkisbu politiki aktar fit-tul, jeħtieġ li tingħata iktar importanza lill-innovazzjoni wiesgħa u l-applikazzjoni ta’ innovazzjonijiet. Jinħtieġu kunċetti innovattivi għal tranżizzjoni għal Ewropa aktar sostenibbli, diġitali u reżiljenti u dawn huma kollha elementi fejn il-politika ta’ koeżjoni tista’ taqdi r-rwol tagħha;

4.

Jenfasizza li r-reġjuni għandhom ħiliet importanti fil-qasam tal-politika ekonomika u ta’ appoġġ għall-intrapriżi, speċjalment b’appoġġ għall-innovazzjoni u r-riċerka applikata. Ir-reġjuni jistgħu jikkontribwixxu għall-bidla ekonomika, permezz tar-rwol tagħhom fil-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp, it-teknoloġiji ewlenin, l-użu ta’ networks u raggruppamenti, l-appoġġ għat-tibdil tal-mudell kummerċjali jew kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda. Barra minn hekk, bħala “klijent ta’ riferiment”, il-bliet u r-reġjuni jistgħu jaċċelleraw tranżizzjoni sostenibbli, filwaqt li jiskambjaw esperjenzi bejniethom;

5.

Jirrakkomanda li, kemm jista’ jkun, jintużaw strutturi u organizzazzjonijiet regolari biex jiġu indirizzati l-effetti tal-coronavirus fuq in-negozju u l-impjieg. Ir-reġjuni jaqdu rwol ewlieni biex iwasslu l-għarfien dwar id-differenzi reġjonali u intrareġjonali, u kif il-ħtiġijiet jiġu affettwati minn dawn id-differenzi. Dan l-għarfien jista’ jkun kruċjali kemm għall-pakketti ta’ appoġġ nazzjonali kif ukoll għall-inizjattivi tal-UE maħsuba għall-komunità tan-negozju f’reġjuni differenti;

6.

Itenni li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fl-aħjar pożizzjoni biex jivvalutaw il-ħtiġijiet ta’ investiment f’livell territorjali u għandhom ikunu assoċjati b’mod sħiħ mad-deċiżjonijiet dwar l-investiment ta’ programmazzjoni [mill-ġdid] taħt l-inizjattiva REACT-UE, l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għall-SMEs u l-Istrateġija Industrijali;

7.

Josserva li jeħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol ċentrali tar-reġjuni f’din il-ħidma. Fid-dawl tal-effetti tal-kriżi, dan jista’ jinvolvi, fost affarijiet oħra, it-tisħiħ tal-kapaċità tar-reġjuni li jikkoordinaw, iniedu u jimplimentaw attivitajiet straordinarji fuq perjodu qasir u medju ta’ żmien sabiex jinħoloq bidu mill-ġdid sostenibbli fl-Istati Membri, skont il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi ta’ kull reġjun. Permezz ta’ analiżi, monitoraġġ u valutazzjoni, ir-reġjuni jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar attivitajiet ta’ żvilupp li jistgħu jikkontribwixxu għal bidu mill-ġdid sostenibbli. Kompitu ċentrali għar-reġjuni għandu jkun li jiġbru u jxerrdu għarfien reġjonali importanti fil-livell nazzjonali;

8.

Jipprevedi li l-kooperazzjoni bejn is-sħubijiet reġjonali taħt il-pjattaforma ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti se jkollha rwol importanti fl-irkupru ekonomiku. Il-kooperazzjoni interreġjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni se tkun element ewlieni għall-irkupru kif ukoll għal tranżizzjoni ekoloġika u diġitali li ma tħalli barra l-ebda żona u l-ebda persuna;

9.

Huwa mħasseb dwar it-telf ta’ kapaċità għall-bidla ekonomika intelliġenti u innovattiva f’livell reġjonali wara l-COVID-19, mhux biss minħabba t-telf ta’ riżorsi wara l-kriżi tal-COVID-19, iżda wkoll bħala konsegwenza ta’ perjodu ta’ għaxar snin ta’ awsterità. Biex dan jitreġġa’ lura, jeħtieġ li jiġu trasferiti aktar riżorsi għal-livell lokali u reġjonali. Fl-istess ħin, jeħtieġ li tittejjeb l-effiċjenza reġjonali, li teħtieġ li r-reġjuni jkunu innovattivi fil-livelli kollha u jkunu miftuħa għat-tagħlim u l-kondiviżjoni tal-għarfien;

10.

Jilqa’ l-appoġġ finanzjarju Ewropew (mir-REACT-EU) għall-bliet u għar-reġjuni biex jiġu megħjuna s-setturi li l-aktar li sofrew mill-COVID-19 biex jimxu lejn mudelli kummerċjali sostenibbli kemm fil-perjodu qasir kif ukoll medju;

11.

Jirrikonoxxi li t-tnaqqis f’xi setturi u t-tibdil fl-imġiba tax-xogħol jistgħu jirrikjedu li l-pjani spazjali urbani jiġu riveduti u adattati biex jirriflettu l-ħtieġa mnaqqsa għall-ispazji tal-uffiċċji u l-ħwienet fiċ-ċentru tal-bliet, u li jiġi riorganizzat it-trasport pubbliku (mod, frekwenza u finanzjament). Fil-bliet dan se jfisser enfasi akbar fuq il-mixi u ċ-ċikliżmu; jilqa’ bi pjaċir, f’dan ir-rigward, l-ambizzjoni dejjem akbar f’ħafna bliet li jnaqqsu b’mod konsiderevoli t-traffiku tal-karozzi billi jaġġustaw ir-regoli tat-traffiku favur il-persuni bil-mixi u ċ-ċiklisti;

12.

Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni lill-Fond Soċjali Ewropew bħala għodda ewlenija ta’ investiment soċjali. In-nies huma fil-qalba ta’ kwalunkwe politika ta’ investiment u element ewlieni fl-irkupru ekonomiku;

Il-politika ta’ koeżjoni bħala għodda kruċjali għal bidla ekonomika intelliġenti u innovattiva fir-reġjuni

13.

Jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni hija l-akbar mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-UE għall-investiment fir-reġjuni kollha b’enfasi akbar fuq l-innovazzjoni bħala mutur tat-tkabbir. L-implimentazzjoni tagħha tħeġġeġ infiq aktar effiċjenti tal-fondi pubbliċi permezz ta’ kapaċità amministrattiva u istituzzjonali mtejba;

14.

Japprezza li l-istituzzjonijiet Ewropej irreaġixxew fil-pront għall-emerġenza u ppreżentaw ammont bla preċedent ta’ riżorsi biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19, billi kkombinaw miżuri ffinanzjati mill-koeżjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) klassiku biex joffru perspettiva fit-tul, u sforz ta’ rkupru speċifiku taħt in-Next Generation EU (NGUE) biex jiġu indirizzati l-effetti tal-kriżi fil-perjodu qasir;

15.

Jirrakkomanda bil-qawwa li n-natura temporanja ta’ wħud mill-punti ta’ tisħiħ proposti tal-politika ta’ koeżjoni, partikolarment dwar il-konċentrazzjoni tematika nieqsa, m’għandhiex iddgħajjef l-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni u s-sistema tagħha ta’ ġestjoni kondiviża bbażata fuq prinċipji maqbula. Fi żminijiet ta’ kriżi hemm bżonn ta’ flessibbiltà, però wisq flessibbiltà tista’ thedded l-eżistenza tal-politika ta’ koeżjoni fit-tul;

16.

Japprezza li ġie evitat tnaqqis ġenerali għall-politika ta’ koeżjoni, għaliex din hija l-istrument finanzjarju prinċipali tal-Ewropa biex tirkupra mill-kriżi ekonomika. Madankollu, iqis li huwa inaċċettabbli li l-baġit fit-tul tal-UE jitnaqqas għal livelli massimi baxxi rekord b’ammont globali propost f’impenji ta’ EUR 1 074,3 biljun;

17.

Jenfasizza li l-Fondi Strutturali se jsiru saħansitra aktar importanti għal investimenti futuri għal Unjoni aktar ġusta soċjalment, aktar ekoloġika, aktar kompetittiva, diġitali u inklużiva, minħabba t-tnaqqis fi programmi oħra tal-UE, bħall-Orizzont, InvestEU, LIFE u Erasmus+;

18.

Bi pjaċir jinnota li r-REACT-EU jgħaqqad żewġ miri f’objettiv tematiku ġdid; l-irkupru mill-kriżi minn naħa u t-tħejjija għal ekonomija ekoloġika, diġitali u reżiljenti min-naħa l-oħra. B’dan il-mod, ir-REACT-EU għandu valur miżjud li jaġixxi bħala arranġament tranżitorju bejn il-perjodi ta’ programmazzjoni. Jista’ jħaffef ukoll l-investimenti pubbliċi tant meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali;

19.

Jirrakkomanda, għalhekk, konċentrazzjoni tematika minima għall-objettivi REACT-EU għal ekonomija ekoloġika, diġitali u reżiljenti, biex jiġi żgurat li l-fondi kollha ma jintefqux biss għat-tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi u li l-infiq ikun għadu konformi mal-għan ġenerali tal-UE li tinkiseb newtralità klimatika sal-2050. Dan se jgħin ukoll biex titħaffef it-tranżizzjoni minn rispons ta’ emerġenza għal investimenti ġodda fil-perjodu ta’ programmazzjoni. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-investimenti jkunu bbażati sew f’din l-istrateġija Ewropea biex jiġi evitat li “jiġu injettati l-flus fl-ekonomija” mingħajr skop ċar;

20.

Jenfasizza r-rwol tal-FSIE għat-trasformazzjoni ekonomika tar-reġjuni li jixtiequ jnaqqsu l-emissjonijiet u jaqilbu diġitali, jew l-hekk imsejħa raba’ rivoluzzjoni industrijali. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali huwa katalist biex tiġi stimulata bidla ekonomika intelliġenti u innovattiva, minħabba l-konċentrazzjoni tematika tiegħu fuq l-objettivi ta’ politika ta’ “Ewropa aktar intelliġenti u aktar ekoloġika” u t-tipi ta’ investiment li jappoġġja;

21.

Jinnota li l-politika ta’ koeżjoni għandha rwol kruċjali fl-indirizzar tal-qasma diġitali li qed tikber. L-użu aċċellerat tad-diġitalizzazzjoni kif ħareġ fid-dieher matul il-lockdown x’aktarx jibqa’ jseħħ u se jkompli jikkontribwixxi għall-innovazzjoni soċjali. Ser tkun meħtieġa aktar enfasi fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali li għandhom ikunu parti integrali minn strateġija ta’ reżiljenza, u aktar enfasi fuq l-adattament tas-sistemi edukattivi u t-tagħmir tal-iskejjel bit-teknoloġija diġitali;

22.

Ifakkar fl-objettiv fundamentali tal-politika ta’ koeżjoni li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bejn ir-reġjuni fl-Unjoni Ewropea u li tagħti attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jeħtieġu attenzjoni speċjali minħabba żvantaġġi naturali u demografiċi strutturali gravi. Dawn ir-reġjuni jsibuha aktar diffiċli biex jipprovdu lill-popolazzjoni tagħhom b’aċċess għal servizzi li kienu essenzjali matul il-pandemija, bħas-servizzi tas-saħħa jew l-infrastruttura diġitali, u se jkunu kruċjali għall-kisba tal-prijoritajiet klimatiċi, diġitali u tat-tkabbir tal-Ewropa;

23.

Jirrikonoxxi li l-politika ta’ koeżjoni ser ikollha rwol dejjem aktar importanti fl-appoġġ tal-proċess ta’ riforma ekonomika kontinwa mill-Istati Membri billi ssaħħaħ ir-rabta mas-Semestru Ewropew. Jisħaq li f’dan ir-rigward hija meħtieġa b’mod urġenti riforma profonda tas-Semestru Ewropew u tal-governanza ekonomika tal-UE lejn proċess trasparenti, inklużiv u demokratiku. Jekk is-Semestru Ewropew jibqa’ ma jiġix riformat, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tista’ twassal għal aktar ċentralizzazzjoni, approċċ minn fuq għal isfel tal-pjani ta’ rkupru u r-ritorn ta’ politiki li ma jqisux il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fost u fi ħdan l-Istati Membri, u jfixklu l-investiment pubbliku meħtieġ b’mod urġenti għall-irkupru sostenibbli tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tiżgura għaldaqstant li l-Istati Membri jinvolvu lir-reġjuni matul il-proċess kollu tas-semestru nazzjonali u tiżgura li l-finanzjament tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż b’fondi tal-politika ta’ koeżjoni jkollu dimensjoni ċara bbażata fuq il-post;

24.

Jistieden lill-mexxejja Ewropej kollha biex jagħtu bidu f’waqtu għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni 2021-2027 biex jiġi evitat distakk ta’ finanzjament bejn iż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni;

Ir-rwol kruċjali tal-SMEs u l-industriji għall-irkupru ekonomiku innovattiv tal-Ewropa

25.

Jaqbel mal-Presidenza li settur industrijali Ewropew kompetittiv u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju dinamiċi huma essenzjali biex it-trasformazzjoni diġitali u ambjentali tkun ta’ suċċess. Għalhekk, l-istrateġiji industrijali u tal-SMEs Ewropej għandhom ikunu msejsa fuq approċċ ibbażat fuq il-post u jippromovu l-kooperazzjoni f’teknoloġiji ewlenin innovattivi madwar ir-reġjuni Ewropej sabiex jissaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa;

26.

Għal dan il-għan, jappoġġja l-iżvilupp ta’ rakkomandazzjonijiet għal kundizzjonijiet ta’ qafas adegwati u l-implimentazzjoni wiesgħa ta’ innovazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem, kif ukoll miżuri relatati mal-finanzjament, tnaqqis sostanzjali fil-burokrazija, u regolamenti favorevoli għall-SMEs u approċċi transfruntieri innovattivi għat-tisħiħ tal-intraprenditorija, it-trasformazzjoni diġitali u l-innovazzjoni;

27.

Jirrimarka li jinħtieġ aċċess għall-finanzjament u l-appoġġ ta’ likwidità għall-SMEs permezz ta’ għotjiet u skemi tal-UE u miżuri nazzjonali biex il-kumpaniji jkunu jistgħu jnaqqsu d-diskrepanzi tal-likwidità kkawżati mill-kriżi. Il-miżuri ta’ emerġenza għandhom jiġu kkomplementati bi strumenti li jippermettu l-finanzjament ta’ investimenti u innovazzjoni, b’mod partikolari f’teknoloġiji diġitali;

28.

Isostni li l-għajnuniet ta’ konsulenza jridu jiġu estiżi (speċjalment għal dawk li jaħdmu għal rashom u għal dawk qiegħda) u jrid jiġi aċċellerat il-ħin ta’ reazzjoni għat-talbiet li jinbidlu malajr tal-SMEs. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jieħdu approċċ minn isfel għal fuq u bbażat fuq il-ħtiġijiet. Jenħtieġ li jiġu prijoritizzati l-programmi ta’ titjib tal-ħiliet fit-teknoloġiji diġitali u fil-litteriżmu diġitali;

Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

29.

Jirrifjuta l-użu obbligatorju tal-FEŻR għall-kofinanzjament tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta minħabba li dan jista’ jhedded l-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni, inkluż l-infiq tal-konċentrazzjoni tematika għall-innovazzjonijiet (taħt l-ewwel objettiv ta’ politika (PO 1)). Peress li l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta huwa mmirat ġeografikament, il-kofinanzjament mill-FEŻR għandu jkun fakultattiv;

30.

Itenni li kwalunkwe trasferiment ta’ fondi reġjonali, inkluż il-kofinanzjament tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, minn Stat Membru għandu jiġi deċiż bil-kunsens tal-imsieħba lokali u reġjonali involuti, f’konformità mal-prinċipji tas-sħubija u tal-governanza f’diversi livelli;

L-istrateġiji fil-perjodu qasir għandu jkollhom dimensjoni reġjonali aktar b’saħħitha, simplifikazzjoni ġenwina u sinerġiji aċċessibbli permezz ma’ politiki fit-tul.

31.

Jilqa’ l-azzjoni rapida tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi investimenti essenzjali taħt il-pakketti tal-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII). Il-piż amministrattiv imnaqqas u l-flessibbiltà offruti minn dawn il-pakketti jikkontribwixxu għall-assorbiment tal-fondi reġjonali għall-perjodu 2014-2020 fejn dan ikun meħtieġ;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri reċenti biex tiżdied il-flessibbiltà u biex tkompli tiġi ssimplifikata l-politika ta’ koeżjoni fil-livell tal-UE ma jwasslux għaċ-ċentralizzazzjoni u r-regolamentazzjoni żejda u piż amministrattiv miżjud fil-livell nazzjonali, minħabba l-evitar tar-riskju u r-rifless tar-regolamentazzjoni tar-riskju mill-Istati Membri;

33.

Jappella għal aktar ċarezza fir-rigward tal-interazzjoni bejn mekkaniżmi ġodda differenti, bħar-REACT-EU, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, biex jiġu evitati kumplessità addizzjonali u regolamenti nazzjonali aktar stretti mill-Istati Membri;

34.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li tiġi evitata bidla tal-poter lil hinn mir-reġjuni. Il-Faċilità proposta għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha tiġi indirizzata permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq, billi jiżdiedu kriterji ta’ allokazzjoni reġjonali mar-REACT-EU u mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u permezz ta’ involviment aktar b’saħħtu tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-governanza tal-istrumenti, b’mod partikolari fit-tħejjija ta’ pjani ta’ investiment għall-irkupru nazzjonali; L-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza permezz ta’ programmi ċentralizzati għandha r-riskju ta’ nuqqas ta’ leġittimità u ta’ effiċjenza peress li dawn jiġu adottati mingħajr ebda rekwiżit ta’ sħubija u għalhekk jistgħu ma jqisux il-ħtiġijiet reali ta’ rkupru mill-perspettiva territorjali;

It-tħaffif tal-irkupru u t-tranżizzjoni bla xkiel

35.

Jilqa’ l-istedina tal-Kunsill lill-Kummissjoni biex, qabel il-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru, tipprovdi proposti dwar kif jistgħu jitħaffu u jiġu ffaċilitati l-proċeduri fl-Istati Membri għat-tnedija rapida tal-appoġġ għall-irkupru. Huwa importanti li jinħolqu l-kundizzjonijiet tajbin għal implimentazzjoni rapida ta’ proġetti ta’ investiment, b’mod partikolari fl-infrastruttura;

36.

Jaqbel mad-dispożizzjonijiet li jippermettu rimborż rapidu u aċċess simplifikat għar-riżorsi addizzjonali, b’mod partikolari d-data finali ta’ eliġibbiltà u l-perjodu ta’ żmien propost ta’ sentejn (2021 u 2022) biex jintefqu 70 % tal-għotjiet, madankollu jenfasizza l-importanza li tinżamm il-possibbiltà li l-Istati Membri jitħallew jużaw ir-riżorsi addizzjonali anke fl-2023 u fl-2024 wara l-iskadenza tal-2022 tal-Kummissjoni Ewropea;

37.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex isegwu l-proposta tal-Kummissjoni biex jagħmlu użu mill-istrutturi eżistenti ta’ ġestjoni sabiex titħaffef l-implimentazzjoni u jiggarantixxu l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali skont il-prinċipju tas-sħubija;

38.

Iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu deċiżjoni malajr kemm jista’ jkun dwar l-allokazzjoni finali tar-REACT-EU biex titħeġġeġ implimentazzjoni rapida ta’ investiment kruċjali għall-bliet u r-reġjuni. Anke jekk tittieħed deċiżjoni fid-19 ta’ Ottubru, din tkun diġà tard biex ir-reġjuni jkunu jistgħu jħejju l-programmi;

Rakkomandazzjonijiet ġenerali għall-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027

39.

Jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiddefinixxu b’mod ċar strateġiji ta’ żvilupp fit-tul u fil-perjodu medju bbażati kemm fuq xejriet u sfidi mbassra kif ukoll fuq il-karatteristiċi speċifiċi tat-territorji tagħhom;

40.

Jenfasizza li l-istrateġiji ta’ żvilupp reġjonali u ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti huma strumenti importanti għall-kisba ta’ sinerġiji u komplementarjetajiet bejn l-istrumenti settorjali individwali, u li, f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq il-post meħud għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali, ikun żgurat li l-partijiet interessati jiġu involuti b’mod xieraq;

41.

Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-livelli kollha tal-governanza jaħdmu flimkien (fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali), u li l-livelli sottonazzjonali jingħataw opportunitajiet u fondi biżżejjed biex jerfgħu r-responsabbiltà għall-iżvilupp potenzjali tagħhom;

42.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-qafas legali u l-prinċipji ewlenin tal-politika ta’ koeżjoni jiġu rispettati, b’elementi bħall-konċentrazzjoni tematika, il-kondizzjonalitajiet ex ante, il-governanza f’diversi livelli, is-sħubija, is-solidarjetà, l-istat tad-dritt u dimensjoni bbażata fuq il-post meta jmorru lura għan-“normal”. Dawn il-prinċipji wrew li huma adatti biex jindirizzaw b’mod rapidu u flessibbli l-isfidi u għalhekk l-ebda belt jew reġjun ma jibqa’ lura;

43.

Jappoġġja bil-qawwa l-insistenza tal-Parlament Ewropew dwar mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jitlob li dan il-mekkaniżmu jirrispetta l-valuri fundamentali kollha tal-UE, inkluż ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u l-ugwaljanza, f’kull Stat Membru, reġjun u muniċipalità, u li jiggarantixxi li kwalunkwe sanzjoni tapplika għal-livell rilevanti ta’ governanza;

44.

Jirrakkomanda li l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti jmorru lil hinn mir-riċerka u l-iżvilupp b’enfasi usa’ fuq l-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali u b’aktar attenzjoni fuq ir-reżiljenza futura. Il-PO1 (Ewropa aktar intelliġenti) jipprovdi bażi għal investimenti fl-innovazzjoni li jmorru lil hinn mit-trasformazzjoni ekonomika u jservi għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali usa’ (eż. il-Patt Ekoloġiku);

45.

Jiddispjaċih, għalhekk, li kien hemm tnaqqis fl-infiq minimu għal trasformazzjoni industrijali innovattiva u intelliġenti taħt l-Objettiv ta’ Politika 1 tal-FEŻR. In-nuqqas ta’ konċentrazzjoni tematika għall-PO1 għall-aktar reġjuni żviluppati huwa inkwetanti fid-dawl ta’ dan, minħabba li l-innovazzjoni f’dawn ir-reġjuni tista’ tixpruna l-ekonomija Ewropea;

46.

Jappoġġja l-kontinwazzjoni tal-valorizzazzjoni fil-programmi operazzjonali tal-FEŻR 2021-2027 taħt il-PO1. Għad hemm bżonn ta’ investiment fil-fażijiet bejn ir-riċerka applikata u l-introduzzjoni ta’ innovazzjonijiet fis-suq, kemm b’finanzjament fil-forma ta’ kapital kif ukoll għotjiet. L-enfasi għandha tkun fuq il-ħolqien ta’ katini ta’ valur ġodda;

47.

Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill li jneħħi kemm rieżami tekniku ta’ nofs it-terminu tal-allokazzjonijiet tal-politika ta’ koeżjoni fl-2024 kif ukoll iż-żieda possibbli ta’ EUR 10 biljun oħra għall-pakkett tal-politika ta’ koeżjoni, mingħajr ma xi Stat Membru jitlef partijiet mill-allokazzjonijiet tiegħu. Dan huwa deplorevoli għaliex ir-rieżami huw maħsub biex jikkunsidra l-impatt tal-kriżi; għadd sinifikanti ta’ reġjuni x’aktarx jesperjenzaw tnaqqis qawwi fil-PDG per capita u għalhekk jistgħu jkunu intitolati għal allokazzjonijiet ogħla skont ir-rieżami ta’ nofs it-terminu;

48.

Jitlob lill-UE biex ma tintroduċix miżuri ulterjuri, kif propost mill-Kunsill, biex tiżgura l-ġbir u l-paragunabbiltà tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-UE għall-finijiet ta’ kontroll u awditjar. Il-benefiċjarji finali m’għandhomx jitgħabbew b’awditi addizzjonali;

Il-valur miżjud tal-kooperazzjoni territorjali, l-ekosistemi reġjonali, l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni għall-promozzjoni tal-irkupru ekonomiku

49.

Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea biex jingħelbu l-effetti dannużi tal-kriżi u biex jitħaffef l-irkupru ekonomiku u jitlob li jiġu allokati fondi għal proġetti ta’ kooperazzjoni transkonfinali;

50.

Għalhekk, jiddispjaċih li l-finanzjament allokat għall-objettiv tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea huwa mnaqqas meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni ta’ Mejju 2018, biex ma nsemmux il-livelli tal-2014-2020. Għalhekk, il-baġit propost għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea apparentement mhuwiex adegwat fir-rigward tal-isfidi li qed jikbru u li huma diversi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żoni transfruntiera fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19. Bl-istess mod, huwa ta’ dispjaċir li l-ftehim tal-Kunsill jipprevedi tnaqqis bin-nofs tal-baġit għal investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni (magħrufa wkoll bħala “komponent 5”);

51.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tippromovi l-ekosistemi u r-raggruppamenti reġjonali fil-qafas tal-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni. It-taħlita ta’ infrastrutturi teknoloġiċi, industrijali u soċjali ta’ reġjuni differenti skont is-saħħiet u l-kapaċitajiet tagħhom tikkontribwixxi biex tiġġenera massa kritika u ekonomiji tal-iskala u, għaldaqstant, għandha l-potenzjal li żżid l-effiċjenza tas-sistemi ta’ riċerka u innovazzjoni;

52.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-integrazzjoni ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti reġjonali li jikkontribwixxu għal Ewropa ekoloġika, diġitali u reżiljenti bħala kundizzjoni abilitanti għal pjani ta’ investiment (nazzjonali) effettivi għall-irkupru;

53.

Jipproponi li jingħata bidu għal djalogu politiku kontinwu bejn il-livelli kollha ta’ governanza dwar is-sinerġiji tal-miżuri differenti adottati b’rabta mal-COVID-19 mal-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni bħala parti mill-Programm ta’ 18-il xahar tal-Ġermanja, il-Portugall u s-Slovenja.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/60


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija għall-SMEs

(2020/C 440/11)

Relatur:

Eddy VAN HIJUM (NL/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Provinċja ta’ Overijssel

Dokumenti ta’ referenza:

Rapport annwali dwar l-SMEs Ewropej. Ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni mill-SMEs

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali

COM(2020) 103 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jirrikonoxxi l-importanza tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-ekonomija tal-UE, peress li jammontaw għal 99,8 % tal-kumpaniji kollha fis-settur kummerċjali mhux finanzjarju, żewġ terzi tal-impjiegi totali, u 56,4 % tal-valur miżjud totali ġġenerat mis-settur kummerċjali mhux finanzjarju (1);

2.

jifhem li t-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli u diġitali ma tistax isseħħ mingħajr l-impenn tal-imprendituri u tan-negozji tal-familja li jippossjedu u jiġġestixxu l-25 miljun SME fl-Ewropa u jissottolinja l-ħtieġa li l-SMEs jiġu megħjuna biex jisfruttaw opportunitajiet ġodda, jirreaġixxu b’mod sod għal ambjent kummerċjali li qed jinbidel u, billi jagħmlu dan, ikunu qed joħolqu tkabbir u impjiegi sostenibbli u jsaħħu l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa f’dawn it-tranżizzjonijiet;

3.

jappoġġja lill-UE fil-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-SMEs billi jitnaqqas il-piż regolatorju, jittejjeb l-aċċess għas-Suq Uniku u tiżdied id-disponibbiltà tas-servizzi finanzjarji;

4.

jenfasizza li r-reġjuni u l-muniċipalitajet huma l-ħabitat naturali tal-SMEs, li jiffunzjona bħala ekosistema fejn l-SMEs jinvolvu ruħhom f’networks li jorbtuhom mal-infrastruttura ta’ appoġġ tagħhom, inklużi s-swieq tax-xogħol, l-istituti edukattivi u ta’ riċerka, ix-xerrejja u l-fornituri, is-servizzi finanzjarji u kummerċjali, il-kmamar tal-kummerċ u l-industrija u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

5.

jilqa’ bi pjaċir, għalhekk, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2020Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali, u jikkondividi l-objettivi ddikjarati tagħha li tnaqqas il-piż amministrattiv u regolatorju għall-SMEs, ittejjeb l-aċċess għall-finanzjament, kif ukoll l-impenn tagħha li tħeġġeġ lill-SMEs jinvolvu ruħhom fit-tranżizzjoni għas-sostenibbiltà u d-diġitalizzazzjoni;

6.

jagħraf li mill-preżentazzjoni tal-Istrateġija għall-SMEs ’l hawn, id-dinja nbidlet b’mod sinifikanti. It-taqlib ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19 huwa mistenni li jħalli impatt qawwi fuq ir-reġjuni u l-SMEs kollha fl-Ewropa. Iżda l-kriżi għandha titqies ukoll bħala opportunità storika biex l-irkupru ekonomiku jiġi allinjat mal-istandards tal-Patt Ekoloġiku, is-sostenibbiltà u d-diġitalizzazzjoni, li jridu jkunu integrali għal kwalunkwe strateġija tal-SMEs. Għandu jitwettaq pjan ta’ rkupru għall-SMEs bl-awtoritajiet lokali u reġjonali fuq quddiem nett, sabiex ikunu jistgħu jwieġbu għad-diversi ħtiġijiet tal-SMEs u l-kundizzjonijiet ekonomiċi u istituzzjonali differenti madwar l-Ewropa. Il-miżuri ta’ rkupru tal-UE se jkunu effiċjenti l-aktar jekk jiġu sinkronizzati mal-inizjattivi reġjonali u nazzjonali u koerenti mal-ekosistemi lokali. Għalhekk, koordinazzjoni u skambju tal-aħjar prattiki huma kruċjali;

L-indirizzar tal-SMEs kollha

7.

jemmen, għalhekk, li l-Istrateġija għall-SMEs, minkejja li tinkludi l-prijoritajiet u l-miżuri rilevanti, ma għandhiex viżjoni li tindirizza b’mod sħiħ id-diversi ħtiġijiet tal-SMEs. Tali viżjoni għandha tpoġġi enfasi qawwija fuq l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-SMEs f’Suq Uniku komplet u approfondit u għandha tħeġġeġ l-integrazzjoni u l-komplementarjetà bejn il-miżuri fil-livelli kollha tal-gvern, inkluża dimensjoni reġjonali b’saħħitha sabiex jiġi żgurat approċċ ibbażat fuq il-post imfassal apposta għall-ħtiġijiet tal-SMEs lokali;

8.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni dwar id-diversità fost l-SMEs, iżda jemmen, madankollu, li din id-diversità mhijiex imħaddma biżżejjed fil-miżuri proposti. L-istrateġija tal-Kummissjoni tiffoka primarjament fuq in-negozji ġodda, in-negozji li qed jespandu u l-SMEs ta’ teknoloġija avvanzata. Għalkemm dawn il-gruppi huma kruċjali għat-tkabbir u l-innovazzjoni, dan ma jfissirx li d-ditti tradizzjonali u dawk li huma proprjetà ta’ familja huma segwaċi passivi;

9.

jiddeplora l-karatterizzazzjoni tal-Kummissjoni ta’ “ditti tradizzjonali”, meta tirreferi għall-SMEs stabbiliti u inkorporati, id-“ditti li ilhom stabbiliti” tal-komunità tal-SMEs. Dawn id-ditti inkorporati se jkunu forza ta’ stabbiltà għall-ekonomiji u l-komunitajiet lokali fil-kriżi attwali u se joħolqu tkabbir sostenibbli fit-tul;

10.

jirrikonoxxi r-rabtiet b’saħħithom bejn l-SMEs u r-reġjuni ospitanti tagħhom; speċjalment id-ditti li ilhom stabbiliti, li huma inkorporati lokalment u li jistinkaw għal sopravivenza fit-tul. Ta’ spiss, iżda mhux dejjem, dawn id-ditti jkunu proprjetà ta’ familja u huma aktar inklinati li jerfgħu r-responsabbiltà soċjali, minħabba li l-kapital soċjali tagħhom huwa marbut mar-reputazzjoni lokali tagħhom. Is-sidien, il-maniġers u l-impjegati tagħhom jistgħu jsiru ambaxxaturi għat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà u jipparteċipaw f’kollaborazzjonijiet strutturali mal-awtoritajiet reġjonali u lokali;

11.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa politiki li jindirizzaw il-ħtiġijiet tan-negozji tal-familja fl-Ewropa, inkluża l-intraprenditorija ta’ suċċessjoni u dik transġenerazzjonali. Għalkemm in-negozji tal-familja għandhom rwol importanti fl-ekonomija tagħna, dawk li jfasslu l-politika ftit li xejn jagħtuhom attenzjoni. Dan in-nuqqas ta’ attenzjoni għadu preżenti minkejja l-kummenti reċenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, u inizjattivi preċedenti.

12.

jenfasizza li d-ditti li huma proprjetà ta’ familja huma l-aktar intrapriża komuni, billi jammontaw għal madwar 70 % tad-ditti kollha fl-Ewropa (2). L-istruttura ta’ sjieda tiddefinixxi, b’mod partikolari, kif tiġi ġestita SME u minn min tiġi ġestita, kif ukoll l-istrateġija kummerċjali u ta’ investiment tad-ditta. Madankollu, fil-politiki tal-SMEs eżistenti, hemm nuqqas kbir ta’ din il-perspettiva ta’ sjieda;

13.

jistieden lill-Kummissjoni tkompli u tespandi l-appoġġ tal-istħarriġ statistiku fil-programm għall-Kompetittività tal-SMEs (COSME). Sabiex ir-riċerkaturi u l-aġenziji tal-istatistika jkunu jistgħu jkopru bis-sħiħ id-diversi strutturi ta’ sjieda tal-SMEs tal-Ewropa u janalizzaw differenzi internazzjonali u interreġjonali importanti. F’dan ir-rigward, iqis meħtieġ li l-ġbir tad-data jsir b’tali mod li jitqiesu l-kwistjonijiet tal-ġeneru;

14.

jenfasizza li d-ditti tal-familja huma kkonċentrati b’mod sproporzjonat f’reġjuni li, f’termini ta’ prodott domestiku gross, jinsabu qrib il-medja Ewropea u li dawn ir-reġjuni qegħdin jiffaċċjaw “nassa ta’ dħul medju” (3). Skont is-seba’ Rapport dwar il-Koeżjoni, it-tkabbir kien aktar kajman f’dawn ir-reġjuni ta’ dħul medju, meta mqabbel mar-reġjuni li qegħdin fuq quddiem nett u mar-reġjuni li ġejjin minn pożizzjoni żvantaġġata;

15.

jenfasizza li l-politiki tal-SMEs għandhom ipoġġu aktar prijorità fuq l-involviment ta’ SMEs stabbiliti u l-indirizzar tal-ħtiġijiet tagħhom inkluż l-adattament għal teknoloġiji ġodda, it-trasferimenti tan-negozji, l-internazzjonalizzazzjoni, l-aċċess għal finanzjament u l-professjonalizzazzjoni tal-amministrazzjoni u tar-rapportar. Punti uniċi ta’ servizz eżistenti inkorporati b’mod sħiħ fl-ekosistemi reġjonali għandhom jintużaw bħala punti ta’ aċċess biex jiġu pprovduti servizzi aċċessibbli lokalment lill-SMEs, inklużi pariri dwar firxa wiesgħa ta’ programmi, miżuri u strumenti ta’ finanzjament li joriġinaw mil-livell tal-UE, nazzjonali u reġjonali.

16.

jinvesti f’ekosistemi reġjonali b’saħħithom, anke permezz ta’ investimenti reġjonali fl-innovazzjoni, li għandhom ikunu konnessi sew fuq livell Ewropew permezz ta’ skambju ta’ għarfien internazzjonali bejn l-SMEs u bejn il-gvernijiet reġjonali. Jilqa’ l-istrateġiji u l-inizjattivi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti bħall-Pjattaforma S3, l-Inizjattiva Vanguard u diversi proġetti ta’ kollaborazzjoni fost ir-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej (EER), li wrew kemm huma siewja u li jistħoqqilhom appoġġ kontinwu, inkluż billi jinħoloq qafas ta’ finanzjament apposta biex dawn jitħeġġew;

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet għad-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà

17.

jinnota l-pjan tal-Kummissjoni li ssaħħaħ iċ-Ċentru Ewropew tal-Għarfien dwar l-Użu Effiċjenti fir-Riżorsi u l-pjan li taħtar konsulenti tas-sostenibbiltà ddedikati fin-Network Enterprise Europe (EEN);

18.

huwa mħasseb li dawn l-inizjattivi Ewropej mhumiex ankrati fl-infrastruttura reġjonali għall-SMEs. Eċċezzjoni pożittiva hija l-appoġġ tal-Kummissjoni ta’ network dens sa 240 Ċentru ta’ Innovazzjoni Diġitali;

19.

jenfasizza li l-SMEs li huma attivi fis-settur tal-ICT jistgħu jiffunzjonaw bħala abilitanti diġitali f’ambjent reġjonali billi jiffaċilitaw il-grupp dejjem jikber ta’ SMEs diġitalment dipendenti. Id-digitalHUB Aachen huwa eżempju ta’ tali inizjattiva (4); u jitlob li jiġi promoss il-ħolqien ta’ aktar Alleanzi tal-SMEs għal Intelliġenza Artifiċjali fil-ktajjen tal-valur strateġiċi;

20.

iħeġġeġlill-SMEs joperaw b’mod aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom, jagħtu spinta lill-produzzjoni u l-użu ta’ enerġija rinnovabbli u jħaddnu proċess ta’ produzzjoni ċirkolari sabiex inaqqsu l-ispejjeż u jibnu ekonomija sostenibbli. Madankollu, l-SMEs u l-mikrointrapriżi ma għandhomx iġarrbu sehem sproporzjonat tal-ispejjeż assoċjati mat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà, lanqas ma għandhom ikunu esposti għal kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi bi standards ambjentali aktar baxxi. F’dan ir-rigward, iqis li għandu jiġi previst mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi;

21.

jenfasizza li l-aġenda tal-kapital uman għall-SMEs, inklużi l-programmi għal ħiliet ekoloġiċi u diġitali, ma għandhiex tkun maħsuba biss għall-ħaddiema iżda wkoll għall-intraprendituri, is-sidien u l-maniġers, filwaqt li jitlob li l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa riveduta tal-Kummissjoni tqis dan it-tħassib b’mod adegwat. Dawn l-intraprendituri, is-sidien u l-maniġers ma jiħdux biss deċiżjonijiet dwar prijoritajiet strateġiċi, iżda wkoll isawru l-ambjent ta’ tagħlim fid-ditti tagħhom;

22.

jipproponi li t-taħriġ isir f’ambjent bejn il-pari bi rwol ta’ medjatur għall-infrastruttura ta’ spiral triplu reġjonali. Huwa ta’ importanza kruċjali li l-intraprendituri, is-sidien, il-maniġers u l-impjegati tal-SMEs ikollhom aċċess għall-programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja fl-universitajiet, l-iskejjel vokazzjonali, istituzzjonijiet oħra ta’ taħriġ vokazzjonali u l-laboratorji fuq il-post. Aġenda tal-kapital uman komprensiva għall-SMEs li tinkludi wkoll aspetti tal-ġeneru tista’ ssaħħaħ kemm ir-reġjuni innovattivi ħafna kif ukoll ir-reġjuni li qegħdin jiffaċċjaw eżodu ta’ mħuħ;

It-tnaqqis tal-piż regolatorju u amministrattiv u t-titjib tal-aċċess għas-suq

23.

jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-test tal-SMEs tagħha waqt il-valutazzjoni tal-impatt tar-regolamenti proposti, f’konformità mal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”. Test tal-SMEs tajjeb jinkludi analiżi differenzjata tal-ispejjeż u l-benefiċċji għall-SMEs u l-kumpaniji kbar kif ukoll bejn id-daqsijiet u l-klassijiet differenti ta’ SMEs, bosta opportunitajiet għal konsultazzjoni tal-partijiet interessati, kwantifikazzjoni tal-impatt u sorveljanza qawwija mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju;

24.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex jiġi żviluppat Standard tan-Nazzjonijiet għall-Istartups tal-UE li għandu l-ambizzjoni li jagħmel lill-Ewropa l-aktar kontinent attraenti għal startups (negozji ġodda) u scaleups (negozji li qed jespandu). Fl-istess ħin, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti l-livelli kollha ta’ gvern fl-inizjattiva;

25.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta approċċ aktar favorevoli għall-SMEs biex tiżgura li l-miżuri regolatorji jiffunzjonaw bħala stimuli għall-innovazzjon u li ma jfixklux l-attivitajiet tal-SMEs, kif jiġri spiss b’operazzjonijiet transkonfinali. Dan iwassal għal reżiljenza u kompetittività akbar minflok għal piż addizzjonali u spejjeż tal-konformità assoċjati mal-kummerċ internazzjonali. Sabiex l-SMEs jiġu mħeġġa jibdew igawdu mill-benefiċċji ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ġusti, filwaqt li jibqgħu wkoll sensittivi għar-riskju ta’ kompetizzjoni inġusta minn esportazzjonijiet tal-pajjiżi terzi b’rekwiżiti ambjentali inqas stretti, jeħtieġ li l-ostakoli jitnaqqsu b’modi innovattivi u kosteffiċjenti, pereżempju permezz ta’ għodod ibbażati fuq il-web u interattivi bħall-Kalkolatur tar-Regoli tal-Oriġini għall-SMEs, jew permezz ta’ mekaniżmi li jistgħu jidentifikaw l-emissjonijiet tal-prodotti (bħall-aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri jew id-definizzjoni ta’ “passaporti”);

26.

huwa sodisfatt bil-kontinwazzjoni tal-iskrinjar tal-idoneità regolatorja fil-Pjattaforma Fit for Future. Madankollu, ir-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni u l-SMEs jeħtieġ li jissaħħaħ meta mqabbel mal-predeċessur tiegħu, il-pjattaforma REFIT. Bosta regolamenti li qegħdin jaffettwaw lill-SMEs huma implimentati fil-livell sottonazzjonali u d-densità regolatorja, il-gold plating u l-kwistjonijiet dwar il-proporzjonalità u s-sussidjarjetà huma aktar viżibbli fil-qiegħ tal-piramida; f’dan ir-rigward, jenfasizza li l-Kummissjoni se tiffoka wkoll fuq it-tneħħija tal-burokrazija żejda fil-qasam tal-kooperazzjoni transfruntiera, biex tigura li l-iskambju ta’ persunal bejn ir-reġjuni tal-fruntieri ikun faċli kemm jista’ jkun, anke għal perjodi qosra ta’ żmien;

27.

jistieden lill-Kummissjoni biex, matul il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-iskrinjar regolatorju tal-leġislazzjoni tal-UE, tikkonsulta b’mod attiv lill-SMEs u lil gruppi ta’ interess li jirrappreżentaw varjetà wiesgħa ta’ mudelli ta’ negozju, inklużi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Ambjent regolatorju pożittiv għall-intraprenditorija soċjali se jtejjeb ir-rata ta’ sopravivenza tal-istart-ups b’impatt soċjali, jinkoraġġixxi l-innovazzjoni soċjali u jippromovi r-responsabbiltà soċjali korporattiva, u b’hekk noqorbu lejn it-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs);

28.

jemmen li tnaqqis fl-ostakoli għall-SMEs relatati mal-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà, inklużi l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, huwa kundizzjoni neċessarja għall-SMEs biex jipparteċipaw fis-suq uniku diġitali u għal Ewropa diġitali innovattiva, sostenibbli u inklużiva li tinvesti fil-kondiviżjoni tad-data u l-fiduċja diġitali;

29.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ akkwist pubbliku favur l-SMEs proposti fid-Direttivi tal-2014 dwar l-akkwist pubbliku, inkluż il-prinċipju ta’ “aqsam jew spjega”, ir-rekwiżiti mnaqqsa għall-fatturat u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet elettroniċi bħalma huma d-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist u l-E-Certis. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan direzzjonali biex jiġi applikat il-prinċipju “ta’ darba biss” fil-proċess tal-akkwist pubbliku, sabiex jitnqqsu l-piżijiet amministrattivi u tiżdied it-trasparenza;

30.

jissottolinja li l-awtoritajiet lokali u reġjonali qegħdin jaħdmu b’mod attiv biex itejbu l-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku filwaqt li jippromovu wkoll l-innovazzjoni u jindirizzw l-isfidi tas-soċjetà bħala klijenti pilota. Il-belt ta’ Valladolid, ir-rebbieħa tal-premju Ewropew għall-Promozzjoni tal-Intrapriżi tal-2019, żviluppat gwida għall-akkwist pubbliku favur l-SMEs, li tista’ sservi bħala eżempju (5);

31.

jixtieq jinvesti f’kollaborazzjoni transfruntiera għall-benefiċċju tal-SMEs, inklużi l-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol, ir-relazzjonijiet bejn in-negozji transfruntiera u l-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tal-għarfien u ċ-ċentri ta’ appoġġ għall-SMEs fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera; l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaqdu rwol partikolari f’kooperazzjoni transkonfinali bħal din, għaliex jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jiġġudikaw liema miżuri huma xierqa għat-tisħiħ tal-ekonomija lokali tagħhom u jistgħu jidentifikaw malajr l-ostakli għall-kooperazzjoni transkonfinali. L-istrateġija tal-SMEs għandha tipprovdi l-appoġġ politiku lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex hawnhekk jieħdu azzjoni deċiżiva u fil-pront;

32.

beħsiebu wkoll jinvesti fil-kollaborazzjoni interreġjonali għall-SMEs u fil-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tal-għarfien u ċ-ċentri li jappoġġjaw l-SMEs fir-reġjuni insulari u ultraperiferiċi;

33.

jistenna li t-trasferimenti tan-negozji se jkunu sfida urġenti fis-snin li ġejjin minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni tal-Ewropa. Fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, speċifikament, koorti kbir ta’ fundaturi bdew in-negozju tagħhom wara l-1989 u issa jinsabu lesti biex jgħaddu l-kontroll lit-tieni ġenerazzjoni;

34.

huwa konxju tar-riskji waqt suċċessjoni tan-negozju u għalhekk jilqa’ l-miżuri proposti tal-Kummissjoni dwar l-iffaċilitar tat-trasferiment tan-negozju billi jiġi żviluppat qafas li jappoġġja u jippromovi t-trasferimenti tan-negozji madwar l-UE;

L-aċċess għal finanzjament

35.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li aktar minn 60 % tal-SMEs ma jitħallsux fil-ħin, ħaġa li hija waħda mill-kawżi ewlenin tal-fallimenti tal-SMEs. Għalhekk jappella għall-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tard u jilqa’ l-għodda ta’ monitoraġġ u infurzar proposta. Huwa jenfasizza li l-SMEs ma għandhomx jerfgħu l-piż ta’ ħlasijiet tard minn korporazzjonijiet u gvernijiet kbar;

36.

irid jenfasizza li l-aġenziji ta’ żvilupp reġjonali jistgħu jikkontribwixxu għas-sistema finanzjarja reġjonali, mhux biss billi jipparteċipaw fi proġetti ta’ riskju għoli iżda wkoll billi jiżguraw il-kontinwità ta’ ditti inkorporati, inkluż il-kontribut tagħhom għall-kapital uman ta’ reġjun. Il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jirrikonoxxi l-impatt soċjali ta’ benefiċċju ta’ dawn id-ditti inkorporati u jipprijoritizza l-kontinwità tagħhom bi strumenti finanzjarji tal-ekwità speċjali;

37.

jilqa’ l-integrazzjoni tal-fondi u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri fil-programm InvestEU. Madankollu, iħeġġeġ li l-aċċessibbiltà tal-SMEs għall-finanzjament ma għandhiex tkun limitata għas-sezzjoni speċjali għall-SMEs iżda għandha tkun ukoll prijorità ewlenija fit-tliet sezzjonijiet l-oħra;

38.

jinsab inkwetat dwar il-livelli ta’ dejn tal-SMEs fl-Ewropa, speċjalment tal-SMEs lokali li jinsabu fi swieq iżolati u fuq skala żgħira, bħal dawk fir-reġjuni insulari u ultraperiferiċi. Il-politiki li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament mill-ekwità għandhom jissaħħu fil-livelli kollha tal-gvern, sabiex b’hekk jitnaqqsu l-livelli mhux sostenibbli tal-finanzjament b’dejn. Dan it-tħassib huwa saħansitra akbar jekk jitqiesu l-mikrointrapriżi li ma jistgħux jaċċessaw il-finanzjament permezz tas-sistema finanzjarja;

Il-Governanza

39.

jissottolinja li l-istrateġiji reġjonali tal-SMEs huma r-responsabbiltà tal-gvernijiet lokali u reġjonali skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

40.

jieħu nota ta’ mandat aktar b’saħħtu għan-network ta’ Rappreżentanti tal-SMEs biex jirregola l-politiki tal-SMEs tal-UE; jistieden lir-rappreżentanti nazzjonali jżidu l-interazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet reġjonali u ma’ atturi territorjali oħra; jissuġġerixxi li jiġu organizzati skambji annwali bejn ir-Rappreżentanti tal-SMEs tal-UE u l-membri tal-KtR sabiex jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-SMEs fil-livell reġjonali u lokali;

41.

jenfasizza li kollaborazzjoni, skambju ta’ għarfien u tagħlim pan-Ewropej, transfruntiera u interreġjonali huma elementi importanti ta’ approċċ Ewropew ikkoordinat lejn l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE, li għandhom jiġu mħeġġa, iffaċilitati u appoġġjati minn programmi tal-UE;

42.

jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-koordinazzjoni orizzontali tal-istrateġija għall-SMEs, sabiex b’hekk jissaħħaħ l-impatt tal-istrateġija fuq l-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fil-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2027;

43.

jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li numru dejjem jikber ta’ SMEs jibbenefikaw minn finanzjament tal-UE, billi l-finanzjament għal programmi tal-SMEs speċifiċi bħall-COSME (EUR 2,3 biljun fil-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020) huwa modest meta mqabbel mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (EUR 460 biljun). Fi programmi ta’ ġestjoni diretti u kondiviżi, bħall-FEŻR, ir-reġjuni jiżguraw b’suċċess li l-baġit huwa pprogrammat għall-fini tal-SMEs. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa linji tal-programm u inizjattivi speċifiċi għall-SMEs fil-Programmi Qafas, bħall-Orizzont Ewropa, kif ukoll tiffaċilita l-aċċess tal-SMEs għal dan it-tip ta’ programmi eżistenti;

44.

jenfasizza l-importanza vitali tal-FSIE fl-iffinanzjar tat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà u jirrimarka li l-Kumitat tar-Reġjuni talab li jiġu allokati 30 % pjuttost milli 25 % kif previst bħalissa tal-finanzjament kollu tal-Fondi Strutturali għall-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku;

It-triq għall-irkupru tal-SMEs mill-COVID-19

45.

jenfasizza li bħala konsegwenza tal-miżuri ta’ tbegħid soċjali b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, it-tranżizzjoni tal-SMEs għad-diġitalizzazzjoni b’kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni hija saħansitra aktar urġenti u kruċjali għas-sopravivenza tagħhom u għall-kompetittività strateġika globali tal-Ewropa;

46.

juri l-kapaċità tal-Kummissjoni Ewropea li tirreaġixxi matul il-pandemija billi fasslet programmi li jappoġġjaw lill-SMEs u biex jinżammu l-impjiegi, bħall-programm SURE. L-SMEs fis-settur agroalimentari, tas-servizzi jew tat-turiżmu, li huma fost l-aktar li batew matul il-pandemija, jeħtieġu mekkaniżmi flessibbli biex jiżguraw is-sopravivenza tagħhom wara l-kriżi, peress li l-livell ta’ impjieg fl-Ewropa huwa marbut b’mod qawwi mas-sopravivenza tagħhom.

47.

jirrikonoxxi l-opportunitajiet għal progress sinifikanti fit-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà li jirriżultaw mir-ristrutturar, filwaqt li jitqies id-daqs tad-ditti u tas-setturi affettwati mill-kriżi. Dan il-progress għandu jkun appoġġjat b’inċentivi ta’ investiment għall-SMEs biex jaħtfu l-opportunitajiet ta’ teknoloġiji ekoloġiċi u mudelli kummerċjali ċirkolari;

48.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja jekk l-impatt tal-miżuri għall-appoġġ ta’ emerġenza jdgħajjifx l-ambizzjoni tagħha li toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-SMEs. Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq il-livelli diġà ogħla ta’ instabbiltà ġeopolitika; it-tfixkil fil-flussi kummerċjali u fil-ktajjen ta’ provvista se jwassal potenzjalment għar-rilokalizzazzjoni tal-attività ekonomika, speċjalment fil-każ ta’ infrastruttura sistemikament importanti bħall-qasam tat-tagħmir mediku, u jista’ joffri opportunitajiet u sfidi għall-SMEs u r-reġjuni. L-SMEs li qegħdin jiffaċċjaw problemi ta’ likwidità jistgħu jkunu inklinati li jaċċettaw offerti minn xerrejja strateġiċi, b’riskju ta’ interferenza barranija mhux mixtieqa fl-ekonomija;

49.

jistenna li l-Kummissjoni taġixxi b’mod prudenti meta ssir ħsara lill-interessi tal-SMEs u tal-ekonomija Ewropea f’dawn l-oqsma, pereżempju kif għamlet meta mmodifikat temporanjament ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet lokali u reġjonali se jibqgħu viġilanti u se jkomplu jibagħtu l-informazzjoni lil xulxin u lill-awtoritajiet ta’ livell ogħla, sabiex ikun permess l-iskambju ta’ tagħlim dwar reazzjoni proporzjonata għal din is-sitwazzjoni bla preċedent;

50.

jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tkun sensittiva għall-interessi tal-SMEs li attwalment ma għandhomx rabtiet b’saħħithom mas-sistema finanzjarja minħabba li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma awtofinanzjati. Uħud minn dawn id-ditti qegħdin jesperjenzaw kwistjonijiet ta’ likwidità f’daqqa u jeħtieġu self rimborżabbli u/jew mhux rimborżabbli b’mod urġenti għall-ewwel darba kemm ilhom jeżistu. Dan jaffettwa primarjament lill-mikrointrapriżi, iżda jista’ jkollu impatt ukoll fuq l-intrapriżi akbar li huma proprjetà ta’ familja;

51.

jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-awtoritajiet reġjonali aċċess għall-finanzjament Ewropew skont il-Pakkett ta’ Rkupru, sabiex tingħata spinta lill-irkupru ekonomiku. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jivvalutaw il-ħtiġijiet tal-SMEs li qegħdin jaġġustaw għal ekonomija ta’ wara l-pandemija;

52.

jenfasizza li l-għan li n-negozji jsiru aktar stabbli u reżiljenti finanzjarjament għandu jibqa’ prijorità ewlenija ta’ dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha; iwissi kontra d-dipendenza eċċessiva tal-miżuri ta’ appoġġ għall-SMEs proposti fuq l-istrumenti ta’ dejn.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Ara r-Rapport annwali dwar l-SMEs Ewropej (2019)

(2)  Ir-riċerka statistika appoġġjata mill-programm COSME ddeterminat is-sehem tan-negozji tal-familja fin-negozju mhux finanzjarju fid-Danimarka (60 %), il-Finlandja (70 %), in-Netherlands (71 %) u l-Polonja (92 %).

(3)  Abbażi ta’ statistika li toriġina min-Netherlands, ir-reġjuni b’konċentrazzjonijiet ogħla ta’ negozji tal-familja huma qrib il-medja Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-PDG (Eurostat, 2017; CBS, 2017).

(4)  https://aachen.digital/

(5)  https://blogs.ec.europa.eu/promotingenterprise/files/2020/02/2020_PublicPROCUREMENTfosSME-GUIDANCEforCAuthorities.pdf


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/66


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-isfidi għad-demokrazija lokali fil-Balkani tal-Punent

(2020/C 440/12)

Relatur:

Nikola DOBROSLAVIĆ (HR/PPE), Prefett tal-Kontea ta’ Dubrovnik-Neretva

Dokument ta’ referenza:

Ittra tal-Presidenza Kroata tal-Kunsill tal-UE (mingħand Dr Grlić Radman, Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tar-Repubblika tal-Kroazja, lis-Sur Lambertz, President tal-KtR), A/00028

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

ifaħħar lill-Presidenza Kroata tal-UE talli tat bidu għal din l-Opinjoni. Din hija l-ewwel darba li l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) fassal Opinjoni dedikata esklużivament għall-isfidi li qed tiffaċċja d-demokrazija fil-Balkani tal-Punent u, b’mod partikolari, għall-fenomenu li huwa mifrux sew lil hinn mill-Balkani tal-Punent u magħruf bħala “local state capture” (manipulazzjoni tal-istat lokali), jiġifieri l-manipulazzjoni ta’ strutturi lokali għal interessi partikolari;

2.

ifakkar li l-pakkett ta’ tkabbir tal-Kummissjoni kien is-suġġett ta’ Opinjonijiet tal-KtR fl-2018, fl-2019 u fl-2020. F’dawn l-Opinjonijiet, ingħatat attenzjoni partikolari għall-isfidi li qed tiffaċċja d-demokrazija lokali fil-Balkani tal-Punent u l-mod ta’ kif topera;

3.

isegwi mill-qrib ir-rapporti ta’ progress tal-pajjiżi kandidati u jilqa’ l-impenn kontinwu tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-politika tat-tkabbir tal-UE biex tinkludi l-Balkani tal-Punent; jafferma l-fehma tiegħu li dan it-tkabbir huwa ta’ interess politiku, ekonomiku u ta’ sigurtà kemm għall-Balkani tal-Punent kif ukoll għall-Unjoni Ewropea u huwa investiment ġeostrateġiku fil-paċi, l-istabilità, is-sigurtà u t-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa kollha; jenfasizza li l-pajjiżi kandidati jeħtieġ li jissodisfaw il-kriterji kollha għas-sħubija;

4.

jinnota b’dispjaċir li, b’mod ġenerali, il-Kummissjoni Ewropea ma tagħtix biżżejjed attenzjoni lill-kwistjonijiet tad-demokrazija lokali, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba fil-livell lokali fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi msieħba fil-Balkani tal-Punent u, b’mod partikolari, fl-integrazzjoni tagħhom fl-UE;

5.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress fir-riformi f’diversi pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, iżda jinnota bi tħassib li ftit li xejn qed isir progress f’ċerti pajjiżi u li saħansitra, f’ċerti każijiet, hemm rigress, fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-midja u l-ġustizzja, u jinnota dgħufija ġenerali tal-istat tad-dritt;

6.

jirrimarka li d-demokrazija lokali fil-Balkani tal-Punent qed tiffaċċja ħafna sfidi, li ħafna drabi jeżistu f’forom simili jew saħansitra identiċi anke fl-Istati Membri tal-UE, iżda huma ħafna aktar evidenti fil-Balkani tal-Punent. Dawn il-problemi huma aggravati minn għadd ta’ fatturi li ma għandhom l-ebda rwol jew li għandhom rwol iżgħar fl-UE: il-legat ta’ kunflitti armati preċedenti, tilwim mhux riżolt dwar kwistjonijiet ta’ sovranità u territorjali, midja mhux ħielsa, in-nuqqas ta’ rikonoxximent tad-delitti tal-gwerra u tal-ġenoċidju, l-ambizzjonijiet għall-espansjoni, mibegħda, kwistjonijiet kostituzzjonali mhux riżolti, in-nuqqas ta’ ugwaljanza bejn il-popli u liġijiet elettorali mhux kostituzzjonali, defiċits fil-governanza tajba, tendenzi awtoritarji fost l-uffiċjali u l-partiti fil-gvern fil-livelli kollha tal-gvern u l-amministrazzjoni, żvilupp soċjoekonomiku relattivament dgħajjef, żvilupp demografiku negattiv prevalenti u soċjetà ċivili sottożviluppata b’kultura demokratika u politika dgħajfa;

7.

jenfasizza l-konvinzjoni tiegħu li l-istat tad-demokrazija fil-livell lokali huwa marbut b’mod inseparabbli mas-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali u li l-fenomeni negattivi fil-livell lokali ħafna drabi jirriflettu l-fenomeni li jeżistu fil-livell nazzjonali;

8.

jinnota li l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni kkontribwixxa b’mod kontinwu għall-Balkani tal-Punent permezz tal-korpi tiegħu, b’mod speċifiku permezz tal-Grupp ta’ Ħidma tiegħu dwar il-Balkani tal-Punent (li jikkonċerna l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo (*1)) u tliet Kumitati Konsultattivi Konġunti, li jaħdmu fuq bażi ta’ parità mal-awtoritajiet lokali u reġjonali minn ċerti pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja); fl-istess ħin, jirrimarka li dawn il-korpi kienu ta’ siwi fl-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-pożizzjonijiet bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE u l-imsieħba tagħhom fil-Balkani. Dan l-iskambju jsir fil-kuntest ta’ diskussjonijiet dwar firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet ta’ interess reċiproku, inkluż l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, li huwa ta’ importanza kbira fil-kuntest tan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE; jiddispjaċih, madankollu, li l-pluralità politika f’dawn il-Kumitati Konsultattivi Konġunti fil-pajjiżi tal-Balkani rispettivi mhux dejjem tiġi żgurata;

9.

jilqa’ l-isforzi tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Ewropa tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tad-demokrazija lokali fil-Balkani tal-Punent. Il-ħidma tal-Kungress u tal-KtR hija komplementari u l-KtR għalhekk jixtieq isaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Kungress f’dan il-qasam;

10.

jirrimarka li l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju, waħda mill-erba’ strateġiji makroreġjonali tal-Unjoni Ewropea, tinkludi tliet pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. L-għan ewlieni tal-istrateġija huwa li tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi u r-reġjuni biex jiġu inklużi l-atturi lokali u reġjonali. Dan jinkludi l-appoġġ u l-assistenza tal-partijiet ikkonċernati permezz ta’ proċessi rilevanti – demokratiċi – u s-soċjetà ċivili. Għalhekk qed ikun issuġġerit li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-kuntest tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju;

11.

huwa tal-fehma li waħda mill-isfidi partikolari għad-demokrazija lokali hija l-fenomenu tal-manipulazzjoni tal-istat lokali, li l-Kummissjoni Ewropea semmiet ukoll fl-Istrateġija tat-Tkabbir 2018 tagħha. Dan ifisser gvern lokali li huwa kompletament jew parzjalment magħmul minn individwi jew gruppi li għandhom is-setgħa adatta għall-interessi personali tagħhom;

12.

jelenka l-aktar aspetti importanti għall-manipulazzjoni tal-istat lokali: għoti manipulat jew xi kultant illegali ta’ kuntratti pubbliċi; ħatriet, impjiegi u promozzjonijiet ta’ uffiċjali, diriġenti u impjegati ta’ kumpaniji pubbliċi mhux relatati mal-prestazzjoni; pressjoni fuq il-korpi ġudizzjarji, appoġġ mhux trasparenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-awtoritajiet lokali, nuqqas ta’ trasparenza fil-ħidma tal-awtoritajiet u l-amminsitrazzjonijiet lokali, sikwit flimkien mal-kontroll tal-midja lokali permezz tas-sjieda jew ir-reklamar, kif ukoll l-abbuż tal-partiti politiċi għal gwadann personali u l-manipulazzjoni tal-awtoritajiet lokali permezz tal-bini u ż-żamma ta’ networks ta’ patrunaġġ; jenfasizza li dawn l-aspetti ta’ spiss jikkontribwixxu għad-diżillużjoni fost iċ-ċittadini u jwasslu għal għadd baxx ta’ nies li joħorġu jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali u għalhekk defiċit demokratiku ulterjuri għad-demokraziji lokali;

13.

iwissi wkoll dwar il-livell insuffiċjenti ta’ stat tad-dritt u l-ġudikatura kajmana, ineffiċjenti sikwit partiġġjana u xi kultant korrotta, il-korruzzjoni mifruxa u profonda li hija perċepita minn ħafna ċittadini bħala normali jew saħansitra inevitabbli b’mod partikolari fil-qasam tal-impjiegi fil-livell lokali u f’kuntatt mal-persunal mediku u l-pulizija tat-traffiku, l-estremiżmu etniku u reliġjuż vjolenti li għadu jeżisti u soluzzjonijiet istituzzjonali u leġiżlattivi mhux adegwati għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, inkluż in-nuqqas ta’ deċentralizzazzjoni funzjonali u fiskali;

14.

jinnota li l-pluralità politika nieqsa jew it-trażżin u l-intimidazzjoni ta’ uffiċjali eletti li jappartjenu għall-partiti tal-oppożizzjoni fil-livell lokali f’xi pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma sfidi kbar għad-demokraziji lokali f’dawk il-pajjiżi;

15.

jargumenta, f’dan ir-rigward, li l-kuntratti pubbliċi f’ “muniċipalitajiet manipulati” huma ġeneralment maħsuba biex isaħħu l-pożizzjoni ta’ dawk fil-poter jew tal-membri tal-klikka li għandha r-riedni ta’ kontroll. Il-proċedura ta’ spiss hija kif ġej: l-evitar ta’ sejħiet għal offerti pubbliċi u l-għoti dirett ta’ kuntratti, is-sejħiet għal offerti jiġu ppubblikati f’pubblikazzjonijiet li bilkemm jinqraw fi żminijiet magħżula u bi skadenzi qosra ħafna, kif ukoll kundizzjonijiet tas-sejħiet għal offerti li jkunu mfassla apposta għal offerent partikolari. Wara l-għoti tal-kuntratt, l-offerent preferut jesprimi l-gratitudni tiegħu lill-mexxej lokali jew lir-rappreżentanti tiegħu permezz ta’ kummissjoni sempliċi fil-forma ta’ perċentwal tal-valur tal-kuntratt, li normalment tkun diġà inkluża fil-prezz meta tiġi ppreżentata l-offerta, sabiex ma jonqosx il-profitt tal-kuntrattur;

16.

jirrimarka li dawk li jimmanipulaw strutturi lokali jużaw il-politika tar-riżorsi umani bħala għodda effettiva, speċjalment fejn hemm ftit impjiegi tajbin, li spiss ikun il-każ fiż-żoni milquta. Ir-rekluti ġodda fil-gvern lokali u impjegati f’intrapriżi pubbliċi lokali spiss jiġu reklutati mill-klann tagħhom stess jew minn familji ta’ ħbieb mill-qasam politiku jew tan-negozju. Dawn jinkludu wkoll membri tal-oppożizzjoni fil-korpi rappreżentattivi, il-konjuġi tagħhom u qraba stretti. Dan iwassal ukoll għal ristrutturar illegali tal-amministrazzjoni sabiex jiġi premjat ix-“xogħol tajjeb”;

17.

jinnota bi tħassib kbir li l-mexxejja lokali u l-membri tal-klikka li għandha r-riedni ta’ kontroll ta’ spiss jistabbilixxu u jżommu kuntatti mill-qrib ma’ imħallfin u uffiċjali ġudizzjarji oħra fil-livell nazzjonali u lokali, bil-għan li jżommu l-poter u jkollhom aċċess għar-riżorsi lokali, filwaqt li jipprovdu lil individwi influwenti fil-ġudikatura benefiċċji ekonomiċi li joriġinaw minn riżorsi lokali. Bi skambju, l-uffiċjali ġudizzjarji jostakolaw investigazzjonijiet u proċedimenti kontra l-mexxejja lokali;

18.

jinnota li s-sitwazzjoni fl-awtoritajiet lokali hija aggravata aktar mit-telf ta’ riżorsi umani. Ħafna residenti, speċjalment żgħażagħ u nies b’edukazzjoni, jemigraw, li hija problema kbira għall-iżvilupp ta’ dawn il-muniċipalitajiet;

19.

jenfasizza li fid-dawl tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala prinċipju bażiku tal-UE, l-azzjonijiet biex jissaħħu d-drittijiet tan-nisa u biex tiżdied il-parteċipazzjoni politika tagħhom għandhom jitqiesu bis-serjetà u jridu jiġu ssodisfati;

20.

huwa konxju ħafna mill-fatt li l-migrazzjoni irregolari hija wkoll piż sinifikanti fuq l-awtoritajiet lokali tul l-hekk imsejħa r-rotta tal-Balkani, peress li żżid is-sensazzjoni ta’ nuqqas ta’ setgħa u tal-kollass tal-istituzzjonijiet mhux biss fost iċ-ċittadini, iżda wkoll fost l-awtoritajiet;

21.

jenfasizza li l-kriminalità organizzata hija theddida għas-sigurtà u l-prosperità tal-awtoritajiet lokali;

22.

jinsab imħasseb ukoll, f’dan il-kuntest, dwar il-kontroll fuq il-midja u l-istabbilimenti lokali tal-istituzzjonijiet nazzjonali minn mexxejja lokali;

23.

jinnota li għalkemm l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-midja fil-Balkani tal-Punent huma fundamentalment kritiċi tal-awtoritajiet fil-livelli kollha, ħafna drabi jiddependu minnhom, kif ukoll mill-għotjiet, il-benefiċċji ta’ taxxa u l-bini provdut minnhom. L-għoti jew iċ-ċaħda b’mod arbitrarju ta’ appoġġ finanzjarju jew spazju għall-uffiċċji huma għodda effettiva biex l-“użurpaturi” tal-awtoritajiet lokali joħonqu l-kritika u jippromovu l-klijenteliżmu fost is-soċjetà ċivili;

24.

jenfasizza li l-liberazzjoni tal-Balkani tal-Punent mill-manipulazzjoni ta’ strutturi statali fil-livell nazzjonali u lokali tkun ta’ benefiċċju kbir għan-nies li jgħixu hemm, tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-ekonomija u d-demokratizzazzjoni tas-soċjetà, u tnaqqas ix-xejriet demografiċi negattivi u, b’mod partikolari, id-depopolazzjoni u tqarreb aktar dawk il-pajjiżi lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea;

25.

jilqa’ l-fatt li fis-6 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat approċċ ġdid għall-proċess ta’ adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u jistenna tisħiħ ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn id-delegazzjonijiet tal-UE u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Balkani tal-Punent fl-oqsma tal-istat tad-dritt, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, it-trasparenza, il-protezzjoni ambjentali, il-kompetittività u l-politiki settorjali;

26.

iqis, f’dan il-kuntest, li jista’ jkun hemm opportunità ġdida biex il-pajjiżi kandidati potenzjali jersqu aktar qrib l-Unjoni Ewropea; min-naħa tagħhom, dawn il-pajjiżi jeħtieġu juru rieda akbar li jiġġieldu l-korruzzjoni u li jsaħħu l-istat tad-dritt u l-ġestjoni trasparenti tal-fondi pubbliċi;

27.

jenfasizza, fid-dawl tal-approċċ il-ġdid għan-negozjati ta’ adeżjoni, b’mod partikolari t-tisħiħ tal-istat tad-dritt sabiex jiġu indirizzati b’mod effettiv il-kawżi u l-konsegwenzi tal-manipulazzjoni tal-istat lokali;

28.

jinnota li l-manipulazzjoni kontinwa tal-istat lokali, fejn ftit individwi jkunu ilhom f’pożizzjoni ta’ poter ekonomiku jew politiku għal ftit snin jew għal għexieren ta’ snin, ukoll għandha impatt fuq l-elezzjonijiet; dan iżomm liċ-ċittadini milli jipparteċipaw fil-politika, u huwa għalhekk li l-parteċipazzjoni tal-votanti fil-livell lokali, li huwa l-eqreb u l-aktar livell fdat miċ-ċittadini, ħafna drabi tkun inqas milli fl-elezzjonijiet nazzjonali. Pereżempju, saret elezzjoni li kienet kompletament ibbojkottjata mill-partiti tal-oppożizzjoni, u f’każ ieħor (f’Mostar) ma sarux elezzjonijiet lokali fuq perjodu ta’ ħdax-il sena, li mhuwiex aċċettabbli f’demokrazija u li ta lok għas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (“Baralija v. BiH” (30100/18); jistieden lill-UE biex f’kuntest bħal dan tagħti attenzjoni partikolari lill-monitoraġġ tal-proċessi elettorali;

29.

jinnota b’dispjaċir li xi ċittadini, b’mod partikolari dawk b’livell għoli ta’ edukazzjoni u finanzjarjament indipendenti, għandhom sens ta’ privazzjoni u ta’ diżillużjoni dwar il-politika, filwaqt li oħrajn huma marbuta ma’ dawk fil-poter minħabba l-politika tal-klijentiżmu, li tipprovdilom impjiegi, pensjonijiet addizzjonali, postijiet fl-iskejjel preprimarji, triq ġdida asfaltata biex jaċċessaw darhom, eċċ. Din is-sitwazzjoni taqbel lil dawk li jkunu qed jimmanipulaw l-istrutturi lokali u tippermettilhom jibqgħu fil-poter u tkompli tagħmel agħar is-sitwazzjoni tad-demokrazija lokali;

Kuntest ġenerali

30.

ifakkar li fl-1999 l-UE stabbiliet il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni (PSA) bħala l-qafas għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tar-reġjun. Fl-istess ħin, il-Patt ta’ Stabbiltà tnieda bħala inizjattiva usa’. Fl-2008, il-Patt ta’ Stabbiltà ġie sostitwit mill-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali. Fl-2003, il-Kunsill Ewropew ta’ Tessaloniki kkonferma li l-pajjiżi kollha tal-PSA huma kandidati potenzjali għal sħubija fl-UE;

31.

jenfasizza li din il-perspettiva tal-UE ġiet affermata mill-ġdid fl-Istrateġija tal-Balkani tal-Punent tal-Kummissjoni Ewropea ta’ Frar 2018 u fid-Dikjarazzjoni ta’ Sofija adottata fis-Summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta’ Mejju 2018 u se tkun ukoll is-suġġett tas-Summit UE-Balkani tal-Punent li jmiss f’Zagreb, il-Kroazja, fis-7 ta’ Mejju 2020;

32.

jirrimarka li n-network tad-delegazzjonijiet tal-UE, bħala parti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandu rwol essenzjali x’jaqdi fil-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-iżviluppi relatati mal-manipulazzjoni tal-istat lokali, b’mod partikolari fir-rigward tal-korruzzjoni u l-ostakli għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti fil-livell lokali u nazzjonali;

33.

jenfasizza li l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, bħala attur importanti fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi msieħba tal-Balkani tal-Punent u bnadi oħra, ippromova sforzi biex jissaħħu d-demokrazija lokali, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, b’mod partikolari permezz tal-impenn tiegħu favur ir-riformi tal-amministrazzjoni lokali u l-iżvilupp ekonomiku lokali;

Rakkomandazzjonijiet għal miżuri

34.

huwa konvint li t-tliet Kumitati Konsultattivi Konġunti stabbiliti mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni mal-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Balkani tal-Punent huma l-għodod ewlenin għal dan l-impenn u għandhom ikomplu jintużaw biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp pożittiv tad-demokrazija lokali fil-Balkani tal-Punent;

35.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Parlament Ewropew, tappoġġja b’mod attiv l-isforzi biex tiġi indirizzata l-problema tal-manipulazzjoni tal-istat lokali fil-Balkani tal-Punent;

36.

jissuġġerixxi li l-istituzzjonijiet tal-UE jipprovdu appoġġ addizzjonali lill-partijiet interessati li huma impenjati bis-sħiħ biex jippromovu d-demokrazija lokali u l-istat tad-dritt, bħal organizzazzjonijiet indipendenti mingħajr skop ta’ qligħ li jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, it-trasparenza u/jew il-korruzzjoni fl-amministrazzjoni pubblika (organizzazzjonijiet ta’ sorveljanza). L-assoċjazzjonijiet tal-gvernijiet lokali fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma wkoll atturi importanti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tisħiħ tad-demokrazija fil-livell lokali, u jistgħu jkunu msieħba strateġiċi;

37.

iħeġġeġ il-kooperazzjoni anke ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra attivi fil-livell lokali (IOM, UNDP, Unicef, eċċ.) għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini;

38.

iħeġġeġ bis-sħiħ lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex iżidu l-komunikazzjoni u l-kuntatti maċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent sabiex jiġu żviluppati sħubiji u sinerġiji bil-għan komuni li jiġu implimentati b’mod effettiv ir-riformi meħtieġa, jissaħħaħ l-istat tad-dritt u tinbena soċjetà demokratika. Wieħed mill-oqsma li fih iċ-ċittadini huma konxji tal-benefiċċji tad-demokrazija lokali u tal-approssimazzjoni tal-UE huwa l-forniment tas-servizzi muniċipali. Huwa wkoll qasam li rarament ma jkunx soġġett għall-korruzzjoni u l-manipulazzjoni tal-istat lokali. Jinħtieġu aktar sens ta’ ftuħ u trasparenza f’dan il-qasam, u iżjed konsultazzjonijiet maċ-ċittadini dwar il-forniment tas-servizzi muniċipali fejn l-enfasi hija fuq il-ħtiġijiet u t-talbiet taċ-ċittadini;

39.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, f’dan il-kuntest, biex tagħti aktar attenzjoni lin-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fin-negozjati ta’ adeżjoni u r-relazzjonijiet tal-UE mal-Balkani tal-Punent. B’hekk, jeħtieġ li jiġu eżaminati bir-reqqa l-każijiet ta’ manipulazzjoni tal-istat lokali, tiġi monitorjata l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet leġiżlattivi u istituzzjonali biex tiġi limitata d-diskrezzjoni tal-politiċi fil-qasam tar-riżorsi finanzjarji u umani, u għandha tiġi promossa l-libertà tal-midja permezz ta’ inċentivi finanzjarji u politiki edukattivi;

40.

huwa tal-fehma li l-kriterji applikati mill-UE fir-relazzjonijiet tagħha mal-Balkani tal-Punent għandhom iqisu r-realtajiet fil-livelli nazzjonali u lokali u m’għandhomx jissorveljaw biss it-twettiq formali tal-kriterji, li prinċipalment għandhom l-għan li jallinjaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-acquis tal-UE. Dan huwa approċċ ambizzjuż, iżda jista’ jwassal għal riżultati aħjar b’mod sinifikanti;

41.

iqis li d-delegazzjonijiet tal-UE fil-Balkani tal-Punent, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u, fejn xieraq, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jkollhom rwol akbar fil-verifika tal-istat reali tad-demokrazija lokali, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba fil-Balkani tal-Punent, inkluż permezz ta’ kuntatti diretti mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u r-rappreżentanti tal-oppożizzjoni, tan-negozju, tal-komunità akkademika u tas-soċjetà ċivili, kif ukoll permezz tal-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ djalogi maċ-ċittadini;

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(*1)  “Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo”.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/71


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija għall-ġejjieni diġitali tal-Ewropa u Strateġija għad-data

(2020/C 440/13)

Relatur:

Mark WEINMESTER (DE/PPE), Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej, Land ta’ Hessen

Dokumenti ta’ referenza:

Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa

(COM(2020) 67 final)

Strateġija Ewropea għad-data

(COM(2020) 66 final)

Introduzzjoni sigura tal-5G fl-UE – Implimentazzjoni tas-sett ta’ għodod tal-UE

(COM(2020) 50 final)

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Sommarju

1.

jisħaq fuq il-fatt li d-diġitalizzazzjoni għandha toħloq benefiċċji tanġibbli u tkun ta’ vantaġġ ċar għall-persuni u għalhekk, fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali, għandhom jitqiesu wkoll aspetti legali, soċjopolitiċi, soċjali, ambjentali, kulturali u b’mod partikolari dawk etiċi;

2.

jirrimarka li d-diġitalizzazzjoni hija kwistjoni transsettorjali u trasversali li hija preżenti fl-oqsma kollha tal-ekonomija u tal-ħajja u li se tbiddilhom b’mod sostenibbli, għaldaqstant hija biss id-diġitalizzazzjoni transsettorjali li toffri potenzjal sostanzjalment ġdid għal mudelli kummerċjali fixkiela, servizzi u prodotti diġitali innovattivi, u li n-negozji ġodda b’mod partikolari jaqdu rwol importanti fl-innovazzjoni diġitali għall-Ewropa;

3.

jenfasizza l-kontribut importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-implimentazzjoni prattika tal-aġenda diġitali tal-UE, speċjalment fi ħdan il-Bliet Intelliġenti u r-Reġjuni Intelliġenti, kif ukoll ir-rwol importanti li jaqdi l-gvern lokali fl-iżgurar għall-aċċess tad-data u d-disponibbiltà tagħha;

4.

jagħti attenzjoni partikolari lill-ħtieġa li jingħata appoġġ lill-bini tal-kapaċitajiet taċ-ċittadini u tan-negozji, speċjalment l-SMEs, kif ukoll tas-settur pubbliku. Hemm bosta modi possibbli kif tintuża d-diġitalizzazzjoni tad-dinja tax-xogħol biex jitnaqqas l-ammont ta’ xogħol u jiġi promoss xogħol deċenti u fl-istess ħin is-sistemi ekonomiċi u soċjali jsiru aktar reżiljenti;

5.

jenfasizza li l-opportunitajiet offruti mid-diġitalizzazzjoni fl-indirizzar tal-isfidi soċjetali, klimatiċi u ambjentali u f’ċerti sitwazzjonijiet ta’ kriżi, kif muri bil-kriżi attwali tal-COVID-19, huma partikolarment importanti għall-edukazzjoni, il-ħajja tax-xogħol, l-ekonomija u l-gvern li jiffunzjona tajjeb;

6.

jagħti importanza lill-fatt li l-valuri Ewropej u r-regoli etiċi, kif ukoll l-istandards soċjali u ekoloġiċi japplikaw ukoll fil-qasam diġitali; u l-UE se tippromovi b’mod attiv dawn il-valuri Ewropej u r-regoli etiċi fil-livell globali;

7.

jisħaq fuq l-importanza tas-sovranità tad-data fil-livell individwali u dak pan-Ewropew. Dan huwa aktar u aktar importanti fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Lulju 2020 (Kawża C-311/18), li invalidat il-Ħarsien tal-Privatezza stabbilit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti. Għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-implikazzjonijiet ta’ din is-sentenza malajr kemm jista’ jkun, peress li n-negozji jridu jiżguraw li l-flussi tad-data jkunu garantiti legalment lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni Ewropea;

8.

iqis il-koeżjoni diġitali bħala dimensjoni addizzjonali importanti tal-kunċett tradizzjonali tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali minqux fit-Trattat tal-UE;

Id-diġitalizzazzjoni u l-opportunitajiet marbuta magħha

9.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li fuqha huma bbażati t-tliet komunikazzjonijiet tal-Pakkett Diġitali tal-UE, li t-teknoloġiji diġitali qed iwasslu għal tibdil kbir ħafna fil-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini u jqis li dan jaffettwa lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lin-negozji bl-istess mod;

10.

jara l-importanza dejjem tikber tad-data u l-opportunitajiet li toħloq, u jenfasizza l-ħtieġa li ċ-ċittadini u n-negozji jiġu protetti minn kwalunkwe riskju li jirriżulta mill-kondiviżjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tad-data; jaqbel ukoll mal-fehma li hemm nuqqas ta’ għodod u standards tekniċi biex l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-individwi jsir sempliċi u mhux tqil wisq;

11.

jilqa’ l-miżuri li jikkontribwixxu biex l-Ewropa tmexxi t-tranżizzjoni lejn dinja b’saħħitha u li fil-perkors lejn dinja diġitali, tkun tista’ toħloq it-tkabbir sostenibbli u l-prosperità, filwaqt li tirrispetta l-valuri komuni Ewropej u żżomm qafas legali sod abbażi ta’ dawn, fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, id-drittijiet fundamentali, is-sigurtà u ċ-ċibersigurtà;

12.

jinnota li s-servizzi xprunati mill-IA, kif ukoll teknoloġiji innovattivi oħra fil-qasam tal-ipproċessar tad-data, id-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni tal-proċessi, għandhom potenzjal enormi li jwasslu benefiċċji lill-konsumaturi u lill-fornituri tas-servizzi, filwaqt li jippreżentaw ukoll sfidi fir-rigward tal-iżgurar b’mod responsabbli tan-nondiskriminazzjoni, it-trasparenza u l-ispjegabbiltà tal-algoritmi, ir-responsabbiltà kif ukoll il-protezzjoni tal-privatezza, u għalhekk jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni, l-użu tal-IA u tat-tekonoloġiji diġitali ġodda l-oħra jeħtieġ li jkunu strutturati b’mod responsabbli; jinnota wkoll li l-privileġġi ta’ obbligazzjoni eżistenti għal pjattaformi dominanti tas-suq għandhom jiġu vvalutati b’referenza għall-valuri Ewropej, b’mod partikolari dawk il-pjattaformi li l-istrateġiji kummerċjali tagħhom huma mmexxija minn pajjiżi mhux tal-UE, u li għal sistemi algoritmiċi li huma sensittivi mill-perspettiva tad-drittijiet fundamentali, għandu japplika l-prinċipju tal-post tas-suq tal-UE;

13.

jirrimarka l-opportunitajiet li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-coronavirus, bħal pereżempju t-telexogħol u l-edukazzjoni diġitali u jenfasizza li, fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19 u l-miżuri relatati ta’ konfinament, l-applikazzjonijiet diġitali u l-infrastruttura kkontribwew b’mod sinifikanti biex jiżguraw, anke fi żminijiet ta’ kriżi mhux previsti, il-kontinwità tal-operat tal-amministrazzjoni pubblika;

14.

iqis li dan huwa punt ta’ tluq tajjeb biex tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku permezz tat-teknoloġiji diġitali;

15.

jenfasizza li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-applikazzjonijiet diġitali mistennija jaqbżu dawk tat-traffiku globali tal-vetturi sal-2025. Huwa stmat li s-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni waħdu huwa responsabbli għal 5-9 % tal-konsum tal-elettriku u għal aktar minn 2 % tal-emissjonijiet globali. Min-naħa l-oħra, is-soluzzjonijiet diġitali jistgħu jappoġġjaw it-tranżizzjoni ekoloġika. Id-data ambjentali tippermetti, pereżempju, l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, ir-riforestazzjoni jew il-prevenzjoni tal-iskart. Fir-rigward tal-ekonomija ċirkolari, jista’ jiġi kkunsidrat impenn volontarju possibbli mill-bejjiegħa elettroniċi biex jinkludu kriterji ta’ protezzjoni ambjentali fl-algoritmi ta’ riċerka tagħhom, jew l-introduzzjoni ta’ “passaport tal-prodotti diġitali”, li jista’ jkun fih informazzjoni dwar l-impronta materjali u klimatika tal-katina tal-provvista tal-prodott, sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet ta’ konsum orjentati lejn is-sostenibbiltà;

16.

jisħaq fuq il-fatt li minkejja l-isfidi ekonomiċi li l-kriżi ġġib magħha, l-avvanz tal-bidla diġitali u l-investimenti assoċjati m’għandhomx jiġu traskurati; għall-kuntrarju, investimenti pubbliċi u privati sinifikanti fid-diġitalizzazzjoni huma l-aktar mod effiċjenti kif jerġa’ jinkiseb it-tkabbir ekonomiku fl-UE;

Il-viżjoni tas-soċjetà diġitali

17.

jinsab imħasseb li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali propost jinkludi tnaqqis fil-finanzjament tal-programm Ewropa Diġitali. It-tnaqqis tal-finanzjament jista’ jkollu impatt fuq il-mod kif jaħdem il-programm;

18.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni li tuża t-teknoloġiji diġitali biex tipprovdi liċ-ċittadini b’opportunitajiet għall-iżvilupp, deċiżjonijiet liberi u siguri u impenn soċjali, u biex toħloq qafas għall-kumpaniji li jippermetti li l-innovazzjoni, il-kompetizzjoni u l-kooperazzjoni jiġu żviluppati taħt kundizzjonijiet ġusti;

19.

jenfasizza l-potenzjal tal-computing kwantistiku u jiġbed l-attenzjoni għall-inizjattivi Ewropej eżistenti f’dan il-qasam, bħall-inizjattiva ewlenija tat-Teknoloġiji Kwantistiċi. Barra minn hekk, jappella għal appoġġ kontinwu għal proġetti ta’ riċerka dwar il-kwantum fl-UE sabiex tinkiseb tmexxija globali fl-isfruttar tal-potenzjal tat-teknoloġiji kwantistiċi;

20.

jinnota li l-ekonomija tad-data qed taqdi rwol ekonomiku dejjem aktar importanti fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni attwali u għalhekk din hija mezz essenzjali għall-ħolqien tal-valur miżjud futur;

21.

jappoġġja l-iżvilupp u l-espansjoni mmiratita ta’ ekonomija Ewropea tad-data u l-passi biex tinkiseb l-indipendenza teknoloġika, inkluż permezz ta’ impenji ta’ politika industrijali adegwati għall-promozzjoni ta’ promoturi Ewropej;

22.

jenfasizza d-distinzjoni li saret fir-rigward tad-data personali u dik mhux personali, l-applikazzjonijiet differenti u l-użu tagħhom u d-diversi oqfsa legali assoċjati, il-ġestjoni u l-prattiki;

23.

jenfasizza r-rwol importanti li għandhom l-għażliet b’sors miftuħ biex tiġi diversifikata l-għażla u tissaħħaħ l-indipendenza teknoloġika tal-amministrazzjonijiet, in-negozji u l-pubbliku ġenerali, kif ukoll il-promozzjoni ta’ komunitajiet b’sors miftuħ fl-Ewropa li fihom jikkollaboraw in-negozji u l-amministrazzjonijiet;

Infrastrutturi u bażijiet diġitali affidabbli

24.

jenfasizza l-importanza ekonomika u soċjali tal-ħames ġenerazzjoni tal-komunikazzjonijiet mobbli (5G) u jappella li jkun hemm sensibilizzazzjoni ibbażata fuq valutazzjoni trasparenti tat-teknoloġiji, sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jifhmu bis-sħiħ il-benefiċċji u l-iżvantaġġi tal-infrastruttura diġitali – inklużi studji dwar l-effetti ekoloġiċi u tas-saħħa – aktar milli jsiru vittmi ta’ aħbarijiet foloz;

25.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ kunċett komprensiv biex jiżdiedu s-sigurtà u r-reżiljenza tan-networks 5G u jirrimarka li approċċ komuni fl-UE huwa xieraq u li standard minimu Ewropew komuni tas-sigurtà jħalli effetti ġenerali pożittivi;

26.

jirrikonoxxi l-approċċ għall-implimentazzjoni tas-sett ta’ strumenti fid-dawl tal-objettiv li tiġi żgurata katina tal-provvista 5G iddiversifikata u orjentata lejn il-ġejjieni u li jiġi evitat “effett lock-in”;

27.

jistieden lill-Istati Membri jsegwu s-sett ta’ għodod tal-UE għal networks 5G siguri biex jiżguraw iċ-ċibersigurtà tal-Ewropa u jipproteġu l-interessi ġeopolitiċi tal-Ewropa kontra t-theddida ta’ sorveljanza u spjunaġġ b’rabta mal-iskjerament ta’ networks 5G li jużaw teknoloġija minn pajjiżi terzi;

28.

jesprimi l-appoġġ tiegħu għat-teknoloġija tal-fibra ottika bħala infrastruttura diġitali indispensabbli u servizz bażiku li għandu jkun disponibbli għal kulħadd fl-Unjoni Ewropea, speċjalment fiż-żoni rurali fejn hemm problemi bil-wasla ta’ teknoloġiji oħra;

29.

ma jaqbilx għalkollox mal-fehma li l-istrateġija għad-data tal-Ewropa tista’ tkun ibbażata fuq ekosistema li tiffjorixxi; f’dan ir-rigward jidher li l-appoġġ lin-negozji ġodda b’mod partikolari huwa ta’ importanza speċjali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija, mhux biss minħabba s-sitwazzjoni attwali;

30.

jilqa’ t-tħabbira biex isiru investimenti fi proġett ta’ impatt għoli għall-ispazji Ewropej tad-data u infrastrutturi tal-cloud ikkombinati ma’ xulxin;

31.

jirrimarka f’dan il-kuntest l-importanza tal-Bliet intelliġenti u tan-negozji ġodda bħala xpruni tal-innovazzjoni, u tal-appoġġ mogħti lilhom;

32.

jilqa’ l-pjani biex jitfasslu ftehimiet mal-Istati Membri dwar il-federazzjoni ta’ clouds u l-ħolqien ta’ ġabra ta’ regoli tal-cloud tal-UE;

33.

iqis li hemm il-periklu li approċċ inkonsistenti fir-rigward tal-aċċess għad-data u l-użu tad-data jwassal għal frammentazzjoni tas-suq intern, u għaldaqstant huwa essenzjali li dan jiġi evitat;

34.

jenfasizza l-importanza tal-miżuri transsettorjali b’rabta mal-aċċess u l-użu tad-data, jilqa’ l-fatt li se tiġi evitata regolamentazzjoni ddettaljata minn qabel fl-ispirtu ta’ mudell proċedurali aġli u jistieden lill-Istati Membri biex, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regolament attwali dwar il-kummerċ elettroniku, ikomplu jiżguraw il-ħarsien tal-interess pubbliku u tas-servizzi ta’ interess ġenerali, il-prevenzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika;

35.

madankollu, f’dan il-kuntest, jirrimarka li r-rekwiżiti rilevanti għandhom jiġu adattati, b’mod partikolari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, u mfassla b’kunsiderazzjoni tal-isforz ta’ implimentazzjoni;

Il-bniedem fid-dinja diġitali

36.

jinnota li huma meħtieġa fondi pubbliċi sostanzjali biex tiġi promossa d-diġitalizzazzjoni, biex jiġu appoġġjati l-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, in-negozji ġodda, l-SMEs iżda wkoll ir-reġjuni, speċjalment ir-“reġjuni intelliġenti”, u b’mod partikolari biex jinbnew kapaċitajiet diġitali komuni ta’ eċċellenza u b’hekk l-indipendenza teknoloġika tal-Ewropa;

37.

jenfasizza li r-regolamentazzjoni Ewropea għandha dejjem tqis il-garanzija tal-awtonomija lokali u reġjonali stabbilita fil-liġi primarja mill-Artikolu 4(2) tat-TUE. Obbligu, skont liġi sekondarja, fuq l-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali biex jikkondividu d-data jimmina din il-garanzija u għalhekk għandu jiġi eskluż;

38.

jemmen li tali kapaċitajiet xierqa jridu jiġu pprovduti fil-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE u jappella biex dawn se jsiru disponibbli minkejja l-isfidi possibbli biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-coronavirus, b’mod partikolari fil-programm “Ewropa Diġitali”;

39.

jappoġġja d-diġitalizzazzjoni ulterjuri mingħajr dewmien tal-provvista tas-servizzi tax-xandir lill-pubbliku, fl-interess tal-pluraliżmu massimu;

40.

jenfasizza li s-sigurtà tal-prodotti u s-servizzi diġitali hija fattur ta’ suċċess essenzjali biex tinbena l-fiduċja, u b’hekk l-użu b’suċċess tagħhom, ifakkar l-involviment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), u jappoġġja kooperazzjoni msaħħa ma’ u bejn l-istituzzjonijiet ta’ riċerka dwar iċ-ċibersigurtà fl-Istati Membri u fir-reġjuni, meta jkun il-każ;

41.

jisħaq fuq il-fatt li l-ħiliet diġitali huma essenzjali kemm biex jintużaw fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompetenzi li jirrigwardaw il-big data u l-analitika, bil-għan li jitwettaq il-potenzjal offrut mis-servizzi bbażati fuq l-IA, kif ukoll biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi ekonomiċi, soċjali u edukattivi Ewropej, u biex ikun żgurat li l-individwi jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-soċjetà, jiġifieri, irrispettivament mill-età jew il-post tar-residenza tagħhom, ikunu kapaċi jittrattaw id-diġitalizzazzjoni b’suċċess;

42.

jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni fid-dinja diġitali, b’mod partikolari l-litteriżmu diġitali, u l-litteriżmu medjatiku – mhux biss fl-istituzzjonijiet edukattivi – bħala prerekwiżit biex jiġi żgurat li l-persuni kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw fid-diġitalizzazzjoni b’mod awtonomu;

43.

huwa favur il-ħolqien ta’ “spazji tad-data personali” b’aktar possibbiltajiet ta’ kontroll għall-individwi fir-rigward ta’ min jista’ jaċċessa u juża d-data, u għall-eżami ta’ dritt estiż tal-individwi għall-portabbiltà tad-data skont l-Artikolu 20 tal-GDPR;

44.

jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tipproteġi l-privatezza b’mod adegwat u tiżgura li r-regolament ippjanat dwar il-privatezza elettronika jiġi adottat malajr, sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi fil-qafas regolatorju rilevanti u biex tiżdied iċ-ċertezza legali;

45.

jistieden, f’dan ir-rigward ukoll, li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex jiżgura trasparenza u b’hekk tingħata ċertezza legali;

46.

iqis li huwa essenzjali li l-istrateġija futura Ewropea għall-SMEs tipprevedi miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-SMEs u n-negozji ġodda, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mid-diversi opportunitajiet li joffru l-mudelli kummerċjali bbażati fuq id-data;

47.

jappoġġja l-istabbiliment u l-promozzjoni ppjanati u kkoordinati ta’ ċentri Ewropej tal-innovazzjoni diġitali, filwaqt li jħeġġeġ skambju mill-qrib fi stadju bikri f’dan ir-rigward bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u b’mod partikolari r-reġjuni u jagħmilha ċara li proċess ta’ għażla trasparenti u li jinftiehem u opportunitajiet indaqs bejn ir-reġjuni Ewropej huma essenzjali;

Komunità Ewropea ta’ valuri diġitali

48.

jinnota li d-data hija l-bażi tal-prodotti, is-servizzi u l-mudelli kummerċjali diġitali u b’hekk tal-iżvilupp ekonomiku fl-Ewropa, u li din tista’ ttejjeb il-bażi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-individwi, tal-kumpaniji, tal-organizzazzjonijiet, tal-amministrazzjoni u tal-politika;

49.

iwissi li d-deċiżjonijiet li jkunu bbażati biss fuq id-data, speċjalment b’rabta mal-ipproċessar awtomatizzat, mhux dejjem jistgħu jkunu utli u xierqa u għalhekk għandhom dejjem jiġu evalwati fil-kuntest ġenerali;

50.

jisħaq fuq il-fatt li s-soċjetà diġitali għandha tkun inklużiva, ġusta u aċċessibbli għal kulħadd u b’hekk għandha tiffoka fuq il-bnedmin;

51.

jappella għal miżuri b’saħħithom għad-difiża tal-libertajiet ċivili u d-demokrazija f’era dejjem aktar diġitalizzata, fosthom li jitnaqqas ir-riskju ta’ sorveljanza diġitali ġeneralizzata u li jiġu miġġielda l-aħbarijiet foloz, il-kampanji ta’ diżinformazzjoni, id-diskors ta’ mibegħda u d-diskriminazzjoni, partikolarment ir-razziżmu, fil-qasam diġitali, irrispettivament minn jekk dawn il-fenomeni negattivi joriġinawx fl-UE jew barra minnha;

52.

jinnota li t-teknoloġija diġitali u s-soluzzjonijiet xprunati mid-data huma mezzi importanti biex jiġu miġġielda l-isfidi tas-soċjetà, tal-iżvilupp, tal-klima u tal-ambjent u għalhekk huma rilevanti wkoll fil-kuntest tal-ilħuq tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku u l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju tan-NU;

53.

jilqa’ l-inizjattiva biex jitfassal tagħmir immirat lejn l-ekonomija ċirkolari kif ukoll inizjattivi biex jinħolqu ċentri ta’ data li jkunu newtrali għall-klima, effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u sostenibbli sa mhux aktar tard mill-2030;

54.

jirrimarka li dawn l-isfidi huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin u joffru opportunitajiet għar-rwol ta’ tmexxija tal-Ewropa;

Id-data bħala karburant diġitali għall-ekonomija u bażi għat-teħid tad-deċiżjonijiet

55.

jikkondividi l-fehma li “l-bniedem huwa u għandu jibqa’ fiċ-ċentru” tal-istrateġija Ewropea tad-data; għalhekk, ir-rwol tal-politika diġitali huwa li timmonitorja kontinwament l-effetti, filwaqt li tivvaluta l-benefiċċji u l-iżvantaġġi tal-iżviluppi u, jekk meħtieġ, taqdi r-rwol ta’ gwida;

56.

jaqbel mal-fehma li l-użu tad-data huwa estremament importanti għall-ġid pubbliku biex jiġu indirizzati l-emerġenzi (epidemiji, diżastri naturali), biex jinftiehmu aħjar id-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima u jkunu jistgħu jittieħdu miżuri b’mod immirat, u biex jissaħħu l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-protezzjoni kontra t-terroriżmu;

57.

jappoġġja l-iżvilupp ta’ spazji komuni Ewropej tad-data għal setturi ekonomiċi strateġiċi u oqsma ta’ interess pubbliku u jenfasizza li għandu jkun possibbli li jinħolqu aktar spazji tad-data f’termini ta’ approċċ b’aġilità;

58.

jappoġġja spazju uniku Ewropew tad-data bbażat fuq regoli u valuri Ewropej, sabiex titnaqqas id-dipendenza eċċessiva fuq is-soluzzjonijiet diġitali li jinħolqu bnadi oħra;

59.

jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli ssaħħaħ l-indipendenza teknoloġika tal-Ewropa f’teknoloġiji u infrastrutturi essenzjali;

60.

jenfasizza l-importanza li tintuża d-data biex il-politiki jitfasslu abbażi tal-fatti u biex jittejbu s-servizzi pubbliċi, ilkoll kemm huma fil-qafas tal-istandards dwar il-protezzjoni tad-data, is-sigurtà u l-etika;

61.

huwa tal-fehma li l-interoperabbiltà tad-data (pereżempju permezz ta’ standards) u l-kwalità tad-data huma essenzjali u jilqa’ għalhekk l-iżvilupp ta’ kunċetti u strutturi organizzattivi xierqa;

62.

jenfasizza r-rapport ta’ progress ippubblikat mill-grupp ta’ esperti indipendenti tal- Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online (1) dwar l-indikaturi ekonomiċi u l-kejl tal-ekonomija tal-pjattaformi, li skontu n-nuqqas ta’ data dwar ħafna aspetti tar-rwol u l-imġiba ekonomika tal-kumpaniji tal-pjattaformi jippreżenta sfida għal dawk li jfasslu l-politika u għar-riċerkaturi. L-esperti ġustament jinsistu wkoll fuq il-monitoraġġ tal-ekonomija tal-pjattaformi, b’mod partikolari fir-rigward tas-sinifikat ekonomiku tal-pjattaformi, is-setgħa li għandhom fuq l-utenti tagħhom, u t-trasparenza;

63.

jirrimarka li meta jfasslu l-istandards, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom iqisu l-kompatibbiltà max-xenarji tal-IT eżistenti;

64.

jaqbel mal-fatt li l-għadd ta’ operaturi Ewropej tal-cloud huwa baxx u li hemm livell għoli ta’ dipendenza teknoloġika fuq fornituri esterni;

65.

huwa tal-fehma li l-użu tal-cloud, b’mod partikolari fis-settur pubbliku Ewropew, huwa baxx u li, fost l-oħrajn, il-potenzjal għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-IT mhuwiex qed jiġi sfruttat;

66.

jenfasizza l-importanza li jsir investiment f’teknoloġiji futuri bħall-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġija tar-reġistru distribwit u deċentralizzat (blockchain) u l-quantum computing, fost l-oħrajn. Dan jeħtieġ, b’mod partikolari, sforzi fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

67.

jirrimarka, f’dan il-kuntest, li jeżisti nuqqas fl-interoperabbiltà ta’ diversi servizzi tal-cloud u fl-iżvilupp ta’ proċeduri tekniċi għall-awtoritajiet pubbliċi fil-cloud;

68.

jilqa’ l-intenzjoni li jiġi żviluppat rwol sistemiku ta’ ċerti pjattaformi online u s-saħħa fis-suq li dawn akkwistaw tiġi strutturata b’tali mod li l-ġustizzja u l-ftuħ tas-swieq ma jiġux ipperikolati;

69.

iqis li hemm bżonn regolamentazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawk impjegati mill-pjattaformi online, sabiex din il-forma ta’ xogħol tiġi organizzata b’mod adegwat u b’tali mod li toffri protezzjoni soċjali u mezzi ta’ għajxien adatti; għaldaqstant jilqa’ l-pjani tal-Kummissjoni li tippubblika inizjattiva biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati fuq pjattaformi online, iżda jirrakkomanda li din titressaq ’il quddiem mill-2021 għall-2020. B’mod partikolari matul il-pandemija tal-COVID-19, sar evidenti li għadd ta’ pjattaformi online japprofittaw ekonomikament minn għeluq, filwaqt li l-impjegati tal-pjattaforma jibqgħu impjegati b’mod prekarju;

70.

jilqa’ l-ftehim milħuq bejn l-imsieħba soċjali Ewropej dwar l-appoġġ għat-tranżizzjoni diġitali (2), sabiex flimkien jistabbilixxu l-iżvilupp tad-diġitalizzazzjoni u l-impatt tagħha fuq ix-xogħol, fuq il-ħaddiema, u fuq l-operat ta’ negozju;

71.

itenni li dak li huwa pprojbit barra l-internet lanqas jista’ jiġi permess fuq l-internet u, f’dan il-kuntest, jappella sabiex ir-rwol u l-obbligi tal-operaturi tal-pjattaformi online jiġu ċċarati;

72.

jinnota b’dispjaċir li, f’dinja diġitali mingħajr fruntieri, għadd żgħir ta’ kumpaniji bl-akbar sehem fis-suq jiġġeneraw il-maġġoranza tal-profitti mill-valur miżjud iġġenerat fl-ekonomija mmexxija mid-data, kif ukoll li dawn il-profitti ta’ spiss ma jiġux intaxxati meta jiġu ġġenerati minħabba regoli tat-taxxa korporattiva skaduti, u li b’hekk dan iwassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni;

73.

fid-dawl tal-effetti eżistenti li l-ekonomija tal-pjattaformi diġitali tħalli fuq in-network, jappella li jsir rieżami dwar l-opportunitajiet u l-kundizzjonijiet biex tiġi żviluppata aktar il-liġi tal-kompetizzjoni Ewropea;

74.

jirrimarka li d-diġitalizzazzjoni toħloq sfidi indaqs fir-reġjuni kollha tal-Ewropa li jirrikjedu strateġiji għal soluzzjonijiet eteroġeni, u għalhekk jappella li dan jitqies meta jitfasslu strateġiji trasversali;

75.

huwa favur li l-proċeduri għall-aċċess għall-fondi Ewropej jiġu ssemplifikati, sabiex jintlaħaq l-akbar għadd possibbli ta’ kumpaniji, universitajiet u istituzzjonijiet ta’ riċerka u dawn jitħeġġu jgħinu b’mod attiv fit-tiswir tad-diġitalizzazzjoni;

76.

jirrimarka li dan japplika bl-istess mod għall-Bliet u Reġjuni Intelliġenti;

77.

jaqbel mal-fehma li hemm nuqqas ta’ għodod u standards tekniċi biex l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-individwi jsir sempliċi u mhux tqil wisq;

78.

jenfasizza l-importanza li jiġu miġġielda l-effetti “lock-in”, pereżempju fit-tagħmir tal-internet tal-oġġetti u li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-konsumaturi; huwa importanti, f’dan il-kuntest, li l-utenti jiġu pprovduti b’għodod u mezzi biex ikunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet huma stess dwar x’jiġri bid-data tagħhom;

L-Ewropa fid-dinja

79.

jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni favur l-interessi tal-Ewropej u l-opportunitajiet indaqs għan-negozji Ewropej fis-swieq internazzjonali u għall-valuri Ewropej fil-flussi internazzjonali tan-negozju u tad-data;

80.

jilqa’ l-idea li l-ħżin u l-ipproċessar tad-data jiġi attirat lejn l-Ewropa minn pajjiżi u reġjuni oħra, u huwa konxju tal-punti pożittivi differenti tar-reġjuni Ewropej, li għandhom jintużaw bħala diversi argumenti favur dan;

81.

jilqa’ l-inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni Ewropea u minn Stati Membri individwali bil-għan li tiġi ċċarata u armonizzata t-tassazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali diġitali min-naħa tal-atturi kollha, inklużi dawk li l-politiki kummerċjali tagħhom huma definiti barra mill-UE;

Valutazzjoni ta’ dawn il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni

82.

jisħaq fuq il-fatt li l-punti b’saħħithom tal-Unjoni Ewropa għandhom ikunu fil-qalba tal-miżuri; pereżempju l-industrija tal-manifattura li toħloq diversi oqsma ta’ applikazzjoni għat-teknoloġiji diġitali, inklużi l-industrija 4.0, l-intelliġenza artifiċjali (IA), ir-robotika, il-manifattura addittiva, l-ottika u t-teknoloġija sensorjali jew l-internet tal-oġġetti;

83.

jappella li ssir valutazzjoni dettaljata tal-impatt tal-miżuri ewlenin proposti għal ekonomija ġusta u kompetittiva fir-rigward tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Data u l-valutazzjoni u r-rieżami kontinwi tal-adegwatezza tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-miżuri regolatorji u l-istrateġija industrijali tal-UE; dan japplika b’mod partikolari għall-ħolqien ta’ qafas biex jiġu stabbiliti finanzi diġiltali xierqa, kompetittivi u siguri, u tassazzjoni korporattiva fis-seklu 21;

84.

itenni li d-diġitalizzazzjoni tar-reġjuni tirrikjedi approċċ strateġiku kkoordinat u miftiehem, li jmur lil hinn mill-forniment tal-infrastruttura u l-konnettività diġitali;

85.

jappella li jkun hemm programm qafas estensiv ta’ kwalifiki, sabiex jiġi miġġieled in-nuqqas ta’ esperti fil-qasam tad-data u l-litteriżmu fid-data fl-UE;

86.

jappella li jitfasslu programmi ta’ appoġġ għan-negozji ġodda u l-kumpaniji mhux biss minħabba s-sitwazzjoni attwali, iżda anke minħabba li l-istrateġija għad-data ma tkunx tista’ tiġi implimentata;

87.

jappella għal inizjattiva għat-tisħiħ tas-sovranità teknoloġika (pereżempju l-iżvilupp ta’ proċessuri proprji, komponenti tan-network), sabiex l-infrastrutturi meħtieġa jkunu jistgħu jinbnew u joperaw b’mod sigur u jappella li jiġi żgurat finanzjament adegwat għall-proġetti Ewropej ta’ riċerka u żvilupp;

88.

jirrikonoxxi l-ħtieġa li jkomplu jiżdiedu r-reżiljenza u s-sovranità fl-ispazju diġitali abbażi tal-isfidi deskritti u l-miżuri proposti, sabiex ikun jista’ jiġi sfruttat b’mod sostenibbli l-potenzjal tal-aktar standards tal-komunikazzjoni reċenti; f’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika sabiex il-kapaċità tal-istat li jaġixxi u l-provvediment pubbliku jkunu jistgħu jinżammu fit-tul anke f’każ ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi;

89.

jissuġġerixxi li jiġu eżaminati aktar miżuri, li jistgħu jwasslu għal titjib rapidu tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, it-tnaqqis tal-gassijiet serra, l-aħjar użu possibbli tad-diġitalizzazzjoni għall-ħarsien tal-ambjent u l-klima, l-orjentazzjoni favur il-klima tal-innovazzjoni u l-promozzjoni tal-gigabit.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/commission-expert-group-publishes-progress-reports-online-platform-economy

(2)  https://bit.ly/2YptFYV


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/79


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali — Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja

(2020/C 440/14)

Relatur:

Guido RINK (NL/PSE), Membru tal-Kunsill Eżekuttiv ta’ Emmen

Dokument ta’ referenza:

White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja

COM(2020) 65 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jinnota li l-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) ippubblikat l-Aġenda Diġitali għall-2020-2025 fid-19 ta’ Frar 2020. Fil-White Paper tagħha dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (IA), il-Kummissjoni tistabbilixxi l-viżjoni tagħha tal-mezzi ta’ azzjoni ewlenin u tal-investimenti meħtieġa għall-IA. Skont il-Kummissjoni, l-Ewropa tista’ ssir attur globali ewlieni f’dan il-qasam;

2.

ifakkar li l-White Paper dwar l-IA hija akkumpanjata mill-Komunikazzjoni “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (1) u l-Komunikazzjoni “Strateġija Ewropea għad-data” (2);

3.

jindika li l-Kummissjoni biħsiebha tadotta approċċ etiku, inklużiv, sikur u ċċentrat fuq il-bniedem għall-iżvilupp u l-użu tal-IA, u li jirrispetta l-valuri li l-UE tixtieq tkun assoċjata magħhom;

4.

ifakkar li l-White Paper dwar l-IA fiha żewġ taqsimiet prinċipali: il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-użu tal-IA, u l-qafas regolatorju ffukat fuq l-aspetti etiċi u l-fiduċja;

5.

jilqa’ l-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja. Huwa jirrikonoxxi kemm huwa importanti dibattitu dwar l-IA sabiex tkun tista’ titfassal l-istrateġija tal-Kummissjoni f’dan il-qasam. Madankollu, il-KtR kien japprezza li kieku l-White Paper tenfasizza wkoll ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali bħala msieħba, produtturi, utenti u promoturi tal-innovazzjoni ewlenin fl-iżvilupp tal-IA;

6.

Ifakkar, f’dan il-kuntest, fl-Opinjoni tiegħu dwar l-Intelliġenza Artifiċjali tas-6 u s-7 ta’ Frar 2019 (3);

7.

jindika li l-IA diġà hija parti minn ħajjitna u ser ikollha rwol dejjem aktar importanti fit-trasformazzjoni tas-soċjetajiet tagħna. L-IA toffri potenzjal enormi għas-soċjetà, in-negozji u l-pubbliku Ewropej. L-innovazzjoni fl-IA tikkontribwixxi mhux biss għall-ekonomija, iżda wkoll sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà u dawk ambjentali;

8.

iqis li l-applikazzjoni tal-IA hija importanti fil-livell nazzjonali, iżda wkoll, u fuq kollox, fil-livell lokali u reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu b’mod partikolari jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta’ ekosistemi tal-IA fit-territorji tagħhom, iżda wkoll iħeġġu u jinvestu fl-IA;

9.

jenfasizza li l-IA hija qasam ta’ politika kumpless li mhuwiex iżolat. Dan jaffettwa għadd ta’ setturi oħra li fihom taġixxi l-Kummissjoni;

10.

jindika li l-White Paper dwar l-IA u l-politiki relatati għandhom jitqiesu flimkien maż-żewġ Komunikazzjonijiet li jakkumpanjawhom, waħda dwar “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” u l-oħra dwar “Strateġija Ewropea għad-data”. Barra minn hekk, il-White Paper hija konsistenti mal-perspettiva ta’ għadd ta’ oqsma oħra ta’ politika tal-Kummissjoni, bħall-“Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa” (4) u r-“Rakkomandazzjoni dwar dwar sett tal-għodod komuni tal-Unjoni għall-użu tat-teknoloġija u tad-data biex niġġieldu u noħorġu mill-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari dwar l-applikazzjonijiet mobbli u l-użu ta’ data anonimizzata dwar il-mobbiltà” (5);

11.

jenfasizza li r-rakkomandazzjonijiet tal-KtR għandhom jitqiesu wkoll, sa fejn hu possibbli, b’rabta ma’ dawn id-dokumenti ta’ tfassil ta’ politika Ewropea;

12.

jilqa’ l-approċċ tal-Kummissjoni, li essenzjalment huwa li tiġi żviluppata IA ċċentrata fuq il-bniedem u l-ambizzjoni tagħha li tkun mexxej fl-istabbiliment ta’ standards etiċi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ġustament tenfasizza li l-benefiċċji tal-IA ser jiddependu fuq kemm ser jafdawha ċ-ċittadini;

13.

jinsisti, madankollu, li d-dibattitu dwar il-politiki futuri biex tiżdied il-fiduċja fl-IA għandu jindirizza wkoll aspetti bħas-sjieda tad-data, l-algoritmi, il-pjattaformi u l-protezzjoni ta’ valuri pubbliċi fuq il-pjattaformi, kif ukoll il-kwistjoni ta’ min fl-aħħar mill-aħħar ser jibbenefika l-aktar mill-applikazzjonijiet tal-IA u min ser iħallas qares (u jekk dan huwiex soċjalment aċċettabbli);

14.

jindika li fid-dawl tal-għadd kbir ta’ oqsma oħra ta’ politika involuti fl-IA, hemm ir-riskju li l-koerenza bejniethom ser tonqos u li dawn il-politiki ser jiżviluppaw f’vakwu;

15.

jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tiddefinixxi pjan direzzjonali u approċċ biex tiġi promossa l-koerenza bejn l-oqsma differenti ta’ politika;

Naħtfu l-opportunitajiet

16.

jenfasizza li l-politiki Ewropej għandhom jiffukaw bis-sħiħ fuq it-tisħiħ tan-networks lokali u reġjonali multidixxiplinari li jlaqqgħu liċ-ċittadini, lill-amministrazzjonijiet, lill-istituzzjonijiet ta’ għarfien u lill-intrapriżi, kif ukoll fuq l-investiment f’dawn in-networks (l-organizzazzjoni u t-tħeġġiġ tagħhom). Il-KtR jemmen li r-raggruppamenti tal-innovazzjoni proposti mill-Kummissjoni għandhom rwol ċentrali x’jaqdu f’dan ir-rigward;

17.

jindika li l-IA għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi biex issolvi l-isfidi tas-soċjetà f’oqsma bħas-saħħa (l-aktar eżempju reċenti importanti huwa l-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19), is-sigurtà, il-klima, il-mobilità u t-trasport, l-assistenza soċjali, l-industrija tat-teknoloġija avvanzata, il-kummerċ bl-imnut, l-agrikoltura, it-turiżmu u s-servizzi pubbliċi;

18.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-IA tista’ toħloq impjiegi ġodda u intraprenditorija ġdida. Il-Kummissjoni ġustament tirrikonoxxi bħala prekundizzjoni importanti l-fatt li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jafdaw din it-teknoloġija. Qafas strateġiku tal-UE bbażat fuq valuri fundamentali għandu jibni din il-fiduċja u jinkoraġġixxi lill-intrapriżi jiżviluppaw soluzzjonijiet tal-IA;

19.

jaqbel mal-importanza li jkun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq Ewropew. F’dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-aċċess tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u ta’ negozji ġodda għall-intelliġenza artifiċjali. Dawn tal-aħħar huma xprun ewlieni tal-ekonomiji lokali u reġjonali. Ċentri Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali u oqfsa regolatorji u politiki futuri għandu jkollhom rwol deċiżiv fil-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs għall-aċċess għall-intelliġenza artifiċjali b’mod speċjali fl-appoġġ lill-SMEs biex jaċċessaw l-IA;

20.

jifhem li l-Kummissjoni biħsiebha tibni fuq il-punti pożittivi eżistenti fis-swieq industrijali u professjonali (attwali) (6). Jixtieq jenfasizza li din l-istrateġija m’għandhiex titwettaq għad-detriment tal-produttività, il-kapaċità ta’ innovazzjoni u d-DNA tal-ekosistemi lokali u reġjonali;

21.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali qed jaħdmu fuq firxa wiesgħa ta’ sfidi tas-soċjetà f’dawn l-ekosistemi. Dawn jistgħu jaqdu rwol ewlieni biex f’dan il-kuntest jitħaffu l-innovazzjonijiet li għandhom impatt reali;

22.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali qegħdin fl-aħjar pożizzjoni biex jgħinu fil-ħolqien ta’ ambjent li jwassal għal żieda fl-investiment fl-IA fis-snin li ġejjin u biex irawmu l-fiduċja fl-IA fil-ħoloq differenti tal-katini ta’ valur. Fil-fatt huma jinsabu l-eqreb tal-prattika u jistgħu jinkoraġġixxu n-networks multidixxiplinari lokali;

23.

iqis li ser ikun hemm bżonn ta’ appoġġ sinifikanti tal-UE biex jiġi stimulat l-investiment pubbliku u privat, u ser ikunu meħtieġa riżorsi mill-Programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa u mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-ekosistemi lokali;

24.

huwa tal-fehma li l-għotjiet għandhom ikunu ffukati fuq applikazzjonijiet speċifiċi tal-IA li jistgħu jitwettqu fuq skala akbar. Sabiex jiġu sfruttati l-opportunitajiet offruti mill-IA, jenħtieġ li jiġu promossi l-proġetti żgħar u jiġi limitat il-piż finanzjarju tagħhom, b’tali mod li jkun aktar attraenti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jipparteċipaw fi proġetti ffinanzjati mill-UE;

25.

jappoġġja l-approċċ li jikkonsisti f’li l-IA tiġi żviluppata f’ċentri ta’ innovazzjoni diġitali. F’dan il-kuntest, l-għotjiet għal dawn iċ-ċentri għandhom jiffukaw fuq il-promozzjoni tal-ekosistemi lokali u reġjonali;

26.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ prodotti bbażati fuq l-IA fis-settur pubbliku (7);

27.

iqis, madankollu, dan l-impenn tal-Kummissjoni biex tiġi żviluppata l-IA fis-settur pubbliku m’għandux ikun limitat għat-teknoloġiji tal-IA li diġà wrew xi jsarrfu f’setturi definiti minn qabel. Fil-fatt, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista’ jkollhom rwol importanti biex jitħaffu t-teknoloġiji (ġodda) tal-IA bħala “klijenti pilota”;

28.

jitlob lill-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet pubbliċi kollha, inklużi dawk lokali u reġjonali, biex iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt rigorużi dwar id-drittijiet fundamentali fuq is-sistemi tal-IA użati fis-settur pubbliku. L-awtoritajiet għandhom jevitaw li jużaw kwalunkwe teknoloġija ta’ sorveljanza tal-IA, speċjalment fi żminijiet ta’ emerġenzi, qabel ma jiġu magħrufa r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt u qabel ma jiġu adottati soluzzjonijiet meħtieġa;

29.

jappella li jitfasslu qafas ta’ akkwist pubbliku u mezzi legali, bħala kundizzjonijiet standard ta’ akkwist, li jipprovdu spazju għall-immanuvrar lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u li jippermettulhom jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-opportunitajiet disponibbli għalihom;

30.

jenfasizza li l-valur tad-data jinsab fl-użu mill-ġdid tagħhom, fost oħrajn fl-applikazzjonijiet tal-IA. Il-kondiviżjoni transsettorjali u sigura tad-data trawwem l-innovazzjoni fil-qasam tal-IA. Il-KtR iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 u tevalwa l-pertinenza ta’ qafas regolatorju ulterjuri speċifiku għall-intelliġenza artifiċjali biex tiffaċilita, b’mod affidabbli, il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tad-data min-negozji għall-gvern (B2G), b’mod partikolari meta l-interess pubbliku jkun f’riskju, bħal fil-każ tal-pandemija tal-COVID-19. Dan wera wkoll kemm hu importanti li l-awtoritajiet pubbliċi jużaw id-data tan-negozji. Il-potenzjal għandu jiġi sfruttat peress li b’dan il-mod il-piż amministrattiv jista’ jitnaqqas minn fuq in-negozji u f’ħafna każijiet, pereżempju fil-kuntest tal-ekonomija tal-pjattaformi, huwa biss b’dan il-mod li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali tagħhom;

31.

iqis li fil-livell Ewropew, huwa meħtieġ li jsir investiment f’infrastruttura bażika u arkitettura ta’ data komuni u sigura, kif ukoll fi standards ta’ kwalità fir-rigward tas-sikurezza, tas-settijiet ta’ data u tal-istatistika. Approċċ bħal dan ibaxxi l-limitu ta’ aċċess għall-applikazzjonijiet tal-IA u jżid il-fiduċja diġitali, billi jitħeġġu l-iżvilupp u l-użu tal-IA;

32.

jemmen bis-sħiħ li l-applikazzjonijiet tal-IA żviluppati bi flus pubbliċi għandhom kemm jista’ jkun jirritornaw lura għand is-soċjetà. Fil-prinċipju, dawn l-applikazzjonijiet tal-IA għandhom jiġu żviluppati, pereżempju, f’kundizzjonijiet ta’ sors miftuħ, filwaqt li tiġi rikonoxxuta wkoll il-ħtieġa għal finanzjament għall-iżvilupp;

Leġiżlazzjoni u politika: approċċ ibbażat fuq it-tagħlim

33.

Il-KtR jinnota b’interess il-progress li sar fid-definizzjoni tal-IA, peress li dan huwa rifless fid-definizzjoni aġġornata (8) pprovduta mill-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli Indipendenti (AI HLEG), stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa jemmen li dan jirrifletti aħjar il-kapaċitajiet tekniċi tal-IA. Madankollu, id-definizzjoni tal-IA għandha tkun proċess kontinwu. Għandha tqis il-kuntest li fih topera l-IA u għandha żżomm il-pass mal-iżviluppi fis-soċjetà f’dan il-qasam u tibqa’ konxja tar-rabta bejn l-ekosistema ta’ eċċellenza mill-Kummissjoni u l-ekosistema ta’ fiduċja;

34.

iqis li sistema tal-IA tikkonsisti f’taħlita ta’ elementi tekniċi li jorbtu d-data, l-algoritmi u l-poter tal-kalkolu ma’ prattiki soċjali, mas-soċjetà, mal-identità u mal-kultura. Id-definizzjoni ta’ tali aggregat soċjotekniku dinamiku għandha għalhekk tiġi aġġornata b’mod regolari biex tirrifletti b’mod preċiż l-impatt kontinwu dejjem jikber fuq is-soċjetà tal-IA, filwaqt li tidentifika sfidi u opportunitajiet li qed jinbidlu b’mod rapidu relatati mal-IA;

35.

jinnota li l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tad-drittijiet tal-konsumatur kif ukoll it-trasparenza fl-użu ta’ elementi tekniċi speċifiċi u anke r-regoli relatati mar-responsabbiltà u s-sigurtà tal-prodotti, skont il-Kummissjoni, huma l-aktar elementi importanti tal-ekosistema ta’ fiduċja. Dawn jiffurmaw il-bażi ta’ qafas regolatorju futur tal-UE għall-IA;

36.

jirrimarka kif it-tagħlim awtomatiku fl-industrija tal-IA huwa bbażat fuq l-ipprogrammar tal-bniedem, li jista’ jwassal għal preġudizzju fuq skala kbira. Għalhekk, jitlob lill-UE timplimenta mekkaniżmi li jiżguraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, ir-razza u t-twemmin u l-inklużività fl-iżvilupp u l-applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-IA;

37.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-liġi kriminali tipprovdi opportunità importanti għall-istandardizzazzjoni biex jiġi miġġieled il-ksur serju tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u s-sorveljanza illegali u klandestina tal-istess ċittadini permezz tal-applikazzjonijiet tal-IA;

38.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-applikazzjonijiet tal-IA huma diġà regolati minn qafas wiesa’ u ta’ kwalità għolja ta’ leġiżlazzjoni u prinċipji etiċi tal-UE. Eżempji importanti jinkludu l-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza u r-responsabbiltà tal-prodotti, id-drittijiet tal-konsumatur, id-drittijiet fundamentali, il-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali;

39.

jenfasizza li hemm bżonn li jiġi rikonoxxut li l-qafas leġiżlattiv eżistenti mhuwiex adattat speċifikament għall-applikazzjonijiet tal-IA, u dan ifisser li bħalissa hemm “lakuna” legali. Hemm bżonn li jiġu eżaminati bir-reqqa l-oqsma fejn hemm bżonn ta’ regolamentazzjoni addizzjonali biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-IA. Element kruċjali ta’ kwalunkwe qafas regolatorju li japplika għall-IA huwa l-introduzzjoni ta’ salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-IA tkun ħielsa minn preġudizzji u ma tirriproduċix diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, etniċità, età, diżabbiltà jew orjentazzjoni sesswali;

40.

jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-ħtieġa li l-ebda waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE ma għandha tkun diskriminata u ssir vulnerabbli bl-użu tal-IA, u li jkun hemm disponibbli settijiet ta’ data u parametri lingwistiċi fil-lingwi kollha tal-UE;

41.

jinsisti wkoll fuq l-importanza ta’ kkowdjar sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru, u jappella għal parteċipazzjoni ugwali tal-ġeneri fit-tfassil, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u d-dibattitu dwar l-etika u l-istandards tat-teknoloġiji relatati mal-intelliġenza artifiċjali. It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-bniet u tan-nisa fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, l-arti u l-matematika (STEAM) huwa essenzjali għall-inklużjoni sħiħa tagħhom fil-proċessi relatati mal-IA b’mod partikolari, u fl-ekonomija diġitali b’mod ġenerali;

42.

jenfasizza li dan il-qafas regolatorju għandu jiżgura numru suffiċjenti ta’ elementi ewlenin imsemmija qabel, filwaqt li jipprovdi l-ispazju u l-flessibbiltà bżonjużi għall-innovazzjoni. F’dan ir-rigward, irridu nkunu konxji tal-isfidi fl-ispjegazzjoni u l-funzjonament tas-sistemi tal-IA u tar-riżultati u l-effetti soċjali li jinħolqu minn sistemi bħal dawn;

43.

jinnota li l-IA mhijiex teknoloġija iżolata, iżda hija marbuta ma’ xjenzi u teknoloġiji oħra, b’mod partikolari x-xjenza komportamentali, il-computing kwantistiku, l-Internet tal-oġġetti, l-użu tan-networks 5G u 6G, il-mudelli ekonomiċi u l-pjattaformi diġitali;

44.

iqis neċessarju li jitqies il-fatt li l-IA hija teknoloġija li qed tiġi żviluppata u li għadha mhijiex kompletament integrata fis-soċjetà;

45.

jindika li l-politiċi, dawk li jfasslu l-politika u s-soċjetà jiffaċċjaw sfida fundamentali: kif jista’ jiġi żgurat li l-proporzjon bejn ir-riżultati u l-effetti mixtieqa u mhux mixtieqa jxeqleb fuq in-naħa t-tajba? U kif jista’ jiġi żgurat li jibqa’ biżżejjed spazju biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet offruti mill-IA u biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-IA? Bl-avvanz tal-applikazzjonijiet tal-IA, speċjalment l-algoritmi ta’ previżjoni, f’ħafna istituzzjonijiet pubbliċi u governattivi (korpi ġudizzjarji, tal-infurzar tal-liġi, militari eċċ.), hemm ħtieġa urġenti għal qafas regolatorju li jipprevedi t-test strett ta’ dak li hu meħtieġ u proporzjonat, li jipprovdi salvagwardji u rimedji adegwati u jiddefinixxi b’mod ċar ir-responsabbiltajiet u l-obbligu ta’ rendikont kif ukoll sorveljanza pubblika adegwata;

46.

jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandu jkollhom rwol importanti fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-IA. Huma eqreb taċ-ċittadini u għalhekk għandhom informazzjoni aktar utli mill-gvernijiet nazzjonali. Għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu aktar involuti fit-tfassil tal-politiki u tal-leġislazzjoni li ser jirriżultaw mill-White Paper;

47.

jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-qafas regolatorju jrid jipprovdi marġni għal aġġustamenti possibbli fid-dawl tal-veloċità li bih tevolvi l-IA. Skont il-KtR, dan jeħtieġ mhux biss leġiżlazzjoni u proċess leġiżlattiv adattivi, iżda wkoll attitudni kritika min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-funzjonament tas-sistema tagħha stess, kif ukoll l-innovazzjoni soċjali f’dik is-sistema;

48.

jinsisti f’dan il-kuntest, li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandu jkollhom biżżejjed flessibbiltà biex jesperimentaw (inkluż “il-prototipi ta’ politika”) u jitgħallmu kif ifasslu bl-aktar mod effettiv u effiċjenti l-politiki li għandhom l-għan li jindirizzaw dawn l-isfidi fundamentali;

49.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal qafas proċedurali ta’ politika li għandu l-għan li juża’ kemm jista’ jkun possibbli r-regoli diġà eżistenti, iżda wkoll li maż-żmien ikompli jiżviluppa l-politika futura tal-IA u l-qafas regolatorju tal-UE għall-IA. Dan il-qafas ta’ politika għandu jikkoordina wkoll l-isforzi fuq livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali u jiżgura l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Għal dan il-għan, il-ħolqien ta’ Aġenzija tal-UE għall-Intelliġenza Artifiċjali jikkontribwixxi għal sorveljanza u koordinazzjoni effettivi fuq kwistjonijiet relatati mal-IA fost il-livelli kollha ta’ governanza, mil-livell Ewropew sal-livell lokali;

50.

jappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni li toħloq regolamentazzjoni addizzjonali għall-IA ta’ riskju għoli;

51.

iqis, madankollu, li l-kriterji ewlenin biex jiġi ddeterminat jekk l-IA hijiex “ta’ riskju għoli” huma, minn naħa waħda, il-punt sa fejn il-bnedmin jistgħu jinfluwenzaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, l-impatt ta’ dawn id-deċiżjonijiet fuq id-drittijiet u l-azzjonijiet proprji taċ-ċittadini;

52.

jappella biex kwalunkwe leġislazzjoni jew politika futura tiffoka b’mod partikolari fuq it-trasparenza u l-komprensibbiltà tal-algoritmi u l-obbligu ta’ rendikont (9), l-imparzjalità u r-responsabbiltà tal-persuna li tuża l-IA, b’mod partikolari f’każ ta’ impatt jew influwenza fuq id-drittijiet jew l-azzjonijiet proprji taċ-ċittadini;

53.

jindika li ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu, bi kliem li jiftiehem, abbażi ta’ liema data u ta’ liema algoritmi jintlaqtu d-drittijiet jew l-azzjonijiet proprji tagħhom, b’tali mod li jkunu jistgħu jiddefendu lilhom innifishom b’mod ġust u, jekk ikun meħtieġ, jibbenefikaw minn protezzjoni legali effettiva; Barra minn hekk, is-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet għandha tinkludi l-opzjoni li kwistjoni tiġi ttrattata minn persuna. Ir-rwol tal-awtoritajiet għandu jiġi enfasizzat fejn xieraq;

54.

iqis li l-użu ta’ teknoloġiji tal-IA huwa rilevanti ħafna wkoll fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-benesseri tal-ħaddiema. Għal dan il-għan, huwa jappoġġja s-sejħa tal-Imsieħba Soċjali Ewropej għal minimizzazzjoni tad-data u trasparenza flimkien ma’ regoli ċari dwar l-ipproċessar ta’ data personali biex jiġi limitat ir-riskju ta’ monitoraġġ intrużiv u użu ħażin ta’ data personali (10), sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-dinjità tal-bniedem. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jaqbel mal-importanza li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jkunu jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet relatati ma’ data, kunsens, protezzjoni tal-privatezza, u s-sorveljanza, li jorbtu l-ġbir tad-data ma’ skop konkret u trasparenti u li tiġi żgurata t-trasparenza meta s-sistemi tal-IA jintużaw fi proċeduri tar-riżorsi umani;

55.

jaqbel mar-rekwiżiti previsti mill-Kummissjoni dwar id-data ta’ taħriġ. Iż-żamma ta’ reġistru huwa mezz li jippermetti li tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli. Madankollu, il-KtR jemmen li l-piż amministrattiv involut għandu jkun limitat kemm jista’ jkun;

56.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li IA affidabbli, etika u ċċentrata fuq il-bniedem tista’ tinkiseb biss jekk jiġi żgurat intervent adegwat mill-bniedem f’applikazzjonijiet tal-IA ta’ riskju għoli;

57.

jinsisti li l-leġislazzjoni futura u l-monitoraġġ tal-konformità għandhom japplikaw għaċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-applikazzjoni tal-IA;

58.

jaqbel mal-Kummissjoni li s-sorveljanza mill-bniedem tgħin tiżgura li tinżamm l-awtonomija tal-bniedem, madankollu, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tivvaluta r-riskji etiċi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ preġudizzji fl-użu tal-IA, u tipproponi soluzzjonijiet ċari;

59.

jitlob li r-regolamentazzjoni tal-IA tikkunsidra l-impatt ambjentali fuq terminu qasir u fit-tul tal-użu ta’ dawn it-teknoloġiji matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u tul il-katina tal-provvista kollha;

60.

ħa nota tal-abbozz ta’ rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew (11). Huwa jinnota b’mod partikolari l-kunsiderazzjoni li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi awtorità superviżorja nazzjonali responsabbli għall-iżgurar, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità u li tippermetti diskussjonijiet u skambji ta’ fehmiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati u s-soċjetà ċivili;

61.

jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni li għandha ssir valutazzjoni oġġettiva u preliminari tal-konformità sabiex jiġi vverifikat u żgurat li r-rekwiżiti obbligatorji applikabbli għall-applikazzjonijiet ta’ riskju għoli jiġu rispettati;

62.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-użu ta’ sistemi tal-IA għall-identifikazzjoni bijometrika mill-bogħod għandu implikazzjonijiet fuq id-drittijiet fundamentali li jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli skont l-għan, il-kuntest u l-kamp ta’ applikazzjoni;

63.

jappella biex jitfassal qafas ta’ kwalità vinkolanti u li jinftiehem b’mod ċar biex jiġu indirizzati applikazzjonijiet radikali bħal dawn tal-IA. Dan il-qafas għandu jiffoka l-aktar fuq l-istandards u l-prattiki li jimpedixxu d-diskriminazzjoni u l-istigmatizzazzjoni illegali ta’ ċerti individwi u gruppi tal-popolazzjoni. Il-KtR jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi dibattitu wiesa’ dwar dan is-suġġett;

64.

huwa tal-fehma li, flimkien mal-leġislazzjoni, l-etika għandha rwol importanti fit-tfassil tal-IA (“etika ppjanata”). Jeħtieġ li nkunu konxji li l-etika mhijiex marbuta ma’ għodda teknika speċifika (eż. l-IA), iżda hija parti mill-kuntest soċjali u regolatorju li fih tapplika l-għodda teknika;

65.

iqis li kwalunkwe politika futura għall-ekosistema ta’ fiduċja ser tibbenefika minn approċċ li jmur lil hinn mis-sempliċi tfassil ta’ leġislazzjoni relatata mal-IA ta’ riskju għoli. Il-politika futura teħtieġ approċċ soċjotekniku kontinwu u sistematiku, li jħares lejn it-teknoloġija minn kull perspettiva u minn lentijiet differenti. Dan jeħtieġ approċċ multidixxiplinari għat-tfassil ta’ politiki u r-regolamentazzjoni, fejn il-politiċi, l-akkademiċi minn dixxiplini differenti, l-imsieħba soċjali, in-negozji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkooperaw u jimmonitorjaw l-iżviluppi tas-sitwazzjoni kontinwament u jikkomunikaw ir-riżultati bl-istess trasparenza;

L-iżvilupp tal-għarfien

66.

jindika li sabiex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn soċjetà fejn l-IA taqdi rwol importanti, jeħtieġ li l-proposti li jmiss dwar l-Aġenda aġġornata għall-Ħiliet u dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali jiġu estiżi għall-kurrikulu kollu tal-edukazzjoni primarja, l-edukazzjoni sekondarja, l-edukazzjoni vokazzjonali sekondarja, l-edukazzjoni vokazzjonali superjuri u l-università u t-tagħlim tul il-ħajja. Il-kurrikuli tal-edukazzjoni diġitali għandhom jippromovu ċittadinanza attiva, isaħħu l-ħsieb kritiku u jagħtu s-setgħa lin-nies minn stadju bikri biex jirnexxu fl-interazzjoni dejjem akbar mal-IA;

67.

jappella sabiex il-miżuri edukattivi u ta’ taħriġ jiffukaw ukoll fuq it-tisħiħ tal-ħiliet diġitali taċ-ċittadini u tal-professjonisti, kemm fis-sistema edukattiva kif ukoll fit-taħriġ vokazzjonali kontinwu. Bir-rivoluzzjoni diġitali, l-għadd ta’ persuni impjegati fi professjonijiet relatati mal-qasam diġitali huwa mistenni li jiżdied b’mod sinifikanti. Fl-istess waqt, it-tagħlim teknoloġiku tul il-ħajja fil-qasam tal-IA huwa essenzjali mhux biss għall-professjonijiet tekniċi li ġejjin mill-istudji STE(A)M, iżda wkoll għall-ħaddiema kollha (inklużi l-impjegati tal-amministrazzjonijiet pubbliċi) li ser ikollhom bżonn għarfien fl-IA f’ħafna oqsma oħra ta’ attività. Għalhekk jenħtieġ li t-taħriġ ikun immirat mhux biss fuq il-ħtiġijiet attwali tas-suq tax-xogħol fil-qasam tal-IA, iżda wkoll fuq il-litteriżmu teknoloġiku tal-ħaddiema kollha, li jippermetti l-adattament għal approċċ fit-tul lejn il-ħtiġijiet ta’ taħriġ fil-qasam tal-IA;

68.

jenfasizza li t-taħriġ tal-politiċi u ta’ dawk li jfasslu l-politika, mhux biss dwar l-użu tal-IA, iżda wkoll dwar dispożizzjonijiet u standards etiċi huwa kruċjali u ser jikkontribwixxi għal proċess demokratiku ta’ kwalità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-KtR jirrakkomanda taħriġ li jikkonsisti f’aġġornament relattivament ta’ kwalità għolja u għandu żewġ għanijiet: (1) li wieħed ikun kapaċi jikkomunika mas-suq bħala msieħeb ugwali ta’ diskussjoni u (2) li jkun jista’ jiġi kkontrollat l-impatt tal-IA fuq is-soċjetà u l-proċess demokratiku;

69.

jenfasizza li sabiex jiġi żgurat li l-IA tirrifletti l-valuri u d-drittijiet fundamentali u li jiġi evitat programmar diskriminatorju abbażi tal-ġeneru, huwa kruċjali li jiġi ddiversifikat is-settur tat-teknoloġija u li l-istudenti, speċjalment il-bniet, jiġu mħeġġa jirreġistraw għal korsijiet STE(A)M;

Governanza f’diversi livelli u sħubija pubblika-privata

70.

jaqbel mal-ħtieġa li jiġi adottat approċċ Ewropew komuni għall-IA biex tinkiseb skala suffiċjenti u tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq uniku;

71.

jenfasizza, madankollu, li approċċ Ewropew għal governanza għandu jkun ibbażat fuq soċjetà miftuħa, inklużiva u “deċentralizzata”, fejn kulħadd ikollu l-opportunità li jipparteċipa, ikun kreattiv u jkun intraprenditorjali;

72.

jargumenta li l-kwistjoni ewlenija hawnhekk hija kif il-politiċi, iċ-ċittadini u l-SMEs jistgħu jkunu involuti b’mod effettiv fl-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tal-IA u tal-etika u tar-regolamentazzjoni, kif ukoll kif il-fehim tad-dħul mistenni mill-ekosistemi jista’ jinfluwenza l-kalibrazzjoni (mill-ġdid) tal-politiki u tar-regolamentazzjoni;

73.

jenfasizza r-rwol importanti li n-networks deċentralizzati taċ-ċittadini u tal-ekonomiji lokali għandhom biex jinvolvu lill-politiċi, liċ-ċittadini u lin-negozji fl-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet, ta’ regoli etiċi u ta’ regolamenti tal-IA. Tabilħaqq, is-saħħa tal-komunitajiet u tan-networks lokali tinsab f’kooperazzjoni lokali u reġjonali miftuħa, interkonnessa u speċifika li trawwem l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ ekonomiji ġodda;

74.

jemmen li l-qafas ta’ politika Ewropew futur għandu jikkoordina l-isforzi fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, jippromovi l-kondiviżjoni tal-għarfien u jiżgura l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Dan jirrikjedi governanza f’diversi livelli li tgħaqqad in-networks lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  COM(2020)67.

(2)  COM(2020)66.

(3)  SEDEC VI/046 (ĠU C 168, 16.5.2019, p. 11).

(4)  COM(2016)381.

(5)  Rakkomandazzjoni (UE) 2020/518.

(6)  Il-Kapitolu 2 tal-White Paper dwar l-IA.

(7)  Kapitolu 4, punt F.

(8)  https://ec.europa.eu/newsroom/dae/document.cfm?doc_id=56341

(9)  Wieringa, M., What to account for when accounting for algorithms, Università ta’ Utrecht, 20 ta’ Jannar 2020.

(10)  Il-Ftehim Qafas Awtonomu dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Imsieħba Soċjali Ewropej (https://www.etuc.org/system/files/document/file2020-06/Final%2022%2006%2020_Agreement%20on%20Digitalisation%202020.pdf)

(11)  Abbozz ta’ rapport tal-21 ta’ April 2020 b’rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati [2020/2012(INL)], rapporteur: Ibán García del Blanco.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/87


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali u l-impatt tagħha fuq il-politiki reġjonali bbażati fuq il-post

(2020/C 440/15)

Relatur:

Mikel IRUJO AMEZAGA (ES/AE), Direttur Ġenerali responsabbli għall-Azzjoni Esterna tal-Gvern ta’ Navarra

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

L-importanza li jkun hemm indikaturi affidabbli fil-politika ta’ innovazzjoni

1.

iqis li r-reġjuni għandhom jadattaw il-politiki tagħhom għal kull post, peress li ma hemm ebda qafas ta’ politika ta’ innovazzjoni reġjonali li huwa universali. Kull reġjun huwa kkaratterizzat minn kapaċitajiet istituzzjonali differenti f’kuntesti politiċi, ekonomiċi u soċjali differenti, li jippermetti, jew jillimita, it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki;

2.

jindika li skont l-Artikolu 181 tat-TFUE, il-Kummissjoni tista’ “tippromwovi dik il-koordinazzjoni […] [ta’] inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw l-iskambju tal-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perijodiċi”;

3.

ifakkar li t-tabella ta’ valutazzjoni tal-innovazzjoni reġjonali (minn hawn ’il quddiem bl-akronimu tagħha bl-Ingliż, RIS – Regional Innovation Scoreboard) tipprovdi tqassim aktar dettaljat tal-gruppi ta’ prestazzjoni b’data kuntestwali li tista’ tintuża biex jiġu analizzati u mqabbla d-differenzi ekonomiċi, kummerċjali u soċjodemografiċi strutturali bejn ir-reġjuni;

4.

jindika li r-RIS tipprovdi valutazzjoni taż-żoni fejn ir-reġjuni jaħdmu tajjeb u dawk li għandhom bżonn jiffukaw l-isforzi tagħhom biex iżidu l-prestazzjoni tal-innovazzjoni. Id-data għandha tgħin lir-reġjuni jivvalutaw il-punti b’saħħithom u d-dgħjufijiet relatati mas-sistemi reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni;

5.

jenfasizza li r-RIS tal-2019 tissottolinja konverġenza qawwija tar-riżultati reġjonali, peress li d-differenzi bejn ir-reġjuni qegħdin jonqsu gradwalment u jfakkar l-importanza tagħhom fl-iżvilupp ta’ strateġiji, peress li l-iżvilupp ta’ miżuri speċifiċi għal kull post huwa bbażat, fost deċiżjonijiet oħra, fuq settijiet ta’ data;

6.

jisħaq li l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-2021-2027 u, prinċipalment, il-proposta għal Regolament qafas tal-FEŻR propost mill-Kummissjoni Ewropea, jistabbilixxi bħala wieħed mill-għanijiet politiċi tiegħu l-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti permezz tal-iżvilupp ta’ ħiliet għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, it-tranżizzjoni industrijali u l-intraprenditorija (1);

7.

jindika li l-enfasi strateġika tal-UE nbidlet lejn l-iżvilupp ta’ politiki speċifiċi żviluppati f’kull post u strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (S3) biex jappoġġjaw l-innovazzjoni reġjonali;

8.

ifakkar li l-istrateġiji intelliġenti (S3) ikkatalizzaw l-iżvilupp ta’ ekosistemi ġenwini ta’ innovazzjoni reġjonali. L-ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni jiġġeneraw impatti sinifikanti għall-ekonomija u l-kompetittività reġjonali, kif ukoll innovazzjoni eċċellenti qrib iċ-ċittadini skont il-ħtiġijiet lokali tagħhom (2);

9.

ifakkar li l-politika reġjonali tistabbilixxi l-obbligu li jitwettqu evalwazzjonijiet tal-effikaċja, l-effiċjenza u l-impatt tal-għajnuna mill-fondi tal-Qafas Strateġiku Komuni, bil-għan li tittejjeb il-kwalità fl-eżekuzzjoni u t-tfassil tal-programmi, u jiġu ddeterminati l-effetti tagħhom, b’rabta mal-għanijiet tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

10.

ifakkar li l-Grupp ta’ Ħidma tal-Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni (KŻER) irrimarka li għandu jkun hemm mekkaniżmi ta’ monitoraġġ stabbiliti mill-bidu biex jivvalutaw il-progress u jidentifikaw lakuni, impatti u suċċessi, sabiex jiggwidaw iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) u jippermettu li din tadatta għad-domanda u l-ħtiġijiet li dejjem jinbidlu, li għandhom jinkludu mekkaniżmi adegwati ta’ monitoraġġ u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jistgħu jitkejlu (3). Huwa propost li l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ jiġi estiż fil-livell lokali u reġjonali wkoll, sabiex tinġabar informazzjoni realistika dwar il-livell innovattiv ta’ ċerti reġjuni, kif ukoll dwar il-possibilitajiet u l-isfidi f’din iż-żona;

11.

ifakkar li kemm ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Innovaturi (ir-rapport FAST tal-2018 (4)), ta’ natura indipendenti, kif ukoll ir-rapport “LAB – FAB – APP – Investing in the European future we want” (5) iwissu li fl-istadju tat-tfassil tal-programm tar-riċerka u l-investiment tal-UE wara l-2020, ser tkun meħtieġa sistema komprensiva u ċentralizzata ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-programm, kif ukoll li tiġi mħeġġa kollaborazzjoni qawwija u skambju ta’ informazzjoni mal-aġenziji ta’ innovazzjoni nazzjonali u reġjonali;

12.

ifakkar li r-rapport “Mission-oriented research & innovation in the European Union” (6) jindika li għall-kejl u l-impatt skont l-għanijiet u l-istadji ser ikun meħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi u oqfsa ta’ monitoraġġ adattati sabiex ikejlu l-progress, li għandhom ikunu dinamiċi, filwaqt li jirrikonoxxi li l-analiżi statika tal-kost-benefiċċju u l-kalkoli tal-valur nett preżenti x’aktarx iwaqqfu kwalunkwe missjoni awdaċi mill-bidu;

13.

jissuġġerixxi li hija meħtieġa ħidma ta’ tħejjija ta’ esperti għal inizjattiva ta’ politika ġdida dwar kunċett iktar wiesa’ ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti li jindika ftehim fil-livell tal-UE dwar il-prinċipji gwida, pereżempju, fil-forma ta’ Karta għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti 2.0 li tkun supplimentari għall-għodod eżistenti użati għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-iżvilupp ekonomiku lokali u reġjonali;

14.

ifakkar fl-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Orizzont Ewropa: id-disa’ Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (7) fejn “jitlob bil-qawwa l-parteċipazzjoni sħiħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-eżerċizzju tal-ippjanar strateġiku li se jiggwida l-implimentazzjoni tal-programm Orizzont Ewropa, u l-ikkunsidrar tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti f’dan il-kuntest”;

Aspetti metodoloġiċi tat-tabella ta’ valutazzjoni tal-innovazzjoni reġjonali (RIS)

15.

jinnota li r-Rapport tal-2018 dwar il-Prestazzjoni tal-UE fix-Xjenza, fir-Riċerka u fl-Innovazzjoni jenfasizza l-importanza li jiġu kkombinati diversi tipi ta’ assi suxxettibbli għall-innovazzjoni biex jiġu stimulati l-ħolqien u l-użu ta’ innovazzjonijiet, li jvarjaw mir-riċerka u l-iżvilupp għall-investiment fl-ICT, l-iżvilupp tal-ħiliet jew il-bidliet għall-ħiliet maniġerjali u organizzattivi. F’dan ir-rigward, għandhom jitqiesu aktar l-oqfsa tal-innovazzjoni, l-investimenti, l-attivitajiet u l-impatti li mhumiex ibbażati fuq ir-riċerka u l-iżvilupp jew fuq it-teknoloġija. Approċċ ta’ “silo” li jiffoka biss fuq pereżempju, il-prestazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp jew l-ICT f’iżolament, jista’ ma jipprovdix bażi tajba sabiex tinftiehem il-kumplessità tal-proċess ta’ innovazzjoni (8);

16.

jissuġġerixxi li titwettaq analiżi eżawrjenti biex jiġi analizzat jekk l-indikaturi attwali tar-RIS humiex adegwati biex titkejjel l-innovazzjoni jew, jekk ikun ikun il-każ, ikunx meħtieġ li jiġu inkorporati indikaturi ġodda filwaqt li jiġu mwarrba oħrajn. Apparti li hija meħtieġa, l-integrazzjoni ta’ indikaturi ġodda adattati għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u li jippermettu li jiġi analizzat il-progress tar-RIS3 tista’ tkun riżorsa utli ħafna biex tingħata spinta lill-kooperazzjoni interreġjonali. L-għażla tal-indikaturi għandha tkun, jekk possibbli, sostanzjata sew teoretikament;

17.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu introdotti indikaturi effettivi għall-kejl u l-valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneru fuq l-innovazzjoni reġjonali f’konformità mal-appell tal-Kumitat tar-Reġjuni stess biex jintużaw indikaturi diżaggregati skont il-ġeneru fil-politiki pubbliċi kollha tal-UE. Għal dan il-għan, l-indikaturi proposti jeħtieġ li jsiru parti mill-operazzjonijiet statistiċi standard u ta’ natura ġenerali, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew, u b’mod koordinat sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti l-politiki adatti, filwaqt li jkunu jistgħu jitqabblu l-valuri reġjonali biex tiġi promossa l-konverġenza fl-UE

18.

jenfasizza l-importanza kruċjali tad-diġitalizzazzjoni fl-innovazzjoni u b’mod speċjali t-tħaffif tal-irkupru ekonomiku wara l-COVID-19 lejn tkabbir sostenibbli. Dan jeħtieġ li jkollu rwol ewlieni fl-iżvilupp ulterjuri tal-indikaturi tar-RIS;

19.

jindika li fil-każ li ma jkunx hemm data disponibbli f’xi reġjuni, għandu jitfassal, sa fejn ikun possibbli, strument għall-ġbir tal-informazzjoni permezz ta’ stħarriġ jew permezz ta’ rekords amministrattivi, jew inkella li jiġbor l-informazzjoni direttament mill-aġenziji tal-istatistika jew ammnistrattivi reġjonali jekk dawn ikunu jeżistu. Din il-ħtieġa tista’ tkun opportunità għall-integrazzjoni ta’ indikaturi ġodda relatati mal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-prijoritajiet Ewropej (il-Patt Ekoloġiku, id-Diġitalizzazzjoni, it-Tranżizzjoni Industrijali …) li jeħtieġu definizzjoni u reġistru speċifiċi;

20.

jirrakkomanda li tiġi evitata l-għażla ta’ indikaturi korrelati mill-qrib li, impliċitament, qed ikejlu l-istess. Il-konverġenza massima bejn l-indikaturi kemm skont l-Istat Membru kif ukoll skont ir-reġjun hija wkoll rakkomandata ħafna;

21.

jirrakkomanda, meta jkun possibbli, li jiġu pprovduti miżuri ta’ varjabbiltà tal-indikaturi u tal-indiċi finali. Pereżempju, il-koeffiċjent ta’ varjazzjoni għall-indikaturi kollha jkun miżura tajba biex tiġi evalwata l-preċiżjoni tal-indikaturi fir-reġjuni differenti. Miżura tat-tip ta’ intervall ta’ fiduċja għall-indiċi finali tippermetti wkoll li jiġi evalwat jekk il-bidliet prodotti humiex reali jew le;

22.

jirrakkomanda li jiġi analizzat jekk il-ponderazzjoni tal-indikaturi differenti fl-iżvilupp tal-indiċi finali għandhiex tkun l-istess jew le. Hemm diversi proċeduri ta’ għażla għal din il-ponderazzjoni (proċeduri statistiċi jew mhux statistiċi) li jistgħu jiġu kkunsidrati. Peress li l-għażla tal-ponderazzjonijiet għandha impatt qawwi ħafna fuq l-indiċi u fuq il-klassifika finali, huwa importanti li jkollha bażi tajba u tkun trasparenti ħafna. It-twettiq ta’ analiżi tas-sensittività u inċertezza biex jiġu evalwati diversi proposti ta’ ponderazzjoni jkun utli;

23.

jirrakkomanda li jiġu analizzati l-kawżi tan-nuqqas ta’ data reġjonali biex jiġu evitati preġudizzji. Jekk it-telf ta’ data ma jkunx kompletament każwali, jinħolqu preġudizzji fl-istimi. Huwa rrakkomandat li jiġu mfassla proċeduri ta’ ġbir ta’ data li jevitaw dawn is-sitwazzjonijiet u li, għalhekk, jibbilanċjaw kemm jista’ jkun il-perċentwali ta’ data disponibbli fir-reġjuni analizzati;

24.

filwaqt li jqis l-eteroġeneità tar-realtà reġjonali fl-Istati Membri differenti, jirrakkomanda analiżi komprensiva għar-RIS 2021 tat-“teknika tar-reġjonalizzazzjoni tal-istħarriġ tal-komunità dwar l-innovazzjoni”, skont liema huwa preżunt li l-intensitajiet tal-industrija fil-livell ta’ kull pajjiż jinżammu wkoll fil-livell reġjonali; b’mod partikolari, jirrakkomanda li jiġi evitat l-użu ta’ fattur ta’ korrezzjoni fil-kalkolu tal-indikatur kompost finali tar-RIS, li jassumi prestazzjoni omoġenja bejn ir-reġjuni differenti tal-istess pajjiż u, għalhekk, jippreġudika lir-reġjuni l-aktar innovattivi f’pajjiżi b’livell moderat ta’ innovazzjoni;

25.

jirrakkomanda li tiġi pprovduta aċċessibbiltà u trasparenza akbar għas-sorsi użati. Il-fajls tad-data użati għall-kalkolu tal-indikaturi kollha (u għalhekk l-indiċi finali), kif ukoll il-kodiċi jew l-għodda għall-kalkolu tagħhom, għandhom ikunu disponibbli sabiex ir-riċerkaturi jkunu jistgħu jirriproduċu r-riżultati miksuba u mbagħad jikkontribwixxu għat-titjib tar-RIS bil-kontribuzzjonijiet tagħhom. Huwa importanti li wieħed ikun jaf minn liema stħarriġ speċifiku tinkiseb id-data tal-istħarriġ reġjonali dwar l-innovazzjoni jew jekk ikunx stħarriġ maħsub speċifikament biex jitfassal ir-RIS, sabiex tinkiseb trasparenza akbar. Barra minn hekk, meta tintuża’ “statistika reġjonali” is-sorsi għandhom ikunu indikati;

26.

jirrakkomanda li, minbarra s-sorsi tad-data kkonsolidati tal-RIS, jiġu ttestjati sorsi ġodda ta’ data mhux tradizzjonali biex jitkejlu l-innovazzjonijiet reġjonali, u li l-użu tagħhom jiġi evalwat. Pereżempju, l-OECD diġà użat settijiet ta’ data ġġenerati minn approċċi ta’ intelliġenza artifiċjali minn siti web tan-negozji biex twettaq studji;

27.

huwa rrakkomandat li r-RIS tippubblika d-data kollha mhux analizzata u mhux proċessata, jiġifieri, mingħajr standardizzazzjoni għal EU = 100, mingħajr tibdil tal-unitajiet u mingħajr eliminazzjoni tal-preġudizzju, flimkien mal-indiċijiet komposti;

Impatt fuq l-iżvilupp ta’ politiki ta’ innovazzjoni reġjonali

28.

jipproponi sforzi kollaborattivi mad-DĠ JRC, mad-DĠ RTD u mad-DĠ EAC biex jiżdied l-użu tar-RIS f’punti ta’ riferiment u ta’ tagħlim komparattiv dwar l-innovazzjoni reġjonali, speċjalment billi jiġu enfasizzati l-aspetti umani u kreattivi tal-innovazzjoni kif ukoll id-dimensjoni soċjali tagħha;

29.

jindika li r-RIS hija strument essenzjali biex jitqabbel l-iżvilupp tar-riżultati fit-twettiq tal-politiki ta’ innovazzjoni reġjonali, minkejja li ma jkunux indikati r-raġunijiet għall-bidliet li qed iseħħu fihom;

30.

jenfasizza r-rwol taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka fl-użu ta’ kampijiet ta’ innovazzjoni u ta’ metodi avvanzati oħra fl-użu integrat tar-RIS u strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti biex jiżdiedu s-sħubijiet Ewropej sabiex jinkiseb aktar impatt lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Patt Ekoloġiku u tal-SDGs tan-NU;

31.

issir enfasi speċjali fuq l-impatt politiku tar-RIS, kif ukoll l-influwenza tagħha fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell reġjonali u l-potenzjal tagħha biex tottimizza ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni u speċjalizzazzjoni intelliġenti;

32.

jirrakkomanda li jiġu stabbiliti sinerġiji ċari u li jinftiehmu bejn ir-RIS u strumenti oħra użati mill-UE, bħar-Radar tal-Innovazzjoni, il-Monitor għall-Innovazzjoni Reġjonali Plus, l-Indiċi Ewropew tal-Kompetittività Reġjonali, l-Osservatorju Ewropew għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – il-mekkaniżmu ta’ appoġġ għall-politiki ta’ Orizzont 2020, l-Innobarometru, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Investiment Industrijali tal-UE fir-Riċerka u l-Iżvilupp, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tat-Trasforazzjoni Diġitali, l-Osservatorju għall-Innovazzjoni fin-Negozju, l-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI), it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni fis-Settur Pubbliku Ewropew kif ukoll il-komplementarjetà mal-istħarriġ komunitarju dwar l-innovazzjoni jew l-indikatur tar-riżultati tal-innovazzjoni (IOI);

33.

jirrakkomanda sinerġija akbar bejn ir-RIS u l-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka;

34.

huwa konxju li r-RIS ma tindirizzax l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, iżda tipprovdi evalwazzjoni ġenerali tal-progress maż-żmien u tipprovdi indikatur tal-punti b’saħħithom u d-dgħjufijiet tas-sistemi ta’ innovazzjoni reġjonali. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, iqis li l-Kummissjoni Ewropea, bl-appoġġ tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, għandha takkumpanja r-RIS b’rakkomandazzjonijiet dwar l-għodod tal-UE li jistgħu jikkontribwixxu biex itejbu l-indikaturi. Ir-RIS tista’ tipprovdi appoġġ billi tistabbilixxi prijoritajiet ta’ politika jew billi timmira l-fondi strutturali għar-riċerka u l-innovazzjoni allokati lil dawn ir-reġjuni minħabba l-kopertura ġeografika u settorjali usa’ tagħhom, meta r-reġjuni jiddeċiedu dan b’mod volontarju;

35.

jirrakkomanda li jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-indikaturi tar-RIS, minn naħa waħda, u l-politiki u l-istrateġiji relatati tal-UE u l-kisbiet fl-implimentazzjoni tagħhom, min-naħa l-oħra, sabiex ir-RIS isir għodda biex jiġi appoġġjat it-titjib tal-ekosistemi tal-innovazzjoni, minflok għodda ta’ monitoraġġ esklużiva, f’sinerġija ma’ inizjattivi oħra bħal pereżempju l-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki ta’ Orizzont. Huwa rakkomandat li l-indikaturi użati fid-diversi fondi strutturali, speċjalment il-FEŻR, ikunu simili u/jew jikkomplementaw dawk użati fir-RIS. Is-separazzjoni attwali tal-indikaturi xi drabi tagħmilha diffiċli li jiġi vvalutat l-impatt tal-isforzi pubbliċi fir-rigward tal-innovazzjoni;

36.

jirrakkomanda li l-edizzjoni tal-2021 tar-RIS tkun allinjata aħjar mal-prijoritajiet il-ġodda tal-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020. B’mod speċifiku, huwa rrakkomandat li, f’kooperazzjoni mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, titfassal tabella ta’ sinerġiji bejn ir-RIS u l-prijoritajiet taż-Żona Komuni tar-Riċerka (9), il-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea, bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew u d-diġitizzazzjoni, l-istrateġija miftuħa tal-Kummissjoni għar-riċerka u x-xjenza, il-pjan strateġiku futur għal Orizzont Ewropa, kif ukoll l-iżvilupp tal-għanijiet politiċi tal-politika reġjonali u l-konnessjoni tagħhom mal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti;

37.

iqis li huwa importanti li jiġu rduppjati l-isforzi biex tiġi investigata r-relazzjoni bejn il-finanzjament taħt il-fondi strutturali u l-potenzjal għall-innovazzjoni fir-reġjuni Ewropej, sabiex għalhekk ikun indirizzat id-distakk fl-innovazzjoni;

38.

jindika serje ta’ rakkomandazzjonijiet aktar speċifiċi:

jemmen li l-aspett tal-effiċjenza u l-effikaċja għandu jiġi kkunsidrat. Pereżempju, reġjun li jinvesti ammonti kbar ta’ riżorsi biex itejjeb is-sistema ta’ innovazzjoni tiegħu jista’ jiġi identifikat bħala ineffiċjenti (f’termini tal-użu tar-riżorsi). Jindika li jista’ jkun il-każ li r-reġjuni b’inqas riżorsi ddedikati għall-innovazzjoni jistgħu jiksbu livelli tajbin ħafna ta’ effiċjenza kbira;

jindika li r-RIS tenfasizza li huwa aktar probabbli li ż-żoni b’popolazzjoni densa ikunu aktar innovattivi, iżda ma jindikax liema miżuri jew strumenti tipprovdi l-UE biex tagħmel iż-żoni inqas popolati aktar innovattivi;

jindika li r-RIS lanqas ma tkejjel elementi oħra li jistgħu jkunu importanti għar-reġjuni bħall-eżodu ta’ mħuħ u l-innovazzjoni responsabbli;

jirrakkomanda li jiddaħħal kapitolu fl-edizzjoni tal-2021 tar-RIS dwar l-impatt tal-BREXIT fuq l-indikaturi tal-innovazzjoni tal-UE;

jissuġġerixxi li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-bini tar-reżiljenza reġjonali permezz tal-innovazzjoni fir-RIS tal-2021, fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19. Bl-istess mod, ikun utli li tiġi vvalutata l-vulnerabbiltà ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti reġjonali fi żminijiet ta’ kriżi;

jirrakkomanda li r-RIS tqis l-eteroġeneità tar-reġjuni Ewropej, il-marġni ta’ diskrezzjoni tad-data, u li tħeġġeġ lill-uffiċċji reġjonali (u nazzjonali) tal-istatistika jadottaw sett uniformi ta’ kriterji (u indikaturi) fil-livell Ewropew;

39.

jirrakkomanda li s-sistemi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti jintużaw biex janalizzaw l-utilità u l-impatt tal-azzjonijiet tal-politiki ta’ innovazzjoni reġjonali b’mod oġġettiv, u biex jiggwidaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet fi żmien qasir;

40.

ifakkar li l-Kummissjoni Ewropea diġà tapplika l-“prinċipju ta’ innovazzjoni” meta tħejji l-inizjattivi leġislattivi ewlenin u li jirrakkomanda lill-Istati Membri jimplimentaw sistemi simili li għandhom jiffaċilitaw l-ittestjar, it-tagħlim u l-adattament, u l-politiki pubbliċi għandhom jagħmlu użu aħjar tad-data eżistenti u t-tekniki ta’ analiżi eżistenti kollha (10);

41.

jirrakkomanda involviment akbar tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fil-ħidma preparatorja għall-edizzjoni tal-2021 tar-RIS, kif ukoll it-tqassim tagħha fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz ta’ inizjattivi kontinwi bħalma huma l-Pjattaforma għall-Iskambju tal-Għarfien u Ix-Xjenza tiltaqa’ mar-Reġjun, fost inizjattivi oħra.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52018PC0372&from=MT (Artikolu 2).

(2)  Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Insaħħu l-innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli (ĠU C 361, 5.10.2018, p. 15).

(3)  Ara l-Opinjoni tal-KŻER Opinion on the future of the ERA (Opinjoni dwar il-futur taż-Żona Ewropea tar-Riċerka – ŻER), Brussell, it-23 ta’ Jannar 2020, ERAC 1201/20.

(4)  https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/0deba00f-15f0-11e8-9253-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-91324356

(5)  https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/ffbe0115-6cfc-11e7-b2f2-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-search

(6)  https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/5b2811d1-16be-11e8-9253-01aa75ed71a1/language-en

(7)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52018AR3891&qid=1584514102293

(8)  Science, research and innovation performance of the EU, 2018, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/16907d0f-1d05-11e8-ac73-01aa75ed71a1/language-en

(9)  https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC114345/jrc114345_adjusted_research_excellence_2018.pdf

(10)  Aġenda Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni imġedda – l-opportunità tal-Ewropa li ssawwar il-ġejjieni tagħha, COM(2018) 306 final


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/92


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020–2025

(2020/C 440/16)

Relatur:

Concepción ANDREU RODRÍGUEZ (ES/PSE), President tal-Gvern Reġjonali ta’ La Rioja

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025

COM(2020) 152 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza li d-dritt għal trattament ugwali u opportunitajiet indaqs bejn il-ġeneri, kif iddikjarat fl-Artikolu 8 tat-TFUE u fil-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali, għandu jkun iggarantit u promoss fl-oqsma kollha;

2.

jilqa’ l-Komunikazzjoni “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025” u l-viżjoni, l-għanijiet politiċi u l-azzjonijiet li jinsabu fiha, billi jikkunsidraha bħala bażi ferm siewja biex jinkiseb progress konkret fil-qasam tal-ugwaljanza fl-Unjoni Ewropea;

3.

jilqa’ l-fatt li ġiet ippubblikata f’mument opportun, li jikkoinċidi mal-ħamsa u għoxrin anniversarju mill-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing, l-ewwel pjan ta’ azzjoni universali biex jinkiseb progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li r-rakkomandazzjonijiet tagħha għadhom fis-seħħ bħalissa, u għall-kontribut tagħha lejn il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, peress li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija element essenzjali tad-dimensjonijiet kollha ta’ żvilupp inklużiv u sostenibbli;

4.

jenfasizza l-importanza tal-governanza konġunta li fiha jipparteċipaw l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri bħala atturi fundamentali, iżda jinsisti dwar l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u t-tielet settur jiġu inklużi u jingħataw viżibbiltà, peress li huma atturi ewlenin fil-ġestjoni tal-politiki li jaffettwaw liċ-ċittadini direttament. Min-naħa tagħha, l-Istrateġija tenfasizza l-importanza tal-valur tal-ħidma konġunta ta’ atturi pubbliċi u privati tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qafas ta’ governanza;

5.

jitlob li l-gvernijiet lokali u reġjonali jiġu rikonoxxuti bħala msieħba strateġiċi fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġija, minħabba l-kompetenzi tagħhom u x-xogħol li jagħmlu biex iwettqu dawn il-kompetenzi. Ir-riżorsi meħtieġa għandhom jiġu żgurati sabiex tiġi implimentata l-Istrateġija;

6.

jenfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mal-organizzazzjonijiet tan-nisa u mal-ġenerazzjonijiet iktar żagħżugħa, peress li jaqdu rwol importanti fil-ġestjoni tal-politiki dwar l-ugwaljanza;

7.

għal dawn ir-raġunijiet kollha, u sabiex jinstab approċċ li jqis il-perspettiva tal-ġeneru fil-politiki, il-programmi u l-proġetti, jistieden lill-Kummissjoni toħloq grupp ta’ ħidma interistituzzjonali li jiggarantixxi din il-governanza f’diversi livelli sabiex tiġi kkunsidrata b’mod effettiv il-ħidma meħtieġa biex tinkiseb ugwaljanza ġenwina bejn il-ġeneri;

8.

jappella għal laqgħat formali tal-Ministri għall-ugwaljanza u l-Ministri fil-Kunsill tal-UE, u li l-isem tal-Kunsill EPSCO jinkludi t-terminu “ugwaljanza” kif rifless fis-seba’ proposta tad-Dikjarazzjoni tat-Triju ta’ Presidenzi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri ffirmata mill-Ġermanja, il-Portugall u s-Slovenja;

9.

jinsisti fuq l-importanza li tiġi implimentata perspettiva intersezzjonali meħtieġa sabiex ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija l-individwi vulnerabbli u li jistgħu jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla abbażi ta’ diżabilità, età, oriġini etnika, orjentazzjoni sesswali, reliġjon, twemmin jew identità tal-ġeneru, filwaqt li jagħmel aċċenn speċjali għal gruppi vulnerabbli bħall-migranti nisa u l-persuni LGBTI, fost l-oħrajn. Għal din ir-raġuni, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa aktar dan l-approċċ intersezzjonali u tħejji linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tagħhom fl-ippjanar, il-ġestjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi;

10.

jenfasizza l-ħtieġa li jingħaqdu azzjonijiet intersezzjonali ma’ azzjonijiet pożittivi f’oqsma settorjali minħabba li dawn huwa l-uniku mod kif jista’ jittieħed approċċ komprensiv u effettiv li jqis il-perspettiva tal-ġeneru fil-ġestjoni tal-politiki pubbliċi. Għal dan il-għan, jinsisti fuq l-importanza ewlenija ta’ persunal ikkwalifikat u/jew espert fir-rigward tal-ġeneru u tal-promozzjoni ta’ taħriġ speċifiku u kontinwu dwar il-ġeneru fl-oqsma kollha li fihom jittieħdu deċiżjonijiet jew jiġu amministrati politiki pubbliċi;

11.

jaqbel dwar l-importanza li jinkisbu strateġiji inklużivi u diversi kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat li jqisu b’mod aktar sħiħ is-sitwazzjonijiet tal-ħajja u l-isfidi kumplessi li jiffaċċjaw in-nisa fid-diversità kollha tagħhom. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat livell ogħla ta’ tmexxija u parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċessi kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

12.

ifakkar li l-Istrateġija ġiet imfassla u ppubblikata qabel ma faqqgħet il-kriżi tas-saħħa pubblika tal-COVID-19, li l-irkupru minnha se jimmarka l-futur tal-politiki tal-Unjoni. Iħeġġeġ, għalhekk, li l-ugwaljanza tinżamm prijorità u li l-perspettiva tal-ġeneru tiġi integrata kemm fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-miżuri ta’ rispons għall-pandemija, kif ukoll fl-inizjattivi li se jittieħdu għall-irkupru ekonomiku u soċjali. Jenfasizza r-rivalutazzjoni, minħabba l-kriżi, tal-qasam soċjali u tas-saħħa bħala settur strateġiku u ta’ rilevanza sistemika tas-soċjetajiet tagħna, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu enfasizzati l-iżbilanċi sostanzjali bejn il-ġeneri u l-età li jeżistu f’dan is-settur. U jindika li l-kriżi tal-COVID-19 ma għamlet xejn aktar ħlief li aggravat saħansitra aktar l-inugwaljanzi li diġà kienu jeżistu bejn il-ġeneri, u jitlob irkupru ugwali u inklużiv;

Ħielsa mill-vjolenza u mill-isterjotipi

13.

jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi li t-tmiem tal-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru huwa waħda mill-akbar sfidi għas-soċjetajiet tagħna u jħeġġeġ ir-ratifika tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul mill-Istati Membri kollha tal-UE bħala impenn fundamentali għall-ġlieda, il-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni kontra l-vjolenza fuq in-nisa;

14.

iħeġġeġ, flimkien mal-Kummissjoni, lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni Nru 190 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza u l-fastidju fid-dinja tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol;

15.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkorpora l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fost ir-reati Ewropej tal-Artikolu 83 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u biex tinvestiga fil-fond il-problema tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-Istrateġija dwar id-drittijiet tal-vittmi li se tippreżenta fl-2020, filwaqt li tqis lin-nisa f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Għal dan il-għan, jipproponi l-approvazzjoni ta’ protokolli ta’ kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-livell ġudizzjarju fl-Unjoni;

16.

jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri leġiżlattivi, immirati lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfajliet u l-bniet, li huma koerenti u komplementari għal-leġiżlazzjoni tal-UE u internazzjonali u li jindirizzaw kull forma ta’ vjolenza, inkluża l-vjolenza online, li għandha r-riskju li ssir normalizzata fost iżgħażagħ, u l-vjolenza marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ unur;

17.

jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-ħtieġa li tinħareġ Rakkomandazzjoni dwar il-prevenzjoni ta’ prattiki ta’ ħsara, bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili jew iż-żwieġ sfurzat, li tenfasizza l-ħtieġa ta’ miżuri preventivi u edukattivi effettivi għall-etajiet u s-setturi kollha tas-soċjetà, issaħħaħ is-servizzi pubbliċi u l-bini ta’ kapaċità tal-professjonisti u l-aċċess għall-ġustizzja ffukata fuq il-vittmi;

18.

jitlob li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu involuti b’mod strutturat fin-network tal-Unjoni Ewropea dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika li se titnieda fil-qafas tal-Istrateġija għall-iskambju ta’ prattiki tajbin u l-finanzjament ta’ miżuri ta’ taħriġ u bini ta’ kapaċità u ta’ servizzi ta’ appoġġ; Il-ħidma marbuta mal-prevenzjoni tal-vjolenza li tiffoka fuq l-irġiel, is-subien u l-maskulinità se tkun ta’ importanza ewlenija;

19.

jirrimarka li s-sitwazzjonijiet ta’ konfinament bħala riżultat tal-kriżi tal-COVID-19 żiedu l-każijiet magħrufa ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru’ Jinsisti, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-miżuri rilevanti biex jagħtu attenzjoni u rispons effettiv għall-każijiet ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, filwaqt li jiġu pprovduti riżorsi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali peress li huma fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija;

20.

jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar ir-rikonoxximent tal-isterjotipi abbażi tal-ġeneru bħala waħda mill-kawżi ewlenin tal-inugwaljanza bejn il-ġeneri. Jenfasizza l-ħtieġa li tkun inkluża aktar informazzjoni dwar miżuri u l-aħjar prattiki mmirati biex jeliminaw dawn l-isterjotipi f’oqsma bħal dak tal-edukazzjoni – formali u informali – tax-xogħol jew tal-komunikazzjoni u r-reklamar. Bl-istess mod, jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu analizzati f’aktar dettall l-impatti differenti li r-raġunijiet differenti għad-diskriminazzjoni għandhom fi ħdan dawn l-isterjotipi abbażi tal-ġeneru; B’mod partikolari, jenfasizza r-rwol tas-sistema edukattiva, u għalhekk tat-taħriġ dwar il-ġeneru għall-għalliema, bħala aġenti deċiżivi tal-bidla biex il-valuri wara l-patrijarkija jinbidlu f’valuri li jiggarantixxu soċjetà b’ugwaljanza effettiva bejn il-ġeneri;

21.

jenfasizza r-rwol fundamentali li għandhom in-nies kollha ta’ kull età, speċjalment iż-żgħażagħ, bħala aġenti ta’ bidla responsabbli u b’mod attiv fir-rispett tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-isferi professjonali, familjari u personali. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jassumu rwol fundamentali fil-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni, it-taħriġ u l-edukazzjoni;

22.

jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni fil-livell Ewropew meħtieġa għall-ġlieda kontra l-isterjotipi abbażi tal-ġeneru, u jenfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lis-settur taż-żgħażagħ, peress li dan huwa wieħed mis-setturi fundamentali tal-bidla;

23.

iwissi dwar il-ħtieġa li teżisti fil-qasam tas-saħħa u tad-drittijiet sesswali u riproduttivi, mhux biss li jitwettqu studji b’perspettiva tal-ġeneru, iżda wkoll rigward l-importanza tal-iskambju ta’ prattiki tajbin, l-aċċess universali għal servizzi tal-ippjanar tal-familja, is-saħħa sesswali u riproduttiva jew l-iżvilupp ta’ miżuri ta’ informazzjoni u ta’ edukazzjoni dwar is-suġġett li jkunu ħielsa minn kull ġudizzju u jkollhom approċċ pożittiv u inklużiv;

Suċċess f’ekonomija bbażata fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri

24.

jenfasizza l-ħtieġa tal-ġlieda kontra s-segregazzjoni vertikali u orizzontali li teżisti bejn in-nisa u l-irġiel, peress li l-impjiegi l-iktar prekarji u l-agħar imħallsin għandhom numri għoljin ħafna ta’ nisa, u dan jaffettwa b’mod speċjali d-differenza ċara fid-dħul tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-ħajja tax-xogħol tal-minoranzi sesswali tiżviluppa wkoll b’mod pożittiv;

25.

jistenna bil-ħerqa l-proposta li jmiss tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza tal-pagi, li għandha tikkontribwixxi sabiex tiġi skoperta u, sussegwentement, eliminata d-differenza fid-dħul tal-irġiel u n-nisa u, finalment, id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri. Minkejja l-fatt li l-istabbiliment tal-pagi huwa kompetenza nazzjonali, il-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali għandu japplika bis-sħiħ permezz ta’ miżuri li jindirizzaw il-klawżoli ta’ segretezza tal-pagi, il-verifiki annwali tal-pagi u d-dritt tal-ħaddiema li jitolbu informazzjoni dwar il-paga speċifika għall-ġeneru mingħand min iħaddimhom;

26.

jappoġġja t-talba tal-Kummissjoni li l-Istati Membri jittrasponu d-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata malajr kemm jista’ jkun sabiex l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jirnexxu fuq l-istess livell kemm personalment kif ukoll professjonalment u bil-għan li d-Direttiva tiżgura koresponsabbiltà ekwa u konġunta;

27.

jappoġġja t-talba tal-Kummissjoni li l-Istati Membri jittrasponu d-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata malajr kemm jista’ jkun sabiex l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jirnexxu fuq l-istess livell kemm personalment kif ukoll professjonalment; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tirrevedi u tiżviluppa l-objettivi ta’ Barċellona, tagħmilhom obbligatorji, u tintroduċi għanijiet ta’ kura lil hinn minn Barċellona (Barċellona+), biex jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ kura f’soċjetajiet li qed jixjieħu u jiġi rikonoxxut li s-settur tal-kura huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu ddominat min-nisa iżda li mhux imħallas b’mod li jikkorrispondi mal-valur soċjali tiegħu għas-soċjetà;

28.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra ftehim ta’ kura għall-Ewropa, simili għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ, biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ kura f’approċċ ibbażat fuq id-drittijiet, li jpoġġi l-kura fiċ-ċentru tal-attività ekonomika, u jżid l-investiment fis-saħħa u l-kura, f’konformità mal-Istrateġija tal-Ekonomija tal-Benesseri; jistieden lill-Kummissjoni u jħeġġeġ lill-Istati Membri jinkorporaw dak li ntqal mill-ħaddiema domestiċi rġiel u nisa rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-Konvenzjoni tal-ILO Nru 189;

29.

iqis li huwa rilevanti li l-Istrateġija tagħmel referenza speċjali għad-dimensjoni territorjali u, speċjalment għaż-żoni rurali u dawk depopolati minħabba l-ispeċifiċità tat-territorji tagħhom. Jenfasizza wkoll ir-rwol fundamentali li għandhom in-nisa fid-dinja rurali, bħala element determinanti għall-istrutturar territorjali, ekonomiku u soċjali tagħhom. Iqis li huwa essenzjali li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni u t-tmexxija femminili fi Gruppi ta’ Azzjoni Lokali u fin-networks ta’ żvilupp rurali. Barra minn hekk jinnota li l-kura u s-servizzi ta’ appoġġ għat-tfal u l-qraba dipendenti għandhom jiġu estiżi, speċjalment fiż-żoni rurali;

30.

jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Istrateġija tenfasizza l-ħtieġa li jitneħħew id-disparitajiet bejn il-ġeneri fil-kuntest tat-tranżizzjoni diġitali u l-innovazzjoni, filwaqt li tiġi promossa parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-programmi ta’ studju u l-impjiegi fl-oqsma STEAM u ICT u jħeġġeġ li jiġu indirizzati wkoll forom ġodda ta’ sessiżmu online u fix-xogħol, bħal dawk li jidhru f’xi sistemi ta’ intelliġenza artifiċjali preġudikati. Għal dan il-għan, huwa jenfasizza l-importanza ta’ kkowdjar sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u jappella għall-parteċipazzjoni ugwali tal-ġeneri fit-tfassil, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u d-dibattitu dwar l-etika u l-istandards tat-teknoloġiji relatati mal-intelliġenza artifiċjali. Jenfasizza l-importanza li jiżdied in-numru tan-nisa fid-dinja diġitali u tal-innovazzjoni, peress li huma setturi fundamentali ta’ bidla fis-soċjetajiet tagħna. F’dan ir-rigward, jinsisti fuq il-ħtieġa li tkun garantita l-ugwaljanza fit-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja rigward l-użu adatt u sigur tat-teknoloġiji ġodda u n-networks soċjali;

31.

jitlob li, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, jiġu analizzati, b’approċċ ibbażat fuq il-ġeneru, id-diffikultajiet li esperjenzaw bosta familji fl-UE kollha sabiex isibu bilanċ bejn it-telexogħol u l-piż tal-kura matul il-kriżi tal-COVID-19. Huwa essenzjali li wieħed joqgħod attent għar-regolamenti possibbli dwar it-telexogħol jew ix-xogħol mill-bogħod, sabiex dan ma jsirx mekkaniżmu li jirritorna lin-nisa fl-isfera tal-familja u tal-ħajja privata. Jindika l-ħtieġa speċjali li nkunu konxji ta’ dawk is-sitwazzjonijiet ta’ familji li jesperjenzaw diffikultajiet kbar fir-rigward tal-bilanċ, bħall-familji b’ġenitur wieħed magħmulin primarjament minn nisa;

32.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, madwar l-Unjoni Ewropea, in-nisa kienu dawk li wettqu xogħol fuq quddiem fil-pandemija tal-COVID-19 (persunal tas-saħħa, kura tat-tfal u tal-anzjani, xogħol domestiku u kummerċjali, eċċ.) li għamilhom, għalhekk, aktar vulnerabbli għall-kontaġju. Barra minn hekk, uħud minn dawn il-professjonijiet huma fost l-inqas stmati u l-inqas imħallsa fl-UE. Għal din ir-raġuni, jitlob li l-iżbilanċ fir-rappreżentazzjoni tan-nisa u l-irġiel f’dawk l-impjiegi li kienu essenzjali matul l-emerġenza pandemika, speċjalment fir-rigward tal-kura, jittieħed inkunsiderazzjoni fil-miżuri għall-ġlieda kontra l-qgħad u l-prekarjat. Wieħed ma għandux jinsa, anqas, li ħafna mill-professjonijiet iffokati fuq il-kura u d-dar jitwettqu minn nisa migranti, affettwati minn preġudizzju doppju; jeħtieġ li d-dimensjoni tal-ġeneru tiġi inkluża fil-pjani ta’ rkupru, kif ukoll jiġu appoġġjati n-nisa intraprendituri u l-proġetti intraprenditorjali tagħhom, kif ukoll in-nisa maniġers, waqt li jiġu enfasizzati l-isforzi addizzjonali involuti fit-telexogħol;

33.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tanalizza u tindirizza kif il-pandemija tal-COVID-19 se tagħmel impatt fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fuq perjodu qasir u twil ta’ żmien. In-nisa u l-irġiel għandhom esperjenzi differenti tal-pandemija. Hemm ħtieġa qawwija għal data diżaggregata skont il-ġeneru biex wieħed jifhem bis-sħiħ kif in-nisa u l-irġiel jiġu affettwati mill-virus, mhux biss għal dawk milquta mill-marda jew li huma prattikanti tal-ewwel linja fil-kriżi tas-saħħa, iżda wkoll għall-effetti fuq l-ekonomija, l-edukazzjoni, id-distribuzzjoni tax-xogħol ta’ kura u l-iskala tal-vjolenza domestika;

L-ugwaljanza fit-teħid tad-deċiżjonijiet

34.

għandha tiġi enfasizzata l-parteċipazzjoni aktar baxxa tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; u jenfasizza l-fatt li n-nisa jirrappreżentaw biss 15 % tas-sindki, 21 % tal-presidenti reġjonali, 35 % tal-membri tal-parlamenti reġjonali u 23 % (1) tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni. Jiddispjaċih li din id-data mhix imsemmija fl-Istrateġija minħabba li tippermetti li jsir viżibbli d-distakk eżistenti f’dan il-qasam reġjonali u lokali;

35.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex titlob lill-Istati Membri jorganizzaw u jappoġġjaw inizjattivi ta’ tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fil-konfront tat-tħejjija ta’ elezzjonijiet lokali u reġjonali, sabiex jingħelbu d-diskriminazzjoni u l-ostakli li jiffaċċjaw in-nisa f’dawn il-proċessi, inklużi l-isterjotipi u n-normi soċjali li jwasslu biex it-tmexxija femminili tiġi sottovalutata meta mqabbla ma’ dik maskili. Huwa wkoll ta’ importanza kbira li n-nisa jiġu appoġġjati biex joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali u reġjonali;

36.

ifakkar fil-ħtieġa li tiġi indirizzata b’mod speċifiku l-problema tal-vjolenza kontra n-nisa politiċi eletti u l-personalitajiet nisa fil-ħajja pubblika, inkluża l-intimidazzjoni online permezz tan-networks soċjali, fattur li jaffettwa u jinfluwenza l-kapaċità tan-nisa biex jipparteċipaw f’kundizzjonijiet indaqs fil-politika u fil-ħajja pubblika;

37.

jitlob li l-istituzzjonijiet Ewropej, li waħda minnhom hija l-Kumitat tar-Reġjuni, jadottaw kodiċijiet ta’ kondotta li jiffavorixxu l-parteċipazzjoni fuq termini ugwali tan-nisa u l-irġiel fil-kompożizzjoni u fil-pożizzjonijiet ta’ tmexxija tagħhom, bl-għan aħħari jkun il-parità bejn il-ġeneri fost il-membri tal-KtR;

38.

huwa favur l-idea li jinkludi l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta fost il-prijoritajiet tiegħu fis-snin li ġejjin u jħeġġeġ li titwettaq reviżjoni annwali tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-parità bejn il-ġeneri, permezz ta’ rapporti annwali li janalizzaw il-miżuri adottati (b’garanzija ta’ distribuzzjoni ġusta f’atti u rapporti differenti). Ir-riżultati għandhom jiġu komunikati waqt is-sessjoni plenarja l-iktar viċin tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa;

39.

jitlob il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Programm ta’ Tagħlim Reċiproku dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri biex jiġi promoss l-iskambju ta’ prattiki tajbin u jistieden li jiġi promoss taħriġ speċifiku dwar il-ġeneru fil-livelli kollha u li tiġi introdotta l-kariga professjonali ta’ aġent tal-ugwaljanza;

40.

jindika li l-Pjattaforma tal-UE tal-Karti dwar id-Diversità tiffoka b’mod qawwi fuq is-settur privat, u għalhekk tista’ tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ikollhom eżempji u prattiki tajbin rappreżentattivi li jeżistu f’livelli u territorji differenti tal-Unjoni. Jipproponi l-inklużjoni tal-Karta Ewropea għall-Ugwaljanza tan-Nisa u l-Irġiel fil-Ħajja Lokali fost il-Karti dwar id-Diversità;

Il-perspettiva tal-ġeneru fil-politiki u l-baġit

41.

jaqbel li l-isfidi kbar li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea bħalissa għandhom dimensjoni ta’ ġeneru. Madankollu, iqis li l-perspettiva tal-ġeneru mhijiex ikkunsidrata b’mod ċar u suffiċjenti la fil-politiki u lanqas fil-baġit tal-Unjoni Ewropea;

42.

jitlob li l-Istrateġija tintrabat b’mod aktar ċar mal-prijoritajiet u l-istrateġiji politiċi ewlenin tal-Unjoni, b’mod partikolari fit-tranżizzjonijiet lejn ekonomija newtrali għall-klima, it-trasformazzjoni diġitali u l-isfida demografika. Ifakkar li dawn il-prijoritajiet strateġiċi tal-UE jinkludu preġudizzji sinifikanti bbażati fuq il-ġeneru, li l-eliminazzjoni tagħhom hija kruċjali sabiex jinkiseb is-suċċess tas-soċjetajiet tagħna fit-triq lejn id-dekarbonizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni jew l-inkorporazzjoni tad-dimensjoni territorjali;

43.

jappoġġja l-applikazzjoni ta’ metodoloġiji għal tfassil ta’ baġit b’perspettiva tal-ġeneru għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss 2021-2027. L-arranġamenti ta’ finanzjament fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu riveduti sabiex jinkisbu l-għanijiet u l-objettivi tal-Istrateġija, u jiġi inkorporat fil-programmi finanzjarji kollha objettiv konkret ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif ukoll mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità li jiżgura l-ugwaljanza permezz tal-istabbiliment ta’ objettivi u strateġiji bbażati fuq il-ġeneru għall-aċċess għal finanzjament. F’dan ir-rigward, jenfasizza l-potenzjal tas-Semestru Ewropew u tar-Rapport annwali dwar l-Istat tad-Dritt biex jimmonitorjaw l-isfidi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, permezz ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u billi jintegraw miżuri speċifiċi fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u fil-programmi nazzjonali għar-rikostruzzjoni u r-reżiljenza;

44.

jiddefendi l-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija b’indikaturi effettivi għall-kejl u l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneru, minbarra l-istabbiliment ta’ skedi u miżuri ta’ akkontabilità. Ifakkar fl-importanza li jitħejjew rapporti annwali li jirriflettu l-progress li għamlu l-Istati Membri fl-ugwaljanza, kif ukoll il-prattiki tajbin tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi indikaturi diżaggregati skont il-ġeneru u indikaturi tal-ġeneru fil-politiki pubbliċi Komunitarji kollha u tiġi inkluża l-internazzjonalità għat-trattament ta’ aspetti bħall-età, l-identità sesswali, it-tip ta’ diżabilità, l-istatus migratorju jew id-dimensjoni urbana-rurali;

45.

jitlob li jiġi involut fit-Task Force għall-Ugwaljanza maħluq riċentament mill-Kummissjoni Ewropea biex jiżgura l-integrazzjoni effettiva tal-perspettiva tal-ġeneru fil-politiki u l-programmi kollha;

46.

jitlob li jkollu rwol uffiċjali biex jappoġġja l-bini tal-kapaċità tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) sabiex itejjeb u jistandardizza l-ġbir u l-analiżi ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru u l-indikaturi tal-ġeneru, b’mod partikolari għal elementi bħar-rappreżentanza tan-nisa u l-irġiel fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli lokali u reġjonali;

47.

jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom isaħħu d-dimensjoni tal-ġeneru fis-sistemi nazzjonali u reġjonali tal-istatistika sabiex ikun jista’ jkollhom data affidabbli u regolari bi qbil mhux biss mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), iżda wkoll mal-Eurostat.

48.

ifakkar li l-kriżi tal-COVID-19 għandha dimensjoni evidenti bbażata fuq il-ġeneru, u għalhekk se jkun essenzjali li tiġi inkorporata perspettiva tal-ġeneru fil-Fond għall-Irkupru, permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt u l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ bbaġitjar reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru għall-fondi kollha;

Indirizzar tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fid-dinja kollha

49.

ifakkar li biex jinqered il-faqar jenħtieġ li tintemm l-inugwaljanza bejn il-ġeneri. Iż-żewġ inugwaljanzi, dik ekonomika u dik ibbażata fuq il-ġeneru, huma relatati u ma nistgħu nħallu l-ebda waħda minnhom barra. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri mhix biss waħda mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli iżda hija wkoll element trasversali fl-Aġenda għall-Iżvilupp kollha;

50.

jenfasizza li l-Azzjoni Esterna tal-UE għandha tikkonforma mal-impenji legali tagħha biex tippromovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fl-assoċjazzjonijiet internazzjonali tagħha u fil-politiki tagħha tal-kummerċ, tal-viċinat u tat-tkabbir, partikolarment fil-kuntest tan-negozjati dwar l-adeżjoni, il-proċess ta’ assoċjazzjoni u l-politiki dwar l-asil u l-migrazzjoni. Dan huwa rifless fl-Artikolu 208 tat-TFUE li jistabbilixxi l-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, li jirrikjedi li jiġu kkunsidrati l-SDGs, u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fl-Iżvilupp;

51.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tivvaluta kif tuża l-politika kummerċjali tal-UE biex tavvanza d-drittijiet tan-nisa u l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija lil hinn mill-fruntieri tagħha;

52.

jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jżidu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE sabiex iħeġġuhom jadottaw liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-mutilazzjoni ġenitali femminili (2);

53.

jenfasizza l-potenzjal tal-kooperazzjoni deċentralizzata biex jiġi promoss żvilupp demokratiku u ekwu mad-dinja kollha, kif ukoll il-ħtieġa li jitneħħa d-distakk fil-finanzjament għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-kuntest tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp;

54.

juri kif il-COVID-19 żiedet l-inugwaljanzi kollha eżistenti b’effett dirett fuq il-bniet, it-tfajliet u n-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li ntlaqtu immedjatament u direttament mit-telf ta’ impjiegi, li naqsilhom l-involviment fl-oqsma pubbliċi u politiċi, kellhom jerfgħu r-responsabbiltà tal-kura tal-familja u nqabdu f’kuntesti ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru. L-Istrateġija tidher li hija għodda neċessarja biex dawn il-proċessi jitreġġgħu lura.

Brussell, 14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Sitwazzjoni fil-5 ta’ Ġunju 2020.

(2)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2020 dwar strateġija tal-UE biex tintemm il-mutilazzjoni ġenitali femminili fid-dinja kollha (2019/2988(RSP)).


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/99


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Patt Klimatiku Ewropew

(2020/C 440/17)

Relatur:

Rafał Kazimierz TRZASKOWSKI (PL/PPE), President tal-Belt Kapitali ta’ Varsavja

Dokument ta’ referenza:

Ittra minn Maroš Šefčovič tal-11 ta’ Marzu 2020, Viċi President, Kummissjoni Ewropea

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Dwar il-ksib tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fl-era ta’ wara l-COVID-19

1.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi stabbilit Patt Klimatiku Ewropew li għandu l-għan li jinvolvi liċ-ċittadini u l-komunitajiet tagħhom fit-tfassil ta’ azzjonijiet klimatiċi u ambjentali permezz ta’ azzjonijiet konkreti fuq il-post, li jinkoraġġixxi djalogu miftuħ mal-atturi kollha, u li jinbnew sinerġiji, jiġu promossi l-kapaċitajiet u jiġu attivati azzjonijiet klimatiċi; jemmen li l-Patt għandu jiġi żviluppat bħala strument ta’ governanza innovattiv li jippermetti komunikazzjoni bidirezzjonali, kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fil-livelli, setturi u territorji kollha sabiex jittejbu l-effettività u l-leġittimità tal-politika klimatika tal-UE;

2.

ifakkar li “patt” is-soltu jirreferi għal impriża bejn imsieħba ugwali għall-benefiċċju konġunt jew reċiproku u l-kisba ta’ għanijiet komuni; għalhekk itenni li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu lesti jaħdmu fi sħubija mal-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti kollha taħt il-Patt Klimatiku sabiex flimkien jimmiraw li jilħqu l-għanijiet tan-newtralità klimatika u l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU; Madankollu, l-approċċ komuni tal-Patt m’għandux jiskarta l-isfidi varji eżistenti kkawżati mit-tibdil fil-klima f’żoni differenti tal-UE; l-għanijiet komuni għandhom għalhekk jirriflettu l-ħtiġijiet ġeografiċi speċifiċi bbażati wkoll fuq valutazzjoni sistematika ta’ dawn il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi;

3.

jenfasizza l-fatt li l-pandemija tal-COVID-19, u l-kriżi ekonomika li qed tikkawża, x’aktarx se ġġegħlna nikkompletaw il-viżjoni oriġinali tal-Patt Klimatiku. Jinsisti, madankollu, li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriżi attwali ma tnaqqasx ir-ritmu, iżda minflok għandha tintuża bħala opportunità biex jitħaffef il-pass, tat-trasformazzjoni meħtieġa tal-Unjoni Ewropea lejn in-newtralità klimatika; dan jinkludi l-iffissar tal-għan tat-tnaqqis tas-CO2 sal-2030 għal mill-inqas 55 %;

4.

itenni l-impenn tiegħu li jikkunsidra s-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs) bħala parti integrali tal-Patt Ekoloġiku u jappoġġja l-pożizzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li d-dimensjoni soċjali hija aspett integrali tas-sostenibbiltà flimkien mal-miżuri dwar il-klima u l-konservazzjoni tan-natura. Il-prospett tal-inklużjoni soċjali għandu jiġi ggarantit għall-popolazzjoni Ewropea kollha kemm hi. Minbarra s-sigurtà soċjali, dan jinkludi b’mod partikolari l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità għolja u l-iżgurar ta’ ħajja b’saħħitha għal kulħadd f’kull età; sadanittant għandu jiġi enfasizzat li impenn lejn is-17-il SDG jinkludi l-kooperazzjoni mal-imsieħba tagħna barra mill-UE abbażi ta’ dawn l-istess valuri.

5.

jenfasizza li l-Patt Klimatiku għandu jkun fuq kollox faċilitatur ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej. Għandu jservi bħala għodda ta’ governanza innovattiva, biex jiżviluppa ideat, jagħti lok biex l-informazzjoni miksuba fuq il-post tikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, itejjeb l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE u jikkoordina l-azzjoni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima filwaqt li simultanjament jindirizza l-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. Il-miżuri li jistimulaw l-ekonomija għandhom irawmu kemm ir-reżiljenza tas-soċjetajiet kif ukoll id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija bil-għan li tintlaħaq in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050. Il-politiki kollha li għandhom jiġu żviluppati għandhom jiġu analizzati għall-impatt tagħhom fuq il-klima u l-ambjent;

6.

jenfasizza li l-Patt Klimatiku għandu jagħti spinta lill-impenji diġà ffirmati fil-livell lokali minn atturi lokali (SMEs, skejjel, awtoritajiet lokali, universitajiet, eċċ.) u għandu jiġġenera impenji ġodda biex l-Ewropa ssir l-ewwel kontinent newtrali mil-lat ta’ klima sal-2050;

7.

jenfasizza għaldaqstant li l-Patt Klimatiku għandu jaġixxi wkoll bħala inizjattiva kumplessiva bil-marka tagħha stess għall-patti klimatiċi lokali eżistenti u futuri (1) jew sħubijiet immexxija lokalment, filwaqt li jaħdem lejn għanijiet klimatiċi ċari mas-soċjetà ċivili, in-negozji u partijiet interessati rilevanti oħra. Għandu jgħin biex jinħoloq appoġġ għaċ-ċittadini għall-politiki dwar il-klima, jiffaċilita l-iskambji tal-aħjar prattiki, jirreplika u jespandi l-inizjattivi Ewropej l-aktar ta’ suċċess, u jistimola l-ħolqien ta’ patti klimatiċi lokali fl-UE;

8.

jilqa’ b’mod favorevoli l-impenn li esprimiet il-Kummissjoni sabiex tagħti attenzjoni speċjali lir-reġjuni ultraperiferiċi fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, hija u tqis il-vulnerabbiltà tagħhom għat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali u l-assi uniċi tagħhom bħall-bijodiversità u s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u jistenna bil-ħerqa li jiġu adottati miżuri speċifiċi għal dan il-għan;

9.

itenni l-impenn tiegħu li jappoġġja lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni b’suċċess tal-Patt Ekoloġiku u b’mod partikolari biex il-Patt Klimatiku jsir għodda b’saħħitha li tassisti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-proġett ambizzjuż u tagħtihom rwol proattiv; jirrimarka li dan l-approċċ trasversali innovattiv tal-Patt Ekoloġiku u l-irkupru ekonomiku, jirrikjedi approċċ ġdid fjamant għall-bini tal-kapaċità fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jimmira lejn is-setturi kollha u jagħmel pressjoni għal ġestjoni aktar integrata. Il-Patt Klimatiku għandu jkun l-opportunità biex tinħoloq kultura ta’ “Patt Ekoloġiku” fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha u jissensibilizza liċ-ċittadini dwar l-oqsma ta’ politika kollha kkonċernati kif ukoll l-involviment tagħhom fihom;

10.

jenfasizza kif l-emerġenza tas-saħħa attwali relatata mal-pandemija tal-COVID-19 qiegħda turi għal darb’oħra fl-Ewropa kollha, ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala entitajiet kruċjali għat-teħid tad-deċiżjonijiet u fornituri tas-servizzi pubbliċi fl-iżgurar ta’ rispons tal-ewwel linja għall-ħtiġijiet u l-isfidi lokali, mhux l-inqas f’perjodi ta’ emerġenza globali. Jirrimarka li l-komunitajiet lokali u ċ-ċittadini tagħhom għandhom jerġgħu jibdew jaqdu r-rwol tagħhom, li ġie mxekkel mill-globalizzazzjoni li qed tikber u industrijalizzazzjoni li wisq ta’ spiss hija mibnija fuq użu mhux sostenibbli ta’ riżorsi, billi jsiru msieħba ewlenin fit-tfassil ta’ azzjonijiet klimatiċi u fil-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent tagħhom;

11.

jissuġġerixxi li jintużaw eżempji tal-aħjar prattika fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-livell lokali u reġjonali, bħall-grupp globali Under2 Coalition ta’ awtoritajiet sottonazzjonali li jinkludi aktar minn 220 gvern provinċjali, reġjun u muniċipalità, sabiex nikkapitalizzaw fuq it-tagħlimiet misluta mill-iżvilupp ta’ strateġiji klimatiċi fit-tul u biex ikun hemm skambju ta’ esperjenza dwar metodi ta’ suċċess, soluzzjonijiet innovattivi u tagħlimiet siewja minn inizjattivi bħal dawn bħala parti integrali mill-Patt Klimatiku;

12.

jilqa’ l-Komunikazzjonijiet tal-KE dwar Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa u Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss u jtenni l-appoġġ tiegħu għall-politika Ewropea dwar in-newtralità klimatika, li titqies bħala politika indispensabbli u minn ta’ quddiem li għandha l-għan li jiġi żgurat futur sostenibbli għall-Ewropa. Fil-kuntest tal-pandemija li għaddejja bħalissa, il-politika dwar in-newtralità klimatika u r-reżiljenza territorjali trid issir is-sinsla ta’ strateġija ta’ rkupru newtrali għall-klima, li tiżgura li l-fondi kollha investiti fl-irkupru tal-ekonomiji tal-Ewropa jikkontribwixxu wkoll b’mod qawwi biex jitħaffef il-pass tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, il-protezzjoni tal-bijodiversità u reżiljenza territorjali li qed tiżdied fi ħdan l-oqfsa previsti;

13.

itenni li politiki mfassla tajjeb li għandhom l-għan li jindirizzaw it-tibdil fil-klima jistgħu jiftħu opportunitajiet ekonomiċi: skont il-Kummissjoni, jekk tinkiseb il-newtralità klimatika, dan jista’ jwassal għal żieda ta’ 2 % fil-PDG tal-UE sal-2050, b’iffrankar ta’ madwar EUR 200 biljun/sena fi spejjeż tas-saħħa evitati, u għall-ħolqien ta’ miljun impjieg fl-ekonomija ekoloġika; dawn l-opportunitajiet x’aktarx li jkunu saħansitra aktar rilevanti fid-dawl tar-rabtiet emerġenti bejn il-pandemija attwali u r-riskju ta’ pandemiji futuri, u d-degradazzjoni ambjentali, it-telfien tal-bijodiversità u l-effetti tat-tibdil fil-klima. Għalhekk jilqa’ l-fatt li l-Patt Klimatiku se jkollu bħala waħda mill-azzjonijiet ta’ prijorità tiegħu t-tħawwil tas-siġar, ir-riġenerazzjoni tan-natura u l-introduzzjoni tal-ħdura fiż-żoni urbani u jappella biex tiġi inkluża wkoll infrastruttura ekoloġika kif ukoll azzjonijiet immirati lejn l-iffrankar tal-ilma u l-iżgurar taċ-ċirkolarità fl-ekonomija tal-ilma;

14.

jenfasizza li fiċ-ċirkostanzi straordinarji li ninsabu fihom bħalissa minħabba l-pandemija, jeħtieġ li l-ebda ċittadin ma jitħalla jibqa’ lura. Issa, aktar minn qatt qabel, kemm l-azzjonijiet klimatiċi kif ukoll l-istrumenti ta’ rkupru jeħtieġ li jilħqu kemm il-bliet kif ukoll iż-żoni rurali, kif ukoll is-setturi kollha tal-ekonomija b’attenzjoni partikolari għas-setturi tradizzjonali tal-produzzjoni li kienu l-aktar li batew minħabba l-miżuri biex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19. Jilqa’ f’dan il-kuntest l-inizjattiva mħabbra dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni li għandha l-għan li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bini pubbliku u privat filwaqt li tipprovdi impjiegi u tagħti spinta lis-settur tal-kostruzzjoni;

15.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom aċċess dirett għall-fondi Ewropej (mill-baġit Ewropew kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej oħra bħall-BEI) kemm għall-irkupru mill-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 kif ukoll għall-ġlieda kontra l-kriżi tal-klima. B’mod aktar speċifiku, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti, speċjalment għall-proġetti tal-Patt Ekoloġiku, strumenti addizzjonali li jagħtu aċċess dirett għall-fondi tal-UE bħall-European City Facility, taħt il-Programm Orizzont 2020, Azzjonijiet Innovattivi Urbani taħt il-FEŻR (Art. 8) jew l-Inizjattiva Urbana Ewropea futura wara l-2020 taħt ir-Regolament tal-FEŻR/FK (Art. 10);

16.

iqis, f’dan il-kuntest, li l-Patt Klimatiku għandu jippromovi aċċess dirett għall-fondi tal-UE għall-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-azzjonijiet sostenibbli tagħhom skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Speċifikament, jitlob għal aċċess dirett għar-riżorsi allokati fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. F’dan ir-rigward, jitlob ukoll għal 10 % tal-FEŻR il-ġdid biex jiġu allokati għall-iżvilupp urban sostenibbli. Jipproponi l-iżvilupp tal-politika dwar in-newtralità klimatika bil-baġit tagħha stess fi ħdan il-QFP futur, simili għall-politiki agrikoli u reġjonali, u b’aċċess dirett għall-fondi għall-bliet u r-reġjuni li jagħżlu t-triq ekoloġika tal-irkupru;

17.

jaqbel mal-konklużjonijiet tal-bord ta’ missjoni tal-“Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti” taħt Orizzont Ewropa, li 100 belt Ewropea jiġu appoġġjati u promossi aktar fit-trasformazzjoni sistemika tagħhom lejn in-newtralità klimatika sal-2030, bl-użu tal-fondi tal-Orizzont Ewropa, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, il-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta, il-proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni, Invest EU u strumenti oħrajn tal-UE;

18.

Il-KtR u l-BEI għandhom ikunu msieħba mill-qrib tal-membri tal-Patt Klimatiku u jappoġġjaw lill-Kummissjoni biex din tkun adatta għall-iskop tagħha u tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha, irrispettivament mid-daqs, is-sitwazzjoni ġeografika jew l-isfond soċjoekonomiku tagħhom;

19.

jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid l-oqsma li għandha ssir enfasi fuqhom bil-ħsieb li tallinja l-Patt Klimatiku u l-istrateġija ta’ rkupru newtrali għall-klima: il-Patt Klimatiku għandu jiffoka fuq firxa usa’ ta’ azzjonijiet, skont il-proġetti li jkunu lesti għall-implimentazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-komunitajiet lokali differenti;

20.

jirrimarka li l-firmatarji tal-Patt tas-Sindki għandhom, fil-Pjani ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima tagħhom, sensiela impressjonanti ta’ azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati u implimentati immedjatament, u li ħafna forom oħra ta’ kooperazzjoni relatata mal-klima u l-ambjent tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u awtoritajiet lokali u reġjonali individwali għandhom pjani simili li jistgħu jiġu kkunsidrati għall-istess skop; il-KtR jinsab lest li jkompli jappoġġja l-iżvilupp ta’ din l-inizjattiva billi jaħdem flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki lejn appoġġ politiku msaħħaħ u integrazzjoni aktar b’saħħitha tal-Patt fl-oqfsa nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima;

21.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jappoġġjaw tranżizzjoni ambizzjuża lejn enerġija nadifa u affordabbli u jipproponi l-promozzjoni ta’ Djalogu permanenti f’Diversi Livelli dwar il-Patt Ekoloġiku mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħra fil-kuntest tal-Patt Klimatiku u bl-għodod tiegħu;

22.

iqis li l-aċċessibbiltà tal-enerġija nadifa tindirizza żewġ sfidi ċentrali: trid tkun kompetittiva fil-prezz u faċilment disponibbli; filwaqt li l-evoluzzjoni teknika tnaqqas id-distakk fil-prezz ma’ sorsi oħra ta’ enerġija, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali biex jiffaċilitaw l-aċċess adatt għall-infrastruttura t-tajba. Din hija r-raġuni għaliex huwa meħtieġ aċċess rapidu għal appoġġ finanzjarju għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jimpenjaw ruħhom favur azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u adattament għall-klima, u l-Patt Klimatiku għandu jgħin biex wieħed jifhem il-ħtiġijiet ewlenin tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’ċirkostanzi differenti u jiżviluppa l-għodod adatti, abbażi tal-esperjenza tagħhom, għall-appoġġ mil-livell tal-UE. F’dan il-kuntest, il-KtR jinsab lest li jikkoopera fuq azzjonijiet u inizjattivi konkreti mal-KE u l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jittejjeb l-aċċess għall-enerġija nadifa madwar l-UE;

23.

jissuġġerixxi li l-Patt Klimatiku għandu jkollu bħala wieħed mill-aspetti kruċjali tiegħu l-inizjattiva “mewġa ta’ rinnovazzjoni”, li għandha l-potenzjal li tkun wieħed mill-elementi ewlenin għal irkupru sostenibbli kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tal-KE dwar Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss; f’dan il-qasam, huwa partikolarment importanti li jinħolqu inizjattivi konġunti tas-settur pubbliku u dak privat, u l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma f’pożizzjoni kruċjali biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-benefiċċji u l-għodod ta’ appoġġ eżistenti għar-rinnovazzjoni tad-djar tagħhom, billi jmexxu bl-eżempju, u joħolqu konnessjonijiet u jappoġġjaw in-negozji lokali bl-għarfien espert meħtieġ f’livelli differenti, u jiżviluppaw għodod biex ikollhom aċċess għal assistenza finanzjarja nazzjonali jew tal-UE; barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu ta’ eżempju fir-rinnovazzjoni tal-bini pubbliku u l-promozzjoni, b’mod partikolari, tar-rinnovazzjoni enerġetika tal-akkomodazzjoni soċjali u akkomodazzjoni oħra ta’ sjieda pubblika;

24.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li peress li l-livelli lokali u reġjonali qegħdin fil-bidu (reġjuni b’ekonomija b’bażi bijoloġika) u fl-aħħar ta’ ekonomija sostenibbli u ċirkolari (il-ġestjoni tal-iskart, ir-riċiklaġġ) għandhom jiġu inklużi fl-iżvilupp ta’ politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom; jenfasizza li għal din ir-raġuni, u minħabba l-importanza partikolari ta’ dawn il-kwistjonijiet għaċ-ċittadini u n-negozji, il-Patt Klimatiku jista’ jintuża biex jiġu enfasizzati l-oqsma konkreti li jeħtieġu appoġġ;

25.

jappella wkoll għal mekkaniżmu ta’ djalogu permanenti bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-inizjattiva Mewġa ta’ Rinnovazzjoni;

26.

jissuġġerixxi li fl-objettiv li jintlaħaq l-għan tan-newtralità klimatika kif ukoll bħala għodda għall-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-konverżjoni sostenibbli tat-trasport pubbliku għall-elettriku u fjuwils sostenibbli oħra sal-2030;

27.

meta wieħed iqis l-ambitu tal-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jissuġġerixxi li minbarra l-mobilità sostenibbli, l-oqsma ewlenin ta’ politika li għandhom jiġu indirizzati fil-kuntest tal-azzjonijiet tal-Patt Klimatiku tal-UE jkunu l-effiċjenza enerġetika fil-bini, is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-ekonomija ċirkolari (inkluż l-ilma u l-iskart), il-promozzjoni ta’ konsum responsabbli u sostenibbli, ir-riġenerazzjoni tan-natura u tal-bijodiversitàu l-iżvilupp ta’ infrastruttura ekoloġika u marittima, b’mod partilolari fiż-żoni urbani, kif ukoll il-promozzjoni ta’ turiżmu sostenibbli, ospitabbli u inklużiv. Flimkien mal-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, huma se jġibu opportunitajiet għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda ta’ kwalità għolja, żvilupp fir-R&Ż+i u saħħa u benessri mtejba taċ-ċittadini, u dak kollu li dan jimplika, bi tnaqqis fl-ispejjeż tas-saħħa fl-UE. Ikun tajjeb ukoll li dawn l-oqsma jinkludu l-isfidi relatati mat-titjib taż-żamma tal-ilma, it-tnaqqis fil-konsum tiegħu u l-ħolqien ta’ żoni għall-protezzjoni tal-bijodiversità;

28.

jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni ta’ kriterji ekoloġiċi fl-akkwist pubbliku u l-kundizzjonalità tal-finanzjament disponibbli relatat mal-effetti ta’ tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra se jikkostitwixxu inċentiv importanti li jikkontribwixxi għall-bidla meħtieġa tal-mudell ekonomiku li jwassal għall-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku; F’dan ir-rigward, il-Patt Klimatiku għandu jipprevedi attivitajiet speċifiċi għall-iżvilupp tal-kriterji u l-kejl rilevanti u l-appoġġ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (anke dawk iżgħar, fejn spiss il-kumplessità tal-leġislazzjoni tal-akkwist hija ostaklu serju għall-investiment) fl-użu tagħhom, filwaqt li jħeġġeġ lill-amministrazzjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali biex jissemplifikaw ir-regoli u jipprovdu appoġġ tekniku kull fejn ikun meħtieġ; sabiex jiġu żviluppati kriterji rilevanti u rekwiżiti tal-ekodisinn, jinkoraġġixxi lill-UE, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jintroduċu u jiżviluppaw iktar l-impenji tagħhom stess għat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra għall-amministrazzjonijiet tagħhom – il-Patt Klimatiku jista’ jservi bħala qafas ta’ appoġġ;

29.

jenfasizza li numru dejjem akbar ta’ studji juru r-rabtiet bejn is-saħħa u l-protezzjoni ambjentali (2), inkluż it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkludi d-dimensjoni tas-saħħa fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku, u għandha tibda bil-ħolqien ta’ strateġija Ewropea għas-Saħħa, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima simili għall-istrateġija tad-WHO (3); il-Patt Klimatiku, permezz tal-involviment tiegħu maċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili, għandu jkun għodda importanti biex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar dawn ir-rabtiet u biex jinbena momentum li jinkludi dawn id-dimensjonijiet fit-tfassil tal-politika rilevanti fil-livelli kollha;

30.

jipproponi, fil-kuntest tal-Istrateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima (COM(2020) 301 final), li l-Patt Klimatiku għandu jappoġġja wkoll l-iżvilupp ta’ ekonomija tal-idroġenu li tuża l-idroġenu ekoloġiku bbażat fuq l-enerġija rinnovabbli fir-reġjuni u l-bliet (ara CoR 2020/549);

31.

iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri kollha biex ikomplu jaħdmu lejn sett ambizzjuż ta’ kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali (NDCs); itenni wkoll l-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE f’dan il-proċess permezz tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ kontributi determinati lokalment li jikkomplementaw l-NDCs, u li tiġi stabbilita rabta aktar b’saħħitha bejn l-ambizzjoni lokali/reġjonali, nazzjonali u Ewropea, ibda bil-ħidma li qed issir fil-qafas tal-Patt Globali tas-Sindki. Il-Patt Klimatiku jista’ jkun għodda b’saħħitha f’dan ir-rigward;

32.

jenfasizza r-rwol kruċjali tat-teknoloġiji diġitali fil-bini ta’ soċjetà aktar reżiljenti u l-potenzjal tagħhom għal impatt pożittiv ġenerali fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-irkupru ekonomiku: iqis għalhekk li għandha tiġi prevista integrazzjoni aktar b’saħħitha bejn it-tranżizzjoni lejn newtralità klimatika u tranżizzjoni diġitali sostenibbli u li l-Patt Klimatiku jista’ jkun għodda biex jiġu diskussi u eżaminati aktar is-sinerġiji potenzjali bejn it-tnejn, abbażi tal-esperjenzi reċenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali b’rispons għall-emerġenza tas-saħħa;

Dwar is-sensibilizzazzjoni u l-bini tal-kapaċità

33.

itenni r-rwol kruċjali tal-adattament għat-tibdil fil-klima bil-ħsieb li jinbnew territorji reżiljenti u jitnaqqas it-telf annwali minn impatti klimatiċi negattivi: f’dan il-kuntest, jinnota l-ħtieġa għal sett ta’ azzjonijiet b’saħħithom immirati lejn it-titjib tal-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw politiki ta’ adattament, li jibdew minn strateġiji ta’ finanzjament sostenibbli u attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità msaħħa. Kwistjoni ewlenija oħra hija l-possibbiltà li jsir monitoraġġ tal-progress fl-investimenti relatati mat-tibdil fil-klima fil-livell tal-bliet u r-reġjuni. L-ambitu attwali tad-data f’dan il-qasam huwa limitat. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis dawn l-aspetti meta tkun qed tabbozza l-Istrateġija ta’ Adattament il-ġdida tal-UE u biex torbotha mal-Patt Klimatiku;

34.

jenfasizza r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-indirizzar tal-produzzjoni tal-ikel u l-ġestjoni tal-art; jistgħu jiġu mħeġġa tendenzi nutrizzjonali aħjar permezz tal-edukazzjoni, il-forniment tal-ikel u x-xorb u l-akkwist pubbliku; produzzjoni tal-ikel aktar sostenibbli għandha tqis ukoll l-impjieg maħluq, it-trasport tal-merkanzija u l-imballaġġ; l-inklużjoni tas-settur agrikolu fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għandha tirrifletti aħjar il-kontribut tiegħu bħala bjar tal-karbonju;

35.

jirrimarka li s-sostenibbiltà bħala kunċett għandha tħaddan l-importanza tal-okkupazzjoni u l-ġestjoni tal-art, li b’mod ġenerali tkun żgurata mill-bdiewa u mis-sajjieda f’żoni iżolati, b’popolazzjoni baxxa u żoni remoti. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiffaċilitaw l-installazzjoni ta’ ċittadini ġodda fil-komunitajiet rurali bħala għodda biex tiġi evitata l-pressjoni demografika fuq il-bliet, biex jiġu razzjonalizzati s-servizzi pubbliċi u l-prezz tagħhom, jiġi promoss l-użu sostenibbli tal-art u jitnaqqsu l-emissjonijiet relatati mat-trasport; dan jesiġi għajnuna u finanzjament immirat biex tinħoloq l-infrastruttura meħtieġa għal xogħol mill-bogħod kif ukoll il-mobbiltà, id-diġitalizzazzjoni (aċċess għall-konsumaturi lokali u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom), is-servizzi soċjali u tas-saħħa;

36.

iqis li l-politiki għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri minħabba t-tibdil fil-klima se jkollhom rwol dejjem aktar rilevanti: l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu appoġġjati biex jifhmu aħjar dawn il-politiki u joħolqu konnessjonijiet bejniethom sabiex isaħħu r-reżiljenza ġenerali taż-żoni tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jiffaċċjaw emerġenzi;

37.

jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jissieltu biex ikollhom aċċess għall-finanzi, li jdgħajjef ir-rata ta’ assorbiment tal-fondi tal-UE: il-Patt Klimatiku għandu jnaqqas din id-diskrepanza billi jiġbor l-appoġġ eżistenti kollu għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex isibu triqthom fost il-fondi differenti tal-UE u billi jikkomplementahom b’informazzjoni nieqsa; din l-informazzjoni kollha għandha tiġi pprovduta bil-lingwi kollha tal-UE u għandha tkun faċli biex tintuża;

38.

jenfasizza li l-edukazzjoni għandha tingħata rwol ċentrali fil-ħolqien ta’ kultura ġdida ta’ protezzjoni tal-ambjent u tal-klima, li tinvolvi ċ-ċaqliq lejn bidliet soċjetali sinifikanti: f’dan il-kuntest, il-Patt Klimatiku jista’ jippromovi inizjattivi f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma mmirati lejn stabbilimenti edukattivi pubbliċi, muniċipali u privati u fornituri ta’ informazzjoni, b’mod partikolari l-iskejjel u ċ-Ċentri tal-Informazzjoni Europe Direct (EDICs) biex ikollhom responsabilizzazzjoni fil-ħolqien ta’ din il-kultura ġdida. Dawn l-inizjattivi għandhom ikunu interkonnessi ma’ spinta qawwija lejn id-diġitalizzazzjoni, li qed turi li hija għodda kruċjali għall-edukazzjoni f’dawn iż-żminijiet;

39.

jirrikonoxxi l-eċċellenza tal-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka Ewropej u jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvihom fil-Patt Klimatiku bħala sors rilevanti ta’ għarfien u bħala alleati b’saħħithom potenzjali fil-ħolqien ta’ pjattaforma effettiva għall-bini tal-kapaċità kif ukollbiex tħeġġeġ il-koordinazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-iżvilupp ta’ proġetti pilota kollaborattivi li jiffaċilitaw it-teħid tad-deċiżjonijiet u t-trasferiment ta’ esperjenzi ta’ suċċess;

Dwar l-attivazzjoni ta’ azzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni multilaterali

40.

iqis li l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki u forom oħra ta’ kooperazzjoni relatata mal-klima u mal-enerġija tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu rfinati u msaħħa aktar sabiex isiru għodod ewlenin tal-Patt Klimatiku sabiex tiġġenera azzjoni lokali: f’dan is-sens, għandu jiġi appoġġjat involviment aktar b’saħħtu taċ-ċittadini, NGOs rilevanti, in-negozji, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-universitajiet, lejn approċċ ta’ spiral kwadruplu;

41.

jinnota l-importanza strateġika li s-sistemi nazzjonali u reġjonali ta’ taħriġ vokazzjonali doppju jintrabtu mal-kisba tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew f’kooperazzjoni mill-qrib mal-atturi tas-sistemi tal-edukazzjoni bażika, tal-edukazzjoni għolja u tar-riċerka, bħala l-aħjar mezz biex jiġu aġġornati l-ħiliet tal-ħaddiema u l-integrazzjoni tagħhom fl-univers tal-intrapriża li għandha l-għan li twettaq il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

42.

jenfasizza r-rilevanza ta’ ħafna inizjattivi tal-UE mmirati lejn il-bliet u r-reġjuni fil-kompetenza tal-Patt Ekoloġiku: madankollu, iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali mhux qed jisfruttawhom bis-sħiħ minħabba n-nuqqas ta’ viżjoni ġenerali ċara tal-opportunitajiet kollha eżistenti, u tal-karatteristiċi u l-miri ewlenin tagħhom. Il-pjattaforma tal-Patt Klimatiku għandha toħloq tali viżjoni ġenerali li tappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jagħżlu l-inizjattivi li huma l-aktar adatti għalihom u li tissuġġerixxi perkors gradwali lejn in-newtralità klimatika, b’komunikazzjoni u informazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li tkun kemm jista’ jkun aċċessibbli sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw b’mod rapidu l-miżuri lokalment: il-Patt tas-Sindki u kooperazzjoni oħra dwar il-klima u l-enerġija li tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu elementi ċentrali ta’ din is-sistema;

43.

jindika l-pożizzjonijiet tal-KtR espressi preċedentement, b’mod partikolari l-inklużjoni tal-kunċett ta’ “koeżjoni diġitali” bħala xprun għal integrazzjoni aħjar taċ-ċittadini kollha tal-UE, flimkien ma’ programmi speċifiċi u dedikati biex jiżdiedu l-ħiliet diġitali u biex jiġu ssorveljati u adattati l-politiki. Il-proġetti tal-bliet intelliġenti għandhom ikunu bażi tajba biex jiġu prodotti proġetti ta’ bini tal-kapaċità fuq skala akbar u flessibbli biżżejjed biex jadattaw għal realtajiet differenti;

44.

jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tat-tagħlim bejn il-pari għal approċċ effettiv u prammatiku għall-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku: il-ġemellaġġi u r-repożitorji tal-aħjar prattiki, pereżempju permezz ta’ inizjattivi bħall-Patt tas-Sindki, jistgħu jkunu għodda b’saħħitha biex jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali iniedu l-politiki tagħhom newtrali mil-lat ta’ klima mingħajr ma jkollhom għalfejn jibdew mill-bidu nett;

45.

jirrikonoxxi li lokalment, hemm esperjenza vasta dwar il-ħolqien konġunt ta’ soluzzjonijiet politiċi, dwar kif jiġu organizzati l-assemblej taċ-ċittadini, dwar il-promozzjoni tad-djalogi ċiviċi u dwar it-trawwim ta’ bbaġitjar parteċipattiv. Dawn l-esperjenzi jiffurmaw bażi soda għall-ispirazzjoni dwar kif in-nies jiġu involuti direttament fil-formulazzjoni u l-kisba ta’ miri klimatiċi ambizzjużi. Il-Patt Klimatiku għandu jibni fuq l-għarfien lokali billi jagħti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali r-rwol ta’ faċilitaturi għal firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati u ċittadini lokali;

46.

jirrimarka li l-biċċa l-kbira tal-proġetti lokali għal tranżizzjonijiet tal-enerġija u l-protezzjoni tal-klima huma ta’ daqs żgħir meta mqabbla mal-iskala ottimali ta’ finanzjament kbir: il-Patt Klimatiku jista’ joħloq għodda biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jsibu msieħba fost il-pari u jaggregaw dawn il-proġetti biex jagħtuhom aċċess għall-opportunitajiet kollha ta’ finanzjament;

47.

jirrikonoxxi l-potenzjal sinifikanti tas-sħubijiet pubbliċi-privati fil-finanzjament ta’ tranżizzjoni newtrali għall-klima u jenfasizza li dan l-approċċ għadu ta’ sfida għal ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali: gwida u appoġġ aktar b’saħħithom għandhom jiġu pprovduti f’dan ir-rigward sabiex jiġi żgurat li l-kostitwenzi kollha jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minn din l-opportunità;

48.

jirrimarka li l-indirizzar tal-kriżi klimatika jimplika tibdil drammatiku fid-drawwiet tagħna bħala ċittadini u konsumaturi: f’dan il-kuntest, ir-rwol taċ-ċittadini kollha bħala partijiet interessati attivi jrid jiġi rikonoxxut bis-sħiħ u jeħtieġ li jiġu responsabilizzati permezz ta’ approċċi parteċipattivi, pereżempju, il-laboratorju ħaj jew permezz ta’ għotjiet mikro għal proġetti fuq skala żgħira, qrib ta’ fejn jgħixu n-nies, permezz tal-komunitajiet lokali u l-NGOs. It-trasformazzjoni tal-konsumaturi fi prosumaturi għandha tiġi mħeġġa u appoġġjata b’mod adegwat fil-livelli kollha. Barra minn hekk, l-involviment taċ-ċittadini għandu jkun appoġġjat bl-użu ta’ teknoloġija innovattiva, bħal arloġġi intelliġenti jew applikazzjonijiet speċjalizzati fuq l-ismartphones. Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ser ikun essenzjali hawnhekk;

Dwar ir-rwol tal-KtR

49.

jimpenja ruħu, permezz tal-Grupp ta’ Ħidma tiegħu dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali, li jippromovi, jiskambja u jikkoordina l-isforzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku u li jiżgura l-koordinazzjoni rapida tal-attivitajiet fil-qasam tal-Patt Ekoloġiku u l-Irkupru Ekoloġiku mal-Kummissjoni Ewropea u msieħba oħrajn;

50.

jistieden lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jaqdu rwol attiv u jkunu msieħba tal-KtR u tal-Kummissjoni fl-attivitajiet dwar il-Patt Ekoloġiku: għal dan il-għan, jistgħu jinħolqu ċentri ta’ informazzjoni taħt il-Patt Klimatiku fil-livell adatt sabiex jitwasslu l-informazzjoni u l-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku u biex dawn jilħqu l-kostitwenzi kollha interessati;

51.

qed jippjana biex jitnieda l-proġett CoR4Climate Pact sabiex tiġi appoġġjata aktar din l-inizjattiva importanti. Il-proġett għandu jinkludi l-identifikazzjoni ta’ Ambaxxaturi tal-Patt Ekoloġiku, maħsuba biex ikunu punti fokali għall-informazzjoni u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki relatati mal-Patt Ekoloġiku, inkluż ir-rwol tal-Patt Ekoloġiku bħala aċċelleratur għall-irkupru soċjali u ekonomiku wara l-kriżi tal-COVID-19. Il-proġett huwa ppjanat li jinkludi wkoll spinta lill-komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku, kemm pubblikament, permezz tas-sit web tal-KtR, kif ukoll internament lill-membri tal-KtR: din il-komunikazzjoni għandha tinkludi l-aktar informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex iniedu l-Patt Ekoloġiku lokali tagħhom, inkluż possibbiltajiet ta’ finanzjament. Fl-aħħar nett, il-proġett CoR4Climate Pact ser ikun opportunità biex jittieħed kont tal-impenji tal-Patt Ekoloġiku tal-membri tal-KtR u jiġu promossi opportunitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari;

52.

jipproponi t-twaqqif ta’ Forum għall-Irkupru Ekoloġiku fejn il-Kummissjoni Ewropea, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħrajn ikunu jistgħu jaħdmu flimkien fuq l-azzjoni klimatika: dan il-forum jista’ jiġi integrat fi pjattaforma diġitali tal-Patt Klimatiku li għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni u l-KtR b’mod konġunt;

53.

jappoġġja l-implimentazzjoni u l-integrazzjoni ta’ prinċipju ta’ Ġurament Ekoloġiku “tagħmel l-ebda ħsara” fi ħdan l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar u l-linji gwida tal-Kummissjoni. Jinħtieġu konsistenza politika u regolamentazzjoni aħjar biex tiġi stabbilita leġislazzjoni effiċjenti u f’waqtha li ġġib valur miżjud liċ-ċittadini. Huwa għalhekk importanti li ċ-ċittadini, il-partijiet interessati u l-livelli kollha ta’ governanza jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ leġislazzjoni tajba għall-iskop it-tajjeb. L-istrumenti u l-linji gwida għal regolamentazzjoni aħjar iridu jintużaw biex jintlaħaq l-objettiv ta’ newtralità klimatika;

54.

jenfasizza li l-Patt Klimatiku huwa opportunità kbira biex jiġi implimentat il-prinċipju tas-sussidjarjetà attiva, peress li l-objettivi proprji tal-Patt jikkoinċidu ħafna mal-għan ewlieni tal-approċċ ta’ sussidjarjetà attiva – l-iżvilupp ta’ mod inklużiv u kostruttiv ta’ ħidma li juża bis-sħiħ il-potenzjal tal-qafas f’diversi livelli demokratiku u ta’ governanza tal-Unjoni;

55.

jenfasizza li l-UE għandha taġixxi bħala mexxej globali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, billi tippromovi standards u għanijiet ambizzjużi għall-pajjiżi ġirien u għal emittenti kbar oħra; f’dan ir-rigward, jiġbed l-attenzjoni għall-inizjattivi tal-KtR, bħalma huma l-Konferenza tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP), l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) u kooperazzjoni deċentralizzata inkluża l-inizjattiva ta’ Nikosija ta’ kooperazzjoni ma’ sindki Libjani, li jistgħu jużaw l-għodod u l-metodoloġiji li jridu jiġu żviluppati taħt il-Patt Klimatiku biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-pajjiżi ġirien fl-iskambju, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki għal ekonomija aktar sostenibbli u ekoloġika;

56.

fid-dawl tar-rwol kruċjali tal-Fondi SIE b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku, huwa jqis li l-Patt Klimatiku għandu jiftaħ djalogu mal-awtoritajiet amministrattivi biex jiġi żgurat li jkunu kompletament konxji tal-opportunitajiet eżistenti f’dan r-rigward. Jinsab lest li jikkoopera mal-Kummissjoni sabiex tingħata spinta lis-sensibilizzazzjoni u l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet amministrattivi għall-ippjanar u l-infiq ta’ dawn il-fondi bil-ħsieb li nimxu lejn in-newtralità klimatika permezz ta’ tranżizzjoni ekoloġika u ġusta.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Jekk jogħġbok ara, pereżempju, patti klimatiċi lokali fi bliet bħal Stokkolma, Rotterdam, Amsterdam u Nantes.

(2)  https://www.eea.europa.eu/themes/human

(3)  https://www.who.int/phe/publications/global-strategy/en/


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/107


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni Ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari

(2020/C 440/18)

Relatur:

Tjisse STELPSTRA (NL/KRE), Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Drenthe

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva

COM(2020) 98 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

A.   Kummenti Ġenerali

Dwar ir-responsabbiltà tagħna

1.

jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-pass attwali tal-isfruttament tad-Dinja, jenfasizza li l-imġiba tal-bniedem hija l-kawża ta’ dan id-diżastru li għalih kulħadd huwa responsabbli u jaqbel mal-NCEAP li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju se teħtieġ kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati kollha fil-livelli kollha ta’ governanza u soċjetà;

2.

jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li titħaffef it-tranżizzjoni lejn mudell ta’ tkabbir riġenerattiv, li l-konsum tar-riżorsi jinżamm fil-limiti tal-pjaneta u li titnaqqas il-marka tal-karbonju tagħna;

3.

jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ekonomija Ċirkolari (NCEAP) bħala elaborazzjoni strateġika tal-kunċett tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u bħala konsegwenza kostruttiva għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-2015;

4.

jiddispjaċih għall-kapitolu qasir ħafna fl-NCEAP dwar ir-rwol tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali (LRAs) fid-dawl tal-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti fit-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ċirkolari bħala atturi kruċjali fit-tnedija u t-tkabbir tal-innovazzjoni tant meħtieġa – ir-reġjuni jiżguraw li n-nies, il-komunitajiet u r-reġjuni jadattaw l-azzjonijiet tagħhom ta’ kuljum f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari; jenfasizza l-importanza tal-potenzjal taċ-ċirkolarità għall-ħolqien tal-impjiegi u l-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-investimenti f’infrastruttura ġdida għall-ġbir, ir-riċiklaġġ u l-użu attwali ta’ materjal sekondarju;

5.

jinsab impressjonat bin-numru ta’ kontributi intuwittivi tal-partijiet interessati u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tuża pjattaformi eżistenti bħas-Sħubijiet tal-Aġenda Urbana, il-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari u n-networks tal-gvernijiet lokali u reġjonali biex jittejbu t-tagħlim bejn il-pari u l-bini tal-kapaċitajiet;

6.

jilqa’ l-Inizjattiva għal Bliet u Reġjuni Ċirkolari, li se tgħin lill-partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet tal-ekonomija ċirkolari territorjali. Fl-istess ħin, madankollu, il-KtR jenfasizza li l-attività ċirkolari m’għandhiex tkun separata minn attivitajiet oħra għall-protezzjoni tal-pjaneta. L-approċċ tal-ekonomija ċirkolari għandu jiġi integrat fl-attivitajiet relatati mal-klima, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli tan-networks tal-irħula u l-bliet;

7.

jenfasizza li d-dibattitu li għaddej dwar il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari jista’ jkun opportunità biex tiġi indirizzata b’mod deċiżiv il-kwistjoni rikorrenti li wieħed imur lil hinn mill-indikaturi tradizzjonali tal-PDG (1), jiġifieri inklużi l-elementi l-ġodda għajr dawk relatati mal-prestazzjoni ekonomika, bħal: il-ħolqien ta’ sistemi bbażati fuq is-solidarjetà għal soċjetà inklużiva; l-għajxien fil-limiti tal-pjaneta tagħna; u distribuzzjoni ġusta tar-riżorsi;

Dwar il-kuntest tal-COVID-19

8.

jirrimarka li l-NCEAP tnieda matul il-pandemija tal-COVID-19, azzjoni li wriet kemm aħna dipendenti mir-riżorsi fl-istat naturali tagħhom u jqis din il-kriżi bħala sejħa ta’ twissija b’diversi modi;

9.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jnaqqsu d-dipendenza fuq partijiet terzi u r-riżorsi fl-istat naturali tagħhom u jsaħħu s-sigurtà tal-provvista permezz ta’ ġestjoni aħjar tar-riżorsi – b’mod speċjali ta’ dawk skarsi u kritiċi – u jirrakkomanda żvilupp lejn Pjattaforma tal-Politika tal-UE dwar ir-Riżorsi;

10.

jilqa’ l-enfasi tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-iżvilupp tas-suq sekondarju tal-materja prima, b’mod partikolari permezz ta’ investimenti fir-riċiklaġġ;

11.

kien impressjonat bl-effetti sekondarji ambjentali pożittivi tal-lockdowns (jiġifieri arja aktar nadifa, inqas tniġġis tal-ilma, anqas emissjonijiet li jagħmlu l-ħsara). Ir-reżiljenza, il-kreattività u l-innovazzjoni murija sa mill-bidu tal-kriżi miċ-ċittadini, l-atturi pubbliċi, in-negozji u l-atturi ekonomiċi għandhom jintużaw biex jappoġġjaw trasformazzjoni ekoloġika profonda tal-proċessi ta’ produzzjoni u jevitaw effett “ta’ rkupru” f’termini ta’ degradazzjoni ambjentali wara l-kriżi;

12.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex imexxu l-investimenti mill-pjan ta’ rkupru tal-UE b’tali mod li jiggarantixxu progress ekonomiku, soċjali u ambjentali fit-tul, filwaqt li jnaqqsu l-użu tar-riżorsi, jevitaw u jneħħu sustanzi perikolużi u jtejbu ċ-ċirkolarità tal-materjali u tas-sistemi. L-Istrument Next Generation EU għandu jikkontrobwixxi għal dan il-għan billi jipprevedi l-finanzjament meħtieġ u għandu jkun akkumpanjat minn riżorsi proprji li ma jpoġġu lill-ebda Stat Membru tal-UE f’pożizzjoni żvantaġġata fil-konfront ta’ pajjiżi oħrajn;

Dwar l-ambizzjoni klimatika, il-Patt Ekoloġiku u l-SDGs

13.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżguraw implimentazzjoni f’waqtha tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, filwaqt li jiżguraw li din isservi ta’ bażi solida għat-tnedija mill-ġdid tal-ekonomija tal-UE b’mod li jkun kompatibbli mal-ilħuq tal-objettivi tal-UE dwar l-enerġija, il-klima u l-ambjent;

14.

jinsisti fuq ir-rwol ewlieni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari fl-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-SDG 12 dwar “Produzzjoni u konsum responsabbli”; jemmen li l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekonomija ċirkolari se tgħin biex l-għanijiet wesgħin jinbidlu f’azzjoni u t-trasformazzjoni tanġibbli tas-soċjetà;

15.

jenfasizza li t-tranżizzjoni għall-ekonomija ċirkolari se tappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-UE għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi aktar rabtiet bejn il-pjani kollha tal-Patt Ekoloġiku biex tipprovdi l-perspettiva ġenerali tant meħtieġa u toħloq sinerġija permezz tar-riċerka u l-indikaturi u fil-proċess tat-tfassil tal-politika, pereżempju fil-Liġi dwar il-Klima; jenfasizza li huwa daqstant importanti li l-politiki tal-ekonomija ċirkolari jkunu akkoppjati ma’ dawk li għandhom kwistjonijiet ambjentali oħrajn fil-mira tagħhom, bħall-protezzjoni tal-bijodiversità, jew il-kwalità tal-arja u tal-ilma; l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari hemm bżonn li ssir l-punt tat-tluq komuni fis-setturi kollha, bħal setturi li jvarjaw mill-agrikoltura u l-ikel sa dawk tal-kostruzzjoni u tas-soluzzjonijiet tekniċi avvanzati ħafna, eċċ;

16.

jirreferi għad-dipendenzi trasversali bejn iċ-ċirkolarità u l-ħarsien tal-klima. L-approċċ integrat ta’ ekonomija ċirkolari, inklużi s-sistemi ta’ teħid lura u disinn, jista’ jagħti kontribut sinifikanti għat-tnaqqis dirett tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;

Dwar il-miri u l-monitoraġġ

17.

jenfasizza li biex ikun hemm konformità mal-limiti tal-pjaneta, huwa imperattiv li t-tkabbir u l-użu tar-riżorsi jiġu diżakkoppjati u jiddispjaċih li l-NCEAP ma jinkludix mira totali għat-tnaqqis fl-użu tar-riżorsi. Il-miżuri preċedenti fil-livell tal-UE wrew li mhumiex biżżejjed biex inaqqsu l-konsum globali ta’ riżorsi naturali u materja prima tal-Ewropa. Hemm raġunijiet biżżejjed li jiġu fformulati indikaturi oħra minbarra l-PDG bħala bażi għall-kalkolu tal-iżvilupp li huma aktar konformi mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari;

18.

huwa tal-fehma li t-tnaqqis tas-CO2 matul iċ-ċikli tal-ħajja tal-prodotti għandu jkun parti mill-miri peress li dan jipprovdi għarfien dwar l-investiment u r-riżultati stmati u għalhekk jappoġġja l-azzjonijiet ta’ prijoritizzazzjoni;

19.

jirrimarka li miżuri tanġibbli jwasslu għal riżultati tanġibbli u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex takkumpanja kull azzjoni ewlenija bi stima ta’ riżultat u perjodu ta’ żmien ambizzjuż;

20.

jenfasizza li l-iffissar tal-miri jeħtieġ li jkun ambizzjuż u progressiv biex titrawwem l-innovazzjoni; għalhekk, hemm bżonn ta’ sistema fejn kull ħames snin l-aħjar soluzzjoni jew l-aħjar prattika disponibbli ta’ dak il-mument tistabbilixxi l-mira għall-ħames snin ta’ wara;

21.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati u implimentati indikaturi fil-livell lokali u reġjonali sabiex jevalwaw il-progress u l-problemi li għandhom jiġu indirizzati u biex jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jimplimentaw strateġiji tal-ekonomija ċirkolari;

Dwar is-sistema ekonomika

22.

jikkonkludi li huwa ġust li l-ispejjeż għat-tniġġis, l-iskart u l-emissjonijiet jiġu inklużi fl-ipprezzar ta’ prodotti mhux ċirkolari, li jagħmel il-produzzjoni sostenibbli komparabbli u kompetittiva ma’ modi ta’ produzzjoni mhux ċirkolari;

23.

jirrimarka li mekkaniżmi legali u ekonomiċi mmirati biex jiffaċilitaw l-attivitajiet li jippromovu ċ-ċirkolarità, u jrażżnu dawk li jfixklu ċ-ċirkolarità, huma għodod utli, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa l-aħjar prattiki dwar kif l-Istati Membri jistgħu javvanzaw lejn iċ-ċirkolarità u jsibu soluzzjonijiet transkonfinali komuni. huwa tal-fehma li t-tnaqqis tat-taxxi fuq l-attivitajiet li jippromovu ċ-ċirkolarità u ż-żieda fit-taxxi fuq dawk li jfixklu ċ-ċirkolarità huwa strument utli u jilqa’ bi pjaċir ir-rikonoxximent li t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) hija strument effettiv biex tindirizza dan. Il-ħidma futura f’dan il-qasam għandha tqis il-kunsens rigward id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet marbuta mal-politika fiskali;

24.

f’dan l-isfond jiddispjaċih li l-unanimità prevalenti fil-qasam tat-tassazzjoni tillimita flessibilità akbar għall-Istati Membri fl-użu tal-VAT/rati tat-taxxa, sabiex tiġi appoġġjata trasformazzjoni reali fix-xejriet ta’ produzzjoni u konsum (lil hinn mis-sempliċi attivitajiet ta’ tiswija);

B.   Awtoritajiet lokali u reġjonali

Dwar il-kompetenzi

25.

jenfasizza li ħafna kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huma relatati mal-ġestjoni tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari; għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom diversi opportunitajiet biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ċirkolari; fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni tirrikjedi ħafna għarfien espert u investimenti finanzjarji. Għalhekk, l-Istrument Next Generation EU u fondi oħra għandhom jikkontribwixxu għal dan il-għan billi jipprovdu l-finanzjament meħtieġ;

26.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-użu tal-ilma, li huwa wieħed mill-aktar riżorsi importanti, fid-djar u fl-industrija iwassal għal ammonti kbar ta’ ilma mormi, u għalhekk aktar ilma għandu jerġa’ jintuża f’postijiet fejn dan ikun xieraq. L-ilma mormi fih ukoll ħafna nutrijenti prezzjużi li jistgħu jiġu rkuprati; għalhekk, jistqarr li minbarra r-riċerka, l-innovazzjoni u l-finanzjament, hemm bżonn ta’ miri ċari għall-irkupru tan-nutrijenti;

27.

jenfasizza li l-għarfien u l-interessi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti l-miri għall-iskart, speċjalment jekk il-ġbir u l-issortjar tal-iskart isir aktar speċjalizzat;

28.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa strateġija innovattiva li tinkludi firxa ta’ prattiki ta’ ġbir tal-iskart; hawnhekk ir-reġjuni u l-bliet għandhom jikkooperaw, minflok ma jipprijoritizzaw l-armonizzazzjoni minn fuq għal isfel ta’ sistemi separati għall-ġbir tal-iskart;

29.

iqis li s-sħubijiet pubbliċi-privati huma essenzjali għall-espansjoni tal-ekonomija ċirkolari biex jiġu inklużi l-atturi ekonomiċi, u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-portal ġust għall-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tistimula din il-kooperazzjoni fil-programmi tagħha;

30.

jenfasizza li l-gwida u l-promozzjoni lokali u reġjonali tal-aħjar prattika jgħinu biex titħaffef il-bidla lejn l-ekonomija ċirkolari, pereżempju dwar l-ippjanar spazjali u dwar il-kostruzzjoni u l-bini;

31.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tibda programm li jiġbor informazzjoni preċiża dwar il-flussi materjali fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew. Dan jippermetti lill-partijiet interessati jitgħallmu aktar dwar is-sitwazzjoni u l-attivitajiet ta’ reġjuni oħra. Il-programm irid ikun sistema diġitali trasparenti u għandu janalizza s-sitwazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew. Barra minn hekk, il-programm għandu joffri riżorsi biex dawn l-attivitajiet jiġu żviluppati fil-livelli kollha;

32.

jenfasizza li l-informazzjoni dwar l-attivitajiet reġjonali fl-innovazzjoni, il-kapaċitajiet eżistenti (l-infrastruttura u l-għarfien espert) u l-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari hija kruċjali u jiddispjaċih li din id-data ta’ spiss hija mxerrda u frammentata, u dan jillimita l-utilità tagħha għar-reġjuni; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni Ewropea biex twettaq eżerċizzju reali ta’ ġbir ta’ evidenza filwaqt li tqis il-perspettiva lokali u reġjonali dwar l-istrateġija tal-UE għall-industrija;

Dwar l-akkwist pubbliku

33.

jisħaq li l-akkwist pubbliku huwa strument b’saħħtu li permezz tiegħu l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jistabbilixxu standards u jixprunaw is-suq lejn prodotti u servizzi aktar sostenibbli, iżda jenfasizza li l-kumplessità tar-regoli ħafna drabi tħeġġeġ l-averżjoni għar-riskju mill-awtoritajiet reġjonali u lokali; dan jippermetti li l-akkwist jiġi ggwidat abbażi tal-Ispiża Totali tas-Sjieda (l-ispejjeż kollha taċ-ċiklu tal-ħajja huma koperti, inklużi l-ispejjeż soċjali u ambjentali), fejn jista’ jinkiseb impatt pożittiv possibbli għar-reġjun;

34.

jappella li jiġu żviluppati aktar il-kriterji u l-miri għal akkwist pubbliku ekoloġiku li jirrispettaw l-ambjent abbażi ta’ reviżjoni tal-kriterji ambjentali minimi li jinsabu fid-direttivi attwali tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (2); jirrakkomanda li jiġi żviluppat sett ta’ miri ta’ innovazzjoni pożittivi u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea testendihom biex isiru akkwist pubbliku verament ċirkolari; ċertifikati u tikketti affidabbli u trasparenti tal-UE jaqdu rwol importanti, b’mod partikolari għas-sostenibbiltà ambjentali, bil-ħsieb li jipprovdu ċertezza legali u jnaqqsu l-piż tal-akkwist pubbliku fil-muniċipalitajiet u r-reġjuni. Fil-każ tal-akkwist pubbliku, il-produtturi għandhom ikunu jistgħu jirrapportaw dwar dak li jkun sar sabiex tingħata prijorità lill-użu tal-materja prima sekondarja fil-manifattura ta’ prodotti u biex jagħtu spjega fejn ma setgħetx tintuża materja prima sekondarja għall-manifattura ta’ prodotti ġodda. F’dan ir-rigward, linji gwida xierqa huma ta’ għajnuna biex issir verifika tal-kontenut riċiklat u/jew irkuprat u/jew bħala prodott sekondarju fi prodotti soġġetti għal kriterji ambjentali minimi. Għal dan il-għan se jkunu meħtieġa sistemi ta’ valutazzjoni trasparenti u se jkun hemm bżonn żvilupp tal-għarfien fost il-kuntratturi;

C.   Ir-riżorsi u l-iskart

Dwar l-iskart u l-prinċipju ta’ “ma hemm l-ebda skart”

35.

jiddikjara li ħafna riżorsi kruċjali kklassifikati bħala “skart” huma disponibbli fl-Ewropa u jenfasizza li fit-triq lejn ekonomija ċirkolari reali, hemm bżonn ta’ bidla lejn mentalità ta’ skart żero; jenfasizza l-importanza li l-materja prima tiġi rreġistrata ħalli tinżamm disponibbli għall-użu mill-ġdid u tingħatalha identità;

36.

iqis bħala prinċipju importanti li fl-ekonomija ċirkolari l-materjali kollha jkunu ddisinjati b’tali mod li jsiru nutrijenti għall-bijosfera jew materjali ġodda għaċ-ċiklu ta’ użu li jmiss;

37.

jenfasizza l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġu mmodernizzati l-liġijiet tal-UE dwar l-iskart u l-fondi ta’ appoġġ. Punt ewlieni fejn din il-modernizzazzjoni għandha titħaffef huwa biex jinħoloq qafas legali ġdid, aktar rapidu u aktar faċli għal kriterji tat-tmiem tal-istadju tal-iskart u tal-prodott sekondarju;

38.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi mira dwar produzzjoni assoluta tal-iskart per capita u għal miri għall-prevenzjoni tal-iskart għan-negozji u l-industriji; jenfasizza l-importanza (u l-impatt) tal-qafas ta’ politika mħabbar għall-imballaġġ u t-tnaqqis tiegħu kif ukoll il-qafas imħabbar għall-plastik kompostabbli;

39.

jenfasizza li fil-fażi ta’ tranżizzjoni “mill-iskart għal materjali”, il-ftehimiet tranfruntiera jistgħu jkunu kruċjali biex jiġu evitati soluzzjonijiet għal żmien qasir b’effetti ambjentali negattivi;

40.

huwa tal-fehma li fejn ir-reġjuni jew il-bliet jeħtieġ li jirkupraw, u jabbandunaw l-użu tal-landfills, bħala punt tat-tluq dawn għandhom jiżviluppaw abbażi tal-infrastruttura ta’ xulxin fil-livell Ewropew biex jimmaniġġaw l-iskart fil-fażi ta’ tranżizzjoni (pereżempju, jużaw inċineraturi tal-iskart eżistenti minflok jibnu oħrajn ġodda) u jisħaq li hemm bżonn ta’ finanzjament u koordinazzjoni għal din it-tranżizzjoni. L-irkupru effiċjenti tal-enerġija, bis-saħħa tal-irkupru tal-metalli u l-imluħ, għandu jitħeġġeġ għall-iskart li ma jistax jiġi riċiklat minħabba l-kontaminazzjoni, l-istrapazz tal-materjali u d-diffikultà biex jiġu sseparati l-materjali kumplessi;

41.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ġestjoni tal-iskart fir-reġjuni ultraperiferiċi hija partikolarment problematika minħabba l-limitazzjonijiet tal-infrastrutturi eżistenti tat-trattament tal-iskart u n-nuqqas ta’ ekonomiji ta’ skala għall-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart. L-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari (fl-Ewropa) għandu għalhekk ikollha effett li jista’ jitkejjel direttament hawnhekk. L-istat attwali tal-ġestjoni u t-trattament tal-iskart f’dawn ir-reġjuni jista’ jintuża bħala test prattiku fir-rigward tal-aċċellerazzjoni. Barra minn hekk, tista’ tassisti fl-evalwazzjoni ta’ strumenti eżistenti kif ukoll fl-introduzzjoni ta’ oħrajn ġodda;

42.

jinsisti li biex jiġi vvalidat il-prinċipju “ma hemm l-ebda skart” u biex jiġi evitat l-użu ta’ riżorsi fl-istat naturali tagħhom, huwa essenzjali l-obbligu li jintużaw materjali riċiklati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi kriterji li permezz tagħhom proporzjon sostanzjali ta’ prodotti ġodda għandhom ikunu magħmula minn materjal riċiklat u jirrakkomanda li dan isir parti mill-approċċ lejn il-ktajjen ewlenin tal-valur tal-prodott;

Dwar il-prevenzjoni tal-ispejjeż, il-materjali sikuri u r-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur

43.

jiddispjaċih li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta’ spiss ikollhom jindirizzaw l-effetti negattivi tal-prodotti li jkunu waslu fit-tmiem tal-użu mingħajr ma produttur ikollu r-responsabbiltà li jeħodhom lura, peress li (partijiet minn) dawn il-prodotti sikwit iniġġsu l-ħamrija jew l-arja u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jispiċċaw iġarrbu l-ispejjeż biex ineħħuhom;

44.

jenfasizza li huwa essenzjali li dawn l-ispejjeż jiġu evitati u indirizzati direttament fil-livell tal-produttur, u għalhekk jilqa’ l-qafas ta’ politika dwar il-prodotti sostenibbli tal-NCEAP;

45.

jenfasizza li l-produtturi għandhom rwol importanti x’jaqdu fit-triq għal ekonomija ċirkolari. Dawn għandhom jiżviluppaw prodotti bl-iżjed impronta planetarja baxxa possibbli u b’hekk jevitaw kemm jista’ jkun materjali fossili verġni bħala materja prima. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet għandhom ukoll responsabbiltajiet f’termini ta’ promozzjoni, kundizzjonalità u regolamentazzjoni;

46.

jenfasizza li t-tniġġis tal-ħamrija huwa ta’ tħassib dejjem akbar fl-UE; jilqa’ bi pjaċir, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni li tippromovi inizjattivi biex jitnaqqas l-issiġillar tal-ħamrija, biex jiġu riabilitati siti industrijali abbandunati jew kontaminati u biex jiżdied l-użu sikur, sostenibbli u ċirkolari ta’ ħamrija skavata; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi d-dijanjosi u t-traċċar obbligatorji tal-art skavata f’din l-inizjattiva;

47.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm bidla għal “sustanzi kimiċi sikuri sa mid-disinn”, peress li l-prevenzjoni jew il-kontroll tal-użu ta’ materjali tossiċi huma l-eħfef mod biex jiġu evitati li jinfirxu dawn is-sustanzi kimiċi u jiġu evitati spejjeż konsiderevoli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jirriżultaw mit-tindif jew ir-regolamentazzjoni tat-trasferiment ta’ ħamrija mniġġsa (pereżempju mal-PFAS); u jinnota li l-kontroll fuq il-materjali tossiċi mhuwiex biżżejjed, u li hemm il-ħtieġa għal trasparenza sħiħa fuq il-komponenti sabiex il-materjali jiġu rriċiklati jew jintużaw fl-upcycling b’mod xieraq;

48.

jappella għal miżuri biex jiġu promossi l-importanza u l-implimentazzjoni tar-Responsabilità Estiża tal-Produttur, filwaqt li jitqiesu d-diversi komponenti tal-ekonomija ċirkolari. Pereżempju, il-frammentazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-iskart iddgħajjef l-iżvilupp tal-ġestjoni tal-iskart kollha kemm hi. L-objettiv huwa li jiġu żgurati argumenti għall-vijabbiltà, li fihom il-produtturi jħarsu wkoll lejn konsegwenzi “sikuri u ċirkolari sa mid-disinn”;

49.

jitlob li mhux il-produtturi kollha jistabbilixxu l-“loġistika tar-ritorn” tagħhom stess peress li dan jista’ joħloq impronta loġistika enormi; għalhekk, jeħtieġ li jiġu definiti l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal/komponenti intelliġenti, kif ukoll strateġiji intelliġenti ta’ loġistika mreġġa’ lura;

50.

jitlob li l-NCEAP jqis il-problema partikolari tal-iskart fil-baħar. Minħabba n-natura transkonfinali ta’ dan l-iskart, ikun meħtieġ li titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet tar-reġjuni marittimi kollha sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżorsi komuni, kif ukoll biex titħeġġeġ kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali sabiex jinstabu soluzzjonijiet komuni;

D.   It-tħaddim tal-ekonomija ċirkolari

Dwar l-għarfien u l-azzjoni

51.

jenfasizza li l-ekonomija ċirkolari teħtieġ mod ġdid ta’ kif isir il-konsum u li l-bini tas-sensibilizzazzjoni huwa essenzjali; l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma qrib tan-nies u għalhekk jaqdu rwol importanti fit-twassil ta’ bidla fil-mentalità għal normalità oħra; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja proġetti fil-livell lokali u reġjonali li jwasslu għal riżultati tanġibbli;

Dwar il-ħiliet u l-edukazzjoni

52.

jisħaq li sabiex titqajjem kuxjenza, l-edukazzjoni hija importanti kemm mill-“kindergarten sal-università” kif ukoll naturalment fuq ix-xogħol; għalhekk, il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni għandhom jipprovdu appoġġ għall-inklużjoni tal-mod ċirkolari ta’ għajxien fil-kurrikulu ta’ kull tip ta’ edukazzjoni, inklużi wkoll il-mezzi tal-edukazzjoni diġitali;

53.

jenfasizza li għal deċiżjonijiet ta’ xiri li jkunu infurmati sew, il-konsumaturi jeħtieġu informazzjoni trasparenti dwar il-perċentwal ta’ materjal riċiklat fil-prodotti;

54.

jenfasizza dak li għandu xi jgħid l-NCEAP dwar l-appoġġ għall-ħiliet u l-ħolqien tal-impjiegi iżda jirrimarka r-riskju li fuq medda qasira ta’ żmien, l-impjiegi fl-ekonomija ċirkolari ftit li xejn jirrikjedu ħiliet u fuq medda medja sa twila ta’ żmien se jkunu awtomatizzati u jintilfu minħabba r-robotizzazzjoni. Min-naħa l-oħra, hemm opportunitajiet għal impjiegi b’livell għoli ta’ ħiliet u għalhekk l-aġġornament tal-aġenda tal-ħiliet għandu jqis b’mod xieraq dawn iż-żewġ aspetti;

55.

jirrakkomanda li r-reġjuni li jagħmlu trasferiment rapidu lejn impjiegi li ftit li xejn jirrikjedu ħiliet (parzjalment minħabba spejjeż baxxi ta’ xogħol) għandhom ikunu l-ewwel li jibbenefikaw mill-appoġġ għall-edukazzjoni u l-bini tal-kapaċitajiet sabiex jitħaffef it-trasferiment għal impjiegi bi kwalifiki ogħla; dan se jrawwem l-innovazzjoni teknika u soċjali u jappoġġja l-awtoritajiet lokali u reġjonali lejn ekonomija versatili u reżiljenti; barra minn hekk, l-aġġornament tal-aġenda tal-ħiliet għandu jenfasizza wkoll id-differenzi reġjonali – b’mod partikolari r-reġjuni inqas żviluppati – f’dak li għandu x’jaqsam mal-iżvilupp ta’ strateġiji edukattivi u tal-ħiliet u programmi għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol;

56.

peress li l-ekonomija ċirkolari tirrikjedi ħsieb u azzjoni integrali, transsettorjali u fit-tul, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma mħeġġa jimmaniġġjaw l-istrutturi amministrattivi tagħhom u jadattaw dawk organizzattivi sabiex jappoġġjaw il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, pereżempju, biex joħolqu profili ta’ karigi ġodda fl-amministrazzjoni pubblika, bħall-maniġers tal-bliet intelliġenti u tal-ekonomija ċirkolari;

57.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tniedi programmi ta’ finanzjament dirett għall-appoġġ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-SMEs fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fil-kamp tal-edukazzjoni, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, kif ukoll fl-investimenti u l-bini tar-reżiljenza;

58.

jinnota li hemm bżonn ta’ aktar riċerka u regolamentazzjoni dwar il-materjal sostenibbli u riċiklabbli. Ir-rekwiżiti għas-separazzjoni u l-użu mill-ġdid tal-materjali jsiru aktar ambizzjużi sabiex dawn ikunu jistgħu jintużaw fl-akbar numru ta’ ċikli possibbli, speċjalment jekk ir-riċiklaġġ ma jkunx ifisser downcycling lejn prodotti b’valur aktar baxx. Għalhekk, l-approċċ “minn nieqa sa nieqa” jagħti ħjiel dwar kif dan il-prinċipju ta’ riċiklaġġ qabel id-downcycling jista’ jitwettaq u jiddependi fuq id-disinn bir-reqqa tal-prodott;

Dwar is-soċjetà ċirkolari

59.

jinsisti li l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari għandhom jiġu integrati bħala qasam obbligatorju fil-politika ta’ koeżjoni għal wara l-2020 u l-fond korrispondenti tagħha, peress li dan huwa meħtieġ biex jingħata l-impetu meħtieġ għall-promozzjoni tat-tranżizzjoni għall-ekonomija ċirkolari li tibda fil-livelli lokali u reġjonali;

60.

jenfasizza u jaqbel mal-konklużjoni tal-NCEAP li t-tranżizzjoni għall-ekonomija ċirkolari se tkun sistemika, profonda u trasformattiva; l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid tal-Ewropa trid tkun ibbażata fuq l-ekonomija ċirkolari, li trid tiġi stimulata u promossa permezz ta’ applikazzjoni reali tal-prinċipji u l-għodod tagħha;

61.

jenfasizza li t-tranżizzjoni trid tkun ġusta peress li ma tirrigwardax biss l-ekonomija iżda tirrigwarda l-aktar is-soċjetà, li r-rappreżentanti lokali u reġjonali huma qrib tagħha; għalhekk, jikkonkludi li r-reġjuni u l-bliet huma l-“livell ta’ skala” l-aktar rilevanti fit-triq lejn il-kisba ta’ soċjetà ċirkolari;

62.

fl-aħħar nett, jixtieq josserva li, minbarra l-istabbiliment ta’ pjattaforma u qafas regolatorju għall-ekonomija ċirkolari fl-Unjoni, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi wkoll rekwiżiti b’saħħithom għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet lejn u mill-Unjoni, sabiex il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari jkollhom ukoll impatt lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Is-Sistema Ewropea ta’ Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali (ESA 2010): https://ec.europa.eu/eurostat/documents/3859598/5925693/KS-02-13-269-EN.PDF/44cd9d01-bc64-40e5-bd40-d17df0c69334

(2)  Id-Direttivi 2014/23/UE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1), 2014/24/UE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65), 2014/25/UE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/114


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn użu sostenibbli tar-riżorsi naturali fil-gżejjer tal-Mediterran

(2020/C 440/19)

Relatur:

Francina ARMENGOL I SOCÍAS (ES/PSE), President tal-Gvern tal-Gżejjer Baleariċi

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni: il-gżejjer Mediterranji u l-isfidi speċifiċi tagħhom

1.

ifakkar li fil-gżejjer Ewropej tal-Mediterran jgħixu 95 % tal-abitanti tal-gżejjer tal-Unjoni Ewropea u li, flimkien mal-gżejjer l-oħra tal-baċir, jaqsmu l-isfidi, il-problemi u l-limitazzjonijiet komuni li jfixklu l-iżvilupp ekonomiku tagħhom;

2.

jirrimarka li t-Trattati tal-Unjoni Ewropea (UE) ma fihomx miżuri speċifiċi dwar l-insularità minbarra dawk previsti fil-kuntest tar-reġjuni ultraperiferiċi, minkejja li s-sitwazzjoni speċjali tagħhom hija kważi kompletament ibbażata fuq il-prinċipju tal-insularità;

3.

jirrikonoxxi li t-territorji insulari fil-kuntest tal-Mediterran jikkostitwixxu realtajiet ekonomiċi, amministrattivi, kulturali u soċjali eteroġeni. Madankollu, dawn jikkondividu sfidi u problemi komuni li, f’baċir ifframmentat ħafna bħal dak tal-Mediterran, jeħtieġ li jiġu indirizzati fi ħdan kamp ta’ applikazzjoni konġunt u speċifiku;

4.

jirrikonoxxi li l-kriżi attwali tas-saħħa kkawżata mill-COVID-19 (coronavirus) enfasizzat il-vulnerabbiltà partikolari tat-territorji insulari, li għandhom riżorsi skarsi;

5.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea miexja lejn Pakkett Ekoloġiku u qafas ta’ tranżizzjoni ġusta li jippermetti żvilupp soċjoekonomiku tal-gżejjer Mediterranji u li huwa allinjat mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;

6.

jirrikonoxxi r-rikkezza unika tal-ekosistemi tal-gżejjer Mediterranji u l-vulnerabbiltà partikolari tagħhom fil-kuntest tal-iżvilupp soċjoekonomiku attwali u t-tibdil fil-klima, u, għalhekk, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali skarsi tagħhom hija l-isfida ewlenija għal dawn it-territorji;

7.

iqis li l-Kummissjoni Ewropea, fid-dawl tal-vulnerabbiltà ambjentali u klimatika għolja tat-territorji insulari Mediterranji, għandha tqis iċ-ċirkostanzi ġeografiċi u soċjoekonomiċi speċifiċi tal-gżejjer Mediterranji biex jiġi stabbilit il-perkors biex jintlaħaq l-għan tan-newtralità klimatika;

8.

jenfasizza li, minkejja d-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw, jekk jiġu stabbiliti miżuri leġislattivi speċifiċi u qafas finanzjarju adatt, dawn it-territorji insulari Mediterranji jsiru laboratorji eċċellenti għad-diversi proċessi ta’ tranżizzjoni ekoloġika mwettqa mill-UE;

9.

jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Unjoni għall-Mediterran biex jaħdmu flimkien biex titfassal dikjarazzjoni ministerjali dwar is-sitwazzjoni tal-gżejjer tal-Mediterran, li tirrikonoxxi lill-gżejjer Mediterranji bħala żona speċjali fi ħdan l-UE, bi ħtiġijiet konkreti u kultura, wirt u ambjent uniċi li jeħtieġ li jiġu ġestiti u protetti b’mod speċifiku u konġunt;

10.

jappella li, minħabba s-sitwazzjoni tal-Mediterran bħala fruntiera bejn l-Ewropa u l-Afrika, l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni għall-Mediterran iqisu l-gżejjer tal-baċir meta tiġi żviluppata u implimentata l-Politika Ewropea tal-Viċinat;

11.

jenfasizza li koeżjoni territorjali b’saħħitha bejn il-gżejjer Ewropej tal-Mediterran ser tikkontribwixxi wkoll sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni konfinali tal-Unjoni, u toffri wkoll kontroparti b’saħħitha biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mat-territorji tal-imsieħba Mediterranji tal-UE;

12.

jenfasizza li, minkejja s-similaritajiet ċari li għandhom mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE f’termini tal-kundizzjonijiet ġenerali soċjali, ekonomiċi u ġeografiċi, il-gżejjer Mediterranji ma jibbenefikawx minn trattament speċifiku biex ikunu jistgħu jindirizzaw il-kontinġenzi ġeografiċi permanenti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom, kif rikonoxxut fl-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE);

13.

jirrimarka li l-Artikolu 174 tat-TFUE għandu japplika mill-istadji bikrija tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi miżuri speċifiċi ta’ kumpens biex jingħelbu l-isfidi u r-restrizzjonijiet li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-gżejjer Mediterranji;

In-nuqqas ta’ riżorsi naturali fil-gżejjer Mediterranji

14.

jindika li fattur komuni għall-gżejjer tal-Mediterran huwa l-eżistenza ta’ assi ambjentali dejjem aktar prekarji: territorju mnaqqas b’ħafna użijiet, riżorsi limitati tal-ilma, dipendenza għolja mill-enerġija mill-fjuwils fossili, kif ukoll il-fraġilità kbira u d-dgħufija tal-ekosistemi tagħhom;

15.

jinsisti li r-riżors skars ewlieni tal-gżejjer huwa t-territorju, u din is-sitwazzjoni hija aktar severa fir-reġjuni bi spazju limitat, fejn l-espansjoni fiżika taċċellera l-proċessi ta’ konġestjoni u tagħmilhom aktar viżibbli;

16.

ifakkar li l-gżejjer tal-Mediterran fil-parti l-kbira tagħhom jiddependu mill-kontinent għall-enerġija u minn provvista esterna għall-fjuwils fossili, u jilqa’ l-azzjonijiet meħuda mill-UE għad-dekarbonizzazzjoni tagħhom;

17.

ifakkar li r-riżorsi tal-ilma tal-gżejjer Mediterranji normalment ikunu limitati, u ħafna drabi jiġu affettwati mill-iżvilupp żejjed, u dan għandu t-tendenza li jwassal għal tnaqqis, tniġġis u salinizzazzjoni;

18.

iqis li, filwaqt li huwa minnu li ħafna gżejjer tal-Mediterran għażlu d-desalinazzjoni bħala mekkaniżmu biex jiġi garantit l-ilma, il-politika tal-ilma għandha prinċipalment titmexxa minn politiki fuq in-naħa tad-domanda (bħalma huma l-iffrankar, l-użu mill-ġdid, l-effiċjenza mtejba fl-użu u l-allokazzjoni tar-riżorsi), u minn politiki ta’ konservazzjoni, protezzjoni u ġestjoni integrali tar-riżorsi tal-ilma;

19.

jirrimarka li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-infrastrutturi tagħhom u tal-possibilitajiet reali tagħhom ta’ aċċess għas-suq Ewropew tal-enerġija, il-gżejjer Mediterranji jiffaċċjaw spejjeż addizzjonali sinifikanti tal-produzzjoni tal-enerġija u spejjeż marbuta mar-rikonverżjoni u r-ristrutturar tas-setturi ekonomiċi tagħhom;

20.

ifakkar li l-baċir tal-Mediterran huwa punt jaħraq tal-bijodiversità fil-livell globali, minħabba l-għadd ta’ speċijiet endemiċi partikolarment għoli fir-reġjuni insulari tiegħu;

21.

jinnota li l-gżejjer Mediterranji għandhom ħafna ħabitats ta’ interess Komunitarju, uħud minnhom prijoritarji, li jinsabu mhedda minn pressjoni antropoġenika għolja, id-degradazzjoni tal-ħabitats u l-wasla ta’ speċijiet eżotiċi u invażivi li jiżbilanċjaw l-ekosistemi;

22.

iqis li l-UE għandha tiżviluppa miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni ambjentali għall-gżejjer Mediterranji, peress li dawn għandhom bijodiversità unika tal-art u tal-baħar u, għalhekk, jeħtieġu politiki ta’ żvilupp sostenibbli u miżuri ta’ protezzjoni ambjentali adattati;

L-attivitajiet soċjoekonomiċi u l-impatt tagħhom fuq ir-riżorsi naturali

23.

jenfasizza li l-gżejjer Mediterranji għandhom struttura ekonomika speċjalizzata ħafna, kemm fis-settur primarju (agrikoltura u sajd) kif ukoll fis-settur terzjarju (turiżmu), li qed idgħajjef bil-kbir l-istruttura produttiva tagħhom f’kuntest soċjoekonomiku Ewropew u globali kompetittiv ħafna;

24.

jenfasizza li s-settur agroalimentari huwa strateġiku fil-gżejjer Mediterranji sabiex ir-riżorsi naturali jsiru aktar sostenibbli, minħabba l-importanza kbira tiegħu fil-livell territorjali u l-proporzjon sinifikanti ta’ art li jieħu, kif ukoll bħala sors ta’ ikel għall-popolazzjoni;

25.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jtejbu r-reżiljenza tas-sistema agroalimentari tal-gżejjer Mediterranji, sabiex ikollhom biżżejjed sovranità tal-ikel biex ilaħħqu ma’ sitwazzjonijiet bħal diżastri naturali, kunflitti politiċi u soċjali jew kriżijiet tas-saħħa, bħall-COVID-19, li jagħmluha impossibbli li jkun hemm provvisti minn barra;

26.

jenfasizza l-isfruttament żejjed ta’ xi stokkijiet ta’ ħut fil-Mediterran u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ pjani għall-ġestjoni tas-sajd adattati għall-baċir tal-Mediterran, li jsaħħu u jimmodernizzaw il-flotot tas-sajd lokali u s-sistemi tal-marikultura, billi jikkombinaw il-metodi tradizzjonali ma’ dawk l-aktar innovattivi;

27.

jinnota l-importanza tas-sajd fuq skala żgħira għall-ekosistema ekonomika tal-komunitajiet kostali tal-Mediterran, u jistieden lill-gżejjer Mediterranji janalizzaw mudelli ta’ koġestjoni tas-sajd li jinvolvu lis-setturi soċjoekonomiċi differenti rilevanti. Huwa ta’ importanza kbira li dawn jinkludu l-promozzjoni tat-turiżmu tas-sajd u tat-turiżmu ambjentali marittimu, li jeħtieġu kompetenzi speċifiċi;

28.

iqis li l-ħolqien ta’ żoni tal-baħar protetti ġodda fil-gżejjer għandu jkun akkumpanjat minn strateġiji ekonomiċi innovattivi paralleli għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd mill-maniġers taż-żoni tal-baħar protetti, ir-rappreżentanti tas-settur tas-sajd u r-rappreżentanti tas-settur tat-turiżmu;

29.

jenfasizza li l-gżejjer Mediterranji, fil-biċċa l-kbira tagħhom, ma jiżviluppawx settur industrijali minħabba l-produttività baxxa tagħhom, relatata man-nuqqas ta’ materja prima, l-ispejjeż għoljin ta’ produzzjoni u l-problemi loġistiċi fit-trasport;

30.

jenfasizza li, b’mod ġenerali, id-domanda ferm distinta għas-servizzi u n-natura speċjalizzata tat-turiżmu tagħha jagħmlu l-ekonomiji aktar fraġli minn dawk kontinentali, u dan juri żvilupp ekonomiku kkundizzjonat ħafna mis-sitwazzjoni internazzjonali. Eżempju tajjeb huwa l-kriżi tas-saħħa kkawżata mill-firxa globali tal-COVID-19 u l-impatt partikolari tagħha fuq l-ekonomiji tal-gżejjer Mediterranji, li fil-biċċa kbira tagħhom jiddependu ħafna mis-settur tas-servizzi;

31.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jqisu l-eżistenza ta’ popolazzjoni varjabbli għolja fil-gżejjer Mediterranji, ħaġa li żżid il-ħtiġijiet fl-infrastruttura tal-popolazzjoni residenti u tenfasizza d-domanda għas-servizzi pubbliċi ta’ kull tip;

32.

iqis li l-użu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari għandu jinkludi miżuri speċifiċi li jqisu l-eżistenza ta’ popolazzjoni varjabbli għolja minħabba l-flussi turistiċi u l-livell għoli ta’ servitizzazzjoni ta’ ħafna mill-ekonomiji tal-gżejjer Mediterranji;

33.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar it-turiżmu sostenibbli fil-gżejjer tal-Mediterran, kif inhu l-każ issa għall-programmi implimentati taħt il-qafas tal-Interreg MED (1);

34.

jenfasizza l-livell baxx ta’ taħriġ fir-reġjuni gżejjer Mediterranji b’rabta mal-medja tal-Unjoni Ewropea, speċjalment fir-rigward tat-taħriġ postsekondarju u vokazzjonali, u dan iħeġġeġ lill-istudenti jitilqu kmieni mill-iskola u jibdew jaħdmu kmieni f’ekonomiji b’livell għoli ta’ servitizzazzjoni;

35.

jenfasizza li. b’mod ġenerali, il-gżejjer jiddependu ħafna mit-trasport bl-ajru u bil-baħar, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tqis kif imiss il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom (2);

36.

jirrimarka li t-trasport tal-merkanzija huwa darbtejn sa erba’ darbiet ogħla milli fuq il-kontinent (3), fattur kruċjali li jaffettwa direttament il-kompetittività tal-produzzjonijiet tal-gżejjer;

37.

jipproponi li jiġu riveduti r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għat-territorju tal-gżejjer Mediterranji bil-għan li tiġi rikonoxxuta l-ispeċifiċità tagħhom u li jitqiesu l-iżvantaġġi tagħhom;

38.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati indikaturi sintetiċi ta’ sostenibbiltà, li b’mod olistiku jinkorporaw parametri ekonomiċi marbuta ma’ indikaturi ekonomiċi ambjentali u ekonomiċi soċjali, u li huma ffukati fuq kundizzjonijiet bijofiżiċi;

39.

jirrimarka li l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (4), għalkemm għandha objettivi importanti ta’ protezzjoni ambjentali, wasslet għal żieda sinifikanti fl-ispiża tas-servizzi tat-trasport marittimu, li ġġenerat spejjeż addizzjonali downstream kemm għall-individwi kif ukoll għan-negozji tal-gżejjer; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta derogi temporanji fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għall-awtoritajiet reġjonali u lokali ta’ gżejjer insulari li għandhom l-għan li jintervjenu fis-settur tat-trasport marittimu;

Mudell ġdid ta’ governanza għall-gżejjer Mediterranji

40.

jenfasizza l-importanza li tiġi stabbilita governanza f’diversi livelli, li tippermetti li l-livelli lokali, reġjonali, statali u sovranazzjonali ta’ governanza tal-baċir tal-Mediterran javvanzaw permezz ta’ ġestjoni effiċjenti u flessibbli tar-riżorsi naturali fit-territorji insulari;

41.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tadotta pjan strateġiku pluriennali għall-iżvilupp sostenibbli ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-gżejjer Ewropej tal-Mediterran, kif ukoll approċċ koerenti fil-livell tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-sħubija Ewro-Mediterranja;

42.

jinkoraġġixxi li tinbena relazzjoni aktar mill-qrib bejn il-gżejjer Mediterranji li tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki u politiki bejn it-territorji differenti u tespandi alleanzi bħall-“Med Insulae”, magħmula minn Sardenja, Korsika, Għawdex u l-Gżejjer Baleariċi;

43.

jenfasizza kemm huwa importanti li l-mudell ekonomiku u soċjali tal-komunitajiet tal-gżejjer jimplimenta ġestjoni integrata taż-żona kostali li tkun kapaċi ssaħħaħ u tippromovi interazzjonijiet innovattivi “tal-kosta u tal-baħar”, kif ukoll mudelli ta’ negozju li jippermettu l-użu sostenibbli kemm taż-żoni insulari kif ukoll tal-ambjent tal-baħar;

44.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Mediterranji jiżviluppaw u jippromovu strateġiji tal-baċiri tal-baħar (5) bil-għan li jtejbu l-kooperazzjoni u l-integrazzjoni tar-reġjun kollu u jiżviluppaw ġestjoni integrata taż-żoni kostali li tapprofondixxi l-viżjoni olistika tal-baċir tal-Mediterran;

45.

iħeġġeġ lir-reġjuni u lill-pajjiżi biex jiddefinixxu u jiżviluppaw mudelli internazzjonali għall-protezzjoni u l-ġestjoni taż-żoni tal-baħar partikolarment sensittivi, bħal dawk li jeżistu fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali;

Finanzjament tajjeb għall-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali

46.

jindika li l-iżolament, id-daqs imnaqqas/limitat u l-vulnerabbiltà huma tliet karatteristiċi inerenti għall-gżejjer Mediterranji li jostakolaw l-iżvilupp armonjuż tagħhom fl-Unjoni u jagħmlu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħhom diffiċli, waqt li jolqtu b’mod dirett u permanenti l-kapaċità tagħhom li jikbru u jimxu ’l quddiem;

47.

jitlob sabiex l-istrumenti eżistenti ta’ finanzjament tal-UE jikkonformaw mar-realtajiet tal-gżejjer tal-Mediterran;

48.

jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jissemplifikaw u jikkoordinaw il-pjani pluriennali tagħhom sabiex jiksbu soluzzjonijiet li jtejbu wkoll il-kooperazzjoni transkonfinali bejn it-territorji Mediterranji;

49.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea ssaħħaħ l-investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni billi żżid il-fondi pubbliċi tagħha u tippromovi aktar investiment privat permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati bil-għan li jiġu diversifikati l-attività u l-progress ekonomiku tar-reġjuni insulari tal-Mediterran;

50.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea teżenta lir-reġjuni gżejjer tal-Mediterran mil-limitu ta’ 150 km fil-programmi kollha ta’ kooperazzjoni transkonfinali;

51.

iqis li hemm bżonn li jiġu inklużi kriterji ġeoekonomiċi fis-sistema ta’ allokazzjoni tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni futura, bħall-periferiċità u l-insularità, li jirrappreżentaw ostakli fiżiċi permanenti u jfixklu l-iżvilupp sostenibbli tal-gżejjer Mediterranji;

52.

jappella għal rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika aktar flessibbli, filwaqt li jitqiesu mhux biss il-livelli tal-istat tal-iżvilupp, iżda fuq kollox ir-realtà ekonomika, soċjali u territorjali tar-reġjuni insulari Mediterranji;

53.

jappella li jinżammu r-rati attwali ta’ kofinanzjament tal-FEŻR u l-FSE, kif ukoll li jiġu aġġustati għaż-żoni bi żvantaġġi naturali severi u permanenti, li jippermettu li dawn l-istrumenti jiġu allinjati aħjar mar-realtajiet tal-gżejjer Mediterranji;

54.

jitlob li l-investimenti relatati mal-infrastrutturi ta’ aċċessibilità u trasport marbut mal-ajruport, il-portijiet u l-art fil-gżejjer tal-Mediterran ikunu eliġibbli għall-appoġġ;

55.

jitlob li jinħoloq sottoprogramm tal-Gżejjer Mediterranji fil-programm futur Interreg MED 2021-2027, bħala mod aktar effiċjenti ta’ ħidma mar-riżorsi tal-UE destinati għat-territorji insulari tal-baċir;

Konklużjonijiet

56.

jenfasizza li wieħed mill-prinċipji tal-Unjoni Ewropea huwa l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, b’enfasi speċjali fuq it-territorji insulari kif stabbilit fl-Artikolu 174 tat-TFUE;

57.

jilqa’ l-fatt li, bħala riżultat tal-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi, dawn it-territorji għandhom programmi speċjali ta’ għajnuna li ppermettewlhom itejbu l-iżvilupp sostenibbli;

58.

jinnota l-ħtieġa li l-Artikolu 174 tat-TFUE jiġi implimentat b’mod ġenwin u effettiv fir-rigward tal-gżejjer Mediterranji, bl-istess mod li l-Artikolu 349 tat-TFUE ġie żviluppat għar-reġjuni ultraperiferiċi;

59.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa strateġija għall-gżejjer tal-Mediterran li tqis il-karatteristiċi u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tat-territorji insulari Mediterranji u li tiżviluppa sħubija msaħħa b’azzjonijiet konkreti u koordinati bejn dawn it-territorji, l-Istati Membri u l-UE.

Brussell, 14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Pereżempju, ġew żviluppati proġetti bħall-Blueislands, il-Mitomed+, il-Wintermed u l-iSmartmed.

(2)  Dan il-punt juri l-messaġġ tal-Opinjoni dwar “Strateġija Ewropea għat-turiżmu kostali u marittimu”, relatur: Vasco Ilídio Alves Cordeiro (PT/PSE) (https://cor.europa.eu/MT/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-2645-2014).

(3)  PLANISTAT EUROPE-BRADLEY DUNBAR ASS., Rapport Finali. 2000. CE. 16. 0. AT. 118. Analysis of the island regions and outermost regions of the European Union (Analiżi tar-reġjuni gżejjer u tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea), Unjoni Ewropea, Marzu 2003.

(4)  ĠU L 132, 21.5.2016, p. 58.

(5)  Bħall-Inizjattiva għall-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija blu fil-Punent tal-Mediterran jew l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (EUSAIR).


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/119


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tiġdid tal-Karta ta’ Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli

(2020/C 440/20)

Relatur:

Juan ESPADAS CEJAS (ES/PSE)

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Mill-Patt ta’ Amsterdam għal Karta mġedda ta’ Leipzig

1.

jinnota n-natura intrinsikament differenti tal-kooperazzjoni Ewropea fi kwistjonijiet urbani: minn naħa, il-Karta mġedda ta’ Leipzig li hija relatata direttament mal-politiki urbani nazzjonali u teħtieġ koordinazzjoni politika akbar fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; u, min-naħa l-oħra, id-dimensjoni sovranazzjonali tal-Aġenda Urbana tal-UE, li wriet li hija strument ġdid ta’ governanza f’diversi livelli, utli għall-involviment tal-bliet fil-politiki Ewropej;

2.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-idea li tiġġedded il-Karta ta’ Leipzig taħt il-Presidenza Ġermaniża tal-UE matul it-tieni nofs tal-2020 u jaqbel mal-metodu ta’ ħidma inklużiv li nieda l-gvern Ġermaniż biex jinvolvi l-ikbar numru ta’ atturi possibbli;

3.

ifakkar fid-Dikjarazzjoni ta’ Bucharest adottata mill-Ministri responsabbli mill-kwistjonijiet urbani fl-14 ta’ Ġunju 2019, li fiha ġiet rikonoxxuta “il-ħtieġa li tiġi żviluppata relazzjoni funzjonali bejn il-Karta ta’ Leipzig il-Ġdida, l-Aġenda Urbana għall-UE, u l-Aġenda Territorjali 2020+”;

4.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, f’dan ir-rigward, biex turi impenn politiku akbar għall-Aġenda Urbana tal-UE u tinkludiha f’waħda mill-inizjattivi ewlenin attwali tagħha, flimkien mal-Patt Ekoloġiku jew l-inizjattivi diġitali. Sabiex jiġi implimentat il-Patt Ekoloġiku se jkun hemm bżonn li jissaħħu l-azzjonijiet konkreti fi sħubija mal-livell lokali, filwaqt li l-approċċi minn fuq għal isfel se jkollhom jiġu kkombinati ma’ approċċi fundamentali minn isfel għal fuq, biex jintlaħqu għanijiet minn sena għal oħra sal-2050;

5.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi relazzjoni ferm iktar mill-qrib bejn l-Aġenda futura tagħha għal regolamentazzjoni aħajr u l-Aġenda Urbana tal-UE, bil-għan li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet mogħtija mis-sħubijiet urbani. F’dan is-sens, il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali u urban għandhom jiġu integrati direttament fil-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni preleġiżlattiva, kif ukoll fil-valutazzjoni tal-politiki Ewropej u s-simplifikazzjoni amministrattiva (REFIT);

6.

ifakkar fil-ħtieġa li s-Semestru Ewropew jiġi adattat biex jirrifletti aħjar l-isfidi għall-bliet. Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż flimkien mal-politika ta’ koeżjoni se jkunu l-għodod ta’ implimentazzjoni prinċipali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; il-kwistjonijiet speċifiċi ta’ żoni urbani, bħall-akkomodazzjoni affordabbli, l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu u l-investimenti fit-tul, għalhekk iridu jiġu riflessi fil-livell ta’ koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi madwar l-Unjoni Ewropea, u l-istrateġiji għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, żvilupp urban integrat u għal tranżizzjoni ġusta għandhom jiġu armonizzati fil-livell reġjonali jew lokali permezz ta’ għodod territorjali bħall-istrateġiji għall-investiment territorjali integrat;

7.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa l-kunċett ta’ “sussidjarjetà attiva” bħala pass addizzjonali biex issaħħaħ id-djalogu mal-bliet kif ukoll maż-żoni metropolitani u mar-reġjuni, u b’hekk torbot kemm l-Aġenda Urbana tal-UE kif ukoll l-Aġenda għal regolamentazzjoni aħjar. F’dan ir-rigward, is-sinerġiji man-Network ta’ Ċentri Reġjonali (RegHubs) tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għandhom jissaħħu;

8.

jappoġġja l-fatt li l-Parlament Ewropew iddikjara l-emerġenza klimatika attwali u jirrikonoxxi li biex tinkiseb newtralità f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju hemm bżonn ta’ sforz kollettiv u azzjonijiet speċifiċi għal-livell lokali, fejn il-bliet jaqdu rwol fundamentali. 75 % tal-popolazzjoni Ewropea tgħix fil-bliet u madwar 70 % tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-Ewropa jiġu rilaxxati fil-bliet. Il-bliet huma parti mill-problema, iżda l-Karta mġedda ta’ Leipzig għandha tirrikonoxxi l-kapaċità tal-bliet biex ikunu muturi tal-bidla u protagonisti diretti tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet għall-isfidi globali tas-seklu 21;

9.

iqis li l-Karta mġedda ta’ Leipzig għandha ssir opportunità politika għall-bliet biex isiru punt ta’ riferiment għall-implimentazzjoni prattika tal-politiki urbani differenti fl-Istati Membri kollha, li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kredibilità tal-proġett Ewropew mill-perspettiva taċ-ċittadini fl-ambjent eqreb tagħhom. Il-Karta mġedda għandha twassal ukoll għall-monitoraġġ tal-Aġenda Urbana tal-UE, kif imnedija mill-Patt ta’ Amsterdam (2016), u t-tnejn li huma għandhom ikunu parti mill-proċess tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 fil-gvernijiet lokali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs). F’dan is-sens, l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Unjoni Ewropea jiffaċċjaw sfidi diversifikati u sfidi globali ġodda li jistgħu jiġu indirizzati biss minn approċċ integrat u f’diversi livelli, u l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea jirrappreżenta valur miżjud indispensabbli. Għaldaqstant, il-prinċipji tal-Karta ta’ Leipzig għandhom jiġu inklużi fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Presidenza Ġermaniża tal-UE (it-tieni nofs tal-2020), li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali u l-Kunsill Ewropew. Il-Karta ta’ Leipzig innifisha trid tiġi approvata mill-Istati Membri, mill-bliet u mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni;

Il-qawwa trasformattiva tal-bliet Ewropej għall-aċċellerazzjoni tal-għanijiet tal-2050

10.

jirrimarka li huwa neċessarju li jiġi żgurat bilanċ adegwat bejn it-tliet dimensjonijiet proposti relatati mal-bliet Ewropej: żieda fil-produttività u fil-ġenerazzjoni tal-ġid u tal-impjiegi fil-bliet u fir-reġjuni tagħhom, it-tqassim tal-ġid b’mod aktar ġust fost iċ-ċittadini, filwaqt li fl-istess ħin tittejjeb il-kwalità ambjentali tal-madwar tagħna u jittieħed vantaġġ mill-opportunitajiet offruti mill-ħajja urbana;

11.

iqis li huwa importanti li jiġi valutat ix-xogħol imwettaq mis-sħubijiet urbani differenti u li jiġu stabbiliti pontijiet bejn l-Aġenda Urbana attwali tal-UE u l-Karta mġedda futura ta’ Leipzig. Pereżempju, il-ħidma li saret min-naħa tas-sħubijiet bħall-Akkademja tal-integrazzjoni urbana jew l-inizjattiva tal-Kumitat tar-Reġjuni “Bliet u Reġjuni għall-integrazzjoni” li tipprovdi pjattaforma għas-sindki tal-Unjoni Ewropea u għall-presidenti reġjonali li jixtiequ jippromovu prattiki tajbin;

12.

ifakkar li r-reġjuni u l-bliet jinsabu fuq quddiem nett biex jilqgħu u jintegraw lill-migranti u lir-refuġjati fl-Ewropa. Għalhekk, il-KtR jitlob li l-Inizjattiva Urbana Ewropea l-ġdida proposta mill-Kummissjoni Ewropea tipprovdi biżżejjed fondi biex jiġu appoġġjati s-sħubija “L-inklużjoni tal-Migranti u r-Refuġjati” u l-inizjattiva tal-KtR “Bliet u reġjuni għall-integrazzjoni” kif ukoll tagħmel differenza għaċ-ċittadini Ewropej fil-bliet tagħhom;

13.

iqis li, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti mill-Ftehimiet ta’ Pariġi u l-Patt tas-Sindki kontra t-tibdil fil-klima, l-għanijiet ewlenin tal-Karta mġedda ta’ Leipzig għandhom jinkludu l-promozzjoni ta’ mobbiltà innovattiva, billi jiġi kkombinat l-użu ta’ vetturi privati elettriċi fil-bliet mal-promozzjoni tal-mobbiltà multimodali alternattiva u b’emissjonijiet baxxi bbażata fuq trasport pubbliku sostenibbli bħas-sewqan tar-roti u l-mixi, kif ukoll politiki sostenibbli dwar l-użu tal-art li jippromovu t-trażżin tat-tkabbir urban u r-rinnovazzjoni sostenibbli tal-istokk tad-djar Ewropej b’mod li jsir użu iżjed effiċjenti mill-enerġija;

14.

iqis li għadu ta’ importanza kbira li l-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-Aġenda Urbana, u l-Istati Membri, permezz tal-Karta ta’ Leipzig, jappoġġjaw, b’inċentivi finanzjarji, l-iżvilupp ta’ pjani ta’ mobbiltà urbana sostenibbli kif diġà talab il-KtR fl-2010 fl-Opinjoni tiegħu “Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Urbana”;

15.

bl-istess mod, jeħtieġ li tiġi kkunsidrata l-kwistjoni importanti tar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-akkomodazzjonijiet b’mod li jsir użu iżjed effiċjenti mill-enerġija, kif ukoll in-network ta’ uffiċċini u bini tan-nisġa kummerċjali u industrijali;

16.

itenni t-talba tiegħu għal pjan ta’ azzjoni fil-livell Ewropew għal akkomodazzjoni affordabbli fl-Ewropa;

17.

iqis li l-istabbiliment tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti fit-territorju urban huwa qafas strateġiku biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, li għandha titqies mill-bliet u r-reġjuni fl-iżvilupp tal-politiki tagħhom. Il-bliet, bħala l-eqreb amministrazzjoni għaċ-ċittadini, jimplimentaw politiki li jbiddlu r-realtà soċjali tal-bliet u huma atturi essenzjali biex isir progress fit-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-Objettiv 11, iċċentrat fuq il-bliet u l-Objettiv 17 li jħeġġeġ alleanzi bejn il-gvernijiet, is-settur privat u s-soċjetà ċivili;

18.

jinnota li l-ġestjoni tal-iskart u l-ġestjoni integrali taċ-ċiklu tal-ilma, il-ġestjoni tal-emissjonijiet u l-iskart industrijali, it-tnaqqis tal-konsum u t-titjib tal-użu tal-enerġija, flimkien mal-produzzjoni ta’ enerġija nadifa u mingħajr karbonju, il-ġestjoni tal-impatt ta’ avvenimenti estremi tat-temp, l-iżvilupp ta’ kurituri ekoloġiċi u l-promozzjoni tal-bijodiversità huma elementi ewlenin biex jitjieb l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni urbani. Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari għandha tkun immexxija mill-amministrazzjoni lokali biex tittrasforma l-mudell produttiv tagħna u tiġġenera impjiegi ekoloġiċi ġodda, billi tiffavorixxi l-bidla fil-paradigma li twassalna biex nilħqu l-belt tal-futur. Din il-bidla fundamentali mhux se tkun possibbli mingħajr programmi ta’ taħriġ fil-livell lokali u reġjonali sabiex l-impjiegi jiġu adattati għat-tranżizzjoni ekoloġika;

19.

jemmen li t-tisħiħ tal-bijodiversità u n-naturalizzazzjoni mill-ġdid tal-ispazju urban permezz ta’ infrastruttura ekoloġika u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, biex b’hekk jitħeġġu l-konnettività ekoloġika u l-kwalità tal-pajsaġġ kemm fi ħdan il-bliet u bejn il-bliet u l-viċinat tagħhom, huma vitali biex jiġu indirizzati wħud mill-modifiki u l-impatti kkawżati mill-bidla globali;

20.

jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta’ bliet inklużivi, li jqisu l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi soċjali, il-qasma diġitali, it-tixjiħ attwali tal-popolazzjoni Ewropea u t-tibdil demografiku bħad-depopolazzjoni f’xi żoni. F’din id-dimensjoni inklużiva, huwa essenzjali li jiġu inklużi azzjonijiet immirati biex itejbu l-aċċess għall-akkomodazzjoni bi prezz affordabbli, jinkiseb l-aċċess universali, jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku, li l-migranti jiġu integrati b’mod adegwat fil-popolazzjoni ospitanti u li jkun hemm rikonċiljazzjoni tal-mobbiltà tan-nies, speċjalment taż-żgħażagħ, fost l-Istati Membri bil-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali f’pajjiżi bi dħul per capita inqas. Għandu jiġi żgurat ukoll l-aċċess għal sistema ta’ protezzjoni u kura tas-saħħa u sistema li tiggarantixxi l-provvista tal-ikel, li tinkludi l-provvista tal-ilma u s-sanità, li huma l-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjoni kollha, waqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi ta’ kull individwu jew grupp sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ispejjeż relatati;

Prinċipji li jispiraw il-Karta mġedda ta’ Leipzig

21.

jaqbel mal-prinċipji operattivi li ġejjin għall-Karta mġedda ta’ Leipzig: approċċ integrat, approċċ ibbażat fuq il-post, governanza f’diversi livelli, parteċipazzjoni u kokreazzjoni. Dawn kollha huma relatati mal-prinċipji li jiggwidaw il-politika ta’ koeżjoni tal-UE;

22.

jinnota li huwa imperattiv li l-Karta futura ta’ Leipzig tkun magħrufa mill-bliet u mill-muniċipalitajiet fl-Unjoni Ewropea kollha u li l-prinċipji tagħha jiddefinixxu l-qafas ġenerali għall-politiki u l-istrateġiji urbani nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll l-inizjattivi Ewropej korrispondenti, partikolarment dawk li għandhom finanzjament li jistgħu jinħolqu ex novo fi ħdan il-Patt Ekoloġiku;

23.

filwaqt li jirrispetta l-flessibilità meħtieġa biex jiġu aġġustati l-għanijiet tal-Aġenda Urbana tal-UE għar-realtà ta’ kull territorju, jappoġġja l-proposta biex jaġixxi fil-livell tal-“viċinat”, peress li dan jista’ jkun approċċ xieraq biex jiġu indirizzati sfidi globali mil-livell lokali. Madankollu, kull livell ta’ governanza għandu jassumi s-sehem ta’ responsabbiltà u kompetenza tiegħu fir-rigward tal-isfidi urbani (kwalità tal-arja, akkomodazzjoni, diġitalizzazzjoni, strumenti ta’ finanzjament), b’rispett sħiħ għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

24.

jaqbel li ż-żoni urbani funzjonali jew iż-żoni metropolitani jiġu rikonoxxuti fil-Karta mġedda ta’ Leipzig bħala spazji li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ approċċ territorjali integrat u għall-kisba ta’ żvilupp territorjali bbilanċjat li jkun konsistenti mal-istrateġiji tal-UE. Jirrakkomanda wkoll li jiġu rikonoxxuti ż-żoni funzjonali u metropolitani bil-qafas istituzzjonali tagħhom u dawk li użaw il-politika ta’ koeżjoni biex jippromovu dinamika tax-xogħol fil-livell metropolitan, kif afferma l-KtR fl-2019 fl-Opinjoni tiegħu “L-isfidi tar-reġjuni metropolitani u l-pożizzjoni tagħhom fil-politika ta’ koeżjoni futura ta’ wara l-2020”;

25.

jaqbel ukoll mal-prinċipju ta’ parteċipazzjoni u kokreazzjoni u jitlob li l-Karta mġedda ta’ Leipzig tqis it-tipi differenti ta’ żoni urbani, filwaqt li tirrispetta l-kuntest kulturali u amministrattiv jew ta’ setgħa rispettiv ta’ kull Stat Membru. Barra minn hekk, huwa fundamentali li l-Karta mġedda ta’ Leipzig tiggarantixxi li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-ħolqien u l-valutazzjoni tal-politiki urbani li jolqtuhom, inklużi ċ-ċittadini li jgħixu fil-periferiji taż-żoni urbani u metropolitani;

L-għoti ta’ setgħa lill-bliet biex jiffaċċjaw sfidi globali

26.

jindika li l-2020 intlaqtet mill-pandemija globali tal-COVID-19. Il-bliet u r-reġjuni kellhom ikunu sodi fil-kriżi tas-saħħa li issa nbidlet fi kriżi soċjali u ekonomika. Huwa għalhekk li l-bliet u r-reġjuni jeħtieġ li jkunu fiċ-ċentru tal-ġestjoni tal-fond ta’ rkupru u jeħtieġu aktar appoġġ finanzjarju Ewropew biex ikomplu juru li qed isolvu l-problemi kkawżati mill-pandemija;

27.

jitlob li l-Karta mġedda ta’ Leipzig tipproponi pjan direzzjonali ambizzjuż u konkret għall-applikazzjoni tagħha mill-bliet u tieħu vantaġġ mill-aġendi urbani lokali fil-qafas tal-SDGs u partikolarment ir-riżerva ta’ 6 % tal-FEŻR allokata għall-iżvilupp urban sostenibbli integrat (EDUSI). Barra minn hekk, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għandhom jiffinanzjaw l-implimentazzjoni tal-SDGs imwettqa mill-bliet u l-gvernijiet reġjonali fil-livell lokali, partikolarment fir-rigward ta’ politiki ta’ mobbiltà sostenibbli u trasport pubbliku, ir-rinnovazzjoni ta’ bini biex jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku, l-iżgurar tal-aċċess universali, il-ġlieda kontra l-vulnerabbiltà soċjali u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali f’żoni żvantaġġati ta’ kwalunkwe ċentri urbani. L-awtoritajiet lokali jrid ikollhom il-possibbiltà li jkunu jistgħu jimmaniġġjaw fondi allokati lill-Istati u lir-reġjuni b’mod aktar flessibbli u dirett; Fost il-prerekwiżiti biex jintlaħaq dan l-għan, jeħtieġ li jissaħħaħ l-isforz ta’ taħriġ b’mod konġunt mal-qasam akkademiku u s-settur tan-negozju;

28.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa qafas ta’ referenza komuni ġdid, b’terminoloġija, indikaturi u metodoloġija kondiviżi li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet, it-tagħlim reċiproku u valutazzjoni komparattiva bejn it-territorji, bil-għan li tissorvelja l-investimenti u l-kisbiet minn numru kbir ta’ aġendi urbani nazzjonali, reġjonali u lokali. Bl-istess mod, il-bliet għandhom ikunu involuti fit-tħejjija tal-baġits għall-iżvilupp tagħhom;

29.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra li l-politiki wesgħin ta’ trasformazzjoni soċjali u ekoloġika promossi mill-Patt Ekoloġiku jingħataw prijorità u li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ azzjonijiet konkreti fiż-żoni urbani u reġjonali, sabiex l-investimenti assoċjati ma jiġux inklużi fil-kalkolu tad-defiċit tal-gvern tal-Istati Membri u lanqas ma jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet rigward il-limitu massimu tan-nefqa li l-Istati Membri jimponu fuq l-amministrazzjoni lokali fi ħdan il-programmi ta’ stabbiltà tal-baġit u kontroll tad-defiċit attwalment fis-seħħ;

30.

jilqa’ r-rikonoxximent fil-Karta mġedda tar-rwol essenzjali tal-ippjanar tal-ispazju urban sabiex jinkiseb żvilupp urban sostenibbli, u speċjalment l-enfasi fuq it-tnaqqis tat-teħid tal-art, it-taħlit tal-funzjonijiet għal forom ġodda ta’ produzzjoni u d-diversifikazzjoni tal-produzzjoni kif ukoll il-forom ġodda ta’ għajxien, l-akkomodazzjoni affordabbli, u politiki dwar l-użu ta’ art pubblika;

31.

iqis li t-trasformazzjoni diġitali trid tippromovi “koeżjoni diġitali” aħjar fl-Ewropa, kemm għaċ-ċittadini tagħha kif ukoll għat-territorji tagħha. Jenħtieġ li tinbidel il-perspettiva ta’ approċċ iddominat mit-teknoloġija lejn approċċ aktar iċċentrat fuq iċ-ċittadin, kif ipproklamat fid-Dikjarazzjoni “JOIN, BOOST, SUSTAIN. Dikjarazzjoni dwar il-kombinament tal-isforzi tagħna biex insaħħu t-trasformazzjoni diġitali sostenibbli fl-ibliet u fil-komunitajiet fl-UE.” Jeħtieġ li mmorru lejn kunċett aktar olistiku tal-belt diġitali fejn l-innovazzjoni diġitali hija mezz u mhux skop, immexxija mill-kapaċità intraprenditorjali tas-settur pubbliku u minn kumpaniji privati li jipprovdu soluzzjonijiet adattati għat-teknoloġija eżistenti u futura; filwaqt li d-diġitalizzazzjoni tipprovdi opportunitajiet tajbin għall-bliet u ċ-ċittadini tagħhom, jinħtieġ ukoll li l-bliet jiġu megħjuna jantiċipaw u jindirizzaw aħjar l-effetti sekondarji negattivi tal-proċessi ta’ diġitalizzazzjoni;

32.

jipproponi li l-Karta mġedda ta’ Leipzig tinkludi l-ħtieġa li, fil-qafas tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti żviluppati fil-livell reġjonali fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni, jiġu żviluppati proċessi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell lokali, u aġendi integrati ta’ trasformazzjoni ekonomika u territorjali li jippermettu l-iżvilupp ta’ bliet u rħula intelliġenti (Smart Cities and Smart Villages);

33.

iqis li l-bliet, inklużi bliet żgħar u ta’ daqs medju, huma atturi ewlenin biex jiġu ffaċċjati l-isfidi soċjali u ambjentali kbar tal-Ewropa (saħħa, ikel, enerġija, trasport, tibdil fil-klima, bijodiversità, inklużjoni u sigurtà). Madankollu, huwa fundamentali li jiġi modernizzat ir-rwol tas-settur pubbliku lokali fil-qafas tal-iżvilupp ekonomiku, abbażi ta’ approċċ għall-promozzjoni tal-intraprenditorija bil-għan li tivvalorizza r-rwol tagħha fir-rigward tal-isfida l-ġdida tal-governanza globali;

34.

jilqa’ f’dan ir-rigward il-fatt li l-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali l-ġdid jiddependi mill-Kummissarju għall-Politika Reġjonali, peress li dan għandu jippermetti li l-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u l-proposta baġitarja tiegħu għall-2021-2027 isiru l-istrument ewlieni għat-titjib tal-kapaċitajiet istituzzjonali u r-riformi strutturali tal-bliet f’dawk iż-żoni kollha li mhumiex eliġibbli għall-Fondi Strutturali;

35.

jinnota li wieħed mill-valuri miżjuda prinċipali tal-Aġenda Urbana tal-Unjoni Ewropea huwa l-appoġġ għall-iskambju tal-għarfien dwar kwistjonijiet urbani bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali, peress li l-Aġenda hija meqjusa bħala mekkaniżmu ta’ skambju ta’ prattiki tajbin;

36.

iqis ukoll li hemm bżonn li l-Karta mġedda ta’ Leipzig tinkludi mekkaniżmi u metodoloġiji ta’ żvilupp urban sostenibbli preeżistenit fl-UE iżda li sikwit ma jkunux interkonnessi, bħal fil-każ tal-Inizjattiva Ewropea tal-Bliet u l-Komunitajiet Intelliġenti, il-Patt tas-Sindki għall-klima u l-enerġija u l-Qafas ta’ Referenza tal-Bliet Sostenibbli, fost l-oħrajn;

Aġenda urbana mtejba tal-UE għas-servizz tal-Karta l-ġdida ta’ Leipzig

37.

ifakkar fit-tliet pilastri tal-Aġenda Urbana tal-UE (Regolamentazzjoni Aħjar, Finanzjament Aħjar u Għarfien Aħjar) li ġew identifikati mill-Patt ta’ Amsterdam u li jikkonċernaw prinċipalment l-iżvilupp tal-proċess tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-pilastri. Jeħtieġ ukoll li jiġi żvluppat ir-rwol tad-diversi partijiet ikkonċernati;

38.

jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu r-rabtiet bejn iż-żoni urbani u rurali, u jiġu indirizzati ż-żoni urbani kollha flimkien maż-żoni tal-madwar, inklużi ż-żoni funzjonali tagħhom, li ta’ spiss huma żoni rurali, sabiex jinkiseb approċċ olistiku u integrat u jiġu offruti opportunitajiet ta’ żvilupp għal dawk kollha li jgħixu fiż-żona urbana jew metropolitana;

39.

iqis li l-Karta mġedda ta’ Leipzig għandha tirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-bliet kollha u mill-awtoritajiet lokali involuti fl-erbatax-il sħubija urbana tematika. Barra minn hekk, ta’ min jilqa’ b’mod favorevoli r-rieda ta’ xi sħubijiet, bħal dik dwar il-migrazzjoni u r-refuġjati jew dik dwar il-mobbiltà urbana, biex ikomplu bil-ħidma tagħhom lil hinn mill-perjodu ta’ tliet snin bħala sinjal ċar tas-suċċess tal-Aġenda Urbana tal-UE. Madankollu, għandhom jiġu żgurati r-riżorsi neċessarji kif ukoll l-impatt u l-koerenza tal-azzjonijiet futuri li ser jiġu żviluppati;

40.

jipproponi lista ta’ rakkomandazzjonijiet konkreti sabiex jingħelbu dawn l-isfidi u biex titjieb l-implimentazzjoni tal-Aġenda Urbana:

il-kompożizzjoni tas-sħubijiet futuri għandha titħejja b’mod kompletament trasparenti, bl-involviment tal-bliet u skont id-dimensjonijiet tal-belt riflessi fil-Karta mġedda ta’ Leipzig. Bl-istess mod, l-azzjonijiet għandhom jinġabru madwar it-tliet pilastri: Regolamentazzjoni Aħjar, Finanzjament Aħjar u Għarfien Aħjar;

il-lista attwali ta’ kwistjonijiet orizzontali għadha valida u tista’ tiġi żviluppata permezz ta’ azzjonijiet pilota li jinvolvu membru li jirrappreżenta kull sħubija, bil-għan li jinkiseb bilanċ bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali. Huwa essenzjali li d-dipartimenti tal-Kummissjoni u l-ministeri tal-Istati Membri jkunu involuti aktar mill-qrib fis-sħubijiet tematiċi, b’mod partikolari meta titnieda sħubija ġdida. Dan għandu jsaħħaħ is-sjieda tant meħtieġa min-naħa tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri;

jenħtieġ li jissaħħu s-sinerġiji bejn l-azzjonijiet differenti ta’ sħubijiet futuri bil-għan li jiġi evitat l-approċċ kompartimentalizzat u tiġi kkoordinata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet;

idea li ssaħħaħ l-appoġġ politiku fil-livell lokali tista’ tkun l-implimentazzjoni ta’ Summit tal-Gvernijiet Lokali involuti fl-Aġenda Urbana li jaġixxu bħala ambaxxaturi u b’hekk ikollhom leħen fid-diskussjonijiet politiċi mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Istati Membri;

fil-qafas tal-pilastru “Regolamentazzjoni aħjar”, il-Kummissjoni Ewropea għandha timpenja ruħha biex tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mis-sħubijiet urbani. F’dan ir-rigward, is-sħubijiet jistgħu jorganizzaw workshops li fihom il-professjonisti jindirizzaw bidliet speċifiċi fid-direttivi, fir-regolamenti u fil-politiki tal-UE; ir-riżultati ta’ dawn is-sħubijiet għandhom jiġu preżentati b’mod regolari u diskuss fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill sabiex jiġi kkunsidrat aktar fit-tfassil tal-liġijiet Ewropej;

iqis li l-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u l-Inizjattiva Urbana Ewropea proposta mill-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tar-Regolament futur dwar il-FEŻR għandhom jiggarantixxu finanzjament stabbli biex ikopri l-ispejjeż operattivi tal-parteċipazzjoni tal-bliet li jipparteċipaw fl-Aġenda Urbana tal-UE;

L-Eurostat għandu jipparteċipa aktar fil-ħidma tas-sħubijiet li jistgħu jippromovu dibattitu dwar id-data kwalitattiva disponibbli fil-livell reġjonali, fiż-żona urbana funzjonali u fil-livell lokali, kif ukoll dwar il-produzzjoni ta’ data kwalitattiva;

bl-istess mod, l-Aġenda Urbana u s-sħubijiet għandhom ikunu integrati aħjar fix-xogħol taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) u ċ-Ċentru għall-Għarfien tal-Politiki Territorjali ta’ Sivilja, bħar-rapport “The Future of Cities” (Il-Futur tal-Bliet), u l-inizjattiva Urban Data Platform Plus;

fid-dawl tal-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020, u f’kuntest usa’ barra l-Fondi Strutturali, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tikkunsidra wkoll li tiżviluppa programm finanzjarju ta’ azzjonijiet pilota għall-iżvilupp ta’ proposti li joħorġu fil-qafas ta’ sħubijiet urbani;

il-Kummissjoni Ewropea għandha tniedi kampanja ta’ komunikazzjoni biex ixxerred ir-riżultati tal-Aġenda Urbana tal-UE, inkluża komunikazzjoni aħjar tal-benefiċċji ta’ dawn is-sħubijiet fuq is-sit web speċjali Futurium. Għandha tinvesti wkoll fil-produzzjoni tal-għarfien, billi xxerred l-aħjar prattiki, gwidi, għodod u pjani direzzjonali żviluppati fil-qafas tal-Aġenda Urbana tal-UE.

Segwitu għall-implimentazzjoni tal-Karta mġedda ta’ Leipzig

41.

jitlob lill-Presidenza Ġermaniża tal-UE biex tirrikonoxxi b’mod uffiċjali r-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni fil-Karta mġedda ta’ Leipzig, skont il-Patt ta’ Amsterdam, li “jistieden lill-KtR bħala l-korp konsultattiv tal-Unjoni li b’mod formali jirrappreżenta lir-reġjuni u l-muniċipalitajiet fil-livell tal-UE biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri tal-Aġenda Urbana tal-UE”;

42.

jipproponi li l-Istati Membri – jew il-livelli ta’ governanza responsabbli għall-politika urbana meta din il-kompetenza ma tkunx eżerċitata fil-livell nazzjonali – iħejju rapporti kull tliet snin dwar kif huma integraw il-Karta ta’ Leipzig fil-politiki urbani nazzjonali jew reġjonali tagħhom bil-kooperazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li jenfasizzaw kif il-politiki u l-finanzjament Ewropej, b’mod partikolari l-politika ta’ koeżjoni, appoġġjaw il-kisba tal-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta ta’ Leipzig.

43.

ifakkar li huwa importanti li l-Kummissjoni Ewropea tkompli taqdi rwol importanti fil-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Aġenda Urbana tal-UE u tal-Karta ta’ Leipzig. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar fis-suġġeriment li l-Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva jinħatar bħala koordinatur tal-Aġendu Urbana, li jiggarantixxi wkoll rabta mill-qrib mal-programm dwar Regolamentazzjoni Aħjar. Il-koordinazzjoni f’dan ir-rigward tista’ tpatti għall-viżjoni frammentata tal-bliet u d-dimensjoni urbana tal-politiki relatati mill-perspettiva speċjalizzata ta’ kull wieħed mid-Direttorati Ġenerali;

44.

jitlob li, sabiex jiġi garantit li l-Karta ta’ Leipzig tkun kemm jista’ jkun test vinkolanti għall-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, wara l-adozzjoni tal-Karta mġedda ta’ Leipzig mill-Kunsill Informali tal-Ministri għall-Iżvilupp Urban tat-30 ta’ Novembru 2020, jiġu adottati l-konklużjonijiet obbligatorji mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali. Dan għandu jiġi abbinat ma’ appell lill-presidenzi futuri tal-Kunsill biex jissoktaw bid-dibattiti dwar l-Aġenda Urbana fil-programmi ta’ ħidma rispettivi tagħhom.

Brussell, 14 ta’ Ottubru 2020

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/125


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa

(2020/C 440/21)

Relatur:

Jeannette BALJEU (NL/Renew Europe), Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Provinċja tal-Olanda tan-Nofsinhar

Dokument ta' referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa

COM(2020) 102 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza li l-industrija għandha importanza kruċjali għar-reġjuni u l-bliet Ewropej u għall-għexieren ta’ miljuni ta’ impjiegi li toħloq, u li minnha nnifisha topera f’kuntest globali fejn il-kummerċ huwa xprun importanti għat-tkabbir li jġib miegħu kemm benefiċċji kif ukoll sfidi;

2.

jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istrateġija industrijali l-ġdida għall-Ewropa (1) u l-fokus tagħha fuq l-ekosistemi industrijali; jisħaq li dawn l-ekosistemi ta' spiss ikunu reġjonali u li ta' spiss ikunu marbuta ma' ekosistemi reġjonali oħra permezz ta' ktajjen tal-provvista jew networks għall-iskambju tal-għarfien; jissottolinja li strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa għandha għalhekk tkun ibbażata fuq governanza f'diversi livell fejn kull livell jingħata responsabbiltajiet u riżorsi ċari għall-implimentazzjoni, u jisħaq li sabiex jintlaħqu l-miri tat-tranżizzjoni doppja lejn industrija ekoloġika u diġitali huwa meħtieġ l-appoġġ tal-partijiet interessati kollha;

3.

jemmen li huwa biss b’kontribut b’saħħtu u effettiv mill-industrija li l-Patt Ekoloġiku jista’ tassew jiżviluppa s-saħħa sħiħa tiegħu bħala strateġija Ewropea għat-tkabbir;

4.

jissottolinja li l-istrateġija industrijali l-ġdida tal-UE teħtieġ għalhekk li ssaħħaħ id-dimensjoni bbażata fuq il-post sabiex ir-reġjuni u l-bliet, bħala l-gvernijiet l-aktar qrib taċ-ċittadini u l-ekosistemi, jieħdu f'idejhom is-sjieda tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji tal-industrija tagħhom, anke fid-dawl tal-ħtieġa għal taħriġ kontinwu u titjib tal-ħiliet, li jkollhom bżonn il-ħaddiema, minħabba r-riskju possibbli ta’ esklużjoni minħabba t-tranżizzjoni;

5.

jilqa’ bi pjaċir ir-rieżami tal-politika industrijali, imħabbar għall-ewwel nofs tal-2021 mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-UE fis-16 ta’ Settembru; minħabba t-tfixkil bla preċedent tal-katini tal-produzzjoni u tal-provvista, tali rieżami għandu jibni fuq l-esperjenza u t-tagħlimiet meħuda, iħeġġeġ li r-rieżami għandu jinkludi komponent territorjali aktar b’saħħtu sabiex l-industrija Ewropea ssir tassew reżiljenti u waħda li tibqa’ valida għall-futur;

6.

jissottolinja li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom kompetenzi importanti fl-oqsma ta' politika li jaffettwaw l-iżvilupp industrijali u jistgħu jimmobilizzaw firxa wiesgħa ta' strumenti biex tkun tista' tiġi implimentata strateġija olistika u ambizzjuża għall-politika industrijali tal-UE bil-għan li tiġi żgurata reżiljenza ekonomika fi żmien ta' bidla strutturali; jitlob li l-Kummissjoni tinkludi l-livell lokali u reġjonali fit-tfassil futur tal-istrateġija industrijali l-ġdida tal-UE;

7.

jisħaq li r-reġjuni jistgħu u huma lesti jmexxu bl-eżempju fl-ittestjar ta' approċċi u għodod ġodda biex tinkiseb it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u biex jgħinu jissaħħu r-raggruppamenti reġjonali li huma l-elementi kostitwenti ta' Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni b'saħħithom, fejn il-kollaborazzjoni interreġjonali bejn l-atturi tgħin biex jinbnew il-ktajjen tal-valur Ewropej; il-kundizzjonijiet qafas min-naħa tal-UE joħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għas-suq intern;

8.

huwa konvint li mhux biss se jkun meħtieġ li jiġu stabbilizzati l-ktajjen tal-provvista u tal-produzzjoni għall-apparat mediku, il-materjal mediku u l-mediċini, iżda se jkun hemm bżonn ukoll li jerġgħu jiġu allinjati f’ekosistema kompletament operattiva;

9.

jisħaq li l-Ewropa qed tiffaċċja pandemija bla preċedenti b’konsegwenzi serji li jistgħu joħolqu kriżi ekonomika globali; iħeġġeġ li l-irkupru għandu jkun f’armonija ma’ kundizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u soċjali;

10.

jilqa' r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (2) dwar azzjoni kkoordinata tal-UE biex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha; jappoġġja lill-Kummissjoni fl-objettiv tagħha li tfassal strateġija industrijali ġdida tal-UE fi sforz biex tinkiseb industrija aktar kompetittiva u reżiljenti meta jiġu indirizzati x-xokkijiet globali, jistieden lill-Kummissjoni tagħmel “it-tisħiħ tas-suq uniku” prijorità;

11.

jipproponi li tintuża strateġija industrijali b’żewġ stadji, fejn l-ewwel stadju jkun ikkonċentrat fuq is-sopravivenza tal-industrija, filwaqt li t-tieni stadju jkun ikkonċentrat fuq il-fażi ta' rikostruzzjoni u tiġdid għal ekonomija ekoloġika, dekarbonizzata u aktar diġitalizzata; jissottolinja li dawn l-istadji jeħtieġ li jintegraw il-kunċett ta' “reżiljenza reġjonali”: biex tittejjeb il-kapaċità tar-reġjuni li jifilħu, jassorbu jew jegħlbu x-xokk ekonomiku intern jew estern (3);

12.

jikkonferma l-għan tal-Ewropa biex tibda tranżizzjoni immedjata u konsistenti lejn in-newtralità klimatika u t-tmexxija diġitali; jissottolinja li l-Patt Ekoloġiku għandu jiġi inkluż fil-qalba tal-istrateġija industrijali l-ġdida tal-UE biex jintlaħqu dawn l-għanijiet; jisħaq l-importanza tad-dimensjoni reġjonali u lokali; jemmen li l-ħolqien u l-iżvilupp ta' swieq ġodda għall-prodotti newtrali għall-klima u dawk ċirkolari għandu jibqa' l-objettiv ewlieni tal-istrateġija industrijali għall-Ewropa;

13.

jisħaq li l-għan li jintlaħqu l-objettivi tan-newtralità klimatika irid jintlaħaq fuq skala lokali u reġjonali u li t-tranżizzjoni ser ikollha l-akbar effett fuq ir-reġjuni intensivi fl-enerġija;

14.

jinnota li l-industriji primarji intensivi fl-enerġija, li huma dipendenti fuq il-kummerċ u li joħolqu valur u impjieg lokalment, għandhom bżonn kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-operaturi tas-suq kollha, kemm dawk domestiċi kif ukoll dawk barranin, għal raġunijiet ta' politika tal-kompetizzjoni. Dan jikkonċerna mhux biss il-politika tal-kummerċ iżda wkoll id-dispożizzjonijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-klima u l-enerġija. Il-ħafna pjani u miżuri leġislattivi tal-UE għandhom fuq kollox jipprovdu protezzjoni adegwata kontra t-tnixxija tal-karbonju għall-industriji primarji; u jqis li għall-kompetittività tal-enerġiji rinnovabbli huwa meħtieġ li l-emissjonijiet tas-CO2 jkollhom prezz effettiv;

15.

jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta (4) li se jimmobilizza sa EUR 100 biljun biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għar-reġjuni b'użu intensiv ta' karbonju hekk kif dawn ikomplu jittrasformaw l-industriji u l-ekonomiji tagħhom;

16.

jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (5) li jippreżenta sensiela ta' miżuri biex l-industriji tal-UE jkunu jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet ta' approċċ aktar ċirkolari u b'bażi bijoloġika li ser jiżgura industrija aktar nadifa u aktar kompetittiva billi jnaqqas l-impatti ambjentali, itaffi l-kompetizzjoni għal riżorsi skarsi u jnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni; dan il-Pjan jista’ jkompli jnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u tar-riżorsi; jissottolinja l-importanza tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'bażi bijoloġika u ċirkolari anke għall-impjiegi, u ta' ambjent mibni sostenibbli bħala element ewlieni ta' dik it-tranżizzjoni;

17.

jissottolinja li l-istrateġija industrijali l-ġdida tal-UE għandha tkun strateġija inklużiva; jirrakkomanda li jiġi inkluż il-grupp ta’ dawk li jsegwu l-innovazzjoni u li jbatu biex ilaħħqu mal-bidliet u jimplimentawhom (6);

18.

jisħaq fuq il-ħtieġa ta' suq uniku reali għas-servizzi biex jgħin jiffaċilita s-servitizzazzjoni tal-industrija; jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet reġjonali biex jiffaċilitaw il-lokalizzazzjoni tal-industrija li tirriżulta minn din il-bidla u mit-teknoloġiji fixkiela; jisħaq li l-ktajjen tal-provvista fil-manifattura ċirkolari se jkunu aktar ikkonċentrati fuq skala reġjonali;

19.

jaqbel għalhekk li n-negozji għandhom jadattaw il-mudelli kummerċjali tagħhom u jiżviluppaw forom ġodda ta' xogħol adatti għall-era diġitali u sostenibbli; jenfasizza li t-tkabbir aċċellerat joriġina min-negozji ġodda kif ukoll minn ditti stabbiliti; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi assistenza għall-adozzjoni tal-innovazzjoni u tipprovdi qafas li fih raggruppamenti ta' ditti jistgħu jitgħallmu minn xulxin, bl-assistenza jew mingħajrha ta' konsulenti tal-intrapenditorija, intermedji jew aġenziji għall-iżvilupp reġjonali;

20.

jissottolinja l-importanza li jsir investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u li jiġi żgurat li dan l-investiment jiġi kkonvertit fi prodotti u servizzi kummerċjabbli u fi proċessi industrijali li jtejbu l-produttività u jqisu l-għan tal-UE li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050;

21.

jirrikonoxxi l-importanza tal-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni, speċjalment għal prodotti, proċessi u servizzi ġodda li jħaffu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika, diġitali u reżiljenti; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-SMEs jiġu involuti u jitqiesu fil-proċess ta’ standardizzazzjoni;

22.

jilqa' l-ambizzjoni li jinħolqu swieq pilota f'teknoloġiji nodfa fl-ispirtu intraprenditorjali tal-istrateġija, u jaqbel li dawk li jiċċaqilqu l-ewwel u bl-aktar mod mgħaġġel se jkollhom vantaġġ akbar; jisħaq li l-ekosistemi reġjonali joffru l-aħjar ambjent għall-innovazzjoni minħabba l-livell għoli ta' fiduċja offruta lil intraprendituri xprunati mill-opportunitajiet;

23.

jaqbel li l-Ewropa għandha tiġbor flimkien il-punti b'saħħithom tagħha biex twettaq b'mod kollettiv dak li ħadd ma jista' jwettaq waħdu; jisħaq li l-kooperazzjoni interreġjonali bil-għan li tistimola u tiffaċilita l-ktajjen tal-valur interreġjonali bbażati fuq “komplementaritajiet intelliġenti” bejn l-ekosistemi transsettorjali reġjonali marbuta mat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika, diġitali u reżiljenti, kif isir fl-Istrateġiji reġjonali ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti, huma essenzjali f'dak ir-rigward; jisħaq li l-Istrateġiji Reġjonali ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti huma l-aħjar għodda disponibbli biex ikun hemm kooperazzjoni fl-ekosistemi reġjonali u ma' ekosistemi reġjonali oħra b'ħiliet komplementari;

24.

jissottolinja l-ħtieġa ta' sistema ċara ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif ġie rrakkomandat fl-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti; jisħaq li dan għandu jitwettaq fit-tliet livelli kollha: l-UE, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom iwettqu evalwazzjoni kull sentejn; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tinkludiha fis-Semestru Ewropew u torbotha mal-Pjani Nazzjonali ta' Riforma għal-livell tal-Istati Membri; jissuġġerixxi li r-reġjuni jinkludu din l-evalwazzjoni bħala għodda ta' tagħlim li tappoġġja monitoraġġ aktar dijanjostiku, tivverifika l-progress u tiffaċilita s-soluzzjonijiet tal-problemi; jissuġġerixxi li t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali tista' tiġi akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet dwar l-għodod tal-UE li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-indikaturi;

25.

jappoġġja lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' politika ambizzjuża tal-UE dwar ir-raggruppamenti; jisħaq fuq l-importanza li jiġu marbuta flimkien raggruppamenti u networks reġjonali minn reġjuni differenti; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja dawn in-networks interreġjonali bħala komplementari għat-tlaqqigħ fuq livell individwali fin-Network Enterprise Europe u l-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti; jissuġġerixxi li l-politika tal-UE dwar ir-raggruppamenti ssir parti integrali mill-Istrateġija Industrijali ġdida tal-UE;

26.

jissottolinja li l-politika ta' koeżjoni għandha tkun strument importanti biex jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq il-post għall-iżvilupp industrijali sabiex jitqiesu l-impatti reġjonalment diverġenti tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, u jitlob li jiġu żviluppati objettivi u strumenti ta' appoġġ xierqa fil-kuntest tal-ippjanar għall-fażi li jmiss tal-politika ta' koeżjoni;

27.

jirrikonoxxi li r-reġjuni jeħtieġu gwida strateġika għal din it-tranżizzjoni industrijali sabiex jiġu rikonoxxuti b'mod effiċjenti u effettiv id-diskrepanzi attwali fl-istat ta' tħejjija għat-tranżizzjoni industrijali tagħhom; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tgħin tiżviluppa għodod li jistgħu jipprovdu pjan direzzjonali ċar għar-reġjuni b'approċċ imfassal apposta biex tiġi żgurata tmexxija industrijali; tali għodda għandha tkun komplementari għall-Istrateġija Industrijali l-ġdida tal-UE u għandha tgħin lir-reġjuni jimmiraw l-investimenti relatati fil-politika ta' koeżjoni fil-perjodu ta' programmazzjoni ta' wara l-2020;

28.

jisħaq fuq ir-rwol potenzjali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-akkwist pubbliku ekoloġiku orjentat lejn l-innovazzjoni, pereżempju fir-rigward tal-mobilità sostenibbli u intelliġenti jew l-industrija tal-kostruzzjoni, u l-ħtieġa li jiġu mminimizzati r-riskji involuti għall-gvernijiet reġjonali;

29.

jinnota b’dispjaċir li l-implimentazzjoni tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 9 dwar il-bini ta’ infrastruttura reżiljenti, il-promozzjoni ta’ industrijalizzazzjoni inklużiva u sostenibbli u t-trawwim tal-innovazzjoni pproduċa biss progress moderat. B’mod partikolari, in-nefqa domestika grossa tal-UE fuq ir-riċerka u l-iżvilupp meta mqabbla mal-PDG stabbilizzat għal ftit aktar minn 2,0 % (7); jisħaq fuq ir-rata baxxa ta' adozzjoni u tixrid tal-innovazzjonijiet fl-Ewropa; jirrimarka li l-maġġoranza tal-innovazzjonijiet fl-industrija jduru madwar mudelli kummerċjali ġodda li jikkombinaw it-teknoloġija diġitali u l-kunċetti tas-servizzi; jenfasizza li r-reġjuni għandhom rwol importanti x'jaqdu biex jaċċelleraw l-adozzjoni u t-tixrid tal-innovazzjonijiet, pereżempju permezz tan-network Ewropew ta' Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali, impjanti pilota u laboratorji bbażati fuq il-post; jisħaq fuq il-ħtieġa tal-għodda ġdida kif ġie propost fir-Regolament Interreg għall-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni;

30.

jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja lill-industrija Ewropea, b'mod partikolari f'reġjuni intensivi fl-enerġija, fit-tranżizzjoni lejn newtralità klimatika sal-2050 u tistabbilixxi miri settorjali ambizzjużi iżda realistiċi fuq perjodu medju u fit-tul li jkunu konformi mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-Ftehim ta’ Pariġi u tipprovdi pjani direzzjonali biex dawn jintlaħqu f'kooperazzjoni mal-partijiet interessati reġjonali u lokali, u jisħaq fuq l-importanza ta' tranżizzjoni li tkun ġusta għan-negozji u ċ-ċittadini, kif ġie ddikjarat fil-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta;

31.

jitlob lill-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni jgħin jespandi n-negozji kollha li qed jikbru malajr, u mhux biss lin-negozji ġodda; jissottolinja li l-SMEs li qed jikbru b'rata mgħaġġla ħafna mhumiex kumpaniji ġodda iżda kumpaniji stabbiliti li sabu mod ġdid ta' kif jikbru permezz tad-diġitalizzazzjoni u/jew billi għamlu l-prodotti, il-proċessi jew is-servizzi tagħhom aktar sostenibbli;

32.

jaqbel li l-Ewropa għandha tagħmel l-aħjar użu mill-ekonomiji ta' skala, veloċità u kamp ta' applikazzjoni, iżda jixtieq jisħaq li r-rwol tar-reġjuni mhuwiex biss li joffri arena għal innovazzjonijiet ibbażati fuq il-post iżda anke għal “reġjuni li jikkooperaw” biex jgħin jibdel il-varjetà rikka tal-kompetenzi fl-Ewropa fi ktajjen tal-valur interreġjonali li jistgħu jikkompetu kontra kumpaniji akbar barra mill-Ewropa; jitlob lill-Kummissjoni tippermetti aktar kooperazzjoni tal-katina tal-valur interreġjonali billi tiżgura finanzjament għal każijiet ta' wiri industrijali interreġjonali;

33.

jissottolinja l-ħtieġa ta' edukazzjoni għolja u vokazzjonali biex issir aktar xierqa għall-era diġitali; jisħaq fuq ir-rwol li l-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali jistgħu jaqdu mhux biss biex iħaffu u jxerrdu l-innovazzjonijiet, iżda anke biex iħarrġu lill-forza tax-xogħol għall-industrija tal-futur; jisħaq fuq il-ħtieġa li dawn il-hubs isiru aċċessibbli għall-SMEs; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti aktar appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-iskambji ta' esperjenza kif qed isir pereżempju fis-sejħa għal “Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali” (COVE);

34.

jappoġġja l-ħtieġa ta' Patt għall-Ħiliet; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi r-reġjuni bħala msieħeb importanti f'tali patt; jissottolinja li l-iskala reġjonali hija l-aħjar livell organizzat biex jiġu kkoordinati t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid u tiġi żgurata l-mobilità tal-impjegati minn setturi li qed jiddeterjoraw għal setturi li qed jespandu, u l-importanza ta' aċċess ugwali għat-taħriġ mill-ġdid tal-impjegati kif ukoll tal-maniġers u l-intraprendituri b'riżultat tal-effetti tal-epidemija tal-COVID-19;

35.

jirrikonoxxi l-potenzjal tal-IPCEIs u l-alleanzi; jitlob li l-Kummissjoni tagħmilhom aktar inklużivi billi tippermetti lir-reġjuni u l-SMEs jipparteċipaw fihom; f’dan ir-rigward, jenfasizza l-potenzjal tal-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat u tal-formazzjoni ta’ alleanzi industrijali, bħal fil-qasam tat-teknoloġija tal-batteriji, il-plastik u l-mikroelettronika, biex jgħinu fl-iżvilupp teknoloġiku u jiżguraw il-finanzjament;

36.

jirrikonoxxi r-riskji ġeopolitiċi tal-investiment barrani u ta' dipendenza eċċessiva fuq il-ktajjen tal-provvista u tal-valur “globali”; jitlob lill-Kummissjoni tarrikixxi l-istrateġija b'miżuri li jgħinu tingħeleb il-kriżi attwali kkawżata mill-COVID-19 u tħejji għal pandemiji ġodda fil-futur biex tiġi żgurata r-reżiljenza tas-soċjetà u l-ekonomija tal-Ewropa, pereżempju billi tħejji ktajjen tal-provvista Ewropej alternattivi għall-provvisti mediċi bbażati fuq innovazzjonijiet bi spejjeż baxxi u ekonomiċi fil-każ ta' pandemiji ġodda jew epidemiji serji;

37.

jitlob qafas legali Ewropew dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA), ir-robotika u t-teknoloġiji relatati (8) li jindirizza l-prinċipji etiċi u d-drittijiet fundamentali fl-iżvilupp, it-tnedija u l-użu tagħhom, kif ukoll kwistjonijiet ta’ sikurezza u responsabbiltà. L-innovazzjoni u l-kompetittività tal-industrija Ewropea se jirrikjedu qafas orizzontali li jirrifletti l-valuri u l-prinċipji tal-Unjoni Ewropea. Dan se jipprovdi gwida konkreta u ċertezza legali kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji – inklużi dawk li jinsabu barra mill-Ewropa. Bħalissa, in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet ċari dwar is-sikurezza u r-responsabbiltà jikkontribwixxu għal inċertezza legali għall-konsumaturi u n-negozji li jipproduċu u jikkummerċjalizzaw prodotti li jinvolvu l-IA kif ukoll għaċ-ċittadini li jużaw l-applikazzjonijiet tal-IA;

38.

jissottolinja l-importanza tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari peress li dan qed jipprovdi l-impetu għal ktajjen tal-provvista ġeografikament iqsar; jisħaq li l-ekonomija ċirkolari taffettwa kważi kull tip ta' raggruppament u industrija; minkejja l-isforzi kontinwi biex jiġu ttrasformati l-mudelli ekonomiċi u kummerċjali tradizzjonali, il-maġġoranza tal-SMEs mhumiex lesti għal din il-bidla, filwaqt li bosta huma lesti li jaġixxu iżda ma jafux kif; jissottolinja li kumpaniji iżgħar jiffaċċjaw żvantaġġi meta jħaddnu ċ-ċirkolarità, minħabba l-kapaċitajiet, ir-riżorsi, il-ħin u l-għarfien disponibbli limitati tagħhom biex jinvestu u jindirizzaw l-amministrazzjoni u l-konformità relatati mar-regolamenti u l-istandards; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi politiki aktar favorevoli biex tingħata spinta lill-bidla ċirkolari; jitlob lill-Kummissjoni tadatta l-leġislazzjoni biex tippermetti li ssir din il-bidla minflok ma twaqqafha; f'dan ir-rigward l-ekonomija ċirkolari tibbenefika minn suq uniku għall-iskart;

39.

jitlob li jerġa’ jiġi nnegozjat it-Trattat tal-Karta tal-Enerġija biex jiġu promossi l-investimenti fl-enerġija sostenibbli u jiġi allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi. In-negozjati ġodda għandhom jikkonfermaw ukoll id-“dritt li jirregolaw” tal-Istati firmatarji u tal-awtoritajiet pubbliċi tagħhom;

40.

jappoġġja l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO li jsaħħaħ l-azzjoni klimatika fuq skala globali u jipproteġi lill-industriji minn kompetizzjoni inġusta; jappella biex il-proposti għal riżorsi proprji ġodda tal-UE jiżguraw is-sempliċità u t-trasparenza, filwaqt li jissalvagwardjaw il-kompetenzi nazzjonali;

41.

jemmen li sabiex tinżamm tmexxija teknoloġika u tinkiseb sovranità diġitali u teknoloġika, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom iżommu d-dritt li jimblukkaw akkwiżizzjonijiet ostili ta' kumpaniji strateġiċi tal-UE minn atturi statali mhux tal-UE jew dawk appoġġjati mill-Istat, u jitlob lill-Kummissjoni tirriforma l-politika tal-kompetizzjoni sabiex jinżamm suq uniku Ewropew vitali filwaqt li tissaħħaħ il-pożizzjoni ta' kumpaniji bbażati fl-UE fis-swieq dinjija;

42.

jaqbel li għandna nżidu l-investimenti fl-innovazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tippromovi kultura li taċċetta l-falliment; jissottolinja li l-falliment fl-innovazzjoni jista' jkun siewi ħafna bħala mod ta' kif nitgħallmu nirnexxu, iżda biss jekk il-kumpaniji jingħataw it-tieni ċans biex japplikaw it-tagħlimiet miksuba dwar il-perkorsi li mhumiex vijabbli; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tiffaċilita t-tixrid tat-tagħlimiet miksuba bejn ir-raggruppamenti u n-networks reġjonali;

43.

jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi assistenza lir-reġjuni biex jgħinu lin-negozji jsibu msieħba Ewropej xierqa jekk ikunu jixtiequ jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq il-provvista globali u b'mod partikolari fuq il-ktajjen tal-valur, peress li r-reġjuni jistgħu jgħinu jinstabu l-imsieħba u jiffaċilitaw it-tlaqqigħ;

44.

jitlob lill-Kummissjoni tqis ukoll l-applikazzjonijiet ta' teknoloġiji diġitali ewlenin bħall-computing kwantistiku f'setturi strateġiċi bħala parti mill-infrastruttura diġitali strateġika; jissottolinja li dawn l-applikazzjonijiet huma essenzjali għat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa, biex jiġi żgurat l-akbar impatt ekonomiku u soċjali; mingħajr l-applikazzjonijiet, it-teknoloġiji diġitali huma soluzzjonijiet li jfittxu problema, filwaqt li l-kumpaniji qed ifittxu modi biex jaħtfu l-opportunitajiet kummerċjali;

45.

jissottolinja l-importanza li jiġu involuti gvernijiet reġjonali u raggruppamenti jew networks reġjonali fl-alleanzi, u jitlob li l-gvernijiet reġjonali, jew tal-inqas rappreżentant tal-Kumitat tar-Reġjuni, ikunu parti mill-Forum Industrijali, speċjalment fl-analiżi tar-riskji u l-ħtiġijiet tal-industrija fir-rigward tal-ekosistemi industrijali, li, fil-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni, huma magħmula minn ekosistemi “reġjonali” għall-intraprenditorija u l-innovazzjoni;

46.

itenni t-talba tiegħu biex jissaħħaħ l-appoġġ tal-UE għall-ekosistemi u r-raggruppamenti reġjonali fil-qafas tal-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni, biex tiġi kkunsidrata l-kompatibbiltà mal-Patt Ekoloġiku, billi jintuża l-approċċ tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti bħala bażi kif ukoll billi jiġu estiżi u mwessa' inizjattivi eżistenti bħall-Pjattaforma tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti dwar il-modernizzazzjoni industrijali u l-inizjattiva pilota dwar ir-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali; iqis ukoll li huwa importanti li jiġu żviluppati strumenti sabiex jiġu implimentati proġetti kollaborattivi interreġjonali ta' investiment industrijali b'kollaborazzjoni mill-qrib mar-reġjuni u mas-sħubijiet għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti;

47.

jenfasizza li t-tranżizzjonijiet doppji jirnexxu biss jekk il-partijiet interessati kollha jkunu involuti b’mod ugwali fl-Istrateġija industrijali riveduta tal-UE, jisħaq li komunikazzjoni ċara u djalogu miftuħ mal-partijiet interessati kollha huma kruċjali peress li l-iskala tat-trasformazzjoni li qed jiffaċċjaw kemm l-industrija kif ukoll is-soċjetà tirrikjedi azzjoni urġenti, viżjoni kondiviża u soluzzjonijiet integrati fost il-partijiet interessati kollha u fil-livelli kollha ta’ politika, peress li huwa biss approċċ ta’ governanza f’diversi livelli li jista’ jiżgura li l-partijiet interessati jimpenjaw ruħhom f’deċiżjonijiet ta’ politika ekonomika ta’ tali skala;

48.

jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri mmirati lejn kumpaniji li qed jadattaw il-produzzjoni tagħhom, bħala ħtieġa li rriżultat mill-pandemija COVID-19 u b’hekk mill-ħtiġijiet li jinbidlu tas-soċjetà;

49.

jistieden lill-Kummissjoni tinkludi lir-reġjuni u l-bliet fil-proċess tat-tfassal ta' Strateġija Industrijali ġdida għall-Ewropa, filwaqt li jtenni li r-reġjuni u l-bliet huma lesti u kapaċi jmexxu bl-eżempju biex tissawwar d-dimensjoni bbażata fuq il-post tat-tranżizzjonijiet doppji li l-industrija Ewropea qed tiffaċċja.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  COM(2020) 102 final.

(2)  http://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0054_MT.pdf

(3)  ECR2: “Economic Crisis: resilience of regions” (Kriżi Ekonomika: ir-reżiljenza tar-reġjuni): www.espon.eu/programme/projects/espon-2013/applied-research/ecr2-economic-crisis-resilience-regions (mhux disponibbli bil-Malti)

(4)  COM(2020) 22 final.

(5)  COM(2020) 98 final.

(6)  A geographically fair EU industrial strategy (Strateġija industrijali tal-UE ġeografikament ġusta): https://wms.flexious.be/editor/plugins/imagemanager/content/2140/PDF/2019/Geographically_fair_EU.pdf (mhux disponibbli bil-Malti)

(7)  Rapport tal-Eurostat dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs tal-22 ta’ Ġunju 2020

(8)  Ara l-Opinjoni tal-KtR dwar “White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali ta’ Guido Rink (PSE/NL) https://cor.europa.eu/MT/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-2014-2020


III Atti preparatorji

Il-Kumitat tar-Regjuni

Interactio — Laqgħa ibrida — Il-140 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 12.10.2020–14.10.2020

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/131


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Programm l-UE għas-Saħħa

(2020/C 440/22)

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (“il-Programm l-UE għas-Saħħa”)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Filwaqt li l-Istati Membru huma responsabbli għall-politika tas-saħħa tagħhom, huma mistennija jipproteġu s-saħħa pubblika fi spirtu ta’ solidarjetà Ewropea. L-esperjenza mill-kriżi li għaddejja bħalissa tal-COVID-19 uriet li hemm ħtieġa għal iktar azzjoni b’saħħitha fil-livell tal-Unjoni sabiex tappoġġa l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, biex ittejjeb il-prevenzjoni u l-kontroll tal-firxa tal-mard sever fil-bniedem lil hinn mill-fruntieri, biex tiġġieled it-theddid transfruntier serju għas-saħħa u biex tissalvagwardja s-saħħa u l-benessri tan-nies fl-Unjoni.

Filwaqt li l-Istati Membru huma responsabbli għall-politika tas-saħħa tagħhom, huma mistennija jipproteġu s-saħħa pubblika fi spirtu ta’ solidarjetà Ewropea, kif imfakkar ukoll fl-Artikolu 222 tat-TFUE, li jistipula li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jridu jaġixxu fi spirtu ta’ solidarjetà . L-esperjenza mill-kriżi li għaddejja bħalissa tal-COVID-19 uriet li hemm ħtieġa għal iktar azzjoni b’saħħitha fil-livell tal-Unjoni sabiex tappoġġa l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll, fejn rilevanti, l-istituzzjonijiet pubbliċi , biex ittejjeb il-prevenzjoni u l-kontroll tal-firxa tal-mard sever fil-bniedem lil hinn mill-fruntieri, biex tappoġġja l-iżvilupp tal-prodotti meħtieġa u tagħmilhom disponibbli biex jiġi pprevenut u ttrattat il-mard , biex tiġġieled it-theddid transfruntier serju għas-saħħa u biex tissalvagwardja s-saħħa u l-benessri tan-nies fl-Unjoni.

Raġuni

Huwa importanti li jiġi mfakkar l-ispirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa.

Emenda 2

Punt 10

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Minħabba n-natura serja tat-theddid transfruntier għas-saħħa, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa miżuri tas-saħħa pubblika kkoordinati fil-livell tal-Unjoni biex jindirizzaw aspetti differenti tat-tali theddid. Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tħejji għall-kriżijiet tas-saħħa, li tirrispondi għalihom u li timmaniġġjahom, jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ għall-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mekkaniżmi u strutturi relevanti oħra stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Dan jista’ jinkludi l-ħżin strateġiku ta’ provvisti mediċi essenzjali jew il-bini ta’ kapaċità fir-rispons għall-kriżi, miżuri preventivi relatati mat-tilqim u l-immunizzazzjoni, u programmi ta’ sorveljanza msaħħa. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Programm, fl-Unjoni kollha u fost is-setturi kollha, irawwem prevenzjoni għall-kriżijiet, it-tħejjija, sorveljanza, ġestjoni u kapaċità għar-rispons fl-atturi tal-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż ippjanar ta' kontinġenza u eżerċizzji ta’ tħejjija, filwaqt li jimplimentaw l-approċċ “Saħħa Waħda”. Jenħtieġ li dan jiffaċilita t-twaqqif ta’ qafas integrat u trażversali għall-komunikazzjoni tar-riskju fil-fażijiet kollha ta’ kriżi tas-saħħa — il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons.

Minħabba n-natura serja tat-theddid transfruntier għas-saħħa, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa miżuri tas-saħħa pubblika kkoordinati fil-livell tal-Unjoni biex jindirizzaw aspetti differenti tat-tali theddid. Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tħejji għall-kriżijiet tas-saħħa, li tirrispondi għalihom u li timmaniġġjahom, jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ għall-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mekkaniżmi u strutturi relevanti oħra stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Dan jista’ jinkludi l-ħżin strateġiku ta’ provvisti mediċi essenzjali, il-promozzjoni ta’ investiment fil-produzzjoni tat-tagħmir u l-prodotti farmaċewtiċi għall-ġlieda kontra l-pandemiji u flaġelli oħra tas-saħħa pubblika biex tiġi żgurata s-sovranità Ewropea, il-bini ta’ kapaċità fir-rispons għall-kriżi jew l-appoġġ biex l-Istati Membri jfasslu protokoll ta’ statistika li jippermetti li titqabbel id-data dwar l-impatt tal-pandemiji fil-livell NUTS 2 , miżuri preventivi relatati mat-tilqim u l-immunizzazzjoni, u programmi ta’ sorveljanza msaħħa. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Programm, fl-Unjoni kollha u fost is-setturi kollha, irawwem prevenzjoni għall-kriżijiet, it-tħejjija, sorveljanza, ġestjoni u kapaċità għar-rispons fl-atturi tal-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż ippjanar ta' kontinġenza u eżerċizzji ta’ tħejjija, filwaqt li jimplimentaw l-approċċ “Saħħa Waħda”. Jenħtieġ li dan jiffaċilita t-twaqqif ta’ qafas integrat u trażversali għall-komunikazzjoni tar-riskju fil-fażijiet kollha ta’ kriżi tas-saħħa — il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons.

Raġuni

Għandu jsir investimenti kbar fil-produzzjoni ta’ tagħmir u prodotti farmaċewtiċi għall-ġlieda kontra l-pandemiji.

Barra minn hekk hemm bżonn li jkun hemm aktar skambju ta’ data statistika fl-Istati Membri.

EMENDA 3

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Bil-ħsieb li jipproteġu lil dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż dawk li jbatu minn mard mentali u mard kroniku, jenħtieġ li l-Programm jippromwovi wkoll azzjonijiet li jindirizzaw l-impatti kollaterali tal-kriżi tas-saħħa fuq in-nies li jiffurmaw parti minn dawn il-gruppi vulnerabbli.

Bil-ħsieb li jipproteġu lil dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż dawk li jbatu minn mard mentali u mard kroniku (inkluż l-obeżità) , jenħtieġ li l-Programm jippromwovi wkoll azzjonijiet li jindirizzaw l-impatti kollaterali tal-kriżi tas-saħħa fuq in-nies li jiffurmaw parti minn dawn il-gruppi vulnerabbli. Sabiex jiġu żgurati standards għoljin għas-servizzi essenzjali tas-saħħa, jeħtieġ li l-Programm jinkoraġġixxi l-użu tat-telemediċina b’mod partikolari fi żmien ta’ kriżi u ta’ pandemija.

Raġuni

It-telemediċina trid tiġi żviluppata sabiex tkun għodda effettiva fi żminijiet ta’ kriżi u ta’ pandemija.

Emenda 4

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-esperjenza mill-kriżi tal-COVID-19 indikat li hemm bżonn ġenerali ta’ appoġġ għat-trasformazzjoni strutturali tas-sistemi tas-saħħa madwar l-Unjoni u għar-riformi sistemiċi tagħhom biex jittejbu l-effettività, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tagħhom. Fil-kuntest tat-tali trasformazzjoni u tat-tali riformi, jenħtieġ li b’sinerġija mal-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm jippromwovi azzjonijiet li jmexxu ’l quddiem it-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi tas-saħħa u li jżidu l-interoperabbiltà tagħhom, li jikkontribwixxu biex iżidu l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa pubblika li jrawmu l-prevenzjoni tal-mard u li jippromwovu s-saħħa, li jipprovdu mudelli ġodda tal-kura u li joffru servizzi integrati, mill-kura komunitarja u l-kura tas-saħħa primarja sas-servizzi speċjalizzati ħafna, abbażi tal-ħtiġijiet tan-nies, u li jiżguraw ħaddiema tas-saħħa pubblika effikaċi li jkollhom il-ħiliet tajbin, fosthom dawk diġitali. L-iżvilupp ta’ spazju Ewropew tad-data tas-saħħa għandu jipprovdi lis-sistemi tal-kura tas-saħħa, lir-riċerkaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi bil-mezzi li jtejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa. Meta wieħed iqis id-dritt fundamentali għall-aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u għat-trattament mediku kif minqux fl-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2006 (12), jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jiżguraw l-universalità u l-inklużività tal-kura tas-saħħa, li jfisser li ħadd ma jista’ jiġi rrifjutat milli jkollu aċċess għall-kura tas-saħħa, u jappoġġa wkoll dawk l-azzjonijiet li jiżguraw li d-drittijiet tal-pazjenti, inkluż dawk dwar il-privatezza tad-data tagħhom, jiġu protetti kif xieraq.

L-esperjenza mill-kriżi tal-COVID-19 indikat li hemm bżonn ġenerali ta’ appoġġ għat-trasformazzjoni strutturali tas-sistemi tas-saħħa madwar l-Unjoni u għar-riformi sistemiċi tagħhom biex jittejbu l-effettività, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tagħhom. Fil-kuntest ta’ Semestru Ewropew rinnovat, dawn ir-riformi jeħtieġu jsaħħu l-ispeċifiċità tas-sistemi tas-saħħa Ewropej abbażi tas-servizzi pubbliċi b’saħħithom u ta’ investiment pubbliku importanti. Is-servizzi tas-saħħa huma servizzi ta’ interess ġenerali li għandhom l-għan li jsaħħu l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li ma jistgħu jkunu soġġetti għall-ħsieb tas-settur privat. Fil-kuntest tat-tali trasformazzjoni u tat-tali riformi, jenħtieġ li l-Programm jorganizza l-koordinazzjoni u l-finanzjament tat-testijiet tal-istress fl-Istati Membri bil-għan li jiġu identifikati d-dgħufijiet u jiġu vverifikati l-kapaċitajiet ta’ rispons għall-pandemiji. Barra minn hekk jenħtieġ li b’sinerġija mal-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm jippromwovi azzjonijiet li jmexxu ’l quddiem it-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi tas-saħħa u li jżidu l-interoperabbiltà tagħhom, li jikkontribwixxu biex iżidu l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa pubblika li jrawmu l-prevenzjoni tal-mard u li jippromwovu s-saħħa, li jipprovdu mudelli ġodda tal-kura u li joffru servizzi integrati, mill-kura komunitarja u l-kura tas-saħħa primarja sas-servizzi speċjalizzati ħafna, abbażi tal-ħtiġijiet tan-nies, u li jiżguraw ħaddiema tas-saħħa pubblika effikaċi li jkollhom il-ħiliet tajbin, fosthom dawk diġitali. L-iżvilupp ta’ spazju Ewropew tad-data tas-saħħa għandu jipprovdi lis-sistemi tal-kura tas-saħħa, lir-riċerkaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi bil-mezzi li jtejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa. Meta wieħed iqis id-dritt fundamentali għall-aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u għat-trattament mediku kif minqux fl-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2006 (12), jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jiżguraw l-universalità u l-inklużività tal-kura tas-saħħa, li jfisser li ħadd ma jista’ jiġi rrifjutat milli jkollu aċċess għall-kura tas-saħħa, u jappoġġa wkoll dawk l-azzjonijiet li jiżguraw li d-drittijiet tal-pazjenti, inkluż dawk dwar il-privatezza tad-data tagħhom, jiġu protetti kif xieraq.

Raġuni

Kif espress fl-emenda.

Emenda 5

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għalhekk, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard tul il-ħajja ta’ individwu u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jindirizza l-fatturi ta’ riskju għas-saħħa, bħall-użu tat-tabakk u l-prodotti relatati miegħu u l-esponiment għall-emissjonijiet tagħhom, l-użu dannuż tal-alkoħol, u l-konsum ta’ drogi illeċiti. Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis fil-ħsara tas-saħħa relatata mad-drogi, mal-vizzji fid-dieta ta’ ħsara għas-saħħa u l-inattività fiżika, u l-esponiment għat-tnaqqis ambjentali, u jrawwem ambjenti ta’ appoġġ għal stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa sabiex jikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri f’dawn l-oqsma. Għaldaqstant, jenħtieġ ukoll li l-programm jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-Istrateġija għall-Bijodiversità.

Għalhekk, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard tul il-ħajja ta’ individwu u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jindirizza l-fatturi ta’ riskju għas-saħħa, bħall-użu tat-tabakk u l-prodotti relatati miegħu u l-esponiment għall-emissjonijiet tagħhom, l-użu dannuż tal-alkoħol, u l-konsum ta’ drogi illeċiti. Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis fil-ħsara tas-saħħa relatata mad-drogi, mal-vizzji fid-dieta ta’ ħsara għas-saħħa u l-inattività fiżika, u l-esponiment għat-tnaqqis ambjentali, u jrawwem ambjenti ta’ appoġġ għal stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa sabiex jikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dawn l-oqsma. Għaldaqstant, jenħtieġ ukoll li l-programm jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-Istrateġija għall-Bijodiversità.

Raġuni

Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda 6

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Programm se jaħdem f’sinerġija u komplimentarjetà ma’ politiki, programmi u fondi oħra tal-UE, bħall-azzjonijiet implimentati bil-Programm Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropea, ir-riżerva rescEU taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza, il-Fond Soċjali Ewropew + (ESF+, inkluż fir-rigward tas-sinerġiji dwar il-protezzjoni mtejba tas-saħħa u s-sigurtà ta’ miljuni ta’ ħaddiema fl-UE), inkluż il-Fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), il-fond InvestEU, il-Programm tas-Suq Uniku, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Faċilità tal-Irkupru u r-Reżiljenza inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi, l-Erasmus, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, l-Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE), u l-istrumenti ta’ azzjoni esterni tal-UE, bħall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III. Fejn xieraq, se jiġu stabbiliti regoli komuni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza u l-komplementarjetà bejn il-fondi, filwaqt li jiġi żgurat li l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn il-politiki jiġu rispettati, u bil-ħsieb li jiġu allinjati r-rekwiżiti strateġiċi ta’ dawn il-politiki, il-programmi u l-fondi, bħall-kundizzjonijiet abilitanti tal-FEŻR u tal-ESF+.

Il-Programm se jaħdem f’sinerġija u komplimentarjetà ma’ politiki, programmi u fondi oħra tal-UE, bħall-azzjonijiet implimentati bil-Programm Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropea, ir-riżerva rescEU taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza, il-Fond Soċjali Ewropew + (ESF+, inkluż fir-rigward tas-sinerġiji dwar il-protezzjoni mtejba tas-saħħa u s-sigurtà ta’ miljuni ta’ ħaddiema fl-UE), inkluż il-Fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), il-fond InvestEU, il-Programm tas-Suq Uniku, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Faċilità tal-Irkupru u r-Reżiljenza inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi, l-Erasmus, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, l-Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE), u l-istrumenti ta’ azzjoni esterni tal-UE, bħall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III. Fejn xieraq, u, fejn rilevanti, b'rabta mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, se jiġu stabbiliti regoli komuni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza u l-komplementarjetà bejn il-fondi, filwaqt li jiġi żgurat li l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn il-politiki jiġu rispettati, u bil-ħsieb li jiġu allinjati r-rekwiżiti strateġiċi ta’ dawn il-politiki, il-programmi u l-fondi, bħall-kundizzjonijiet abilitanti tal-FEŻR u tal-ESF+.

Raġuni

Biex titfakkar ir-rabta mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

Emenda 7

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq is-saħħa pubblika, ħajjet iċ-ċittadini, l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (il-prodotti mediċinali, it-tagħmir mediku u s-sustanzi ta’ oriġini umana), kif ukoll għal-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju għas-saħħa huwa essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u jipprovdi data ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli biex jirfed it-tfassil tal-politiki u l-monitoraġġ.

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq is-saħħa pubblika, ħajjet iċ-ċittadini, l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (il-prodotti mediċinali, it-tagħmir mediku u s-sustanzi ta’ oriġini umana), kif ukoll għal-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju għas-saħħa huwa essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u jipprovdi data ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli fil-livell reġjonali NUTS 2 biex jirfed it-tfassil tal-politiki u l-monitoraġġ.

Raġuni

Biex jiġi speċifikat il-livell reġjonali NUTS 2.

Emenda 8

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kooperazzjoni transfruntiera fl-għoti tal-kura tas-saħħa lill-pazjenti li jiċċaqalqu minn Stat Membru għall-ieħor, il-kollaborazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA), u n-Networks ta’ Referenza Ewropej (NRE) huma eżempji ta’ oqsma fejn ix-xogħol integrat fost l-Istati Membri wera li għandu valur miżjud b’saħħtu u potenzjal kbir biex tiżdied l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u b’hekk is-saħħa b’mod ġenerali. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet li jippermettu t-tali ħidma integrata u kkoordinata, li sservi wkoll biex trawwem l-implimentazzjoni ta’ prattiki b’impatt qawwi li għandhom l-għan li jqassmu ir-riżorsi disponibbli lill-popolazzjoni u lill-oqsma kkonċernati bl-aktar mod effettiv sabiex jimmassimizzaw l-impatt tagħhom.

Il-kooperazzjoni transfruntiera fl-għoti tal-kura tas-saħħa lill-pazjenti li jiċċaqalqu minn Stat Membru jew minn raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni (REKT) għall-ieħor, il-kollaborazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA), u n-Networks ta’ Referenza Ewropej (NRE) huma eżempji ta’ oqsma fejn ix-xogħol integrat fost l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali wera li għandu valur miżjud b’saħħtu u potenzjal kbir biex tiżdied l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u b’hekk is-saħħa b’mod ġenerali. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet li jippermettu t-tali ħidma integrata u kkoordinata, li sservi wkoll biex trawwem l-implimentazzjoni ta’ prattiki b’impatt qawwi li għandhom l-għan li jqassmu ir-riżorsi disponibbli lill-popolazzjoni u lill-oqsma kkonċernati bl-aktar mod effettiv sabiex jimmassimizzaw l-impatt tagħhom. Pereżempju, kif irrakkomandat mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fl-Opinjoni tiegħu dwar il-kura tas-saħħa transfruntiera, jeħtieġ li l-Programm jistabbilixxi “kurituri tas-saħħa” bejn ir-reġjuni tal-fruntiera, li permezz tagħhom il-pazjenti u l-professjonisti tas-saħħa jistgħu jkomplu jaqsmu l-fruntiera b’mod liberu matul il-konfinament, b’tali mod li jiġi garantit li l-kura tibqa’ aċċessibbli u assigurata.

Raġuni

Ir-REKT jistgħu jissemmew f’dan il-kuntest peress li jikkontribwixxu għal aċċess aħjar għas-servizzi, inkluż għall-kura tas-saħħa, fir-reġjuni tal-fruntiera, u huma eżempju ta’ kooperazzjoni transfruntiera stabbilita mill-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda 9

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Sabiex jiġi żgurat li dawn l-objettivi kollha jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha ssaħħaħ il-baġit u l-mandat tad-diversi aġenziji Ewropej inkarigati mis-saħħa, bħaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. Barra minn hekk, l-azzjoni ta’ dawn l-aġenziji għandha tkun ikkoordinata aħjar sabiex tikkontribwixxi aħjar għall-kisba tal-objettivi tal-Programm “L-UE għas-Saħħa” u r-rwol tagħhom fil-governanza ta’ dan il-programm għandu jissaħħaħ.

Raġuni

L-Unjoni Ewropea diġà għandha ħafna strumenti fis-seħħ. Jeħtieġ li jissaħħu u jiġu kkoordinati aħjar sabiex tiżdied il-kapaċità ta’ rispons tal-UE biex tirreaġixxi għall-kriżijiet tas-saħħa u biex jitjieb il-livell tas-saħħa tal-Ewropej.

Emenda 10

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Minħabba n-natura speċifika tal-objettivi u tal-azzjonijiet koperti mill-Programm, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri f’xi każijiet huma fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom, jitqiesu bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju u li l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għall-proposti.

Minħabba n-natura speċifika tal-objettivi u tal-azzjonijiet koperti mill-Programm, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri u awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubblika f’xi każijiet huma fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom, jitqiesu bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju u li l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għall-proposti.

Raġuni

Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa.

Emenda 11

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25  % min-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa l-objettivi marbutin mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tiegħu.

Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 30  % min-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa l-objettivi marbutin mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tiegħu.

Raġuni

Bidla fir-rata biex jiġu pprovduti aktar riżorsi għall-għanijiet klimatiċi.

Emenda 12

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Programm tkun tali li jkunu rrispettati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom u għall-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa u tal-kura medika.

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Programm tkun tali li jkunu rrispettati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u, fejn rilevanti, tar-reġjuni u livelli oħra ta’ governanza milquta mid-definizzjoni tal-politiki tas-saħħa, għad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom u għall-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa u tal-kura medika.

Raġuni

L-għan huwa li jiġu mmirati l-atturi differenti kkonċernati mid-definizzjoni tal-politiki tas-saħħa.

Emenda 13

Artikolu 3(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u tal-forza tax-xogħol fil-qasam tal-kura tas-saħħa, inkluż permezz ta’ trasformazzjoni diġitali u permezz ta’ xogħol iktar integrat u koordinat fost l-Istati Membri, implimentazzjoni sostnuta tal-aħjar prattiki u l-kondiviżjoni tad-data, sabiex jogħla l-livell ġenerali tas-saħħa pubblika.

it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u tal-forza tax-xogħol fil-qasam tal-kura tas-saħħa, inkluż permezz ta’ trasformazzjoni diġitali u permezz ta’ xogħol iktar integrat u koordinat fost l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubblika, permezz tal-koordinazzjoni tal-atturi fil-qasam tas-saħħa u tal-kura soċjali f’żoni li jkopru l-qalba tal-popolazzjoni permezz tal- implimentazzjoni sostnuta tal-aħjar prattiki u l-kondiviżjoni tad-data, sabiex jogħla l-livell ġenerali tas-saħħa pubblika.

Raġuni

Titfakkar l-importanza tal-atturi lokali kompetenti fil-qasam tas-saħħa.

Emenda 14

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jintlaħqu permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin, b’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda” fejn rilevanti:

L-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jintlaħqu permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin, b’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda” fejn rilevanti:

1)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid transfruntier serju għas-saħħa, u l-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa, inkluż permezz tal-koordinazzjoni, l-provvediment u l-użu tal-kapaċità tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza, il-ġbir tad-data u s-sorveljanza;

1)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid transfruntier serju għas-saħħa, u l-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa, inkluż permezz tal-koordinazzjoni, l-provvediment u l-użu tal-kapaċità tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza, il-ġbir tad-data, il-ħolqien ta’ kurituri tas-saħħa u s-sorveljanza;

2)

l-iżgurar tad-disponibbiltà fl-Unjoni tar-riżervi jew tal-ħażniet tal-prodotti relevanti għall-kriżi, u ta’ riżerva ta’ persunal mediku, tal-qasam tal-kura tas-saħħa u ta’ appoġġ li jista’ jiġi mmobilizzat f’każ ta’ kriżi;

2)

l-iżgurar tad-disponibbiltà fl-Unjoni tar-riżervi jew tal-ħażniet tal-prodotti relevanti għall-kriżi, u ta’ riżerva ta’ persunal mediku, tal-qasam tal-kura tas-saħħa u ta’ appoġġ li jista’ jiġi mmobilizzat f’każ ta’ kriżi;

3)

l-għoti ta’ appoġġ lill-azzjonijiet li jiżguraw id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà xierqa tal-prodotti relevanti għall-kriżi u ta’ provvisti oħra tas-saħħa neċessarji;

3)

l-għoti ta’ appoġġ lill-azzjonijiet li jiżguraw id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà xierqa tal-prodotti relevanti għall-kriżi u ta’ provvisti oħra tas-saħħa neċessarji;

4)

it-tisħiħ tal-effettività, tal-aċċessibbiltà, tas-sostenibbiltà u tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, inkluż billi tiġi appoġġata t-trasformazzjoni diġitali, tal-użu tal-għodod u s-servizzi diġitali, tar-riformi sistemiċi, tal-implimentazzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ kura u ta’ kopertura universali tas-saħħa, u l-indirizzar tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa;

4)

it-tisħiħ tal-effettività, tal-aċċessibbiltà, tas-sostenibbiltà u tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, inkluż billi jiġu organizzati l-koordinazzjoni u l-finanzjament tat-testijiet tal-istress fid-dawl tal-pandemija, filwaqt li jitqies il-mod li bih l-Istati Membri jorganizzaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom, tiġi appoġġata t-trasformazzjoni diġitali, tal-użu tal-għodod u s-servizzi diġitali, tar-riformi sistemiċi, tal-implimentazzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ kura u ta’ kopertura universali tas-saħħa, u l-indirizzar tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa;

5)

l-għoti ta’ appoġġ lill-azzjonijiet immirati biex isaħħu l-abbiltà tas-sistema tas-saħħa li trawwem il-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa, id-drittijiet tal-pazjenti u l-kura tas-saħħa transfruntiera, u l-promozzjoni tal-eċċellenza tal-professjonisti fil-qasam mediku u tal-kura tas-saħħa;

5)

l-għoti ta’ appoġġ lill-azzjonijiet immirati biex isaħħu l-abbiltà tas-sistema tas-saħħa li trawwem il-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa, id-drittijiet tal-pazjenti u l-kura tas-saħħa transfruntiera, u l-promozzjoni tal-eċċellenza tal-professjonisti fil-qasam mediku u tal-kura tas-saħħa;

6)

l-għoti ta’ appoġġ lill-azzjonijiet għas-sorveljanza, l-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament u l-kura ta’ mard li ma jitteħidx, u b’mod partikolari tal-kanċer;

6)

l-għoti ta’ appoġġ lill-azzjonijiet għas-sorveljanza, l-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament u l-kura ta’ mard li ma jitteħidx, u b’mod partikolari tal-kanċer;

7)

it-trawwim u l-għoti ta’ appoġġ lill-użu prudenti u effiċjenti tal-mediċini, b’mod partikolari tas-sustanzi antimikrobiċi, u l-produzzjoni u r-rimi tal-mediċini u tal-apparat mediku b’mod li jkun jirrispetta iktar l-ambjent;

7)

it-trawwim u l-għoti ta’ appoġġ lill-użu prudenti u effiċjenti tal-mediċini, b’mod partikolari tas-sustanzi antimikrobiċi, u l-produzzjoni u r-rimi tal-mediċini u tal-apparat mediku b’mod li jkun jirrispetta iktar l-ambjent;

8)

l-għoti ta’ appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u l-provvista ta’ data affidabbli, komparabbli u ta’ kwalità għolja sabiex isservi ta’ pedament għall-ħolqien tal-politiki u l-monitoraġġ tagħha, u l-promozzjoni tal-użu tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-saħħa tal-politiki relevanti;

8)

l-għoti ta’ appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u l-provvista ta’ data affidabbli, komparabbli u ta’ kwalità għolja sabiex isservi ta’ pedament għall-ħolqien tal-politiki u l-monitoraġġ tagħha, u l-promozzjoni tal-użu tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-saħħa tal-politiki relevanti;

9)

l-għoti ta’ appoġġ lix-xogħol integrat fost l-Istati Membri, u b’mod partikolari lis-sistemi tas-saħħa tagħhom, inkluż l-implimentazzjoni tal-prattiki ta’ prevenzjoni li jħallu impatt qawwi, u ż-żieda fl-użu tan-networking permezz tan-Networks ta’ Referenza Ewropej u ta’ networks oħra transnazzjonali;

9)

l-għoti ta’ appoġġ lix-xogħol integrat fost l-Istati Membri, u  l-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod partikolari lis-sistemi tas-saħħa tagħhom, inkluż l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu Ewropew ta’ rispons sanitarju sabiex jiġu indirizzati t-tipi kollha ta’ kriżi tas-saħħa, u ż-żieda fl-użu tan-networking permezz tan-Networks ta’ Referenza Ewropej u ta’ networks oħra transnazzjonali;

10)

l-għoti ta’ appoġġ għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-inizjattivi dinjin u internazzjonali b’rabta mas-saħħa.

10)

l-għoti ta’ appoġġ għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-inizjattivi dinjin u internazzjonali b’rabta mas-saħħa.

Raġuni

Kif espress fl-emenda.

Emenda 15

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 946 614 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.   IIl-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-27 għandu jkun ta’ EUR 10 398 000 000 fi prezzijiet kurrenti (EUR 9 370 000 000 fi prezzijiet kostanti) .

Raġuni

Evidenti.

Emenda 16

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard mhux Komunikabbli dwar il-pjanijiet ta’ ħidma stabbiliti għall-Programm u l-prijoritajiet u l-orjentazzjonijiet strateġiċi tiegħu u dwar l-implimentazzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, fil-livell nazzjonali jew fil-każ ta’ kompetenzi kondiviżi, fil-livell reġjonali u lokali, lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard mhux Komunikabbli dwar il-pjanijiet ta’ ħidma stabbiliti għall-Programm u l-prijoritajiet u l-orjentazzjonijiet strateġiċi tiegħu u dwar l-implimentazzjoni tiegħu. F’dan l-eżerċizzju għandha tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom kompetenzi fil-qasam tal-politiki tas-saħħa.

Raġuni

Jitfakkru r-rwol tal-awtoritajiet lokali u l-kompetenzi kondiviżi fil-qasam tas-saħħa.

Emenda 17

Anness I punt (g), sottopunt (i)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

appoġġ lill-azzjonijiet għat-trasferiment tal-għarfien u għall-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex ikunu megħjuna l-proċessi ta’ riforma nazzjonali bil-għan li jkun hemm effettività, aċċessibbiltà, sostenibbiltà u reżiljenza mtejbin, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati mis-Semestru Ewropew u tissaħħaħ il-kura primarja, biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-kura u biex ikun hemm kopertura universali tas-saħħa u aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa;

appoġġ lill-azzjonijiet għat-trasferiment tal-għarfien u għall-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubblika, biex ikunu megħjuna l-proċessi ta’ riforma nazzjonali bil-għan li jkun hemm effettività, aċċessibbiltà, sostenibbiltà u reżiljenza mtejbin, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati mis-Semestru Ewropew u tissaħħaħ il-kura primarja, biex jissaħħu l-integrazzjoni, il-koordinazzjoni u l-gradazzjoni tal-kura u biex ikun hemm kopertura universali tas-saħħa u aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa;

Raġuni

Huwa importanti li jissaħħaħ l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċessi nazzjonali ta’ riforma u fl-azzjonijiet tas-Semestru Ewropew.

Emenda 18

Anness I, punt (g), sottopunt (v)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

awditjar tal-arranġamenti ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Istati Membri (bħall-ġestjoni tal-kriżijiet, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u t-tilqim);

awditjar tal-arranġamenti ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Istati Membri u, fejn rilevanti, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (bħall-ġestjoni tal-kriżijiet, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u t-tilqim);

Raġuni

Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda 19

Anness I, punt (g), sottopunt (vi)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

appoġġ għall-konverġenza ’l fuq tal-prestazzjoni tas-sistemi nazzjonali permezz tal-iżvilupp ta’ indikaturi, is-senserija tal-analiżi u tal-għarfien u l-organizzazzjoni ta’ testijiet tal-istress tas-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa;

appoġġ għall-konverġenza ’l fuq tal-prestazzjoni tas-sistemi nazzjonali permezz tal-iżvilupp ta’ indikaturi, is-senserija tal-analiżi u tal-għarfien u l-organizzazzjoni ta’ testijiet tal-istress tas-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa , billi jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubblika ;

Raġuni

Jitfakkru r-rwol tal-awtoritajiet lokali u l-kompetenzi kondiviżi fil-qasam tas-saħħa.

Emenda 20

Anness I, punt (g), sottopunt (ix)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

appoġġ għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni ta’ programmi li jassistu lill-Istati Membri u l-azzjonijiet tagħhom biex itejbu l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard (għall-mard li jittieħed u li ma jitteħidx);

appoġġ għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni ta’ programmi li jassistu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-azzjonijiet tagħhom biex itejbu l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard (għall-mard li jittieħed u li ma jitteħidx) waqt li l-azzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jitħeġġu fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet adatti għall-karatteristiċi tagħhom rigward is-saħħa pubblika ;

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal dawn l-azzjonijiet f’ħafna Stati Membri u għandhom jibbenefikaw mill-appoġġ għal dawn il-programmi.

Emenda 21

Anness I, punt (g), sottopunt (x)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

appoġġ għall-azzjonijiet tal-Istati Membri biex idaħħlu fis-seħħ ambjenti urbani, tax-xogħol u tal-iskola b’saħħithom u sikuri, biex jippermettu għażliet tal-ħajja tajbin għas-saħħa u biex jippromwovu dieti tajbin għas-saħħa filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli;

appoġġ għall-azzjonijiet tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex idaħħlu fis-seħħ ambjenti urbani, tax-xogħol u tal-iskola b’saħħithom u sikuri, biex jippermettu għażliet tal-ħajja tajbin għas-saħħa u biex jippromwovu dieti tajbin għas-saħħa filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli;

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal dawn l-azzjonijiet f’ħafna Stati Membri.

Emenda 22

Anness I, punt (g), punt (xii)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

appoġġ għall-Istati Membri biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom permezz tal-parametraġġ referenzjarju, tal-kooperazzjoni u tal-iskambju tal-aħjar prattiki;

appoġġ għall-Istati Membri, u fejn rilevanti, għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom permezz tal-parametraġġ referenzjarju, tal-kooperazzjoni u tal-iskambju tal-aħjar prattiki;

Raġuni

Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda 23

Anness I, punt (k), sottopunt (iii)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

il-komunikazzjoni biex jiġu promossi l-prevenzjoni tal-mard u l-istili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, f’kooperazzjoni mal-atturi kollha kkonċernati fil -livell internazzjonali, tal-Unjoni u nazzjonali.

il-komunikazzjoni biex jiġu promossi l-prevenzjoni tal-mard u l-istili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, f’kooperazzjoni mal-atturi kollha kkonċernati, adatti għal -livell internazzjonali, tal-Unjoni, reġjonali, lokali u nazzjonali.

Raġuni

Jitfakkar l-involviment tal-livelli lokali differenti.

Emenda 24

Anness I, punt (l) ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

1)

Sfidi komuni tas-saħħa

i)

appoġġ għall-azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni tas-saħħa, bħall-inugwaljanzi fis-saħħa, l-aċċess għall-kura, il-migrazzjoni, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, is-sikurezza tal-pazjenti u l-kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni;

ii)

appoġġ għall-attivitajiet ta’ investiment għall-produzzjoni Ewropea ta’ tagħmir u prodotti meħtieġa biex jiġu miġġielda l-pandemiji;

iii)

appoġġ għall-azzjonijiet ta’ investiment li jippromovu l-adattament u l-modernizzazzjoni tal-isptarijiet sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u l-gradazzjoni tal-kura fit-territorji.

Raġuni

Dawk l-azzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ azzjonijiet stabbiliti mill-Programm.

Emenda 25

Anness II, parti A, punt I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

il-kwalità u l-kompletezza tat-tħejjija u tal-ippjanar ta' rispons tal-UE u tal-Istati Membri għat-theddid transfruntier serju għas-saħħa;

il-kwalità u l-kompletezza tat-tħejjija u tal-ippjanar ta' rispons tal-UE, tal-Istati Membri u, fejn rilevanti, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għat-theddid transfruntier serju għas-saħħa;

Raġuni

Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda 26

Anness II, Parti A, Punt III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

l-għadd ta’ azzjonijiet u l-aħjar prattiki li jikkontribwixxu direttament għall-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 3.4 għal kull Stat Membru;

l-għadd ta’ azzjonijiet u l-aħjar prattiki li jikkontribwixxu direttament għall-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 3.4 għal kull Stat Membru , inklużi l-aħjar prattiki mil-livell reġjonali u lokali, fejn xieraq ;

Raġuni

Kif espress fl-emenda.

Emenda 27

Anness I, parti A, punt IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki mill-Istati Membri tal-UE.

l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki mill-Istati Membri tal-UE u mill-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa .

Raġuni

Jitfakkru r-rwol tal-awtoritajiet lokali u l-kompetenzi kondiviżi fil-qasam tas-saħħa.

Emenda 28

Anness I, parti B, punt I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

l-għadd ta’ Stati Membri b’titjib tat-tħejjija u tal-ippjanar ta' rispons

l-għadd ta’ Stati Membri , u, fejn rilevanti, ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali, b’titjib tat-tħejjija u tal-ippjanar ta' rispons

Raġuni

Biex jitfakkar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza l-impenn tiegħu li jipprijoritizza s-saħħa fil-livell Ewropew u jappoġġja l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġlieda kontra l-kanċer u l-epidemiji ta’ mard fil-kooperazzjoni transfruntiera dwar is-saħħa u fl-immodernizzar tas-sistemi tas-saħħa;

2.

jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

3.

jiddeplora l-konsegwenzi severi tal-pandemija tal-COVID-19, li ma setgħux jiġu antiċipati, iżda li jistgħu jiġu megħluba permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u mekkaniżmi kkonsolidati;

4.

jenfasizza li l-muniċipalitajiet, il-bliet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-istituzzjonijiet pubbliċi jinsabu quddiem nett tal-pandemija tal-COVID-19, billi qed jieħdu miżuri tas-saħħa (ix-xiri tat-tagħmir mediku, l-ingaġġ tal-persunal mediku, eċċ.) u miżuri ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-aspetti differenti tal-pandemija, kemm jekk huma soċjali, ekonomiċi kif ukoll dawk loġistiċi;

5.

jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jieħdu miżuri b’saħħithom, fil-qafas tal-kompetenzi tagħhom, billi jadottaw inizjattivi li għandhom l-għan li jipprovdu reazzjoni immirata għall-kriżi tal-COVID-19 u biex jisiltu mill-esperjenza sabiex jantiċipaw kriżi futura tas-saħħa; ifakkar li t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri għandhom jitwettqu b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubblika;

6.

jinnota r-riżultati tal-Ewrobarometru tal-2017, fejn aktar minn 70 % tal-Ewropej talbu sabiex l-UE tkun involuta aktar fil-qasam tas-saħħa;

7.

jenfasizza li dan il-programm ewlieni ta’ finanzjament fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 għandu jappoġġja azzjonijiet li għandhom l-għan li jindirizzaw sfidi komuni u fit-tul tal-politiki tas-saħħa pubblika fl-UE u fl-Istati Membri, inklużi b’mod partikolari l-antiċipazzjoni ta’ tipi simili oħra ta’ kriżijiet, l-inugwaljanzi fis-saħħa, l-aċċess għall-kura, il-migrazzjoni, il-popolazzjoni li qed tixjieħ, is-sikurezza tal-pazjenti u l-kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni;

8.

jenfasizza li l-Programm “L-UE għas-Saħħa” m’għandux jiffoka biss fuq il-ġestjoni tal-kriżi, iżda għandu jikkontribwixxi, permezz tal-irkupru wara l-COVID-19, biex titjieb b’mod sinifikanti s-saħħa tal-popolazzjoni tal-Unjoni, billi tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, tiġi promossa l-innovazzjoni fis-settur tas-saħħa, u billi l-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa jiġu integrati bħala għodda ta’ żvilupp sostenibbli;

Is-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni, dritt fundamentali

9.

iqis il-kriżi li għaddejja minnha l-Unjoni Ewropea sa mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 fl-10 ta’ Marzu 2020, fejn l-aspett uman huwa importanti ħafna, kif ukoll l-effetti negattivi fuq is-saħħa taċ-ċittadini;

10.

jappella biex is-settur tas-saħħa jikkontribwixxi għall-mudell soċjali Ewropew u b’mod partikolari għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

11.

ifakkar li s-saħħa hija waħda mid-drittijiet fundamentali, hija servizz ta’ interess ġenerali u ma tistax tiġi ttrattata bħala servizz kummerċjali;

12.

ifakkar li l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa, li huma r-riżultat ta’ inugwaljanzi soċjali evitabbli, hija għan ewlieni u mezz effettiv biex jiġu promossi s-sigurtà tas-saħħa u s-sistemi tas-saħħa;

L-għanijiet u r-rwol tal-Programm “L-UE għas-Saħħa”

13.

jenfasizza l-fatt li l-Programm “L-UE għas-Saħħa” għandu l-għan li jsaħħaħ is-sigurtà tas-saħħa u l-prevenzjoni, itejjeb il-koordinazzjoni tal-kapaċitajiet tal-kura tas-saħħa u jħejji lill-UE għall-kriżijiet tas-saħħa futuri, u li l-baġit ta’ EUR 1,7 biljun previst mill-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Lulju 2020, mhux ser ikun biżżejjed biex jinkiseb dan il-għan;

14.

jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tas-“saħħa fil-politiki kollha” u għalhekk il-ħtieġa li dan il-programm jiġi kkoordinat u strutturat mal-programmi l-oħra tal-UE, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-infrastruttura medika, l-Orizzont Ewropa għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa, u l-FSE+ għat-taħriġ u l-appoġġ ta’ gruppi vulnerabbli fl-aċċess għall-kura tas-saħħa; jappella wkoll li fl-użu ta’ dawn il-Fondi jiġu promossi s-sinerġiji;

15.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi programm speċifiku tas-saħħa għall-perjodu finanzjarju li jmiss 2021-2027, iżda jiddispjaċih li l-finanzjament addizzjonali ta’ EUR 7,7 biljun, li l-Kummissjoni pproponiet li talloka għall-Programm “L-UE għas-Saħħa” bħala parti mill-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa intitolat “Nitgħallmu mill-kriżi u nindirizzaw l-isfidi strateġiċi tal-Ewropa”, tnaqqas mill-Kunsill Ewropew, u dan jikkontradixxi l-ambizzjonijiet ta’ dan il-programm;

16.

iqis li l-Programm “L-UE għas-Saħħa” jista’ jippermetti lill-UE li jkollha aktar għodod u għodod aktar effettivi, li jippermettu azzjoni rapida, deċiżiva u kkoordinata mal-Istati Membri, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika, kemm biex iħejju ruħhom għall-kriżijiet kif ukoll biex jimmaniġġjawhom, iżda wkoll biex itejbu l-funzjonament u l-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa tal-UE b’mod ġenerali;

17.

iqis li huwa essenzjali għall-Unjoni li tkun attrezzata bil-mezzi tal-ambizzjoni ddikjarata billi jiġu appoġġjati l-programmi ta’ investiment fil-qasam tar-riċerka u l-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi bħala mezzi biex tiġi protetta l-popolazzjoni;

18.

jirrimarka li l-Programm għandu l-għan ukoll li jibni riżervi ta’ mediċini u tagħmir mediku, persunal u esperti tas-saħħa, kif ukoll biex jipprovdi assistenza teknika;

19.

josserva li, fid-dawl tal-esperjenza tal-pandemija tal-COVID-19, l-UE għandha tiddedika riżorsi konsiderevoli għat-titjib tal-kapaċità tal-Unjoni għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għal theddid/kriżijiet tas-saħħa u għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni tal-Istati Membri f’dan il-qasam. Fl-istess ħin, huwa importanti li ma titnaqqasx fil-prijorità l-ħidma tal-Unjoni dwar il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard;

20.

huwa tal-fehma li, kif inhu l-każ bħalissa, u billi jitqies id-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu kif ifasslu, jorganizzaw u jiffinanzjaw is-servizzi tas-saħħa, jenħtieġ li jiġu allokati fondi għal forom differenti ta’ kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tas-saħħa, bħan-Networks Ewropej ta’ Referenza (NRE) għall-forniment ta’ kura speċjalizzata ħafna u l-kura ta’ mard rari, il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u l-iżvilupp ta’ approċċi tas-saħħa diġitali. Huwa importanti wkoll li jsiru sforzi kbar biex tiġi miġġielda r-reżistenza antimikrobika, li hija theddida għas-saħħa li teħtieġ kooperazzjoni kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’livell dinji;

21.

ifakkar li wieħed mill-għanijiet tal-Programm “L-UE għas-Saħħa” huwa li l-mortalità prematura titnaqqas b’terz sal-2030 u li dan l-għan ser jintlaħaq billi jiġi miġġieled il-mard li ma jitteħidx permezz ta’ titjib fid-dijanjosi fid-djanożi, fil-prevenzjoni u fil-kura, b’mod partikolari għall-kanċer, il-mard kardjovaskulari, id-dijabete u l-problemi ta’ saħħa mentali;

Sejħa għall-kooperazzjoni

22.

jindika li l-Programm “L-UE għas-Saħħa” għandu jkun imfassal b’mod li jissaħħaħ is-sistemi reġjonali billi jiġu ffinanzjati inizjattivi bħall-appoġġ u pariri speċifikament adattati għal kull pajjiż sabiex tittejjeb il-kura tas-saħħa; it-taħriġ tal-professjonijiet fis-settur tas-saħħa li jintbagħtu fl-UE kollha; il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ tħejjija u r-rispons tal-Istati Membri; it-twettiq ta’ provi kliniċi sabiex jitħaffef l-iżvilupp ta’ mediċini u tilqim; il-kooperazzjoni ma’ msieħba transkonfinali; kif ukoll it-twettiq ta’ studji, ġbir ta’ data u analiżi komparattiva;

23.

jilqa’ l-passi li diġà ttieħdu mill-Kummissjoni Ewropea biex l-UE tkun tista’ tipprovdi aktar appoġġ, li huwa essenzjali biex jittaffa l-piż tal-isforzi tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-kriżi attwali tal-COVID-19;

24.

huwa tal-fehma li hemm bżonn li tiġi kkunsidrata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fit-tfassil u l-analiżi tal-azzjonijiet taħt il-Programm tas-Saħħa l-ġdid;

25.

huwa tal-fehma li l-isforzi taħt il-Programm tas-Saħħa l-ġdid għandhom jitfasslu b’tali mod li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ soċjetà sostenibbli mil-lat ambjentali u soċjali;

26.

jistieden lir-reġjuni tal-Unjoni, kif ukoll lill-atturi l-oħra tal-UE, biex jikkooperaw bil-għan li tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tad-diversi elementi tal-Programm “L-UE għas-Saħħa” u tal-azzjonijiet elenkati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tħejjija ta’ sistemi tas-saħħa tal-UE biex jirreaġixxu malajr fil-każ ta’ mewġa ġdida tal-COVID-19;

27.

jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-azzjoni fil-qasam tas-saħħa u tal-ġestjoni tal-kriżijiet, b’mod partikolari permezz tal-involviment dirett ta’ strutturi lokali u reġjonali ta’ azzjoni fil-qasam tas-saħħa;

28.

iqis li jeħtieġ li jiżdiedu l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi nazzjonali tas-saħħa: billi jiġi stimulat l-investiment fil-programmi ta’ prevenzjoni tal-mard; billi jiġi appoġġjat l-iskambju ta’ prattiki tajba; billi tiġi promossa l-kooperazzjoni Internazzjonali; u billi jittejjeb l-aċċess għall-kura tas-saħħa;

29.

iqis il-fatt li l-programm għandu l-għan li jindirizza n-nuqqasijiet riżultat tal-pandemija u li, b’konsegwenza ta’ dan, l-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-politiki tas-saħħa. B’hekk l-Unjoni Ewropea tista’ tissupplimenta u tappoġġja l-miżuri nazzjonali u tadotta leġislazzjoni f’setturi speċifiċi;

30.

jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni fl-Unjoni fir-rigward tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tat-tilqim taħt il-programm Orizzont Ewropa;

31.

jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-governanza tas-sistemi tas-saħħa, bħal fit-tfassil tal-prijoritajiet u fl-implimentazzjoni tal-programm, minħabba r-rwol essenzjali tagħhom fil-qasam tas-saħħa, tal-prevenzjoni u tal-appoġġ, u jqis li l-effiċjenza ta’ mekkaniżmu għat-titjib tal-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni, mill-prevenzjoni sal-gradazzjoni tal-kura, teħtieġ adattament għad-data dwar is-saħħa pubblika speċifika għal kull reġjun.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(12)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1).

(12)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1).


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/150


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili msaħħaħ

(2020/C 440/23)

Relatur:

Alberto CIRIO (IT/PPE), President tar-reġjun tal-Piemonte

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

COM(2020) 220 final

I.   PROPOSTI SABIEX JITRESSQU EMENDI

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili,

COM(2020) 220 final

Emenda 1

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(2)

Filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(2)

Filwaqt li jirrikonoxxi li r-responsabbiltà primarja għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem tibqa’ tal-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali tagħhom , il-Mekkaniżmu tal-Unjoni , u b’mod partikolari rescEU, jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea billi jikkomplementa l-kapaċitajiet eżistenti tal-Istati Membri u r-reġjuni, filwaqt li jippermetti tħejjija u rispons aktar effettivi, fejn il-kapaċitajiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali mhumiex biżżejjed .

Raġuni

Huwa essenzjali li jiġi rikonoxxut li l-kapaċitajiet huma differenti mhux biss bejn l-Istati Membri iżda wkoll bejn ir-reġjuni tagħhom. L-azzjoni komplementari tal-UE għandha għalhekk tiżviluppa approċċ differenzjat skont il-ħtiġijiet differenti fil-livell reġjonali.

Emenda 2

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(6)

Biex ittejjeb l-ippjanar fil-prevenzjoni u t-tħejjija, jenħtieġ li l-Unjoni tissokta tappoġġa l-investiment fil-prevenzjoni tad-diżastri f’bosta setturi, u għal approċċi komprensivi ta’ mmaniġġar tar-riskju li jirfdu l-prevenzjoni u t-tħejjija, b’kunsiderazzjoni ta’ approċċ ta’ perikli multipli, approċċ imsejjes fuq ekosistema u l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet xjentifiċi u mal-operaturi ekonomiċi ewlenin. Għal dan il-għan, l-approċċi transsettorjali u għal perikli multipli jenħtieġ li jitpoġġa fuq quddiem u li jkun imsejjes fuq għanijiet ta’ reżiljenza għall-Unjoni kollha li jikkontribwixxu għal definizzjoni bażi tal- kapaċitajiet u t-tħejjija. Il-Kummissjoni se taħdem id f’id mal-Istati Membri biex tiddefinixxi l-għanijiet ta’ reżiljenza għall-Unjoni kollha.

(6)

Biex ittejjeb l-ippjanar fil-prevenzjoni u t-tħejjija, jenħtieġ li l-Unjoni tissokta tappoġġa l-investiment fil-prevenzjoni tad-diżastri f’bosta setturi, u għal approċċi komprensivi ta’ mmaniġġar tar-riskju li jirfdu l-prevenzjoni u t-tħejjija, b’kunsiderazzjoni ta’ approċċ ta’ perikli multipli, approċċ imsejjes fuq ekosistema u l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet xjentifiċi u mal-operaturi ekonomiċi ewlenin. Għal dan il-għan, l-approċċi transsettorjali u għal perikli multipli jenħtieġ li jitpoġġa fuq quddiem u li jkun imsejjes fuq il-ħtiġijiet differenzjati tal-Istati Membri u r-reġjuni sabiex jissaħħu l- kapaċitajiet tagħhom u biex titjieb ir-reżiljenza u t-tħejjija ġenerali tal-UE . Il-Kummissjoni se taħdem id f’id mal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex tiddefinixxi l-għanijiet ta’ reżiljenza għall-Unjoni kollha.

Raġuni

L-isforzi tal-UE jridu jkunu differenzjati biex jitqiesu l-kapaċitajiet differenti fl-Istati Membri u fir-reġjuni tal-UE.

Emenda 3

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(8)

Bħala ċentru tal-operazzjonijiet 24/7 fil-livell tal-Unjoni bil-kapaċità li jsegwi u jappoġġa operazzjoni f’diversi tipi ta’ emerġenzi f’ħin reali, kemm ġewwa l-Unjoni kif ukoll lil hinn minnha, jenħtieġ li ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (“ERCC”) jissaħħaħ aktar. Dan jenħtieġ li jinkludi koordinazzjoni msaħħa tal-ERCC mas-sistemi nazzjonali ta’ kriżi u mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri, kif ukoll ma’ korpi rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-ħidma tal-ERCC hija appoġġata minn għarfien xjentifiku espert, fosthom dak tal-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea.

(8)

Bħala ċentru tal-operazzjonijiet 24/7 fil-livell tal-Unjoni bil-kapaċità li jsegwi u jappoġġa operazzjoni f’diversi tipi ta’ emerġenzi f’ħin reali, kemm ġewwa l-Unjoni kif ukoll lil hinn minnha, jenħtieġ li ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (“ERCC”) jissaħħaħ aktar. Dan jenħtieġ li jinkludi koordinazzjoni msaħħa tal-ERCC mas-sistemi nazzjonali u reġjonali ta’ kriżi u mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri, kif ukoll ma’ korpi rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-ħidma tal-ERCC hija appoġġata minn għarfien xjentifiku espert, fosthom dak tal-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea.

Raġuni

L-artikolazzjoni interna tal-Istati Membri u n-natura ta’ ċerti emerġenzi jistgħu jeħtieġu, speċjalment f’termini ta’ għarfien u taħriġ, djalogu wkoll ma’ sistemi reġjonali ta’ rispons għal kriżijiet.

Emenda 4

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(9a)

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u rescEU għandhom jiġu żviluppati b’mod li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b’mod effettiv għal firxa wiesgħa ta’ emerġenzi, minbarra s-saħħa. Pereżempju, it-tibdil fil-klima qed iwassal għal żieda fid-diżastri naturali bħan-nirien jew l-għargħar. Għalhekk huwa essenzjali li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni jinkludi wkoll kapaċitajiet suffiċjenti biex wieħed jaġixxi meta jseħħu diżastri naturali.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 5

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(11)

Il-kapaċitajiet tar-rescEU li jinxtraw, jinkrew, jinkisbu b’lokazzjoni jew inkella jiġu kkuntrattati mill-Istati jistgħu jintużaw għal skopijiet nazzjonali, iżda dan meta ma jkunux qed jintużaw jew ikunu meħtieġa għal operazzjoni ta’ reazzjoni permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

(11)

Il-kapaċitajiet tar-rescEU li jinxtraw, jinkrew, jinkisbu b’lokazzjoni jew inkella jiġu kkuntrattati mill-Kummissjoni jew mill-Istati jistgħu jintużaw għal skopijiet nazzjonali, iżda dan meta ma jkunux qed jintużaw jew ikunu meħtieġa għal operazzjoni ta’ reazzjoni permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Raġuni

Id-disponibbiltà tar-riżorsi tar-rescEU għall-użu nazzjonali m’għandhiex tiddependi fuq jekk humiex mixtrija, mikrija, jew miksuba b’mod ieħor mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri.

Emenda 6

Artikolu 1(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(2)

L-Artikolu 6 jiġi emendat kif ġej:

(2)

L-Artikolu 6 jiġi emendat kif ġej:

 

(c)

jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri biex tappoġġa azzjonijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija. L-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri għandhom jiżguraw bażi għall-ħarsien tal-funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà fid-dawl tal-effetti tal-katina ta’ avvenimenti imprevedibbli ta’ diżastru b’impatt għoli u biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu bbażati fuq xenarji li jħarsu lejn il-futur, fosthom l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riskju ta’ diżastri, data fuq avvenimenti tal-imgħoddi u analiżi tal-impatt transsettorjali b’attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli.

 

(c)

jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri biex tappoġġa azzjonijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali . L-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri għandhom jiżguraw bażi għall-ħarsien tal-funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà fid-dawl tal-effetti tal-katina ta’ avvenimenti imprevedibbli ta’ diżastru b’impatt għoli u biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu bbażati fuq xenarji li jħarsu lejn il-futur, fosthom l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riskju ta’ diżastri, data fuq avvenimenti tal-imgħoddi u analiżi tal-impatt transsettorjali b’attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli.

 

 

Fejn meħtieġ il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 30 biex tiddefinixxi l-għanijiet tal-Unjoni tar-reżiljenza għad-diżastri. ”;

 

 

Il-Kummissjoni tipproponi Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-miri tal-Unjoni għar-reżiljenza għad-diżastri. ”;

Raġuni

Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-objettivi ġenerali u l-objettivi fil-livell tal-Unjoni jiġu żviluppati u definiti f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-livelli nazzjonali u sottonazzjonali.

Sabiex tiġi riflessa l-kondiviżjoni tal-għanijiet, l-atti rilevanti ta’ approvazzjoni jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-qbil tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda 7

Artikolu 1(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(3)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(3)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

Artikolu 7

Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza

 

Artikolu 7

Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza

 

1.   Iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) huwa stabbilit. L-ERCC għandu jiżgura kapaċità operazzjonali għal 24 siegħa kuljum u sebat (7) ijiem fil-ġimgħa, u għandu jservi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-kisba tal-objettivi tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

 

1.   Iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) huwa stabbilit. L-ERCC għandu jiżgura kapaċità operazzjonali għal 24 siegħa kuljum u sebat (7) ijiem fil-ġimgħa, u għandu jservi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-kisba tal-objettivi tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

 

B’mod partikolari l-ERCC għandu jikkoordina, jimmonitorja u jappoġġa r-rispons għall-emerġenzi fil-livell tal-Unjoni f’ħin reali. L-ERCC għandu jaħdem f’kuntatt mill-qrib mas- sistemi nazzjonali tal-kriżijiet, mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili u mal-korpi rilevanti tal-Unjoni.

 

B’mod partikolari l-ERCC għandu jimmonitorja u jappoġġa r-rispons għall-emerġenzi fil-livell tal-Unjoni f’ħin reali. L-ERCC għandu jipprovdi appoġġ lis- sistemi nazzjonali u, fejn rilevanti, reġjonali tal-kriżijiet, mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili u mal-korpi rilevanti tal-Unjoni.

 

2.   L-ERCC għandu jkollu aċċess għal kapaċitajiet operazzjonali , analitiċi, ta’ monitoraġġ, ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u ta’ komunikazzjoni biex jindirizza firxa wiesgħa ġewwa l-Unjoni u lil hinn minnha.”;

 

2.   L-ERCC għandu jkollu aċċess għal kapaċitajiet loġistiċi , analitiċi, ta’ monitoraġġ, ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u ta’ komunikazzjoni għas-servizz ta’ sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni tal- kriżijiet ġewwa l-Unjoni u lil hinn minnha.”;

Raġuni

L-ERCC għandu jiffaċilita u jappoġġja l-azzjoni tas-sistemi nazzjonali – u fejn rilevanti – ta’ rispons għall-kriżijiet, filwaqt li jevita d-duplikazzjonijiet li jipperikolaw li tinħoloq konfużjoni fir-responsabbiltajiet ta’ rispons ta’ emerġenza.

Emenda 8

Artikolu 1(6)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(6)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(6)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

Artikolu 10

Ippjanar tar-reżiljenza għad-diżastri “1.

 

Artikolu 10

Ippjanar tar-reżiljenza għad-diżastri “1.

 

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati għandu jaħdmu id f’id biex itejbu l-ippjanar tar-reżiljenza transsettorjali, kemm għal diżastri naturali kif ukoll għal dawk ikkawżati mill-bniedem li x’aktarx ikollhom effett transfruntier, fosthom l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. L-ippjanar tar-reżiljenza għandu jinkludi bini ta’ xenarji fil-livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni u r-reazzjoni ta’ diżastri bbażata fuq il-valutazzjonijiet tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u l-ħarsa ġenerali lejn ir-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-ippjanar dwar l-immaniġġar tar-riskji tad-diżastri msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), id-data dwar it-telf marbuta mad-diżastri msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6(1), l-immappjar tal-assi u l-iżviluppar ta’ pjanijiet għall-iskjerament tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni, b’kunsiderazzjoni tal-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(5).

 

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom jaħdmu id f’id biex itejbu l-ippjanar tar-reżiljenza transsettorjali, kemm għal diżastri naturali kif ukoll għal dawk ikkawżati mill-bniedem li x’aktarx ikollhom effett transfruntier, fosthom l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. L-ippjanar tar-reżiljenza għandu jinkludi bini ta’ xenarji fil-livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni u r-reazzjoni ta’ diżastri bbażata fuq il-valutazzjonijiet tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u l-ħarsa ġenerali lejn ir-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-ippjanar dwar l-immaniġġar tar-riskji tad-diżastri msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), id-data dwar it-telf marbuta mad-diżastri msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6(1), l-immappjar tal-assi u l-iżviluppar ta’ pjanijiet għall-iskjerament tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni, b’kunsiderazzjoni tal-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(5).

 

2.   […]”;

 

2.   […]”;

Raġuni

Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-ħidma dwar l-ippjanar tar-reżiljenza għad-diżastri u l-iżvilupp tax-xenarju tinvolvi wkoll il-livelli reġjonali u lokali, bħala l-livelli l-aktar affettwati.

Emenda 9

Artikolu 1(8)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(8)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(8)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

 

(a)

Il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

(a)

Il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

 

“2.   […]

 

 

“2.   […]

 

 

3.   Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu akkwistati, miksuba b’lokazzjoni jew mikrija u/jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista’ takkwista, tikri, tikseb b’lokazzjoni jew inkella tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tisstokkja jew tiddistribwixxi provvisti jew biex tagħti servizz lill-Istati Membri permezz ta’ proċedura ta’ akkwist konformi mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu akkwistati, jinkrew, jinkisbu b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Istati Membri, ikunu jistgħu jiġu konċessi għotjiet diretti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mingħajr sejħa għall-proposti.

 

 

3.   Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu akkwistati, miksuba b’lokazzjoni jew mikrija u/jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista’ takkwista, tikri, tikseb b’lokazzjoni jew inkella tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tisstokkja jew tiddistribwixxi provvisti jew biex tagħti servizz lill-Istati Membri permezz ta’ proċedura ta’ akkwist konformi mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni. Fejn il-Kummissjoni takkwista kapaċitajiet tar-rescEU, hija għandha żżomm is-sjieda ta’ tali kapaċitajiet anke meta dawn jitqassmu lill-Istati Membri, ħlief fil-każ ta’ kapaċitajiet li ma jistgħux jerġgħu jintużaw . Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu akkwistati, jinkrew, jinkisbu b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Istati Membri, ikunu jistgħu jiġu konċessi għotjiet diretti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mingħajr sejħa għall-proposti.

 

 

Il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat Membru li jkun jixtieq jista’ jinvolvi ruħu fi proċedura ta’ akkwist konġunt li ssir skont l-Artikolu 165 tar-Regolament Finanzjarju bil-għan li jiġu akkwistati kapaċitajiet tar-rescEU.

 

 

Il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat Membru li jkun jixtieq jista’ jinvolvi ruħu fi proċedura ta’ akkwist konġunt li ssir skont l-Artikolu 165 tar-Regolament Finanzjarju bil-għan li jiġu akkwistati kapaċitajiet tar-rescEU.

 

 

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ospitati fl-Istati Membri li jakkwistaw, jikru, jiksbu b’lokazzjoni jew inkella jikkuntrattaw dawk il-kapaċitajiet. Biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni, il-kapaċitajiet tar-rescEU li jiġu akkwistati, mikrija, miksuba b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jridu jiġu prepożizzjonati b’mod strateġiku ġewwa l-Unjoni. F’konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-kapaċitajiet ta’ rescEU li jiġu akkwistati, jinkrew, miksuba b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jistgħu jiġu lokalizzati wkoll f’pajjiżi terzi permezz ta’ netwerks fdati ġestiti minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.”;

 

 

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ospitati fl-Istati Membri li jakkwistaw, jikru, jiksbu b’lokazzjoni jew inkella jikkuntrattaw dawk il-kapaċitajiet. Biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni, il-kapaċitajiet tar-rescEU li jiġu akkwistati, mikrija, miksuba b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jridu jiġu prepożizzjonati b’mod strateġiku ġewwa l-Unjoni. F’konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-kapaċitajiet ta’ rescEU li jiġu akkwistati, jinkrew, miksuba b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jistgħu jiġu lokalizzati wkoll f’pajjiżi terzi permezz ta’ netwerks fdati ġestiti minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.”;

Raġuni

Dan se jiżgura li l-kapaċitajiet jingħataw lir-reġjuni fejn huma l-aktar meħtieġa fl-Ewropa, skont il-valutazzjoni tal-KE.

Emenda 10

Artikolu 1(14)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 20a huwa sostitwit b’dan li ġej:

L-Artikolu 20a huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 20a

Viżibbiltà u għotjiet

Artikolu 20a

Viżibbiltà u għotjiet

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni, kif ukoll il-benefiċjarji tal-għajnuna mogħtija, għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni, kif ukoll il-benefiċjarji tal-għajnuna mogħtija, għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

Kwull assistenza jew finanzjament ipprovduti skont din id-Deċiżjoni għandhom jingħataw viżibilità xierqa. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni pubblika għal operazzjonijiet iffinanzjati taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:

Kwull assistenza jew finanzjament ipprovduti skont din id-Deċiżjoni għandhom jingħataw viżibilità xierqa. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni pubblika għal operazzjonijiet iffinanzjati taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:

jinkludu referenzi xierqa għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

jinkludu referenzi xierqa għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

jipprovdu mmarkar viżiv fuq il-kapaċitajiet iffinanzjati jew kofinanzjati mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

jipprovdu mmarkar viżiv fuq il-kapaċitajiet iffinanzjati jew kofinanzjati mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

iwettqu azzjonijiet bl-emblema tal-Unjoni;

iwettqu azzjonijiet bl-emblema tal-Unjoni;

jikkomunikaw b’mod proattiv l-appoġġ tal-Unjoni lill-midja nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati kif ukoll dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni tagħhom stess;

jikkomunikaw b’mod proattiv l-appoġġ tal-Unjoni lill-midja nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati kif ukoll dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni tagħhom stess;

jappoġġaw l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet.

jappoġġaw l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati ma’ din id-Deċiżjoni, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal din id-Deċiżjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(1).

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati ma’ din id-Deċiżjoni, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal din id-Deċiżjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(1).

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħti medalji sabiex tirrikonoxxi u tonora impenji u kontributi straordinarji dejjiema lill-Mekkaniżmu tal-Unjoni.”;

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħti medalji sabiex tirrikonoxxi u tonora impenji u kontributi straordinarji dejjiema lill-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

 

4.   Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jintużaw għal finijiet nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12(5), l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-kapaċitajiet u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni użat biex jinkisbu dawk il-kapaċitajiet.”;

Raġuni

Huwa importanti li tiġi promossa l-azzjoni tal-UE fi żmien ta’ kriżi. Il-kriżi tal-COVID-19 uriet li l-perjodi ta’ kriżi jippermettu t-tixrid wiesa’ tal-aħbarijiet foloz.

Emenda 11

Artikolu 1(15)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

L-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

l-iżvilupp ta’ ppjanar tar-reżiljenza skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10.”;

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

l-iżvilupp ta’ ppjanar tar-reżiljenza skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10.”;

(b)

Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

(b)

(b) Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

 

“3.   L-assistenza finanzjarja għall-azzjoni msemmija fil-punt (j) tal-paragrafu 1 għandha tkopri l-ispejjeż meħtieġa biex ikunu żgurati d-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tal-kapaċitajiet tar-rescEU permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-istazzjonament tal-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness Ia.

 

“3.   L-assistenza finanzjarja għall-azzjoni msemmija fil-punt (j) tal-paragrafu 1 għandha tkopri l-ispejjeż meħtieġa biex ikunu żgurati d-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tal-kapaċitajiet tar-rescEU permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-istazzjonament tal-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness Ia.

 

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 biex jiġi emendat l-Anness Ia fir-rigward tal-kategoriji ta’ spejjeż eliġibbli.

 

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 biex jiġi emendat l-Anness Ia fir-rigward tal-kategoriji ta’ spejjeż eliġibbli.

 

L-assistenza finanzjarja msemmija f’dan il-paragrafu tista’ tiġi implimentata permezz ta’ programmi ta’ ħidma pluriennali. Għal azzjonijiet li jestendu lil hinn minn sena waħda, l-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu f’pagamenti annwali.”;

 

L-assistenza finanzjarja msemmija f’dan il-paragrafu tista’ tiġi implimentata permezz ta’ programmi ta’ ħidma pluriennali. Għal azzjonijiet li jestendu lil hinn minn sena waħda, l-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu f’pagamenti annwali.”.

(c)

jitħassar il-paragrafu 4.

 

Raġuni

L-ispejjeż biex jiġi indirizzat dan it-tip ta’ riskju għandhom ukoll ikomplu jiġu koperti mill-assistenza finanzjarja tal-Unjoni.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

itenni it-talba tiegħu għal tisħiħ sinifikanti tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni għall-emerġenzi u d-diżastri tal-UE, bl-involviment ta’ strutturi ta’ rispons ta’ emerġenza nazzjonali, lokali u reġjonali u b’rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà skont l-Artikolu 196 tat-TFUE;

2.

jitlob għall-involviment sħiħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, peress li dawn huma l-ewwel li jiġu affettwati f’każ ta’ diżastri u l-ewwel livell ta’ governanza li jagħti rispons f’każ ta’ emerġenza;

3.

jilqa’ l-proposta biex jiġu żviluppati għanijiet tal-Unjoni fir-rigward ta’ reżiljenza għad-diżastri b’appoġġ għall-azzjonijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija; jenfasizza, madankollu, li dan għandu jsir f’kollaborazzjoni mhux biss mal-Istati Membri iżda wkoll mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

4.

jappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċità immedjata u fit-tul tal-UE li tirrispondi għall-emerġenzi filwaqt li tippreserva l-kontroll operattiv aħħari tal-awtoritajiet lokali, iżda jenfasizza li hija meħtieġa wkoll aktar flessibbiltà biex jiġu mobilizzati r-riżorsi tar-rescEU sabiex jirrispondu b’mod effettiv mhux biss għall-kriżijiet tas-saħħa iżda għal emerġenzi oħra fuq skala kbira;

5.

jilqa’ t-tisħiħ tal-baġit ta’ EUR 1,9 biljun allokati għal rescEU taħt l-istrument il-ġdid Next Generation UE, li jżid il-baġit totali għal EUR 3 biljun għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss 2021-2027. Għalhekk, ftehim rapidu dwar il-baġit tal-UE u l-adozzjoni rapida tiegħu huma essenzjali biex l-UE jkollha aktar mezzi biex tħejji u twieġeb għal emerġenzi futuri fuq skala kbira;

6.

jenfasizza li, filwaqt li Next Generation EU huwa tisħiħ temporanju pożittiv u ta’ darba, huwa meħtieġ impenn fit-tul u tisħiħ biex ikompli jissaħħaħ il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE u l-istrumenti tiegħu, bħalma huma r-rescEU u l-Korp Mediku Ewropew;

7.

jaqbel li l-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tipprovdi r-riżorsi tar-rescEU direttament biex tappoġġja lill-Istati Membri f’sitwazzjoni ta’ emerġenza kbira, peress li dan inaqqas il-piż finanzjarju u amministrattiv fuq l-Istati Membri u jippermetti lill-UE taġixxi aktar malajr sabiex tiġi żgurata disponibbiltà suffiċjenti ta’ riżorsi strateġiċi meta l-Istati Membri jkunu mħeġġa lil hinn mill-kapaċitajiet tagħhom;

8.

jaqbel li, flimkien mad-disponibbiltà ta’ riżorsi strateġiċi, fil-każ ta’ emerġenza, huma meħtieġa loġistika adegwata u kapaċità ta’ trasport, inklużi inġenji tal-ajru multifunzjonali, biex ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr u jipprovdu għajnuna urġenti;

Messaġġi prinċipali

9.

jirreferi għall-impenn tiegħu, espress fir-riżoluzzjoni dwar il-prijoritajiet 2020-2025 tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, biex tiġi promossa “azzjoni tal-UE kkoordinata u appoġġ għal strutturi nazzjonali, reġjonali u lokali ta’ tħejjija għad-diżastri bħala rispons għal theddid għas-saħħa u sitwazzjonijiet ta’ kriżi f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà”;

10.

ifakkar fl-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jiddikjara li “L-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex issaħħaħ l-effettività ta’ sistemi ta’ prevenzjoni ta’ diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem u ta’ protezzjoni minnhom”;

11.

jiddispjaċih li l-pandemija tal-COVID-19 kellha konsegwenzi fuq skala kbira li ma setgħux jiġu previsti, iżda jqis li din tista’ tingħeleb permezz ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u ta’ konsolidazzjoni b’saħħithom;

12.

jinnota li kull kriżi hija test għas-solidarjetà tal-UE u l-Istati Membri tagħha, kif intwera dan l-aħħar mill-pandemija tal-COVID-19 attwali, u bħala r-rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jemmen bis-sħiħ fil-ħtieġa ta’ rispons Ewropew ikkoordinat fi spirtu ta’ solidarjetà ġenwina;

13.

jilqa’, f’dan il-kuntest, l-adozzjoni mill-istituzzjonijiet Ewropej, fil-qafas tal-kompetenzi tagħhom, ta’ miżuri b’saħħithom, b’inizjattivi mmirati għal rispons immirat għall-kriżi tal-COVID-19; huwa urġenti li titqiegħed il-bażi għal reżiljenza akbar tal-Unjoni Ewropea fil-livelli kollha;

14.

jenfasizza li, kif muri mill-kriżi attwali, huwa ta’ importanza kbira li tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, bejn il-livelli kollha ta’ gvern u bejn il-fruntieri;

15.

jinnota li, b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19,il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili attwali jeħtieġ ukoll li jiġi rieżaminat bir-reqqa, u li l-bidliet speċifiċi proposti għandu jkollhom l-għan li jtejbu u jsaħħu l-mekkaniżmu tal-Unjoni, abbażi tal-esperjenza miksuba, u jippermettu li kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri jkunu mħejjija aħjar u jwieġbu b’mod rapidu u effettiv għal kriżijiet kbar futuri, u b’hekk jirrispettaw id-diviżjoni tas-setgħat stabbilita fit-TFUE bejn l-UE u l-Istati Membri, b’mod partikolari fil-livell lokali;

16.

itenni l-ħtieġa li jiġu stabbiliti sistemi ta’ twissija kondiviżi f’żoni transfruntiera sabiex tinkiseb komunikazzjoni standardizzata dwar il-prevenzjoni u proċeduri operattivi kondiviżi f’emerġenzi; kif ukoll il-ħtieġa li jinħolqu bażijiet tad-data kondiviżi, kondiviżi bejn il-pajjiżi ġirien sabiex jiġu identifikati l-materjali, ir-riżorsi, it-tagħmir, il-voluntiera speċjalizzati u l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-loġistika (1);

17.

huwa konxju li l-parteċipanti ewlenin fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili huma l-Istati Membri, iżda jqis li l-Mekkaniżmu kollu kemm hu ser jibbenefika minn aktar attenzjoni għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi reġjonali u lokali.

18.

jappella biex iktar azzjoni tal-UE tiffoka fuq il-provvediment ta’ assistenza għal taħriġ tekniku biex b’hekk tkun tista’ titjieb il-kapaċità tal-komunitajiet għall-awtoassistenza, u b’hekk ikunu f’pożizzjoni aħjar biex jipprovdu rispons inizjali u biex irażżnu diżastru (2);

19.

itenni l-ħtieġa li jissaħħu l-pjattaformi ta’ tagħlim elettroniku fuq il-linji tal-programm ta’ taħriġ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, u li tiżdied id-disponibbiltà ta’ korsijiet onlajn miftuħa fil-qasam tal-protezzjoni ċivili (3).

L-analiżi tas-sussidjarjetà u l-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-protezzjoni ċivili hija qasam ta’ kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri, fejn l-Unjoni taġixxi biex tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri (Artikolu 196 tat-TFUE). Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa applikabbli b’mod ċar f’dan il-qasam.

Il-proposta attwali għandha l-għan li tagħmel xi bidliet immirati għad-deċiżjoni li skontha l-Unjoni Ewropea tappoġġja, tikkoordina u tikkumplimenta l-azzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili bl-iskop li tipprevjeni, tħejji u tirrispondi għal diżastri naturali u dawk ipprovokati mill-bniedem ġewwa u barra l-fruntieri tal-Unjoni.

Kif ħareġ fid-dieher matul it-tifqigħa tal-COVID-19, fil-każ ta’ emerġenza serja fejn l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi tkun ikkonċernata mill-iskala u l-ambitu tal-emerġenza, ikun jeħtieġ reazzjoni kollettiva, koordinata u urġenti biex jiġi evitat approċċ frammentat li jillimita l-effettività tar-reazzjoni tal-Unjoni. It-talbiet urġenti biex jiġu mmobilizzati riżorsi suffiċjenti u jitqassmu fl-Istati Membri kollha jeħtieġu azzjoni kkoordinata fil-livell tal-Unjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  CDR 2018/6135.

(2)  CDR 2018/617.

(3)  CDR 2018/6135.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/160


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ rkupru għall-Ewropa li jindirizza l-pandemija tal-COVID-19: Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u Strument ta’ Appoġġ Tekniku

(2020/C 440/24)

Relatur Ġenerali:

Christophe ROUILLON (FR/PES), Sindku ta’ Coulaines

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza

COM(2020) 408 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku

COM(2020) 409 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza

Emenda 1

COM(2020) 408 final – Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (“is-Semestru Ewropew”), inkluż il- prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta’ riformi nazzjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta’ investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b’appoġġ għal dawk ir-riformi. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta’ investiment ta’ prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni.

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (“is-Semestru Ewropew”), li jintegra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u l- prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta’ riformi nazzjonali u reġjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom, permezz ta’ indikaturi nazzjonali u reġjonali ċari . L-Istati Membri , f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali skont il-kompetenzi tagħhom u fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tat-territorji differenti li jirrappreżentaw, jiżviluppaw l-istrateġiji ta’ investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b’appoġġ għal dawk ir-riformi. Dawk l-istrateġiji , żviluppati fi sħubija mal-awtoritajiet reġjonli u lokali abbażi ta’ kodiċi ta’ kondotta li jispeċifika linji gwida f’termini ta’ governanza tajba għall-programmazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u tal-proġetti, jenħtieġ jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta’ investiment ta’ prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Fil-qafas ta’ dawn l-istrateġiji, jinħtieġ ukoll li l-fondi tal-UE jintużaw b’mod aktar koerenti u li jiġi mmassimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju pprovdut b’mod partikolari mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, mill-Fond għall-Irkupru u mill-Programm InvestEU.

Raġuni

Il-kontenut ta’ dan il-paragrafu jeħtieġ li jiġi armonizzat ma’ dak inkluż fil-Proposta għal Regolament u l-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-Programm InvestEU, b’mod partikolari fir-riward tar-rikonoxximent tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew u l-koerenza fl-użu ta’ fondi u strumenti tal-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li jiġi mfakkar li s-Semestru għandu jintegra l-SDGs.

Emenda 2

COM(2020) 408 final – Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. […] Ir- riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d- dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir- reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta’ rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi u soċjali għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha fejn l-impatt tagħha jvarja b’mod konsiderevoli minn reġjun għal ieħor . […] L-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tar- riformi u l-investimenti fl-Istati Membri li jwettqu l-objettivi tal-Unjoni Ewropea, li jindirizzaw id- dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji , li jsaħħu r- reżiljenza tagħhom u li jikkontribwixxu għal mudell ekonomiku konformi mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u mal-Patt Ekoloġiku Ewropew għalhekk se jkun essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta’ rkupru sostenibbli u inklużiv, biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u biex tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

Raġuni

Il-Proposta għal Regolament għandha l-Artikolu 175 (3) tat-TFUE bħala l-bażi legali, u għalhekk huwa essenzjali li l-koeżjoni tkun rikonoxxuta b’mod ċar fl-għanijiet tagħha.

Emenda 3

COM(2020) 408 final – Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-implimentazzjoni tar-riformi li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ livell għoli ta’ reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi, isaħħu l-kapaċità ta’ aġġustament u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir huma fost il-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u jappoġġjaw il-proċess ta’ konverġenza ekonomika u soċjali ’l fuq. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu.

 

Raġuni

Premessa żejda fid-dawl ta’ dik preċedenti.

Emenda 4

COM(2020) 408 final – Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b’mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f’din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. L-investiment f’teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit- tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l- effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f’setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi . B’hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment , inkluża l-parti l-kbira tal-investiment pubbliku magħmul mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, spiss jitnaqqas b’mod drastiku waqt il-kriżijiet u dan jaggrava l-effett negattiv fuq l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali . Madankollu, sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, tkabbir sostenibbli u inklużiv, jissaħħu l-infrastrutturi tas-servizzi essenzjali għall-popolazzjoni u jingħata kontribut għall-ħolqien tal-impjiegi, huwa essenzjali l-irkupru tal- investiment fi proġetti bbażati fuq l-iżvilupp sostenibbli, it-titjib tal-kwalità tal-ħajja u l-edukazzjoni, l-ekonomija tal-għarfien u l-appoġġ għat- tranżizzjoni diġitali u dik lejn enerġija nadifa , inkluż billi tissaħħaħ l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni. Dawn l-investimenti se jgħinu wkoll biex l-Unjoni ssir iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal aktar minn nofs l-investiment pubbliku fl-UE u huma partikolarment milquta mit-tnaqqis fl-investiment fi żminijiet ta’ kriżi. Jidher li huwa importanti wkoll li jitfakkru l-konsegwenzi negattivi ta’ dan in-nuqqas ta’ investiment.

Emenda 5

COM(2020) 408 final – Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fil-preżent ma jeżistix strument li jipprovdi appoġġ finanzjarju dirett b’rabta mal-ksib tar-riżultati u mal-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku tal-Istati Membri b’rispons għall-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, u bil-għan li jkun hemm impatt dewwiem fuq il-produttività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Istati Membri.

 

Raġuni

Din id-dikjarazzjoni jaf tiġi kkontestata b’mod partikolari fid-dawl tar-rwol li għandhom il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati fil-qafas tas-Semestru Ewropew.

Emenda 6

COM(2020) 408 final – Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

F’dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta’ għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-“Faċilità”) fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta’ strumenti u programmi oħra.

F’dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz ta’ għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li jiġi stabbilit Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-“Fond”) fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, biex jipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u biżżejjed biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri u fl-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod partikolari bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija l-ġdida għat-tkabbir sostenibbli fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ukoll li jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom il-kapaċità meħtieġa għal rispons koordinat permezz ta’ finanzjament biex jiġi stabbilit monitoraġġ reġjonali jew lokali .

Raġuni

It-terminu “Faċilità” jidher li huwa teknokratiku wisq u ma jirriflettix biżżejjed ir-realtajiet tat-territorji. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal aktar minn nofs l-investiment pubbliku fl-UE. Huma wkoll atturi ewlenin għall-koeżjoni, biex jintlaħqu l-SDGs, u għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Dawn għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-mekkaniżmu. In-natura potenzjalment “kumplessiva” tal-“Faċilità” teħtieġ tiġi ċċarata.

Emenda 7

COM(2020) 408 final – Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b’dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi.

Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fond stabbilit b’dan ir-Regolament se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li mill-inqas 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi. Billi l-kontribuzzjoni potenzjali ta’ ċerti politiki tal-UE għal din il-mira hija stmata għolja żżejjed (1), il-Fond għandu jikkumpensa għal dan id-defiċit billi jalloka mill-inqas 40 % tal-infiq tiegħu għall-azzjoni klimatika.

Raġuni

Hawnhekk l-għan huwa li tiġi affermata l-pożizzjoni tal-KtR adottata f’Ottubru 2019 fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 kif ukoll fl-Opinjoni dwar il-QFP ippreżentata f’Ottubru 2018 mis-Sur Dobroslavić (PPE/HR).

Emenda 8

COM(2020) 408 final – Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika tajba, bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni uniformi, jenħtieġ li l-Kunsill jingħata s-setgħa li jissospendi, fuq proposta mill-Kummissjoni u permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-perjodu għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar proposti ta’ pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza, u li jissospendi l-pagamenti fil-qafas ta’ din il-Faċilità f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità serju b’rabta mal-każijiet rilevanti relatati mal-proċess ta’ governanza ekonomika stipulat fir-Regolament (UE) Nru XXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [CPR] (…). Jenħtieġ li l-Kunsill jingħata wkoll is-setgħa li jirrevoka dawk is-sospensjonijiet permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni, b’rabta mal-istess każijiet rilevanti.

 

Emenda 9

COM(2020) 408 final – Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal- Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir- reżiljenza u l-kapaċità ta’ aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b’hekk jerġa’ jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u  tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal- Fond ikun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jtejjeb il-kapaċità tar- reżiljenza tal-Istati Membri u tat-territorji kollha fl-Unjoni Ewropea kollha , jimmitiga l-impatti soċjali u ekonomiku tal-kriżi, li mhumiex l-istess la fost l-Istati Membri u lanqas fi ħdan kull wieħed minnhom, u jappoġġja t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2030 jintlaħqu l-SDGs u sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b’hekk jerġa’ jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, jitrawwem il-ħolqien tal-impjiegi u  jiġi promoss it-tkabbir sostenibbli.

Emenda 10

COM(2020) 408 final – Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment pubbliku permezz ta’ pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta’ riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta’ tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta’ sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom . L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b’rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment pubbliku permezz ta’ pjan koerenti , rilevanti, effettiv u effiċjenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta’ riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta’ tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta’ sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipju tal-valur miżjud Ewropew. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, tal-Aġenda Diġitali, tal-istrateġija Industrijali u dik tal-SMEs, l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet, il-Garanzija għat-Tfal u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b’rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Mill-inqas 40 % tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jkunu ddedikati għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u tal-bijodiversità u tal-objettivi tas-sostenibbiltà ambjentali.

Emenda 11

COM(2020) 408 final – Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għall-finijiet ta’ informazzjoni għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista’ jiddiskuti , fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-istat tal-irkupru , tar-reżiljenza u tal-kapaċità ta’ aġġustament fl-Unjoni. Sabiex tkun żgurata evidenza xierqa, jenħtieġ li din id-diskussjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni strateġika u analitika tal-Kummissjoni disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u , meta tkun disponibbli, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fis-snin preċedenti.

Għall-finijiet ta’ informazzjoni għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kunsill u l-Parlament Ewropew ikunu jistgħu jiddeċiedu bħala partijiet ugwali , fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-istat tal-irkupru u tal-kapaċità tar-reżiljenza fl-Unjoni. Jenħtieġ li din id-deċiżjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni strateġika u analitika ppreżentata mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fis-snin preċedenti , u b’mod partikolari abbażi ta’ sett ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi dwar l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli . Din id-deċiżjoni għandha tittieħed ukoll billi jiġi involut il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fid-definizzjoni tal-qafas Ewropew għall-pjanijiet ta’ rkupru u fil-korpi ta’ monitoraġġ dwar il-konformità mas-Semestru Ewropew, u billi l-Kumitat jingħata mandat biex iwettaq valutazzjoni kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni territorjali tal-pjanijiet ta’ rkupru.

Emenda 12

COM(2020) 408 final – Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru li jkun debitament motivat u sostanzjat. F’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tas-sħubija, il-pjan għall-irkupru għandu jiġi stabbilit f’kooperazzjoni mill-qrib u b’mod strutturat mal-awtoritajiet lokali u reġjonali peress li, kif definit fid-dritt nazzjonali, ir-riformi u l-investimenti li għandhom jiġu sostnuti huma fil-kompetenzi tagħhom. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri , il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali matul il-proċess kollu.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi politiċi u responsabbiltajiet finanzjarji ewlenin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Fond (koeżjoni, żvilupp sostenibbli, eċċ.) u għalhekk huwa essenzjali li l-pjani għall-irkupru jiġu definiti f’kooperazzjoni mill-qrib u b’mod strutturat magħhom. Dan ma japplikax biss għal-leġittimità u l-ekwità tal-istrument, iżda wkoll għall-effettività tiegħu. Il-bażi ġuridika tal-istrument teħtieġ ukoll li l-pjani jirriflettu l-impatt tal-koeżjoni tal-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati.

Emenda 13

COM(2020) 408 final – Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għal monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Tali rapporti mħejjija mill-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jkunu riflessi b’mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rapportar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza .

Għal monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw kull sitt xhur dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjan għall-irkupru. Tali rapporti mħejjija mill-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jkunu riflessi fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rapportar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru.

Raġuni

Rapporti kull tliet xhur jistgħu jitqiesu bħala piż burokratiku żejjed.

Emenda 14

COM(2020) 408 final – Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stipulata f’dan ir-Regolament. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati ; jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità.

Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill , lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stipulata f’dan ir-Regolament. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni territorjali ta’ dawn il-pjanijiet fir-reġjuni ; jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità.

Emenda 15

COM(2020) 408 final – Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-“Faċilità”) . […]

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Fond għall-Irkupru (il-“Fond”) . […]

Raġuni

F’konformità mal-emenda għall-premessa 8, it-terminu “Faċilità” jidher wisq teknokratiku u jista’ jinftiehem ħażin fir-rigward tal-fatt li l-fond huwa bbażat fuq għotjiet u self.

Emenda 16

COM(2020) 408 final – Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“Fondi tal-Unjoni” tfisser il-fondi koperti mir-Regolament (UE) YYY/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-suċċessur CPR];

1.

“Fondi tal-Unjoni” tfisser il-fondi koperti mir-Regolament (UE) YYY/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-suċċessur CPR];

2.

“Kontribuzzjoni finanzjarja” tfisser appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli disponibbli għall-allokazzjoni jew allokat lill-Istati Membri fil-Faċilità; kif ukoll

2.

“Kontribuzzjoni finanzjarja” tfisser appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli disponibbli għall-allokazzjoni jew allokat lill-Istati Membri fil-Faċilità;

3.

“Semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika” (minn hawn ’il quddiem is-“Semestru Ewropew”) tfisser il-proċess stabbilit mill-Artikolu 2-a tarRegolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997.

3.

“Semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika” (minn hawn ’il quddiem is-“Semestru Ewropew”) tfisser il-proċess stabbilit mill-Artikolu 2-a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997.

 

4.

“Riformi” eliġibbli għal appoġġ mill-Fond tfisser dawk li:

(i)

jimplimentaw l-objettivi tat-Trattat tal-UE,

(ii)

jikkontribwixxu għall-konverġenza u t-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali, inkluża l-mitigazzjoni tal-limitazzjonijiet territorjali strutturali, fl-ispirtu tal-bażi ġuridika tar-Regolament, l-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

(iii)

ikollhom il-kapaċità li jilliberaw l-investiment pubbliku u jistimolaw tkabbir sostenibbli u inklużiv fit-tul f’koerenza mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

 

5.

Il-konformità mal-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” tfisser li toqgħod lura milli tappoġġja jew twettaq attivitajiet ekonomiċi li jagħmlu ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (ir-Regolament dwar it-Tassonomija).

 

6.

Is-“salvagwardji minimi” tfisser proċeduri definiti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2020/852 (ir-Regolament dwar it-Tassonomija).

Raġuni

Hawnhekk l-għan huwa li tiġi affermata definizzjoni diġà proposta fil-qafas tal-Opinjoni tal-KtR dwar “Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi u l-Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti” (ECON-VI/037), adottata fil-5 ta’ Diċembru 2018.

Emenda 17

COM(2020) 408 final – Artikolu 4(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex jinkiseb dak l-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b’appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investimenti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza . Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

Sabiex jinkiseb dak l-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Fond għall-Irkupru għandu jkun li jipprovdi lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b’appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investimenti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru. Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda 18

COM(2020) 408 final – Artikolu 5(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [EURI] għandhom jiġu implimentati b’ din il-Faċilità :

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [EURI] għandhom jiġu implimentati b’ dan il-Fond :

(a)

bl-ammont ta’ EUR 334 950 000 000 imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament [EURI] fi prezzijiet kurrenti , disponibbli għal appoġġ mhux ripagabbli, soġġett għall-Artikolu 4(4) u (8) tar-Regolament [EURI]. Dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu fi dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

(a)

bl-ammont ta’ EUR 360 000 000 000 imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament [EURI] fi prezzijiet tal-2018 , disponibbli għal appoġġ mhux ripagabbli, soġġett għall-Artikolu 4(4) u (8) tar-Regolament [EURI]. Dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu fi dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

(b)

permezz tal-ammont ta’ EUR 267 955 000 000 imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament [EURI] fi prezzijiet kurrenti , disponibbli għall-appoġġ tas-self lill-Istati Membri skont l-Artikoli 12 u 13, soġġett għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament [EURI].

(b)

permezz tal-ammont ta’ EUR 312 500 000 000 imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament [EURI] fi prezzijiet tal-2018 , disponibbli għall-appoġġ tas-self lill-Istati Membri skont l-Artikoli 12 u 13, soġġett għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament [EURI].

Raġuni

Aġġornament fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17-21 ta’ Lulju 2020.

Emenda 19

COM(2020) 408 final – Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Riżorsi mill-programmi b’ġestjoni kondiviża

Jekk jitolbu dan, ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu trasferiti għall-Faċilità. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi b’mod dirett f’konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istati Membru kkonċernat.

 

Raġuni

Din l-opzjoni li r-riżorsi jiġu ttrasferiti lill-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment fiha r-riskju li toħloq riċentralizzazzjoni u tikkomprometti l-ġestjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment, li jiffunzjonaw skont il-prinċipju tas-sħubija.

Emenda 20

COM(2020) 408 final – Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt.

1.     Fil-każ ta’ nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li jaffettwa l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament […/….] dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att implimentat biex tissospendi l-perjodu ta’ żmien għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17(1) u 17(2) jew biex tissospendi l-pagamenti taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Id-Deċiżjoni li tissospendi l-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal applikazzjonijiet għal pagament ippreżentati wara d-data tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni.

Is-sospensjoni tal-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 17 għandha tapplika mill-jum wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1. F’każ ta’ sospensjoni tal-pagamenti, għandu japplika l-Artikolu 4(3) tar-Regolament […/….] dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri.

2.     Fil-każ ta’ valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6 tar-Regolament […/….] dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni biex tneħħi s-sospensjoni tal-perjodu ta’ żmien jew tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu preċedenti.

Il-proċeduri jew il-pagamenti rilevanti għandhom jerġgħu jibdew mill-jum wara t-tneħħija tas-sospensjoni.

3.     Meta l-Istat Membru inkwistjoni juża b’mod mhux adatt il-fondi allokati jew fil-każ ta’ inadempjenza tal-istat tad-dritt, l-azzjonijiet immirati lejn il-livell reġjonali u lokali li jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati dawn il-problemi, se jkompli jibbenefikaw mill-Faċilità.

Emenda 21

COM(2020) 408 final – Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kontribuzzjoni finanzjarja massima

Kontribuzzjoni finanzjarja massima

Kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru għall-allokazzjoni tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a), bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, ibbażata fuq il-popolazzjoni, l-invers tal- Prodott Domestiku Gross (PDG) per capita u r-rata ta’ qgħad relattiva ta’ kull Stat Membru.

Kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru għall-allokazzjoni matul il-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2022 tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a), bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, ibbażata fuq il-popolazzjoni u l-impatt negattiv li l-kriżi tas-saħħa kellha fuq il- Prodott Domestiku Gross (PDG) per capita u r-rata ta’ qgħad ta’ kull Stat Membru.

Emenda 22

COM(2020) 408 final – Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

Allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli allokazzjoni ta’ EUR 334 950 000 000 , imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1). Kull Stat Membru jista’ jippreżenta talbiet sal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tiegħu, imsemmija fl-Artikolu 10, biex jimplimenta l-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza tiegħu.

1.   Għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli allokazzjoni ta’ EUR 252 000 000 000 , imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1). Kull Stat Membru jista’ jippreżenta talbiet sal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tiegħu, imsemmija fl-Artikolu 10, biex jimplimenta l-pjanijiet ta’ rkupru tiegħu.

2.   Għal perjodu li jibda mill-31 ta’ Diċembru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2024, jekk ir-riżorsi finanzjarji jkunu disponibbli, il-Kummissjoni tista’ torganizza sejħiet f’konformità mal-kalendarju tas-Semestru Ewropew . Għal dan il-għan, għandha tippubblika kalendarju indikattiv tas-sejħiet li għandhom jiġu organizzati f’dak il-perjodu, u għandha tindika, f’kull sejħa, l-ammont disponibbli għall-allokazzjoni. Kull Stat Membru jista’ jipproponi li jirċievi sa ammont massimu li jikkorrispondi għas-sehem ta’ allokazzjoni tiegħu mill-ammont disponibbli għall-allokazzjoni, kif imsemmi fl-Anness I, biex jimplimenta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

2.   Għal perjodu li jibda mill-31 ta’ Diċembru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2024, sal-15 ta’ Ġunju 2022 il-Kummissjoni se tipproponi reviżjoni tal-metodu definit fl-Anness I biex jintlaħaq ftehim dwar id-distribuzzjoni ta’ EUR 108 000 000 000 li għadhom disponibbli u biex jiġi integrat l-impatt territorjali, ekonomiku u soċjali tal-pandemija matul il-perjodu 2020-2021 abbażi ta’ data statistika kkonsolidata .

Raġuni

L-impenn tar-riżorsi, jekk ikun għad hemm disponibbli, m’għandux isir abbażi ta’ “sejħa għall-offerti” iżda abbażi ta’ data statistika fattwali matul il-perjodu 2020-2021.

Emenda 23

COM(2020) 408 final – Artikolu 14(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta’ riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat għall-erba’ snin sussegwenti. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment pubbliku permezz ta’ pakkett koerenti.

Skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta’ riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat għall-erba’ snin sussegwenti. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment pubbliku permezz ta’ pakkett koerenti. Għat-tħejjija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku skont ir-Regolament XX/YYYY [li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku]. Miżuri li bdew mill-1 ta’ Frar 2020 relatati mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 ’il quddiem għandhom ikunu eliġibbli. B’konsistenza mal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u t-traduzzjoni tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, mill-inqas 40 % tal-ammont ta’ kull Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza għandu jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u tal-bijodiversità u tal-objettivi tas-sostenibbiltà ambjentali. Permezz ta’ att delegat, il-Kummissjoni se tadotta l-metodoloġija rilevanti biex tgħin lill-Istati Membri jissodisfaw dak ir-rekwiżit.

B’konsistenza mal-karattru orjentat lejn il-futur tal-istrument ta’ rkupru Next Generation EU u b’għarfien tal-importanza tal-Aġenda għall-Ħiliet Diġitali, il-Garanzija għat-Tfal u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ biex iż-żgħażagħ tal-lum ma jitħallewx isiru “l-ġenerazzjoni tal-lockdown”, kull pjan ta’ rkupru u reżiljenza għandu jikkontribwixxi biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ ħsara fit-tul għall-prospetti tas-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ u għall-benesseri ġenerali tagħhom permezz ta’ soluzzjonijiet komprensivi ta’ impjieg, edukazzjoni u ħiliet u risponsi mmirati lejn iż-żgħażagħ.

Emenda 24

COM(2020) 408 final – Artikolu 15(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru kkonċernat għandu jikkostitwixxi f’anness mal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tiegħu u għandu jiġi ppreżentat uffiċjalment mhux aktar tard mit-30 ta’ April. Jista’ jiġi ppreżentat abbozz ta’ pjan minn Stat Membru li jibda mill-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ qabel, flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena sussegwenti.

Il-pjan għall-irkupru ppreżentat mill-Istat Membru kkonċernat għandu jiġi ppreżentat uffiċjalment mhux aktar tard mit-30 ta’ April.

Raġuni

L-iskadenzi fil-qafas tas-Semestru Ewropew jagħmluha diffiċli biex jiġu annessi tali pjani għall-irkupru u r-reżiljenza u aktar diffiċli għal “prenotifika” tagħhom aktar minn sitt xhur bil-quddiem. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn flessibbiltà u adattabbiltà akbar biex jippreżentaw il-pjani tagħhom.

Emenda 25

COM(2020) 408 final – Artikolu 15(3)(c)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jkun dovutament motivat u sostanzjat. B’mod partikolari għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(…)

Il-pjan għall-irkupru għandu jkun dovutament motivat u sostanzjat. B’mod partikolari għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(…)

(c)

spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(c)

spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri fil-pjan jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u kif huma mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnhom;

Emenda 26

COM(2020) 408 final – Artikolu 15(3)(d) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(d)

spjegazzjoni dettaljata ta’ kif il-miżuri huma mistennija li jiżguraw li mill-inqas 40 % tal-ammont mitlub għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u tal-bijodiversità u l-objettivi tas-sostenibbiltà ambjentali abbażi tal-metodoloġija pprovduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(1);

Emenda 27

COM(2020) 408 final – Artikolu 15(4)(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Fit-tfassil tal-proposti tagħhom tal-pjan għall-irkupru, u peress li r-riformi u l-investimenti li għandhom jiġu sostnuti huma fil-kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif definiti mill-qafas legali nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni strutturata mal-awtoritajiet lokali u reġjonali mmirat lejn il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fit-tfassil tal-pjanijiet u f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar dan fil-pjanijiet għall-irkupru.

Raġuni

Ara l-emenda għall-premessa 21.

Emenda 28

COM(2020) 408 final – Artikolu 16(3)(b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tagħha għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(…)

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u l-kontribut tagħha għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(…)

(b)

jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(b)

jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali , biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

Emenda 29

COM(2020) 408 final – Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Artikolu 20

Rappurtar mill-Istat Membru fis-Semestru Ewropew

Artikolu 20

Rappurtar mill-Istat Membru fis-Semestru Ewropew

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza , inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6). Għal dan il-għan, ir-rapporti ta’ kull tliet xhur tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b’mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza .

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta kull sitt xhur dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjanijiet għall-irkupru, inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6). Għal dan il-għan, ir-rapporti tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b’mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru.

Raġuni

Ara l-emenda għall-Premessa 33.

Emenda 30

COM(2020) 408 final – Artikolu 22 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza

1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta’ valutazzjoni għall-irkupru u r-reżiljenza (it-Tabella ta’ Valutazzjoni”) li turi l-istatus tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti miftiehma permezz tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ta’ kull Stat Membru.

2.     It-Tabella ta’ Valutazzjoni għandha tinkludi indikaturi ewlenin, bħal indikaturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali, li jevalwaw il-progress irreġistrat mill-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza f’kull wieħed mill-oqsma ta’ politika prijoritarja li jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ukoll sommarju tal-proċess ta’ monitoraġġ fir-rigward tal-konformità mal-ishma minimi tan-nefqa fuq il-klima u objettivi ambjentali oħrajn.

3.     It-Tabella ta’ Valutazzjoni għandha tindika l-livell ta’ twettiq tal-istadji importanti rilevanti tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, u tindika n-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet rispettivi.

4.     It-Tabella ta’ Valutazzjoni għandha tiġbor ukoll fil-qosor ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin indirizzati lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza.

5.     It-Tabella ta’ Valutazzjoni għandha sservi bħala bażi għal skambju permanenti tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri li jimmaterjalizza fil-forma ta’ djalogu strutturat organizzat fuq bażi regolari.

6.     It-Tabella ta’ Valutazzjoni għandha tiġi aġġornata b’mod kostanti u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Għandha tindika l-istatus tat-talbiet għall-ħlas, il-pagamenti, is-sospensjonijiet u l-kanċellazzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji.

7.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta t-Tabella ta’ Valutazzjoni f’seduta ta’ smigħ organizzata mill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

Raġuni

Għandu jkun possibbli li l-effettività tal-miżuri tkun tista’ titkejjel u tkun trasparenti.

Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku

Emenda 31

COM(2020) 409 final – premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jiġu identifikati l-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji ta’ investiment multiannwali nazzjonali tagħhom stess b’sostenn għal dawn il-prijoritajiet tar-riforma. Dawk l-istrateġiji huma ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod biex jippreżentaw u jikkoordinaw prijoritajie biex jiġu appoġġati minn finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jasal, b’mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni permezz tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni, u minn programmi oħra.

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (“is-Semestru Ewropew”), li jinkludi l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u li jintegra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), huwa l-qafas biex jiġu identifikati l-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri , f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali skont il-kompetenzi tagħhom, jiżviluppaw strateġiji ta’ investiment multiannwali nazzjonali tagħhom stess b’sostenn għal dawn il-prijoritajiet tar-riforma. Dawk l-istrateġiji huma ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod biex jippreżentaw u jikkoordinaw prijoritajie biex jiġu appoġġati minn finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jasal, b’mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni permezz tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni , il-Fond għall-Irkupru u l-Programm InvestEU , u minn programmi oħra.

Raġuni

Il-kontenut ta’ dan il-paragrafu jenħtieġ li jiġi armonizzat ma’ dak inkluż fil-Proposta għal Regolament u l-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-Programm InvestEU, u mal-proposta rigward il-“Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza”, li tinkludi r-rikonoxximent tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew. Jenħtieġ ukoll li jiġi mfakkar li s-Semestru għandu jintegra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

Emenda 32

COM(2020) 409 final – premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-objettiv ġenerali tal-istrument ta’ appoġġ tekniku jenħtieġ li jkun li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw riformi meħtieġa biex jintlaħaq l-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza. Għal dan l-iskop, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri biex jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-isfidi ffaċċjati mill-istituzzjonijiet, mill-governanza, mill-amministrazzjoni pubblika, u mis-setturi ekonomiċi u soċjali.

L-objettiv ġenerali tal-istrument ta’ appoġġ tekniku jenħtieġ li jkun li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw riformi meħtieġa biex jintlaħaq l-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza. Għal dan l-iskop, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-isfidi ffaċċjati mill-istituzzjonijiet, mill-governanza, mill-amministrazzjoni pubblika, u mis-setturi ekonomiċi u soċjali.

Raġuni

Jenħtieġ li tiġi żgurata konsistenza mal-Artikoli 2 u 4 tal-Proposta għal Regolament li jistabbilixxu li l-istrument għandu l-għan li jappoġġja l-awtoritajiet pubbliċi kollha tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ parti importanti mil-liġi tal-Unjoni, kif ukoll ta’ aktar minn nofs l-investiment pubbliku u terz tan-nefqa pubblika kollha kemm hi.

Emenda 33

COM(2020) 409 final – premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Bil-ħsieb li l-Istati Membri jiġu megħjuna jindirizzaw il-ħtiġijiet tar-riformi fl-oqsma kollha ekonomiċi u soċjetali essenzjali, jenħtieġ li jissokta l-appoġġ tekniku pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru, f’firxa wiesgħa ta’ oqsma politiċi, li jinkludu oqsma relatati mal-ġestjoni tal-finanzi u tal-assi pubbliċi, ir-riforma istituzzjonali u amministrattiva, l-ambjent tan-negozju, is-settur finanzjarju, is-swieq tal-prodotti, tas-servizzi u tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp sostenibbli, is-saħħa pubblika u l-benessri soċjali. Jenħtieġ li tingħata enfasi speċifika lill-azzjonijiet li jrawmu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Jenħtieġ li jissokta l-appoġġ tekniku pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn awtorità nazzjonali, fl-oqsma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-objettivi tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u relatati mal-ġestjoni tal-finanzi u tal-assi pubbliċi, ir-riforma istituzzjonali u amministrattiva, l-ambjent tan-negozju, is-settur finanzjarju, is-swieq tal-prodotti lokali , tas-servizzi u tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp sostenibbli, is-saħħa pubblika, il-benessri soċjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri . Jenħtieġ li tingħata enfasi speċifika lill-azzjonijiet li jrawmu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali , b’attenzjoni speċifika biex jitnaqqas id-distakk diġitali li jaffettwa lin-nisa .

Raġuni

Konsistenza mal-emendi leġiżlattivi għall-Artikoli 2 u 4. Ara l-emenda għall-premessa 8.

Emenda 34

COM(2020) 409 final – Artikolu 2(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)   “appoġġ tekniku” tfisser miżuri li jgħinu lill- Istati Membri jwettqu riformi istituzzjonali, amministrattivi u  li jsostnu t-tkabbir u jtejbu r-reżiljenza;

(1)   “appoġġ tekniku” tfisser miżuri li jgħinu lill- awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jwettqu riformi istituzzjonali u amministrattivi u  riformi li aktarx joħolqu tkabbir sostenibbli, koeżjoni u reżiljenza; Sabiex ikunu eliġibbli għall-użu tal-istrument ta’ appoġġ tekniku, dawn ir-riformi għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(i)

ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-objettivi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(ii)

jikkontribwixxu għall-konverġenza u t-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali fl-ispirtu tal-bażi ġuridika tar-Regolament, l-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);u

(iii)

ikollhom il-kapaċità li jilliberaw l-investiment u jistimolaw it-tkabbir sostenibbli u inklużiv fit-tul f’koerenza mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;

Raġuni

Konsistenza mal-Artikolu 2(2) u mal-Artikolu 4 fir-rigward tad-destinatarji tal-istrument, u mal-Artikoli 3, 4 u 5 fir-rigward tal-objettiv tar-riformi.

Emenda 35

COM(2020) 409 final – Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-objettiv ġenerali tal-istrument għandu jkun li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw ir-riformi meħtieġa biex jiksbu l-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza, u billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħhom li jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-isfidi li jikkonfrontaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u soċjali.

L-objettiv ġenerali tal-istrument għandu jkun li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw ir-riformi meħtieġa biex jiksbu l-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza, u billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħhom li jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-isfidi li jikkonfrontaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u soċjali.

Emenda 36

COM(2020) 409 final – Artikolu 5(e)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

il-politiki għall-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika, is-soluzzjonijiet tal-gvern elettroniku, l-akkwist elettroniku, il-konnettività, l-aċċess għad-data u l-governanza, it-tagħlim online, l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-Intelliġenza Artifiċjali, il-pilastru ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni ambjentali, l-azzjoni klimatika, il-mobbiltà, il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-ksib tad-diversifikazzjoni tal-enerġija u l-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, u għas-settur agrikolu, il-protezzjoni tal-ħamrija u tal-bijodiversità, is-sajd u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali;

il-politiki għall-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika, is-soluzzjonijiet tal-gvern elettroniku, l-akkwist elettroniku, il-konnettività, l-aċċess għad-data u l-governanza, it-tagħlim online, l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-Intelliġenza Artifiċjali, il-pilastru ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni ambjentali, l-azzjoni klimatika, il-mobbiltà, il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, iċ-ċiklu sħiħ tal-ilma, l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-ksib tad-diversifikazzjoni tal-enerġija u l-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, u għas-settur agrikolu, il-protezzjoni tal-ħamrija u tal-bijodiversità, is-sajd u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali;

Raġuni

Is-settur tal-ilma huwa ta’ importanza strateġika fundamentali għall-benesseri taċ-ċittadini u l-ekonomija tal-Ewropa, peress li huwa riżorsa essenzjali, kif ukoll settur ekonomiku li jiġġenera impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità għolja. L-użu ta’ enerġiji rinnovabbli huwa għan ewlieni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Emenda 37

COM(2020) 409 final – Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.    Stat Membru li jkun jixtieq jirċievi appoġġ tekniku skont dan l-istrument għandu jippreżenta talba għal appoġġ tekniku lill-Kummissjoni, u  jidentifika l-oqsma ta’ politika u l-prijoritajiet għall-appoġġ fl-ambitu kif stabbilit fl-Artikolu 5. Dawn it-talbiet għandhom jiġu ppreżentati sal-31 ta’ Ottubru ta’ sena kalendarja. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi gwida dwar l-elementi ewlenin li għandhom jiġu inklużi fit-talba għal sostenn.

1.    Kull awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali li tkun tixtieq tirċievi appoġġ tekniku skont dan l-istrument għandha tippreżenta talba għal appoġġ tekniku lill-Kummissjoni, u  tidentifika l-oqsma ta’ politika u l-prijoritajiet għall-appoġġ fl-ambitu kif stabbilit fl-Artikolu 5. Dawn it-talbiet għandhom jiġu ppreżentati sal-31 ta’ Ottubru ta’ sena kalendarja. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi gwida dwar l-elementi ewlenin li għandhom jiġu inklużi fit-talba għal sostenn.

2.    L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw talba għal appoġġ tekniku fiċ-ċirkostanzi segwenti marbuta ma’:

2.    L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali jistgħu jippreżentaw talba għal appoġġ tekniku fiċ-ċirkostanzi segwenti marbuta ma’:

(a)

l-implimentazzjoni tar-riformi mill- Istati Membri , imwettqa fuq inizjattiva proprja, b’mod partikolari b’sostenn għall-irkupru [f’konformità mar-Regolament (UE) Nru YYY/XX], biex jinkiseb tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi u tissaħħaħ ir-reżiljenza;

(…)

(a)

l-implimentazzjoni tar-riformi mill- awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali imwettqa fuq inizjattiva proprja, b’mod partikolari b’sostenn għall-irkupru [f’konformità mar-Regolament (UE) Nru YYY/XX], biex jinkiseb tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi u tissaħħaħ ir-reżiljenza;

(…)

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Dwar is-suġġett tal-hekk imsejħa “Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza”,

1.

jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-volum baġitarju ta’ dan l-istrument ġdid ta’ EUR 360 biljun f’għotjiet u EUR 312,5-il biljun f’self, sa tmiem l-2024 se jipprovdi reazzjoni makroekonomika li tikkorrispondi mar-reċessjoni fl-2020, l-aktar waħda qawwija li l-Unjoni qatt rat fl-istorja tagħha, bi tnaqqis ta’ 8,3 % fil-PDG (1). Il-KtR jappoġġja wkoll il-bilanċ li ntlaħaq fil-proposta bejn l-għotjiet u s-self. Ir-riskju li wieħed jerġa’ jara d-diverġenzi soċjoekonomiċi jiżdiedu jiġġustifika l-adozzjoni u l-implimentazzjoni rapidi tal-“pjan ta’ rkupru għall-Ewropa” u tal-baġit tal-UE ta’ wara l-2020 fil-ħarifa tal-2020;

2.

filwaqt li jenfasizza li l-bażi ġuridika tal-Proposta (l-Artikolu 175 tat-TFUE) tirrigwarda l-objettiv ta’ koeżjoni, il-KtR huwa mħasseb dwar id-dimensjoni territorjali dgħajfa tal-Proposta tal-Kummissjoni, peress li r-riperkussjonijiet soċjali u ekonomiċi tal-kriżi tal-coronavirus mhumiex l-istess fost l-Istati Membri u fost it-territorji tagħhom: l-ewwel nett minħabba li l-impatt fuq is-saħħa u l-bniedem huwa reġjonalizzat b’mod qawwi, u l-kapaċitajiet tal-kura u tas-saħħa mhumiex mifruxin b’mod uniformi; it-tieni minħabba li l-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-coronavirus ivarjaw ukoll fid-durata u r-rigorożità skont is-sitwazzjoni reġjonali tas-saħħa; u t-tielet minħabba li ċerti setturi ekonomiċi huma affettwati b’mod sproporzjonat, u l-impatt soċjoekonomiku fil-livell lokali u reġjonali għalhekk jiddependi mis-setturi tal-attività prinċipali, il-kompożizzjoni tal-impjieg, u l-esponiment għal ktajjen tal-valur globali ta’ kull territorju. Mingħajr azzjonijiet ta’ mitigazzjoni speċifiċi, il-kriżi tal-coronavirus x’aktarx se toħloq jew tħarrax id-diverġenzi reġjonali fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom. Il-koeżjoni u s-solidarjetà għandhom ikunu fuq quddiem nett tal-prijoritajiet ta’ investiment tagħna;

3.

iwissi li s-Semestru Ewropew bħala mekkaniżmu għall-governanza tal-Fond (imsejjaħ “Faċilità”) għadu eżerċizzju minn fuq għal isfel u ċentralizzat, li mhuwiex adatt bħala għodda mfassla biex issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; għalhekk itenni l-proposta tiegħu għal kodiċi ta’ kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew (2). Dan il-kodiċi huwa urġenti u neċessarju aktar minn qatt qabel biex is-Semestru jkun aktar trasparenti, inklużiv u demokratiku, iżda wkoll aktar effettiv bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

4.

jirrikonoxxi li l-miżuri speċifiċi ta’ rkupru tal-istument ‘Next Generation EU jirrappreżentaw opportunità għar-reġjuni kollha, speċjalment dawk l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, biex jippromovu l-immodernizzar tal-mudelli ekonomiċi tagħhom u jagħmluhom aktar produttivi u reżiljenti. Jinnota b’dispjaċir, madankollu, li l-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni propost għall-ewwel segment ta’ 70 % tal-impenji, fil-forma ta’ trasferimenti mill-Fond ta’ Rkupru, huwa bbażat fuq indikaturi soċjoekonomiċi li jirreferu għas-sitwazzjoni ta’ qabel il-kriżi tas-saħħa, u ma jqisx l-impatt li ħalliet din il-pandemija fuqhom, peress li sa mill-bidu, l-effetti ekonomiċi li rriżultaw mill-pandemija mhumiex mifruxin l-istess fost ir-reġjuni;

5.

jirrimarka li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku qed iseħħ fi żmien meta ħafna setturi industrijali ewlenin diġà qed jiffaċċjaw sfidi kbar minħabba t-trasformazzjoni diġitali u ambjentali. Sabiex timmaniġġja din il-bidla, l-UE m’għandhiex taqa’ lura fil-kompetizzjoni globali għall-innovazzjoni. Dan jirrikjedi investiment sostanzjali fir-riċerka u l-iżvilupp u fl-akkwist u t-titjib tal-ħiliet; il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha tintuża wkoll biex tagħmel dan l-investiment possibbli;

6.

jinsisti għalhekk li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu involuti fl-iżvilupp ta’ pjani għall-irkupru permezz ta’ kooperazzjoni strutturata mal-Istati Membri, peress li r-riformi u l-investimenti li għandhom jiġu sostnuti huma fil-kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u f’konformità mal-qafas legali nazzjonali għat-tqassim tas-setgħat bejn il-livelli governattivi. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fil-ħarifa tal-2020, f’konsultazzjoni mal-KtR, tippreżenta linji gwida għal dan il-għan. Min-naħa tiegħu qed jieħu l-impenn li jorganizza evalwazzjoni kull sitt xhur tal-implimentazzjoni tal-pjani ta’ rkupru fir-reġjuni;

7.

jemmen, barra minn hekk, li l-iskadenzi fil-qafas tas-Semestru Ewropew jagħmluha diffiċli biex il-pjani għall-irkupru jkunu jistgħu jiġu annessi mal-programmi nazzjonali ta’ riforma, u l-prenotifika tagħhom aktar minn sitt xhur bil-quddiem hija saħansitra aktar diffiċli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn flessibbiltà u adattabbiltà akbar biex jippreżentaw il-pjani tagħhom;

8.

jinnota li, fis-17 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ppreżentat il-pubblikazzjoni ta’ linji gwida għal pjani ta’ rkupru u reżiljenza (3) flimkien mal-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli (ASGS). Jinnota f’dan il-kuntest li:

il-Kummissjoni issa tidher li qed tipproponi fużjoni tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza mal-programmi nazzjonali ta’ riforma, u li m’għadhiex beħsiebha tipproponi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jiddeskrivu n-natura istituzzjonali tal-pjani rispettivi tagħhom ta’ rkupru u reżiljenza, kif ukoll ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali/reġjonali tagħhom, tal-awtoritajiet reġjonali/lokali oħra u tal-korpi konsultattivi nazzjonali bħall-kunsilli fiskali nazzjonali u l-bordijiet nazzjonali tal-produttività fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jwassal għall-adozzjoni/il-preżentazzjoni ta’ pjani ta’ rkupru u reżiljenza, iżda ma hemm l-ebda rekwiżit dwar l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija tagħhom;

id-dimensjoni territorjali ma tidhirx li hija prijorità tal-programmazzjoni f’dawn id-dokumenti;

il-Kummissjoni tippreżenta 7 inizjattivi ewlenin (4) li l-pjani ta’ rkupru u reżiljenza huma mistennija jkunu konformi magħhom. Dawn l-inizjattivi ewlenin jistgħu jidhru bħala restrizzjonijiet addizzjonali għall-programmazzjoni strateġika tal-pjani ta’ rkupru u reżiljenza. Barra dan, l-ebda waħda minn dawn is-7 inizjattivi ewlenin ma hija relatata mal-koeżjoni soċjali, minkejja li ntlaqtet ħażin mill-pandemija tal-COVID-19.

Jipproponi li jiġi organizzat b’mod konġunt mal-Kummissjoni Ewropea “Forum dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza” sabiex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pjan ta’ rkupru, u biex jiġi evalwat il-kontribut ta’ dawn tal-aħħar għall-koeżjoni kif ukoll għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali;

9.

jirrimarka, fl-aħħar nett, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal aktar minn nofs l-investiment pubbliku fl-UE – ħafna minnu f’setturi ewlenin bħas-saħħa, l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali, l-akkomodazzjoni, it-trasport u t-turiżmu – u li għalhekk ma jagħmilx sens għalihom li ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn dan l-appoġġ għall-investiment pubbliku. L-appoġġ ta’ dan it-tip huwa partikolarment meħtieġ fi żminijiet ta’ kriżi, meta wieħed iqis li dawn l-aħħar għaxar snin juru l-konsegwenzi proċikliċi dannużi tat-tnaqqis fl-investiment pubbliku, li ħafna drabi jintuża bħala varjabbli ta’ aġġustament fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji;

10.

jenfasizza r-rwol li għandu jkollu l-istrument propost favur il-klima, iżda jqis li l-pjani ta’ rkupru għandu jkollhom allokazzjoni ta’ mill-inqas 40 % tal-infiq fuq l-azzjoni klimatika sabiex l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tissodisfa l-impenji klimatiċi tagħha. Il-KtR jemmen ukoll li l-Proposta tal-Kummissjoni għandha tintegra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli kollha bħala qafas għall-ippjanar strateġiku;

11.

jopponi l-opzjoni ta’ trasferiment ta’ riżorsi għall-istrument għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Fond Strutturali u ta’ Investiment (Artikolu 6) minħabba li din l-opzjoni fiha r-riskju li toħloq riċentralizzazzjoni u tikkomprometti l-ġestjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment, li jiffunzjonaw skont il-prinċipju tas-sħubija;

12.

iqis l-użu tal-kundizzjonalità makroekonomika bħala miżura utli biex tikkontribwixxi għall-użu mmirat tar-riżorsi tal-UE fl-Istati Membri;

13.

itenni t-talba tiegħu biex ir-riformi li jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ tal-“Fond għall-Irkupru” u/jew mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jiġu definiti b’mod ċar skont il-kriterji li ġejjin:

i.

ikunu rilevanti għall-implimentazzjoni tal-objettivi tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea;

ii.

ikunu rilevanti għall-konverġenza u t-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali fl-ispirtu tal-bażi ġuridika tiegħu, l-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

iii.

ikunu jistgħu jniedu l-investiment u jistimolaw it-tkabbir sostenibbli fit-tul, f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;

14.

jenfasizza li, għall-implimentazzjoni tal-“fond” għall-irkupru u r-reżiljenza, l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jwettqu proġetti jeħtieġu qafas legali stabbli f’termini ta’ għajnuna mill-Istat fil-livell Ewropew u nazzjonali. B’mod partikolari, huma għandhom bżonn ikunu jafu jekk il-qafas Ewropew għall-għajnuna mill-Istat hux se jitwaqqaf fuq bażi ad hoc biex titqies iż-żieda fil-volum tal-għajnuna u biex jinkisbu garanziji dwar ir-responsabbiltajiet u l-iskadenzi għan-notifika tal-għajnuna;

15.

jenfasizza li t-terminu “Faċilità” jidher wisq teknokratiku, ma jinftiehemx mill-pubbliku inġenerali, u huwa ambigwu f’għadd ta’ lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u b’hekk joħloq ostaklu għall-operazzjonijiet ta’ komunikazzjoni deċentralizzata dwar ir-rispons tal-Unjoni Ewropea għall-irkupru u r-reżiljenza; jissuġġerixxi għalhekk li t-terminu “Faċilità” jiġi sostitwit b’“Fond”;

Dwar l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku,

16.

jilqa’ bi pjaċir il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, li x’aktarx jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi tal-awtoritajiet pubbliċi u b’hekk għal implimentazzjoni aħjar tar-riformi u ġestjoni pubblika aktar effiċjenti;

17.

jappoġġja bil-qawwa l-fatt li l-istrument mhuwiex maħsub biss għall-amministrazzjonijiet nazzjonali iżda wkoll għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif indikat fl-Artikolu 2 tal-Proposta;

18.

iqis, madankollu, li l-Proposta għal Regolament għandha tiġi ċċarata u l-koerenza tagħha għandha tissaħħaħ, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 8 relatat mat-talba għal appoġġ tekniku li għandu jingħata minn awtorità nazzjonali kif definit fl-Artikolu 2 u mhux esklużivament minn Stat Membru;

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Ara r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar dan is-suġġett (2 ta’ Lulju 2020).

https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/RW20_01/RW_Tracking_climate_spending_MT.pdf

(1)  Previżjonijiet ekonomiċi tas-sajf mill-Kummissjoni (Lulju 2020): https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/economy-finance/ip132_en.pdf

(2)  L-Opinjoni tal-KtR dwar It-titjib tal-governanza tas-Semestru Ewropew: Kodiċi ta' Kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali – Relatur Rob Jonkman (NL/KRE), adottata fil-11 ta’ Mejju 2017. Ref.: COR-2016-05386 (ĠU C 306, 15.9.2017, p. 24).

(3)  Bħalissa huma disponibbli biss bl-Ingliż.

(4)  It-teknoloġiji nodfa u l-enerġija rinnovabbli; l-effiċjenza enerġetika tal-istokk tal-bini; il-mobilità innovattiva; il-konnettività (5G, fibra ottika); l-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika; l-iżvilupp ta’ cloud Ewropew għad-data industrijali u mikroproċessuri b’saħħithom; id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi edukattivi u l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/183


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Is-Sena Ewropea tal-Ferroviji 2021

(2020/C 440/25)

Relatur:

Jarosław STAWIARSKI (PL/KRE). President tar-Reġjun ta’ Lubelskie

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021)

COM(2020) 78 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Billi jgħaqqad ir-rotot ewlenin tat-trasport tal-Unjoni mar-reġjuni u t-territorji periferiċi tiegħu, is-settur ferrovjarju jikkontribwixxi għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali.

Billi jgħaqqad ir-rotot ewlenin tat-trasport tal-Unjoni mar-reġjuni u t-territorji periferiċi tiegħu, is-settur ferrovjarju jikkontribwixxi għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, kemm bħala servizz pubbliku lokali u reġjonali, kif ukoll bħala servizz ta’ kapaċità u fuq distanza twila għall-passiġġieri u l-merkanzija .

Raġuni

Il-kontribut għall-koeżjoni għandu jidentifika l-mudelli ferrovjarji differenti provduti, sabiex tiġi enfasizzata l-importanza u l-ħtieġa ta’ kull wieħed minnhom, mingħajr eċċezzjoni, għall-objettiv segwit.

Emenda 2

Artikolu 3(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

inizjattivi u avvenimenti li jippromwovu d-dibattitu, iqajmu kuxjenza u jiffaċilitaw l-involviment taċ-ċittadini, tan-negozji u tal-awtoritajiet pubbliċi biex jattiraw aktar nies u merkanzija lejn il-ferroviji bħala mezz biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, permezz ta’ kanali u mezzi multipli, inklużi avvenimenti fl-Istati Membri;

(a)

inizjattivi u avvenimenti li jippromwovu d-dibattitu, iqajmu kuxjenza u jiffaċilitaw l-involviment taċ-ċittadini, tan-negozji u tal-awtoritajiet pubbliċi biex jattiraw aktar nies u merkanzija lejn il-ferroviji bħala mezz biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, permezz ta’ kanali u mezzi multipli, inklużi avvenimenti fl-Istati Membri, kif ukoll politiki kummerċjali ġodda li jiffaċilitaw l-aċċess għall-ferroviji permezz ta’ offerti, skontijiet u promozzjonijiet, b’attenzjoni partikolari għall-gruppi speċjali ;

Raġuni

Sabiex jiġu attirati utenti ġodda lejn it-trasport ferrovjarju huwa kruċjali li jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dan il-mezz ta’ trasport permezz ta’ politiki tariffarji ġodda, offerti u skontijiet, b’mod partikolari fil-kuntest tal-vjaġġi soġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku.

Emenda 3

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-organizzazzjoni tal-parteċipazzjoni fis-Sena Ewropea fil-livell nazzjonali hija responsabilità tal-Istati Membri. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jaħtru koordinaturi nazzjonali. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet rilevanti fil-livell nazzjonali.

L-organizzazzjoni tal-parteċipazzjoni fis-Sena Ewropea fil-livell nazzjonali hija responsabilità tal-Istati Membri. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jaħtru koordinaturi nazzjonali. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet rilevanti fil-livell nazzjonali , filwaqt li jqisu wkoll li l-awtoritajiet reġjonali differenti ta’ kull Stat Membru tal-UE jistgħu jippromovu t-trasport ferrovjarju .

Raġuni

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tas-Sena Ewropea tal-Ferroviji fl-Istati Membri, l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali f’dan il-proġett u l-miżuri tar-reklamar għall-linji ferrovjarji huma kruċjali mhux biss fil-livell ċentrali iżda wkoll f’dak reġjonali.

Emenda 4

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-Kummissjoni għandha regolarment torganizza laqgħat tal-koordinaturi nazzjonali sabiex tikkoordina t-tmexxija tas-Sena Ewropea. Dawk il-laqgħat għandhom iservu wkoll bħala opportunitajiet biex isir skambju tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni; ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew jistgħu jipparteċipaw f’dawk il-laqgħat bħala osservaturi.

1.   Il-Kummissjoni għandha regolarment torganizza laqgħat tal-koordinaturi nazzjonali sabiex tikkoordina t-tmexxija tas-Sena Ewropea. Dawk il-laqgħat għandhom iservu wkoll bħala opportunitajiet biex isir skambju tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni; ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jistgħu jipparteċipaw f’dawk il-laqgħat bħala osservaturi.

2.   Il-koordinazzjoni tas-Sena Ewropea fil-livell tal-Unjoni għandu jkollha approċċ trasversali bil-għan li jinħolqu sinerġiji bejn id-diversi programmi u inizjattivi tal-Unjoni għall-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tat-trasport ferrovjarju jew li għandhom dimensjoni ferrovjarja.

2.   Il-koordinazzjoni tas-Sena Ewropea fil-livell tal-Unjoni għandu jkollha approċċ trasversali bil-għan li jinħolqu sinerġiji bejn id-diversi programmi u inizjattivi tal-Unjoni għall-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tat-trasport ferrovjarju jew li għandhom dimensjoni ferrovjarja.

3.   Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħat regolari tal-partijiet interessati u r-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew korpi attivi fil-qasam tat-trasport ferrovjarju, inkluż netwerks kulturali transnazzjonali eżistenti u l-NGOs rilevanti, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet u komunitajiet taż-żgħażagħ, biex jassistuha fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-livell tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħat regolari tal-partijiet interessati u r-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew korpi attivi fil-qasam tat-trasport ferrovjarju, inkluż netwerks kulturali transnazzjonali eżistenti u l-NGOs rilevanti, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet u komunitajiet taż-żgħażagħ, biex jassistuha fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-livell tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista’, sakemm jippermetti l-baġit, torganizza sejħiet għal proposti u proġetti li jistgħu jirċievu appoġġ għall-kontribuzzjoni pendenti tagħhom għall-għanijiet tas-sena.

Il-Kummissjoni tista’, sakemm jippermetti l-baġit, torganizza sejħiet għal proposti u proġetti li jistgħu jirċievu appoġġ għall-kontribuzzjoni pendenti tagħhom għall-għanijiet tas-sena. Meta jintgħażlu l-proġetti appoġġjati mill-UE jrid jiġi żgurat bilanċ ġeografiku.

Raġuni

Il-parteċipazzjoni tal-KtR fil-laqgħat tal-koordinaturi hija essenzjali fid-dawl tar-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp tat-trasport ferrovjarju fil-livell reġjonali u lokali. L-appoġġ finanzjarju għall-proġetti taħt is-Sena Ewropea tal-Ferroviji għandu jkun ibbilanċjat. Din hija r-raġuni għall-proposta biex il-kriterju ġeografiku jkun inkluż.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

A.   IR-RWOL U L-KONTRIBUT TAL-FERROVIJI GĦALL-IŻVILUPP SOĊJOEKONOMIKU TAR-REĠJUNI EWROPEJ, GĦALL-MOBILITÀ SOSTENIBBLI U GĦALL-KISBA TAL-OBJETTIVI STABBILITI FIL-PATT EKOLOĠIKU EWROPEW U FIL-POLITIKA TAT-TRASPORT TAL-UE

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ bi pjaċir l-proposta għas-Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021), li għandha l-għan li tippromovi t-trasport ferrovjarju permezz ta’ proġetti, dibattiti, avvenimenti, wirjiet u inizjattivi fl-Ewropa kollha fost iċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi bħala mezzi ta’ trasport attraenti u ambjentalment sostenibbli madwar l-Ewropa;

2.

jinnota li l-objettivi tad-deċiżjoni dwar is-Sena Ewropea tal-Ferroviji u l-promozzjoni tat-trasport ferrovjarju kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew huma allinjati, b’mod partikolari bil-għan li tinkiseb mobilità sostenibbli u intelliġenti u tinkiseb in-newtralità klimatika tal-UE sal-2050;

3.

jirrimarka li t-trasport ferrovjarju huwa wieħed mill-aktar mezzi ta’ trasport sostenibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija u sikur u, bħala tali, se jkollu rwol importanti fis-sistema ta’ mobilità Ewropea futura;

4.

jirrimarka li l-ferroviji huma sitt darbiet aktar effiċjenti mit-trasport bit-triq f’termini ta’ użu tal-enerġija, u jiġġeneraw ukoll disa’ darbiet inqas emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport bit-triq tal-merkanzija u mit-trasport bl-ajru tal-passiġġieri;

5.

jinnota li għall-ferroviji, bħala l-aktar forma ta’ mobilità newtrali għall-klima fl-UE, ġiet żviluppata strateġija speċifika ta’ mobilità sostenibbli sabiex tintlaħaq il-mira ta’ emissjonijiet żero sal-2050;

6.

jirrimarka li l-modi kollha tat-trasport għandhom jikkontribwixxu biex ikopru l-ispejjeż esterni li huma jikkawżaw, skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”. F’dan ir-rigward, jistieden lill-Presidenza Ġermaniża futura tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tħaffef id-diskussjonijiet dwar id-dossier dwar l-Eurovignette sabiex ikun jista’ jiġi adottat approċċ ġenerali fix-xhur li ġejjin, u b’hekk ikunu jistgħu jsiru negozjati ta’ trilogi mal-Parlament Ewropew biex tiġi promossa l-bidla modali mit-triq għall-ferrovija;

7.

jenfasizza li s-settur ferrovjarju jagħti wkoll kontribut sinifikanti għall-ekonomija Ewropea u għall-ikkompletar tas-suq intern Ewropew;

8.

barra minn hekk, jirrimarka li l-objettivi tal-bidla modali għall-ferroviji ma jistgħux jintlaħqu biss permezz ta’ miżuri PULL fis-settur ferrovjarju. Se jkunu meħtieġa wkoll miżuri PUSH b’rabta mat-trasport li jaħdem bil-fjuwils fossili sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-Patt Ekoloġiku;

9.

jinnota li s-sodisfazzjon tal-passiġġieri qed jiżdied b’mod kostanti bis-saħħa tal-isforzi tal-industrija ferrovjarja biex ittejjeb is-servizzi (1);

10.

jirrimarka li ż-żieda fl-urbanizzazzjoni se tkun waħda mill-akbar sfidi fid-dinja. Għalhekk jeħtieġ li jinħolqu mudelli ġodda ta’ mobilità. It-tranżizzjoni sħiħa lejn l-użu ta’ vetturi elettriċi u awtomatizzati se tieħu ħafna snin biex isseħħ, iżda minħabba l-problemi kkawżati mit-tibdil fil-klima, is-settur ferrovjarju jrid jiġi appoġġjat minn issa;

11.

jenfasizza li l-investiment fil-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija u fit-terminals tat-trażbord jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali fl-UE, jiżviluppa l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi u jtejjeb l-iżvilupp ekonomiku u l-livell tal-għajxien;

12.

jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE, fid-dawl tar-reviżjoni ppjanata tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (TEN-T), ikomplu jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ dan in-network u jinvestu f’kurituri ġodda, kull fejn ikun meħtieġ fi ħdan l-Unjoni Ewropea, partikolarment fir-reġjuni li għandhom infrastruttura ferrovjarja inqas żviluppata. Il-kuritur amber u Rail Baltica huma eżempji ta’ kurituri b’valur miżjud Ewropew;

13.

jirrimarka li l-investimenti tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) 2014-2016 fil-settur ferrovjarju ġġeneraw PDG ta’ EUR 264 biljun. Jistgħu jiġu mistennija aktar benefiċċji mill-istrumenti għall-investimenti fil-kurituri tan-network ewlieni tal-UE bħala żieda ta’ 1,8 % fil-PDG sal-2030, kif ukoll bidla modali li tippermetti tnaqqis tal-ispejjeż esterni;

14.

jinnota s-suċċess ta’ servizzi ferrovjarji ta’ veloċità għolja fl-Ewropa u l-potenzjal tagħhom li jissostitwixxu n-network ta’ konnettività tal-ajru għal distanzi ta’ bejn 800 u 1 000 km; iħeġġeġ l-iżvilupp ulterjuri ta’ infrastruttura ferrovjarja b’veloċità għolja, speċjalment fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant kif ukoll fil-pajjiżi Nordiċi, għax din ser ittejjeb il-konnettività tan-network Ewropew tat-trasport u b’hekk jiġu promossi l-kompetittività, l-aċċessibbilità u l-kisba tal-objettivi klimatiċi fl-UE;

15.

jinnota li l-kriżi tal-COVID 19 ikkonfermat li s-sistema ferrovjarja Ewropea hija kkaratterizzata minn livell għoli ta’ reżiljenza u ta’ stabbiltà li ppermetta li tinżamm koeżjoni territorjali kontinwa, b’mod partikolari bejn it-territorji, permezz tat-trasport ta’ pazjenti u ta’ oġġetti bżonnjużi urġenti;

16.

jinnota d-differenzi fl-iżvilupp u l-kwalità tal-infrastruttura bejn id-diversi pajjiżi Ewropej, u jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) diġà allokat perċentwal sinifikanti tal-baġit tagħha għal strateġija koerenti fl-UE kollha sabiex jitnaqqsu d-differenzi fil-funzjonament tas-sistemi ferrovjarji bejn l-Istati Membri individwali tal-UE;

17.

jemmen li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE għandhom jużaw iż-żmien ta’ rikostruzzjoni ekonomika ta’ wara l-pandemija biex jiffukaw aktar fuq mezzi ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bħall-ferroviji. Din id-direzzjoni l-ġdida trid tiġi riflessa fl-istrateġiji tat-trasport u fil-pjani ta’ investiment futuri tal-UE.

B.   L-ISFIDI FIS-SETTUR TAT-TRASPORT FERROVJARJU U R-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI GĦALL-PROMOZZJONI U L-IŻVILUPP TIEGĦU

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

18.

jinnota li l-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport timmira lejn bidla modali sinifikanti favur it-trasport ferrovjarju; jinnota b’dispjaċir li dawn il-miri ma ntlaħqux u li s-settur tat-trasport b’mod ġenerali qed jesperjenza żieda kostanti fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra;

19.

jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-awtoritajiet nazzjonali jieħdu azzjoni urġenti biex joħolqu kundizzjonijiet ekwi bejn il-mezzi differenti ta’ trasport, b’mod partikolari billi jqisu fatturi esterni negattivi għall-ambjent kif ukoll allinjament fiskali, u jippromovu b’mod konsistenti t-trasport ferrovjarju; Ifakkar, f’dan il-kuntest, li l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni esprima l-appoġġ tiegħu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej Fairosene li talbet għat-tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni;

L-ilħuq tal-miri tal-UE dwar il-klima

20.

itenni t-talba tiegħu (3) għal tneħħija tal-eżenzjonijiet tal-VAT attwali previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (4) skont liema l-Istati Membri kollha japplikaw l-eżenzjonijiet tal-VAT għall-avjazzjoni transfruntiera iżda mhux għat-trasport ferrovjarju transfruntier;

21.

jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-gvernijiet tal-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni strateġika fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u, għal dan il-għan, jappoġġjaw azzjonijiet urġenti, fost l-oħrajn, f’oqsma bħal:

L-introduzzjoni tal-prinċipju tal-internalizzazzjoni sħiħa tal-ispejjeż esterni fit-trasport; jiġu żgurati standards ugwali u ta’ sikurezza rilevanti bejn il-forom kollha ta’ trasport;

L-inklużjoni tat-trasport ferrovjarju bħala punt importanti għall-mobilità sostenibbli fl-UE fit-trasport tal-passiġġieri kif ukoll fit-trasport tal-merkanzija (f’konformità mal-impenn li ħadu l-Ministri tal-Istati Membri fid-Dikjarazzjoni ta’ Graz);

L-appoġġ ulterjuri għall-elettrifikazzjoni u l-immodernizzar tan-network ferrovjarju;

L-appoġġ għall-bidla modali lejn it-trasport ferrovjarju, b’mod partikolari għat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fit-traffiku lokali u għat-trasport reġjonali kif ukoll għal vjaġġi sa 1 000 km, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ u ta’ finanzjament għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, li jippermettu żieda fis-sehem tiegħu mit-trasport kollu fl-UE minn 17 % għal minimu ta’ 30 % fl-2030;

Il-ħolqien ta’ inventarju tal-ħidma mwettqa taħt Shift2Rail u żieda fl-appoġġ għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fis-settur ferrovjarju, inkluż permezz ta’ azzjonijiet ulterjuri taħt il-programm “Orizzont Ewropa”;

L-ilħuq tal-miri tal-politika tat-trasport tal-UE

22.

iqis li l-politika tal-UE dwar it-TEN-T hija għodda importanti għall-koordinazzjoni ta’ proġetti tat-trasport multimodali fl-Unjoni (u f’pajjiżi terzi) u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ infrastruttura transkonfinali u reġjonali;

23.

jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għan-nuqqas ta’ komplementarjetà bejn l-investiment fin-network ewlieni u n-network komprensiv tat-TEN-T, u jqis li huwa importanti li jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti wkoll għan-network komprensiv;

24.

jenfasizza li l-politika tat-trasport m’għandhiex tiffoka biss fuq proġetti li jiżviluppaw networks ta’ linji ferrovjarji ġodda, iżda wkoll fuq l-immodernizzar u t-titjib tal-prestazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja eżistenti; matul dan il-proċess, id-dritt ta’ passaġġ fuq il-binarji għandu jingħata prijorità skont l-effiċjenza klimatika u l-evitar tal-effetti tal-miżuri fuq il-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq;

25.

jitlob li l-investiment pubbliku essenzjali fl-infrastruttura ferrovjarja jkun appoġġat bis-sħiħ, u li jiġu sfruttati l-potenzjal u r-rwol tal-ferrovija fl-irkupru tal-ekonomija Ewropea mill-kriżi tal-COVID 19;

26.

jirrimarka li n-nodi ferrovjarji urbani mhumiex integrati biżżejjed fin-network tat-TEN-T. Is-settur ferrovjarju għandu wkoll nuqqasijiet fir-rigward tal-infrastruttura ferrovjarja fil-punti periferiċi tagħha (“l-aħħar mil”); jirrakkomanda li, permezz tal-istabbiliment ta’ pjani u strateġiji għat-trasport ferrovjarju, din il-kwistjoni titqiegħed fiċ-ċentru ta’ sistema li tintegra forom differenti ta’ trasport reġjonali u urban;

27.

huwa favur it-tisħiħ tar-rwol tal-istazzjonijiet ferrovjarji bħala interkonnessjonijiet multimodali effiċjenti fil-mobilità urbana u suburbana permezz tal-konnessjoni u l-integrazzjoni ta’ sistemi ferrovjarji ma’ modi oħra ta’ trasport u trasport urban kondiviż, bħar-roti;

28.

jirrimarka li l-passiġġieri, inklużi l-persuni b’mobilità mnaqqsa, għandhom jiġu protetti b’mod adegwat. F’dan il-kuntest, is-soluzzjonijiet leġislattivi futuri jeħtieġ li jinkludu numru ta’ drittijiet u obbligi li jippermettu li s-settur jaqdi l-obbligi tiegħu.

29.

barra minn hekk, jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jagħżlu approċċ usa’ biex jappoġġjaw u jiżviluppaw networks ferrovjarji sekondarji u l-infrastruttura intermodali addizzjonali meħtieġa (eż. terminals) meta jtejbu jew jespandu l-infrastruttura ferrovjarja, u jadattaw jew ikabbru l-istrumenti ta’ appoġġ kif xieraq;

Ħtiġijiet u rekwiżiti ta’ investiment għall-finanzjament u t-tisħiħ tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju

30.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet ta’ investiment kbir fil-ferroviji, speċjalment fil-livell reġjonali. Sabiex tinżamm il-kompetittività, is-settur ferrovjarju għandu jkollu aċċess għall-finanzjament tal-UE biex jiġu kkofinanzjati proġetti ta’ infrastruttura, investimenti fil-vetturi ferrovjarji, l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-miżuri relatati mat-theddid terroristiku, b’mod partikolari fil-pajjiżi li għandhom settur tas-servizz ferrovjarju inqas żviluppat;

31.

jitlob li jkun hemm finanzjament suffiċjenti li għandu jkun disponibbli għall-ħtiġijiet ta’ investiment ferrovjarju fil-baġit tal-UE 2021-2027 kif ukoll fil-baġits tal-Istati Membri; jinnota li l-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant qed jiffaċċjaw problemi minħabba l-istokk qadim ta’ vetturi ferrovjarji, jew saħansitra minħabba n-nuqqas tagħhom. L-investiment huwa essenzjali biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-ferroviji;

32.

jappella, fid-dawl tal-isfidi finanzjarji u l-miri ta’ żvilupp ambizzjużi għas-settur ferrovjarju, li jeħtieġ li r-regolamenti ta’ koeżjoni ma jibqgħux daqshekk stretti b’mod li jippermettu żieda neċessarja fil-finanzjament biex jiġi appoġġjat l-investiment fis-settur ferrovjarju taħt il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni. Jitlob ukoll żieda fil-baġit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa sabiex tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni ekoloġika tas-sistema Ewropea tat-trasport;

33.

jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ strument fit-tul tal-UE biex jiffinanzja t-trasport sostenibbli, abbażi tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u ffinanzjat ukoll minn mezzi ta’ trasport li huma anqas ekoloġiċi;

34.

huwa tal-fehma li l-għotjiet għandhom jinżammu bħala l-forma ewlenija ta’ finanzjament tal-UE għall-investiment ferrovjarju. Il-parti l-kbira tal-proġetti ta’ infrastruttura ma jiġġenerawx biżżejjed dħul, għall-kuntrarju, dawn ġeneralment ikopru biss minn 10 sa 20 % tal-ispejjeż totali tal-investiment. Fl-istess ħin, madankollu, dawn il-proġetti għandhom benefiċċji soċjali u ekonomiċi sinifikanti;

35.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jsir investiment fl-iżvilupp tal-kapaċità ta’ nodi ferrovjarji urbani, kif ukoll fit-trasport ferrovjarju reġjonali, li huwa l-mezz prinċipali tal-mobilità f’xi reġjuni. Il-linja ferrovjarja ssaħħaħ il-koeżjoni territorjali tal-UE filwaqt li tipprevjeni l-esklużjoni relatata mat-trasport;

36.

jenfasizza l-importanza ta’ proġetti li jippromovu l-mobilità mingħajr fruntieri, li tkun aċċessibbli għall-utenti kollha, inklużi l-anzjani, il-persuni b’mobilità mnaqqsa u l-persuni b’diżabilità;

37.

jirrimarka li l-investiment fid-diġitalizzazzjoni u fl-awtomatizzazzjoni tal-ferroviji huwa meħtieġ sabiex it-trasport ferrovjarju jsir saħansitra aktar effiċjenti u kompetittiv;

38.

jinnota l-ħtieġa li tiġi kofinanzjata l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi eżistenti biex jittejbu l-konnessjonijiet ma’ pajjiżi bi strumenti ta’ kejl tal-binarji differenti, bħall-faċilità ta’ traċċar awtomatiku SUW 2000, sabiex jittejbu l-konnessjonijiet ma’ pajjiżi terzi;

C.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI DWAR IL-PROMOZZJONI EFFETTIVA TAT-TRASPORT FERROVJARJU FIL-KUNTEST TAS-SENA EWROPEA TAL-FERROVIJI 2021

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

39.

jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jieħdu miżuri biex jippromovu t-trasport ferrovjarju bħala mezz ta’ trasport li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, li jkun innovattiv u sikur, f’konformità mal-miri tas-Sena Ewropea tal-Ferroviji. Flimkien mas-settur ferrovjarju u l-organizzazzjonijiet tiegħu, huma jistgħu jorganizzaw u jippubbliċizzaw il-miżuri li ġejjin:

inizjattivi, wirjiet u avvenimenti biex jistimolaw dibattitu politiku, ekonomiku u socjali sabiex tigi enfasizzata l-importanza tat-trasport ferrovjarju fis-sistema tat-trasport u ekonomika tal-UE (fost l-ohrajn il-Fiera Internazzjonali tal-Ferroviji, TRAKO 2021, fi Gdansk);

kampanji ta’ informazzjoni u edukattivi dwar ir-rwol u l-valur miżjud tat-trasport ferrovjarju bħalma huma inizjattivi li jħeġġu lis-soċjetà biex tikkontribwixxi għall-kisba tal-mira tat-trasport sostenibbli;

skambju tal-esperjenza u tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-impriżi ferrovjarji u r-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiġi promoss it-trasport ferrovjarju;

40.

il-KtR jinsab impenjat biex isaħħaħ il-kontribut u r-rwol tat-trasport ferrovjarju fit-trasport pubbliku u biex jagħmlu aktar attraenti mil-lat ekonomiku u soċjali. Minbarra l-promozzjoni tan-newtralità klimatika tal-ferroviji, fid-dawl tad-distakk ġenerazzjonali emerġenti u l-bidliet fil-professjonijiet ferrovjarji, għandha tiġi enfasizzata u msaħħa wkoll l-attraenza tal-impjieg f’dan is-settur. Għalhekk il-KtR jixtieq b’mod partikolari:

jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jippromovu t-taħriġ fl-impjieg fis-settur ferrovjarju u jistabbilixxu dixxiplini jew korsijiet ta’ studju fl-universitajiet li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq, b’mod partikolari fl-oqsma tal-inġinerija, l-awtomatizzazzjoni, is-sinjalar u d-dixxiplini l-oħra;

jinkoraġġixxi l-impriżi ferrovjarji jipprovdu taħriġ addizzjonali sabiex ix-xogħol ferrovjarju jsir aktar attraenti;

jirrakkomanda li l-impriżi ferrovjarji u l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ, bl-appoġġ tal-awtoritajiet reġjonali u tal-Istati Membri, jistabbilixxu kompetizzjonijiet għall-istudenti dwar l-għarfien tagħhom dwar il-ferroviji;

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex iżżomm u tespandi l-programm #DiscoverEU. Il-KtR jipproponi wkoll li titnieda inizjattiva konġunta li toħloq konnessjoni bejn dan il-programm u s-settur ferrovjarju. L-għan tal-inizjattiva għandu jkun li tgħaqqad il-vjaġġi Interrail miż-żgħażagħ ma’ programm ta’ avvenimenti fil-bliet u r-reġjuni, b’enfasi fuq l-istazzjonijiet ferrovjarji lokali bħala promoturi kulturali jew żjarat ta’ studju fejn iż-żgħażagħ jitgħallmu aktar dwar il-ferroviji;

jilqa’ bi pjaċir il-parteċipazzjoni tas-settur ferrovjarju fil-Festival Europalia 2021 tal-arti internazzjonali, li t-tema tiegħu se tkun l-influwenza tal-ferrovija fuq l-arti u l-importanza tal-ferrovija bħala katalist għall-bidla;

41.

iqis li huwa neċessarju li t-trasport ferrovjarju jiġi appoġġjat fil-livell Ewropew u nazzjonali, anke fid-dawl tal-isfidi li qed jiffaċċja s-settur. Għaldaqstant il-KtR:

jistieden lis-settur ferrovjarju jagħti kontribut akbar għat-turiżmu sostenibbli permezz tal-ħolqien ta’ konnessjonijiet ferrovjarji ġodda u r-restawr ta’ dawk li diġà ġew dekummissjonati;

jistieden lis-settur ferrovjarju u lill-Istati Membri jżidu l-offerta tagħhom għall-ferroviji ta’ billejl u l-ferroviji li jġorru l-karozzi;

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi network ferrovjarju Ewropew ta’ veloċità għolja koerenti bħala alternattiva jew komplementari għat-trasport bl-ajru u dak privat mingħajr ma tiġi kompromessa l-espansjoni tal-infrastruttura ferrovjarja reġjonali u tal-merkanzija;

iħeġġeġ lis-settur ferrovjarju jħaddan kontinwament id-diġitalizzazzjoni u jtejjeb l-aċċessibilità tas-servizzi tiegħu permezz tal-iżvilupp ta’ apps u pjattaformi għall-bejgħ tal-biljetti, pereżempju bl-istabbiliment ta’ sistema Ewropea komuni għall-bejgħ ta’ biljetti tal-ferrovija;

jappoġġja s-settur ferrovjarju u l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jippromovu l-interoperabbiltà fit-trasport internazzjonali;

jistieden lill-Istati Membri jippromovu u jiffinanzjaw programmi li jċaqilqu l-merkanzija mit-triq għall-ferrovija billi joħolqu proġetti ġodda, bħal “tiry na tory” (5) (Vetturi tqal fuq il-ferroviji) u li jaqsmu l-aħjar prattiki tagħhom għal bidla modali;

jistieden lill-awtoritajiet reġjonali u lill-Istati Membri biex ifasslu pjani fit-tul tat-trasport, li fihom it-trasport ferrovjarju jkollu rwol ewlieni, fejn huwa xieraq, u jinnota li l-ferroviji jridu jiġu promossi bħala fattur prinċipali fis-soluzzjoni tal-problemi tal-esklużjoni relatata mat-trasport ta’ reġjuni anqas żviluppati u/jew inqas żviluppati; fil-każ tar-reġjuni li ma għandhomx trasport ferrovjarju, bħall-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-Kumitat jirrakkomanda li jinstabu soluzzjonijiet alternattivi ta’ mobbiltà, adattati għas-sitwazzjoni f’dawn ir-reġjuni;

jistieden lill-awtoritajiet reġjonali biex jipprovdu appoġġ għall-monumenti eżistenti tal-istorja tal-ferroviji, il-mużewijiet u l-binjiet storiċi fejn kien isir ix-xogħol ta’ manifattura tal-ferroviji bħala wirt kulturali fir-reġjuni tagħhom;

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali, f’kooperazzjoni mal-impriżi ferrovjarji, jippromovu u jimplimentaw soluzzjonijiet ta’ trasport “minn bieb għal bieb” koerenti, filwaqt li jitqiesu l-proġetti tal-ekonomija kollaborattiva bħall-bike-sharing;

jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ kampanji ta’ promozzjoni konġunti komprensivi mir-reġjuni u l-impriżi ferroviji permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ midja u ta’ kanali ta’ informazzjoni, kif ukoll il-promozzjoni ta’ stazzjonijiet ferrovjarji u vetturi ferrovjarji bħala trasportaturi kulturali, li se jgħinu biex tiġi stabbilita u żviluppata relazzjoni mal-passiġġieri u biex ikun hemm sensibilizzazzjoni soċjali dwar il-kontribut deċiżiv li l-ferroviji jistgħu joffru għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex jappoġġjaw l-investiment fil-kostruzzjoni ta’ terminals intermodali fuq ir-rotot u l-fruntieri ma’ pajjiżi terzi, u biex jimmodernizzaw u jżommu l-istazzjonijiet u l-waqfiet tal-ferroviji fi stat tajjeb, inkluż it-toroq ta’ aċċess, u biex jidentifikaw jew jinstallaw żoni ta’ parkeġġ għan-nies li jivvjaġġaw bil-karozza lejn l-istazzjon;

42.

ifakkar fil-ħtieġa li jiġu promossi inizjattivi ta’ trasport multimodali bħala parti mill-integrazzjoni tal-ferroviji ma’ mezzi oħra tat-trasport komuni (car-sharing, bike-sharing);

43.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ investiment reġjonali u nazzjonali għall-immodernizzar ta’ stazzjonijiet ferrovjarji storiċi, li t-trasformazzjoni tagħhom għandha tnaqqas ukoll l-impatti ambjentali negattivi, kif ukoll fi stazzjonijiet ferrovjarji innovattivi ġodda li jqisu r-rekwiżiti ambjentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

44.

jirrakkomanda li l-baġit jiżdied minn EUR 8 miljun kif propost mill-Kummissjoni (COM(2020) 78) għal EUR 12-il miljun.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Stħarriġ 463 tal-Ewrobarometru-Flash ta’ Jannar/Frar 2018 dwar is-sodisfazzjon tal-Ewropej bis-servizzi ferrovjarji.

(2)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

(3)  2015/2347(INI).

(4)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(5)  https://tirynatory.pl/


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/191


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-pakkett REACT-EU

(2020/C 440/26)

Relatur ġenerali:

Mieczysław STRUK (PL/PPE). President tar-Reġjun ta’ Pomorskie

Dokumenti ta’ referenza:

COM(2020) 451 final

COM(2020) 450 final

COM(2020) 452 final

COM(2020) 447 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)

COM(2020) 451 final

Emenda 1

COM (2020) 451 final — Parti 1

Titolu tal-att

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)

Raġuni

Il-pandemija tal-COVID-19 u l-għeluq unilaterali tal-fruntieri u tal-fruntieri interni ta’ għadd ta’ Stati Membri kkawżaw danni enormi lir-reġjuni tal-fruntieri li jeħtieġ jiġu indirizzati kif xieraq.

Emenda 2

COM (2020) 451 final — Parti 1

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri ntlaqtu mill-kriżi minħabba l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 b’mod bla preċedent. Il-kriżi tfixkel it-tkabbir fl-Istati Membri, li min-naħa tiegħu jaggrava n-nuqqas serju ta’ likwidità minħabba ż-żieda f’daqqa u sinifikanti fl-investimenti pubbliċi meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b’miżuri speċifiċi.

L-Istati Membri ntlaqtu mill-kriżi minħabba l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 b’mod bla preċedent. Il-kriżi żiedet ir-riskju ta’ faqar u aggravat id-disparità soċjali fl-UE, tfixkel it-tkabbir fl-Istati Membri, li min-naħa tiegħu jaggrava n-nuqqas serju ta’ likwidità minħabba ż-żieda f’daqqa u sinifikanti fl-investimenti pubbliċi meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b’miżuri speċifiċi.

Emenda 3

COM (2020) 451 final — Parti 1

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Skont ir-Regolament [l-Istrument ta’ Rkupru Ewropew] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fihom, għandhom jittieħdu miżuri ta’ rkupru u reżiljenza taħt il-Fondi Ewropej tal-Investiment u l-Fondi Strutturali biex jiġi l-indirizzat l-impatt mingħajr preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Tali riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jintużaw biex tiġi żgurata l-konformità mat-termini stipulati fir-Regolament [ERI]. Barra minn dan, jenħtieġ li jsiru disponibbli riżorsi addizzjonali għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz ta’ reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020.

Skont ir-Regolament [l-Istrument ta’ Rkupru Ewropew] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fihom, għandhom jittieħdu miżuri ta’ rkupru u reżiljenza taħt il-Fondi Ewropej tal-Investiment u l-Fondi Strutturali biex jiġi l-indirizzat l-impatt mingħajr preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Barra minn dan, jenħtieġ li jsiru disponibbli riżorsi addizzjonali għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz ta’ reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020.

Raġuni

Għandha tingħata aktar flessibbiltà.

Emenda 4

COM (2020) 451 final — Parti 1

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ammont eċċezzjonali addizzjonali ta’ EUR 58 272 800 000 (bi prezzijiet ta’ bħalissa) għal impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, għas-snin 2020, 2021 u 2022, għandu jkun disponibbli bħala sostenn lill-Istati Membri u lir-reġjuni l-aktar milquta bil-miżuri ta’ tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, bil-ħsieb li jiġu skjerati riżorsi malajr fl-ekonomija reali permezz tal-programmi operattivi eżistenti. Ir-riżorsi għall-2020 ġejjin minn żieda fir-riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 filwaqt li r-riżorsi għall-2021 u l-2022 ġejjin mill-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea. Parti mir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali li jifdal għal kull Stat Membru abbażi ta’ metodu ta’ allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika oġġettiva disponibbli li tikkonċerna l-prosperità relattiva tal-Istati Membri u l-firxa tal-effett tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Il-metodu ta’ allokazzjoni jenħtieġ li jinkludi ammont iddedikat addizzjonali għar-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-vulnerabbiltà speċifika tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Sabiex tiġi riflessa n-natura li qed tevolvi tal-effetti tal-kriżi, l-analiżi dettaljata għandha tiġi riveduta fl-2021 fuq il-bażi tal-istess metodu ta’ allokazzjoni bl-użu tal-aktar data statistika reċenti disponibbli sad-19 ta’ Ottubru 2021 biex jitqassam is-segment tal-2022 tar-riżorsi addizzjonali.

Ammont eċċezzjonali addizzjonali ta’ EUR 58 272 800 000 (bi prezzijiet ta’ bħalissa) għal impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea , għas-snin 2020, 2021 u 2022 u fil-każi fejn mitlub minn awtorità maniġerjali u ġustifikat minn Stat Membru għas-snin 2023 u 2024 wkoll, għandu jkun disponibbli bħala sostenn lill-Istati Membri u lir-reġjuni l-aktar milquta bil-miżuri ta’ tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, bil-ħsieb li jiġu skjerati riżorsi malajr fl-ekonomija reali permezz tal-programmi operattivi eżistenti. Ir-riżorsi għall-2020 ġejjin minn żieda fir-riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 filwaqt li r-riżorsi għall-2021 u l-2022 , u fejn applikabbli għall-2023 u l-2024, ġejjin mill-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea. Parti mir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali li jifdal għal kull Stat Membru abbażi ta’ metodu ta’ allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika oġġettiva disponibbli li tikkonċerna l-prosperità relattiva tal-Istati Membri u l-firxa tal-effett tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Il-metodu ta’ allokazzjoni jenħtieġ li jinkludi ammont iddedikat addizzjonali għar-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-vulnerabbiltà speċifika tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Sabiex tiġi riflessa n-natura li qed tevolvi tal-effetti tal-kriżi, l-analiżi dettaljata għandha tiġi riveduta fl-2021 fuq il-bażi tal-istess metodu ta’ allokazzjoni bl-użu tal-aktar data statistika reċenti disponibbli sad-19 ta’ Ottubru 2021 biex jitqassam is-segment tal-2022 , u fejn rilevanti, is-segmenti tal-2023 u l-2024 tar-riżorsi addizzjonali.

Raġuni

L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs.

Emenda 5

COM (2020) 451 final — Parti 1

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex tkun permessa flessibbiltà massima lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ azzjonijiet ta’ teħid ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, l-allokazzjonijiet jenħtieġ li jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-livell tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsir provvediment ukoll għall-possibbiltà li jintużaw xi riżorsi addizzjonali biex jingħata sostenn lil dawk l-aktar fil-bżonn. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi li jikkonċernaw l-allokazzjoni għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri filwaqt li titħalla l-flessibbiltà massima lill-Istati Membri fir-rigward tal-allokazzjoni tagħha fi ħdan il-programmi operattivi appoġġati mill-FEŻR jew mill-FSE. Għandu jiġi ċċarat li ma hemmx bżonn li jiġi rispettat is-sehem minimu tal-FSE għar-riżorsi addizzjonali. Fil-kunsiderazzjoni tal-infieq rapidu mistenni tar-riżorsi addizzjonali, l-impenji marbuta ma’ dawk ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu diżimpenjati biss fl-għeluq tal-programmi operattivi.

Sabiex tkun permessa flessibbiltà massima lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ azzjonijiet ta’ teħid ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, l-allokazzjonijiet jenħtieġ li jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-livell tal-Istati Membri. Madankollu, l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti b’approċċ b’saħħtu ta’ governanza f’diversi livelli. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsir provvediment ukoll għall-possibbiltà li jintużaw xi riżorsi addizzjonali biex jingħata sostenn lil dawk l-aktar fil-bżonn. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi li jikkonċernaw l-allokazzjoni għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri filwaqt li titħalla l-flessibbiltà massima lill-Istati Membri fir-rigward tal-allokazzjoni tagħha fi ħdan il-programmi operattivi appoġġati mill-FEŻR jew mill-FSE. Fil-kunsiderazzjoni tal-infieq rapidu mistenni tar-riżorsi addizzjonali, l-impenji marbuta ma’ dawk ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu diżimpenjati biss fl-għeluq tal-programmi operattivi.

Raġuni

Il-FSE m’għandux jiddgħajjef.

Emenda 6

COM (2020) 451 final — Parti 1

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw malajr ir-riżorsi addizzjonali għat-teħid ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u għat-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija fi ħdan il-perjodu ta’ programmazzjoni preżenti, huwa ġġustifikat li l-Istati Membri jiġu eżentati, fuq bażi eċċezzjonali, mill-ħtieġa li jikkonformaw mal-kundizzjonalitajiet u r-rekwiżiti ex ante dwar ir-riżerva tal-prestazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni, minn dawk dwar il-konċentrazzjoni tematika, anke fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-iżvilupp urban sostenibbli għall-FEŻR, u mir-rekwiżiti dwar it-tħejjija ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni għar-riżorsi addizzjonali. Huwa meħtieġ madankollu li l-Istati Membri jagħmlu mill-inqas evalwazzjoni waħda sal-31 ta’ Diċembru 2024 biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tar-riżorsi addizzjonali kif ukoll kif dawn ikunu kkontribwew fl-ilħuq tal-għanijiet tal-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Biex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà ta’ informazzjoni komparabbli fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu użu mill-indikaturi speċifiċi għall-programmi disponibbli mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom itejbu l-viżibbiltà tal-miżuri u r-riżorsi eċċezzjonali introdotti mill-Unjoni, b’mod partikolari billi jiżguraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali.

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw malajr ir-riżorsi addizzjonali għat-teħid ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u għat-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija fi ħdan il-perjodu ta’ programmazzjoni preżenti, huwa ġġustifikat li l-Istati Membri jiġu eżentati, fuq bażi eċċezzjonali, mill-ħtieġa li jikkonformaw mal-kundizzjonalitajiet u r-rekwiżiti ex ante dwar ir-riżerva tal-prestazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni, minn dawk dwar il-konċentrazzjoni tematika, anke fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-iżvilupp urban sostenibbli għall-FEŻR, u mir-rekwiżiti dwar it-tħejjija ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni għar-riżorsi addizzjonali. Huwa meħtieġ madankollu li l-Istati Membri jagħmlu mill-inqas evalwazzjoni waħda sal-31 ta’ Diċembru 2024 , jew sal-31 ta’ Diċembru 2026 fejn riżorsi addizzjonali jsiru disponibbli għal impenn baġitarju fl-2023 u l-2024, biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tar-riżorsi addizzjonali kif ukoll kif dawn ikunu kkontribwew fl-ilħuq tal-għanijiet tal-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Biex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà ta’ informazzjoni komparabbli fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu użu mill-indikaturi speċifiċi għall-programmi disponibbli mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom itejbu l-viżibbiltà tal-miżuri u r-riżorsi eċċezzjonali introdotti mill-Unjoni, b’mod partikolari billi jiżguraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali.

Raġuni

L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs.

Emenda 7

COM (2020) 451 final — Parti 1

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 135(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jistipula li l-emendi għar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom li jiġu adottati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak il-Ftehim jew wara, ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit sa fejn dawk l-emendi jkollhom impatt fuq l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit. L-appoġġ skont dan ir-Regolament għall-2020 huwa ffinanzjat minn żieda tal-limitu massimu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u għall-2021 u l-2022 minn żieda fil-limitu massimu tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, li jkollu impatt fuq l-obbligu finanzjarju tar-Renju Unit. Għalhekk, dan ir-Regolament ma għandux japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit.

L-Artikolu 135(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) jistipula li l-emendi għar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom (3) li jiġu adottati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak il-Ftehim jew wara, ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit sa fejn dawk l-emendi jkollhom impatt fuq l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit. L-appoġġ skont dan ir-Regolament għall-2020 huwa ffinanzjat minn żieda tal-limitu massimu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u għall-2021 u l-2022 , u fejn applikabbli għall-2023 u l-2024, minn żieda fil-limitu massimu tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, li jkollu impatt fuq l-obbligu finanzjarju tar-Renju Unit. Għalhekk, dan ir-Regolament ma għandux japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit.

Raġuni

L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs.

Emenda 8

COM (2020) 451 final — Parti 1

Emenda l-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 1

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 91, paragrafu 1a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

fl-Artikolu 91, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

fl-Artikolu 91, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   B’żieda mar-riżorsi globali li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1, għandhom ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali ta’ EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet ta’ bħalissa għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għall-impenn baġitarju għall-2020, u allokati lill-FEŻR u l-FSE.”;

“1a.   B’żieda mar-riżorsi globali li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1, għandhom ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali ta’ EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet kostanti tal-2018 għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għall-impenn baġitarju għall-2020, u allokati lill-FEŻR u l-FSE.”;

Raġuni

L-użu tal-prezzijiet kostanti tal-2018 huwa konformi mal-konklużjonijiet tal-laqgħa Speċjali tal-Kunsill Ewropew li saret bejn is-17 u l-21 ta’ Lulju 2020 (1).

Emenda 9

COM (2020) 451 final — Parti 1

Emenda l-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 92a, l-ewwel u t-tieni paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati taħt il-Fondi Strutturali b’ammont ta’ EUR 53 272 800 000 fi prezzijiet ta’ bħalissa tal-ammont li ssir referenza għalih fl-Artikolu 3(2)(a)(i) ta’ dak ir-Regolament, soġġett għall-Artikolu 4(3), (4) u (8) tiegħu.

Il-miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati taħt il-Fondi Strutturali b’ammont ta’ EUR 53 272 800 000 fi prezzijiet ta’ bħalissa tal-ammont li ssir referenza għalih fl-Artikolu 3(2)(a)(i) ta’ dak ir-Regolament, soġġett għall-Artikolu 4(3), (4) u (8) tiegħu.

Dawn ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Dawn ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju. Deċiżjoni biex il-miżuri ta’ flessibbiltà taħt REACT-EU jiġu estiżi għas-snin 2023 u 2024 tista’ tittieħed permezz ta’ att delegat.

Raġuni

L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs.

Emenda 10

COM (2020) 451 final — Parti 1

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Ibdel l-intestatura

Artikolu 92b

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)

Riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea biex jipprovdu assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)

Raġuni

Il-pandemija tal-COVID-19 u l-għeluq unilaterali tal-fruntieri u tal-fruntieri interni ta’ għadd ta’ Stati Membri kkawżaw danni enormi lir-reġjuni tal-fruntieri li jeħtieġ jiġu indirizzati kif xieraq.

Emenda 11

COM (2020) 451 final — Parti 1

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 92b, paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il- mira “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) Ir-riżorsi għandhom jintużaw biex tiġi implimentata assistenza teknika skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-operazzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv tematiku fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

Riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il- miri ta’ “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” u ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea biex jipprovdu assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) Ir-riżorsi għandhom jintużaw biex tiġi implimentata assistenza teknika skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-operazzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv tematiku fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

Raġuni

Il-pandemija tal-COVID-19 u l-lockdowns bikrija kellhom impatt devastanti fuq il-kooperazzjoni transfruntiera. Il-proġetti taħt l-mira tal-kooperazzjoni territorjali, inkluża l-kooperazzjoni transfruntiera għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

Emenda 12

COM (2020) 451 final — Parti 1

Emenda l-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 92b, paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-riżorsi addizzjonali għandhom isiru disponibbli għall-impenn baġitarju għas-snin 2020 sa 2022 flimkien mar-riżorsi globali stabbiliti fl-Artikolu 91 kif ġej:

Ir-riżorsi addizzjonali għandhom isiru disponibbli għall-impenn baġitarju għas-snin 2020 sa 2022 flimkien mar-riżorsi globali stabbiliti fl-Artikolu 91 kif ġej:

2020: EUR 5 000 000 000 ;

2021: EUR 42 434 400 000 ;

2022: EUR 10 820 400 000 .

2020: EUR 5 000 000 000 ;

2021: EUR 34 615 620 000 .

2022: EUR 18 639 180 000 .

Ir-riżorsi addizzjonali għall-2020 għandhom isiru disponibbli mir-riżorsi addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 91(1a).

Ir-riżorsi addizzjonali għall-2020 għandhom isiru disponibbli mir-riżorsi addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 91(1a).

Ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom isiru disponibbli mir-riżorsi addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 92a. Ir-riżorsi addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 92a għandhom ukoll jappoġġjaw in-nefqa amministrattiva sa massimu ta’ EUR 18 000 000 fi prezzijiet ta’ bħalissa .

Ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom isiru disponibbli mir-riżorsi addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 92a. Permezz ta’ reviżjoni ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ att delegat u abbażi ta’ talba minn awtorità maniġerjali u ġustifikata minn Stat Membru, ir-riżorsi addizzjonali jistgħu jsiru disponibbli wkoll għall-impenn baġitarju fl-2023 u l-2024. Ir-riżorsi addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 92a għandhom ukoll jappoġġjaw in-nefqa amministrattiva sa massimu ta’ EUR 18 000 000 fi prezzijiet kostanti tal-2018 .

Raġuni

L-impenn tar-riżorsi disponibbli għandu jinfirex b’mod aktar regolari fuq l-2021 u l-2022 (65 % u 35 % rispettivament) sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-benefiċjarji mal-għeluq tal-Programmi Operattivi 2014-2020 u l-bidu tal-Programmi Operattivi 2021-2027. Ir-riżorsi addizzjonali li jappoġġjaw in-nefqa amministrattiva għandhom jiġu espressi fi prezzijiet kostanti. L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs.

Emenda 13

COM (2020) 451 final — Parti 1

Emenda l-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 92b, paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali bħala approprjazzjonijiet mill-Fondi Strutturali għall-2020 u l-2021 għal kull Stat Membru skont il-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fl-Anness VIIa. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi riveduta fl-2021 biex jiġi stabbilit it-tqassim tar-riżorsi addizzjonali għal-2022 abbażi tad-data disponibbli sad-19 ta’ Ottubru 2021.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali bħala approprjazzjonijiet mill-Fondi Strutturali għall-2020 u l-2021 għal kull Stat Membru skont il-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fl-Anness VIIa. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi riveduta fl-2021 biex jiġi stabbilit it-tqassim tar-riżorsi addizzjonali għal-2022 abbażi tad-data disponibbli sad-19 ta’ Ottubru 2021. Fejn applikabbli, din għandha tiġi riveduta wkoll fl-2022 fir-rigward tal-impenji baġitarji fl-2023 u l-2024. Ir-reviżjonijiet għandhom jiżguraw li l-programmi operazzjonali ma jiġux affettwati b’mod negattiv.

Raġuni

L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs.

Emenda 14

COM (2020) 451 final — Parti 1

Emenda l-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 92b, paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76, l-impenji baġitarji għar-riżorsi addizzjonali fir-rigward ta’ kull programm operattiv ikkonċernat għandu jsir għal kull Fond għas-snin 2020, 2021 u 2022.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76, l-impenji baġitarji għar-riżorsi addizzjonali fir-rigward ta’ kull programm operattiv ikkonċernat għandu jsir għal kull Fond għas-snin 2020, 2021 u 2022.

L-impenn legali li ssir referenza għalih fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 76 għas-snin 2021 u 2022 għandu jidħol fis-seħħ mid-data li ssir referenza għaliha fl-Artiklu 4(3) ta’ [ir-Regolament ERI].

L-impenn legali li ssir referenza għalih fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 76 għas-snin 2021 u 2022 għandu jidħol fis-seħħ mid-data li ssir referenza għaliha fl-Artiklu 4(3) ta’ [ir-Regolament ERI].

It-tielet u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 76 ma għandux japplika fir-rigward tar-riżorsi addizzjonali.

It-tielet u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 76 ma għandux japplika fir-rigward tar-riżorsi addizzjonali.

B’deroga mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli ta’ diżimpenn stabbiliti fil-Kapitolu IV tat-Titolu IX tal-Parti II u fl-Artikolu 136 għandhom japplikaw għall-impenji baġitarji abbażi tar-riżorsi addizzjonali li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 92a. B’deroga mill-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, ir-riżorsi addizzjonali ma għandhomx jintużaw għal xi programm jew azzjoni segwenti.

B’deroga mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli ta’ diżimpenn stabbiliti fil-Kapitolu IV tat-Titolu IX tal-Parti II u fl-Artikolu 136 għandhom japplikaw għall-impenji baġitarji abbażi tar-riżorsi addizzjonali li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 92a. B’deroga mill-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, ir-riżorsi addizzjonali ma għandhomx jintużaw għal xi programm jew azzjoni segwenti.

B’deroga mill-Artikoli 86(2) u 136(1), l-impenji ta’ riżorsi addizzjonali għandhom jiġu diżimpenjati skont ir-regoli li għandhom jiġu segwiti għall-għeluq tal-programmi.

B’deroga mill-Artikoli 86(2) u 136(1), l-impenji ta’ riżorsi addizzjonali għandhom jiġu diżimpenjati skont ir-regoli li għandhom jiġu segwiti għall-għeluq tal-programmi.

Kull Stat Membri għandu jalloka r-riżorsi addizzjonali disponibbli għall-ipprogrammar taħt il-FEŻR u l-FSE għall-programmi operattivi.

Kull Stat Membri għandu jalloka r-riżorsi addizzjonali disponibbli għall-ipprogrammar taħt il-FEŻR u l-FSE għall-programmi operattivi.

B’deroga mill-Artikolu 92(7), jista’ jiġi wkoll propost li sehem mir-riżorsi addizzjonali jintuża biex jiżdied l-appoġġ għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“FEAD”) qabel l-allokazzjoni lill-FEŻR u l-FSE, jew fl-istess mument tagħha.

B’deroga mill-Artikolu 92(7), jista’ jiġi wkoll propost li sehem mir-riżorsi addizzjonali jintuża biex jiżdied l-appoġġ għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“FEAD”) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ qabel l-allokazzjoni lill-FEŻR u l-FSE, jew fl-istess mument tagħha.

Wara l-allokazzjoni inizjali tagħhom, ir-riżorsi addizzjonali jistgħu, fuq talba ta’ xi Stat Membru għal emenda ta’ xi programm operattiv skont l-Artikolu 30(1), jiġu trasferiti bejn il-FEŻR u l-FSE, irrispettivament mill-perċentwali li ssir referenza għalihom fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1).

Wara l-allokazzjoni inizjali tagħhom, ir-riżorsi addizzjonali jistgħu, fuq talba ta’ xi Stat Membru għal emenda ta’ xi programm operattiv skont l-Artikolu 30(1), jiġu trasferiti bejn il-FEŻR u l-FSE, irrispettivament mill-perċentwali li ssir referenza għalihom fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1).

L-Artikolu 30(5) ma għandux ikun applikabbli għar-riżorsi addizzjonali. Dawn ir-riżorsi għandhom jiġu esklużi mill-bażi tal-kalkolu għall-fini tal-limiti massimi stabbiliti f’dak il-paragrafu.

L-Artikolu 30(5) ma għandux ikun applikabbli għar-riżorsi addizzjonali. Dawn ir-riżorsi għandhom jiġu esklużi mill-bażi tal-kalkolu għall-fini tal-limiti massimi stabbiliti f’dak il-paragrafu.

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt (f) tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-kundizzjoni li l-approprjazzjonijiet ikunu għall-istess objettiv ma għandhiex tapplika għar-rigward ta’ dawn it-trasferimenti. It-trasferimenti jistgħu japplikaw biss għas-sena li tkun għaddejja jew għal snin fil-futur fil-pjan finanzjarju.

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt (f) tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-kundizzjoni li l-approprjazzjonijiet ikunu għall-istess objettiv ma għandhiex tapplika għar-rigward ta’ dawn it-trasferimenti. It-trasferimenti jistgħu japplikaw biss għas-sena li tkun għaddejja jew għal snin fil-futur fil-pjan finanzjarju.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92(4) ma għandhomx japplikaw għall-allokazzjoni inizjali jew għat-trasferimenti sussegwenti tagħhom.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92(4) ma għandhomx japplikaw għall-allokazzjoni inizjali jew għat-trasferimenti sussegwenti tagħhom.

L-ammonti allokati lill-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ skont l-Artikolu 92(5) skont il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma għandhomx ikunu affettwati.

L-ammonti allokati lill-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ skont l-Artikolu 92(5) skont il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma għandhomx ikunu affettwati.

Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ikunu implimentati skont ir-regoli tal-Fond li lilhom ikunu allokati jew trasferiti.

Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ikunu implimentati skont ir-regoli tal-Fond li lilhom ikunu allokati jew trasferiti.

Emenda 15

COM (2020) 451 final — Parti 1

Emenda l-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 92b, paragrafu 5, subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membri għandu jalloka r-riżorsi addizzjonali disponibbli għall-ipprogrammar taħt il-FEŻR u l-FSE għall-programmi operattivi.

Kull Stat Membri għandu jalloka , skont il-prinċipji ta’ Sħubija u governanza f’diversi livelli skont l-Artikolu 5, ir-riżorsi addizzjonali disponibbli għall-ipprogrammar skont l-FEŻR u l-FSE għall-programmi operattivi.

Raġuni

L-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll partijiet interessati rilevanti oħra għandu jkollhom rwol attiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali.

Emenda 16

COM (2020) 451 final — Parti 1

Emenda l-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 92b, paragrafu 7, subparagrafu 2 u 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 134(2) għall-prefinanzjament annwali fis-snin 2021, 2022 u 2023, l-ammont tal-appoġġ mill-Fondi għall-perjodu ta’ pprogrammar kollu kemm hu lill-programm operattiv għandu jinkludi r-riżorsi addizzjonali.

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 134(2) għall-prefinanzjament annwali fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 , l-ammont tal-appoġġ mill-Fondi għall-perjodu ta’ pprogrammar kollu kemm hu lill-programm operattiv għandu jinkludi r-riżorsi addizzjonali.

L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali addizzjonali kif issir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi saldat għal kollox mill-kontijiet tal-Kummissjoni mhux aktar tard minn meta jingħalaq il-programm operattiv.

L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali addizzjonali kif issir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi saldat għal kollox mill-kontijiet tal-Kummissjoni mhux aktar tard minn meta jingħalaq il-programm operattiv.

Raġuni

L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs. Għalhekk qed jiġi ssuġġerit li jinżamm it-test tal-proposta tal-Kummissjoni, li huwa konformi mar-rapport tal-kumitat REGI adottat fil-Parlament Ewropew.

Rakkomandazzjoni sabiex titressaq Emenda 17

COM (2020) 451 final — Parti 1

Emenda l-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 92b, paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-riżorsi addizzjonali mhux allokati għal assistenza teknika għandhom jintużaw skont l-objettiv tematiku imfisser fil-paragrafu 10 għall-appoġġ ta’ operazzjonijiet li jrawmu t-teħid ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija COVID-19 jew it-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija.

Ir-riżorsi addizzjonali mhux allokati għal assistenza teknika għandhom jintużaw skont l-objettiv tematiku imfisser fil-paragrafu 10 għall-appoġġ ta’ operazzjonijiet li jrawmu t-teħid ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija COVID-19 jew it-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija.

L-Istati Membri jistgħu jallokaw ir-riżorsi addizzjonali lil xi ass prijoritarju, wieħed jew ħafna, fi ħdan programm jew programmi operattiv(i) jew lil xi programm operattiv ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 11. B’deroga mill-Artikolu 26(1), il-programm għandu jkopri l-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2022, suġġett għall-paragrafu 4 hawn fuq .

L-Istati Membri jistgħu jallokaw ir-riżorsi addizzjonali lil xi ass prijoritarju, wieħed jew ħafna, fi ħdan programm jew programmi operattiv(i) jew lil xi programm operattiv ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 11. B’deroga mill-Artikolu 26(1), il-programm għandu jkopri l-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2022, jew sal-31 ta’ Diċembru 2024 fejn tapplika d-deroga msemmija fil-paragrafu 2, suġġett għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu .

Fil-każ tal-FEŻR, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw fl-appoġġ għall-investiment fi prodotti u servizzi għal servizzi tas-saħħa, biex jingħata appoġġ fil-forma ta’ kapital ta’ ħidma jew appoġġ għall-investiment lill-SMEs, investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, investimenti fl-infrastruttura li jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadini, u miżuri ekonomiċi fir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq is-settur l-aktar affettwati mill-kriżi.

Fil-każ tal-FEŻR, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw fl-appoġġ għall-investiment fi prodotti u servizzi għal servizzi tas-saħħa, biex jingħata appoġġ fil-forma ta’ kapital ta’ ħidma jew appoġġ għall-investiment lill-SMEs, investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, investimenti fl-infrastruttura li jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadini, u miżuri ekonomiċi fir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq is-settur l-aktar affettwati mill-kriżi.

Fil-każ ta’ FSE, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw biex jingħata appoġġ liż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u appoġġ lil dawk li jaħdmu għal rashom, anki meta dak l-appoġġ ma jkunx ikkombinat ma’ miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux impost bil-liġi nazzjonali. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ukoll ikunu ta’ appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari għal nies f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, miżuri ta’ impjiegi għaż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, b’mod partikolari b’appoġġ għat-tranżizzjonijiet marbuta ma’ xulxin, dik ekoloġika u dik diġitali, u biex jitjieb l-aċċess għas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali, inkluż għat-tfal.

Fil-każ ta’ FSE, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw biex jingħata appoġġ liż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u appoġġ lil dawk li jaħdmu għal rashom, anki meta dak l-appoġġ ma jkunx ikkombinat ma’ miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux impost bil-liġi nazzjonali. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ukoll ikunu ta’ appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari għal nies f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, miżuri ta’ impjiegi għaż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, b’mod partikolari b’appoġġ għat-tranżizzjonijiet marbuta ma’ xulxin, dik ekoloġika u dik diġitali, u biex jitjieb l-aċċess għas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali, inkluż għat-tfal.

Raġuni

L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs.

Emenda 18

COM (2020) 451 final — Parti 1

Emenda l-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 92b, paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Bl-eċċezzjoni tal-assistenza teknika li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 6 u tar-riżorsi addizzjonali użati għall-FEAD li ssir referenza għalihom fis-seba’ subparagrafu tal-paragrafu 5, ir-riżorsi addizzjonali għandhom isostnu operazzjonijiet skont l-objettiv tematiku l-ġdid “Trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija”, li jikkumplimenta l-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9.

Bl-eċċezzjoni tal-assistenza teknika li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 6 u tar-riżorsi addizzjonali użati għall-FEAD jew għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li ssir referenza għalihom fis-seba’ subparagrafu tal-paragrafu 5, ir-riżorsi addizzjonali għandhom isostnu operazzjonijiet skont l-objettiv tematiku l-ġdid “Trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija”, li jikkumplimenta l-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9.

L-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu jkun disponibbli b’mod esklussiv għall-ipprogrammar tar-riżorsi addizzjonali. B’deroga mill-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 96(1), ma għandux ikun ikkombinat ma’ xi prijoritajiet oħra ta’ investiment.

L-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu jkun disponibbli b’mod esklussiv għall-ipprogrammar tar-riżorsi addizzjonali. B’deroga mill-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 96(1), ma għandux ikun ikkombinat ma’ xi prijoritajiet oħra ta’ investiment.

L-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu wkoll jikkostitwixxi l-prijorità ta’ investiment unika għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali mill-FEŻR u l-FSE.

L-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu wkoll jikkostitwixxi l-prijorità ta’ investiment unika għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali mill-FEŻR u l-FSE.

Fejn ass wieħed prijoritarju jew aktar ikunu stabbilit li jikkorrispondi għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu fi ħdan programm operattiv eżistenti, l-elementi elenkati fil-punti (b)(v) u (vii) tal-Artikolu 96(2) ma għandhomx ikunu meħtieġa għad-deskrizzjoni tal-assi prijoritajiet fil-programm operattiv rivedut.

Fejn ass wieħed prijoritarju jew aktar ikunu stabbilit li jikkorrispondi għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu fi ħdan programm operattiv eżistenti, l-elementi elenkati fil-punti (b)(v) u (vii) tal-Artikolu 96(2) ma għandhomx ikunu meħtieġa għad-deskrizzjoni tal-assi prijoritajiet fil-programm operattiv rivedut.

Il-pjan ta’ finanzjament rivedut stabbilit fl-Artikolu 96(2)(d) għandu jistabbilixxi l-allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali għas-snin 2020, 2021 u, fejn applikabbli, għall-2022, mingħajr ma jiġu identifikati l-ammonti għar-riżerva ta’ prestazzjoni u mingħajr tqassim skont il-kategorija tar-reġjuni.

Il-pjan ta’ finanzjament rivedut stabbilit fl-Artikolu 96(2)(d) għandu jistabbilixxi l-allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali għas-snin 2020, 2021 u, fejn applikabbli, għall-2022, mingħajr ma jiġu identifikati l-ammonti għar-riżerva ta’ prestazzjoni u mingħajr tqassim skont il-kategorija tar-reġjuni.

B’deroga mill-Artikolu 30(1), it-talbiet għall-emenda ta’ xi programm ippreżentat minn xi Stat Membru għandhom jiġu debitament iġġustifikati u b’mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni tal-bidliet fuq il-programm dwar it-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkaġunat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fit-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija. Għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm rivedut.

B’deroga mill-Artikolu 30(1), it-talbiet għall-emenda ta’ xi programm ippreżentat minn xi Stat Membru għandhom jiġu debitament iġġustifikati u b’mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni tal-bidliet fuq il-programm dwar it-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkaġunat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fit-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija. Għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm rivedut.

Emenda 19

COM (2020) 451 final — Parti 1

Emenda l-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 92b, paragrafu 10, subparagrafu ġdid wara s-subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

B’deroga mill-Artikolu 29(3) u (4) u l-Artikolu 30(2), il-Kummissjoni għandha tapprova kwalunkwe emenda għal programm operattiv eżistenti jew kwalunkwe programm operattiv iddedikat ġdid mhux aktar tard minn għaxart ijiem ta’ xogħol mill-preżentazzjoni tiegħu minn Stat Membru.

Raġuni

Programmi operattivi riveduti jew ġodda għandhom jiġu approvati mill-aktar fis possibbli fil-kuntest tal-objettivi ta’ REACT-EU.

Emenda 20

COM (2020) 451 final — Parti 1

Emenda l-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 92b, paragrafu 11, subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

B’deroga mill-Artikolu 56(3) u 114(2), l-Istati Membri għandhom jaraw li sal-31 ta’ Diċembru 2024 ssir mill-anqas evalwazzjoni waħda dwar l-użu tar-riżorsi addizzjonali biex issir evalwazzjoni tal-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom u kif huma kkontribwew għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

B’deroga mill-Artikolu 56(3) u 114(2), l-Istati Membri għandhom jaraw li sal-31 ta’ Diċembru 2024 , jew sal-31 ta’ Diċembru 2026 fejn tapplika d-deroga msemmija fis-subparagrafu 3 tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, issir mill-anqas evalwazzjoni waħda dwar l-użu tar-riżorsi addizzjonali biex issir evalwazzjoni tal-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom u kif huma kkontribwew għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

Raġuni

L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs. Għalhekk huwa ssuġġerit li tinżamm il-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tar-regola ta’ diżimpenn u l-estensjoni sal-2024, li hija konformi mar-rapport REGI adottat fil-Parlament Ewropew.

Emenda 21

COM (2020) 451 final — Parti 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Anness, paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-regoli deskritti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jirriżultaw f’allokazzjonijiet għal kull Stat Membru għall-perjodu sħiħ bejn l-2020 sal- 2022 li jkunu ogħla minn

Ir-regoli deskritti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jirriżultaw f’allokazzjonijiet għal kull Stat Membru għall-perjodu sħiħ bejn l-2020 sal- 2024 li jkunu ogħla minn

(a)

dawk għall-Istati Membri li l-ING per capita tagħhom (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 jkun ’il fuq mill-109 % tal-medja tal-UE-27: 0,07  % tal-PDG reali tagħhom tal-2019;

(a)

dawk għall-Istati Membri li l-ING per capita tagħhom (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 jkun ’il fuq mill-109 % tal-medja tal-UE-27: 0,07  % tal-PDG reali tagħhom tal-2019;

(b)

għall-Istati Membri li l-medja tal-ING per capita tagħhom (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 tkun ugwali jew ’l isfel mid-90 % tal-medja tal-UE-27: 2,60  % tal-PDG reali tagħhom tal-2019;

(b)

għall-Istati Membri li l-medja tal-ING per capita tagħhom (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 tkun ugwali jew ’l isfel mid-90 % tal-medja tal-UE-27: 2,60  % tal-PDG reali tagħhom tal-2019;

(c)

għal Stati Membri li l-medja tal-ING per capita tagħhom (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 tkun ’il fuq mid-90 % u ugwali għal jew ’l isfel mill-109 % tal-medja tal-UE-27: il-perċentwali miksub permezz ta’ interpolazzjoni lineari bejn iż-0,07  % u t-2,60  % tal-PDG reali tagħhom tal-2019 li jwassal għal tnaqqis proporzjonali tal-perċentwali tal-limitu skont iż-żieda fil-prosperità.

(c)

għal Stati Membri li l-medja tal-ING per capita tagħhom (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 tkun ’il fuq mid-90 % u ugwali għal jew ’l isfel mill-109 % tal-medja tal-UE-27: il-perċentwali miksub permezz ta’ interpolazzjoni lineari bejn iż-0,07  % u t-2,60  % tal-PDG reali tagħhom tal-2019 li jwassal għal tnaqqis proporzjonali tal-perċentwali tal-limitu skont iż-żieda fil-prosperità.

L-ammonti li jeċċedu l-livell stipulat fil-punti minn a) sa c) għal kull Stat Membru jkunu ridistribwiti proporzjonalment lill-allokazzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra kollha li l-medja tal-ING per capita tagħhom (f’PPS) tkun inqas minn 100 % tal-medja tal-UE-27. L-ING per capita (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 huwa dak użat għall-politika ta’ koeżjoni fn-negozjati dwar il-QFP 2021-2027.

L-ammonti li jeċċedu l-livell stipulat fil-punti minn a) sa c) għal kull Stat Membru jkunu ridistribwiti proporzjonalment lill-allokazzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra kollha li l-medja tal-ING per capita tagħhom (f’PPS) tkun inqas minn 100 % tal-medja tal-UE-27. L-ING per capita (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 huwa dak użat għall-politika ta’ koeżjoni fn-negozjati dwar il-QFP 2021-2027.

Raġuni

L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs.

Emenda 22

COM (2020) 451 final — Parti 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Anness, paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għall-finijiet biex tkun ikkalkulata d-distribuzzjoni tar-riżorsi addizzjonali eċċezzjonali għas-snin l-2020 u l-2021:

Għall-finijiet biex tkun ikkalkulata d-distribuzzjoni tar-riżorsi addizzjonali eċċezzjonali għas-snin l-2020 u l-2021:

(a)

Għall-PDG, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: l-ewwel semestru tal-2020;

(a)

Għall-PDG, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: l-ewwel semestru tal-2020;

(b)

Għan-numru ta’ nies bla xogħol u n-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: il-medja minn Ġunju sa Awwissu 2020.

(b)

Għan-numru ta’ nies bla xogħol u n-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: il-medja minn Ġunju sa Awwissu 2020.

(c)

L-allokazzjoni massima li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 tkun multiplikata bis-sehem tar-riżorsi addizzjonali għas-snin l-2020 u l-2021 fit-total tar-riżorsi addizzjonali għas-snin l-2020, l-2021 u l-2022.

(c)

L-allokazzjoni massima li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 tkun multiplikata bis-sehem tar-riżorsi addizzjonali għas-snin l-2020 u l-2021 fit-total tar-riżorsi addizzjonali għas-snin l-2020, l-2021, l-2022 u fejn applikabli l-2023 u l-2024 .

Qabel ma jkun applikat il-metodu deskritt fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ir-riżorsi addizzjonali għas-sena l-2020, ammont li jikkorrispondi għal intensità ta’ għajnuna ta’ EUR 30 għal kull abitant ikun allokat mill-allokazzjoni lir-reġjuni ultraperiferiċi ta’ livell 2 tan-NUTS. Din l-allokazzjoni titqassam skont ir-reġjun u l-Istat Membru b’mod proporzjonali għat-total tal-popolazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni. L-ammont li jibqa’ għas-sena l-2020 jitqassam fost l-Istati Membri skont il-metodu deskritt fil-paragrafi 1 u 2.

Qabel ma jkun applikat il-metodu deskritt fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ir-riżorsi addizzjonali għas-sena l-2020, ammont li jikkorrispondi għal intensità ta’ għajnuna ta’ EUR 30 għal kull abitant ikun allokat mill-allokazzjoni lir-reġjuni ultraperiferiċi ta’ livell 2 tan-NUTS. Din l-allokazzjoni titqassam skont ir-reġjun u l-Istat Membru b’mod proporzjonali għat-total tal-popolazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni. L-ammont li jibqa’ għas-sena l-2020 jitqassam fost l-Istati Membri skont il-metodu deskritt fil-paragrafi 1 u 2.

Raġuni

L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs.

Emenda 23

COM (2020) 451 final — Parti 2

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Anness, paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għall-finijiet li tkun ikkalkulata d-distribuzzjoni tar-riżorsi addizzjonali eċċezzjonali għas-sena l-2022:

Għall-finijiet li tkun ikkalkulata d-distribuzzjoni tar-riżorsi addizzjonali eċċezzjonali għas-snin l-2022 u fejn applikabbli l-2023 u l-2024 :

(a)

Għall-PDG, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: l-ewwel semestru tal-2021;

(a)

Għall-PDG, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: l-ewwel semestru tal-2021;

(b)

Għan-numru ta’ nies bla xogħol u n-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: il-medja minn Ġunju sa Awwissu 2021.

(b)

Għan-numru ta’ nies bla xogħol u n-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: il-medja minn Ġunju sa Awwissu 2021.

c)

L-allokazzjoni massima li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 tkun multiplikata bis-sehem tar-riżorsi addizzjonali għas-sena l-2022 fit-total tar-riżorsi addizzjonali għas-snin l-2020, l-2021 u l-2022”.

(c)

L-allokazzjoni massima li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 tkun multiplikata bis-sehem tar-riżorsi addizzjonali għas-sena l-2022 fit-total tar-riżorsi addizzjonali għas-snin l-2020, l-2021, l-2022 , l-2023 u l-2024” .

Raġuni

L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs.

Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi

COM(2020) 450 final

Emenda 24

COM(2020) 450 final

Emenda l-punt (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

tiddaħħal il-premessa li jmiss (15 a):

“(15a)

Biex tingħata l-flessibilità lill-Istati Membri biex jallokaw u jaġġustaw l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji f’konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, huwa meħtieġ li jingħataw il-possibilità jitolbu trasferimenti limitati mill-Fondi lejn kwalunkwe strument ieħor taħt ġestjoni diretta jew indiretta jew fost il-Fondi fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar jew matul il-fażi ta’ implimentazzjoni.”;

tiddaħħal il-premessa li jmiss (15 a):

“(15a)

Biex tingħata l-flessibilità lill-Istati Membri biex jallokaw u jaġġustaw l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji b’rispons għall-effetti immedjati ta’ kriżi maġġuri u f’konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, huwa meħtieġ li – skont il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija u l-Governanza f’Diversi Livelli  – jingħataw il-possibilità jitolbu trasferimenti tematikament limitati u temporanji mill-Fondi lejn kwalunkwe strument ieħor taħt ġestjoni diretta jew indiretta jew fost il-Fondi fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar jew matul il-fażi ta’ implimentazzjoni.”

Raġuni

Kwalunkwe allokazzjoni mill-ġdid ta’ riżorsi mill-Fondi u/jew bejniethom għandha ssir b’rispons għal kriżi maġġuri u tikkonforma bis-sħiħ mal-prinċipji ta’ sħubija u governanza f’diversi livelli.

Emenda 25

COM(2020) 450 final

Emenda l-punt (6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri fil-Ftehim ta’ Sħubija jew fit-talba għal emenda ta’ programm jistgħu jitolbu t -trasferiment sa 5 % fit-total tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ kull Fond lejn kwalunkwe strument ieħor taħt ġestjoni diretta jew indiretta.

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri – bi qbil mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni rispettivi tagħhom u f’konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija u l-Governanza f’Diversi Livelli – jistgħu jitolbu, b’rispons għal kriżi maġġuri rikonoxxuta mill-Kunsill, fil-Ftehim ta’ Sħubija jew fit-talba għal emenda ta’ programm , it- trasferiment sa 5 % fit-total tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ kull Fond lejn kwalunkwe strument ieħor taħt ġestjoni diretta jew indiretta għal operazzjonijiet konformi mal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni biss .

 

L-Istati Membri, fil-Ftehim ta’ Sħubija jew fit-talba għal emenda ta’ programm, jistgħu jitolbu t -trasferiment sa 5 % fit-total tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ kull Fond lejn Fond jew Fondi oħra. L-Istati Membri jistgħu jitolbu trasferiment addizzjonali sa 5 % fit-total tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali skont il-Fond bejn il-FEŻR, l-FSE+ jew il-Fond ta’ Koeżjoni fil ħdan ir-riżorsi globali tal-Istati Membri taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi.”;

 

L-Istati Membri – bi qbil mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni rispettivi tagħhom u f’konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija u l-Governanza f’Diversi Livelli – jistgħu jitolbu wkoll, b’rispons għal kriżi maġġuri rikonoxxuta mill-Kunsill, fil-Ftehim ta’ Sħubija jew fit-talba għal emenda ta’ programm, it-trasferiment sa 7 % fit-total tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ kull Fond lejn Fond jew Fondi oħra. L-Istati Membri jistgħu jitolbu trasferiment addizzjonali sa 7 % fit-total tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali skont il-Fond bejn il-FEŻR, l-FSE+ jew il-Fond ta’ Koeżjoni fil ħdan ir-riżorsi globali tal-Istati Membri taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi.”;

Raġuni

Minkejja l-konsegwenzi negattivi ta’ kwalunkwe kriżi maġġuri, inkluża l-pandemija tal-COVID-19, l-Istati Membri m’għandhomx jiġu mħeġġa żżejjed biex jirtiraw ir-riżorsi mill-politika ta’ koeżjoni. Min-naħa l-oħra, il-politika ta’ koeżjoni għandha tkun aktar flessibbli sabiex tassorbi x-xokkijiet negattivi potenzjali bħall-pandemija attwali.

Emenda 26

COM(2020) 450 final

Emenda l-punt (8), l-Artikolu 15a ġdid, is-subparagrafu l-ġdid (tal-aħħar)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Il-miżuri msemmija hawn fuq għandhom japplikaw fi żmien 24 xahar jew fejn applikabbli 48 xahar mid-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu. Kwalunkwe estensjoni ta’ dawn il-miżuri tirrikjedi deċiżjoni oħra tal-Kunsill li tirrikonoxxi kriżi maġġuri.

Raġuni

Il-miżuri straordinarji kollha meħuda b’rispons għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali għandhom ikunu limitati għal perjodu ta’ żmien iddefinit b’mod ċar. Dawn il-miżuri għandhom jiġu estiżi biss mill-Kunsill jekk tippersisti kriżi maġġuri. L-awtoritajiet maniġerjali se jkollhom bżonn aktar żmien u flessibbiltà biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs.

Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

COM(2020) 452 final

Emenda 27

COM(2020) 452 final

Emenda l-punt (2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

tiddaħħal il-premessa li jmiss (10b):

“(10b)

Biex tissaħħaħ il-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa pubblika biex jevitaw, jirreaġixxu malajr u jirkupraw minn emerġenzi tas-saħħa, il-FEŻR għandu wkoll jikkontribwixxi għar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa. Barra minn hekk, minħabba li l-pandemija tal-COVID-19 mingħajr preċedent kixfet l-importanza tad-disponibilità immedjata ta’ fornimenti kritiċi biex jingħata rispons effettiv f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEŻR għandu jitwessa’ biex jippermetti għax-xiri ta’ fornimenti neċessarji biex isaħħu r-reżiljenza f’diżastru u biex isaħħu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa. Meta jinxtraw il-fornimenti biex isaħħu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, dawn għandhom ikunu konsistenti mal- istrateġija nazzjonali tas-saħħa u ma jmorrux ‘lil hinn minnha u għandhom jiżguraw il-komplementarjetajiet mal-[Programm tas-Saħħa], kif ukoll il-kapaċitajiet tar-rescEU taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM)’;”

tiddaħħal il-premessa li jmiss (10b):

“(10b)

Biex tissaħħaħ il-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa pubblika biex jevitaw, jirreaġixxu malajr u jirkupraw minn emerġenzi tas-saħħa, il-FEŻR għandu wkoll jikkontribwixxi għar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa. Barra minn hekk, minħabba li l-pandemija tal-COVID-19 mingħajr preċedent kixfet l-importanza tad-disponibilità immedjata ta’ fornimenti kritiċi biex jingħata rispons effettiv f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEŻR għandu jitwessa’ biex jippermetti għax-xiri ta’ fornimenti neċessarji biex isaħħu r-reżiljenza f’diżastru u biex isaħħu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa. Meta jinxtraw il-fornimenti biex isaħħu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, dawn għandhom ikunu konsistenti mal- istrateġiji nazzjonali tas-saħħa u fejn applikabbli, ma’ dawk reġjonali u ma jmorrux ‘lil hinn minnha u għandhom jiżguraw il-komplementarjetajiet mal-[Programm tas-Saħħa], kif ukoll il-kapaċitajiet tar-rescEU taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM)’;”

Raġuni

Evidenti.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti fil-mira ta’ REACT-EU li għandhom l-għan li jindirizzaw l-effetti soċjoekonomiċi negattivi diretti tal-pandemija attwali u ta’ kriżijiet futuri maġġuri oħra, inklużi riżorsi finanzjarji addizzjonali biex titrawwem it-tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi u jiġi ffaċilitat rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti;

2.

jenfasizza l-importanza tal-politika ta’ koeżjoni u l-kapaċità tagħha li tappoġġja l-bliet u r-reġjuni fi żminijiet ta’ kriżi, inkluż bl-użu tal-programmi operattivi eżistenti; jisħaq f’dan il-kuntest li l-isfidi indirizzati minn REACT-EU, jiġifieri l-mitigazzjoni tal-impatt negattiv tal-COVID-19 u t-tħejjija għal rkupru fit-tul, jirrikjedu strateġiji mfassla apposta u adattati territorjalment, peress li l-impatti u l-opportunitajiet territorjali li jirriżultaw minn dawn l-isfidi mhumiex imqassma b’mod ugwali madwar l-UE;

3.

jenfasizza l-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ bejn l-iżborż mgħaġġel ta’ riżorsi ġodda disponibbli, l-investiment effettiv u effiċjenti u l-ħtieġa li jiġu evitati irregolaritajiet, żbalji sistemiċi jew frodi;

4.

itenni t-tħassib tiegħu dwar in-natura temporanja ta’ xi żidiet finanzjarji fil-politika ta’ koeżjoni, li mhux se jikkumpensaw għat-tnaqqis inizjali propost mill-Kummissjoni fl-2018; f’dan il-kuntest, il-KtR jinsisti li l-politika ta’ koeżjoni m’għandhiex titlef il-mira tal-objettivi fit-tul u l-ħtiġijiet tal-iżvilupp tagħha meta timplimenta prijoritajiet fuq medda qasira ta’ żmien;

5.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-miżuri biex jitnaqqas il-piż amministrattiv involut fl-implimentazzjoni tal-programmi;

6.

jieħu nota tal-eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ konċentrazzjoni tematika taħt REACT-EU, iżda jirrakkomanda konċentrazzjoni tematika minima sabiex jiġi żgurat li l-fondi minfuqa fuq it-tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi jkunu konformi mal-għan tan-newtralità klimatika tal-UE għall-2050; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu innovattiv mir-riżorsi addizzjonali biex iqarrbu l-ekonomiji tagħhom lejn perkors ta’ żvilupp ekoloġiku, diġitali u reżiljenti biex ikun żgurat rkupru fit-tul;

7.

jenfasizza li, sabiex jiġi żgurat li l-flus jintefqu fl-oqsma bl-akbar bżonnijiet, il-prinċipji tas-sħubija u tal-governanza f’diversi livelli għandhom jintużaw meta jitfasslu mill-ġdid jew jinħolqu programmi operattivi ġodda biex ikopru allokazzjonijiet finanzjarji REACT-EU jew meta jitwettqu allokazzjonijiet mill-ġdid tar-riżorsi u modifiki tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2020;

8.

jenfasizza li għadd kbir ta’ proġetti f’diversi oqsma għandhom jitħejjew b’mod urġenti u jiġu implimentati b’mod effiċjenti għall-irkupru ġenerali mill-kriżi. Madankollu, dan jista’ jkun imfixkel mill-iskarsezza finanzjarja tal-baġits lokali u reġjonali. Għalhekk, hemm bżonn li jintużaw sorsi ta’ assistenza teknika nazzjonali u tal-UE disponibbli biex jappoġġjaw it-tnedija rapida tal-aktar proġetti importanti li għandhom l-għan li jagħtu bidu ġdid lill-ekonomija;

9.

jisħaq li l-pandemija tal-COVID-19 u l-għeluq unilaterali tal-fruntieri f’għadd ta’ Stati Membri kkawżaw ħsara enormi lir-reġjuni tal-fruntieri li jeħtieġ li tiġi indirizzata kif xieraq, inkluż permezz tal-finanzjament ta’ proġetti transfruntiera; jenfasizza fl-istess waqt li fil-każ ta’ miżuri futuri ta’ lockdown, l-għeluq tal-fruntieri u t-tfixkil sproporzjonat fil-ħajja ta’ persuni li jgħixu f’reġjuni tal-fruntiera għandhom jiġu evitati;

Fir-rigward tar-regolament REACT-EU

10.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni ta’ objettiv tematiku ġdid “Trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku u diġitali tal-ekonomija” għar-riżorsi addizzjonali li għandu jiffaċilita l-ipprogrammar u l-evalwazzjoni ex post tal-interventi mwettqa taħt REACT-EU;

11.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-għażla li tintalab rata ta’ kofinanzjament sa 100 % fil-każ ta’ riżorsi addizzjonali taħt REACT-EU, filwaqt li jitlob ukoll fluss ta’ investiment adegwat u viġilanza akbar fir-rigward ta’ irregolaritajiet possibbli;

12.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-livell ogħla ta’ prefinanzjament għal azzjonijiet appoġġjati mill-finanzjament addizzjonali REACT-EU, li għandu jagħmilha possibbli li jiġu żborżati malajr l-impenji li jkunu saru;

13.

jitlob li r-riżorsi addizzjonali jinfirxu sal-2024 biex l-awtoritajiet maniġerjali jingħataw il-ħin meħtieġ u l-flessibbiltà meħtieġa biex jimplimentaw programm ġdid ta’ dan id-daqs u sabiex jiġu promossi l-effiċjenza u l-effikaċja tal-infiq kif ukoll biex jitnaqqas il-piż amministrattiv;

14.

jissottolinja li l-possibilità ta’ trasferimenti bejn il-kategoriji ta’ reġjuni għandha tintuża biss meta ma jkun hemm l-ebda possibilitajiet oħra ta’ finanzjament u sakemm ikun meħtieġ biss għar-rispons immedjat għat-tifqigħa tal-COVID-19, filwaqt li jitqies l-objettiv ġenerali tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

Fir-rigward tal-emenda għall-proposta tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni tal-2021-2027

15.

jinnota l-flessibilità żejda għat-trasferiment tar-riżorsi finanzjarji mill-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għal strumenti taħt ġestjoni diretta jew indiretta b’rispons għal kriżi maġġuri;

16.

itenni li tali miżuri addizzjonali għandhom ikunu limitati fiż-żmien u fil-kamp ta’ applikazzjoni, filwaqt li wieħed għandu jżomm f’moħħu li kwalunkwe trasferiment m’għandux ifixkel, b’mod partikolari, l-implimentazzjoni jew it-tlestija ta’ investimenti essenzjali fir-reġjuni milquta minn dawn it-trasferimenti;

17.

jenfasizza, fl-istess ħin, li l-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2020, għandha tkun aktar flessibbli sabiex tassorbi x-xokkijiet negattivi potenzjali bħall-pandemija attwali;

18.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-limiti aktar baxxi għat-tneħħija gradwali tal-operazzjonijiet fil-perjodu ta’ pprogrammar futur;

19.

jirrakkomanda li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet għall-għażla ta’ operazzjonijiet li jkunu tlestew fiżikament jew implimentati bis-sħiħ b’rispons dirett għall-effetti negattivi ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

Fir-rigward tal-emenda għar-Regolament dwar il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni tal-2021-2027

20.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ, li jagħmel lill-Istati Membri aktar reżiljenti għal kriżijiet futuri potenzjali. F’dan il-kuntest, il-KtR jisħaq fuq l-importanza ta’ aċċess aħjar għall-finanzjament għall-kumpaniji l-aktar milquta mill-kriżi, mingħajr ma tintilef l-enfasi fuq l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

21.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-estensjoni tal-appoġġ permezz tal-finanzjament tal-kapital operatorju għall-SMEs, li għandu jippermettilhom jirreaġixxu malajr għal kwalunkwe kriżi potenzjali maġġuri li tinħoloq;

22.

jieħu nota tad-deroga mir-rekwiżiti tal-konċentrazzjoni tematika u l-allokazzjoni minima għall-Iżvilupp Urban Sostenibbli b’rispons għal ċirkostanzi eċċezzjonali; il-KtR fl-istess ħin jitlob ambizzjonijiet akbar u l-iżvilupp ta’ strumenti territorjali fil-livell lokali u reġjonali fil-perjodu ta’ wara l-2020;

Fir-rigward tal-emenda għar-Regolament dwar il-FSE tal-2021-2027

23.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal u biex tiżdied il-konċentrazzjoni tematika fuq l-impjieg taż-żgħażagħ peress li dawn il-gruppi wrew li huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti negattivi tal-pandemija tal-COVID-19 u għalhekk jistħoqqilhom ħafna aktar attenzjoni;

24.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-għażla li ssir applikazzjoni għal miżuri temporanji għall-użu tal-FSE Plus;

25.

iwissi li kwalunkwe tnaqqis fil-Programm tas-Saħħa tal-UE jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-istat ta’ tħejjija tal-UE għal pandemiji futuri u jissottolinja s-sinerġiji bejn dak il-programm u l-FSE Plus;

Fl-aħħar nett

26.

jenfasizza li r-reġjuni u l-bliet kienu fuq quddiem nett tal-pandemija tal-COVID-19 u huma l-aħjar postijiet biex jiġi żgurat l-irkupru minn xokkijiet asimmetriċi bħalma hi l-kriżi;

27.

jisħaq għalhekk li l-miżuri ġġustifikati mill-kriżi tal-COVID-19 m’għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jwasslu għal tentattiv biex tiġi ċċentralizzata l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu ta’ wara l-2020;

28.

jenfasizza, bħala konsegwenza, li l-finanzjament deċentralizzat tal-UE għar-reġjuni u l-bliet mhuwiex biss mod effettiv biex jiġu indirizzati xokkijiet negattivi fuq żmien qasir għas-saħħa, iżda wkoll biex jistabbilixxi s-sisien għall-irkupru sostenibbli fuq perjodu ta’ żmien medju u twil;

29.

jitlob f’dan ir-rigward li jkun hemm koordinazzjoni sħiħa bejn l-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni u skemi oħra tal-UE, inkluż il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, sabiex jiġi massimizzat l-impatt pożittiv tagħhom fuq perjodu ta’ żmien medju u twil u tiġi ffurmata s-sistema ta’ twassil effiċjenti tagħhom;

30.

jinnota li l-erba’ proposti leġiżlattivi huma konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

31.

jappoġġja bil-qawwa mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jitlob li dan il-mekkaniżmu jirrispetta l-valuri fundamentali kollha tal-UE, inkluż ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u l-ugwaljanza, f’kull Stat Membru, reġjun u muniċipalità.

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)   ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(2)   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)   Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom, tas-26 ta’ Mejju 2014, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).

(1)  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10-2020-INIT/mt/pdf