ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 437

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
18 ta' Diċembru 2020


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2020/C 437/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar id-distribuzzjoni ta’ dividendi waqt il-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/35 (BĊE/2020/62)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 437/02

Avviż Tal-Kummissjoni Il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Unjoni għall-Istandardizzazzjoni Ewropea, 2021

4

2020/C 437/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10045 — Eurazeo/IK Investment Partners/Questel) ( 1 )

14


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2020/C 437/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2130 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006,kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2129 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

15

2020/C 437/05

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

16

2020/C 437/06

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

17

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 437/07

Rata tal-kambju tal-euro — Is-17 ta' Diċembru 2020

18

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 437/08

Notifika tar-Renju Unit skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar l-Elettriku) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku rigward il-ħatra ta’ Diamond Transmission Partners RB Limited u ta’ Diamond Transmission Partners Galloper Limited bħala operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fir-Renju Unit.

19


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 437/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10021 — Netcompany/Copenhagen Airports/SMARTER AIRPORTS JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

20

2020/C 437/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9956 — DTC/CEPCON/Hornsea One OFTO) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

22

2020/C 437/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10030 — Ube Industries/Mitsubishi Materials Corporation/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

24

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 437/12

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

26

2020/C 437/13

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

34

2020/C 437/14

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

42

2020/C 437/15

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

52


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Diċembru 2020

dwar id-distribuzzjoni ta’ dividendi waqt il-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/35

(BĊE/2020/62)

(2020/C 437/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Marzu 2020, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) li fiha rrakkomanda li tal-anqas sal-1 ta’ Ottubru 2020 l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jħallsu l-ebda dividend u ma jidħlu għal ebda impenn irrevokabbli biex iħallsu dividendi u li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu joqogħdu lura minn xiri lura ta’ ishma mmirat biex tingħata remunerazzjoni lill-azzjonisti. Fis-27 ta’ Lulju 2020, il-BĊE tawwal din ir-rakkomandazzjoni sal-1 ta’ Jannar 2021 billi adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/35 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3). Dawn ir-Rakkomandazzjonijiet kienu bbażati fuq il-kunsiderazzjoni li huwa kruċjali li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkomplu jwettqu r-rwol tagħhom li jiffinanzjaw lill-unitajiet domestiċi, lill-impriżi żgħar u medji u lill-korporazzjonijiet waqt ix-xokk ekonomiku marbut mal-COVID 19. Għalhekk kien meqjus essenzjali li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkonservaw il-kapital sabiex iżommu l-kapaċità tagħhom li jappoġġaw lill-ekonomija f’ambjent ta’ inċertezza akbar ikkawżata mill-pandemija tal-COVID 19. Għal dan il-għan, il-preżervazzjoni ta’ riżorsi kapitali biex tiġi appoġġata l-ekonomija reali u biex jiġi assorbit it-telf tqieset li hija prijorità fuq id-distribuzzjonijiet diskrezzjonali ta’ dividendi u x-xiri lura ta’ ishma.

(2)

Anki bit-titjib fil-kundizzjonijiet makroekonomiċi u t-tnaqqis fil-livell ta’ inċertezza ekonomika minħabba l-pandemija tal-COVID-19 sa mis-27 ta’ Marzu 2020, il-livell ta’ inċertezza jibqa’ għoli b’impatt kontinwat fuq il-kapaċità tal-banek biex ibassru l-ħtiġijiet kapitali tagħhom fuq perijodu medju ta’ żmien. Minħabba l-miżuri ta’ appoġġ pubbliku li għaddejjin bħalissa u d-dewmien konsiderevoli tal-impatt tal-konsegwenzi ekonomiċi fuq il-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jista’ jagħti l-każ li għadu ma mmaterjalizzax l-effett sħiħ tax-xokk ekonomiku relatat mal-COVID-19 fuq is-settur bankarju. Din l-inċertezza persistenti titlob prudenza estrema fil-politiki u l-prattiki ta’ distribuzzjoni tad-dividendi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk, il-BĊE jqis li huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiġu mħeġġa biex ikomplu joqogħdu lura milli jagħmlu distribuzzjonijiet ta’ dividendi u xiri lura ta’ ishma. Fi kwalunkwe każ, huwa ta’ importanza assoluta li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, fid-deliberazzjonijiet tagħhom dwar id-distribuzzjonijiet ta’ dividendi u x-xiri lura ta’ ishma, għandhom ikunu ggwidati mill-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw il-kapital internament minn perspettiva li tħares ‘il quddiem, u mill-impatt tal-konsegwenzi ekonomiċi fuq il-kwalità tal-iskoperturi u l-kapital tagħhom. Barra minn hekk, il-BĊE ġeneralment jikkunsidra li ma jkunx prudenti għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li li jikkunsidraw f’dawk id-deliberazzjonijiet li jagħmlu distribuzzjoni u xiri lura ta’ ishma li jammontaw għal aktar minn 15% tal-profitt akumulat tagħhom għas-snin finanzjarji 2019 u 2020, jew aktar minn 20 punt bażi f’termini tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, skont liema jkun l-aktar baxx.

(3)

Filwaqt li jqis bis-sħiħ l-unità u l-integrità tas-suq intern, il-BĊE jara l-ħtieġa li jidħol f’diskussjonijiet mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati sabiex jiddetermina jekk huwiex xieraq li d-dividendi jitħallsu lil istituzzjoni omm, lil kumpanija azzjonarja finanzjarja omm jew lil kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm li tkun stabbilita fi Stat Membru li mhuwiex Stat Membru parteċipanti. Dawn id-diskussjonijiet għandhom ikunu ggwidati, inter alia, mill-prinċipji ta’ ekwivalenza u reċiproċità bil-għan li jiġi appoġġat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tal-Unjoni bħala ħaġa sħiħa, sabiex tiġi ppreżervata pożizzjoni kapitali soda tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu minn perspettiva prudenzjali u sabiex jingħata kontribut lejn l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni u kull Stat Membru.

(4)

Sabiex jiġi mmassimizzat l-appoġġ għall-ekonomija reali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti għandhom jeżerċitaw ukoll moderazzjoni estrema fil-politiki ta’ distribuzzjoni tagħhom b’mod konformi ma’ din ir-Rakkomandazzjoni.

(5)

Din il-miżura hija ta’ natura temporanja u hija ġġustifikata biss fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali. Fin-nuqqas ta’ żviluppi materjalment avversi, fit-30 ta’ Settembru 2021 il-BĊE beħsiebu jirrevoka r-rakkomandazzjoni u jmur lura għall-valutazzjoni tal-pjanijiet tal-banek dwar kapital u distribuzzjoni abbażi tal-eżitu taċ-ċiklu superviżorju normali,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

I.

1.

Il-BĊE jirrakkomanda li sat-30 ta’ Settembru 2021, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti jeżerċitaw prudenza estrema meta jiddeċiedu dwar jew meta jħallsu dividendi (4) jew iwettqu x-xiri lura ta’ ishma mmirat biex tingħata remunerazzjoni lill-azzjonisti (5).

2.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkun beħsiebhom jiddeċiedu dwar jew iħallsu dividendi jew iwettqu x-xiri lura ta’ ishma mmirat biex tingħata remunerazzjoni lill-azzjonisti għandhom jikkuntattjaw lit-timijiet superviżorji konġunti, bħala parti mid-djalogu superviżorju, sabiex jiddiskutu jekk il-livell tad-distribuzzjoni intenzjonat huwiex prudenti.

3.

Din ir-Rakkomandazzjoni tapplika fuq livell konsolidat ta’ grupp sinifikanti taħt superviżjoni kif definit fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (6) u fuq livell individwali ta’ entità sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefinit fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17), jekk tali entità sinifikanti taħt superviżjoni ma tkunx parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni.

II.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lil entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefinit fl-Artikolu 2(16) u (22) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17).

III.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata wkoll lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefinit fil-punti (7) u (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17). L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma mistennija li japplikaw din ir-Rakkomandazzjoni għal dawk l-entitajiet u gruppi, kif jidhrilhom li huwa xieraq.

IV.

Il-BĊE se jkompli jevalwa s-sitwazzjoni ekonomika u se jikkunsidra mill-ġdid din ir-Rakkomandazzjoni qabel it-30 ta’ Settembru 2021.

V.

Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/35 hija b’dan imħassra.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Diċembru 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  Rakkomandazzjoni BĊE/2020/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2020 dwar id-distribuzzjonijiet tad-dividendi matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/1 (ĠU C 102l, 30.3.2020, p. 1).

(3)  Rakkomandazzjoni BĊE/2020/35 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Lulju 2020 dwar id-distribuzzjoni ta’ dividendi waqt il-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/1 (ĠU C 251, 31.7.2020, p. 1).

(4)  L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jista’ jkollhom diversi forom legali, eż. kumpaniji elenkati u kumpaniji mhux b’ishma konġunti bħal kumpaniji reċiproċi, kooperattivi jew istituzzjonijiet ta’ tfaddil. It-terminu “dividend” kif użat f’din ir-Rakkomandazzjoni jirreferi għal kwalunkwe tip ta’ żbors ta’ kontanti b’rabta ma’ kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li għandu l-effett li jnaqqas il-kwantità jew il-kwalità ta’ fondi proprji.

(5)  Jekk istituzzjoni finanzjarja tkun trid tissostitwixxi ishma ordinarji, dan ikun konformi ma’ din ir-Rakkomandazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/4


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Unjoni għall-Istandardizzazzjoni Ewropea, 2021

(2020/C 437/02)

Ir-Regolament Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni (1), adottat fl-2012, jipprevedi fl-Artikolu 8 tiegħu li “programm ta’ ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea” għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

Għalhekk, dan l-Avviż tal-Kummissjoni jidentifika l-istandards Ewropej u r-riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea li l-Kummissjoni biħsiebha titlob għas-sena 2021, kif ukoll l-objettivi u l-politiki speċifiċi għal dawn l-istandards u r-riżultati.

Dawn l-azzjonijiet dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea huma inkorporati fil-politiki tal-Unjoni, bħat-“tranżizzjonijiet tewmin” (diġitali u ekoloġiċi) kif ukoll is-suq diġitali u dak uniku, l-irkupru ta’ wara l-COVID-19, l-effiċjenza enerġetika u l-klima u l-kummerċ internazzjonali. L-istandards jappoġġaw dawn il-politiki biex jiżguraw li l-prodotti u s-servizzi Ewropej ikunu kompetittivi madwar id-dinja u jirriflettu l-kunsiderazzjonijiet l-aktar avvanzati fir-rigward tas-sikurezza, tas-sigurtà, tas-saħħa u tal-ambjent.

L-istandards u r-riżultati speċifiċi li l-Kummissjoni biħsiebha titlob huma ppreżentati fl-Anness ta’ dan l-avviż, u jikkonċernaw l-oqsma ta’ politika li ġejjin:

L-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija

Il-batteriji

L-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku

Il-liftijiet

Il-metroloġija

Is-servizzi postali

L-akkwist pubbliku

L-oġġetti għall-indukrar tat-tfal

Il-punti tar-riforniment tal-fjuwil, tal-iċċarġjar

It-tagħmir tal-baħar

L-apparat mediku

L-ilma tajjeb għax-xorb

Is-Servizz ta’ Pedaġġ Elettroniku

Is-sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Il-Pjattaformi Online

L-Identità Diġitali

Il-Kuntratti Intelliġenti

Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni se tkompli ssegwi l-iżviluppi fl-istandardizzazzjoni fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti tal-Amerka, kif ukoll fi ħdan sħab kummerċjali ewlenin oħra tal-UE. Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll l-istandardizzazzjoni bħala parti essenzjali mill-kapitolu dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (TBT) ta’ kull ftehim ta’ kummerċ ħieles (FTA) innegozjat u se tibqa’ tagħmel hekk fil-futur.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).


ANNESS

Il-prijoritajiet għall-istandardizzazzjoni Ewropea għall-2021 qed jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ standards Ewropej b’appoġġ għat-tranżizzjonijiet tewmin lejn in-newtralità klimatika u t-tmexxija diġitali u fuq it-tisħiħ tal-irkupru u r-reżiljenza tal-industrija Ewropea.

Minħabba ċ-ċirkostanzi marbuta mal-COVID-19, l-iżvilupp ta’ standards korrispondenti għall-aġġornamenti teknoloġiċi u d-domandi tas-suq għall-apparat mediku huwa kruċjali. Dawn l-istandards se jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 dwar l-Apparat Mediku u r-Regolament (UE) 2017/746 dwar Apparat Mediku Dijanjostiku In Vitro – ara l-azzjoni 16 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Bil-għan li tittejjeb is-sikurezza tal-liftijiet permezz tal-evoluzzjonijiet teknoloġiċi reċenti, il-Kummissjoni se titlob reviżjonijiet tal-ħidma ta’ standardizzazzjoni f’dak is-settur. Dawn l-istandards se jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/33/UE dwar il-liftijiet, inkluż il-komponenti ta’ sikurezza tagħhom – ara l-azzjoni 8 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Dwar l-istrumenti tal-kejl, il-Kummissjoni se titlob li l-istandards ikunu jaqblu mat-teknoloġiji l-aktar avvanzati f’dan il-qasam. Dawn l-istandards se jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/31/UE dwar l-Istrumenti tal-Użin Mhux Awtomatiċi u tad-Direttiva 2014/32/UE dwar l-Istrumenti tal-Kejl – ara l-azzjoni 9 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Il-progress fl-interkonnessjoni tan-networks postali u l-interessi tal-utenti jeħtieġu li titħeġġeġ l-istandardizzazzjoni teknika. Il-Kummissjoni se titlob standards relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 97/67/KE dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz – ara l-azzjoni 10 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Fil-qasam tal-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni se titlob standards biex tiġi ffaċilitata l-interoperabbiltà bejn ix-xerrejja u l-fornituri tal-akkwist pubbliku, speċjalment fil-livell transfruntier. Dawn l-istandards se jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku – ara l-azzjoni 11 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Il-Kummissjoni, fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, se titlob għal ħidma ta’ standardizzazzjoni dwar rekwiżiti ġodda tas-sikurezza, li jqisu l-għarfien xjentifiku u tekniku l-aktar avvanzat – ara l-azzjoni 12 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Id-Direttiva 2009/125/KE dwar l-ekodisinn u r-Regolament (UE) 2017/1369 dwar it-tikkettar tal-enerġija wrew li kienu ta’ suċċess kbir u kisbu ffrankar konsiderevoli tal-enerġija matul dawn l-aħħar għaxar snin billi żguraw li jitqiegħdu fis-suq Ewropew prodotti aktar durabbli u li jservu fit-tul. Minn naħa waħda, l-ekodisinn jistabbilixxi limiti minimi biex il-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika u tal-effiċjenza tal-materjali. Min-naħa l-oħra, it-tikketti tal-enerġija jattiraw lill-konsumaturi lejn l-aktar prodotti effiċjenti.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se titlob standards ulterjuri b’appoġġ għal diversi rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija speċifiċi għall-prodott li jkopru, fost l-oħrajn, is-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat, il-fannijiet industrijali, l-unitajiet tal-wiri elettroniċi, l-apparat tat-tkessiħ b’funzjoni ta’ bejgħ dirett jew l-apparat refriġeranti.

Skont l-objettivi tar-Regolament (UE) 2017/1369 dwar it-tikkettar tal-enerġija u d-Direttiva 2009/125/KE dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni se tipproponi l-iżvilupp ta’ standards għall-kejl tal-prestazzjoni enerġetika tal-fannijiet imħaddma minn muturi ta’ potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW, ta’ sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat, ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, ta’ servers u ta’ prodotti tal-ħżin tad-data u possibbilment ta’ prodotti fotovoltajċi (moduli, invertituri u sistemi). Dawn l-istandards se jappoġġaw l-atti ta’ implimentazzjoni relatati mal-kategoriji speċifiċi tal-prodotti – ara l-azzjonijiet 1 sa 5 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Biex il-proposta għal Regolament dwar ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà, ġbir u riċiklaġġ għall-batteriji, il-Kummissjoni se titlob standards li jipprovdu speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati dwar id-disinn u l-manifattura ta’ batteriji elettrokimiċi rikarikabbli b’ħażna interna – ara l-azzjoni 6 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Il-Kummissjoni se titlob standards dwar id-disinn u l-manifattura ta’ batteriji elettrokimiċi rikarikabbli b’ħażna interna li se jtejbu l-aspetti tal-prestazzjoni, id-durabbiltà, l-użu mill-ġdid, l-iskop ġdid u r-riċiklaġġ tagħhom. Dawn l-istandards se jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-Regolament futur tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE – ara l-azzjoni 7 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Se jintalbu standards ġodda biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-punti tal-iċċarġjar tal-elettriku u tal-idroġenu għall-vetturi tqal, inkluż l-interoperabbiltà u s-sikurezza tal-punti ta’ riforniment tal-fjuwil/iċċarġjar għan-navigazzjoni marittima u interna. Dawn l-istandards se jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi – ara l-azzjoni 13 fit-tabella ta’ hawn taħt.

F’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (1) dwar id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u b’appoġġ għad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-infrastrutturi tal-fjuwils alternattivi, il-Kummissjoni se tniedi u se tappoġġa wkoll l-iżvilupp ta’ standards li fihom speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati għall-punti ta’ ċċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil biex titjieb l-adozzjoni ta’ vetturi tqal b’emissjonijiet żero, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ bastimenti innovattivi għan-navigazzjoni marittima u interna. Dawn l-istandards se jappoġġaw ukoll l-irkupru tal-ekosistema ta’ mobbiltà (2) – ara l-azzjoni 14 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Fil-qafas tal-irkupru tal-ekosistema industrijali “Mobilità-Awtomobilistika” u b’appoġġ għad-Direttiva 2014/90/UE dwar it-tagħmir marittimu, il-Kummissjoni se tappoġġa l-iżvilupp ta’ standards għal sistemi fissi tat-tifi tan-nar bi’ trab kimiku niexef għall-protezzjoni tal-vapuri li jġorru gassijiet likwifikati bl-ingrossa. Fl-istess ħin, dawn l-istandards se jżidu s-sikurezza marittima mhux biss għat-tankers tal-gass iżda wkoll għall-vapuri tal-passiġġieri li jaħdmu bil-gass – ara l-azzjoni 15 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-Kummissjoni se titlob standards li għandhom l-għan li jnaqqsu l-użu tal-enerġija u t-telf bla bżonn tal-ilma. Dawn l-istandards se jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva futura tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem – ara l-azzjoni 17 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Il-Kummissjoni se titlob standards biex tiżgura livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ għall-utenti fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/520 – ara l-azzjoni 18 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se titlob għall-iżvilupp ta’ standards biex tiġi indirizzata l-affidabbiltà tas-sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali (3), biex il-pjattaformi online jsiru aktar sikuri (4), biex jiġi appoġġat il-Qafas ta’ Referenza għall-Identità Diġitali Ewropea (5) u għall-implimentazzjoni ta’ kuntratti intelliġenti (6) — ara l-azzjonijiet 19 sa 22 fit-tabella ta’ hawn taħt.

Ref

Titlu tal-azzjoni

Referenza tal-politika/leġiżlattiva

Standards Ewropej/riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea li għandhom jintalbu

Objettivi u politiki speċifiċi għall-istandards Ewropej/riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea li għandhom jintalbu

1

L-ekodisinn

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011 tat-30 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għall-fannijiet b’muturi ta’ potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda għall-fannijiet industrijali.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġi definit numru suffiċjenti ta’ punti operatorji kif ukoll metodu ta’ interpolazzjoni/kalkolu, iżda wkoll li jiġi limitat l-impatt ambjentali ta’fannijiet li jaħdmu b’muturi ta’ potenza elettrika ta’ input ta’ bejn 125 W u 500 kW u li tiżdied il-penetrazzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji li jillimitaw l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dan it-tip ta’ fann.

2

L-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti

L-iżvilupp ta’ standards ġodda biex jitkejlu l-parametri rilevanti tal-prodott bl-użu ta’ metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti.

L-objettiv ewlieni huwa li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tal-apparat refriġeranti b’madwar 10 TWh ta’ ffrankar annwali finali tal-enerġija fl-2030.

3

L-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u tal-iżvilupp ta’ standards ġodda għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi li jkopru funzjoni ta’ kodifikazzjoni b’medda dinamika qawwija (HDR) u livelli ta’ riżoluzzjoni ogħla minn k (jew HD), l-iffissar ta’ metodu ta’ ttestjar speċifiku għall-imġibiet tal-ABC, u l-adattament tal-metodi ta’ verifika għall-kontenut tal-addittivi tal-plastik.

L-objettiv ewlieni huwa li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tat-televiżjonijiet, tal-moniters u tal-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar diġitali.

4

L-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat skont id-Direttiva 2009/125/KE u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl

Reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda li jkopru proċeduri u metodi għall-kejl tal-parametri meħtieġa għal lampi fluworexxenti u lampi bi skariku ta’ intensità għolja, għal ballasts li kapaċi jħaddmu lampi bħal dawn, għal luminarji li kapaċi jħaddmu lampi bħal dawn għal luminarji għat-tidwil tal-uffiċċji u għal luminarji għat-tidwil tat-toroq.

L-objettiv ewlieni huwa li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija ta’ sorsi tad-dawl b’madwar 41,9 TWh ta’ ffrankar annwali finali tal-enerġija fl-2030.

5

L-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jkopru l-metodi u l-kalkoli għall-kejl tal-parametri meħtieġa.

L-objettiv ewlieni huwa li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’madwar 48 TWh ta’ ffrankar annwali finali tal-enerġija fl-2030.

6

Il-batteriji

PLAN/2019/5391 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà, ġbir u riċiklaġġ għall-batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE dwar il-Batteriji

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda li jkopru t-testijiet tal-kejl għall-pakketti/moduli tal-batteriji fir-rigward tad-disinn u l-manifattura ta’ batteriji elettrokimiċi rikarikabbli b’ħażna interna.

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni fil-leġiżlazzjoni applikabbli, b’mod partikolari, biex jiġu deskritti l-passi u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kejl tal-parametri li ġejjin: il-Kapaċità, il-Qawwa, ir-Reżistenza interna, ir-Ritenzjoni tal-kapaċità, it-Tnaqqis tal-potenza (Power fade), iż-Żieda fir-reżistenza interna, l-Effiċjenza tal-enerġija taċ-ċiklu ta’ ċċarġjar u skarikar (Energy round trip efficiency). L-istandards mitluba għandhom jipprovdu wkoll gwida dwar kif jiġi żgurat li d-disinn modulari u t-tekniki ta’ assemblaġġ riversibbli jiffaċilitaw il-manutenzjoni, it-tiswija u l-użu mill-ġdid tal-pakketti u tal-moduli tal-batteriji.

7

L-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku

PLAN/2019/5391 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà, ġbir u riċiklaġġ għall-batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE dwar il-Batteriji

Reviżjoni tal-istandards Ewropej eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għall-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u skart ta’ batteriji fir-rigward ta’ i) riċiklaġġ ta’ kwalità għolja effiċjenti fl-użu tal-materjali u tħejjija għall-użu mill-ġdid ta’ flussi ewlenin ta’ skart: skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku — WEEE (inkluż pannelli fotovoltajċi), skart ta’ batteriji, vetturi li ma għadhomx jintużaw u skart ta’ mtieħen tar-riħ, u ii) rekwiżiti ta’ kwalità għall-UE kollha għal materja prima sekondarja.

L-objettiv ewlieni ta’ din l-azzjoni anċillari huwa li tappoġġa l-Patt Ekoloġiku Ewropew fl-ambizzjonijiet biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tal-industrija lejn ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima. Għal dan il-għan, it-teknoloġiji sostenibbli huma kruċjali, u jeħtieġ li jiġu esplorati strateġiji biex jiġu rkuprati riżorsi prezzjużi bħall-materja prima kritika fil-proċessi. L-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u l-iskart ta’ batteriji huma żewġ flussi ta’ skart (ta’ prodotti fi tmiem il-ħajja tagħhom) magħrufa li fihom materji primi kritiċi. L-istabbiliment, jew l-ikkomplementar ta’ standards Ewropej dwar il-ġestjoni, inkluż ta’ dawn il-flussi ta’ skart, ikun rilevanti biex tiżdied iċ-ċirkolarità tal-materja prima kritika fil-prodotti elettroniċi, fil-batteriji u fi flussi oħra ta’ skart.

8

Il-liftijiet

Id-Direttiva 2014/33/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet

Reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti, b’mod partikolari tas-serje EN 81 u l-iżvilupp ta’ standards ġodda għal-liftijiet.

L-objettiv ewlieni huwa li tittejjeb is-sikurezza u li jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq, b’mod partikolari għall-SMEs. Dan se jikkontribwixxi għall-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE fis-suq globali fejn l-istandards huma rikonoxxuti b’mod wiesa’. Il-konsumaturi u s-sidien tal-bini se jibbenefikaw minn aktar sikurezza mtejba. L-operaturi ekonomiċi se jibbenefikaw minn ċertezza legali. Il-piż amministrattiv mhux meħtieġ se jitnaqqas permezz tat-tneħħija ta’ elementi oħra għajr l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-prodotti. L-aċċessibbiltà tal-ambjent mibni se tittejjeb.

9

Il-metroloġija

Id-Direttiva 2014/31/UE Strumenti tal-Użin Mhux Awtomatiċi

Id-Direttiva 2014/32/UE Strumenti tal-Kejl

Reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti.

L-objettiv ewlieni huwa li l-istandards eżistenti jiġu aġġornati għall-progress tekniku f’konformità mal-iżvilupp teknoloġiku l-aktar avvanzat attwali.

10

Is-servizzi postali

Id-Direttiva 97/67/KE dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz

Ir-reviżjoni tal-istandards Ewropej eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda fil-qasam tal-kwalità tas-servizz.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġi appoġġat il-forniment ta’ servizz postali universali fi ħdan is-suq intern.

11

L-akkwist pubbliku

Id-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda fir-rigward ta’ formati tekniċi, l-istandards tal-ipproċessar u tal-messaġġi fil-qasam tal-akkwist pubbliku.

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-formati tekniċi, l-istandards tal-ipproċessar u tal-messaġġi fil-qasam tal-akkwist pubbliku. L-istandards Ewropej li għandhom jiġu żviluppati se jkollhom l-għan li jiffaċilitaw l-interoperabbiltà bejn ix-xerrejja u l-fornituri tal-akkwist pubbliku, speċjalment fil-livell transfruntier. Il-kisba tal-interoperabbiltà hija essenzjali biex jiġi żgurat is-suq uniku fl-Ewropa.

12

L-oġġetti għall-indukrar tat-tfal

Id-Direttiva 2001/95/KE dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (DSĠP)

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda fir-rigward ta’ prodotti tat-tfal li mhumiex ġugarelli.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġu protetti s-sigurtà u/jew is-saħħa tat-tfal. L-istandards Ewropej li għandhom jiġu żviluppati se jgħinu wkoll lill-awtoritajiet pubbliċi billi jipprovdulhom parametri referenzjarji biex iwettqu azzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq u jagħtu ċertezza legali lin-negozji (inklużi l-SMEs).

13

Il-punti tar-riforniment tal-fjuwil, tal-iċċarġjar

PLAN/2019/6184 — Reviżjoni tad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-Implimentazzjoni ta’ Installazzjoni tal-Fjuwils Alternattivi

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għal:

punti tal-iċċarġjar elettriku għall-vetturi heavy-duty (HDVs)

punti ta’ riforniment bl-idroġenu għall-vetturi heavy-duty (HDVs), inkluż il-konnettur rilevanti

komunikazzjoni tal-vettura ma’ grilja (V2G)

L-objettiv ewlieni huwa li jiġu solvuti l-kwistjonijiet attwali tal-interoperabbiltà u tal-funzjonament tekniku assoċjati mal-infrastruttura u l-konsum tal-fjuwils alternattivi. L-istandards Ewropej mitluba se jtejbu wkoll l-adozzjoni mis-suq ta’ HDVs b’emissjonijiet żero f’konformità mal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku.

14

Il-punti tar-riforniment tal-fjuwil, tal-iċċarġjar

Reviżjoni tad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-Installazzjoni ta’ Infrastruttura ta’ Fjuwils Alternattivi

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għall-interoperabbiltà u s-sikurezza tal-punti ta’ riforniment tal-fjuwil/tal-iċċarġjar għan-navigazzjoni marittima u interna fir-rigward ta’:

punti tal-iċċarġjar elettriku għall-bastimenti marittimi

punti tal-iċċarġjar elettriku għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

l-iskambju tal-batteriji għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

punti għar-riforniment tal-idroġenu għal bastimenti marittimi b’ċelloli tal-fjuwil u bl-H2 (FCH)

punti għar-riforniment tal-idroġenu għall-bastimenti FCH tal-passaġġi fuq l-ilma interni

• bunkering tal-metanol

bunkering tal-ammonijaka

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi appoġġata l-introduzzjoni ta’ bastimenti innovattivi għan-navigazzjoni marittima u interna biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku dwar id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport. L-istandards Ewropej mitluba se jipprovdu aktar ċertezza għall-interoperabbiltà fir-riforniment tal-fjuwil innovattiv fil-portijiet interni u marittimi tal-UE.

15

It-tagħmir tal-baħar

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/1170 dwar ir-rekwiżiti ta’ disinn, ta’ kostruzzjoni u ta’ prestazzjoni u l-istandards tal-ittestjar għat-tagħmir tal-baħar, id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE

L-iżvilupp ta’ standard Ewropew ġdid għall-ittestjar ta’ sistemi fissi tat-tifi tan-nar bi’ trab kimiku niexef u ta’ sistemi tat-tifi tan-nar relatati għall-protezzjoni ta’ bastimenti li jġorru gassijiet likwifikati bl-ingrossa u bastimenti li jużaw il-gass bħala propellant.

L-objettiv ewlieni huwa li tittejjeb is-sikurezza marittima. L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali qed tirrevedi l-Linji Gwida għall-approvazzjoni ta’ sistemi fissi tat-tifi tan-nar bi’ trab kimiku niexef għall-protezzjoni tal-vapuri li jġorru gassijiet likwifikati bl-ingrossa, iżda sa issa, ma hemm l-ebda standard ta’ ttestjar validat għal test tan-nar "jet fire" u/jew "cable tray fire". L-iżvilupp ta’ standard bħal dan, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-ISO, għandu jtejjeb is-sikurezza marittima mhux biss għat-tankers tal-gass iżda wkoll għall-vapuri tal-passiġġieri li jaħdmu bil-gass.

16

L-apparat mediku

Ir-Regolament (UE) 2017/745 dwar l-Apparat Mediku u r-Regolament (UE) 2017/746 dwar l-Apparat Mediku Dijanjostiku In Vitro

Ir-reviżjoni tal-istandards eżistenti u l-iżvilupp ta’ standards ġodda għall-apparat mediku u l-apparat mediku dijanjostiku in vitro.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġu aġġornati l-istandards eżistenti għal-livell avvanzat ta’ żvilupp tekniku fit-teknoloġiji settorjali sabiex l-utenti u l-pazjenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-ogħla livell ta’ sikurezza.

17

L-ilma tajjeb għax-xorb

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

COM/2017/0753 final — 2017/0332 (COD)

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda fir-rigward ta’ metodi analitiċi, inkluż il-limiti ta’ detezzjoni, il-valuri tal-parametri u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni għall-monitoraġġ ta’ sustanzi rilevanti, b’mod partikolari s-sustanzi per- u polifluworoalkiliċi (PFAS).

L-objettiv ewlieni huwa li jiġi żgurat li kulħadd ikollu aċċess għal provvista minima tal-ilma u li l-ilma tax-xorb jiġi ġestit b’mod effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli, u b’hekk jgħin biex jitnaqqas l-użu tal-enerġija u t-telf bla bżonn tal-ilma.

18

Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku

Id-Direttiva (UE) 2019/520 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/203 dwar il-klassifikazzjoni tal-vetturi, l-obbligi tal-utenti tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku, ir-rekwiżiti għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-kriterji minimi ta’ eliġibbiltà għall-korpi notifikati, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/204 dwar l-obbligi dettaljati tal-fornituri tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku, il-kontenut minimu tad-dikjarazzjoni tad-dominju tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku, l-interfaċċji elettroniċi, ir-rekwiżiti għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għall-interfaċċi elettroniċi għall-użu mill-fornituri tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku u mill-kolletturi tal-pedaġġi li jiżguraw il-funzjonament adegwat tas-sistema tar-rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi (ANPR).

L-objettiv ewlieni huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ għall-utenti fl-Unjoni kollha u li jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni fost l-operaturi ekonomiċi rilevanti li jittrattaw il-pedaġġ tat-triq u l-pedaġġ elettroniku, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Indirettament, dawk l-istandards jikkontribwixxu wkoll għal spejjeż aktar baxxi li jibbenefikaw minnhom il-konsumaturi b’mod partikolari.

19

Is-sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi rekwiżiti għall-Intelliġenza Artifiċjali

https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/e4c43528-ccfc-11ea-adf7-01aa75ed71a1/language-en

L-iżvilupp ta’ standards u linji gwida Ewropej ġodda għal sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jindirizzaw l-affidabbiltà inkluż pereżempju aspetti ta’ responsabbiltà, trasparenza, robustezza, aċċessibbiltà u inklużività tad-diżabbiltà, ġustizzja, privatezza u użu etiku.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġi żgurat li, permezz ta’ standards, is-sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali jkunu affidabbli, ikunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini u għas-soċjetà, jirrispettaw il-valuri fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti fl-Ewropa, isaħħu l-kompetittività Ewropea u jiġu regolati b’mod xieraq matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

20

Il-Pjattaformi Online

PLAN/2020/7444: Proposta għal Att dwar is-Servizzi Diġitali

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/digital-services-act-package

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għal diversi proċessi dwar it-trattament ta’ kontenut iġġenerat mill-utenti, bħal sottomissjoni ta’ avviżi minn utenti privati jew minn senjalaturi fdati, ordnijiet ta’ tneħħija mill-awtoritajiet, obbligi ta’ rappurtar jew mekkaniżmi ta’ lmenti.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġi żgurat li, permezz ta’ standards komuni fl-UE kollha, il-konformità mal-obbligi imposti mill-Att dwar is-Servizzi Diġitali għal xi tipi ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni ssir aktar faċli; u li l-pjattaformi online jsiru aktar sikuri.

21

L-Identità Diġitali

PLAN/2020/8518: Proposta għal Identità Diġitali Ewropea (EUeID)

https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/35274ac3-cd1b-11ea-adf7-01aa75ed71a1/language-en

L-iżvilupp ta’ standards, speċifikazzjonijiet u linji gwida Ewropej ġodda għall-Qafas ta’ Referenza għall-Identità Diġitali Ewropea, li jindirizzaw eż. l-awtentikazzjoni tal-utent, il-komunikazzjoni sigura u l-apparat, il-forniment u l-validazzjoni tal-kredenzjali kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ politika għall-fornituri tal-identità u l-valutazzjoni tal-konformità tagħhom. Se jiġu indirizzati r-rekwiżiti funzjonali, tal-interoperabbiltà, tal-użu u tal-prestazzjoni, kif ukoll is-sigurtà, il-protezzjoni tad-data u l-privatezza.

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ Ekosistema għall-Identità Diġitali Ewropea permezz ta’ qafas/standards ta’ referenza komuni, kif ukoll li tiġi appoġġata l-introduzzjoni ta’ skemi ta’ identità għal identifikazzjoni elettronika Ewropea affidabbli u sigura (EUeID) għaċ-ċittadini u n-negozji biex jawtentikaw bla xkiel is-servizzi online, filwaqt li jimminimizzaw l-iżvelar u jżommu kontroll sħiħ fuq id-data.

22

Il-Kuntratti Intelliġenti

PLAN/2020/7444: Il-pakkett tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali: l-approfondiment tas-Suq Intern u l-kjarifika tar-responsabbiltajiet għas-servizzi diġitali

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/digital-services-act-package

L-iżvilupp ta’ standards Ewropej ġodda għal kuntratti u validaturi intelliġenti li jappoġġaw ir-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 għall-kronogrammi elettroniċi u l-kronogrammi elettroniċi kwalifikati bbażati fuq il-blockchain u r-rekwiżiti essenzjali li għandhom jiġu definiti f’dispożizzjoni ġdida tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku ( “L-Att dwar is-Servizzi Diġitali” futur) għall-kuntratti intelliġenti bbażati fuq assi “tokenizzati”.

L-objettiv ewlieni huwa li jiġi żgurat li, permezz ta’ standards komuni fl-UE kollha, il-kuntratti intelliġenti tal-blockchains ikunu legalment ekwivalenti għal kuntratt bil-miktub barra mill-blockchain u li tali kuntratt ikun rikonoxxut bħala legalment validu mill-qrati fl-Istati Membri kollha tal-UE u li r-rappreżentazzjoni diġitali tal-assi fit-tokens fuq kuntratti intelliġenti tkun korretta u rikonoxxuta legalment minħabba l-involviment ta’ validatur tat-token.


(1)  COM(2019) 640 final.

(2)  SWD(2020) 98 final.

(3)  https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/e4c43528-ccfc-11ea-adf7-01aa75ed71a1/language-en

(4)  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/digital-services-act-package

(5)  https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/35274ac3-cd1b-11ea-adf7-01aa75ed71a1/language-en

(6)  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/digital-services-act-package


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/14


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10045 — Eurazeo/IK Investment Partners/Questel)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 437/03)

Fi 11 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M10045. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/15


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2130 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006,kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2129 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

(2020/C 437/04)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2130 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3) kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2129 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Diċembru 2020, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK u l-Artikolu 8a(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet ddeżinjati.


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 426 I, 17.12.2020, p. 14.

(3)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 426 I, 17.12.2020, p. 1.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/16


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

(2020/C 437/05)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2130 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2129 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar huwa RELEX.1.C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2130, u r-Regolament (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2129.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tkun kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt ta’ aċċess, kif ukoll id-drittijiet ta’ rettifika jew ta’ oġġezzjoni ser jiġi indirizzat skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew minn meta l-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 426 I, 17.12.2020, p. 14.

(4)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 426 I, 17.12.2020, p. 1.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/17


Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2020/C 437/06)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Aleksei Mikhailovich CHALIY; Nikolai Ivanovich RYZHKOV; Valery Vladimirovich KULIKOV; Dmitry Nikolayevich KOZAK; Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV; Vladimir Nikolaevich PLIGIN; Aleksandr Yurevich BORODAI; Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV; Vladimir Abdualiyevich VASILYEV; Alexander Mikhailovich BABAKOV; Sergey Yurievich KOZYAKOV; Mikhail Vladimirovich RAZVOZHAEV u l-kumpanija b'Ishma Konġunti 'Production-Agrarian Union "Massandra"'; il-Kumpannija Pubblika b'Ishma Konġunti "Russian National Commercial Bank; Peace to Luhansk Region u Luhansk Economic Union, persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill qed jikkunsidra li jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel l-1 ta' Jannar 2021, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


Il-Kummissjoni Ewropea

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/18


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta' Diċembru 2020

(2020/C 437/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2246

JPY

Yen Ġappuniż

126,19

DKK

Krona Daniża

7,4398

GBP

Lira Sterlina

0,90050

SEK

Krona Żvediża

10,1335

CHF

Frank Żvizzeru

1,0821

ISK

Krona Iżlandiża

155,40

NOK

Krona Norveġiża

10,5015

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,204

HUF

Forint Ungeriż

355,27

PLN

Zloty Pollakk

4,4423

RON

Leu Rumen

4,8695

TRY

Lira Turka

9,4828

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6052

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5546

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4939

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7093

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6227

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 338,48

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,9820

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0006

HRK

Kuna Kroata

7,5315

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 293,80

MYR

Ringgit Malażjan

4,9419

PHP

Peso Filippin

58,799

RUB

Rouble Russu

89,3049

THB

Baht Tajlandiż

36,554

BRL

Real Brażiljan

6,2136

MXN

Peso Messikan

24,2407

INR

Rupi Indjan

90,1160


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/19


Notifika tar-Renju Unit skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar l-Elettriku”) dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku rigward il-ħatra ta’ Diamond Transmission Partners RB Limited u ta’ Diamond Transmission Partners Galloper Limited bħala operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fir-Renju Unit.

(2020/C 437/08)

Wara d-deċiżjonijiet finali tal-awtorità regolatorja tar-Renju Unit tal-20 ta’ Marzu 2019 u tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ Diamond Transmission Partners RB Limited u ta’ Diamond Transmission Partners Galloper Limited bħala Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni b’Separazzjoni tad-Dritt ta’ proprjetà (l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar l-Elettriku), ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni uffiċjali u l-ħatra ta’ dawn il-kumpaniji bħala Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni li joperaw fir-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar l-Elettriku tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali tista’ tinkiseb minn dan l-indirizz:

Office of Gas and Electricity Markets (Ofgem)

10 South Colonnade

Canary Wharf

E14 4PU London

United Kingdom


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/20


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10021 — Netcompany/Copenhagen Airports/SMARTER AIRPORTS JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 437/09)

1.   

Fil-11 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Netcompany A/S (“Netcompany”, id-Danimarka),

Københavns Lufthavne A/S (“Copenhagen Airports”, id-Danimarka), ikkontrollata bi sħab minn Arbejdsmarkedets Tillægspension u l-Ontario Teachers’ Pension Plan Board,

SMARTER AIRPORTS A/S (“SMARTER AIRPORTS”, id-Danimarka).

Netcompany u Copenhagen Airports jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SMARTER AIRPORTS.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Netcompany: il-forniment ta’ servizzi tal-IT,

Copenhagen Airports: is-sjieda u t-tħaddim tal-ajruporti f’Kastrup u Roskilde, id-Danimarka,

SMARTER AIRPORTS: il-forniment ta’ sistema ġdida ta’ ġestjoni tal-ajruporti lil ajruporti terzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10021 — Netcompany/Copenhagen Airports/SMARTER AIRPORTS JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/22


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9956 — DTC/CEPCON/Hornsea One OFTO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 437/10)

1.   

Fid-9 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Diamond Transmission Corporation Limited (“DTC”, ir-Renju Unit) ikkontrollata minn Mitsubishi Corporation (“Mitsubishi”, il-Ġappun),

Chubu Electric Power Company Netherlands B.V. (“CEPCON”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Chubu Electric Power Co., Inc. (il-Ġappun),

Hornsea One OFTO (ir-Renju Unit).

DTC u CEPCON jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Hornsea One OFTO kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

DTC: kumpanija azzjonarja, li tintegra l-attivitajiet ta’ investiment ta’ Mitsubishi fit-taqsima tat-trażmissjoni. Mitsubishi hija kumpanija kummerċjali globali b’attivitajiet relatati mal-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, il-kimiċi, l-ikel u l-merkanzija ġenerali,

CEPCON: azzjonista fil-proġett ta’ Chubu barra l-pajjiż. Chubu huwa grupp ta’ servizzi multienerġetiċi b’attivitajiet relatati mal-utilità elettrika u intrapriżi relatati, il-provvista tal-gass u s-senserija tal-ħżin termali, negozji tal-enerġija fil-post, konsulenza u investiment barra mill-pajjiż, servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà immobbli u servizzi tal-IT,

Hornsea One OFTO: is-sjieda u t-tħaddim tan-network ta’ trażmissjoni għall-park eoliku fuq il-baħar ta’ Hornsea One.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9956 — DTC/CEPCON/Hornsea One OFTO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/24


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10030 — Ube Industries/Mitsubishi Materials Corporation/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 437/11)

1.   

Fil-11 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Ube Industries, Ltd (il-Ġappun),

Mitsubishi Materials Corporation (il-Ġappun),

Joint Venture (il-Ġappun), ikkontrollata minn Ube Industries, Ltd u Mitsubishi Materials Corporation.

UBE Industries, Ltd u Mitsubishi Materials Corporation jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-impriża bi sħab (joint venture, JV)

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Ube Industries, Ltd: attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ kimiċi, materjali u makkinarju tal-kostruzzjoni,

Mitsubishi Materials Corporation: attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ ram u prodotti ta’ ligi tar-ram, materjali u komponenti elettroniċi, prodotti tal-karbur bis-siment u partijiet sinterizzati, u siment u konkos imħallat lest, tidwib, raffinar u bejgħ ta’ ram, deheb u fidda. Mitsubishi Materials għandha wkoll negozji relatati mal-enerġija, l-ambjent u r-riċiklaġġ.

il-Joint Venture: se tkun attiva fil-manifattura, il-proċess, il-bejgħ, ix-xiri, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-siment u prodotti taċ-ċeramika oħra, l-inġinerija ċivili u l-materjali tal-kostruzzjoni. L-attivitajiet tal-Joint Venture se jkunu ffukati fuq il-Ġappun, l-Asja u l-Paċifiku u l-Istati Uniti tal-Amerka.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10030 — Ube Industries/Mitsubishi Materials Corporation/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/26


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 437/12)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

“ARLANZA”

PDO-ES-A0613-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 25 ta’ Settembru 2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Emenda għall-karatteristiċi organolettiċi: bidliet fid-deskritturi sensorji

EMENDA:

Il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed protetti ġew riveduti. Il-punt 2(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

Din hija emenda standard peress li ma timplikax bidla sostanzjali fil-karatteristiċi tal-prodott. Minflok, tipprovdi deskrizzjoni aktar preċiża skont it-tekniki l-ġodda tal-analiżi sensorja. Il-karatteristiċi u l-profil deskritti fir-rabta, li huma konsegwenza tal-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u dawk umani, huma miżmuma. Għalhekk din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

L-emenda hija meħtieġa sabiex dawn il-karatteristiċi jintrabtu mad-deskritturi li jistgħu jiġu vvalutati minn bord ta’ dewwieqa li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-istandard UNE-EN-ISO 17025.

2.   Aġġornament tal-prattiki enoloġiċi speċifiċi: it-tkabbir, l-ipproċessar u l-maturazzjoni

EMENDA:

Il-formolazzjoni tal-kliem tat-taqsimiet dwar il-prattiki tat-tkabbir, il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid u l-maturazzjoni ġiet riveduta. Il-punti 3(a) u 3(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5(a) tad-Dokument Uniku ġew emendati.

Din hija emenda standard peress li ma timplikax bidla sostanzjali fil-karatteristiċi tal-prodott. Ma taqa’ fl-ebda waħda mill-kategoriji ta’ emendi tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

L-għan huwa li jitneħħew xi kwistjonijiet li ntwerew li ma kinux meħtieġa jew li fil-fatt ma kinux jikkostitwixxu speċifikazzjonijiet tekniċi tal-prodott, bħall-projbizzjoni tal-użu ta’ varjetajiet mhux awtorizzati għat-tħawwil, is-sostituzzjoni ta’ pjanti li ma kibrux, u l-operazzjonijiet tat-tilqim, peress li t-taqsima 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott diġà tispeċifika liema varjetajiet huma awtorizzati għall-produzzjoni tal-inbejjed koperti mid-DOP.

L-obbligu li l-btieti jew it-tankijiet jinksew b’reżini tal-epossi wkoll instab li ma għadux applikabbli.

Fl-aħħar nett, it-taqsima dwar il-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni ġiet riformulata b’mod aktar ċar, peress li r-rekwiżiti tal-maturazzjoni huma stabbiliti fid-definizzjonijiet tat-termini tradizzjonali u tat-termini tat-tikkettar rispettivi, kif ukoll fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

3.   Emenda għar-restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

EMENDA:

Ir-restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbejjed ġew aġġornati billi tbiddlu l-perċentwali minimi tal-varjetajiet fid-diversi tipi ta’ nbid.

Il-punt 3(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5(a) tad-Dokument Uniku ġew emendati.

Hija emenda standard, peress li l-bidliet ma jinvolvu l-ebda bidla fil-karatteristiċi essenzjali tal-prodott (l-inbid tad-DOP “Arlanza”), li huma r-riżultat tal-interazzjoni bejn il-fatturi ambjentali u dawk umani. Dawn ma jinvalidawx ir-rabta u għalhekk din l-emenda ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Din l-emenda għandha l-għan li tadatta għat-tekniki ġodda ta’ produzzjoni u għall-gosti tas-suq. Madankollu, dan l-aġġustament għall-ammonti ta’ kull varjetà ma jibdilx il-karatteristiċi sostanzjali tal-inbejjed protetti.

4.   Aġġornament tat-taqsima dwar ir-rendiment massimu awtorizzat

EMENDA:

Il-limiti massimi tar-rendiment għal kull ettaru ma nbidlux. L-emenda proposta tikkonċerna l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ “roqgħa art b’vinji mħawla”, u t-tħassir tal-punti 3 u 4 minn din it-taqsima (ma jistax jintuża most jew għeneb minn kwalunkwe rendiment żejjed).

Hija temenda t-Taqsima 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-bidla ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Hija emenda standard, peress li l-bidliet ma jinvolvu l-ebda bidla fil-karatteristiċi essenzjali tal-prodott. It-taqsima ġiet sempliċiment riformulata b’mod aktar ċar. Għalhekk, din l-emenda ma tista’ tiġi kklassifikata taħt ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Il-kunċett ta’ “roqgħa art b’vinji mħawla” huwa meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ dawn il-limiti fuq ir-rendiment.

Il-punti mħassrin mhumiex meqjusa neċessarji peress li huma ovvji.

5.   Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-varjetajiet tal-produzzjoni tal-inbid

EMENDA:

Il-varjetajiet ġew ikklassifikati mill-ġdid, fejn tħalliet biss it-“Tinta del País” bħala l-varjetà ewlenija u l-bqija ġew ikklassifikati bħala varjetajiet sekondarji.

It-Taqsima 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku ġew emendati bix-xieraq.

Din hija emenda standard, peress li ma tinvolvi l-ebda bidla fil-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, l-inbid tad-DOP “Arlanza”, li huma r-riżultat tal-interazzjoni bejn il-fatturi ambjentali u dawk umani, u fejn il-varjetà “Tinta del País” se tkompli tkun il-bażi tal-inbejjed tad-DOP. Dawn ma jinvalidawx ir-rabta u għalhekk din l-emenda ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Il-varjetà “Tinta del País” hija predominanti fiż-żona, u tirrappreżenta aktar minn 90 % taż-żona bid-dwieli, u għalhekk tifforma l-bażi għall-inbejjed tad-DOP “Arlanza”. Din l-emenda hija maħsuba biss biex tadatta l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għas-sitwazzjoni attwali tal-inbejjed koperti minn din id-DOP.

6.   Emendi għal xi eċċezzjonijiet

EMENDA:

L-inklużjoni tal-għażla li titnaqqas il-qawwa alkoħolika potenzjali tal-għeneb sa massimu ta’ punt perċentwali wieħed, jekk ikun hemm ġustifikazzjoni teknika li dan mhux se jaffettwa l-kwalità tal-materja prima. Dan it-tnaqqis fl-ebda ċirkostanza ma jista’ jkun marbut ma’ żieda fir-rendimenti massimi.

Hija temenda l-punt 8(b)(1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-bidla ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda minuri li tipprevedi mezz għall-kontroll tal-kwalità tal-prodott finali. Mhux biss ma hemm l-ebda bidla fil-karatteristiċi tal-prodott protett, iżda dan jippermetti li jiġi ggarantit li dawn jinkisbu kull sena. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

L-esperjenza wriet li l-ebda sena tal-għasir ma hija bħal oħra u li d-dwieli huma affettwati b’fatturi naturali varjabbli (temperaturi, xita, ġlata mhux mistennija, pesti u mard, eċċ.) li għandhom impatt fuq il-kwantità u l-kwalità tal-għeneb.

Għalhekk tqies neċessarju li tiġi introdotta din l-għażla biex titnaqqas il-qawwa alkoħolika potenzjali tal-għeneb.

7.   Ġustifikazzjoni għall-ibbottiljar fil-post tal-oriġini

EMENDA:

Formolazzjoni ġdida tal-kliem biex tiġġustifika għaliex l-ippakkjar (l-ibbottiljar) għandu jsir fiż-żona demarkata, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat il-ġdid tal-Kummissjoni (UE) 2019/33. Il-punt li jipprojbixxi l-użu ta’ ppakkjar li jaffettwa l-kwalità jew il-prestiġju tad-DOP tħassar ukoll.

Il-punt 8(b)(2) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

Din il-prattika diġà kienet obbligatorja u għalhekk din l-emenda ma tinvolvi l-ebda restrizzjoni addizzjonali fuq il-kummerċ. Għalhekk, din l-emenda titqies li hija standard, għax ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

L-ewwel emenda hija sempliċiment bidla fil-formolazzjoni tal-kliem biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Fir-rigward tat-tieni waħda, bħala regola, l-inbejjed tad-DOP “Arlanza” huma kkummerċjalizzati fi fliexken. F’każijiet eċċezzjonali biss jistgħu jiġu kkummerċjalizzati f’ippakkjar ieħor, sakemm dan ma jaffettwax il-karatteristiċi tal-kwalità tagħhom. Dan jippermetti rispons aħjar għar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni f’ċerti swieq esterni.

8.   Aġġornament tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar

EMENDA:

L-introduzzjoni tat-termini “vino de pueblo” (inbid tar-raħal) u “fermentado en barrica” (iffermentat fil-bettija), u formulazzjoni ġdida tal-kliem għar-rekwiżiti tat-tikkettar.

Il-punt 8(b)(3) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

Din hija emenda standard, peress li dawn id-dettalji fakultattivi tat-tikkettar jagħtu lill-konsumaturi aktar informazzjoni dwar minn fejn ikun ġej il-prodott u kif dan isir, iżda taħt l-ebda ċirkostanza ma jinvolvu restrizzjoni fuq il-kummerċ. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Dan l-aħħar, l-awtorità kompetenti rregolat l-espressjonijiet relatati mal-użu ta’ unità ġeografika iżgħar, fosthom “vino de pueblo” (inbid tar-raħal) meta mill-inqas 85 % tal-għeneb użat biex isir inbid ikun inqata’ minn irqajja’ li jinsabu fil-konfini ta’ muniċipalità partikolari jew “entità lokali iżgħar”. Din l-emenda hija ġġustifikata mid-domanda dejjem tikber mill-konsumaturi għal informazzjoni li tispeċifika l-provenjenza eżatta minn fost il-muniċipalitajiet u l-postijiet li jiffurmaw id-DOP.

F’konformità mal-Artikolu 55(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar jista’ jidher fuq it-tikketta jekk ikun regolat fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku.

Fir-rigward tal-inbejjed “fermentado en barrica”, tali nbejjed huma prodotti fiż-żona u qabel ma setgħux jagħmlu użu minn din ir-referenza.

Il-formolazzjoni tal-kliem il-ġdida ma fiha l-ebda rekwiżit ġdid, u minflok, it-taqsima kollha kemm hi sempliċiment ġiet ristrutturata biex tkun tista’ tinftiehem aktar.

9.   Adattament tat-taqsima dwar il-verifika tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

EMENDA:

Riformulazzjoni tat-Taqsima 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-bidla ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard, peress li ma tista’ tiġi kklassifikata taħt ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

RAĠUNIJIET:

Allinjament mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018, b’mod partikolari l-Artikolu 19 ta’ dan tal-aħħar, li jistabbilixxi kif għandha titwettaq il-verifika annwali mill-awtorità kompetenti jew mill-korp ta’ kontroll bil-għan li tiġi vverifikata l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-emenda hija parti minn aġġornament neċessarju li jeħtieġ li jsir fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex ikun żgurat li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-istandard UNE-EN-ISO 17065.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Arlanza

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodott tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

INBID – Inbejjed Bojod

Inbejjed bojod: Fid-dehra, l-isfumaturi tagħhom ivarjaw minn isfar jagħti fil-fidda għal isfar dehbi, ċari u/jew brillanti, mingħajr ebda solidu sospiż. Fir-riħa, huma kkaratterizzati minn aromi tal-frott. Fit-togħma, huma nbejjed ibbilanċjati u friski.

Inbejjed bojod maturi: Fid-dehra, l-isfumaturi tagħhom ivarjaw minn isfar jagħti fil-fidda għal isfar dehbi, ċari u/jew brillanti, mingħajr ebda solidu sospiż. Fir-riħa, huma kkaratterizzati minn aromi tal-frott, u jista’ jkollhom ukoll aromi tal-injam. Fit-togħma, huma nbejjed ibbilanċjati u friski li jistgħu jfakkru fil-maturazzjoni fl-injam.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

INBID – Inbejjed Rożè

Inbejjed rożè: Fid-dehra, l-isfumaturi tagħhom ivarjaw minn lewn il-qoxra tal-basal għal aħmar lewn il-frawli, huma ċari u/jew brillanti, mingħajr ebda solidu sospiż.

Fir-riħa, huma kkaratterizzati minn aromi ta’ frott aħmar u/jew iswed. Fit-togħma, huma friski u bbilanċjati.

Inbejjed rożè maturi: Fid-dehra, l-isfumaturi tagħhom ivarjaw minn lewn il-qoxra tal-basal għal roża lewn il-lampun b'distinzjonijiet sottili skont il-maturazzjoni, huma ċari u/jew brillanti, mingħajr ebda solidu sospiż. Fir-riħa, huma kkaratterizzati minn aromi ta’ frott frisk u/jew xiroppi ta’ frott aħmar, u l-preżenza ta’ aromi mill-injam. Fit-togħma, huma friski u bbilanċjati.

(*)

L-inbejjed imqaddma għal aktar minn sena ma għandhomx jaqbżu l-limitu massimu tal-aċidità volatili, li jiġi kkalkulat kif ġej: 1 gramma għal kull litru sa 10 % vol., flimkien ma’ 0,06 grammi għal kull litru għal kull punt perċentwali aktar minn 10%. Fi kwalunkwe każ, l-aċidità volatili ma tistax taqbeż 1,08 g/l espressa bħala aċidu aċetiku.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

INBID - Inbejjed Ħomor

Fid-dehra, l-isfumaturi tagħhom ivarjaw minn aħmar li jagħti fil-vjola ċar għal aħmar li jagħti fil-vjola skur, u l-kulur fil-wiċċ jimplika li huma nbejjed żgħażagħ; l-inbejjed huma ċari, mingħajr solidu sospiż.

Fir-riħa, huma kkaratterizzati minn aromi ta’ frott aħmar u/jew iswed b’intensità medja jew għolja. Fit-togħma, huma bbilanċjati u friski.

(*)

L-inbejjed imqaddma għal aktar minn sena ma għandhomx jaqbżu l-limitu massimu tal-aċidità volatili, li jiġi kkalkulat kif ġej: 1 gramma għal kull litru sa 10 % vol., flimkien ma’ 0,06 grammi għal kull litru għal kull punt perċentwali aktar minn 10%. Fi kwalunkwe każ, l-aċidità volatili ma tistax taqbeż 1,2 g/l espressa bħala aċidu aċetiku.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

INBID - Inbejjed ħomor maturi:

Fid-dehra, l-isfumaturi tagħhom ivarjaw minn aħmar lewn il-granata għal aħmar lewn il-brikks, b'distinzjonijiet sottili skont il-maturazzjoni; huma ċari, mingħajr ebda solidu sospiż. Fir-riħa, huma kkaratterizzati minn aromi bbilanċjati tal-injam u tal-frott, skont kemm idumu jimmaturaw. Fit-togħma, huma xotti b’aċidità bbilanċjata.

(*)

L-inbejjed imqaddma għal aktar minn sena ma għandhomx jaqbżu l-limitu massimu tal-aċidità volatili, li jiġi kkalkulat kif ġej: 1 gramma għal kull litru sa 10 % vol., flimkien ma’ 0,06 grammi għal kull litru għal kull punt perċentwali aktar minn 10 %. Fi kwalunkwe każ, l-aċidità volatili ma tistax taqbeż 1,2 g/l espressa bħala aċidu aċetiku.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

16,67

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika enoloġika speċifika

Qawwa alkoħolika potenzjali minima tal-għeneb: 10,5 % għal varjetajiet bojod u 11,5 % għal varjetajiet ħomor.

Ir-rata massimu tal-estrazzjoni: 72 litru għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb.

Il-perjodi tal-maturazzjoni għall-inbejjed li għalihom jintużaw it-termini “Crianza”, “Reserva” u “Gran Reserva” jingħaddu mill-1 ta’ Novembru tas-sena tal-ħsad.

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed bojod għandhom ikunu prodotti esklussivament mill-varjetajiet bojod Albillo u Viura.

L-inbejjed rożè għandhom jiġu prodotti mill-varjetajiet: Tinta del País, Garnacha Tinta, Mencía, Cabernet Sauvignon, Merlot, Petit Verdot, Albillo Mayor u Viura, bil-varjetajiet ħomor jiffurmaw mill-inqas 50 %.

L-inbejjed ħomor għandhom jiġu prodotti esklussivament mill-varjetajiet ħomor Tinta del País, Garnacha Tinta, Mencía, Cabernet Sauvignon, Merlot u Petit Verdot.

Prattika ta’ kultivazzjoni

Densità minima tad-dwieli: 2 000 dielja għal kull ettaru.

b.   Rendimenti massimi

Varjetajiet tal-għeneb abjad

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

72 ettolitru għal kull ettaru

Varjetajiet ta’ għeneb aħmar

7 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

50,40 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-Provinċja ta’ Burgos:

Avellanosa de Muñó u l-“entitajiet lokali iżgħar”: Pinedillo, Paules del Agua u Torrecítores del Enebral; Ciruelos de Cervera (poligonu katastali 518) u l-“entità lokali iżgħar” ta’ Briongos de Cervera; Cebrecos, Cilleruelo de Abajo, Cilleruelo de Arriba, Covarrubias u l-“entità lokali iżgħar” ta’ Ura; Fontioso, Iglesiarrubia, Lerma u l-“entitajiet lokali iżgħar” ta’: Revilla Cabriada, Castrillo Solarana, Rabé de los Escuderos, Santillán del Agua, Ruyales del Agua and Villoviado; Los Balbases (poligonu katastali 523), Madrigal del Monte, Madrigalejo del Monte u l-“entità lokali iżgħar” ta’ Montuenga; Mahamud, Nebreda, Peral de Arlanza, Pineda Trasmonte, Pinilla Trasmonte, Puentedura, Quintanilla del Agua, Tordueles, Quintanilla del Coco u l-“entità lokali iżgħar” ta’ Castroceniza; Quintanilla de la Mata, Retuerta, Revilla Vallejera, Royuela de Riofranco, Santa Cecilia, Santa Inés, Santa María del Campo, Santibáñez del Val, Santo Domingo de Silos, Solarana, Tordomar, Torrecilla del Monte, Torrepadre, Valles de Palenzuela, Villafruela, Villahoz, Villalmanzo, Villamayor de los Montes, Villangómez u l-“entità lokali iżgħar” ta’ Villafuertes; Villaverde del Monte u Zael.

Il-Provinċja ta’ Palencia:

Baltanás u l-“entità lokali iżgħar” ta’ Valdecañas de Cerrato, Cobos de Cerrato, Cordovilla la Real, Espinosa de Cerrato, Herrera de Valdecañas, Hornillos de Cerrato, Palenzuela, Quintana del Puente, Tabanera de Cerrato, Torquemada, Villahán u Villodrigo.

Fil-muniċipalità ta’ Los Balbases, iż-żona fi ħdan il-poligonu katastali 523 biss hija adatta għall-kultivazzjoni tad-dwieli. Fil-muniċipalità ta’ Ciruelos de Cervera, iż-żona fi ħdan il-poligonu katastali 518 biss hija adatta għall-kultivazzjoni tad-dwieli.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

TEMPRANILLO - TINTA DEL PAIS

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-klima kontinentali estrema (differenzi sinifikanti bejn it-temperaturi ta’ matul il-jum u dawk ta’ matul il-lejl) u l-altitudni huma l-fatturi fiżiċi l-aktar importanti, b’mod partikolari matul il-proċess tal-maturazzjoni (bil-mod u tardiv). Barra minn hekk, ir-rendimenti baxxi taż-żona, miksubin permezz ta’ densità baxxa tad-dwieli u qtugħ kbir tal-uċuħ tar-raba’. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-varjetà “Tinta del País” tikseb karatteristiċi distintivi ħafna li jiddistingwu din iż-żona minn żoni oħra (akkumulazzjoni ta’ polifenoli u prekursuri aromatiċi u bilanċ ideali bejn l-alkoħol u l-aċidità qawwija). L-inbejjed huma rikki fil-polifenoli, ta’ robustezza u aċidità kbira, u b’hekk huma partikolarment adatti għall-maturazzjoni.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Il-proċess tal-produzzjoni tal-inbid jinkludi l-ibbottiljar u r-raffinar tal-inbejjed. Għalhekk, il-karatteristiċi organolettiċi u fiżiċi u kimiċi deskritti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jistgħu jiġu ggarantiti biss jekk l-operazzjonijiet kollha tal-immaniġġjar tal-inbid iseħħu fiż-żona ta’ produzzjoni. L-ibbottiljar tal-inbejjed huwa wieħed mill-fatturi kritiċi għall-ilħuq tal-karatteristiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. B’konsegwenza ta’ dan, u bil-għan li tiġi żgurata l-kwalità u li tiġi pprovduta garanzija fir-rigward tal-oriġini u tal-kontroll, l-ibbottiljar għandu jsir fl-impjanti tal-ibbottiljar f’fabbriki tal-inbid li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

It-tikketti tal-inbejjed protetti għandu jkollhom jidher b’mod prominenti l-isem ġeografiku tad-DOP, “Arlanza”. It-terminu tradizzjonali msemmi fl-Artikolu 112(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa Denominación de Origen (“Denominazzjoni tal-Oriġini”).

Is-sena tal-vendemmja trid tkun indikata fuq it-tikketta, anke jekk l-inbejjed ma jkunux imqaddma.

L-inbejjed ħomor u rożè jistgħu jużaw it-termini tradizzjonali li ġejjin fuq it-tikketta: “Crianza”, “Reserva”, “Gran Reserva” u “Roble”, diment li dawn jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli.

L-inbejjed ħomor u rożè tad-DOP “Arlanza” jistgħu jużaw it-terminu “Roble” fuq it-tikketta jekk jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

L-inbejjed jistgħu jużaw l-espressjoni “Fermentado en barrica” fuq it-tikketta ewlenija skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Skont l-Artikolu 120(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013, l-isem ta’ unità ġeografika oħra li tkun iżgħar miż-żona li tkun il-bażi taż-żona ġeokrafika demarkata ddefinita fil-punt 5 ta’ dan id-Dokument Uniku (muniċipalitajiet u “entitajiet lokali iżgħar”) jista’ jintuża, flimkien mat-terminu “Vino de Pueblo”, sakemm mill-inqas 85 % tal-għeneb użati biex isir l-inbid jiġi minn irqajja’ li jinsabu f’dik l-unità ġeografika iżgħar.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

www.itacyl.es/documents/20143/342640/Ppta+PCC+DOP+ARLANZA+Rev+1.docx/6c7b99b4-7da4-273d-cab8-a8a11e3df07d


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/34


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 437/13)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

“RIBERA DEL GUADIANA”

PDO-ES-A1295-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 29-09-2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Ismijiet ta’ tipi ta’ nbid ġodda

EMENDA:

L-inbejjed bojod, rożè u ħomor li jsiru mingħajr l-użu ta’ btieti tal-injam issa għandu jkollhom it-tikketta joven (“żagħżugħ”).

B’differenza għall-inbejjed l-oħrajn kollha, ma ngħata l-ebda isem għal dawn it-tipi ta’ nbejjed fil-verżjonijiet preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għalhekk, sabiex it-tipi kollha ta’ nbejjed li jsiru jkunu jistgħu jiġu ttikkettati b’deskrittur, it-terminu joven ġie introdott għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor li ma jiġux immaturati fi btieti tal-injam.

It-terminu vino de guarda (li jindika “nbid għall-ħżin”, adegwat għall-maturazzjoni fil-flixkun) issostitwixxa otras elaboraciones en barrica (“inbejjed oħrajn tal-bettija”) bħala tip ta’ nbid aħmar.

Din l-emenda taffettwa t-taqsimiet 2 u 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 4 u 5(a) tad-Dokument Uniku.

Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet iddefiniti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

ĠUSTIFIKAZZJONI:

L-użu tat-terminu joven huwa mod kif dawn l-inbejjed jintgħarfu minn dawk li jgħaddu minn proċess ta' maturazzjoni, għal perjodu ftit jew wisq twil, fi btieti tal-injam.

Fir-rigward tat-terminu vino de guarda, billi l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tfasslet għall-ewwel darba fl-2011, kważi l-ebda nbid ma ġie ċċertifikat bħala otras elaboraciones en barrica minħabba nuqqas ta’ fehim ta’ din it-tikketta fost l-operaturi, anke jekk hemm domanda tas-suq għall-inbejjed b’anqas influwenza tal-injam mit-tipi l-oħrajn immaturati fl-injam.

2.   Bidliet fil-qawwa alkoħolika, fil-kontenut taz-zokkor u fl-aċidità volatili

EMENDA:

Din l-emenda tikkonsisti fil-bidliet li ġejjin:

Għall-inbejjed bojod tat-tip joven (“mhux immaturat”):

Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum hija stabbilita għal 9 %-15 %.

Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 10 % għal 9 %.

Għall-inbejjed bojod li jsiru bl-użu ta’ kontenituri tal-injam:

Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum hija stabbilita għal 9 %-15 %.

Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 10 % għal 9 % għat-tip fermentado en barrica (“iffermentat fil-btieti”).

Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 12,5 % għal 9 % għat-tipi crianza (immaturat għal tal-anqas 18-il xahar), reserva (immaturat għal tal-anqas sentejn) u gran reserva (immaturat għal tal-anqas erba’ snin).

Il-parametru “zokkor riduċenti totali” ġie sostitwit b’“zokkor totali”.

Żdied subtip “nofsu misjur” ġdid u ġew stabbiliti l-valuri tiegħu.

L-aċidità volatili massima issa tiġi kkalkulata abbażi tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum.

Għall-inbejjed rożè:

Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum hija stabbilita għal 9 %-15 %.

Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 11 % għal 9 %.

Il-parametru “zokkor riduċenti totali” ġie sostitwit b’“zokkor totali”.

Żdiedu “nofsu misjur”, “ħelu mezzan” u “ħelu” bħala subtipi u ġew stabbiliti l-valuri tagħhom.

- Għall-inbejjed ħomor tat-tip joven (“mhux immaturat”):

Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum hija stabbilita għal 11 %-15 %.

Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 12 % għal 11 %.

Il-parametru “zokkor riduċenti totali” ġie sostitwit b’“zokkor totali”.

Żdiedu “nofsu misjur”, “ħelu mezzan” u “ħelu” bħala subtipi u ġew stabbiliti l-valuri tagħhom.

Għall-inbejjed ħomor li jsiru fil-btieti tal-injam:

It-tip otras elaboraciones en barrica (“inbejjed oħra tal-bettija”) ingħata l-isem il-ġdid ta’ vino de guarda (li jindika “nbid għall-ħżin”, adegwat għall-maturazzjoni fil-flixkun).

Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum hija stabbilita għal 11 %-15 %.

Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 12 % għal 11 % għat-tipi fermentado en barrica (“iffermentat fil-btieti”) u tinto roble (“aħmar immaturat fil-ballut”).

Il-valur minimu għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum jitnaqqas minn 12,5 % għal 11 % għat-tipi crianza (immaturat għal tal-anqas sentejn), reserva (immaturat għal tal-anqas tliet snin) u gran reserva (immaturat għal tal-anqas ħames snin).

Il-parametru “zokkor riduċenti totali” ġie sostitwit b’“zokkor totali”.

Żdied subtip “nofsu misjur” ġdid u ġew stabbiliti l-valuri tiegħu.

L-aċidità volatili massima issa tiġi kkalkulata abbażi tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum.

Din l-emenda taffettwa t-taqsima 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet iddefiniti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

ĠUSTIFIKAZZJONI:

Is-swieq tal-inbid inbidlu b’mod konsiderevoli minn meta l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tfasslet għall-ewwel darba fl-2011, u issa hemm domanda li dejjem qed tikber għal inbejjed b’inqas alkoħol u tipi ġodda ta’ nbid b’kontenut ġenerali ta’ zokkor ogħla.

L-operaturi li jużaw din id-Denominazzjoni ta’ Oriġini jixtiequ wkoll li l-biċċa l-kbira tal-limiti analitiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jinġiebu f’konformità mar-rekwiżiti legali, u b’hekk l-operaturi individwali jkunu jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti aktar stretti jekk jixtiequ.

Fl-aħħar nett, il-kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit permess għas-subtipi l-ġodda kollha ġie stabbilit għall-ammont massimu permess skont il-liġi tal-UE (għall-kontenut ta’ zokkor tagħhom).

3.   Bidliet fid-deskrizzjonijiet organolettiċi

EMENDA:

Billi l-korp ta’ kontroll ġie akkreditat skont l-istandard UNE EN 170025 (l-istandard ISO/IEC 17025 kif adottat fi Spanja), kien hemm bidliet fil-metodu ta’ ttestjar organolettiku, li rrikjedew l-emendi li ġejjin:

Il-parametru “togħma” issa jissejjaħ “aroma”.

Il-parametru “bilanċ” issa jissejjaħ “bilanċ fit-togħma”.

Żdiedu “ta’ fjuri” u “dderivati mill-fermentazzjoni” mal-listi tal-irwejjaħ u tal-aromi.

Għall-inbejjed nofshom imsajra, ħelwin mezzana u ħelwin, żdiedet il-possibbiltà li jkun hemm ftit ħlewwa fil-parametru “bilanċ fit-togħma”.

Żdiedu lwien ġodda.

Il-parametru li jiddeskrivi l-intensità tal-kulur ingħata l-isem il-ġdid ta’ capa minflok intensidad [terminu Spanjol, li litteralment ifisser “kappa”, użat normalment biex jirreferi għall-intensità tal-kulur].

Din l-emenda taffettwa t-taqsima 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet iddefiniti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

ĠUSTIFIKAZZJONI:

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Bord Regolatorju għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Ribera del Guadiana” (Vindal Laboratorios) ġie akkreditat għall-ittestjar organolettiku tal-inbid skont l-istandard UNE-EN ISO/IEC 17025.

Din l-akkreditazzjoni wasslet għall-bidliet li ġejjin:

ISMIJIET ĠODDA GĦALL-PARAMETRI UŻATI BIEX JIĠU ANALIZZATI L-KARATTERISTIĊI ORGANOLETTIĊI DIFFERENTI

Sabiex jikseb din l-akkreditazzjoni, il-korp kellu jiżviluppa metodu ta’ ttestjar. Skont l-informazzjoni teknika annessa ma’ dan il-metodu, il-valuri analizzati taħt il-parametru “togħma” (“ħelu”, “aċidità”, “alkoħoliku”, “karboniku”) waqgħu taħt l-intestatura “bilanċ” fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Bl-istess mod, id-deskritturi analizzati fil-parametru li issa huwa magħruf bħala “aroma” (“ta’ frott”, “ta’ fjuri”, “idderivati mill-fermentazzjoni”, “ta’ njam” u “ta’ xiwi”) ġew taħt il-parametru “togħma” fil-verżjoni preċedenti.

Dan wassal għall-bidliet li ġejjin:

Il-parametru “togħma” ngħata l-isem il-ġdid ta’ “aroma”.

Il-parametru “bilanċ” issa huwa magħruf bħala “bilanċ fit-togħma”.

ŻIEDA TA’ DESKRITTURI ORGANOLETTIĊI ĠODDA

Fil-metodu ta’ ttestjar akkreditat, “riħa” u “aroma” jiġu vvalutati separatament. B’riżultat ta’ dan, l-irwejjaħ u l-aromi “ta’ fjuri” u “dderivati mill-fermentazzjoni” – deskritturi li ma kinux inklużi fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – ġew identifikati bħala karatteristiċi rikorrenti fi nbejjed li jsiru minn ċerti varjetajiet.

Dan wassal għall-bidliet li ġejjin:

Żdiedu d-deskritturi “ta’ fjuri” u “dderivati mill-fermentazzjoni” bħala karatteristiċi tar-riħa possibbli tal-inbejjed bojod, rożè u ħomor li jsiru mingħajr l-użu tal-injam.

Żdiedu d-deskritturi “ta’ fjuri” u “dderivati mill-fermentazzjoni” bħala karatteristiċi aromatiċi possibbli tal-inbejjed bojod, rożè u ħomor li jsiru mingħajr l-użu tal-injam.

ŻIEDA TA’ KARATTERISTIĊI ORGANOLETTIĊI GĦAS-SUBTIPI L-ĠODDA FIL-KATEGORIJA TAL-INBID

Il-karatteristiċi organolettiċi kellhom jiġu ddefiniti għas-subtipi l-ġodda ta’ nbid li żdiedu, jiġifieri nofsu misjur, ħelu mezzan u ħelu, għat-tipi differenti ta’ nbid.

4.   Bidliet fil-prattiki tal-vinifikazzjoni

EMENDA:

Żdiedu l-proċeduri tal-produzzjoni għas-subtipi l-ġodda (nofsu misjur, ħelu mezzan u ħelu).

Żdiedet id-data tal-bidu għall-proċess tal-maturazzjoni sabiex jiġu standardizzati l-ħinijiet tal-maturazzjoni għat-tipi fermentado en barrica, tinto roble, vino de guarda, crianza, reserva u gran reserva (jiġifieri t-tipi ta’ nbid li jqattgħu tulijiet ta’ żmien differenti jimmaturaw fl-injam).

Sabiex jiġu standardizzati d-daqsijiet tal-kontenituri użati għall-maturazzjoni tal-inbejjed, id-daqsijiet tagħhom żdiedu sal-massimu legali għat-tipi tinto roble u vino de guarda.

Tneħħiet ir-referenza għall-“fermentazzjoni parzjali” għall-inbejjed bojod u ħomor tat-tip fermentado en barrica.

Din l-emenda taffettwa t-taqsima 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5(a) tad-Dokument Uniku.

Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet iddefiniti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

ĠUSTIFIKAZZJONI:

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott qabel kienet tinkludi biss is-subtipi “nofsu misjur”, “ħelu mezzan” u “ħelu” għall-inbejjed bojod mhux immaturati, u kienet tgħid li dawn għandhom isiru f’konformità mar-regoli applikabbli. Issa li dawn is-subtipi ġew estiżi għal tipi oħra ta’ nbid, jagħmel sens li jiġi speċifikat x’inhuma tassew dawk ir-regoli.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma kien fiha l-ebda regola dwar meta kien jibda l-perjodu tal-maturazzjoni għall-inbejjed immaturati fl-injam, għalkemm il-Bord Regolatorju kellu waħda interna li kienet tistabbilixxi data tal-bidu għall-proċess tal-maturazzjoni, li kienet ibbażata fuq il-perjodu normali tal-ħsad fiż-żona tal-produzzjoni (normalment Awwissu jew Settembru). Huwa pass loġiku li din ir-regola ssir standard u tkun inkluża fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Minn meta bdiet topera l-iskema tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini – jiġifieri mill-2011, meta l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet abbozzata għall-ewwel darba – l-operaturi kienu qegħdin jitolbu li r-regoli dwar id-daqs tal-kontenitur jinġiebu f’konformità mal-limiti legali.

Tneħħiet il-possibbiltà li jsiru nbejjed parzjalment iffermentati fil-btieti għaliex kull kantina tal-inbid li tiffermenta fil-btieti żżomm l-inbejjed fil-btieti tal-ballut għall-proċess tal-fermentazzjoni kollu, u qatt ma tħallathom ma’ nbejjed mhux iffermentati fil-btieti.

5.   Tipi ta’ tikketta ta’ garanzija

EMENDA:

Din l-emenda tikkonsisti fl-istabbiliment tat-tipi ta’ tikketti ta’ garanzija li għandhom jintużaw għal kull tip ta’ nbid.

Din taffettwa t-taqsima 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.

Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet iddefiniti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

ĠUSTIFIKAZZJONI:

Kull tip ta’ nbid irid jiġi allokat tip speċifiku ta’ tikketta ta’ garanzija. Għalhekk, din l-emenda:

tassenja tip ta’ tikketta ta’ garanzija lit-tip tal-inbid fermentado en barrica, li bħalissa ma għandux waħda;

tistabbilixxi li t-tip ta’ tikketta ta’ garanzija li għandu jintuża fuq l-inbejjed joven huwa t-tikketta cosecha (“vendemmja”), sabiex ma jkunx hemm konfużjoni bejn iż-żewġ termini.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem il-prodott

Ribera del Guadiana

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

INBID ABJAD

Dehra

Ċarezza: ċar jew fih xi tartrati Lewn: isfar jagħti fid-dehbi

Riħa

Riħa: preżenza ta’ rwejjaħ ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Palat

Aroma: preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Bilanċ fit-togħma: proporzjon bilanċjat ta’ alkoħol/aċidità, possibbilment ftit ħlewwa Persistenza: iħalli togħma aromatika intensa

*

Limitu massimu ta’ diossidu tal-kubrit għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ta’ 5 g/l jew aktar: 240 mg/l

*

Għall-inbejjed bojod li jsiru bl-użu ta’ kontenituri tal-injam, l-aċidità volatili massima hija ta’ 1 gramma għal kull litru sa 10 % alkoħol skont il-volum, flimkien ma’ 0,06 grammi addizzjonali għal kull litru għal kull punt perċentwali ta’ qawwa alkoħolika ta’ aktar minn 10, sa limitu massimu ta’ 1,08 gramma għal kull litru.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

15

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

10

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

180

INBID ROŻÈ

Dehra

Ċarezza: ċar jew fih xi tartrati Lewn: ivarja minn roża għal oranġjo, inklużi lwien jagħtu fl-aħmar

Riħa

Riħa: preżenza ta’ rwejjaħ ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Palat

Aroma: preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Bilanċ fit-togħma: proporzjon bilanċjat ta’ alkoħol/aċidità, possibbilment ftit ħlewwa Persistenza: iħalli togħma aromatika intensa

*

Limitu massimu ta’ diossidu tal-kubrit għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ta’ 5 g/l jew aktar: 240 mg/l

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

15

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

10

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

180

INBID AĦMAR

Dehra

Ċarezza: ċar jew fih xi tartrati jew sustanzi kuluranti Lewn: vjola jagħti fl-aħmar lewn il-briks; intensità tajba ta’ kulur

Riħa

Riħa: preżenza ta’ rwejjaħ ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Palat

Aroma: preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Bilanċ fit-togħma: proporzjon bilanċjat ta’ alkoħol/aċidità, possibbilment ftit ħlewwa Persistenza: iħalli togħma aromatika intensa

*

Limitu massimu ta’ diossidu tal-kubrit għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ta’ 5 g/l jew aktar: 190 mg/l

*

Għall-inbejjed ħomor li jsiru bl-użu ta’ kontenituri tal-injam, l-aċidità volatili massima hija ta’ 1 gramma għal kull litru sa 10 % ta' alkoħol skont il-volum, flimkien ma’ 0,06 grammi addizzjonali għal kull litru għal kull punt perċentwali ta’ qawwa alkoħolika ta’ aktar minn 10, sa limitu massimu ta’ 1,2 grammi għal kull litru.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

15

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

11

Aċidità totali minima:

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

150

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika enoloġika speċifika

Waqt l-estrazzjoni tal-most/inbid u s-separazzjoni tiegħu mill-ilbieba, għandha tiġi applikata pressjoni adegwata biex jiġi żgurat li r-rata ta’ estrazzjoni ma taqbiżx is-70 litru ta' nbid għal kull 100 kilogramma ta' għeneb maħsud.

L-inbejjed bojod u ħomor fermentado en barrica għandhom jiġu ffermentati f’kontenituri tal-ballut b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 600 litru.

L-inbejjed tinto roble għandhom jiġu mmaturati għal 90 ġurnata, b’tal-anqas 60 minnhom f’kontenituri tal-ballut b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 600 litru.

L-inbejjed vino de guarda għandhom jiġu mmaturati għal 365 ġurnata, b’tal-anqas 60 minnhom f’kontenituri tal-ballut b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 600 litru.

Dawn il-perjodi tal-maturazzjoni jibdew fl-1 ta’ Ottubru tas-sena tal-ħsad.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Varjetajiet bojod

12 000 kilogramma ta' għeneb għal kull ettaru

84 ettolitru għal kull ettaru

Varjetajiet ħomor

10 000 kilogramma ta' għeneb għal kull ettaru

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

TIERRA DE BARROS: Aceuchal, Ahillones,Alange, Almendralejo, Arroyo de San Serván, Azuaga, Berlanga, Calamonte, Corte de Peleas, Entrín Bajo, Feria, Fuente del Maestre, Granja de Torrehermosa, Higuera de Llerena, Hinojosa del Valle, Hornachos, La Morera, La Parra, Llera, Llerena, Maguilla, Mérida (ix-xatt fix-xellug tax-Xmara Guadiana), Nogales, Palomas, Puebla del Prior, Puebla de la Reina, Ribera del Fresno, Salvatierra de los Barros, Santa Marta de los Barros, Solana de los Barros, Torre de Miguel Sesmero, Torremegía, Valencia de las Torres, Valverde de Llerena, Villafranca de los Barros u Villalba de los Barros.

MATANEGRA: Bienvenida, Calzadilla, Fuente de Cantos, Medina de las Torres, Puebla de Sancho Pérez, Los Santos de Maimona, Usagre, Valencia del Ventoso u Zafra.

RIBERA ALTA: Aljucén, Benquerencia, Campanario, Carrascalejo, Castuera, La Coronada, Cristina, Don Álvaro, Don Benito, Esparragalejo, Esparragosa de la Serena, Higuera de la Serena, La Garrovilla, Guareña, La Haba, Magacela, Malpartida de la Serena, Manchita, Medellín, Mengabril, Mérida (ix-xatt fil-lemin tax-Xmara Guadiana), Mirandilla, Monterrubio de la Serena, La Nava de Santiago, Navalvillar de Pela, Oliva de Mérida, Quintana de la Serena, Rena, San Pedro de Mérida, Santa Amalia, Trujillanos, Valdetorres, Valverde de Mérida, Valle de la Serena, Villagonzalo, Villanueva de la Serena, Villar de Rena, Zalamea de la Serena u Zarza de Alange.

RIBERA BAJA: La Albuera, Almendral, Badajoz, Lobón, Montijo, Olivenza, La Roca de la Sierra, Talavera de la Real, Torremayor, Valverde de Leganés u Villar del Rey.

MONTÁNCHEZ: Albalá, Alcuéscar, Aldea de Trujillo, Aldeacentenera, Almoharín, Arroyomolinos de Montánchez, Casas de Don Antonio, Escurial, Garciaz, Heguijuela, Ibahernando, La Cumbre, Madroñera, Miajadas, Montánchez, Puerto de Santa Cruz, Robledillo de Trujillo, Salvatierra de Santiago, Santa Cruz de la Sierra, Santa Marta de Magasca, Torre de Santa María, Torrecilla de la Tiesa, Trujillo, Valdefuentes, Valdemorales, Villamesías u Zarza de Montánchez.

CAÑAMERO: Alía, Berzocana, Cañamero, Guadalupe u Valdecaballeros.

7.   Varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid

CABERNET SAUVIGNON

CAYETANA BLANCA

GRACIANO

MACABEO - VIURA

MERLOT

PARDINA - JAÉN BLANCO

SYRAH

TEMPRANILLO - CENCIBEL

TEMPRANILLO - TINTO FINO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Bojod

Il-karatteristiċi tal-inbejjed huma msawra mill-klima Mediterranja prevalenti taż-żona.

L-inbejjed bojod huma magħrufa għall-karattru distintiv ħafna tagħhom – ta’ frott u aromatiku – flimkien ma’ aċidità pjuttost għolja.

Il-fatt li hemm ftit xita fi żminijiet kruċjali fiċ-ċiklu tal-kultivazzjoni tal-għeneb inaqqas ir-riskju ta’ mard fungali, li għandu impatt dirett fuq il-kwalità tal-inbejjed li jirriżultaw.

Rożè

Il-karatteristiċi tal-inbejjed huma msawra mill-klima Mediterranja prevalenti taż-żona.

Dawn il-kundizzjonijiet jirriżultaw fi nbejjed rikki fit-tannini u fis-sustanzi kuluranti, b’qawwa alkoħolika tajba u b’livell adegwat ta’ aċidità. Il-maturità tal-għeneb tagħti lill-inbejjed profil aromatiku distintiv.

Il-fatt li hemm ftit xita fi żminijiet kruċjali fiċ-ċiklu tal-kultivazzjoni tal-għeneb inaqqas ir-riskju ta’ mard fungali, li għandu impatt dirett fuq il-kwalità tal-inbejjed li jirriżultaw.

Il-varjetajiet ħomor li mhumiex nattivi għaż-żona lokali adattaw għall-karatteristiċi tagħha, u jirriżultaw f’inbejjed distintivi.

Ħomor

Il-karatteristiċi tal-inbejjed huma msawra mill-klima Mediterranja prevalenti taż-żona.

Dawn il-kundizzjonijiet jirriżultaw fi nbejjed rikki fit-tannini u fis-sustanzi kuluranti, b’qawwa alkoħolika tajba u b’livell adegwat ta’ aċidità. Il-maturità tal-għeneb tagħti lill-inbejjed profil aromatiku distintiv.

Il-fatt li hemm ftit xita fi żminijiet kruċjali fiċ-ċiklu tal-kultivazzjoni tal-għeneb inaqqas ir-riskju ta’ mard fungali, li għandu impatt dirett fuq il-kwalità tal-inbejjed li jirriżultaw.

Il-varjetajiet ħomor li mhumiex nattivi għaż-żona lokali adattaw għall-karatteristiċi tagħha, u jirriżultaw f’inbejjed distintivi.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, oħrajn)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Kwalunkwe ppakkjar użat għall-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Ribera del Guadiana” għandu jiġi ttikkettat bl-isem protett skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

L-ippakkjar għandu jkollu wkoll tikketta ta’ garanzija nnumerata, bl-użu tat-tip speċifiku ta’ tikketta ta’ garanzija għat-tip ta’ nbid inkwistjoni. Dawn it-tikketti ta’ garanzija, maħruġa mill-Bord Regolatorju, jiċċertifikaw il-prodott u jippermettu li l-inbejjed jiġu traċċati ladarba jkunu daħlu fis-suq.

It-tipi ta’ tikketti ta’ garanzija li għandhom jintużaw għal kull tip ta’ nbid huma kif ġej:

It-tikketti cosecha (“vendemmja”) għandhom jintużaw għat-tipi joven u fermentado en barrica.

It-tikketti tinto roble għandhom jintużaw għat-tip tinto roble.

It-tikketti vino de guarda għandhom jintużaw għat-tip vino de guarda.

It-tikketti crianza għandhom jintużaw għat-tip crianza.

It-tikketti reserva għandhom jintużaw għat-tip reserva.

It-tikketti gran reserva għandhom jintużaw għat-tip gran reserva.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.juntaex.es/filescms/con03/uploaded_files/SectoresTematicos/Agroalimentario/Denominacionesdeorigen/PliegoCondiciones2.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/42


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 437/14)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformita mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

MAREMMA TOSCANA

PDO-IT-A1413-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 14 ta’ Settembru 2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Tipi ta’ prodotti ġodda

Deskrizzjoni:

Żdiedet l-indikazzjoni Riserva għat-tipi Bianco u Rosso.

Żdiedet l-indikazzjoni Governo all’uso Toscano għat-tipi Rosso u Sangiovese.

Żdiedet l-indikazzjoni Passito għat-tip varjetali Merlot.

Żdiedet il-verżjoni Rosato għat-tipi varjetali Sangiovese, Ciliegiolo, Alicante jew Grenache, Syrah u Merlot.

Iddaħħlu t-tipi varjetali ġodda li ġejjin:

Cabernet Franc

Petit Verdot

Pugnitello

Żdiedet l-għażla li fuq it-tikketta jiġu speċifikati żewġ varjetajiet tal-għeneb tal-istess kulur minn dawk indikati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, li jridu jitniżżlu f’ordni dekrexxenti fir-rigward tal-ammont attwali ta’ għeneb użat.

Żdied it-tip Spumante Rosato jew Rosé.

Raġuni:

Minħabba li dan huwa nbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta, l-għan huwa li tiġi enfasizzata l-kwalità tal-prodott billi tkompli tittejjeb l-ispeċifiċità tal-aktar inbejjed rappreżentattivi bit-termini tradizzjonali Riserva, Governo all’uso Toscano, u Passito.

Il-Maremma Toscana DOC tirrappreżenta ż-żona vitikulturali kollha tal-provinċja ta’ Grosseto. Għalhekk, l-għan huwa li tingħata importanza lill-produzzjoni kollha tal-inbid billi tiġi estiża l-firxa tal-inbejjed assoċjati mal-isem Maremma Toscana, li jirrappreżenta produzzjoni tal-inbid rikka kemm fit-tradizzjoni kif ukoll fil-kwalità, biex tinkludi t-tipi Rosato, Rosato Spumante u dawk varjetali.

L-għażla li jiġu speċifikati żewġ varjetajiet tal-għeneb fuq it-tikketta tirrappreżenta perkors kummerċjali ġdid għall-inbejjed koperti bid-denominazzjoni.

L-emenda tikkonċerna t-taqsimiet 4, 5 u 7 tad-Dokument Uniku, u l-Artikoli 1, 2, 4, 5, 6, 7, 8 u 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

2.   Varjetajiet tal-għeneb

Deskrizzjoni:

Żdiedet il-varjetà Viognier għat-tip Bianco, inkluż it-tip Riserva, biex tikkumplimenta l-varjetajiet attwali Vermentino u Trebbiano Toscano, li tista’ tikkontribwixxi għat-tip imsemmi hawn fuq waħdu jew imħallat b’mhux anqas minn 60 %. Ir-rata tal-użu tal-varjetajiet il-bojod l-oħrajn adatti għall-kultivazzjoni tvarja minn 40 sa 60 %.

Żdiedu l-varjetajiet Cabernet (kemm il-Cabernet Sauvignon kif ukoll il-Cabernet Franc), Merlot, Syrah u Ciliegiolo għat-tipi Rosso, inkluż Riserva, Rosato u Spumante Rosato jew Rosé biex jikkumplimentaw is-Sangiovese attwali, waħdu jew imħallat b’minimu ta’ 60 %. Ir-rata tal-użu tal-varjetajiet il-ħomor l-oħrajn adatti għall-kultivazzjoni tvarja minn 40 sa 60 %.

Ġie speċifikat is-sinonimu Grenache għat-tip varjetali Alicante, inkluż ir-Rosato.

Ġie speċifikat is-sinonimu Carmenère għat-tip varjetali Cabernet.

Il-varjetajiet tal-għeneb Cabernet Franc, Petit Verdot u Pugnitello ġew inklużi fost il-varjetajiet tal-għeneb ewlenin li jistgħu jiġu speċifikati fuq it-tikketta jekk dawn jammontaw għal tal-anqas 85 %.

Raġuni:

Minħabba li l-Maremma Toscana DOC tirrappreżenta ż-żona vitikulturali kollha tal-provinċja, l-għan huwa li tingħata importanza lill-produzzjoni kollha tal-inbid, u dan jissodisfa l-iskop li għalih inħolqot din id-denominazzjoni bl-inklużjoni tal-possibbiltà li jiġu prodotti nbejjed bojod, ħomor u rożè bl-użu tal-varjetajiet tal-għeneb ewlenin imkabbra. Għalhekk, ġie deċiż li tiġi ssupplimentata l-kombinazzjoni ewlenija tal-varjetajiet, irrappreżentata mill-varjetajiet tal-għeneb predominanti li diġà kienu inklużi, bl-aktar varjetajiet imkabbra fil-provinċja ta’ Grosseto, f’żoni ta’ bejn madwar 100 u 800 ettaru, sabiex jiżdied l-għadd ta’ nbejjed li jistgħu jużaw id-denominazzjoni.

L-emenda tikkonċerna t-taqsima 7 tad-Dokument Uniku u l-Artikoli 2, 4, 5, u 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

3.   Regoli dwar il-vitikultura

Deskrizzjoni:

1.

Ir-rendiment massimu tal-għeneb għal kull ettaru, ir-rendiment massimu tal-għeneb fl-inbid, u l-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tat-tipi introdotti reċentement ġew miżjuda.

2.

Id-densità tat-tħawwil tvarja bejn 3 000 u 4 000 dielja għal kull ettaru.

3.

Żdiedet regola li tipprojbixxi kwalunkwe forma ta’ tkabbir orizzontali, bħas-sistemi tat-tkabbir pergolat.

Raġuni:

1.

Il-valuri tar-rendiment tal-għeneb għal kull ettaru u tal-qawwa alkoħolika jiġu minn ittestjar li juri l-kwalità tal-prodotti koperti bid-denominazzjoni.

2.

Iż-żieda fid-densità tad-dwieli għal kull ettaru tippermetti anqas rendiment ta’ għeneb għal kull pjanta, u b’hekk tikkontribwixxi għal għeneb ta’ kwalità ogħla.

3.

Is-sistemi tat-tkabbir tad-dwieli użati biex ikabbru l-għeneb taħt id-denominazzjoni, li jinvolvu produzzjoni sfurzata eċċessiva għad-detriment tal-kwalità, huma pprojbiti.

L-emenda tikkonċerna t-taqsima 5(b) tad-Dokument Uniku u l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

4.   Regoli dwar il-vinifikazzjoni

Deskrizzjoni:

1.

Ġie speċifikat li l-maturazzjoni tal-inbejjed issir fiż-żona tal-produzzjoni.

2.

Flimkien mal-provinċji ta’ Pisa, Livorno, Siena u Firenze, il-provinċja ta’ Arezzo żdiedet mal-lista ta’ żoni li fihom jistgħu jsiru l-operazzjonijiet ta’ vinifikazzjoni għall-prodotti koperti bid-DOP.

Raġuni:

1.

Din hija emenda formali minħabba li l-operazzjonijiet ta’ maturazzjoni huma parti mill-fażi tal-vinifikazzjoni.

2.

L-emenda hija f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/33. Din hija emenda formali minħabba li l-operazzjonijiet ta’ maturazzjoni huma parti mill-fażi tal-vinifikazzjoni.

L-emenda tikkonċerna t-taqsima 9 tad-Dokument Uniku u l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

5.   It-termini tradizzjonali riserva u governo all’uso toscano

Deskrizzjoni:

1.

Żdiedu r-rekwiżiti dwar l-indikazzjoni Riserva għat-tip Bianco, li jrid jiġi mmaturat għal tal-anqas 12-il xahar; u għat-tip Rosso, li jrid jiġi mmaturat għal tal-anqas 24 xahar, b’sitt xhur minnhom jinżamm f’kontenituri tal-injam.

2.

Żdiedu r-rekwiżiti dwar l-indikazzjoni tradizzjonali Governo all’uso Toscano, fejn biha, il-fermentazzjoni terġa’ tinbeda bil-mod billi jiżdied għeneb iswed kemxejn imnixxef (tal-anqas 10 kg għal kull ettolitru) li, wara li jingħasar, ikun beda l-proċess tal-fermentazzjoni.

Raġunijiet:

1.

Minħabba li dan huwa nbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta, l-indikazzjoni Riserva żdiedet sabiex ittejjeb it-tipi Bianco u Rosso, bil-għan li b’mod kummerċjali tikklassifika żewġ kwalitajiet differenti tal-prodott u tippermetti aktar tkabbir kwalitattiv.

2.

Minħabba li dan huwa nbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta, l-għan huwa li tiġi enfasizzata l-kwalità tal-prodott billi tkompli tittejjeb l-ispeċifiċità tal-aktar inbejjed ħomor rappreżentattivi b’terminu li jirreferi għal teknika tradizzjonali użata fil-biċċa l-kbira ta’ Toscana.

L-emenda tikkonċerna t-taqsima 5 tad-Dokument Uniku u l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

6.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Deskrizzjoni:

Żdiedu d-deskritturi kimiċi, fiżiċi u organolettiċi għat-tipi inklużi reċentement. Barra minn hekk, ġew speċifikati ċerti karatteristiċi organolettiċi u ġew emendati valuri kimiċi u fiżiċi oħra għat-tipi li diġà huma inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Raġuni:

Il-karatteristiċi tal-inbejjed introdotti reċentement ġew deskritti u dawk ta’ xi wħud mit-tipi eżistenti ġew riveduti biex tingħata deskrizzjoni aktar preċiża tal-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi u, b’mod partikolari għat-tipi bażiċi Bianco, Rosso, u Rosato u t-tipi bl-indikazzjoni Vendemmia Tardiva, il-parametri deskrittivi relatati mat-togħma ġew iddefiniti aħjar sabiex ikopru l-inbejjed b’zokkor residwu f’limiti ddefiniti b’mod aktar razzjonali. Il-parametri analitiċi dwar l-estratt mingħajr zokkor u l-aċidità totali tat-tipi Bianco, Rosso, Rosato u Spumante ġew riveduti biex ikunu konformi mat-tipi l-oħra.

L-emenda tikkonċerna t-taqsima 4 tad-Dokument Uniku u l-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

7.   Tikkettar

Deskrizzjoni:

Is-sinonimu Grenache ġie speċifikat bħala isem alternattiv għall-varjetà Alicante.

Raġuni:

Din l-ispeċifikazzjoni addizzjonali għandha l-għan li ttejjeb aktar l-ispeċifiċità, mil-lat kummerċjali, ta’ tip li għandu tradizzjoni twila fit-territorju.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

8.   Ippakkjar

Deskrizzjoni:

(a)

Il-limiti tal-kapaċità ġew stabbiliti għal bejn tlieta u ħames litri għall-kontenituri għajr dawk tal-ħġieġ.

(b)

L-użu ta’ kontenituri tal-ħġieġ, bħad-damiġġani, huwa pprojbit.

(c)

L-użu tal-kapsuni huwa pprojbit għall-għeluq ta’ fliexken ta’ mhux aktar minn sitt litri għat-tipi bl-indikazzjonijiet Riserva u Vigna, u għat-tipi Passito, Vin Santo u Vendemmia Tardiva.

Raġuni:

(a)

L-użu ta’ kontenituri magħmula minn materjali oħra għajr il-ħġieġ iwieġeb għall-ħtiġijiet tal-konsumaturi, u b’hekk iżid l-opportunitajiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti bid-DOP Maremma Toscana kemm fl-UE kif ukoll internazzjonalment.

(b)

Sabiex tkompli tittejjeb l-ispeċifiċità tal-produzzjoni kkummerċjalizzata u biex il-prodott jingħata d-dehra t-tajba f’għajnejn il-konsumatur, il-kontenituri tal-ħġieġ bħad-damiġġani huma pprojbiti.

(c)

Biex tingħata d-dehra t-tajba tat-tipi li għandhom it-termini tradizzjonali u li jiġu ppreżentati lill-konsumatur fi fliexken tal-ħġieġ, l-użu tal-kapsuni huwa pprojbit.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

9.   Rabta maż-żona ġeografika

Deskrizzjoni:

Żdiedu xi aġġornamenti fit-taqsimiet li ġejjin: Dettalji taż-żona ġeografika; dettalji tal-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott essenzjalment jew esklussivament attribwibbli għall-ambjent ġeografiku; dettalji tad-deskrizzjoni tal-interazzjoni kawżali. Raġuni:

Raġuni:

Dan huwa adattament formali minħabba ż-żieda ta’ tipi ta’ prodotti ġodda li ma tinvalidax ir-rabta ġeografika msemmija fl-Artikolu 93(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

10.   Referenzi għall-korp ta’ kontroll

Deskrizzjoni:

L-indirizz tal-korp ta’ kontroll (Valoritalia Srl) u xi referenzi legali dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta’ kontroll ġew aġġornati.

Raġuni:

Din hija emenda formali li tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Maremma Toscana

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid frizzanti

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Bianco inkluża r-Riserva, u ttikkettat b’indikazzjoni varjetali waħda jew tnejn

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja.

Aroma: fina u delikata, b’noti l-aktar ta’ frott fil-Viognier u l-Ansonica, u aktar prominenti u kumplessa fil-verżjoni Riserva.

Togħma: minn xotta għal semixotta fil-Bianco; ratba u bellusija fil-Vermentino, fil-Viognier u fl-Ansonica; u aktar friska b’noti pikkanti, bnini, u mimlijin fil-verżjoni Riserva.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: Bianco: 10,50; Ansonica, Viogner, Vermentino, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano: 11,00; Riserva: 12,00.

Estratt minimu mingħajr zokkor: Bianco: 14,00 g/l; Ansonica, Viogner, Vermentino, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano: 16 g/l; Riserva: 18 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Rosso, Novello, Riserva, u ttikkettat b’indikazzjoni varjetali waħda jew tnejn

Kulur: aħmar lewn ir-rubin ta’ intensità li tvarja bi ħjiliet ta’ vjola; aħmar qawwi, li jxaqleb lejn il-granata maż-żmien.

Aroma: b’noti ta’ frott fin-Novello, fl-Alicante jew fil-Grenache, fil-Merlot, fil-Pugnitello u fis-Sangiovese; noti pikkanti fil-Cabernet Franc, fil-Cabernet Sauvignon, fis-Syrah u fil-Petit Verdot, u aktar delikata fiċ-Ciliegiolo, li għandhom tendenza li jirfinaw waqt il-maturazzjoni fl-inbejjed Riserva.

Togħma: minn xotta għal semixotta fir-Rosso, u kemxejn aċiduża u qawwija iżda pjaċevoli fin-Novello, fl-Alicante jew fil-Grenache; aktar mimlija fil-Cabernet, fil-Cabernet Franc, fil-Cabernet Sauvignon, fiċ-Ciliegiolo, fil-Petit Verdot, fil-Pugnitello, fis-Sangovese u fil-Merlot, kif ukoll fl-inbejjed Riserva; qawwija u pikkanti fis-Syrah; u qawwija u mimlija fil-prodotti Rosso u Sangiovese soġġetta għat-teknika Governo all’uso Toscano.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: Rosso, Novello: 11,00; Alicante jew Grenache, Cabernet, Cabernet Franc, Cabernet Sauvignon, Canaiolo, Merlot, Petit Verdot, Pugnitello, Sangiovese u Ciliegiolo, Syrah: 11,50; Riserva: 12,00;

Estratt minimu mingħajr zokkor: Rosso 22,00 g/l; u 20,00 g/l għan-Novello; Alicante jew Grenache, Cabernet, Cabernet Franc, Cabernet Sauvignon, Canaiolo, Merlot, Petit Verdot, Pugnitello, Sangiovese u Ciliegiolo, Syrah: 22 g/l; Riserva 24,00.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Rosato u b’indikazzjonijiet varjetali

Kulur: roża ta’ intensità li tvarja.

Aroma: delikata, b’noti qawwija ta’ frott, aktar persistenti fl-Alicante, u aktar delikata fis-Sangiovese.

Togħma: minn xotta sa semixotta, kemxejn aċiduża, armonjuża.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,00 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Vin Santo

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal ambra għal kannella.

Aroma: eterjali, sħuna u distintiva.

Togħma: minn xotta għal ħelwa, armonjuża u bellusija.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 %.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,00 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,00

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

30,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Vendemmia Tardiva, inklużi dawk b’indikazzjonijiet varjetali

Kulur: minn isfar qawwi lewn it-tiben għal isfar dehbi ta’ intensità li tvarja.

Aroma: delikata, qawwija, xi drabi pikkanti.

Togħma: minn xotta għal ħelwa, mimlija u armonjuża.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,00 %.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,00 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Passito Bianco, inklużi dawk b’indikazzjonijiet varjetali

Kulur: minn isfar dehbi għal ambra ta’ intensità li tvarja.

Aroma: qawwija, ta’ frott misjur.

Togħma: minn xotta għal ħelwa, ibbilanċjata u bellusija.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,50 %.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 23,00 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Passito Rosso, inklużi dawk b’indikazzjonijiet varjetali

Kulur: aħmar qawwi lewn ir-rubin.

Aroma: qawwija, prominenti.

Togħma: minn xotta għal ħelwa, bellusija.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,50 %.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 24,00 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Vino Spumante (Inbid frizzanti) u Vino Spumante di Qualità (Inbid frizzanti ta’ kwalità) - it-tipi Bianco, inklużi dawk b’indikazzjonijiet varjetali, u t-tipi Rosato

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja. fl-Ansonica, isfar jgħajjat lewn it-tiben; xi drabi bi ħjiliet fl-aħdar fil-Vermentino; minn roża ċar għal lewn iċ-ċirasa fir-Rosato jew fir-Rosé.

Ragħwa: fina u ddum.

Aroma: fina, ta’ frott, iddum, aktar ħafifa fl-Ansonica, aktar delikata fil-Vermentino, b’noti ta’ frott aktar notevoli fir-Rosato jew fir-Rosé.

Togħma: ebda doża sa xotta żżejjed, armonjuża fl-Ansonica; vivaċi, aċiduża, kemxejn morra fir-Rosato jew fir-Rosé.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: Bianco u Rosato: 10,50 %; Ansonica u Vermentino: 11,00 %.

Estratt minimu mingħajr zokkor: Bianco 14,00 g/l; Ansonica, Vermentino, Rosato jew Rosé: 16,00 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Il-metodu ta’ vinifikazzjoni Vin Santo

Prattika enoloġika speċifika

Wara li jgħaddi minn proċess ta’ għażla bir-reqqa, l-għeneb irid jitnixxef b’mod naturali f’postijiet xierqa sakemm jilħaq kontenut ta’ zokkor adegwat, qabel jintgħasar. L-inbid irid isir, irid jinħażen, u jrid jiġi mmaturat f’kontenituri tal-injam b’kapaċità massima ta’ 500 litru, u ma jistax jiġi rilaxxat għall-konsum qabel l-1 ta’ Marzu tat-tielet sena wara s-sena li fiha jkun sar l-għeneb.

Il-metodu ta’ vinifikazzjoni Governo all’uso Toscano

Prattika enoloġika speċifika

Il-metodu tradizzjonali, permess għat-tipi Rosso u Sangiovese, fejn bih il-fermentazzjoni terġa’ tinbeda bil-mod billi jiżdied għeneb iswed kemxejn imnixxef (tal-anqas 10 kg għal kull ettolitru) li, qabel jingħasar, ikun beda jiffermenta.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Bianco, Bianco Riserva u Spumante:

13 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

Bianco, Bianco Riserva u Spumante:

91 ettolitru għal kull ettaru

Rosso, Rosso Riserva, Rosato, Rosato Spumante, Novello:

12 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

Rosso, Rosso Riserva, Rosato, Rosato Spumante, Novello:

84 ettolitru għal kull ettaru

Vin Santo:

13 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

Vin Santo:

45,50 ettolitru għal kull ettaru

Ansonica, Ansonica Spumante, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano, Vermentino, Vermentino Spumante, Viognier:

12 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

Ansonica, Ansonica Spumante, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano, Vermentino, Vermentino Spumante, Viognier:

84,00 ettolitru għal kull ettaru

Alicante, Cabernet, Cabernet Sauvignon, Cabernet Franc, Canaiolo, Ciliegiolo, Merlot, Petit Verdot, Sangiovese, Syrah:

11 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

Alicante, Cabernet, Cabernet Sauvignon, Cabernet franc, Canaiolo, Ciliegiolo, Merlot, Petit Verdot, Sangiovese, Syrah:

77,00 ettolitru għal kull ettaru

Pugnitello:

9 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

Pugnitello:

63,00 ettolitru għal kull ettaru

Alicante Rosato, Ciliegiolo Rosato, Merlot Rosato, Sangiovese Rosato, Syrah Rosato:

11 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

Alicante Rosato, Ciliegiolo Rosato, Merlot Rosato, Sangiovese Rosato, Syrah Rosato:

77,00 ettolitru għal kull ettaru

Passito Bianco, Ansonica Passito, Chardonnay Passito, Sauvignon Passito, Vermentino Passito:

11 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

Passito Bianco, Ansonica Passito, Chardonnay Passito, Sauvignon Passito, Vermentino Passito:

44,00 ettolitru għal kull ettaru

Passito Rosso, Cabernet Passito, Cabernet Sauvignon Passito, Ciliegiolo Passito, Merlot Passito, Sangiovese Passito:

11 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

Passito Rosso, Cabernet Passito, Cabernet Sauvignon Passito, Ciliegiolo Passito, Merlot Passito, Sangiovese Passito:

44,00 ettolitru għal kull ettaru

Vendemmia Tardiva, Ansonica Vendemmia Tardiva, Chardonnay Vendemmia Tardiva, Sauvignon Vendemmia Tardiva:

80 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

Vendemmia Tardiva, Ansonica Vendemmia Tardiva, Chardonnay Vendemmia Tardiva, Sauvignon Vendemmia Tardiva:

40,00 ettolitru għal kull ettaru

Trebbiano Vendemmia Tardiva, Vermentino Vendemmia Tardiva, Viognier Vendemmia Tardiva:

80 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

Trebbiano Vendemmia Tardiva, Vermentino Vendemmia Tardiva, Viognier Vendemmia Tardiva:

40,00 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni taqa’ fi ħdan ir-reġjun ta’ Toscana u, speċifikament, tkopri l-provinċja kollha ta’ Grosseto.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Alicante N – Grenache

Ansonica B – Inzolia

Cabernet Franc N – Cabernet

Cabernet Sauvignon N – Cabernet

Canaiolo Nero N – Canaiolo

Carmenère N – Cabernet

Chardonnay B

Ciliegiolo N

Malvasia Istriana B – Malvasia

Malvasia Bianca Lunga B – Malvoisier

Malvasia Bianca di Candia B – Malvasia

Merlot N

Petit Verdot N

Pugnitello N

Sangiovese N – Sangioveto

Sauvignon B – Sauvignon Blanc

Syrah N

Trebbiano Toscano B – Procanico

Vermentino B – Pigato B.

Viognier B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

L-inbejjed Maremma Toscana DOC inkluż il-Vin Santo, il-Vendemmia Tardiva u l-Passito

Iż-żona tikkonsisti l-aktar f’għoljiet u f’għoljiet baxxi, b’xita moderata u b’xita sajfija skarsa. Il-ħamrija fonda tiffavorixxi l-iżvilupp tal-għeruq u għandha kapaċità ta’ drenaġġ tajba. Din hija żona vitikulturali storika li tmur lura għall-Etruski, li, matul is-sekli, kienet meqjusa ideali għat-tkabbir tad-dwieli, fejn ħafna minnhom tkabbru bl-użu tal-metodu tal-irmondar tal-friegħi b’densità tat-tħawwil għolja. Il-varjetajiet użati huma kemm tradizzjonali għaż-żona (Trebbiano Toscano, Ansonica, Vermentino, Sangiovese u Ciliegiolo), kif ukoll aktar moderni (Chardonnay, Sauvignon, Viognier, Merlot, Cabernet u Syrah), u dawn jipproduċu nbejjed karatteristiċi ferm li huma friski, aromatiċi u strutturati sew.

Il-Maremma Toscana DOC - il-Vino Spumante u l-Vino Spumante di qualità

Iż-żona tikkonsisti l-aktar f’għoljiet u f’għoljiet baxxi, b’xita moderata, b’xita sajfija skarsa, u b’ventilazzjoni tajba. Il-ħamrija fonda tiffavorixxi l-iżvilupp tal-għeruq u għandha kapaċità ta’ drenaġġ tajba. Il-produzzjoni tradizzjonali tal-inbejjed frizzanti hija marbuta wkoll mal-preżenza ta’ kantini naturali mterrqa mill-ġebla tat-tufu, li jippermettu li jinżammu l-aħjar temperaturi. Il-vinji ilhom minn żmien l-antik b’densitajiet tat-tħawwil għoljin. Il-varjetajiet użati huma dawk tradizzjonali għaż-żona (Trebbiano Toscano, Vermentino u Ansonica), fejn xi drabi jiżdiedu magħhom varjetajiet oħra aktar moderni (Chardonnay, Sauvignon), li jagħtu lill-inbejjed karatteristiċi friski, kemxejn aċidużi, fini u ta’ frott.

9.   Kundizzjonijiet oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Tikkettar

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Is-sinonimu Grenache ġie speċifikat bħala isem alternattiv għall-varjetà Alicante.

Żona tal-vinifikazzjoni tal-prodotti

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Deroga mill-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Minbarra l-provinċji ta’ Pisa, Livorno, Siena u Firenze, il-provinċja ta’ Arezzo żdiedet mal-lista ta’ żoni fejn jistgħu jsiru l-operazzjonijiet ta’ vinifikazzjoni għall-produzzjoni tal-inbejjed koperti bid-DOP.

Indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Żdiedet l-għażla li fuq it-tikketta jiġu speċifikati żewġ varjetajiet tal-għeneb tal-istess kulur minn dawk indikati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, li jridu jitniżżlu f’ordni dekrexxenti fir-rigward tal-ammont attwali ta’ għeneb użat, skont l-Artikolu 50(1)(a)(ii) tar-Regolament (UE) 2019/33.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/15969


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/52


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 437/15)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

MONTLOUIS-SUR-LOIRE

PDO-FR-A0169-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 07-10-2020

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Kodiċi ġeografiku uffiċjali ta’ referenza

Ġiet miżjuda referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali għaż-żona ġeografika u għaż-żona fil-viċinanza immedjata. Din iż-żieda ma tibdel dawn iż-żewġ żoni bl-ebda mod.

Għalhekk, ġew emendati l-punti 1.6 u 1.9 tad-Dokument Uniku.

2.   Densità tat-tħawwil

Id-densità tat-tħawwil żdiedet minn 6 000 għal 6 250 pjanta għal kull ettaru. B’riżultat ta’ dan, id-distanza minima bejn ir-ringieli tnaqqset għal 0,80 m. Iż-żieda fid-densità tad-dielja hija mmirata lejn titjib tal-kwalità tal-inbejjed prodotti minnha.

Għalhekk, ġie emendat il-punt 1.5 tad-Dokument Uniku.

3.   Regola dwar id-daqs

Ir-regoli dwar iż-żbir ġew riveduti biex jippermettu aktar flessibbiltà lill-produtturi tal-inbid biex eventwalment jadattaw għal perikli klimatiċi li qed isiru dejjem aktar rikorrenti (meta l-ġlata tokkorri tard, eċċ.). Il-kliem issa huwa:

“—

Għad-dwieli li jinżabru qosra (forma ta’ mrewħa jew bis-sistema tal-cordon Royat), l-għadd ta’ għejun li jistgħu jinżabru ma jistax jaqbeż il-85 800 għajn għal kull ettaru, u t-13-il għajn għal kull pjanta bħala medja, b’massimu ta’ 15-il għajn għal kull pjanta, b’massimu ta’ 3 għejun għal kull fergħa.

Għad-dwieli li jinżabru twal, l-għadd ta’ għejun li jistgħu jinżabru ma jistax jaqbeż it-72 600 għajn għal kull ettaru, u l-11-il għajn għal kull pjanta bħala medja, b’massimu ta’ 13-il għajn għal kull pjanta.”

Għalhekk, ġie emendat il-punt 1.5 tad-Dokument Uniku.

4.   Regola dwar il-kannizzar

Iz-zkuk twal tad-dwieli li jinżabru bis-sistema Guyot issa għandhom jitwaħħlu b’mod obbligatorju ma’ wajer li jġorr it-tagħbija.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

5.   Prattiki Agroambjentali

Ġiet miżjuda d-dispożizzjoni li ġejja:

“—

It-tkabbir ta’ ħaxix permanenti tal-kontorn tal-irqajja’ tal-art (żoni mad-dawra u spazji bejn l-irqajja’ mhux miżrugħa jew mhux ikkultivati) huwa obbligatorju. Dan l-obbligu ma għandux japplika fil-każ ta’ restawr taż-żoni mad-dawra, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ erożjoni jew ta’ avvenimenti klimatiċi eċċezzjonali.

F’mill-inqas 40 % taż-żona bejn ir-ringieli, il-kontroll tal-veġetazzjoni miżrugħa jew spontanja għandu jiġi żgurat b’mezzi mekkaniċi jew fiżiċi.”

Din l-emenda takkumpanja l-iżvilupp attwali tal-prattiki tal-operaturi favur l-agroekoloġija fil-vinja kollha. Din tirrifletti l-kunsiderazzjoni li kulma jmur dejjem qed tikber tat-tħassib ambjentali fl-itinerarji tekniċi. Billi tippromwovi l-kopertura veġetali, twassal għal tnaqqis fl-użu ta’ erbiċidi kimiċi. Dan it-tnaqqis fl-erbiċidi għandu jippermetti li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ħamrija tal-vitikultura u li jiġu ppreservati l-karatteristiċi naturali tagħha (il-fertilità, il-bijodiversità, il-purifikazzjoni bijoloġika), li jikkontribwixxu għall-kwalità u għall-awtentiċità tal-inbejjed u jsaħħu l-kunċett ta’ territorju.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

6.   Ħsad

Fil-punt VII(1) tal-Kapitolu 1, tħassret is-sentenza “Id-data tal-bidu tal-ħsad hija stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D. 644-24 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu”.

Illum il-ġurnata ma għadux meħtieġ li tkun stabbilita data meta jinbeda l-ħsad, peress li l-operaturi issa għandhom firxa wiesgħa ta’ għodod li jippermettulhom jevalwaw il-maturità tal-għeneb bl-aktar mod preċiż possibbli. Kull operatur għandu numru ta’ apparati u tagħmir, kemm personali kif ukoll kollettivi, li jippermettu li tiġi ddeterminata b’mod preċiż id-data ottimali tal-bidu tal-ħsad ta’ kull roqgħa, skont l-għanijiet tal-produzzjoni.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

7.   Dispożizzjonijiet Speċifiċi Dwar Il-Ħsad

Ġew miżjuda dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“—

Meta l-ħsad isir b’mod mekkaniku, il-ħin bejn it-trasport tal-ħsad u l-bidu taċ-ċiklu tal-għasir ma għandux jaqbeż sagħtejn.

Meta l-ħsad isir b’mod manwali, il-ħin bejn it-trasport tal-ħsad u l-bidu taċ-ċiklu tal-għasir ma għandux jaqbeż l-erbgħa u għoxrin siegħa.

Il-makkinarju tal-ħsad għandu jiġi maħsul mill-inqas darba kuljum.”

L-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa li tiġi żgurata l-aħjar kwalità għas-saħħa possibbli tal-għeneb.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

8.   Frizzanti permezz ta’ fermentazzjoni unika

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata biex tinkludi l-kundizzjonijiet għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti b’fermentazzjoni unika. Din l-introduzzjoni temenda l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’dawn il-punti li ġejjin:

Ħsad

“—

L-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika huma prodotti minn għeneb maqtugħ bl-idejn u ttrasportat sħiħ sal-magħsra, f’kontenituri jew trasportaturi li ma jitbattlux waħedhom bil-kamin jew bil-pompa.”

Maturità tal-għeneb

sa 178 gramma għal kull litru ta’ most għall-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika.

Qawwa alkoħolika skont il-volum naturali minimu

11 % għall-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika.

Rendiment

Ir-rendiment imsemmi fl-Artikolu D. 645-7 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu għandu jkun ta’ 52 ettolitru għal kull ettaru għall-inbejjed mhux frizzanti u għall-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika.

Rendiment finali

a)

— Ir-rendiment finali msemmi fl-Artikolu D. 645–7 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu għandu jkun ta’ 62 ettolitru għal kull ettaru għall-inbejjed mhux frizzanti u għall-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika.

Għasir

L-għeneb maħsub għall-preparazzjoni ta’ nbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika għandu jitferra’ sħiħ fil-magħsar mingħajr ma jitneħħielu z-zokk jew jitgħaffeġ minn qabel. Dan l-għeneb jingħasar bl-użu ta’ magħsar pnewmatiku jew magħsar orizzontali bil-pjanċi mingħajr ktajjen u mingħajr ċrieki jew magħsar vertikali.

Standards analitiċi

L-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika għandu jsirilhom sbokkament b’mod obbligatorju u għandu jkollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 5 grammi jew inqas għal kull litru.

Prattiki enoloġiċi

Huwa pprojbit li jiġu ċċarati l-mosti tal-inbejjed frizzanti ppreparati minn fermentazzjoni unika permezz ta’ enzimi jew ta’ preparazzjonijiet enzimatiċi.

L-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika jiġu ppreparati mingħajr arrikkiment u mingħajr l-użu ta’ ħmira.

Makkinarju pprojbit

tagħmir li jneħħi z-zkuk u tagħmir tat-tgħaffiġ għall-produzzjoni tal-inbid minn għeneb maħsub għall-preparazzjoni ta’ nbejjed frizzanti ppreparati minn fermentazzjoni unika.

Preparazzjoni

L-ibbottiljar ta’ dawk li ssirilhom fermentazzjoni sekondarja permezz ta’ fermentazzjoni unika jibda jitwettaq mill-1 ta’ Ottubru tas-sena tal-ħsad.

c)

Il-fermentazzjoni sekondarja tal-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika għandha titwettaq taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-fermentazzjoni tibda fi btieti jew fi krietel;

hija kkontrollata biss bl-użu tal-kesħa;

l-użu tal-ħmira huwa pprojbit;

iż-żieda ta’ likur zokkri hija pprojbita;

l-użu ta’ alġinati tal-kalċju jew tas-sodju huwa pprojbit;

il-fermentazzjoni sekondarja ssir biss fi fliexken tal-ħġieġ mill-most parzjalment iffermentat;

l-użu ta’ likur tad-dożaġġ huwa pprojbit;

il-volum mitluf mill-isbokkament għandu jiġi sostitwit b’volum tal-istess lott ta’ nbid.

Imballaġġ

analiżi mwettqa qabel jew wara l-imballaġġ għall-inbejjed mhux frizzanti, qabel l-isbokkament għall-inbejjed frizzanti jew semifrizzanti, wara l-isbokkament għall-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika.

Tikkettar

c)

— L-inbejjed frizzanti prodotti permezz ta’ fermentazzjoni unika għandhom jiġu ppreżentati b’mod obbligatorju bl-indikazzjoni tas-sena tal-mudell.

Reġistru

2.

Ir-reġistru tal-irqajja’ tal-art maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika

L-operaturi kollha li jaħsdu l-għeneb għandhom iżommu reġistru aġġornat tal-irqajja’ tal-art li minnhom ikun inqata’ l-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika, li fih għandu jiġi indikat għall-irqajja’ tal-art ikkonċernati:

ir-referenza katastali;

iż-żona.

L-operatur għandu jibgħat dan ir-reġistru lill-korp tal-ħarsien u tal-ġestjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru ta’ wara l-ħsad.

Għalhekk, fid-Dokument Uniku ġew emendati l-punti 1.4, 1.5, 1.8 u 1.9

9.   Kontenut taz-zokkor tal-għeneb

Il-kontenut minimu taz-zokkor tal-għeneb żdied bi 8 grammi għal kull litru ta’ most għall-inbejjed mhux frizzanti sabiex jiġi żgurat li l-maturità tkun ottimali. B’riżultat ta’ dan, il-qawwa alkoħolika skont il-volum naturali żdiedet minn 10,5 % għal 11 % għall-inbejjed mhux frizzanti.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

10.   Rendiment finali

Ir-rendiment finali tal-inbejjed mhux frizzanti, tal-inbejjed frizzanti u tal-inbejjed semifrizzanti naqas bi 3 hl/ha. Din l-emenda ssegwi l-bidla fir-regoli dwar iż-żbir sabiex jiġu evitati bidliet eċċessivi fir-rendimenti.

Għalhekk, ġie emendat il-punt 1.5 tad-Dokument Uniku.

11.   Għasir

Żdied kapitolu dwar l-għasir:

“—

Il-makkinarju riċevitur u tal-għasir għandu jiġi maħsul mill-inqas darba kuljum;

Il-maċerazzjoni bil-qxur għandha ssir f’kontenituri ssiġillati.”

L-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis fil-kwalità tal-ħsad.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

12.   Standards analitiċi

Il-massimu ta’ zokkor fermentabbli għall-użu tat-terminu niexef għall-inbejjed mhux frizzanti ġie rivedut u tnaqqas minn 8 għal 5 grammi ta’ zokkor għal kull litru.

Għalhekk, ġie emendat il-punt 1.9 tad-Dokument Uniku.

13.   Qawwa alkoħolika skont il-volum totali wara l-arrikkiment

Il-qawwa alkoħolika skont il-volum totali wara l-arrikkiment tal-inbejjed mhux frizzanti tnaqqset għal 13 % sabiex jiġu limitati l-possibbiltajiet tal-arrikkiment.

Għalhekk, ġie emendat il-punt 1.5 tad-Dokument Uniku.

14.   Makkinarju pprojbit

Sabiex l-għeneb ikun jista’ jingħasar mingħajr ma jiddeterjora, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tipprojbixxi l-użu ta’:

magħsar tal-mili assjali;

btieti tal-konkrit mhux ipproċessat, ħlief dawk li jkollhom dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa mill-fornitur sabiex jiġu f’kuntatt mal-għeneb, mal-most jew mal-inbid.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

15.   Kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni

Sabiex ix-xogħlijiet tal-kantina jsiru f’kundizzjonijiet tajba, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżżid il-kapaċità minima tal-kamra tal-fermentazzjoni li għandha tinżamm billi jiżdied il-koeffiċjent minn 1 għal 1.5 darbiet tal-volum medju ta’ nbid prodott fid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata matul il-5 snin ta’ qabel.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

16.   Ibbotiljar tal-inbejjed frizzanti

Id-data tal-ibbotiljar għall-fermentazzjoni sekondarja titressaq ’il quddiem b’xahar biex jitqies il-ħsad li kulma jmur dejjem qed isir aktar bikri.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

17.   Imballaġġ

Bir-rikonoxximent tal-inbejjed frizzanti permezz ta’ fermentazzjoni unika, huwa speċifikat li d-dispożizzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni fi fliexken b’volum ta’ 37,5 cl jew inqas, jew ta’ aktar minn 150 cl, hija rriżervata għall-inbejjed frizzanti u semifrizzanti ppreparati permezz tat-tieni fermentazzjoni fi flixkun.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

18.   Maturazzjoni u tqegħid fis-suq għall-konsumatur

It-tul tal-maturazzjoni tal-inbejjed mhux frizzanti tiżdied b’xahar u nofs. Ix-Chenin bażikament hija varjeta ta’ għeneb magħrufa li tiżviluppa kwalitajiet aromatiċi interessanti matul il-maturazzjoni. Konsegwentement, id-data li fiha l-inbejjed jitqiegħdu fis-suq għall-konsumaturi ġiet posposta mill-1 ta’ Frar għall-15 ta’ Marzu.

Żdiedet id-data minima tat-30 ta’ Settembru għall-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed frizzanti u semifrizzanti.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

19.   Ċirkolazzjoni bejn depożitanti awtorizzati

Il-punt b ta’ 5 ta’ IX tal-Kapitolu 1 dwar id-data tal-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed bejn id-depożitanti awtorizzati ġie mħassar.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

20.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta maż-żona ġeografika ġiet riveduta fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-inbejjed frizzanti b’fermentazzjoni unika.

Ir-rabta ġiet riveduta wkoll billi tħassret ir-referenza għaż-żbir fil-qosor wara l-bidliet fil-kundizzjonijiet taż-żbir.

Għalhekk, ġie emendat il-punt 1.8 tad-Dokument Uniku.

21.   Miżuri tranżizzjonali

Il-miżuri tranżizzjonali li waslu biex jiskadu tneħħew mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

22.   Preżentazzjoni tal-flixkun

Id-dispożizzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-flixkun tal-inbid semifrizzanti ġiet imħassra.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

23.   Tikkettar “sec”

L-obbligu tat-terminu “sec” fuq it-tikkettar għall-inbejjed mhux frizzanti ġie mħassar.

Għalhekk, ġie emendat il-punt 1.9 tad-Dokument Uniku.

24.   Obbligi ta’ dikjarazzjoni

Żdiedet dikjarazzjoni minn qabel dwar l-użu ta’ roqgħa art.

Din id-dikjarazzjoni tippermetti li jiġi antiċipat it-tip ta’ prodott fuq ir-roqgħa art sabiex jiġu stabbiliti pajpijiet differenzjati u għalhekk, miż-żmien taż-żbir, l-itinerarju tekniku jiġi adattat għar-rendiment massimu msemmi. Dan jippermetti wkoll lill-ODG jikkontrolla l-volumi li jidħlu fis-suq skont it-tip ta’ prodott.

Id-dikjarazzjoni ta’ rtirar tħassret.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

25.   Reġistri

Żdied reġistru li jispeċifika meta l-għeneb għandu jinħasad manwalment jew mekkanikament.

Żdied reġistru tat-tindif tal-makkinarju tal-ħsad, riċevitur u tal-għasir.

Ir-reġistru tal-imballaġġ ġie mħassar.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

26.   Punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati

Il-punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati ġew riveduti sabiex jiġu ssimplifikati l-metodi ta’ evalwazzjoni tagħhom.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

27.   Indirizz

L-indirizz tal-INAO ġie rivedut.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Denominazzjoni tal-prodott

Montlouis-sur-Loire

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

8.

Inbid semifrizzanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbejjed mhux frizzanti

L-inbejjed mhux frizzanti għandhom qawwa alkoħolika skont il-volum naturali minimu ta’ 11 %.

Wara l-arrikkiment, l-inbejjed mhux frizzanti ma għandhomx jaqbżu qawwa alkoħolika skont il-volum totali ta’ 13 %. L-inbejjed mhux frizzanti kklassifikati bħala “sec” għandu jkollhom, wara li jsir l-imballaġġ, kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 5 grammi jew inqas għal kull litru, u total ta’ aċidità, espressa fi grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru, li ma jkunx aktar minn 2 grammi għal kull litru inqas mill-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju).

Il-kontenut ta’ aċidità volatili, tad-diossidu tal-kubrit totali u tad-diossidu tal-karbonju huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Ewropea għall-inbejjed mhux frizzanti.

L-inbejjed mhux frizzanti nexfin ikollhom aromi ta’ frott u ta’ fjuri qabel ma jimmaturaw, li jistgħu, permezz tal-maturazzjoni, jiġu sostitwiti minn noti ħelwin, bħall-għasel. Meta jkollhom zokkor fermentabbli, il-kumplessità tagħhom u l-potenzjal taż-żamma tagħhom ġeneralment ikunu akbar. Noti aktar esuberanti ta’ frott eżotiku, jew noti aktar ħelwin ta’ frott imqadded, mhumiex rari, u noti ta’ lewż inkaljat jew ta’ sfarġel spiss jinkisbu matul iż-żmien.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima:

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

Inbejjed frizzanti u semifrizzanti

L-inbejjed frizzanti jew semifrizzanti, wara l-fermentazzjoni sekondarja, ma għandhomx jaqbżu, jekk il-most jiġi arrikkit, il-qawwa alkoħolika skont il-volum totali ta’ 13 %.

Il-kontenut tal-aċidità volatili, tal-aċidità totali, tad-diossidu tal-kubrit totali u tad-diossidu tal-karbonju huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Ewropea għall-inbejjed frizzanti u l-inbejjed semifrizzanti

L-inbejjed frizzanti, b’ragħwa fina u ħafifa, ħafna drabi jkunu kkaratterizzati minn noti ta’ frott tal-polpa bajda jew frott taċ-ċitru, kif ukoll minn togħma ta’ brioche li tafferma ruħha maż-żmien.

L-inbejjed semifrizzanti huma kkaratterizzati minn kontenut aktar baxx ta’ diossidu tal-karbonju u l-bżieżaq tagħhom huma aktar diskreti u inqas preżenti fil-palat. Dawn l-inbejjed pjaċevoli ġeneralment ikollhom togħma aktar qawwija mill-inbejjed frizzanti.

L-inbejjed frizzanti b’fermentazzjoni unika huma kkaratterizzati minn bżieżaq eleganti u kremuża. Tista’ tintiegħem ċertu rikkezza relatata mal-maturità meħtieġa għall-preparazzjoni tagħhom. Il-fjuri bojod u l-frott tal-polpa bajda jikkomplementaw il-bilanċ tat-togħma u tar-riħa ta’ dan il-prodott.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima:

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed frizzanti jew semifrizzanti jiġu ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni sekondarja fi fliexken jew għall-inbejjed frizzanti permezz ta’ fermentazzjoni unika. Wara l-fermentazzjoni sekondarja, ma għandhomx jaqbżu, jekk il-most jiġi arrikkit, il-qawwa alkoħolika skont il-volum totali ta’ 13 %. Wara l-arrikkiment, l-inbejjed mhux frizzanti ma għandhomx jaqbżu qawwa alkoħolika skont il-volum totali ta’ 13 %.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, fir-rigward tal-prattiki enoloġiċi użati, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-livell Komunitarju, kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

Prattika ta’ kultivazzjoni

a)

— Densità tat-tħawwil - Id-dwieli għandhom densità minima tat-tħawwil ta’ 6 250 pjanta f’kull ettaru, bi spazju ta’ mhux aktar minn 1.60 metru bejn ir-ringieli. L-ispazju bejn il-pjanti fl-istess ringiela ma jistax ikun inqas minn 0.8 metri.

b)

— Regoli dwar iż-żbir - Id-dwieli għandhom jinżabru qabel l-1 ta’ Mejju. - Għad-dwieli li jinżabru qosra (forma ta’ mrewħa jew bis-sistema tal-cordon Royat), l-għadd ta’ għejun li jistgħu jinżabru ma jistax jaqbeż il-85 800 għajn għal kull ettaru, u t-13-il għajn għal kull pjanta bħala medja, b’massimu ta’ 15-il għajn għal kull pjanta, b’massimu ta’ 3 għejun għal kull fergħa.

Għad-dwieli li jinżabru twal, l-għadd ta’ għejun li jistgħu jinżabru ma jistax jaqbeż it-72 600 għajn għal kull ettaru, u l-11-il għajn għal kull pjanta bħala medja, b’massimu ta’ 13-il għajn għal kull pjanta.

Frizzanti permezz ta’ fermentazzjoni unika

Restrizzjoni applikabbli għall-preparazzjoni tal-inbejjed

Il-fermentazzjoni sekondarja tal-inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika għandha titwettaq taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-fermentazzjoni tibda fi btieti jew fi krietel;

hija kkontrollata biss bl-użu tal-kesħa;

l-użu tal-ħmira huwa pprojbit;

iż-żieda ta’ likur zokkri hija pprojbita;

l-użu ta’ alġinati tal-kalċju jew tas-sodju huwa pprojbit;

il-fermentazzjoni sekondarja ssir biss fi fliexken tal-ħġieġ mill-most parzjalment iffermentat;

l-użu ta’ likur tad-dożaġġ huwa pprojbit;

il-volum mitluf mill-isbokkament għandu jiġi sostitwit b’volum tal-istess lott ta’ nbid.

b.   Rendimenti massimi

Inbejjed mhux frizzanti

62 ettolitru għal kull ettaru

Inbejjed frizzanti u semifrizzanti

75 ettolitru għal kull ettaru

Inbejjed frizzanti ppreparati permezz ta’ fermentazzjoni unika

62 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-produzzjoni tal-inbid, il-preparazzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed mhux frizzanti, il-ħsad tal-għeneb, il-produzzjoni tal-inbid, il-preparazzjoni, il-maturazzjoni u l-imballaġġ tal-inbejjed frizzanti u semifrizzanti għandhom isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Indre-et-Loire (lista mfassla abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali għas-sena 2019): Lussault-sur-Loire, Montlouis-sur-Loire, Saint-Martin-le-Beau.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid

Chenin B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/tar-rabtiet

Rabta maż-żona ġeografika

Il-vinja tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Montlouis-sur-Loire”, li tinsab ftit kilometri fil-Lvant ta’ Tours, tinsab fuq pjanura tal-franka li tifforma triangolu, rispettivament fil-limiti tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar mill-widien ta’ Loire u Cher, u fil-Lvant mill-foresta ta’ Amboise. Din iż-żona ġeografika hija limitata għat-territorju ta’ 3 muniċipalitajiet.

It-territorju taż-żona ġeografika huwa pjuttost immarkat, u l-altitudni li fiha tinsab il-vinja hija ta’ bejn madwar 55 metru u 100 metru. Fix-Xlokk, il-pjanura tinżel lejn il-wied Cher, u tifforma għolja fejn jitkabbru d-dwieli b’widien nexfin. Fil-Punent u fit-Tramuntana, il-pjanura tal-vitikultura tispiċċa f’daqqa, bi rdum ta’ madwar tletin metru, b’widien nexfin żgħar ’l hawn u ’l hinn.

Ġeoloġikament, il-pjanura hija rinforzata mill-formazzjonijiet ġibsin Turonjani (ġibs tal-majka, tufa safra) u Senonjani (ġibs ta’ Villedieu, li jgħatti l-wied ta’ Cher), taħt formazzjonijiet tat-tafal siliċiku Senonjani (tafal biż-żnied), ’l hawn u ’l hinn tal-Eoċen (żrar u siment, ġebel żgħir), u fuq kollox materjali ramlin alluvjali minn terrazzi ta’ xmajjar fl-għoli, bejn wieħed u ieħor imħalltin ma’ ramel li jtir bir-riħ.

L-irqajja’ demarkati għall-ħsad tal-għeneb huma prinċipalment ta’ ħamrija tat-tafal siliċiku, xi drabi tafal tal-franka. Id-depożiti ta’ ramel fuq it-terren ħafna drabi jipprovdu konsistenza dominanti ta’ ramel.

Il-klima hija klima oċeanika degradata, fejn jiltaqgħu influwenzi oċeaniċi u kontinentali, li fuqhom il-Loire jaġixxi bħala regolatur termali, u xi kultant b’kundizzjonijiet eċċellenti tal-ħarifa u ta’ tmiem l-istaġun.

It-tufa, materjal ġibsi artab li huwa l-ewwel saff tal-pjanura, tħaffer minn barrieri kbar taħt l-art mill-perjodu Ruman sas-seklu għoxrin, li qed jintużaw mill-ġdid bħala kantini għall-produzzjoni ta’ nbejjed mhux frizzanti, għall-preparazzjoni ta’ nbejjed frizzanti, għall-maturazzjoni u għall-ħażna.

Mis-seklu erbatax sas-seklu dsatax, il-vinji pproduċew inbejjed bojod, li l-kwalità u l-potenzjal tagħhom jippermettu t-trasport fuq il-Loire lejn Nantes u mbagħad lejn il-pajjiżi tat-Tramuntana tal-Ewropa. Dawn ġeneralment jinbiegħu taħt it-terminu “Vouvray”, li jirreferi għall-aqwa nbejjed bojod fir-reġjun ta’ Tours.

Fit-tletinijiet tas-seklu għoxrin, diversi sentenzi ċaħdu t-talba li jinhemżu mad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Vouvray”. Il-vinji ta’ Lussault-sur-Loire, Montlouis-sur-Loire u Saint-Martin-le-Beau mbagħad bdew proċess ta’ applikazzjoni għal rikonoxximent bħala Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata, li fl-1938 ġiet rikonoxxuta bħala “Montlouis”, bl-isem jinbidel għal “Montlouis-sur-Loire” fl-2002.

Fl-2008, il-vinja kienet tkopri 400 ettaru, maħduma minn madwar ħamsin produttur tal-inbid. Nofs din iż-żona hija maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed mhux frizzanti (madwar 6 000 ettolitru) u n-nofs l-ieħor għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti jew semifrizzanti (madwar 9 600 ettolitru).

Deskrizzjoni tal-prodott u interazzjonijiet kawżali

Inbejjed mhux frizzanti

L-inbejjed mhux frizzanti nexfin ikollhom aromi ta’ frott u ta’ fjuri qabel ma jimmaturaw, li jistgħu, permezz tal-maturazzjoni, jiġu sostitwiti minn noti ħelwin, bħall-għasel.

Meta jkollhom zokkor fermentabbli, il-kumplessità tagħhom u l-potenzjal taż-żamma tagħhom ġeneralment ikunu akbar. Noti aktar esuberanti ta’ frott eżotiku, jew noti aktar ħelwin ta’ frott imqadded, mhumiex rari, u noti ta’ lewż inkaljat jew ta’ sfarġel spiss jinkisbu matul iż-żmien.

Inbejjed frizzanti

L-inbejjed frizzanti, b’ragħwa fina u ħafifa, ħafna drabi jkunu kkaratterizzati minn noti ta’ frott tal-polpa bajda jew frott taċ-ċitru, kif ukoll minn togħma ta’ brioche li tafferma ruħha maż-żmien.

L-inbejjed semifrizzanti huma kkaratterizzati minn kontenut aktar baxx ta’ diossidu tal-karbonju u l-bżieżaq tagħhom huma aktar diskreti u inqas preżenti fil-palat. Dawn l-inbejjed pjaċevoli ġeneralment ikollhom togħma aktar qawwija mill-inbejjed frizzanti.

L-inbejjed frizzanti b’fermentazzjoni unika huma kkaratterizzati minn bżieżaq eleganti u kremuża. Tista’ tintiegħem ċertu rikkezza relatata mal-maturità meħtieġa għall-preparazzjoni tagħhom. Il-fjuri bojod u l-frott tal-polpa bajda jikkomplementaw il-bilanċ tat-togħma u tar-riħa ta’ dan il-prodott.

Inbejjed mhux frizzanti

L-inbejjed huma prodotti esklussivament mill-varjetà Chenin B, varjetà rustika li l-potenzjal tagħha jvarja ħafna skont in-natura tal-ħamrija li tinsab fiha u li, barra minn hekk, fiż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Montlouis-sur-Loire”, hija qrib il-konfini tal-Lvant tal-kultivazzjoni tagħha fil-wied tal-Loire.

B’riflessjoni tal-prattiki, iż-żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata għall-ħsad tal-għeneb tinkludi biss dawk l-irqajja’ tal-art fejn il-ħamrija għandha ammont tajjeb ta’ ilma u sħana.

Dawn is-sitwazzjonijiet joffru lill-varjetà Chenin B kundizzjonijiet favorevoli għal espressjoni oriġinali u eleganti, iżda jimponu ġestjoni ottimali tal-pjanta u l-potenzjal tal-produzzjoni tagħha permezz tal-projbizzjoni fuq ċerti kloni u l-ġestjoni stretta tad-dielja.

Il-produtturi tal-inbid ta’ Montlouis adattaw għar-rekwiżiti tal-varjetà Chenin B u bbenefikaw minnha billi ddiversifikaw l-itinerarji tekniċi u t-tipi ta’ nbejjed prodotti. Skont il-post, il-ġestjoni tad-dielja u l-kundizzjonijiet klimatiċi tas-sena, l-inbejjed ppreparati se jkunu rikki iżjed jew inqas fiz-zokkor fermentabbli. Il-maturazzjoni tal-inbejjed bojod iżżid il-kumplessità aromatika tagħhom. Meta l-kundizzjonijiet klimatiċi fi tmiem il-ħsad ikunu favorevoli, l-inbejjed “mhux qawwijin” jew “ħelwin” jiġu ppreparati minn frott artab maħsud wara konċentrazzjoni permezz ta’ tqaddid fuq iz-zokk, jew jiġu affettwati minn taħsir nobbli bl-azzjoni tal-Botrytis cinerea.

L-għażla tal-irqajja’ tal-art għall-kultivazzjoni tad-dwieli, l-adattament u mbagħad il-prattiki ta’ produzzjoni kostanti implimentati mill-komunità tal-vinji maż-żmien jispjegaw il-kwalità tal-inbejjed “Montlouis-sur-Loire”. Il-fama tagħhom hija riflessa fil-permanenza tal-kummerċ tagħhom, inizjalment iffaċilitat mill-preżenza tal-widien Loire u Cher. Probabbilment minħabba l-kummerċ ħafna aktar antik fis-sekli sittax u sbatax, l-inbejjed kienu jiġu ttrasportati bl-ilma lejn Nantes u mbagħad jintbagħtu lura lejn it-Tramuntana tal-Fjandri u n-Netherlands. Minn dak iż-żmien, ir-reputazzjoni tagħhom ma waqfitx tikber, u fl-2010 bdew jiġu kkummerċjalizzati barra mill-pajjiż jew esportati madwar id-dinja kollha.

Inbejjed frizzanti

Il-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ssir fl-istess kuntest. Peress li ġie osservat li l-inbejjed ibbottiljati fil-kantini kultant kellhom it-tendenza li jerġgħu jiffermentaw, il-produtturi tal-inbid ta’ Montlouis xtaqu jikkontrollaw u jieħdu vantaġġ minn dan il-fenomenu ta’ “nbejjed frizzanti naturali”. L-inbejjed offruti lill-konsumaturi bħala “semifrizzanti” għalhekk bdew mis-seklu dsatax ’il quddiem. B’teħid ta’ vantaġġ mill-prinċipji enoloġiċi bażiċi emerġenti, l-ewwel tentattivi tal-preparazzjoni tal-inbejjed frizzanti bil-metodu tradizzjonali bdew fis-snin 1840. Fil-bidu tas-seklu għoxrin, seħħ trasferiment tal-ħiliet, li kien jinvolvi speċjalisti tax-Xampanja. Il-preżenza ta’ kantini mħaffra fit-“tufa” hija għalhekk fattur favorevoli għall-iżvilupp tal-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, li jirrikjedi żoni kbar moderati għall-ħażna u l-immaniġġjar. Mis-snin 2000, bis-saħħa tal-kontroll tekniku tad-dwieli u tal-produzzjoni tal-inbid min-naħa tagħhom, il-produtturi tal-inbid reġgħu nedew il-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti permezz ta’ fermentazzjoni unika, l-ewwel metodu użat għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti. Miksuba minn għeneb kompletament misjur u rendimenti kontrollati, mingħajr iż-żieda ta’ zokkor matul l-ipproċessar, dawn l-inbejjed jirriflettu strettament il-kundizzjonijiet tal-annata.

Abbażi tal-esperjenza miksuba f’aktar minn seklu, il-produtturi tal-inbejjed frizzanti issa għandhom għarfien perfett tal-kompożizzjoni tal-btieti tagħhom. Il-maturazzjoni fuq paletti għal mill-inqas 9 xhur tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-aromi tal-brioche u l-kumplessità tal-inbejjed.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, demarkata b’deroga għall-produzzjoni tal-inbid, il-preparazzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed mhux frizzanti, u l-produzzjoni tal-inbid, il-preparazzjoni, il-maturazzjoni u l-imballaġġ tal-inbejjed frizzanti u semifrizzanti tikkonsisti fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Indre-et-Loire (lista mfassla abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali għas-sena 2019): Amboise, Athée-sur-Cher, Dierre, Larcay, Véretz, La Ville-aux-Dames.

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

It-termini fakultattivi għandhom ikunu miktuba, fuq it-tikketti, b’ittri li d-daqs tagħhom, kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’, ma jkunx akbar mid-doppju tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. — Id-daqs tal-ittri tad-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” ma għandux ikun akbar, kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

It-tikkettar tal-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar ladarba: - ikun post irreġistrat; - ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad.

L-inbejjed frizzanti prodotti permezz ta’ fermentazzjoni unika għandhom jiġu ppreżentati b’mod obbligatorju bl-indikazzjoni tal-annata.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-bad3034d-713a-430e-beaf-032ca451a8b8


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.