ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 424

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
8 ta' Diċembru 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 424/01

Avviż tal-Kummissjoni Linji gwida dwar it-trasparenza tal-ikklassifikar skont ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1

2020/C 424/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.10007 — Telefónica/Banco Bilbao Vizcaya Argentaria/Movistar Money Colombia JV) ( 1 )

27


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 424/03

Rata tal-kambju tal-euro — Is-7 ta' Diċembru 2020

28

2020/C 424/04

Avviż ta’ informazzjoni dwar it-terminazzjoni tad-démarches ma’ pajjiż terz innotifikat fil-21 ta’ April 2016 dwar il-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

29

2020/C 424/05

Avviż tal-Kummissjoni li jemenda l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-Għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħhom u li jagħmel adattamenti temporanji biex jitqies l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 ( 1 )

30


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 424/06

Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri anti-dumping

32

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 424/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10089 — Phillips 66/Fortress Investment Group/Pester Marketing) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

33

2020/C 424/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9982 — Ford/GFT) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

35

2020/C 424/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10083 — China Baowu/Taiyuan Iron & Steel Group) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

36

2020/C 424/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9983 — Magna/GFT Bordeaux) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

37

2020/C 424/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10055 — MIRA/Romanian assets of CEZ) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

38

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 424/12

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

39

2020/C 424/13

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

43


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Linji gwida dwar it-trasparenza tal-ikklassifikar skont ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2020/C 424/01)

Werrej

1.

INTRODUZZJONI 3

1.1.

L-iskop tal-linji gwida 3

1.2.

Ikklassifikar tat-trasparenza – sfond 4

1.3.

Objettivi u kunsiderazzjonijiet ġenerali 4

1.3.1

Approċċ orjentat lejn l-utent 4

1.3.2

Valutazzjoni individwali u approċċ teknoloġikament newtrali 5

1.3.3

Il-livell tajjeb ta’ dettall 5

2.

IN-NATURA U L-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAR-REKWIŻITI TAL-ARTIKOLU 5 6

2.1.

Servizzi integrati 6

2.1.1.

Ikklassifikar bi ħlas 6

2.1.2.

Ikklassifikar li jiddeskrivi 7

2.1.2.1.

Approċċ ġenerali 7

3.

X’INHUMA L-PARAMETRI PRINĊIPALI U KIF TAGĦŻILHOM? 8

3.1.

Eżempji ta’ parametri ta’ kklassifikar 8

3.2.

L-għażla tal-parametri prinċipali 8

3.3.

Kunsiderazzjonijiet speċifiċi meta jiġu identifikati l-parametri prinċipali 9

3.3.1.

Personalizzazzjoni 9

3.3.2.

L-imġiba u l-intenzjoni tat-tiftix tal-konsumatur 10

3.3.3.

L-istorja tal-utent 10

3.3.4.

Konfigurazzjonijiet awtomatiċi, mekkaniżmi tal-issortjar u tal-filtrazzjoni 10

3.3.5.

Preżenza bejn pjattaforma u oħra 11

3.3.6.

Fatturi esterni oħrajn 11

3.3.7.

Notifiki minn partijiet terzi 11

3.3.8.

Każwalizzazzjoni 11

3.3.9.

Tindif intern/organizzazzjoni 12

3.3.10.

Ir-relazzjoni ma’ servizzi anċillari 12

3.3.11.

L-użu tal-għodod tekniċi tal-fornituri 12

3.3.12.

L-effett tal-apprendiment awtomatiku 12

3.3.13.

Evalwazzjoni tas-siti web 13

3.3.14.

Miżuri meħuda biex tiġi evitata manipulazzjoni in mala fide minn partijiet terzi tar-riżultati tal-ikklassifikar 13

3.3.15.

Riċensjonijiet tal-utenti 13

3.3.16.

Il-miżuri tal-fornituri kontra l-kontenut illegali 13

4.

KIF JINTGĦAŻLU L-PARAMETRI PRINĊIPALI U XORTA WAĦDA TIĠI EVITATA L-MANIPULAZZJONI IN MALA FIDE TAL-IKKLASSIFIKAR 13

5.

DESKRIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI MEĦTIEĠA – RIMUNERAZZJONI DIRETTA U INDIRETTA 14

5.1.

Approċċ ġenerali 14

5.2.

Rimunerazzjoni diretta 15

5.3.

Rimunerazzjoni indiretta 15

6.

KIF JENĦTIEĠ LI JIĠI DESKRITT IL-PARAMETRU PRINĊIPALI? 15

6.1.

Approċċ ġenerali 16

6.2.

Il-livell ta’ dettall 16

6.3.

Il-livell ta’ dettall għal rimunerazzjoni diretta u indiretta 16

6.4.

Rekwiżit li d-deskrizzjoni tiġi abbozzata b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem 17

6.5.

Għodod ta’ preżentazzjoni 17

7.

FEJN JENĦTIEĠ LI JIĠU DESKRITTI L-PARAMETRI PRINĊIPALI 17

7.1.

Servizzi tal-intermedjazzjoni online 17

7.2.

Magni tat-tiftix 18

8.

META JENĦTIEĠ LI TINBIDEL ID-DESKRIZZJONI TAL-PARAMETRI PRINĊIPALI? 18

8.1.

Iż-żamma tad-deskrizzjonijiet aġġornati 18

8.2.

Bidliet temporanji 19

8.3.

Esperimenti 19

9.

IL-PASSI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU META TIĠI AĠĠORNATA D-DESKRIZZJONI TAL-PARAMETRI PRINĊIPALI 20

9.1.

Rekwiżit għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jinnotifikaw il-bidliet proposti 20

9.2.

Rekwiżit għall-magni tat-tiftix online li jżommu d-deskrizzjoni aġġornata 20

10.

OBBLIGI SPEĊIFIĊI FUQ IL-MAGNI TAT-TIFTIX BIEX JIPPERMETTU LILL-UTENTI TAS-SITI WEB KORPORATTIVI JISPEZZJONAW IL-KONTENUT TAL-AVVIŻI TA’ PARTIJIET TERZI 20

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   L-iskop tal-linji gwida

1.

Dawn il-Linji Gwida għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-konformità tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (1) u tal-fornituri ta’ magni tat-tiftix online (2) mar-rekwiżiti pprovduti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (3) (minn hawn ’il quddiem – ir-“Regolament”), u l-infurzar tagħhom. F’konformità mal-Artikolu 5(7) u mal-premessa 28 tar-Regolament, dawn il-Linji Gwida għandhom ukoll l-għan li jassistu lill-fornituri fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti u jgħinu biex jottimizzaw il-mod li bih il-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar jiġu identifikati u ppreżentati lill-utenti kummerċjali u lill-utenti tas-siti web korporattivi (4).

2.

L-Artikolu 5(1) u (2) jirrikjedu, essenzjalment, li l-fornituri jistabbilixxu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri għall-kuntrarju ta’ parametri oħrajn.

3.

L-Artikolu 2(8) jiddefinixxi “ikklassifikar” bħala “il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti permezz ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix permezz ta’ magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni.”

4.

Skont l-Artikolu 5(5), kull fornitur għandu jipprovdi deskrizzjoni li tagħti lill-utenti għarfien xieraq ta’ jekk il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar jikkunsidrax dawn li ġejjin u, jekk iva, kif u sa liema punt: (a) il-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi offruti permezz tas-servizz tal-fornitur; (b) ir-rilevanza ta’ dawk il-karatteristiċi għall-konsumaturi li jużaw dak is-servizz; u (c) biss fir-rigward tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online, il-karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat mill-utenti ta’ siti web korporattivi.

5.

Kif spjegat fil-Premessi 24 u 26, id-deskrizzjoni li għandha tingħata mill-fornituri għandha l-għan li ttejjeb il-prevedibbiltà u tgħin lill-utenti jtejbu l-preżentazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, jew karatteristika ta’ dawk il-prodotti u s-servizzi.

6.

Fl-istess ħin, ir-Regolament ifittex li jikseb dan l-objettiv mingħajr ma jirrikjedi li l-fornituri jiżvelaw algoritmi jew kwalunkwe informazzjoni li, b’ċertezza raġonevoli, tirriżulta fil-qerq tal-konsumaturi jew fi ħsara lill-konsumaturi permezz tal-manipulazzjoni tar-riżultati tat-tiftix (l-Artikolu 5(6)). B’hekk, il-fornituri mhumiex meħtieġa jiżvelaw il-funzjonament dettaljat tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom, inklużi l-algoritmi, u jenħtieġ li l-kapaċità tagħhom li jaġixxu kontra l-manipulazzjoni in mala fide tal-ikklassifikar ma tkunx indebolita (il-Premessa 27).

7.

Meta jitqiesu r-rekwiżiti legali parzjalment diverġenti għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online minn naħa waħda u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online min-naħa l-oħra, li huma stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, u meta titqies in-natura differenti tas-servizzi kkonċernati, il-kontenut tad-deskrizzjoni meħtieġa tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar se jkollu bilfors ivarja bejn iż-żewġ tipi ta’ servizzi. Barra minn hekk, kif rikonoxxut fil-Premessa 25, il-kontenut, inklużi l-għadd u t-tip ta’ parametri prinċipali, jista’ jvarja ħafna wkoll bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online nfushom.

8.

Jenħtieġ li l-gwida li tinsab f’dawn il-Linji Gwida ma tiġix applikata b’mod mekkaniku, iżda minflok b’kunsiderazzjoni xierqa tal-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti inkwistjoni f’kull każ individwali. L-eżempji mogħtija huma għal finijiet illustrattivi biex jgħinu l-fehim. Fejn jiddeskrivu sitwazzjonijiet speċifiċi, jenħtieġ li dawn ma jiġux interpretati bħala li jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu kkonċernat għas-sitwazzjoni partikolari deskritta. Barra minn hekk, jistgħu jingħataw eżempji għal settur speċifiku, iżda l-kunċetti jistgħu jkunu trasferibbli u jistgħu jinftiehmu bħala li japplikaw għal metodi/sitwazzjonijiet simili użati f’setturi oħrajn.

9.

Dawn il-Linji Gwida mhumiex legalment vinkolanti. Huma mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-fornituri stess biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 u s-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti u l-qrati tal-Istati Membri fir-rigward tal-infurzar ta’ dawk ir-rekwiżiti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament u ma’ dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE li għandha tinterpreta r-rekwiżiti.

10.

Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-mod li bih jiġu applikati r-rekwiżiti tal-Artikolu 5, kif ikkjarifikati minn dawn il-Linji Gwida, u tista’ tiddeċiedi li tirrevedi dawn il-Linji Gwida, fejn meħtieġ, fid-dawl tal-iżviluppi futuri u l-għarfien li qed jevolvi.

1.2.   Ikklassifikar tat-trasparenza – sfond

11.

L-ikklassifikar huwa definit fl-Artikolu 2(8), iċċitat hawn fuq, u jista’ essenzjalment jitqies bħala forma ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet algoritmiku u xprunat mid-data. Meta l-fornituri jippreżentaw, jorganizzaw jew jikkomunikaw l-informazzjoni dwar prodotti jew servizzi għall-konsumaturi jew ir-riżultati tat-tiftix, huma “jikklassifikaw” ir-riżultati abbażi ta’ ċerti parametri.

12.

Kif spjegat fil-Premessi 24 u 26, l-ikklassifikar ta’ prodotti u servizzi mill-fornituri għandu impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumatur u, konsegwentement, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi. Hekk kif l-ekonomija qed tkompli timxi online, l-ikklassifikar fit-tiftix u fuq il-pjattaformi online qed isir dejjem aktar ċentrali għall-intraprenditorija u s-suċċess kummerċjali tan-negozji tal-UE se jiddependi dejjem aktar fuq il-viżibbiltà u l-iskopribbiltà tagħhom online.

13.

Il-fornituri jfasslu l-metodi ta’ kklassifikar tagħhom, inklużi l-algoritmi proprjetarji, b’modi differenti. Dawn l-approċċi għall-ikklassifikar sikwit jiġu adattati u ġeneralment ma jiġux żvelati. Mill-perspettiva tal-konsumaturi, il-kwalità tar-riżultati tat-tiftix tista’ tiddifferenzja s-servizzi u, għalhekk, il-funzjonament dettaljat tal-metodi ta’ klassifikar jista’ jkun vantaġġ kompetittiv jew sigriet kummerċjali ta’ fornitur. Għalhekk, in-negozji li jinnegozjaw online mhux dejjem ikunu jafu r-raġunijiet għall-prestazzjoni tagħhom fl-ikklassifikar jew kif jistgħu jiffunzjonaw aħjar, potenzjalment bl-għajnuna tal-ikklassifikar imħallas, minkejja l-kapaċità tagħhom li jilħqu lill-klijenti li jiddependu b’mod kritiku fuq dan l-għarfien.

14.

Għalhekk, filwaqt li r-Regolament ma jillimitax l-għażla tal-parametri tal-ikklassifikar li l-fornituri jistgħu jkunu jridu jużaw, l-Artikolu 5 għandu l-għan li jtejjeb il-prevedibbiltà għall-utenti.

1.3.   Objettivi u kunsiderazzjonijiet ġenerali

15.

Kif spjegat fil-Premessi 24 u 26, id-deskrizzjoni li għandha tingħata mill-fornituri skont l-Artikolu 5 għandha l-għan li ttejjeb il-prevedibbiltà u tgħin lill-utenti jtejbu l-preżentazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, jew xi karatteristika ta’ dawk il-prodotti u s-servizzi. Il-Premessa 24 tispjega li l-prevedibbiltà tinvolvi li l-fornituri jiddeterminaw l-ikklassifikar b’mod mhux arbitrarju.

16.

Għadd ta’ “kunsiderazzjonijiet ġenerali” jistgħu jiġu derivati minn dan l-istandard ta’ prevedibbiltà, li jista’ jassisti lill-fornituri fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 u jiffaċilita l-infurzar ta’ dawk ir-rekwiżiti:

1.3.1.   Approċċ orjentat lejn l-utent

17.

Minħabba l-għan imsemmi hawn fuq li tittejjeb il-prevedibbiltà u jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-utenti, kif ukoll ir-rekwiżit li l-utenti jkunu jistgħu jiksbu “fehim adegwat” (il-premessa 27), jenħtieġ li l-fornituri jagħtu spjegazzjonijiet sinifikanti tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom u, b’mod partikolari, il-parametri prinċipali użati. Sabiex l-ispjegazzjonijiet ikunu sinifikanti għall-utenti, jenħtieġ li dawn iqisu n-natura, il-kapaċità teknika u l-ħtiġijiet tal-utenti “medji” ta’ servizz partikolari, li jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn tipi differenti ta’ servizzi.

18.

Għall-fornituri ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online, skont l-Artikolu 5(1), l-informazzjoni meħtieġa għandha tifforma parti mit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. L-Artikolu 3(1)(a) jesiġi li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.

19.

Fir-rigward tal-fornituri fuq il-magni tat-tiftix online, l-Artikolu 5(2) jesiġi bl-istess mod li l-informazzjoni dwar il-parametri prinċipali tiġi abbozzata b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.

1.3.2.   Valutazzjoni individwali u approċċ teknoloġikament newtrali

20.

Jenħtieġ li l-fornituri jiddeterminaw individwalment x’miżuri għandhom bżonn jieħdu biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5. Meta jipprovdu servizzi multipli, fil-prinċipju, jenħtieġ li huma jagħmlu dan separatament għal kull servizz kopert mir-Regolament. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-utenti, l-awtoritajiet kompetenti u l-qrati jibbażaw ruħhom fuq valutazzjoni individwali u każ b’każ dwar jekk dawk ir-rekwiżiti humiex irrispettati jew le. Dan l-approċċ individwali huwa partikolarment importanti minħabba li ċerti fornituri jipprovdu diversi servizzi (intermedjazzjoni online u/jew tiftix online) bħala parti minn struttura korporattiva waħda, jew saħansitra interfaċċja waħda għall-utenti, filwaqt li d-deskrizzjoni meħtieġa għall-utenti biex jifhmu b’mod adegwat il-mekkaniżmi tal-ikklassifikar użati tista’ tvarja skont is-servizz inkwistjoni.

21.

Barra minn hekk, l-Artikolu 2(8), li jiddefinixxi t-terminu “klassifikar”, jindika li l-mezzi teknoloġiċi użati mill-fornituri biex jippreżentaw, jorganizzaw jew jikkomunikaw il-prodotti jew is-servizzi offruti mill-utenti permezz tas-servizzi inkwistjoni huma irrilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-valutazzjoni individwali titwettaq b’mod teknoloġikament newtrali, fis-sens li t-teknoloġija partikolari użata bħala parti mill-proċess tal-ikklassifikar mhijiex deċiżiva.

1.3.3.   Il-livell tajjeb ta’ dettall

22.

Jenħtieġ li d-deskrizzjonijiet mogħtija mill-fornituri f’konformità mal-Artikolu 5 jipprovdu valur miżjud reali lill-utenti kkonċernati. L-Artikoli 5(1) u (2) jesiġu li l-fornituri jagħtu mhux biss informazzjoni dwar il-parametri prinċipali, iżda wkoll ir-raġunijiet għall-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri prinċipali għall-kuntrarju ta’ parametri oħrajn. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(5), jenħtieġ li l-utenti jkunu jistgħu jiksbu “fehim adegwat” ta’ jekk jiġux ikkunsidrati tliet fatturi partikolari u, jekk iva, kif u sa liema punt (5). Dan ifisser li d-deskrizzjoni li għandha tiġi pprovduta għandha tmur lil hinn minn enumerazzjoni sempliċi tal-parametri prinċipali, u tipprovdi mill-inqas “saff sekondarju” tal-informazzjoni ta’ spjegazzjoni (6). Il-fornituri jistgħu, pereżempju, jikkunsidraw li jiddeskrivu l-“proċess ta’ ħsieb” intern tal-kumpanija li ntuża għall-identifikazzjoni tal-“parametri prinċipali” bħala mod kif jinkisbu wkoll ir-“raġunijiet għall-importanza relattiva tagħhom”.

23.

Il-Premessa 27 tiċċara li d-deskrizzjoni meħtieġa tista’ tkun ġenerali, iżda li jenħtieġ li din tagħti lill-utenti fehim adegwat u, barra minn hekk, jenħtieġ li mill-inqas tkun ibbażata fuq “data reali dwar ir-rilevanza tal-parametri ta’ kklassifikar użati”. Dik il-Premessa tiċċara wkoll li, filwaqt li d-divulgazzjoni tal-funzjonament dettaljat tal-mekkaniżmi ta’ kklassifikar, inklużi l-algoritmi, mhijiex meħtieġa, l-interessi kummerċjali tal-fornituri ma jistgħux jiġġustifikaw rifjut li jiġu ddivulgati l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar f’konformità mal-Artikolu 5.

24.

Skont l-Artikolu 5(1) u (2), id-deskrizzjoni li għandha tingħata mill-fornituri trid tkun relatata mal-parametri prinċipali kollha li jiddeterminaw, rispettivament, li huma l-aktar sinifikanti għall-ikklassifikar. Għalhekk, dan l-obbligu japplika wkoll fir-rigward ta’ fatturi bħal bidliet temporanji, il-każwalizzazzjoni jew il-personalizzazzjoni, sa fejn dawn il-fatturi jikkostitwixxu parametri prinċipali.

25.

Madankollu, eċċess ta’ informazzjoni jista’ jfisser li, fil-fatt, ma tiġi pprovduta l-ebda informazzjoni sinifikanti lill-utenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fornituri, minn naħa waħda, jidentifikaw u jispjegaw b’mod adegwat il-parametri prinċipali tal-ikklassifikar, filwaqt li, min-naħa l-oħra, ma jgħabbux lill-utenti b’deskrizzjonijiet twal jew ikkumplikati żżejjed, jew b’deskrizzjonijiet ta’ parametri oħrajn li mhumiex dawk prinċipali. Jenħtieġ li n-nuqqas ta’ għoti ta’ dettalji eċċessivi jgħin ukoll biex jiġi evitat ir-riskju ta’ qerq tal-konsumaturi jew ħsara lill-konsumaturi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(6).

2.   IN-NATURA U L-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAR-REKWIŻITI TAL-ARTIKOLU 5

2.1.   Servizzi integrati

26.

Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 japplikaw għall-fornituri ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online u ta' magni tat-tiftix online. Jekk il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jiġu integrati (vertikalment jew orizzontalment), parti minn dak li joffru tista’ tkun ukoll servizzi tal-intermedjazzjoni online. Bl-istess mod, il-fornituri “konglomerati” ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jinkorporaw diversi servizzi tal-intermedjazzjoni online fi struttura korporattiva waħda. Kif ġie spjegat hawn fuq, f’każijiet bħal dawn, l-obbligi tal-Artikolu 5 fil-prinċipju se japplikaw separatament għal kull magna tat-tiftix online, kif ukoll għal kull servizz tal-intermedjazzjoni online pprovdut, għax inkella normalment ma jkunx possibbli li jiġu pprovduti spjegazzjonijiet sinifikanti lill-utenti kkonċernati. F’dan ir-rigward, jistgħu jqumu l-kwistjonijiet li ġejjin.

27.

Servizzi offruti permezz ta’ apparati differenti. Jekk il-fornituri joffru servizzi permezz ta’ apparati differenti, jenħtieġ li huma jivvalutaw jekk jistgħux ikunu meħtieġa spjegazzjonijiet separati għal kull apparat. Jekk is-servizz jopera bl-istess mod fuq l-apparati kollha u japplikaw l-istess parametri prinċipali għal mekkaniżmu ta’ kklassifikar wieħed, b’mod ġenerali, skont l-Artikolu 5, ma tidher meħtieġa l-ebda spjegazzjoni separata. Madankollu, jekk is-servizz jopera b’mod indipendenti u differenti fuq apparati differenti, b’tali mod li jintużaw parametri prinċipali differenti, mela fil-prinċipju tidher li hija meħtieġa spjegazzjoni separata.

28.

Servizzi li joperaw bejn il-fruntieri u permezz ta’ interfaċċji tal-konsumatur mingħajr xkiel. Jistgħu jeżistu sitwazzjonijiet fejn fornitur jopera vetrina ta’ ħanut inkorporata f’servizz tas-suq (tip ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online) u fejn is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magni tat-tiftix online joperaw f’territorji differenti li jużaw ismijiet ta’ dominji differenti jew saħansitra multipli. Jekk il-fornituri jinkorporaw tali vetrina ta’ ħanut flimkien mas-servizz tas-suq tagħhom, jenħtieġ li jivvalutaw jekk dawn humiex parti minn dan is-servizz tas-suq jew attività distinta. Dan huwa rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk il-funzjonament tal-vetrina tal-ħanut għandux jiġi inkluż f’deskrizzjoni skont l-Artikolu 5 u, jekk iva, kif. Skont is-sitwazzjoni, jistgħu jkunu meħtieġa deskrizzjoni waħda jew diversi deskrizzjonijiet bħal dawn, u jista’ jkun meħtieġ li l-preżenza ta’ dawn il-vetrini tal-ħwienet tiġi deskritta b’modi differenti. L-istess japplika għall-użu ta’ ismijiet ta’ dominji differenti jew multipli

29.

Sindakazzjoni jew subsindakazzjoni tar-riżultati tat-tiftix. Sitwazzjoni oħra li tista’ tqum hija dik fejn fornitur ta’ magna tat-tiftix online juża sindakazzjoni jew subsindakazzjoni tar-riżultati tat-tiftix, inkluża “l-esternalizzazzjoni” tal-attivitajiet rilevanti għal magni tat-tiftix online ta’ partijiet terzi (7). Jekk ir-riżultati tat-tiftix effettivament jinkisbu mingħand fornituri terzi ta’ magni tat-tiftix online, jenħtieġ li dan ma jeħlisx lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online ikkonċernati milli jikkonformaw mal-obbligu fl-Artikolu 5, sakemm l-attività rilevanti tkun taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni.

30.

Integrazzjoni tal-offerti tal-utenti kummerċjali fuq servizzi tal-intermedjazzjoni online ta’ partijiet terzi. Sitwazzjoni oħra li tista’ tqum fil-prattika hija waħda fejn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jintegra l-offerti tal-utenti kummerċjali fuq servizzi tal-intermedjazzjoni online ta’ partijiet terzi, pereżempju, “magni ta’ ‘metasearch’” li jintegraw rabtiet mal-offerti tal-utenti kummerċjali fuq “aġenti tal-ivvjaġġar online”. Fejn applikabbli, jenħtieġ li l-fornituri jivvalutaw jekk il-preżenza ta’ dawn l-offerti għandhiex tiġi inkluża f’deskrizzjoni skont l-Artikolu 5 u, jekk iva, kif. Skont is-sitwazzjoni, tista’ tkun meħtieġa deskrizzjoni waħda jew diversi deskrizzjonijiet bħal dawn, u l-preżenza ta’ dawn l-offerti jista’ jkollha tiġi deskritta b’modi differenti.

31.

L-użu ta’ “buttuni tax-xiri” fil-midja soċjali. L-hekk imsejħa “buttuni tax-xiri” użati mill-professjonisti jistgħu jiġu integrati fis-servizzi online tal-midja soċjali. Jekk dan ikun il-każ, jenħtieġ li l-fornituri jivvalutaw jekk dawn il-“buttuni tax-xiri” humiex parti minn servizzi tal-intermedjazzjoni online usa’ jew attività distinta li tista’ tikkostitwixxi servizzi tal-intermedjazzjoni online fih innifsu. Dan huwa rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk il-funzjonament tal-buttuni tax-xiri għandux jiġi inkluż f’deskrizzjoni skont l-Artikolu 5 u, jekk iva, kif. Skont is-sitwazzjoni, jistgħu jkunu meħtieġa deskrizzjoni waħda jew diversi deskrizzjonijiet bħal dawn, u l-preżenza ta’ dawn il-buttuni tax-xiri jista’ jkollha tiġi deskritta b’modi differenti.

2.1.1.   Ikklassifikar bi ħlas

32.

Fir-rigward tar-rimunerazzjoni diretta jew indiretta, li possibbilment tkun wieħed mill-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar (“ikklassifikar bi ħlas”), l-Artikolu 5(3) fih obbligu espliċitu li tiġi stabbilita deskrizzjoni ta’ kwalunkwe possibbiltà ta’ tali kklassifikar bi ħlas u tal-effetti ta’ tali rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar – meta tali possibbiltajiet ikunu fost il-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar.

33.

Skont l-Artikolu 2(8), l-ikklassifikar idur madwar “il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online” (8). Ir-reklamar fuq strixxun jew skrin jista’ f’ċerti każijiet jinfluwenza b’mod attiv “il-prominenza relattiva” tal-prodotti jew tas-servizzi offruti mill-utenti. Meta jkun hekk u r-rekwiżiti l-oħrajn tal-Artikolu 2(8) jiġu ssodisfati wkoll u meta, barra minn hekk, ir-rilevanza ta’ dan il-parametru tkun tali li huwa jikkwalifika bħala parametru “prinċipali”, japplika l-Artikolu 5(3). F’każijiet oħrajn, l-Artikolu 5(3) ma japplikax għal reklamar bħal dan. Il-fatt li l-istess għodod ta’ reklamar online jew skambji ta’ reklamar online, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, (9) jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw ir-reklamar “fuq il-pjattaforma” u “barra mill-pjattaforma” ġeneralment jenħtieġ li ma jitqisux bħala fattur deċiżiv f’dan ir-rigward.

Eżempju illustrattiv

Fornitur ta’ applikazzjonijiet mobbli jħallas lill-istess fornitur waħdieni ta’ servizzi ta’ reklamar online (netwerks ta’ reklamar, għodod ta’ servizzi għar-reklamar u skambji) biex itejjeb il-prominenza relattiva tal-applikazzjoni tiegħu f’ħanut tal-applikazzjoni mobbli permezz ta’ “kklassifikar bi ħlas” u biex fl-istess ħin jippromwovi dik l-applikazzjoni permezz ta’ reklamar fuq strixxun fuq sett ta’ siti web ta’ partijiet terzi li huma parti mill-istess netwerk ta’ reklamar ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ reklamar online. Is-sempliċi fatt li l-istess teknoloġija tar-reklamar użata biex isservi dak ir-reklamar fuq strixxun fuq is-siti web ta’ partijiet terzi tista’ tintuża biex tippromwovi l-applikazzjoni direttament fi ħdan is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magna tat-tiftix online kkonċernata ma jeskludix ir-“reklamar” ta’ dik l-applikazzjoni magħmula fi ħdan is-servizzi msemmija l-aħħar mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5. Il-promozzjoni tal-applikazzjoni fi ħdan is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magni tat-tiftix online tal-fornitur rilevanti tista’ fil-prinċipju tikkostitwixxi “kklassifikar bi ħlas”.

34.

Meta wieħed iqis li l-Artikolu 5(3) japplika għall-fornituri kollha inkwistjoni hawnhekk, l-istess japplika fir-rigward tal-fornituri ta’ magni tat-tiftix online, li fil-kuntest tagħhom l-“ikklassifikar bi ħlas” jista’ jkopri l-opportunitajiet ta’ reklamar li jinvolvu prominenza mħallsa tas-siti web tal-utenti tas-siti web korporattivi jew applikazzjonijiet diġitali fuq il-magna tat-tiftix ikkonċernata

2.1.2.   Ikklassifikar li jiddeskrivi

2.1.2.1.   Approċċ ġenerali

35.

Jirriżulta mill-Artikolu 2(8) li l-kunċett ta’ “prominenza relattiva” jirrigwardja kif il-prodotti u s-servizzi jiġu offruti permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online f’varjetà ta’ ċirkostanzi (10). Dan huwa kkonfermat fil-Premessa 24, li tiddikjara li “[l-]ikklassifikar jirreferi għall-prominenza relattiva tal-offerti tal-utenti kummerċjali jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online...li jirriżultaw mill-użu ta’ sekwenzjar algoritmiku, mekkaniżmi tal-ikklassifikar jew tar-riċensjoni, prominenza viżwali jew għodod oħra li jagħtu prominenza, jew kombinamenti ta’ dawn”.

36.

B’hekk, is-sekwenzjar algoritmiku tar-riżultati b’reazzjoni għal mistoqsija ta’ tiftix huwa biss eżempju wieħed ta’ kif il-prodotti jew is-servizzi jistgħu jiġu ppreżentati, organizzati jew ikkomunikati bħala parti minn mekkaniżmu ta’ kklassifikar kopert mill-Artikolu 5. Fil-fatt, f’dan ir-rigward, hemm bosta modi li bihom il-prodotti u s-servizzi jistgħu jiġu ppreżentati, organizzati jew ikkomunikati lill-konsumaturi. Dawn jinkludu l-ordni “awtomatika” ta’ prodotti u servizzi li l-konsumaturi jistgħu jinnavigaw mingħajr ma jużaw mistoqsijiet ta’ tiftix, permezz tal-użu bla xkiel ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online differenti permezz ta’ “buttuni tax-xiri” (ara hawn fuq), l-esponiment viżwali (inkluż f’servizzi tal-intermedjazzjoni online li jieħdu l-forma ta’ mapep jew direttorji), l-enfasizzar, il-ġenerazzjoni ewlenija u l-interventi editorjali, eċċ.

37.

Skont dak li jaraw il-konsumaturi meta jfittxu prodotti u servizzi fuq servizz partikolari kopert mir-Regolament, l-informazzjoni ppreżentata, organizzata jew ikkomunikata tista’ tkun bażika jew ikkumplikata. Pereżempju, fl-aktar livell bażiku, din tista’ tkun lista waħda ta’ prodotti mingħajr karatteristiċi oħrajn. Għal servizzi oħrajn, din tista’ tkun aktar diversa u l-konsumaturi jistgħu jaraw xelta ta’ prodotti jew servizzi mifruxa quddiemhom u miġbura f’għadd kbir ta’ modi differenti meta jħarsu lejn kwalunkwe paġna partikolari fuq is-servizz, jew meta japplikaw “filtri” differenti. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu, pereżempju, jikkombinaw listi ordnati ta’ riżultati ta’ tiftix ma’ riżultati ta’ kklassifikar bi ħlas u karatteristiċi editorjali bħal rakkomandazzjonijiet, kollha f’interfaċċja unika u mingħajr xkiel. Jew jistgħu jiddifferenzjaw tali listi ordnati billi, pereżempju, jużaw marki, annotazzjonijiet jew intestaturi differenti, f’pożizzjonijiet differenti fuq il-paġna (jiġifieri irrispettivament mill-“pożizzjoni” tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati fil-lista).

38.

Minħabba l-gradi varji ta’ kumplessità tal-ikklassifikar u minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni potenzjalment wiesa’ tal-kunċett teknoloġikament newtrali ta’ “prominenza relattiva”, jenħtieġ li l-fornituri jqisu l-karatteristiċi rilevanti kollha tal-ikklassifikar meta jiddeterminaw x’inhuma l-“parametri prinċipali” għas-servizz speċifiku tagħhom.

3.   X’INHUMA L-PARAMETRI PRINĊIPALI U KIF TAGĦŻILHOM?

3.1.   Eżempji ta’ parametri ta’ kklassifikar

39.

Ladarba l-fornituri jkunu wettqu l-valutazzjoni każ b’każ ta’ x’inhuma l-parametri li jiddeterminaw l-“ikklassifikar” kif definit fl-Artikolu 2(8), ikun meħtieġ li jidentifikaw il-parametri prinċipali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) u (2). Eżempji ta’ tipi ta’ parametri ta’ kklassifikar huma stabbiliti fl-Anness A.

3.2.   L-għażla tal-parametri prinċipali

40.

Għal xi servizzi, jista’ jkun hemm għadd kbir ta’ parametri ta’ kklassifikar. Għal oħrajn, dawn jistgħu jkunu aktar limitati. Speċjalment meta jkun hemm sett kbir ta’ parametri, il-fornitur ikollu jagħżel dawk l-aktar rilevanti (ara l-Premessa 24). B’mod aktar speċifiku, skont l-Artikolu 5(1), fir-rigward tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, il-fornituri kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-“parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar”, kif ukoll “ir-raġunijiet għall-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri prinċipali”. Skont l-Artikolu 5(2), fir-rigward tal-magni tat-tiftix online, il-fornituri kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-“parametri prinċipali, li b’mod individwali jew kollettiv huma l-aktar sinifikanti f’li jiddeterminaw l-ikklassifikar”, kif ukoll l-“importanza relattiva ta’ dawk il-parametri prinċipali”.

41.

Sabiex jiddeterminaw liema sett ta’ parametri “jiddeterminaw” (l-Artikolu 5(1)) jew “l-aktar sinifikanti f’li jiddeterminaw” (l-Artikolu 5(2)) l-ikklassifikar, u li għandhom jitqiesu bħala dawk “prinċipali”, il-fornituri jistgħu jikkunsidraw x’wassal għad-disinn tal-algoritmu fl-ewwel lok. Pereżempju, jekk kienx xprunat minn xewqa li jiġi żgurat li l-konsumaturi sabu prodotti jew servizzi li kienu lokali, irħas, ta’ kwalità għolja, eċċ. Dan l-approċċ jirrifletti wieħed mill-għanijiet tal-Artikolu 5, li huwa spjegat fil-Premessa 24: “tgħin lill-utenti kummerċjali biex itejbu l-preżentazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, jew xi karatteristiċi inerenti ta’ dawk il-prodotti jew is-servizzi”. Bħala l-aħjar prattika, din ir-riflessjoni interna tal-kumpaniji tista’ tiġi kkombinata ma’ riflessjoni dwar dak li l-fornitur iqis li huwa l-ogħla tip ta’ riżultat fuq is-servizz tiegħu. Bl-istess mod, il-fornitur jista’ jikkunsidra x’jagħmel lill-konsumaturi tas-servizzi l-aktar sodisfatti. Dan jista’ jkun relatat ma’ dak li jagħmel il-fornitur biex jaqdi l-interessi tal-konsumaturi fuq is-servizz tiegħu, pereżempju billi jikkunsidra għaliex għażel il-filtri li jiġu offruti lill-konsumaturi biex jirranġaw ir-riżultati fuq is-servizzi tiegħu jew tekniki simili oħrajn.

42.

Meta fornitur jidentifika għadd kbir ta’ parametri ta’ kklassifikar, huwa jista’ jikkunsidra li jaqsamhom f’diversi kategoriji wiesgħa u mbagħad jikkunsidra liema huma s-subkategoriji jew l-isfumaturi li jaqgħu taħthom. Jekk ikunu kkonċernati bosta kategoriji differenti ta’ parametri, il-fornituri jistgħu jikkunsidraw li jaħdmu b’lura biex jeliminaw dawk li għandhom biss rwol periferali fid-determinazzjoni tal-ikklassifikar. B’hekk, ikun jifdal biss il-parametri prinċipali, li mbagħad ikunu jridu jiġu kategorizzati u subkategorizzati kif meħtieġ. Dan jista’ jippermetti lill-fornitur jiddetermina u jispjega x’inhi “l-importanza relattiva” tal-“parametri prinċipali” identifikati.

43.

Waħda mill-aħjar prattiki li tista’ tgħin lill-utenti jifhmu kif jiffunzjona l-ikklassifikar hija li jiġu eżaminati l-aktar elementi mhux mistennija li jiddeterminaw l-ikklassifikar. Dawn jistgħu jkunu wkoll fatturi li utent jista’ jassumi li huma irrilevanti minħabba li mhumiex relatati mal-kwalità tal-prodott jew tas-servizz li joffru permezz tas-servizz.

44.

Waħda oħra mill-aħjar prattiki hija li l-utenti jiġu megħjuna jifhmu billi jiġi inkluża deskrizzjoni ta’ livell għoli tal-proċess intern tal-kumpanija mwettqa mill-fornitur ikkonċernat li wasslitu biex jikkonkludi x’inhuma l-parametri “prinċipali”. Din tista’ tgħin ukoll lill-fornituri jissodisfaw ir-rekwiżit fl-Artikolu 5(5) li l-utenti jkunu jistgħu jiksbu “għarfien xieraq” ta’ ċerti fatturi partikolari relatati mal-ikklassifikar (ara t-Taqsima 6.2 t’hawn taħt).

45.

B’mod simili, billi jieħdu deċiżjonijiet dwar il-parametri prinċipali, il-fornituri jistgħu jikkunsidraw xi jkun l-aktar utli li jsiru jafu l-utenti kkonċernati. Għall-utenti kummerċjali, it-trasparenza fir-rigward tal-ikklassifikar isservi biex ittejjeb il-prevedibbiltà u biex tgħinhom itejbu l-preżentazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, jew xi karatteristiċi inerenti ta’ dawk il-prodotti jew is-servizzi. Għall-utenti ta’ siti web korporattivi, dan sabiex jinkiseb fehim adegwat ta’ jekk jiġux ikkunsidrati u, jekk iva, kif u sa liema punt, ċerti karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat, bħall-ottimizzazzjoni tagħhom għall-wiri fuq apparati tat-telekomunikazzjoni mobbli.

46.

Huwa importanti li wieħed jinnota li l-“importanza relattiva” ma tirrikjedix li tiġi żvelata l-ponderazzjoni eżatta tal-parametri prinċipali, jew tabilħaqq l-algoritmi tal-fornituri, (ara l-Artikolu 5(6) u l-Premessa 27). Madankollu, jenħtieġ li l-fornituri jkopru sa ċertu punt in-natura intrinsikament dinamika tal-ikklassifikar (tipikament xprunat mill-algoritmu) b’deskrizzjoni aktar statika. Bidliet temporanji li jistgħu jkunu prevedibbli u regolari, bħall-promozzjonijiet ta’ bejgħ jew l-influwenza tat-temp, għaldaqstant jistgħu, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, jiġu deskritti b’mod ġenerali, mingħajr ma jiskattaw neċessarjament il-ħtieġa li d-deskrizzjoni tal-ikklassifikar tiġi adattata kull darba li tibda l-bidla temporanja. Bidliet kbar fil-mekkaniżmi tal-ikklassifikar li jwasslu biex il-“parametri prinċipali” jinbidlu, inklużi bidliet “evoluzzjonarji” li jseħħu matul iż-żmien bħala riżultat ta’ grad ta’ apprendiment profond, jiskattaw il-ħtieġa li tiġi adattata d-deskrizzjoni mogħtija (11).

47.

F’livell aktar ġenerali, jenħtieġ li l-parametri prinċipali identifikati jkunu riflessjoni vera ta’ dak li jiddetermina l-ikklassifikar taħt il-mekkaniżmu inkwistjoni. Dawk li huma deskritti bħala l-parametri prinċipali jenħtieġ li jkunu dawk li huma l-aktar importanti fid-determinazzjoni tal-ikklassifikar. Għalhekk, huwa irrilevanti jekk il-parametri humiex fatturi li jistgħu jiġu influwenzati mill-utenti jew le. B’mod simili, il-fornituri ma jistgħux sempliċiment jirreferu għall-fatt li l-ikklassifikar jiġi ddeterminat minn algoritmi li jużaw l-intelliġenza artifiċjali. Sabiex tifhem aktar ir-relazzjoni bejn l-apprendiment awtomatiku u l-obbligu li jiġu żvelati l-parametri prinċipali, ara 3.3.12 hawn taħt.

3.3.   Kunsiderazzjonijiet speċifiċi meta jiġu identifikati l-parametri prinċipali

48.

Meta jwettqu l-valutazzjoni meħtieġa biex jidentifikaw il-parametri prinċipali tal-ikklassifikar, f’konformità mal-prinċipji ġenerali deskritti hawn fuq, il-fornituri u partijiet oħrajn jistgħu jqisu speċifikament il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.

3.3.1.   Personalizzazzjoni

49.

L-ikklassifikar personalizzat tal-offerti huwa karatteristika użata ħafna. Għalkemm l-eżiti tal-ikklassifikar jistgħu jvarjaw b’mod ipotetiku għal kull konsumatur individwali, il-parametri użati biex jiġu personalizzati r-riżultati (li jistgħu jkunu multipli) normalment japplikaw bl-istess mod għall-offerti kollha ta’ prodotti jew servizzi mill-utenti fuq is-servizzi kkonċernati. Fi kliem ieħor, il-parametri li jippersonalizzaw ir-riżultati jiġu ddeterminati b’mod oġġettiv minn qabel anki jekk l-applikazzjoni tagħhom tirriżulta f’konsumatur wieħed li jara kklassifikar differenti meta mqabbel ma’ konsumatur ieħor li juża l-istess servizzi tal-intermedjazzjoni online jew magna tat-tiftix online.

50.

Kif spjegat fil-Premessa 24, il-prevedibbiltà tinvolvi li l-fornituri jiddeterminaw l-ikklassifikar b’mod mhux arbitrarju. Meta dan ikun parametru prinċipali, spjegazzjoni tal-użu tal-personalizzazzjoni, il-karatteristiċi ewlenin tagħha, kif ukoll l-impatt tagħha fuq l-ikklassifikar, inkluża l-volatilità (jiġifieri l-firxa tad-differenza fl-ikklassifikar għal konsumaturi differenti), (12) tista’ tgħin biex tittejjeb il-prevedibbiltà u jiġi evitat ir-riskju li l-ikklassifikar jiġi ddeterminat b’mod arbitrarju. Għalhekk, jista’ jkun li l-fornituri jkollhom jirriflettu dwar kif u, jekk iva, sa liema punt il-personalizzazzjoni taffettwa l-ikklassifikar fil-każ tas-servizzi speċifiċi tagħhom ta’ intermedjazzjoni online jew magni tat-tiftix online.

51.

Dan jista’ jirrikjedi li l-fornituri janalizzaw il-lista potenzjalment twila ħafna ta’ fatturi użati għal din il-personalizzazzjoni, bħall-profili personali tal-konsumaturi, l-interessi, l-imġiba tat-tiftix, il-lok ġeografiku reali tagħhom, il-ħin li fih isir it-tiftix, l-użu minnhom ta’ funzjonijiet li jimblokkaw il-cookies jew ta’ għodod tekniċi oħrajn u, b’mod aktar ġenerali, l-ammont kbir ta’ data miżmuma dwar il-konsumatur speċifiku, kif ukoll l-użu minnhom ta’ konfigurazzjonijiet awtomatiċi (jiġifieri l-kapaċità tagħhom li jneħħu konfigurazzjoni awtomatika jew li japplikaw mekkaniżmi ta’ filtrazzjoni (ara 3.3.4 hawn taħt)).

52.

Minħabba li ċerti fornituri jistgħu jipprovaw jaqbdu udjenzi uniċi għal skopijiet uniċi sabiex jiddifferenzjaw il-mudelli tan-negozju rispettivi tagħhom, (13) huma jistgħu jikkunsidraw ukoll il-kompożizzjoni tal-konsumaturi li jużaw is-servizzi speċifiċi meta jikkunsidraw l-impatt tal-personalizzazzjoni fuq l-ikklassifikar.

53.

Jenħtieġ li l-fornituri jikkunsidraw jekk u kif il-konsumaturi jistgħu jużaw il-konfigurazzjonijiet tal-protezzjoni tal-privatezza fuq is-servizzi tagħhom jekk dan ikun il-każ, u kif fil-fatt jagħmlu dan, minħabba li l-użu ta’ dawn il-konfigurazzjonijiet jista’ jaffettwa l-possibbiltà li l-ikklassifikar jiġi personalizzat.

Eżempju illustrattiv

Suq online “jippersonalizza” l-ikklassifikar billi jassenja sa 10 000“karatteristika” definiti minn qabel lil konsumaturi individwali. Il-fornitur isib li dan jista’ jkun effettiv ħafna sabiex jiġu ordnati l-offerti tal-utenti kummerċjali tiegħu (jiġifieri fl-ikklassifikar), għalkemm l-effettività tal-mekkaniżmu tal-personalizzazzjoni tiegħu hija affettwata ħafna mill-konfigurazzjonijiet tal-privatezza użati mill-konsumaturi tiegħu. Skont in-numru, l-eteroġeneità u l-preferenzi tal-privatezza tal-konsumaturi attivi fis-servizz ikkonċernat, l-eżiti tal-ikklassifikar jistgħu għalhekk ivarjaw ħafna. Barra minn hekk, il-fornitur seta’ ddisinja l-mekkaniżmu tal-ikklassifikar tiegħu biex jiżen fatturi oħrajn, bħal ikklassifikar bi ħlas b’mod aktar qawwi f’każijiet jew fi żminijiet fejn il-personalizzazzjoni tkun inqas effettiva. F’sitwazzjoni bħal din, il-fornitur jista’ jkollu bżonn jinkludi dan l-għarfien fattwali fid-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali tiegħu li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva tagħhom, sabiex jippermetti lill-utenti kummerċjali jifhmu sewwa l-mekkaniżmu tal-ikklassifikar, madankollu mingħajr ma jgħabbi żżejjed jew iħawwad lill-utenti kummerċjali billi jiġu elenkati eluf ta’ karatteristiċi individwali tal-mekkaniżmu użat.

3.3.2.   L-imġiba u l-intenzjoni tat-tiftix tal-konsumatur

54.

Fejn rilevanti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 5, b’mod partikolari fir-rigward tad-deskrizzjoni meħtieġa tal-parametri prinċipali, il-fornituri jistgħu jikkunsidraw kif u, jekk iva, sa liema punt l-imġiba tat-tiftix tal-konsumaturi taffettwa l-ikklassifikar, potenzjalment bħala element fl-ikklassifikar personalizzat (ara 3.3.1 hawn fuq).

3.3.3.   L-istorja tal-utent

55.

Fejn rilevanti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 5, b’mod partikolari fir-rigward tad-deskrizzjoni meħtieġa tal-parametri prinċipali, il-fornituri jistgħu jikkunsidraw kif u, jekk iva, sa liema punt ċerti fatturi li mhumiex relatati direttament mal-prodotti jew is-servizzi li utent joffri permezz tas-servizzi inkwistjoni, bħall-istorja tal-utent jew il-prestazzjoni tiegħu fil-passat, jaffettwaw l-ikklassifikar.

Eżempju illustrattiv

Fil-ħwienet tal-applikazzjonijiet mobbli, l-iżviluppaturi jew il-pubblikaturi jistgħu jiġu kklassifikati separatament mill-applikazzjonijiet tagħhom, sabiex, pereżempju, applikazzjoni li tkun għadha kif ġiet varata ta’ żviluppatur esperjenzat li jkollu offerta eżistenti f’dak il-ħanut tal-applikazzjonijiet partikolari jkollha prestazzjoni aħjar fl-ikklassifikar mill-applikazzjoni ta’ żviluppatur ġdid. F’dan il-każ, sa fejn dawn il-fatturi jikkostitwixxu parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar, il-fornitur ikkonċernat se jkollu jiżgura li l-utenti kummerċjali jifhmu li dan huwa l-każ. Il-fornitur jista’, fejn rilevanti, jinforma wkoll lill-utenti kummerċjali bil-mekkaniżmi ta’ “korrezzjoni” possibbli, bħall-għoti ta’ spinta temporanja lill-applikazzjonijiet ta’ żviluppaturi ġodda.

3.3.4.   Konfigurazzjonijiet awtomatiċi, mekkaniżmi tal-issortjar u tal-filtrazzjoni

56.

Bħala tip ta’ personalizzazzjoni, il-konfigurazzjonijiet awtomatiċi li jistgħu jiġu rranġati mill-ġdid, imneħħija, jew “annullati” mill-konsumaturi li jużaw għodod ta’ ssortjar jew ta’ filtrazzjoni jista’ jkollhom impatt importanti fuq l-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi tal-utenti kummerċjali. Dawn il-mekkaniżmi jistgħu jkunu “parametri prinċipali” fihom infushom u barra minnhom infushom, pereżempju fejn l-użu tagħhom mill-konsumaturi jkun frekwenti ħafna u jkunu partikolarment rilevanti għall-ikklassifikar. Jekk iva, jista’ jkun importanti għall-utenti kummerċjali li jifhmu, pereżempju, jekk l-ikklassifikar wara l-applikazzjoni tal-filtru huwiex ibbażat fuq l-offerti kollha jew jekk l-ikklassifikar allura jiddependix fuq jekk l-offerta ta’ prodotti jew servizzi tissodisfax ċerti kriterji għall-inklużjoni, bħal għadd minimu ta’ riċensjonijiet sabiex il-prodotti jew is-servizzi li ssir referenza għalihom taħt il-konfigurazzjonijiet awtomatiċi jidhru taħt filtru ta’ “kwalità”. L-istess jgħodd għad-daqs tal-impatt possibbli tal-filtri differenti fuq l-ikklassifikar.

57.

Barra minn hekk, minħabba l-importanza loġikament akbar tal-parametru użat (jiġifieri l-filtru) f’mekkaniżmi speċifiċi ta’ filtrazzjoni (eż. il-prezz jew il-punteġġ tar-rieżami), parametri oħrajn li japplikaw minbarra l-filtru jistgħu jiżdiedu ugwalment fl-importanza f’termini tal-ponderazzjoni applikata lilhom fis-sitwazzjoni fejn ma jiġi applikat l-ebda filtru. Din il-ponderazzjoni aktar qawwija tista’ tkun meħtieġa biex tippermetti li għadd kbir ta’ offerti li ma jkunux ivarjaw b’mod sinifikanti fuq elementi bħall-prezz jew il-punteġġ tar-rieżami (jiġifieri l-filtru) xorta waħda jkunu jistgħu jiġu kklassifikati b’mod effettiv. Tali parametri oħrajn jistgħu mbagħad, skont il-każ, jikkostitwixxu “parametri prinċipali” skont l-Artikolu 5. Minbarra dawk is-sitwazzjonijiet, jista’ jkun importanti għall-utenti kummerċjali li jifhmu l-implikazzjonijiet possibbli tal-użu ta’ filtri għall-ponderazzjoni relattiva ta’ parametri oħrajn li mhumiex il-filtru applikat.

3.3.5.   Preżenza bejn pjattaforma u oħra

58.

L-utenti kummerċjali spiss ikollhom it-tendenza li joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom simultanjament bejn is-servizzi differenti ta’ intermedjazzjoni online sabiex jimmassimizzaw il-bejgħ (“multi-homing”). Barra minn hekk, jeżistu fornituri ta’ partijiet terzi indipendenti li jiġbru r-riċensjonijiet tal-utenti tan-negozji. Fil-prattika, xi fornituri jistgħu jikkunsidraw l-attivitajiet jew il-preżenza ta’ utenti kummerċjali fuq servizzi ta’ partijiet terzi bħala indikatur tal-kwalità jew tar-rilevanza tal-utenti kummerċjali fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online inkwistjoni. Fejn dan ikun il-każ, u r-rilevanza ta’ dan il-fattur għall-ikklassifikar tkun tali li dan għandu jitqies bħala “parametru prinċipali”, jenħtieġ li dawk il-fornituri jinformaw lill-utenti li, dan il-fattur jitqies fl-ikklassifikar u kif dan jitqies.

3.3.6.   Fatturi esterni oħrajn

59.

L-utenti u l-prodotti u s-servizzi li joffru jistgħu jiġu vvalutati wkoll bl-użu ta’ fatturi oħrajn li huma esterni għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magni tat-tiftix online partikolari. Fatturi bħall-ikklassifikar tal-istilel tal-lukandi, l-“attrazzjoni tad-ditti” mkejla permezz ta’ stħarriġ tal-professjonisti fil-qasam tal-moda, il-marki ta’ fiduċja ta’ partijiet terzi mogħtija lil ħanut tal-bejgħ bl-imnut fuq l-internet (pereżempju “ħanut ta’ fiduċja”) tal-utenti kummerċjali jew il-premjijiet tal-industrija (pereżempju “l-aħjar kafetterija f’x”) jew artikli speċjali li jidhru f’midja ta’ parti terza (pereżempju rapporti tal-ġurnali jew artikli fuq rivisti) jistgħu jkunu rilevanti biex jiġu kklassifikati bħala “parametri prinċipali”. Jekk iva, dawn il-fatturi għandhom jiġu deskritti wkoll.

60.

Bil-maqlub, ma jistax jiġi eskluż li f’ċerti każijiet jista’ jkun “sorprendenti” għal xi utenti kummerċjali jew utenti ta’ siti web korporattivi li ċerti fatturi esterni li jistgħu jkunu ta’ sinifikat kbir fid-dawl tan-natura tas-servizz, ma jitqisux fid-determinazzjoni tal-klassifikar. Pereżempju, li ma jiġix ikkunsidrat ikklassifikar tal-privatezza assenjat lil siti web fuq magna tat-tiftix online li tkun iffokata fuq il-privatezza jew li ma jiġux ikkunsidrati t-tikketti tal-ikel f’suq tal-ikel orjentat lejn ikel tajjeb għas-saħħa jistgħu jitqiesu bħala sorprendenti għall-utenti. Id-deskrizzjoni tar-raġunijiet għall-importanza relattiva tal-parametri ewlenin, jew tal-parametri prinċipali li huma kollettivament l-aktar sinifikanti fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri prinċipali, jenħtieġ li tkun ċara biżżejjed biex l-utenti jkunu jistgħu jifhmu li dawk il-fatturi l-oħra ma jitqisux fil-klassifikazzjoni.

61.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll, bħala l-aħjar prattika, jekk jenħtieġx li d-deskrizzjoni tirreferi għar-regoli settorjali, li jista’ jkollhom impatt dirett jew indirett fuq id-determinazzjoni tal-parametri tal-ikklassifikar. Dan jinkludi r-regoli tad-dritt tal-UE u tad-dritt nazzjonali li jirriflettu diversi għanijiet ta’ interess pubbliku f’diversi setturi.

3.3.7.   Notifiki minn partijiet terzi

62.

Meta n-notifiki minn partijiet terzi dwar offerti ta’ prodotti u servizzi jkunu rilevanti biex jiġu kklassifikati bħala “parametri prinċipali”, id-deskrizzjonijiet mogħtija mill-fornituri kkonċernati għandhom iqisu wkoll dan il-fattur. Tali rilevanza tista’ tiġi deskritta f’termini tal-importanza potenzjali tagħha f’każijiet individwali, kif ukoll f’termini ta’ kwalunkwe effett kontinwu li jista’ jirriżulta, pereżempju, minn volum għoli ta’ notifiki jew mill-politiki tal-fornituri adottati b’rabta mat-tipi ta’ kontenut illegali li magħhom jistgħu jkunu relatati n-notifiki minn partijiet terzi. Fir-rigward tal-obbligu separat għall-magni tat-tiftix online li jippermettu l-ispezzjoni tal-kontenut tan-notifiki skont l-Artikolu 5(4), ara t-taqsima 10.

3.3.8.   Każwalizzazzjoni

63.

Fil-prattika, ċerti fornituri jistgħu jużaw tekniki biex jorganizzaw mill-ġdid il-prominenza relattiva mogħtija lill-offerti ta’ prodotti u servizzi (parzjalment) b’mod każwali, pereżempju, sabiex tiġi aġġornata d-dehra ta’ paġna web tad-dħul. Il-każwalizzazzjoni tista’ tiġi applikata wkoll, pereżempju, sabiex l-ikklassifikar isir aktar dinamiku, jew sabiex issir distinzjoni bejn is-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti jew il-magna tat-tiftix online u oħrajn. Meta dawn il-fatturi jikkostitwixxu “parametri prinċipali”, il-fornituri kkonċernati għandhom iqisu dan fid-deskrizzjonijiet tagħhom. Dawn jistgħu, pereżempju, jispjegaw kif jiġu applikati tali tekniki (b’referenza għal meta jintużaw, kemm idumu jintużaw, kemm ikun sinifikanti l-użu, eċċ.), kif ukoll l-impatt tagħhom. Tali spjegazzjonijiet jistgħu jipprovdu indikazzjoni bbażata fuq il-fatti tal-“amplitudni”, jiġifieri d-daqs tal-impatt potenzjali tal-każwalizzazzjoni fuq l-ikklassifikar, li tgħin ukoll lill-utenti jifhmu l-importanza tal-adozzjoni ta’ tekniki ta’ ottimizzazzjoni tal-ikklassifikar għal servizzi differenti ta’ intermedjazzjoni online u magni tat-tiftix online li fuqhom jistgħu jkunu preżenti.

3.3.9.   Tindif intern/organizzazzjoni

64.

Xi fornituri jistgħu jeditjaw jew “jorganizzaw” offerti ta’ prodotti u servizzi mill-utenti kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati fuq is-servizzi tagħhom. Pereżempju, huma jistgħu “jittrattaw” jew jikkwalifikaw offerti ta’ prodotti li dehru għal żmien twil fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online tal-kummerċ elettroniku tagħhom mingħajr ma nxtraw bħala “qodma” u, b’hekk, jidhru aktar ’l isfel għall-finijiet ta’ kklassifikar. Meta tali fatturi jammontaw għal “parametri prinċipali”, ikun meħtieġ li tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-prattiki rilevanti. Dan jista’ jkun importanti għal finijiet ta’ prevedibbiltà, mhux l-inqas minħabba l-impatt potenzjalment kbir tal-prattiki fuq l-ikklassifikar u, għalhekk, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti.

3.3.10.   Ir-relazzjoni ma’ servizzi anċillari

65.

F’ċerti każijiet, il-fornituri jfasslu l-mekkaniżmu ta’ kklassifikar tagħhom sabiex l-użu mill-utenti ta’ servizzi anċillari tal-istess fornitur (offruti flimkien mas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magni tat-tiftix online rilevanti, jew dawk offruti separatament) ikun jista’ jaffettwa l-ikklassifikar ta’ dawn l-utenti. Din is-sitwazzjoni tista’ tkun eżempju ta’ rimunerazzjoni indiretta, li teħtieġ deskrizzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 5(3). Madankollu, barra minn hekk, l-użu ta’ servizzi anċillari jista’ jkun ukoll wieħed mill-parametri prinċipali li jintużaw biex jiġi ddeterminat l-ikklassifikar kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) u (2). Meta dan ikun il-każ, il-fornituri għandhom jispjegaw, bi grad xieraq ta’ dettall, li dan huwa l-każ, sabiex l-utenti jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk jużawx dawn is-servizzi anċillari, filwaqt li jkunu jafu li dawn is-servizzi anċillari, pereżempju, joffru mhux biss faċilità (jiġifieri kollha jkunu disponibbli mill-istess fornitur f’punt uniku ta’ servizz), iżda li l-użu tagħhom jista’ jkun importanti fl-ottimizzazzjoni tal-bejgħ. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ meta s-servizzi ta’ eżekuzzjoni offruti mill-fornitur rilevanti jisbqu s-servizzi ta’ konsenja jew postali regolari f’termini tal-veloċità, bil-veloċità tal-konsenja tkun “parametru prinċipali” li jiddetermina l-ikklassifikar. Il-fehim tal-importanza tal-użu u l-effett tas-servizzi anċillari bħala “parametri prinċipali” jista’ għalhekk ikun importanti biex tittejjeb il-prevedibbiltà għall-utenti.

3.3.11.   L-użu tal-għodod tekniċi tal-fornituri

66.

Bħal fil-każ tas-servizzi anċillari, xi fornituri jistgħu joffru għodod tekniċi lill-utenti, possibbilment bi ħlas ta’ rimunerazzjoni u, għalhekk, ikunu koperti mill-Artikolu 5(3). Bl-istess mod, l-użu jew l-effett ta’ għodod bħal dawn jista’ jkollu impatt fuq l-ikklassifikar u – jekk ir-rilevanza tkun tali li dan il-fattur jikkostitwixxi “parametru prinċipali” skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) u (2) – għalhekk ikunu jeħtieġu l-istess approċċ kif deskritt fit-taqsima preċedenti.

67.

Pereżempju, f’ċerti ċirkostanzi, l-użu ta’ għodda analitika tad-data disponibbli fuq servizzi tal-intermedjazzjoni online jew fuq magna tat-tiftix online jista’ jippermetti lill-utenti jtejbu b’mod sinifikanti l-ikklassifikar tagħhom. F’dan il-każ, sa fejn dan il-fattur ikun “parametru prinċipali”, ikun importanti għall-fornituri li jispjegaw jekk l-effett fuq l-ikklassifikar ikunx sempliċiment dovut għall-għarfien miksub u sussegwentement applikat mill-utenti, jew jekk ikunx sempliċiment il-fatt li huma jużaw l-għodda analitika li jiġi kkunsidrat ukoll. Fil-każ tal-aħħar, l-użu tal-għodda analitika jista’ jkun forma ta’ rimunerazzjoni indiretta, f’liema każ japplikaw ukoll ir-rekwiżiti speċifiċi tal-Artikolu 5(3). Is-sinifikat ta’ tali għodda analitika jista’, pereżempju, jirriżulta mill-fatt li l-għarfien offrut ikun uniku u jippermetti lill-utenti jtejbu l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lil hinn minn dak li dawn l-utenti jistgħu jagħmlu abbażi tar-riċerka tagħhom stess jew ta’ soluzzjonijiet oħrajn tas-suq, jew minħabba li l-għodda tista’ tgħin biex tiġi ottimizzata l-preżenza online tagħhom, fuq il-pjattaforma jew barra minnha.

3.3.12.   L-effett tal-apprendiment awtomatiku

68.

Il-fornituri se jkollhom jiddeterminaw jekk l-apprendiment awtomatiku huwiex “parametru prinċipali”. Jekk iva, anki jekk dan ikun dinamiku, huwa jista’ jiġi kopert b’deskrizzjoni aktar “statika”. F’konformità mal-prinċipji ta’ gwida biex jiġi adottat approċċ orjentat lejn l-utent, li jipprovdi l-livell tajjeb ta’ dettall, il-fornituri jistgħu jiffokaw fuq l-ispjegazzjoni tal-“amplitudni” mistennija, jiġifieri d-daqs tal-impatt tal-apprendiment awtomatiku fuq l-ikklassifikar. Dan jista’ jinkludi jekk jaffettwax il-parametri prinċipali kollha bl-istess mod u, pereżempju, jagħti indikazzjoni tal-għażla tal-ħin u l-frekwenza li bihom l-apprendiment awtomatiku jista’ jwassal biex jinbidlu l-“parametri prinċipali”. Jekk tali parametri prinċipali jinbidlu bħala riżultat tal-apprendiment awtomatiku, il-fornituri jkollhom bżonn jaġġustaw id-deskrizzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 5.

3.3.13.   Evalwazzjoni tas-siti web

69.

Fornitur ta’ magna tat-tiftix online jista’ jqis ċerti karatteristiċi tas-siti web sabiex jevalwahom f’termini tal-fiduċja li jgawdu fost l-utenti jew is-sikurezza, l-awtentiċità, il-popolarità jew il-karatteristiċi teknoloġiċi tagħhom. Jekk fornitur jagħmel dan, jenħtieġ li huwa jikkunsidra u jispjega sa liema punt l-evalwazzjoni tiegħu tal-karatteristiċi ta’ sit web taffettwa l-ikklassifikar, sal-punt li tali fatturi jikkostitwixxu “parametri prinċipali”.

70.

Dan ifisser li l-fornituri jivvalutaw fuq bażi individwali x’jagħmlu biex jevalwaw is-siti web u kif dan jaffettwa l-ikklassifikar. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, kif il-fornituri jiżviluppaw punteġġi speċifiċi tas-siti web ikkalkolati abbażi ta’ diversi varjabbli, bħal jekk sit web huwiex fdat mill-utenti u jekk għandux storja ta’ kondiviżjoni ta’ links jew miżinformazzjoni. B’hekk, il-kwalità tal-kontenut jew kemm huwa awtorevoli s-sit web jistgħu jkunu rilevanti għall-prestazzjoni tiegħu fl-ikklassifikar. Alternattivament, l-enfasi tista’ tkun fuq il-popolarità tas-sit web imkejla, pereżempju, permezz tal-għadd ta’ viżitaturi uniċi u ż-żjarat f’perjodu partikolari. Bl-istess mod, jistgħu jitqiesu ċerti aspetti tekniċi, pereżempju, il-veloċità tal-illowdjar, il-faċilità tal-użu fuq it-telefon ċellulari, l-età tad-dominju jew is-sigurtà u l-aċċessibbiltà tas-sit web.

71.

Jekk ċerti karatteristiċi tas-siti web ikunu aktar importanti minn oħrajn, u l-evalwazzjoni ta’ dawn l-aspetti tkun riflessa fl-ikklassifikar sa tali punt li l-parametru jikkwalifika bħala “prinċipali”, dan huwa importanti li jinftiehem mill-utenti. Jenħtieġ li dan ikun rifless ukoll fil-livell ta’ dettall li huwa pprovdut fid-deskrizzjoni sabiex jiġi żgurat li l-utenti jkollhom iċ-ċarezza suffiċjenti.

3.3.14.   Miżuri meħuda biex tiġi evitata manipulazzjoni in mala fide minn partijiet terzi tar-riżultati tal-ikklassifikar

72.

Il-fornituri għandhom it-tendenza li jużaw mekkaniżmi sofistikati għall-prevenzjoni tal-frodi, li jistgħu jikkostitwixxu “parametri prinċipali” skont l-Artikolu 5.

73.

Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri jivvalutaw bir-reqqa jekk għandhom bżonn jiddeskrivu l-elementi kostitwenti tal-mekkaniżmi tagħhom għall-ġlieda kontra l-frodi. Filwaqt li, minnhom infushom, dawk il-mekkaniżmi ma jistgħux jiġu żvelati fid-dettall mingħajr ma potenzjalment jimminaw l-iskop u l-effettività tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri mill-inqas jinformaw dwar l-eżistenza tagħhom u jipprovdu informazzjoni ta’ livell għoli dwar kif jistgħu jinfluwenzaw l-ikklassifikar – fejn dawn ikunu “parametri prinċipali”.

3.3.15.   Riċensjonijiet tal-utenti

74.

Jekk ir-riċensjonijiet tal-konsumaturi jitqiesu bħala “parametru prinċipali” għal mekkaniżmu ta’ kklassifikar partikolari, jenħtieġ li l-fornituri kkonċernati jinkludu dan il-fattur fid-deskrizzjonijiet tagħhom meħtieġa skont l-Artikolu 5 b’livell suffiċjenti ta’ dettall u ċarezza. Pereżempju, jista’ jiġi spjegat li r-riċensjonijiet huma ġġenerati fuq is-servizz ta’ intermedjazzjoni online jew il-magna tat-tiftix online rilevanti, jew inkella jistgħu jkunu riċensjonijiet ospitati barra dawk is-servizzi. F’każijiet bħal dawn, jista’ jkun importanti wkoll għall-utenti li jkunu jafu x’passi jittieħdu, jekk hemm, sabiex tiġi vverifikata l-veraċità ta’ dawn ir-riċensjonijiet.

3.3.16.   Il-miżuri tal-fornituri kontra l-kontenut illegali

75.

Meta l-fornituri jieħdu miżuri biex jindirizzaw kontenut illegali online, jeħtieġ li huma jqisu l-effett li dawn il-miżuri jista’ jkollhom fuq l-ikklassifikar u x’jista’ jkun hemm bżonn li jiġi inkluż fid-deskrizzjoni ta’ “parametri prinċipali” meħtieġa skont l-Artikolu 5. L-effett fuq l-ikklassifikar jista’ jvarja bejn il-fornituri, iżda b’mod ġenerali, kemm il-preżenza u l-preżenza temporanja ta’ kontenut illegali, kif ukoll it-tneħħija ta’ kontenut illegali jista’ jkollhom impatt dirett fuq il-viżibbiltà tal-offerti leġittimi tal-utenti kummerċjali. Meta tali miżuri jammontaw għal “parametri prinċipali”, meta jiġu biex jiddeċiedu x’jiddeskrivu, jenħtieġ li l-fornituri jikkunsidraw liema informazzjoni u trasparenza dwar, pereżempju, it-tipi u l-prevalenza ta’ kontenut illegali fuq is-servizz inkwistjoni jistgħu jgħinu lill-utenti kummerċjali jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar inkwistjoni.

4.   KIF JINTGĦAŻLU L-PARAMETRI PRINĊIPALI U XORTA WAĦDA TIĠI EVITATA L-MANIPULAZZJONI IN MALA FIDE TAL-IKKLASSIFIKAR

76.

L-Artikolu 5(6) jirrikonoxxi li l-fornituri “ma għandhomx jintalbu jiżvelaw algoritmi jew kwalunkwe informazzjoni li, b’ċertezza raġonevoli, tirriżulta f’li tippermetti li l-konsumaturi jiġu mqarrqa jew issirilhom ħsara permezz tal-manipulazzjoni tar-riżultati ġġenerati mit-tiftix”.

77.

Jenħtieġ li din id-dispożizzjoni tinqara flimkien mal-Premessa 27, fejn huwa rikonoxxut li “[B]iex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-kunsiderazzjoni tal-interessi kummerċjali tal-fornituri ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta’ magni tat-tiftix online ma għandha, għalhekk, qatt twassal għal rifjut li jiġu żvelati l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar” (14).

78.

Għaldaqstant, hemm ċerti limiti għar-rekwiżiti ta’ żvelar b’rabta mal-ikklassifikar stabbilit fl-Artikolu 5. Madankollu, dawk il-limiti ma jirrigwardawx l-interessi kummerċjali tal-fornituri bħala tali, iżda pjuttost l-effetti negattivi potenzjali fuq il-konsumaturi. Minkejja dan, il-fornituri għandhom diversi salvagwardji għall-“interessi kummerċjali” tagħhom.

79.

L-ewwel nett, ir-rekwiżit skont l-Artikolu 5 huwa li tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-parametri prinċipali biss (kif ukoll ir-raġunijiet għall-importanza relattiva tagħhom), mingħajr ma l-fornituri jkunu meħtieġa jiżvelaw il-funzjonament dettaljat tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom (il-premessa 27).

80.

It-tieni nett, kif stabbilit fl-Artikoli 1(5) u 5(6), ir-Regolament b’mod ġenerali u l-Artikolu 5 b’mod partikolari huma mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) (id-“Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali”).16

81.

Sabiex jiġi spjegat dan it-tieni punt, huwa importanti li wieħed jinnota li l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali jiddefinixxi “sigriet kummerċjali” bħala informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin: (a) hija sigrieta fis-sens li mhux, bħala korp jew fil-konfigurazzjoni preċiża u l-assemblaġġ tal-komponenti tagħha, magħrufa ġeneralment jew aċċessibbli b'mod faċli lill-persuni li ġeneralment jittrattaw din it-tip ta’ informazzjoni; (b) għandha valur kummerċjali minħabba li hija sigrieta; (c) kienet soġġett għal passi raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi, mill-persuna li għandha l-kontroll legali tal-informazzjoni, biex tinżamm sigrieta.

82.

Għalhekk, il-fornituri ma jistgħux jirrifjutaw li jiżvelaw, pereżempju, il-parametri prinċipali abbażi tal-argument waħdieni li qatt ma żvelaw xi wieħed mill-parametri tagħhom fil-passat jew li l-informazzjoni inkwistjoni hija kummerċjalment sensittiva.

83.

It-tielet nett, il-fornituri jistgħu jaġixxu biex jindirizzaw il-manipulazzjoni in mala fide tal-ikklassifikar minn partijiet terzi, inkluż ir-riskju ta’ qerq tal-konsumaturi (ara l-premessa 27).

84.

F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi nnotat li din il-possibbiltà hija relatata mal-manipulazzjoni in mala fide, hekk kif l-Artikolu 5(6) jirreferi għall-fornituri li mhumiex meħtieġa jiżvelaw xi informazzjoni li, “b’ċertezza raġonevoli”, tirriżulta f’tali qerq tal-konsumaturi jew ħsara lill-konsumaturi. Għalhekk, jeħtieġ li jinstab bilanċ bejn il-ġlieda kontra l-imġiba manipulattiva u dannuża, minn naħa waħda, u t-trasparenza meħtieġa skont l-Artikolu 5, min-naħa l-oħra.

5.   DESKRIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI MEĦTIEĠA – RIMUNERAZZJONI DIRETTA U INDIRETTA

85.

L-Artikolu 5(3), spjegat fil-Premessa 25, jirrikjedi speċifikament li l-fornituri jiddeskrivu l-possibbiltà li l-utenti jinfluwenzaw l-ikklassifikar kontra kwalunkwe rimunerazzjoni diretta jew indiretta, fejn tali possibbiltà tikkostitwixxi “parametru prinċipali”.

86.

Kif speċifikat fl-Artikolu 5(3), f’dawk il-każijiet, jeħtieġ li l-fornituri jinkludu fid-deskrizzjoni tagħhom, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1) jew (2), kif applikabbli għall-fornitur inkwistjoni:

a.

spjegazzjoni ta’ kwalunkwe possibbiltà għall-utenti kummerċjali li jinfluwenzaw b’mod attiv l-ikklassifikar għal rimunerazzjoni; kif ukoll

b.

spjegazzjoni tal-effetti relattivi ta’ tali rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar.

5.1.   Approċċ ġenerali

87.

Fil-valutazzjoni tal-impatt li saret mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-proposta tagħha għar-Regolament, ġie identifikat nuqqas ta’ responsabbiltà u prevedibbiltà sinifikanti għall-utenti kummerċjali u għall-utenti tas-siti web korporattivi fir-rigward tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar użati mill-fornituri. Fil-każ ta’ kklassifikar bi ħlas, ġie rikonoxxut li n-negozji u, b’mod partikolari, in-negozji ż-żgħar, jistgħu jibbenefikaw billi jifhmu kif jaħdmu dawn l-opportunitajiet. Dan jista’ jippermettilhom jew li jagħżlu li ma jipparteċipawx fejn l-ikklassifikar li jirriżulta x’aktarx ma jkunx sodisfaċenti, u b’hekk jiffrankaw l-ispiża tal-parteċipazzjoni, jew inkella jagħżlu li jipparteċipaw u jiksbu espożizzjoni akbar (16).

88.

F’dan ir-rigward, it-terminu “rimunerazzjoni” għandu jinftiehem f’sens wiesa’. Fil-Premessa 25, rimunerazzjoni hija deskritta bħala “ħlasijiet magħmula bil-għan ewlieni jew uniku li jittejjeb l-ikklassifikar, kif ukoll għal rimunerazzjoni indiretta fl-għamla tal-aċċettazzjoni minn utent kummerċjali ta’ obbligi addizzjonali ta’ kwalunkwe tip li jista’ jkollhom dan it-titjib bħala l-effett prattiku tagħhom, bħall-użu ta’ servizzi li huma anċillari jew ta’ kwalunkwe karatteristiċi primjum”. Barra minn hekk, il-Premessa 25 tagħti eżempju ta’ x’tista’ tkopri l-ispjegazzjoni tal-effetti relattivi tar-rimunerazzjoni, jiġifieri “l-ilħuq tal-impatt tar-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar”.

89.

L-aħjar prattika meta tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 5(3) tista’ tinvolvi użu kkombinat ta’ spjegazzjoni bil-miktub ma’ għodod teknoloġiċi bħal, pereżempju, simulatur dinamiku tal-effetti antiċipati tar-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar.

5.2.   Rimunerazzjoni diretta

90.

Ir-rimunerazzjoni diretta hija deskritta bħala “ħlasijiet magħmula bil-għan ewlieni jew uniku li jittejjeb l-ikklassifikar” (17). B’hekk, jenħtieġ li l-fornituri jikkunsidraw x’opportunitajiet jiġu offruti lill-utenti biex iħallsu għat-titjib tal-ikklassifikar tagħhom u kif joperaw kwalunkwe opportunitajiet bħal dawn. Eżempji ta’ tipi possibbli ta’ rimunerazzjoni diretta huma stabbiliti fl-Anness B.

5.3.   Rimunerazzjoni indiretta

91.

Ir-rimunerazzjoni indiretta hija deskritta bħala “rimunerazzjoni fl-għamla tal-aċċettazzjoni minn utent kummerċjali ta’ obbligi addizzjonali ta’ kwalunkwe tip li jista’ jkollhom dan [l-ikklassifikar imtejjeb] bħala l-effett prattiku tagħhom”. (18) B’hekk, jenħtieġ li l-fornituri jikkunsidraw x’opportunitajiet jiġu offruti lill-utenti li jista’ jkollhom l-effett prattiku li jtejbu l-ikklassifikar lura u kif joperaw kwalunkwe opportunitajiet bħal dawn.

92.

L-użu ta’ servizzi anċillari bħal ħlas, kont miżmum minn terzi, eżekuzzjoni, eċċ. mill-utenti jista’ jkollu impatt fuq l-ikklassifikar tal-prodotti jew tas-servizzi tagħhom, għal diversi raġunijiet. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 5 tinkludi dawn l-użi possibbli ta’ servizzi anċillari fejn dawn jinvolvu rimunerazzjoni indiretta skont it-tifsira tal-Artikolu 5(3) u jikkostitwixxu “parametri prinċipali”. B’mod partikolari, meta kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti, jew dawn l-effetti kollha, fuq l-ikklassifikar jirriżultaw mis-sempliċi parteċipazzjoni tal-utent kummerċjali f’servizz anċillari partikolari - f’iżolament minn kwalunkwe effett indirett li s-servizz anċillari jista’ jkollu fuq il-prestazzjoni tal-utent imkejla b’parametri oħrajn - jistgħu japplikaw l-obbligi addizzjonali tal-Artikolu 5(3). Eżempji oħrajn ta’ tipi possibbli ta’ rimunerazzjoni indiretta huma stabbiliti fl-Anness B.

6.   KIF JENĦTIEĠ LI JIĠI DESKRITT IL-PARAMETRU PRINĊIPALI?

93.

L-Artikolu 5(5) jirrikjedi li d-deskrizzjonijiet tal-“parametri prinċipali” msemmija fl-Artikolu 5(1), (2) u (3) ikunu “biżżejjed biex l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta’ siti web korporattivi jkunu jistgħu jiksbu għarfien xieraq ta’ jekk il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar jikkunsidrax dawn li ġejjin u, jekk iva, kif u sa liema punt:

a.

il-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magna tat-tiftix online;

b.

ir-rilevanza ta’ dawk il-karatteristiċi għal dawk il-konsumaturi;

c.

fir-rigward tal-magna tat-tiftix online, il-karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat mill-utenti ta’ siti web korporattivi.” (19)

94.

Bħala kumment ġenerali, huwa importanti li jiġi nnotat li billi jinkiseb fehim adegwat ta’ kif jiffunzjona l-ikklassifikar, l-utenti se jkunu jistgħu jikkompetu f’kundizzjonijiet aktar ekwi meta jiddeċiedu l-istrateġiji tal-bejgħ tagħhom. Dawn l-istrateġiji potenzjalment jinkludu kemm l-ottimizzazzjoni tal-prodott u tas-servizz, kif ukoll l-investiment fil-viżibbiltà online, inklużi l-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix u l-ikklassifikar bi ħlas. Jenħtieġ li l-utenti jkunu jistgħu jiddeċiedu b’mod raġonevoli jekk jinvestux aktar f’elementi partikolari tal-prodotti u s-servizzi tagħhom jew le u li jagħmlu determinazzjoni aħjar ta’ jekk għandhomx jinvestu fi “strateġiji ta’ kklassifikar” u, jekk iva, kif jagħmlu dan.

6.1.   Approċċ ġenerali

95.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jridu, f’konformità mal-Artikolu 5(1), jistabbilixxu “r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri prinċipali meta mqabbla ma’ parametri oħra”. Bl-istess mod, skont l-Artikolu 5(2), il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jridu jistabbilixxu l-“importanza relattiva ta’ dawk il-parametri prinċipali”. (20)

96.

Dan jinvolvi li l-fornituri jiddeskrivu għaliex il-parametri speċifiċi ntgħażlu bħala l-parametri prinċipali (ara t-taqsima 3.2 hawn fuq). L-aħjar prattika tista’ tkun li l-fornituri jispjegaw kif u x’wassalhom fil-valutazzjoni individwali tagħhom biex jiddeċiedu kif tiġi ddeterminata l-“importanza relattiva” fuq is-servizzi tagħhom u x’inhuma l-“parametri prinċipali”.

6.2.   Il-livell ta’ dettall

97.

Jenħtieġ li l-fornituri jiddeterminaw il-livell xieraq ta’ dettall, filwaqt li jqisu l-għan tal-obbligu fl-Artikolu 5 u jinkludu d-dettalji kollha meħtieġa u xierqa għall-bażi tal-utenti professjonali speċifiċi tagħhom, mingħajr ma jpoġġu piż żejjed fuqhom jew iħawduhom. Jenħtieġ li l-livell ta’ dettall ipprovdut imur lil hinn minn enumerazzjoni sempliċi tal-parametri prinċipali u jipprovdi mill-inqas “saff sekondarju” ta’ informazzjoni ta’ spjegazzjoni.

98.

Jenħtieġ li l-fornituri ma jagħtux deskrizzjonijiet qosra żżejjed jew deskrizzjonijiet li jistgħu jkunu qarrieqa. Pereżempju, jekk fornitur jiddetermina li l-“kwalità” hija parametru prinċipali u jaf li dak li jikkostitwixxi “kwalità” huwa analiżi kkumplikata ta’ bosta fatturi, jenħtieġ li d-deskrizzjoni li jipprovdi tkun tirrifletti dan il-fatt, filwaqt li juża lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem. Bl-istess mod, is-sempliċi deskrizzjoni li l-parametru prinċipali jista’ jiġi affettwat mill-“istorja tat-tfittxija” tista’ titqies ukoll bħala mhux speċifika biżżejjed, speċjalment meta l-fornitur ikun jaf li jiġu kkunsidrati biss ċerti elementi partikolari tal-istorja tat-tfittxija.

99.

Meta tkun qed tiġi abbozzata d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali, inklużi r-raġunijiet sottostanti għall-importanza relattiva tagħhom, huwa importanti li l-fornituri jkunu ċari u jevitaw il-konfużjoni. Pereżempju, jekk wieħed mill-parametri prinċipali jkun il-“kwalità”, jenħtieġ li l-fornituri jikkunsidraw li jiddeskrivu eżattament x’jikkostitwixxi l-“kwalità” għall-finijiet tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom, minħabba li x’aktarx li din tinftiehem u titkejjel b’mod differenti minn servizz għal ieħor. Eżempju ieħor jista’ jkun fejn parametru jkun ibbażat fuq punteġġ riċevut, f’liema każ jenħtieġ li l-fornituri jikkunsidraw li jiddeskrivu liema fatturi jiġu kkunsidrati meta jingħata l-punteġġ. Jenħtieġ li dawn id-deskrizzjonijiet, kull meta jkun possibbli, jirreferu għal fatturi oġġettivi, pereżempju, il-kategoriji tal-prodott jew l-unitajiet/meded tal-prezz. B’mod simili, meta ssir referenza għar-riċensjonijiet, l-importanza ta’ tipi differenti ta’ riċensjonijiet fil-punteġġ globali u l-klassifikazzjoni tal-utent tista’ tkun differenti pereżempju, skont il-prodott jew is-servizz speċifiku li l-konsumatur ikun qed ifittex. Eżempju ta’ dan jista’ jkun ristoranti li joffru kemm is-servizz tal-mejda kif ukoll offerti ta’ take away, li għalihom xi fatturi jista’ jkollhom aktar importanza minn oħrajn. Jekk applikabbli, dan jenħtieġ li jiġi spjegat b’tali mod li jmur lil hinn mill-ovvju. L-istess japplika għal xenarju fejn riċensjonijiet aktar reċenti jingħataw aktar importanza minn dawk aktar antiki.

100.

Fejn ikun rilevanti sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 5, il-fornituri jistgħu jinkludu wkoll spjegazzjonijiet ibbażati fuq kif strateġija interna tal-kumpanija tista’ taffettwa dak li l-konsumaturi jaraw fis-servizz, pereżempju, fejn il-parametri prinċipali jistgħu jiġu affettwati mill-għoti ta’ spinta lill-offerti ta’ ċerti prodotti abbażi tal-valutazzjoni tal-fornituri stess ta’ x’se tkun it-tendenza kbira li jmiss tal-konsumatur. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni pprovduta tidħol fid-dettall biżżejjed dwar x’jitqies fit-teħid ta’ deċiżjonijiet bħal dawn, sabiex l-utenti jingħataw spjegazzjonijiet sinifikanti tal-parametri prinċipali.

6.3.   Il-livell ta’ dettall għal rimunerazzjoni diretta u indiretta

101.

Fejn il-parametri prinċipali użati jinkludu l-possibbiltà li l-ikklassifikar jiġi influwenzat abbażi tar-rimunerazzjoni, jenħtieġ li l-fornituri kkonċernati jikkunsidraw kif huma fasslu dawn l-għażliet. F’każijiet bħal dawn, l-aħjar prattika tista’ tkun li d-deskrizzjoni tal-għażliet ta’ “kklassifikar bi ħlas” u tal-amplitudni tal-impatt tagħhom tiġi akkumpanjata bi spjegazzjoni tal-motiv tan-negozju wara dik l-għażla u l-impatt potenzjali tagħha.

102.

Fejn applikabbli, id-deskrizzjoni tal-għażliet tal-ikklassifikar bi ħlas tista’, bħala l-aħjar prattika, tagħmel kontroreferenza għad-deskrizzjonijiet ipprovduti skont l-Artikolu 7(3)(c) u l-Artikolu 7(3)(d) dwar trattament differenzjat. Trattament differenzjat jista’ potenzjalment jikkostitwixxi “parametru prinċipali” skont l-Artikolu 5. Minbarra d-deskrizzjoni tagħha taħt dik id-dispożizzjoni, il-kontroreferenza se tindika lill-utenti għar-“raġunijiet ekonomiċi, kummerċjali jew legali ewlenin” wara t-trattament differenzjat applikat għas-servizzi jew il-prodotti proprji tal-fornituri, li l-fornituri għandhom jistabbilixxu skont l-Artikolu 7(1).

6.4.   Rekwiżit li d-deskrizzjoni tiġi abbozzata b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem

103.

Kif ġie nnotat qabel, skont l-Artikolu 5(1) u (2), moqri flimkien mal-Artikolu 3(1), id-deskrizzjonijiet tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar għandhom jiġu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.

104.

Jenħtieġ li kull fornitur jivvaluta jekk id-deskrizzjoni tiegħu tissodisfax dak ir-rekwiżit. Meta wieħed jaħseb dwar kif tiġi ppreżentata d-deskrizzjoni ġeneralment ikun qed jikkontribwixxi wkoll għaċ-ċarezza u l-leġġibbiltà tad-deskrizzjoni.

105.

Jenħtieġ li l-fornituri jikkunsidraw ukoll min hija l-udjenza tagħhom meta jkunu qed jabbozzaw id-deskrizzjoni. F’ċerti każijiet, jistgħu jkunu xierqa u meħtieġa deskrizzjonijiet aktar tekniċi, meta wieħed iżomm f’moħħu li d-deskrizzjonijiet huma maħsuba għal utenti professjonali. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li jintuża lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem, il-professjonisti jistgħu fil-prinċipju jitqiesu li jeħtieġu u kapaċi jifhmu informazzjoni aktar dettaljata u aktar teknika mill-konsumaturi.

6.5.   Għodod ta’ preżentazzjoni

106.

Jeħtieġ li kull fornitur jiddeċiedi waħdu kif l-aħjar li jfassal id-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar fuq is-servizzi tiegħu. Dan jista’ jitlob minnu li jikkunsidra tekniki li jmorru lil hinn minn deskrizzjoni bil-miktub u li jinkludu azzjonijiet supplimentari li jistgħu jgħinu lill-utenti jiksbu fehim adegwat ta’ kif jaħdem il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar inkwistjoni. Dawn l-azzjonijiet supplimentari jistgħu jitfasslu biex jissodisfaw il-ħtiġijiet differenti ta’ utenti differenti.

107.

Sabiex jiġi spjegat l-effett ta’ “rimunerazzjoni diretta u indiretta” fuq l-ikklassifikar f’sitwazzjonijiet fejn din tikkostitwixxi “parametru prinċipali”, spjegazzjoni bil-miktub tista’, pereżempju, tiġi kkombinata ma’ għodod teknoloġiċi bħal simulatur dinamiku tal-effetti antiċipati tar-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar u l-firxa tal-effett tagħha. Fil-prinċipju, l-ispjegazzjoni mogħtija jeħtieġ li tispjega b’mod ċar x’inhuma l-effetti tal-użu tat-teknika differenti individwalment jew flimkien ma’ oħrajn jew mal-mekkaniżmu normali tal-ikklassifikar, jekk dan huwa l-mod kif joperaw l-għażliet fuq is-servizz inkwistjoni. Jista’ jkun utli għall-fornituri li jqisu jekk dan jistax isir b’referenza għal linja bażi.

108.

It-tekniki bażiċi jistgħu jgħinu lill-utenti jinnavigaw permezz tal-informazzjoni pprovduta. Dan jista’ jkun sempliċi daqs l-użu ta’ struttura ċara, b’intestaturi u subintestaturi, li tista’ tingħaqad mal-azzjonijiet supplimentari li huma deskritti hawn fuq.

109.

Il-fornituri jistgħu jkunu jridu jikkunsidraw li jużaw l-għodod disponibbli jew li jittestjaw approċċ possibbli ma’ bord ta’ utenti biex jiżguraw li d-deskrizzjoni tinftiehem bil-mod kif hija maħsuba, jew li jinkorporaw mezz biex jiksbu r-rispons mingħand l-utenti dwar jekk id-deskrizzjoni hijiex utli u jekk fihiex l-ammont ta’ dettall tajjeb. Mod ieħor kif jinkiseb dan ir-rispons jista’ jkun li d-deskrizzjoni tiġi ttestjata ma’ bord rappreżentattiv tal-utenti. Filwaqt li mhumiex speċifikament meħtieġa, tali miżuri jistgħu jgħinu biex jiġi żgurat li l-fornituri jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5.

7.   FEJN JENĦTIEĠ LI JIĠU DESKRITTI L-PARAMETRI PRINĊIPALI

7.1.   Servizzi tal-intermedjazzjoni online

110.

L-Artikolu 5(1) jirrikjedi li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistabbilixxu d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali, inklużi r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri prinċipali, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

111.

Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-kunċett ta’ “termini u l-kundizzjonijiet” huwa wiesa’. Dan huwa definit fl-Artikolu 2(10) bħala li jkopri: “kull terminu u kundizzjoni jew speċifikazzjoni, irrispettivament mill-isem jew il-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali” bejn il-fornitur ta’ tali servizzi u l-utenti li huma ddeterminati b’mod unilaterali minn dak il-fornitur. Fi kliem ieħor, id-deskrizzjoni tista’ tieħu forom differenti u xorta titqies bħala li ġiet stabbilita fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornitur, f’konformità mal-Artikolu 5(1).

112.

Filwaqt li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar trid tkun parti mit-termini u l-kundizzjonijiet, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jagħżlu kif jikkomunikaw bl-aħjar mod mal-utenti kummerċjali tagħhom u jagħtu prominenza lid-deskrizzjoni meħtieġa. Huma jistgħu, pereżempju, jieħdu passi li jidderieġu lill-utenti kummerċjali lejn il-post eżatt tad-deskrizzjoni u/jew jinkluduha fit-taqsimiet tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet (Q&A), f’tutorials, linji gwida, “pop-up windows”, messaġġi bil-vidjo jew f’forom oħrajn. Madankollu, jenħtieġ li l-informazzjoni ma tkun la inkonsistenti u lanqas mifruxa fuq għodod jew mezzi differenti, jekk dak ikollu bħala effett li l-informazzjoni inkwistjoni ma tkunx aktar faċilment disponibbli jew sempliċi u intelliġibbli.

113.

Mingħajr preġudizzju għas-soluzzjonijiet każ b’każ li jistgħu jużaw il-fornituri, dawn jistgħu jikkunsidraw li jistabbilixxu “touchpoint” uniku (pereżempju f’dashboard tal-utenti) li jista’ jirreferenzja jew jindiċizza l-għodod ta’ informazzjoni rilevanti kollha disponibbli biex jispjegaw it-trasparenza tal-ikklassifikar. B’mod alternattiv, l-informazzjoni tista’ tiġi dduplikata permezz ta’ għodod ta’ informazzjoni differenti – sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali tal-Artikoli 3 u 5.

114.

F’konformità mal-Artikolu 3(1)(b), it-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jridu jkunu faċilment disponibbli għall-utenti kummerċjali fl-istadji kollha tar-relazzjoni tagħhom, inkluż qabel ma jidħlu f’kuntratt ma’ dawk il-fornituri. Għalhekk, jenħtieġ li din l-informazzjoni kollha tkun disponibbli wkoll għall-utenti kummerċjali prospettivi.

7.2.   Magni tat-tiftix

115.

L-Artikolu 5(2) jirrikjedi li l-fornituri tal-magni tat-tiftix online jipprovdu “deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku (...) dwar il-magni tat-tiftix online ta’ dawk il-fornituri”.

116.

Dan jinvolvi li d-deskrizzjoni titpoġġa f’post faċilment aċċessibbli fuq il-paġna web tal-magna tat-tiftix online. Dan jista’ jkun f’post li ma jirrikjedix li l-utenti jilloggjaw jew jirreġistraw sabiex ikunu jistgħu jaqraw id-deskrizzjoni.

117.

Fil-limiti stabbiliti mill-Artikolu 5(2), huwa f’idejn il-fornitur tal-magna tat-tiftix online li jivvaluta u jiddeċiedi fejn jipprovdi d-deskrizzjoni meħtieġa dwar l-ikklassifikar. Meta jieħu dik id-deċiżjoni, il-fornitur jista’ jikkunsidra kif iġibu ruħhom l-utenti tas-servizz tiegħu biex isibu soluzzjoni li taqbel ma’ din l-imġiba. Pereżempju, jekk l-utenti jużaw is-servizz billi dan jipprovdi riżultat fi klikk wieħed, l-istess prinċipju jista’ jiġi applikat għad-deskrizzjoni. Dan jista’ jfisser li jekk deskrizzjoni tiġi aċċessata permezz ta’ link, jenħtieġ li l-link twassal direttament għad-deskrizzjoni u ma tkunx teħtieġ navigazzjoni ulterjuri sabiex tinstab.

118.

Bl-istess mod, il-fornitur ta’ magna tat-tiftix online jista’ jikkunsidra wkoll il-metodi użati b’suċċess fis-servizz tiegħu biex jiġbed l-attenzjoni tal-utenti għal karatteristiċi partikolari li diġà jeżistu. Dan jista’ jkun, pereżempju, permezz tal-użu ta’ ikoni, tabs jew banners. Għalhekk, l-użu ta’ metodu simili jista’ jiżgura li d-deskrizzjoni tkun faċilment disponibbli u pożizzjonata b’mod li l-utenti tas-servizz jistennew jew jidraw.

119.

Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jistgħu jikkunsidraw ukoll kif is-servizzi tagħhom jiġu aċċessati mill-utenti. Jekk dan iseħħ, pereżempju, bl-użu ta’ assistenti tal-vuċi, allura l-fornituri jkunu jistgħu jikkunsidraw kif l-utenti tas-servizz tagħhom isibu soluzzjoni biex jaċċessaw informazzjoni oħra dwar is-servizz. Jekk dan ikun mod effettiv, il-fornituri jistgħu jkunu jridu jirreplikawh biex jippermettu lill-utenti ta’ siti web korporattivi jsibu d-deskrizzjoni bl-istess mod.

8.   META JENĦTIEĠ LI TINBIDEL ID-DESKRIZZJONI TAL-PARAMETRI PRINĊIPALI?

8.1.   Iż-żamma tad-deskrizzjonijiet aġġornati

120.

Filwaqt li l-Artikolu 5(2) biss fih rekwiżit espliċitu biex id-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar tinżamm aġġornata, hemm rekwiżit simili impliċitu fl-Artikolu 5(1). Id-dispożizzjoni tal-aħħar tirrikjedi, wara kollox, deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar – mhux tal-parametri prinċipali li ddeterminaw l-ikklassifikar. Barra minn hekk, f’din is-sitwazzjoni, id-deskrizzjoni għandha tiġi stabbilita fit-termini tas-servizz, li l-fornitur se jżomm aġġornati. Inkella, l-għan li tittejjeb il-prevedibbiltà ma jkunx jista’ jintlaħaq u d-deskrizzjoni ma tkunx ibbażata fuq data proprja, kuntrarju għal dak li tispjega l-Premessa 27.

121.

Għaldaqstant, il-fornituri għandhom iżommu d-deskrizzjonijiet meħtieġa aġġornati. Għal dak l-għan, jista’ jkun li jkollhom bżonn jikkunsidraw regolarment jekk għadhomx jissodisfaw dan ir-rekwiżit legali, jew jekk id-deskrizzjonijiet għandhomx jiġu aġġornati. Il-fornituri huma liberi li jfasslu s-sistemi tagħhom stess biex jiddeterminaw jekk, meta u kif se jagħmlu dan, billi jikkunsidraw elementi bħal kemm il-bidliet isiru ta’ spiss, l-effetti ta’ kwalunkwe bidla bħal din u meta l-esperimenti (eż. l-ittestjar A/B) u tekniki oħrajn (eż. apprendiment awtomatiku) użati fis-servizzi tagħhom jistgħu jikkawżaw bidliet fil-“parametri prinċipali” li jiddeterminaw l-ikklassifikar.

122.

Jekk l-eżitu tal-valutazzjoni individwali juri li huwa meħtieġ aġġornament għad-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar, allura l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jridu jinnotifikaw lill-utenti kummerċjali b’dawk il-bidliet bil-quddiem f’konformità mal-Artikolu 3 (ara 9.1 hawn taħt). Ma jeżisti l-ebda rekwiżit bħal dan għall-fornituri ta’ magni tat-tiftix online, billi dawn għandhom jiżguraw id-disponibbiltà pubblika tad-deskrizzjonijiet tagħhom (l-Artikolu 5(2)).

8.2.   Bidliet temporanji

123.

Jenħtieġ li l-fornituri jiddeterminaw fuq bażi ta’ każ b’każ jekk il-modifiki għall-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom, inklużi dawk ta’ natura temporanja, jirriżultawx f’bidla fil-“parametri prinċipali” u jekk jeħtiġux bidla fid-deskrizzjonijiet tagħhom biex jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 5.

124.

Jenħtieġ li l-fornituri ma jassumux li n-natura temporanja tal-bidliet li jsiru fil-parametri, fil-ponderazzjoni jew f’karatteristiċi oħrajn tal-ikklassifikar bilfors tfisser li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali ma għandhiex bżonn tinbidel. Pereżempju, avvenimenti ta’ darba bħal avvenimenti sportivi jistgħu jiġu b’żieda sinifikanti fid-domanda tal-konsumaturi, li tista’ twassal għal bidliet temporanji fil-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar. L-istess japplika għal avvenimenti promozzjonali bħal “Black Friday”, l-istaġuni tal-vaganzi, jew il-perjodi ta’ bejgħ staġjonali bħal qabel il-Milied. Meta l-fornituri jbiddlu l-metodi tal-ikklassifikar “standard” tagħhom f’każijiet bħal dawn, pereżempju, billi jagħtu aktar importanza lil ċerti parametri (eż. “il-veloċità tal-kunsinna”, “il-prezz” jew kunċetti oħrajn bħal “l-attrazzjoni tad-ditti” jew “il-kwalità”, li possibbilment jikkombinaw diversi fatturi), iżidu parametri ġodda jew irażżnu xi wħud minnhom, u dawn il-modifiki jaffettwaw il-parametri prinċipali, jenħtieġ li l-fornituri jadattaw id-deskrizzjoni tagħhom.

125.

Tista’ tkun ukoll prattika tajba li l-fornituri jipprovaw ikopru fid-deskrizzjoni tagħhom tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar kwalunkwe karatteristika dinamika “regolari” tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom. Il-fatt li dawn huma karatteristika “regolari” jista’ jfisser li huma “parametru prinċipali” jew raġuni għall-importanza relattiva tal-parametri prinċipali. Pereżempju, fornitur ta’ suq tal-kummerċ elettroniku online jista’ jkun jixtieq iżid strutturalment il-ponderazzjoni tal-parametru tal-“prezz” matul avveniment ta’ bejgħ rikorrenti speċifiku.

8.3.   Esperimenti

126.

Jekk il-fornituri jużaw esperimenti, inkluż l-ittestjar A/B tal-bidliet jew il-mekkaniżmi li qed jevolvu għall-ġlieda kontra l-frodi, huma għandhom iqisu fuq bażi ta’ każ b’każ jekk dan jaffettwax l-ikklassifikar fis-servizzi tagħhom u, jekk iva, kif, u b’mod partikolari, jekk dan jeħtieġx bidla fid-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar meħtieġa skont l-Artikolu 5. Bħala regola ġenerali, il-fornituri jistgħu f’dan il-kuntest jikkunsidraw elementi bħall-frekwenza u l-impatt tal-esperimenti, kif ukoll id-daqs tal-udjenza tat-test jew tar-reġjun ġeografiku affettwat mill-ittestjar.

127.

F’każijiet fejn l-esperimenti jsiru “live” (li jfisser li l-“udjenzi tat-test” mhux bilfors jistgħu jiġu distinti mill-“bqija” tal-bażi tal-utenti), huwa possibbli li l-esperimenti jistgħu jaffettwaw il-prominenza relattiva tal-prodotti u tas-servizzi offruti mill-utenti kollha. Għaldaqstant, bħala l-ewwel pass, il-fornituri jista’ jkollhom jirriflettu fuq jekk l-esperimentazzjoni tagħhom issirx jew le f’ambjent ta’ ttestjar ġenwinament iżolat. Jekk l-esperimenti individwali ma jkunux iżolati, il-fornituri jista’ jkollhom jikkunsidraw b’mod partikolari (a) jekk l-esperiment innifsu għandux impatt fuq l-ikklassifikar u, jekk iva, jekk il-parametru li qed jiġi ttestjat huwiex “parametru prinċipali” li jeħtieġ li jiġi deskritt u; (b) jekk it-tnedija sħiħa tal-esperiment tfissirx li l-parametru li qed jiġi ttestjat se jbiddel il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar tagħhom u jkun “parametru prinċipali” li jeħtieġ li jiġi deskritt u, jekk iva, meta.

9.   IL-PASSI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU META TIĠI AĠĠORNATA D-DESKRIZZJONI TAL-PARAMETRI PRINĊIPALI

9.1.   Rekwiżit għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jinnotifikaw il-bidliet proposti

128.

Id-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar trid tiġi inkluża fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornituri tas-servizz ta’ intermedjazzjoni online (l-Artikolu 5(1)). Skont l-Artikolu 3(2), meta tali fornituri jkollhom l-intenzjoni li jbiddlu t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, huma jridu jinnotifikaw lill-utenti kummerċjali tagħhom bil-bidliet proposti mill-inqas 15-il jum qabel ma japplikawhom. L-unika eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-perjodu ta’ avviż huwa fejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online: (a) ikun soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jirrikjedi minnu li jbiddel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu b’mod li ma jippermettilux jirrispetta l-perjodu ta’ avviż, jew; (b) b’mod eċċezzjonali jkollu jbiddel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu biex jindirizza periklu imminenti u mhux previst relatat mad-difiża tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, tal-konsumaturi jew tal-utenti kummerċjali minn frodi, malware, spam, ksur tad-data jew riskji oħrajn taċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, il-perjodu ta’ avviż ma japplikax għal bidliet li huma sempliċiment ta’ natura editorjali (jiġifieri bidliet li ma jbiddlux il-kontenut jew it-tifsira tat-termini u l-kundizzjonijiet). Il-kunċett ta’ “bidliet editorjali” bilfors jeskludi l-bidliet fil-“parametri prinċipali”, billi dawn ibiddlu l-kontenut jew it-tifsira tat-termini u l-kundizzjonijiet.

129.

Dan ifisser li jekk id-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali tinbidel, fil-prinċipju, irid jingħata avviż ta’ mill-inqas 15-il jum lill-utenti kummerċjali qabel ma l-bidliet ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ. Huwa importanti li jiġi nnotat li n-notifika minn qabel ta’ 15-il jum hija r-rekwiżit minimu legali. Skont l-Artikolu 3(2), ikunu meħtieġa perjodi ta’ avviż itwal jekk ikunu neċessarji biex l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali biex jikkonformaw mal-bidliet inkwistjoni.

130.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(2), il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinformaw lill-utenti kummerċjali fuq mezz durabbli bi kwalunkwe bidla proposta bħal din. “Mezz durabbli” huwa definit fir-Regolament bħala: “kwalunkwe strument li jippermetti lill-utenti kummerċjali jaħżnu informazzjoni indirizzata personalment lilhom b’mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet ta’ informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna.” (21)

131.

Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu jixtiequ jiżguraw li l-bidliet fid-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali jkunu faċilment identifikabbli. L-aħjar prattiki f’dan ir-rigward jistgħu jinkludu ż-żamma ta’ paġna ddedikata li tagħti aċċess għal verżjonijiet preċedenti tad-deskrizzjonijiet jew iż-żamma ta’ rekord tal-bidliet li saru maż-żmien. Separatament, l-aħjar prattika li tista’ tgħin lill-utenti kummerċjali jiksbu fehim adegwat hija li jiġu spjegati l-implikazzjonijiet prattiċi tal-bidliet.

9.2.   Rekwiżit għall-magni tat-tiftix online li jżommu d-deskrizzjoni aġġornata

132.

Skont l-Artikolu 5(2), il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jridu jiżguraw li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar tinżamm aġġornata.

133.

Fir-rigward ta’ kwalunkwe aġġornament bħal dan tad-deskrizzjonijiet, issir referenza għall-aħjar prattiki msemmija f’9.1 hawn fuq.

10.   OBBLIGI SPEĊIFIĊI FUQ IL-MAGNI TAT-TIFTIX BIEX JIPPERMETTU LILL-UTENTI TAS-SITI WEB KORPORATTIVI JISPEZZJONAW IL-KONTENUT TAL-AVVIŻI TA’ PARTIJIET TERZI

134.

Skont l-Artikolu 5(4), il-fornituri ta’ magni tat-tiftix online jridu joffru lill-utenti ta’ siti web korporattivi l-possibbiltà li jispezzjonaw notifiki ta’ partijiet terzi meta dawn ikunu wasslu lill-fornitur biex jibdel l-ordni tal-ikklassifikar jew ineħħi s-sit web rilevanti mil-lista.

135.

Il-Premessa 26 tispjega li dan l-obbligu se jgħin biex jittaffew l-abbużi potenzjali li jieħdu l-forma ta’ notifiki antikompetittivi, u li dan jirrifletti d-diffikultà potenzjali li jistgħu jiffaċċjaw il-fornituri tal-magni tat-tiftix online meta jinnotifikaw lill-utenti tas-siti web korporattivi rilevanti kollha fin-nuqqas ta’ relazzjonijiet kuntrattwali.

(1)  “Fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online” huma definiti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament bħala “kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, servizzi tal-intermedjazzjoni online lill-utenti kummerċjali”. “Servizzi tal-intermedjazzjoni online” huma definiti fl-Artikolu 2(2) bħala “servizzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin: (a) jikkostitwixxu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;(b) ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta’ tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet; (c) jingħataw lill-utenti kummerċjali abbażi ta’ relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornitur ta’ dawn is-servizzi u dawk l-utenti kummerċjali li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi.”

(2)  “Fornituri ta’ magni tat-tiftix online” huma definiti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bħala “kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, magni tat-tiftix online lill-konsumaturi.”“Magni tat-tiftix online” huma definiti fl-Artikolu 2(5) bħala “servizz diġitali li jippermetti lill-utenti jdaħħlu talbiet biex iwettqu tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha, jew tas-siti web b’lingwa partikolari kollha, abbażi ta’ talba dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta’ kelma muftieħ, talba bil-vuċi, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura riżultati fi kwalunkwe format ta’ fejn tista’ tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub.”

(3)  ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57.

(4)  Għal raġunijiet ta’ qosor, f’dawn il-Linji Gwida t-terminu “fornituri” jintuża biex jirreferi kemm għal fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kif ukoll għal fornituri ta’ magni tat-tiftix online, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor. Bl-istess mod, it-terminu “utenti” jirreferi kemm għall-utenti kummerċjali kif ukoll għall-utenti ta’ sit web korporattiv, kif definiti fl-Artikolu 2(1) u (7) tar-Regolament, rispettivament, għal darba oħra sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l-artikoli u l-premessi msemmija f’dawn il-Linji Gwida huma dawk tar-Regolament.

(5)  Il-Premessa 25 tirrifletti l-effetti li għandhom jinkisbu permezz tal-punt ta’ riferiment ta’ “fehim adegwat”: “Il-kontenut tad-deskrizzjoni, inkluż l-għadd u t-tip tal-parametri prinċipali, jista’ għaldaqstant ivarja ħafna skont is-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online, iżda jenħtieġ li din id-deskrizzjoni tipprovdi lill-utenti kummerċjali fehim sew ta’ kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online”.

(6)  F’dan ir-rigward, il-Premessa 25 tistabbilixxi diversi eżempji ta’ elementi tad-disinn ta’ mekkaniżmu ta’ kklassifikar li jenħtieġ li jgħin lill-utenti kummerċjali jiksbu l-fehim adegwat meħtieġ, inklużi: l-“indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kwalità tal-prodotti jew is-servizzi tal-utenti kummerċjali”, l-“użu ta’ edituri u l-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw l-ikklassifikar ta’ dawk il-prodotti jew servizzi”, l-“ilħuq tal-impatt tar-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar” kif ukoll l-“elementi li mhumiex relatati, jew inkella huma biss relatati b’mod remot mal-prodott jew is-servizz innifsu, bħall-karatteristiċi tal-preżentazzjoni tal-offerta online”.

(7)  Għal aktar informazzjoni, ara, pereżempju: https://en.wikipedia.org/wiki/Search_syndication.

(8)  Sottolinjar miżjud.

(9)  L-Artikolu 1(3) tar-Regolament.

(10)  Bħala parti mill-obbligu ta’ trasparenza tal-ikklassifikar, il-fornituri huma obbligati wkoll li jiddeskrivu l-“importanza relattiva” tal-parametri prinċipali; dan huwa indirizzat fit-taqsima 6.2.

(11)  Kif ġie nnotat hawn fuq, għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, li għandhom jinkludu l-parametri prinċipali u r-raġunijiet relatati fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3 japplikaw għal kwalunkwe bidla bħal din fit-termini u l-kundizzjonijiet.

(12)  Dan jista’ jvarja minn, pereżempju, diversi prodotti jew servizzi li jaraw biss bidla marġinali fil-prominenza relattiva tagħhom f’għadd limitat ta’ okkażjonijiet biss, għal prodotti jew servizzi kompletament differenti li jidhru għal konsumaturi differenti fuq bażi regolari.

(13)  Ara wkoll id-DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI VALUTAZZJONI TAL-IMPATT li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni, SWD/2018/138 final, it-Taqsimiet 1.6, 2.2 u 7.1.

(14)  Sottolinjar miżjud.

(15)  Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

(16)  Ibid 5.

(17)  Il-Premessa 25 tar-Regolament.

(18)  Il-Premessa 25 tar-Regolament, inserzjoni miżjuda għaċ-ċarezza.

(19)  Enfasi miżjuda.

(20)  Sottolinjar miżjud.

(21)  L-Artikolu 2(13) tar-Regolament.


ANNESS I

Eżempji illustrattivi ta’ parametri tal-ikklassifikar

Il-kwalità tal-mappa tas-sit

Il-veloċità tal-illowdjar tal-paġna

Is-sigurtà (eż. HTTPS)

L-istampi (eż. it-tip, in-numru, il-kwalità)

Ir-riċensjonijiet tal-konsumaturi (eż. in-numru, l-ikklassifikar, riċenti)

L-Interazzjoni bejn il-Kummerċjant u l-Konsumatur (eż. il-mistoqsijiet imwieġba, il-kapaċità ta’ rispons)

L-istorja tas-soluzzjoni tat-tilwim (eż. l-għadd ta’ lmenti tal-konsumaturi, is-soluzzjonijiet misjuba)

Il-bejgħ komplut (eż. in-numru, riċenti)

Il-prezz

It-traffiku tal-internet, il-prestazzjoni waqt it-tiftix

L-indikaturi tal-kwalità tas-servizzi "offline" (eż. l-ikklassifikar tal-istilel tal-lukandi, il-prestazzjoni tal-kunsinna, il-grad ta’ kemm il-postijiet, il-marki, eċċ. huma familjari jew magħrufa sewwa fis-soċjetà)

Il-miżuri ta’ fiduċja (eż. il-parteċipazzjoni f’servizzi miżmuma minn terzi tal-pjattaformi, identità rreġistrata, skemi/ikoni ta’ ċertifikazzjoni tal-industrija, siġilli/ċertifikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data)

Il-“punteġġ” tal-protezzjoni tad-data, li jkun ibbażat pereżempju fuq il-politiki tal-privatezza tal-applikazzjonijiet

L-aċċessibbiltà tal-web

L-adattabilità ta’ (bosta) apparati

Il-kwalità tal-kontenut (eż. abbażi ta’ konnessjoni tas-siti web, ir-rikkezza, il-kwalità tal-lingwa, in-numru ta’ lingwi, eċċ.)

L-ittaggjar tal-kliem ewlieni (pożittiv – numru, il-livell ta’ dettall, u negattiv – “stuffing”)

Il-preċiżjoni u r-rilevanza tat-titolu (eż. il-marka, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, eċċ.)

Id-data tad-dħul fis-suq

Tweġibiet konċiżi, pereżempju fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti, jew b’reazzjoni għall-mistoqsijiet frekwenti (FAQs)

Ikklassifikar bi ħlas (inkluż permezz ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online fuq magni tat-tiftix online)

offerta

il-kwalità tar-reklam, il-kuntest

l-affidabbiltà ta’ min jirreklama

Id-daqs tal-offerta (eż. il-wisa’ tal-offerta ta’ prodott jew servizz, jew ix-xiri fl-applikazzjoni stess muri separatament fl-ikklassifikar tal-ħwienet fl-applikazzjoni stess)

Il-proċessi editorjali u kriterji speċifiċi tal-għażla (eż. l-applikazzjonijiet jew il-proġetti tal-arti riveduti mill-pjattaforma)

Algoritmi ta’ aġġustament (li jikkonċernaw, pereżempju, l-ispam, il-freskezza, il-kwalità)

Ir-rati tat-tneħħija tal-installazzjoni tal-applikazzjonijiet mobbli

Ir-rati ta’ bbawnsjar

L-ittestjar A/B (l-impatt jista’ jiġi influwenzat minn ċerti elementi bħall-għażla tal-ħin – id-domanda massima, id-durata u d-daqs tal-kampjun)

Il-każwalità

Il-personalizzazzjoni

il-firxa tal-personalizzazzjoni (l-għadd u t-tipi ta’ karatteristiċi li jidħlu fis-seħħ), jekk tistax tkun tiddependi mill-konfigurazzjonijiet tal-privatezza tal-utenti u, jekk iva, kif, eċċ.

il-pożizzjoni ġeografika, il-ħin tat-tfittxija

l-istorja tat-tfittxija tal-utent, l-istorja tal-akkwiżizzjoni

it-tneħħija tal-konfigurazzjonijiet awtomatiċi

l-impatt tal-filtri (u l-parametri li jifdal)

Il-preżenza ta’ bosta pjattaformi (eż. l-impatt negattiv fuq l-ikklassifikar ta’ pprezzar aktar baxx fuq pjattaforma f’kompetizzjoni, il-“punteġġ” tal-midja soċjali, ir-rata ta’ referenzjar/rabta tas-sit, il-frekwenza tar-referenzjar, ir-reputazzjoni tas-siti jew tal-blogs tar-referenzjar)

L-“attrazzjoni tad-ditti” ta’ utenti kummerċjali ġodda fis-suq li jitkejlu bl-użu ta’ fatturi esterni għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online kkonċernati (eż. stħarriġ fost komunità speċjalizzata)

Is-saħħa tal-offerta, pereżempju:

il-kompetittività komparabbli (eż. l-ikklassifikar, ir-riċensjonijiet tal-konsumaturi)

ir-rilevanza

id-disponibbiltà

sistema li tintraċċa ċ-ċaħdiet

il-kanċellazzjonijiet

il-prenotazzjonijiet doppji (speċifiċi għas-settur)

Ir-rati tal-konverżjoni

Il-prossimità ġeografika

Il-livell tal-kummissjoni mħallsa

In-nuqqas ta’ parteċipazzjoni f’ċertu programm (li jikkawża degradazzjoni fi kklassifikar) jew il-parteċipazzjoni f’ċertu programm/ix-xiri ta’ servizzi addizzjonali (li jwasslu għal ikklassifikar aħjar)

Il-firxa tal-istokk tal-utent kummerċjali

L-istaġjonalità u d-devjazzjonijiet temporanji (eż. avveniment ta’ bejgħ li jdum għaddej ġurnata)

L-approċċ nazzjonali (Differenzi kulturali transfruntiera)

Il-metodoloġija partikolari tal-ponderazzjoni tar-riċensjonijiet tal-utenti (eż. l-użu ta’ eżaminaturi fdati)

L-isperimentazzjoni (eż. pjattaformi li jixprunaw b’mod proattiv lill-utenti kummerċjali ġodda fis-suq)

Il-faċilità tal-użu ta’ sit web fuq it-telefon ċellulari

L-interventi editorjali (l-hekk imsejħa “top picks” tal-editur, “deals of the day”, il-korrezzjonijiet magħmula fir-riżultati tat-tiftix li huma speċifiċi għal utent kummerċjali individwali jew utent ta’ sit web korporattiv, irrispettivament minn jekk dawn humiex “manwali/umani” jew “algoritmiċi”, eċċ.)

Il-prattiki ta’ tindif intern (eż. it-tħassir ta’ applikazzjonijiet antiki)

Ir-rati li tikklikkja fuqhom

Ir-regoli tal-aċċess

Il-mekkaniżmi għall-prevenzjoni tal-frodi

Is-servizzi raggruppati ta’ utenti kummerċjali jew ta’ utenti ta’ siti web korporattivi (eż. il-konsenja bil-baħar mingħajr ħlas, il-politika ta’ ritorn faċli tal-prodotti, eċċ.)

Il-kwalità tad-deskrizzjoni tal-offerta (id-deskrizzjoni bil-miktub, l-użu ta’ stampi, eċċ.)

L-użu ta’ għażliet għall-ixprunar tal-aqwa viżibbiltà/tal-viżibbiltà temporanja (eż. l-użu ta’ tali mekkaniżmu biex jiġi ġġenerat introjtu addizzjonali u/jew biex jiġi ffaċilitat il-varar ta’ prodotti/servizzi jew id-dħul fis-suq) possibbilment ikkombinati ma’ mekkaniżmi jew azzjonijiet li jnaqqsu l-importanza għall-prominenza relattiva ta’ parametri “applikabbli mod ieħor”, jew fil-forma tagħhom

L-importanza tar-reputazzjoni jew tal-fiduċja abbażi ta’, pereżempju, ir-riċensjonijiet jew l-ikklassifikar tal-utenti

Il-kwalità tal-kontenut, inkluż l-aġġornament regolari tal-kontenut

Il-veloċità u l-faċilità tal-użu tal-apparati kollha

L-għadd ta’ prodotti elenkati li jaqblu mat-talba tax-xerrej

L-età tad-dominju

L-uniċità tal-kontenut

L-input ipprovdut mill-utent (il-kliem ittajpjat jew mitkellem, il-ġeneru, l-età, il-kultura, il-lingwa, l-indirizz, interazzjonijiet preċedenti, eċċ.)

Data“oġġettiva” esterna għall-pjattaforma (id-data, il-ħin, it-temp, eċċ.)

Data personali relatata ma’ utenti oħrajn (‘likes’, l-aktar kliem imfittex, l-aktar prodotti mibjugħa, eċċ.)

L-għadd ta’ “shares” / l-għadd ta’ “views” / l-għadd ta’ “saves”, “favourites”

Mezzi teknoloġiċi (jiġifieri kif l-ikklassifikar qed jiġi aċċessat mill-konsumatur)

Links multipli

Rimunerazzjoni

Ir-relazzjoni kummerċjali mal-utent kummerċjali (it-tul tar-relazzjoni storika, relazzjoni kummerċjali privileġġata, kwalunkwe investiment relatat mal-pjattaforma, eċċ.)

Il-kwalità tas-servizz għall-klijenti

Il-proporzjon ta’ kanċellazzjonijiet

Il-karatteristiċi relatati mas-suq (id-domanda ġenerali, il-prezzijiet kompetittivi, id-disponibbiltà kompetittiva, eċċ.)

Il-kriterji negattivi bħall-punteġġi tal-inċidenza għall-ilmenti tal-konsumaturi jew is-suppożizzjonijiet li ċerti karatteristiċi ma jintgħoġbux mill-konsumaturi

Il-punteġġi għar-riżoluzzjonijiet tal-kwistjonijiet tal-konsumaturi

Il-parità (eż. tqabbil tar-rati intermedjarji mar-rati f’mezzi oħrajn ta’ distribuzzjoni)

Il-konverżjoni tal-ħanut

“Application Not-Responding” (ANR)

Iż-żamma

L-installazzjonijiet u l-back-links għal siti web esterni

Id-disponibbiltà tal-istokk

Il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott

Ir-rilevanza tal-prodott għat-taħlita

Il-filtri applikati mill-konsumaturi biex jillimitaw ir-riċerka tagħhom

L-inputs relatati mat-tiftix (il-kontenut tal-elenkar, l-attributi tal-elenkar, il-keywords/it-tags/it-tikketti)

Ir-rilevanza bbażata fuq it-tlaqqigħ tal-inputs tal-utent finali u tal-utent kummerċjali

Il-popolarità tal-offerti

Id-dimostrazzjoni mill-utent finali tal-preferenza fl-ordni tal-ikklassifikar (l-aktar riċenti, l-aktar rilevanti, l-aktar li sarulu riċensjonijiet, eċċ.)

Ir-rekwiżiti legali (inklużi l-kwistjonijiet ta’ frodi/rigward il-ġlieda kontra l-iffalsifikar)

Elenkati reċentement

Il-preferenza lejn l-utenti kummerċjali li jagħżlu l-possibbiltà li jużaw il-klawżoli tal-MFN, pereżempju, jekk dawn ma jiġux imposti b’mod ġenerali

L-offerti li jintemmu dalwaqt

L-eqreb l-ewwel

Irkant vs ixtri issa

Id-ditta

Il-kundizzjoni tal-oġġett (ġdid vs użat)

Eżempju ta’ parametri speċifiċi li jistgħu jintużaw fis-settur tal-akkomodazzjoni:

Disponibbiltà minima indikata mill-akkomodazzjoni

Il-volum realizzat mill-akkomodazzjoni

Is-servizzi u l-faċilitajiet (eż. l-ikel, il-parkeġġ, il-faċilitajiet tal-fitness, il-front desk u s-servizzi ta’ concierge, il-WiFi u ċ-ċentri tan-negozju, il-prossimità għat-trasportazzjoni u l-attrazzjonijiet lokali)

L-għadd ta’ prenotazzjonijiet relatati mal-għadd ta’ żjarat fil-paġna tal-akkomodazzjoni rilevanti fuq il-pjattaforma (rati ta’ konverżjoni)

Il-kwalità tal-lukanda meta mqabbla mal-kwalità rreklamata

Il-konferma tal-prenotazzjoni tal-lukanda jew tar-ristorant

Id-distanza tar-ristorant mill-klijent jew tendenzi ta’ utenti preċedenti

Il-politiki (rigward, pereżempju, check-in kmieni, tluq tard u privileġġi tal-kanċellazzjoni)

B’rabta mal-proprjetà (l-għadd u l-kwalità tar-riċensjonijiet tal-konsumaturi, il-livell tal-kummissjoni, il-puntwalità tal-ħlasijiet tal-fatturi, il-promozzjonijiet, il-parteċipazzjoni fi programmi ppreferuti, eċċ.)

L-iskop tal-ivvjaġġar (negozju/divertiment)

Il-veloċità u l-faċilità tal-użu tal-apparati kollha


ANNESS II

Eżempji illustrattivi ta’ rimunerazzjoni diretta u indiretta

Il-ħlas ta’ ammont ta’ kummissjoni ogħla minn utent kummerċjali għal prominenza relattiva miżjuda, pereżempju f’irkanti mmexxija bħala parti minn programmi primjum/imsieħba

L-impenji perjodiċi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti tas-siti web korporattivi għal ikklassifikar bi ħlas jew għal sforzi promozzjonali konġunti fi ħdan jew fuq is-servizzi ta’ intermedjazzjoni online jew il-magni tat-tiftix online kkonċernati

Il-ħlas dirett għall-approvazzjoni jew it-tqegħid ippreferut mill-fornitur rilevanti ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online jew magni tat-tiftix online

Il-ħlas dirett biex tingħata spinta lill-viżibbiltà tal-paġni tan-negozju fuq il-midja soċjali, is-servizzi tad-direttorju online jew servizzi oħrajn ta’ intermedjazzjoni online

Il-ħlas dirett (ta’ darba) għal viżibbiltà miżjuda matul perjodi partikolari

Il-ħlas dirett (regolari) li jwassal biex prodott jidher b’mod prominenti fl-ikklassifikar

Il-programmi ta’ lealtà jew primjum

L-utenti kummerċjali jistgħu jħallsu għal ċerti karatteristiċi primjum permezz ta’ programmi ta’ lealtà jew primjum offruti mill-pjattaformi. Is-sempliċi fatt ta’ sħubija fi programmi bħal dawn, aktar milli l-effetti possibbilment oġġettivi ta’ dik is-sħubija fuq il-prestazzjoni mkejla taħt parametri prinċipali differenti (eż. il-veloċità tal-kunsinna fil-kummerċ elettroniku), jistgħu jtejbu indirettament l-ikklassifikar tal-utenti kummerċjali minħabba l-konfigurazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ klassifikazzjoni li jistgħu jiffavorixxu lil dawk in-negozji li huma membri.

Ix-xiri fl-applikazzjoni stess

Ix-xiri fl-applikazzjoni stess huwa kontenut jew abbonamenti addizzjonali fl-applikazzjonijiet fuq apparati mobbli jew desktops disponibbli wara t-tniżżil oriġinali. Mhux l-applikazzjonijiet kollha joffru l-faċilità ta’ xiri fl-applikazzjoni stess, iżda wħud mill-karatteristiċi jew il-karatteristiċi kollha ta’ applikazzjoni jistgħu jirrikjedu li l-utenti jixtru darba fl-applikazzjoni stess jew jirreġistraw għal abbonament (bi ħlas). Eżempji jinkludu funzjonalitajiet addizzjonali tal-applikazzjonijiet, verżjonijiet tal-applikazzjonijiet primjum u mingħajr reklami, eċċ.

L-utenti kummerċjali li joffru applikazzjonijiet b’faċilitajiet ta’ xiri fl-applikazzjoni stess, ġeneralment iħallsu kummissjoni lill-pjattaforma fuq dan ix-xiri. Dan jista’ jtejjeb il-viżibbiltà tal-applikazzjonijiet tagħhom fir-riżultati tat-tiftix. F’xi każijiet, ix-xiri fl-applikazzjoni stess jista’ saħansitra jiġi rreferenzjat fl-ikklassifikar mill-operaturi tal-app stores, separatament minn, u minbarra, l-applikazzjoni sottostanti, li bl-istess mod ittejjeb il-“prominenza relattiva” ġenerali tal-applikazzjoni kkonċernata.

Is-servizzi anċillari

B’mod simili għal programmi ta’ lealtà jew primjum, is-sempliċi fatt li jintużaw servizzi anċillari tal-fornitur rilevanti ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online, bħall-ħlas bil-quddiem, iż-żamma minn partijiet terzi, l-eżekuzzjoni, is-servizzi ta’ cloud, ir-ribassi, il-loġistika, l-assigurazzjoni, eċċ., jista’ jkollu impatt fuq l-ikklassifikar.

L-istrutturi ta’ premju/inċentiv

Il-programmi ta’ premjijiet li jagħtu krediti għal reklamar bla ħlas fuq il-pjattaforma – li jħalli impatt fuq il-prominenza relattiva – bi skambju għal, pereżempju, utenti kummerċjali li jespandu l-offerti tal-prodott jew tas-servizzi tagħhom fuq is-servizzi ta’ intermedjazzjoni online kkonċernati, f’termini ta’ firxa u/jew skala, jew bi skambju għall-impenn ta’ valwazzjonijiet negattivi matul perjodu speċifiku fejn iż-żieda li tirriżulta fil-prominenza relattiva ma tirriżultax sempliċiment mid-differenzi fil-prezz relattiv - fejn il-prezz huwa parametru prinċipali

Il-marki ta’ fiduċja

It-tariffi tal-liċenzji għall-marki ta’ fiduċja, fejn il-fornitur rilevanti ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online jew ta’ magni tat-tiftix online jkun involut b’xi mod fil-marka ta’ fiduċja speċifika

L-esklussività

L-esklussività tittratta jekk dawn jistgħux iwasslu għal ikklassifikar aħjar. Dan jista’ jkun il-każ meta tali ftehimiet ikunu volontarji – minflok imposti unilateralment fuq l-utenti kummerċjali tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online – u jistgħu jiġu adottati biss minn subsett ta’ utenti kummerċjali.

Il-kondiviżjoni tal-profitti

Ir-rimunerazzjoni indiretta tista’ teżisti f’sitwazzjoni ta’ kondiviżjoni tal-profitti meta, pereżempju, il-kumpens jitħallas bħala perċentwal tal-links ikklikkjati fuq il-magna tat-tiftix online ta’ referenza. Negozju jista’, pereżempju, jiġi kklassifikat ogħla fil-lista tar-riżultati tat-tiftix jekk jaqbel li jippermetti lill-fornitur tal-magna tat-tiftix online juri l-kontenut tan-negozju f’servizz ta’ aggregazzjoni tal-aħbarijiet jew f’servizz ta’ podcasting offrut minn dak l-istess fornitur.

L-aċċess għad-data u l-użu tagħha

L-utenti kummerċjali jistgħu jaqblu li jagħtu aċċess imtejjeb għal, jew drittijiet kuntrattwali/legali oħrajn rigward id-data li jiġġeneraw billi jikkonsmaw is-servizzi ta’ intermedjazzjoni online, lill-fornituri ta’ dawn is-servizzi. Tali impenn kuntrattwali li jikkonċerna d-data, jekk isir biss minn subsett ta’ utenti kummerċjali, jista’ jkollu impatt fuq l-ikklassifikar b’modi differenti, inkluż bħala riżultat ta’ suġġerimenti/għarfien dwar l-ottimizzazzjoni tal-ikklassifikar superjuri pprovduti bi skambju mill-fornitur. Din id-data hija informazzjoni siewja li tista’ tagħti wkoll lis-servizzi ta’ intermedjazzjoni online vantaġġ kummerċjali jew kompetittiv qawwi, inkluż meta huma stess ikunu qed ibigħu b’mod attiv fl-istess servizzi ta’ intermedjazzjoni online.

L-offerti raggruppati / ir-relazzjonijiet kummerċjali

Ir-rimunerazzjoni bħala parti minn arranġamenti kummerċjali usa’ ma’ fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. F’sitwazzjoni bħal din, il-ħlas dirett għal servizz uniku, li jista’ anki ma jkunx relatat mas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online jew mal-magna tat-tiftix online kkonċernata, jista’ jkollu impatt fuq l-istatus – u possibbilment fuq l-ikklassifikar – tan-negozju rilevanti bejn aktar servizzi jew is-servizzi kollha skambjati bejn iż-żewġ entitajiet.


8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/27


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.10007 — Telefónica/Banco Bilbao Vizcaya Argentaria/Movistar Money Colombia JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 424/02)

Fi 2 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ispanjol u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M10007. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/28


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta' Diċembru 2020

(2020/C 424/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2128

JPY

Yen Ġappuniż

126,30

DKK

Krona Daniża

7,4433

GBP

Lira Sterlina

0,91215

SEK

Krona Żvediża

10,2018

CHF

Frank Żvizzeru

1,0802

ISK

Krona Iżlandiża

152,70

NOK

Krona Norveġiża

10,6328

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,482

HUF

Forint Ungeriż

359,49

PLN

Zloty Pollakk

4,4670

RON

Leu Rumen

4,8735

TRY

Lira Turka

9,5053

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6374

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5537

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3999

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7252

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6212

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 316,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,4244

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9310

HRK

Kuna Kroata

7,5400

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 214,85

MYR

Ringgit Malażjan

4,9385

PHP

Peso Filippin

58,421

RUB

Rouble Russu

89,7900

THB

Baht Tajlandiż

36,669

BRL

Real Brażiljan

6,2124

MXN

Peso Messikan

24,0901

INR

Rupi Indjan

89,6285


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/29


Avviż ta’ informazzjoni dwar it-terminazzjoni tad-démarches ma’ pajjiż terz innotifikat fil-21 ta’ April 2016 dwar il-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

(2020/C 424/04)

Il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) temmet id-démarches ma’ Kiribati fil-ġlieda kontra s-sajd IUU mibdija fil-21 ta’ April 2016 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C/2016/2254 (1) dwar in-notifika lil Kiribati li l-Kummissjoni qed tqis il-possibbiltà li Kiribati jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ir-Regolament IUU).

1.   Qafas ġuridiku

Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinnotifika lill-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx. Din in-notifika hija ta’ natura preliminari. In-notifika tal-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx hija bbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament IUU.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-démarches kollha stipulati fl-Artikolu 32 fir-rigward ta’ dawk il-pajjiżi. B’mod partikolari, fin-notifika l-Kummissjoni għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali ta’ din l-identifikazzjoni, l-opportunità lil dawk il-pajjiżi biex iwieġbu u jipprovdu evidenza li tikkontradixxi l-identifikazzjoni jew, fejn xieraq, pjan ta’ azzjoni għat-titjib u l-miżuri meħuda biex tiġi rrettifikata s-sitwazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħti żmien xieraq lill-pajjiżi terzi kkonċernati sabiex iwieġbu għan-notifika u żmien raġenevoli biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.

2.   Proċedura

Fil-21 ta’ April 2016, il-Kummissjoni Ewropea nnotifikat lil Kiribati bil-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

Il-Kummissjoni saħqet li, sabiex ma jiġix identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax, Kiribati kien mistieden jikkoopera mal-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ proposta ta’ pjan ta’ azzjoni biex jiġu rrettifikati n-nuqqasijiet identifikati.

Il-Kummissjoni fetħet proċess ta’ djalogu ma’ Kiribati. Dan il-pajjiż ippreżenta kummenti orali u bil-miktub li ġew ikkunsidrati u tqiesu mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa.

Kiribati introduċa l-miżuri meħtieġa għall-waqfien tal-attivitajiet tas-sajd IUU msemmija u l-prevenzjoni ta’ kull attività futura bħal din, u rrettifika kull att jew ommissjoni li wasslu għan-notifika tal-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

3.   Konklużjoni

Għaldaqstant, fiċ-ċirkostanzi partikolari u wara li ġew eżaminati l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-démarches fil-konfront ta’ Kiribati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolament IUU fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dmirijiet imposti fuqu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, u l-azzjonijiet tiegħu biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU, huma b’dan itterminati. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti ġew infurmati uffiċjalment mill-Kummissjoni.

It-terminazzjoni tad-démarches msemmija hawn fuq ma tipprekludix lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill milli jieħdu passi sussegwenti fil-futur, f’każ li l-elementi fattwali juru li l-pajjiż jonqos milli jaqdi d-dmirijiet imposti fuqu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, u milli jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.


(1)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32016D0423(01)&from=MT


8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/30


Avviż tal-Kummissjoni li jemenda l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-Għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħhom u li jagħmel adattamenti temporanji biex jitqies l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 424/05)

Sfond

1.

Il-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-Għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (1) (“il-Linji Gwida”) huma applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020.

2.

Fit-8 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni nediet rieżami tal-Linji Gwida bil-għan li tissostitwihom b’linji gwida ġodda għall-perjodu mill-2021 sal-2027. It-tfassil ta’ dawn il-linji gwida ġodda se jiddependi ħafna fuq ir-regoli applikabbli għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali fil-qafas tal-proposta għal Regolament dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri permezz tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) (2). Madankollu, il-proċedura leġiżlattiva għall-adozzjoni tal-proposta għadha pendenti u r-Regolament innifsu kif ukoll ir-regoli delegati u ta’ implimentazzjoni marbuta ma’ dan mhux se jiġu adottati għalissa. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tkompli tivvaluta l-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Linji Gwida attwali u biex ir-rieżami tagħhom jitlesta wara l-adozzjoni tar-riforma tal-PAK, huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Linji Gwida jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2022.

3.

Wara li tqiesu l-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-impriżi, huwa meħtieġ adattament temporanju tal-Linji Gwida fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-impriżi għal miżuri ta’ għajnuna fil-qafas tal-Linji Gwida. Għaldaqstant, l-impriżi li ma kinux f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 imma spiċċaw impriżi f’diffikultà fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna fil-qafas tal-Linji Gwida.

4.

Il-Linji Gwida huma għalhekk emendati kif ġej:

5.

Il-punt 26 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(26).

L-impriżi f’diffikultà huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida, soġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti f’dan il-punt. Il-Kummissjoni tqis li meta impriża tkun f’diffikultà finanzjarja, minħabba li l-eżistenza tagħha tkun f’periklu, ma tistax titqies mezz xieraq għall-promozzjoni ta’ objettivi oħra tal-politika pubblika sakemm tiġi żgurata l-vijabbiltà tagħha. Għaldaqstant, jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna jkun f’diffikultà finanzjarja fis-sens tal-punt (35)15, l-għajnuna tiġi vvalutata f’konformità mal-Linji Gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ intrapriżi f’diffikultà, kif emendati jew sostitwiti. Dan il-prinċipju ma japplikax għal għajnuna kompensatorja għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali u okkorrenzi eċċezzjonali msemmija fit-Taqsimiet 1.2.1.1 u 2.1.3 tal-Parti II ta’ dawn il-Linji Gwida li hija dejjem kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-Trattat. Jekk id-diffikultà finanzjarja ta’ impriża attiva fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija ġiet ikkawżata bl-avveniment ta’ riskju msemmi fit-Taqsimiet 1.2.1.2, 1.2.1.3, 1.2.1.5, 2.1.3, 2.8.1 jew 2.8.5 tal-Parti II ta’ dawn il-Linji Gwida, l-għajnuna biex tikkumpensa għat-telf jew issewwi d-dannu kkawżat minn avvenimenti tar-riskju bħal dawn u biex tkopri l-kostijiet tal-eradikazzjoni ta’ pesti tal-pjanti tista’ tingħata skont dawn il-Linji Gwida u xorta tista’ tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ difiża tas-saħħa pubblika u b’kont meħud tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, jenħtieġ li f’ċerti kundizzjonijiet ma ssirx distinzjoni inkwantu s-sitwazzjoni ekonomika ta’ impriża f’dak li jikkonċerna għajnuna għall-qerda u għat-tneħħija ta’ bhejjem mejta fit-Taqsima 1.2.1.4 u l-għajnuna għall-kontroll u l-miżuri ta’ eradikazzjoni f’każ ta’ mard tal-annimali skont il-punt 375 tat-Taqsima 1.2.1.3 tal-Parti II ta’ dawn il-Linji Gwida. Barra minn hekk, l-impriżi li ma kinux f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 imma spiċċaw impriżi f’diffikultà fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna fil-qafas ta’ dawn il-Linji Gwida.”;

6.

Il-punt 737 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(737)

Dawn il-Linji Gwida se jkunu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2022. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrieżamina jew temenda dawn il-Linji Gwida fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet assoċjati mal-politika tal-kompetizzjoni jew biex tqis politiki oħra tal-Unjoni, bħall-iżvilupp agrikolu u rurali jew is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u kunsiderazzjonijiet tal-politika ambjentali, u impenji internazzjonali, jew għal kwalunkwe raġuni ġustifikata oħra.”.


(1)  ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1.

(2)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018) 392 final).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/32


Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri anti-dumping

(2020/C 424/06)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) li warajh ma ġiet ippreżentata l-ebda talba sostanzjata kif xieraq għal rieżami, il-Kummissjoni tagħti avviż li l-miżura anti-dumping imsemmija hawn taħt se tiskadi.

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2).

Prodott

Pajjiż(i) ta’ oriġini jew esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza  (3)

Pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew l-azzar

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju anti-dumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2272 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

(ĠU L 322, 8.12.2015, p. 21)

9.12.2020


(1)  ĠU C 82, 12.3.2020, p. 5.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-ġurnata msemmija f’din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/33


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10089 — Phillips 66/Fortress Investment Group/Pester Marketing)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 424/07)

1.   

Fl-1 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Phillips 66 Company (“Phillips 66”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Fortress Investment Group LLC (“Fortress”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn SoftBank Group Corp. (“Softbank”, il-Ġappun),

in-negozju ta’ pompa tal-petrol u ħanut tal-merċa ta’ Pester Marketing (“Pester Marketing”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Phillips 66 u Fortress jakkwistaw indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Pester Marketing.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Phillips 66: jipproċessaw, jittrasportaw, jaħżnu u jikkummerċjalizzaw il-fuels u l-prodotti globalment permezz ta’ portafoll ta’ negozji integrati midstream, tal-kimika, tar-raffinar u tal-kummerċjalizzazzjoni,

Fortress: investiment globali u ġestjoni tal-assi,

Pester Marketing: il-pussess u t-tħaddim ta’ stazzjonijiet tas-servizz li jbigħu fuel tal-magni u oġġetti tal-konsum ta’ kuljum fir-reġjuni Rocky Mountain, fil-Lbiċ u l-Mid-West tal-Istati Uniti tal-Amerka.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10089 — Phillips 66/Fortress Investment Group/Pester Marketing

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/35


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9982 — Ford/GFT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 424/08)

1.   

Fit-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Ford-Werke GmbH (“FWG”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Ford Motor Company (“FMC”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li tappartjeni għall-Ford Group (l-Istati Uniti tal-Amerka),

GETRAG FORD Transmissions GmbH (“GFT”, il-Ġermanja), ikkontrollata bi sħab minn FMC u Magna International Inc. (“MAGNA”).

FWG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta; GFT kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

FMC (Ford Group): disinn, manifattura, kummerċjalizzazzjoni u manutenzjoni ta’ linja sħiħa ta’ karozzi, trakkijiet, vetturi utilitarji sportivi (sport utility vehicles, “SUVs”), vetturi elettrifikati ta’ Ford u vetturi lussużi Lincoln, servizzi finanzjarji permezz ta’ Ford Motor Credit Company kif ukoll l-iżvilupp ta’ elettrifikazzjoni, vetturi awtonomi u soluzzjonijiet ta’ mobilità,

GFT: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ trażmissjonijiet għal vetturi ħfief, inklużi żewġ impjanti ta’ produzzjoni fil-Ġermanja u fir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9982 — Ford/GFT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/36


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10083 — China Baowu/Taiyuan Iron & Steel Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 424/09)

1.   

Fit-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

China Baowu Steel Group Corporation Limited (“China Baowu”, iċ-Ċina),

Taiyuan Iron and Steel (Group) Company Ltd (“TISCO”, iċ-Ċina).

China Baowu takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ TISCO kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

China Baowu: attiva prinċipalment fil-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-azzar,

TISCO: attiva prinċipalment fil-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-azzar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10083 — China Baowu/Taiyuan Iron & Steel Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/37


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9983 — Magna/GFT Bordeaux)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 424/10)

1.   

Fit-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Magna International Inc. (“MAGNA”, il-Kanada),

Bordeaux Production Plant (il-“Kumpanija fil-Mira”, Franza) tappartjeni għal GETRAG FORD Transmissions GmbH (“GFT”, il-Ġermanja).

KKR takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-intier tal-impriża fil-mira.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MAGNA hija fornitur globali tal-karozzi, li tiddisinja, tiżviluppa, timmanifattura u tforni sistemi awtomobilistiċi, assemblaġġi, moduli u komponenti primarjament għall-manifatturi ta’ tagħmir oriġinali ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief,

Il-Kumpanija fil-Mira hija impjant tal-manifattura għat-trażmissjonijiet manwali li tinsab f’Bordeaux, Franza, u attwalment mħaddma minn GFT.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9983 — Magna/GFT Bordeaux

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/38


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10055 — MIRA/Romanian assets of CEZ)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 424/11)

1.   

Fl-1 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Macquarie Infrastructure and Real Assets (Europe) Limited (“MIRA”, ir-Renju Unit), proprjetà tal-Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

Il-ġenerazzjoni tal-elettriċità Rumena, id-distribuzzjoni tal-elettriċità, u l-assi tal-provvista tal-elettriku u tal-gass naturali lill-konsumatur (“l-assi Rumeni ta’ CEZ”, ir-Rumanija), li bħalissa huma miżmuma minn ČEZ a.s. (“CEZ”, iċ-Ċekja).

MIRA takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-assi Rumeni ta’ CEZ.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MIRA: il-ġestjoni tal-infrastruttura u assi immobbli oħra, inklużi l-proprjetà immobbli, l-enerġija u l-assi agrikoli. MIRA tifforma parti mid-diviżjoni ta’ Macquarie Infrastructure and Real Assets ta’ Macquarie, fornitur ta’ investiment globali, servizzi bankarji u finanzjarji,

l-assi Rumeni ta’ CEZ: seba’ kumpaniji li flimkien iħaddmu network ta’ distribuzzjoni tal-elettriċità, portafoll ta’ assi tal-enerġija rinnovabbli u negozju tal-provvista tal-elettriċità u tal-gass lill-konsumatur, u li kollha jinsabu fir-Rumanija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10055 — MIRA/Romanian assets of CEZ

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/39


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 424/12)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Mozzarella”

Nru tal-UE: STG-IT-0001-AM01 – 11.9.2019

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem il-grupp: Latterie Soligo, Fattorie Marchigiane, Alival s.p.a

Indirizz: Montemaggiore al Metauro (PU) 61030, L-ITALJA

Telefown: + 39 072157961

Indirizz tal-posta elettronika: fama@trevalli.cooperlat.it

Il-produtturi huma intitolati jressqu din l-applikazzjoni għal emenda skont id-Digriet Ministerjali Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 u huma r-rappreżentanti tal-produtturi kollha tal-STG “Mozzarella”.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Metodu ta’ produzzjoni

Oħrajn: emenda fir-regoli ta’ protezzjoni għal “reġistrazzjoni bir-riżerva tal-isem” minflok “reġistrazzjoni mingħajr riżerva tal-isem”.

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Isem

L-emenda tikkonċerna l-isem tal-prodott u tikkonsisti fiż-żieda tal-aġġettiv “tradizionale (tradizzjonali)” mal-isem “Mozzarella (mozzarelle)”, sabiex l-isem propost jaqra kif ġej: “Mozzarella Tradizionale”.

L-isem “Mozzarella Tradizionale” jippermetti l-identifikazzjoni immedjata tal-prodott u jirrifletti wkoll l-informazzjoni li diġà tinsab fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fir-rigward tal-karattru tradizzjonali tal-prodott u l-metodu ta’ produzzjoni.

Kif turi t-taqsima dwar l-elementi ewlenin, l-għan tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa li jiġi standardizzat il-ġobon mozzarella fil-forma l-aktar tradizzjonali tiegħu. Permezz ta’ din il-bidla l-isem se jkun konformi mat-terminu użat b’mod komuni mill-konsumaturi biex jidentifikaw il-prodott.

Oħrajn

Regoli ta’ protezzjoni: emenda fil-protezzjoni minn “reġistrazzjoni mingħajr riżerva tal-isem” għal “reġistrazzjoni akkumpanjata mir-riżerva tal-isem”.

Barra minn hekk, l-emenda hija proposta sabiex tiġi protetta r-reġistrazzjoni tal-prodott ikkonċernat, peress li ma għadux possibbli li jiġu rreġistrati ismijiet ta’ prodotti agrikoli u tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti mingħajr ir-riżerva tal-isem u, skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-ismijiet irreġistrati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, inklużi dawk irreġistrati skont l-applikazzjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(1) ta’ dak ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jintużaw skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 509/2006 sal-4 ta’ Jannar 2023 biss.

Għalhekk qed jiġi propost li jiġu emendati r-regoli ta’ protezzjoni tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita billi tiġi allinjata ma’ dik li jgawdu t-TSGs irreġistrati skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012. L-STG “Mozzarella Tradizionale” tista’ tibbenefika minn riżerva tal-isem. Ir-riżerva tal-isem hija mitluba biss b’referenza għall-isem kollu kemm hu (“Mozzarella Tradizionale”) u mhux għall-komponenti tiegħu.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

“Mozzarella Tradizionale”

Nru tal-UE: STG-IT-0001-AM01 – 11.9.2019

“L-Italja”

1.   Isem/ismijiet li jrid(u) jiġi/u rreġistrat(i)

“Mozzarella Tradizionale”

2.   Tip ta’ prodott [elenkat fl-Anness XI]

1.3

Ġobon

3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

3.1.   Jekk il-prodott

jirriżultax minn metodu ta’ produzzjoni, ta’ pproċessar jew ta’ kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew oġġett tal-ikel;

huwiex manifatturat minn materja prima jew ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment.

3.2.   Jekk l-isem

kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku;

jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott.

4.   Deskrizzjoni

4.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1, inklużi l-karatteristiki fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi prinċipali tiegħu, li juru n-natura speċifika tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Il-“Mozzarella Tradizionale” hija ġobon frisk u artab b’baqta imġebbda (skont id-definizzjoni tal-Codex Alimentarius), b'fermentazzjoni lattika. Jista jkollha għamla sferojdali (b’użin bejn 20 sa 250 g), kultant "bil-qoxra", jew inkella għamla mmaljata (b’użin bejn 125 sa 250 g).

Il- “mozzarella tradizionale” tiġi ppakkjata f’kisja protettiva u titqiegħed fis-suq f’likwidu preservattiv li jikkonsisti f’ilma, possibbilment immellaħ; dan il-likwidu jiġi f’kuntatt dirett jekk l-envelop ikun ermetikament issiġillat jew inkella jinfed f’pakkett imtaqqab jew permeabbli.

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra:

bla qoxra, imma b'kisja fina;

b’wiċċ lixx u jleqq, omoġenu u kulur abjad bħall-ħalib;

konsistenza bi struttura tipikament fibruża, ippronunzjata aktar fil-bidu, b’saffi sovrapposti li jnixxu likwidu li jixbah il-ħalib malli tinqata’ jew wara pressjoni ħafifa. u jista jkun fiha toqob żgħar li fihom jinġema dan il-likwidu;

l-ebda fetħiet;

kulur: kulur abjad bħall-ħalib, omoġena, mingħajr tbajja jew vini;

konsistenza: ratba u kemxejn elastika;

togħma: karratteristika, bnina, friska, u kemm xejn aċiduża;

riħa: distintiva, fragranti, delikata, ta’ ħalib kemm xejn aċiduż.

Karatteristiċi kimiċi:

xaħam fil-materja niexfa: minimu ta’ 44 % (m/m);

Ndewwa: fil-forom sferojdali: 58-66 % (m/m); fil-forom immaljati: 56-62 % (m/m);

ndewwa relattiva għall-materja mhux xaħmija: 69-80 % (m/m);

attività fosfatika li ma taqbiżx 12 μg tal-fenol għal kull gramma ta' ġobon;

il-pH tal-konsistenza: 5,1 — 5,6;

aċidu lattiku L (+): aktar minn 0,2 % fil-kampjuni analizzati fi żmien tlett ijiem wara d-data tal-produzzjoni;

il-klorat tas-sodju (NaCl) fil-kampjun ma jaqbiżx 1 % (m/m);

furosina: massimu 10 mg sa 100 g ta' proteina.

Proprjetajiet mikrobijoloġiċi:

Mikroflora karatteristika, reżistenti għat tiġbid tal-baqta, f'ammont ta' mhux anqas minn 107 cfu/g fil-kampjuni analizzati fi żmien tlett ijiem minn wara d-data tal-produzzjoni.

Konservazzjoni:

il-prodott għandu jiġi kkonservat f’temperatura ta’ bejn 0 °C u + 4 °C. It-temperatura massima tal-ħażna għandha tintwera fuq it-tikketta flimkien mad-data ta' l-iskadenza, li hija ndikata bil-kliem “Uża sa […]” segwita bil-jum u x-xahar.

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li għandhom isegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)

Il-metodu ta’ produzzjoni jikkonsisti esklussivament mill-istadji li ġejjin, li għandhom jitwettqu f’ċiklu kontinwu fl-istess stabbiliment:

il-pre-maturità, jekk meħtieġa, tal-ħalib esklussivament bl-għajnuna tal-fermenti lattiċi naturali; (1)

il-pastorizzazzjoni tal-ħalib (f'temperatura minima ta' 71,7 °C għal ħmistax-il sekonda jew proċess simili);

l-inokulazzjoni tal-ħalib bl-għajnuna tal-fermenti lattiċi naturali;

żieda ta’ tames likwidu tal-bovini (pepsin: attività bejn 20 u 30 %);

koagulazzjoni tat-tames bejn 35 sa 39 °C;

il-qtugħ, il-qasma u s-separazzjoni tax-xorrox mill-baqta;

maturazzjoni lattika tal-baqta sa massimu ta' pH ta' 5 sa 5,4; il-qtugħ f’biċċiet tal-konsistenza misjura;

it-tiġbid tal-baqta (għal dan il-proċess il-baqtiet jissaħnu bil-musħun, xi kultant jiżdied il-melħ, ħalli l-massa tal-ġobon tilħaq temperatura finali ta’ 58-65 °C);

l-iffurmar fis-sħana tal-baqta;

it-twebbis f'ilma kiesaħ, kultant biż-żieda tal-melħ;

l-ippakkeġġjar.

(1)

Il-preparazzjoni tal-fermenti lattiċi naturali:

Fermenti lattiċi inizjali

it-tisħin tal-ħalib nej mhux imkessaħ f’temperatura ta’ mhux anqas +63 °C għal perjodu minimu ta' 15-il minuta (jew inkella f'kombinazzjonijiet ta' ħin/temperatura b’effett minimu ekwivalenti);

tkessiħ għal temperatura ta' inkubazzjoni (t = bejn 42 u 50 °C);

inkubazzjoni sa massimu ta' aċidità ugwali għal 14-24 °SH għal kull 100 ml;

tkessiħ għal temperatura inferjuri għal +8 °C;

ħażna rrifriġerata f'temperatura ta' mhux aktar minn +4 °C.

Fermenti lattiċi ulterjuri

inokulazzjoni tal-ħalib mhux ittrattat, li jista wkoll ikun irrifriġerat, b'minimu ta' 4 % tal-fermenti lattiċi preċedenti;

trattament bis-sħana simili għall-ewwel fermenti lattiċi;

tkessiħ għal temperatura ta' inkubazzjoni (t = bejn 42 u 50 °C);

inkubazzjoni sa massimu ta' aċidità ugwali għal 14-24 °SH għal kull 100 ml;

tkessiħ għal temperatura inferjuri għal +8 °C;

ħażna rrifriġerata f'temperatura ta' mhux aktar minn +4 °C.

Il-fermenti lattiċi lesti għall-użu

Il-fermenti lattiċi lesti għall-użu għandhom:

ikollhom aċidità ta' bejn 16 u 30 °SH għal kull 100 ml;

ikollhom kontenut minimu ta' streptokokki termofiliċi ta' 108 ufc/ml;

ikollhom attività fosfata negattiva;

ikunu użati fil-produzzjoni fi żmien tlett ijiem wara t-tħejjija tagħhom.

4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ikkonċernat)

Il-“Mozzarella Tradizionale” hija ġobon miksub permezz ta’ teknoloġija ferm stabbilita fil-produzzjoni tal-ġobon. Din il-baqta mġebbda friska hija parti mit-tradizzjoni tal-industrija tal-ħalib Taljana.

Fl-għamla l-aktar tradizzjonali tagħha - l-għamla f'dan il-każ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott - il-mozzarella għandha tinkiseb minn ħalib intier li jasal nej fl-impjant, li jista’ jiġi aġġustat biss u jekk ikun hemm bżonn fir-rigward tal-kontenut kremuż li jista’ jkollu: il-fattur deċisiv huwa l-fermenti lattiċi naturali, li għandhom jitħejjew minn ħalib li jkun ġej mill-istess żona bħal dak użat fl-impjant tal-produzzjoni tal-ġobon u użat fuq il-post. Il-fermentazzjoni hija kultura ta’ batterji lattiċi kkaratterizzata mir-reżistenza tagħhom għas-sħana u l-veloċità li biha jiżviluppaw u jaċidifikaw, li tinkiseb permezz ta’ arrikkiment selettiv tal-mikroflora lattika preżenti b’mod naturali fil-ħalib nej u li tirrifletti l-profil mikrobijoloġiku oriġinali tal-ħalib.

Ferment lattiku mħejji kif xieraq, normalment ikun magħmul minn taħlita mhux identifikabbli ta' siltiet ta' Streptococcus thermophilus, li jistgħu jkunu akkumpanjati minn enterokokki u batterji lattiċi reżistenti għas-sħana. Dan il-grupp ta' flora lattika jgħin fid-determinazzjoni tal-karatteristiki finali tal-prodott.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/43


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 424/13)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MHUX MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut”

Nru tal-UE: PGI-DE-0717-AM01 - 31.3.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem l-assoċjazzjoni:

Schutzgemeinschaft Rheinischer Zuckerrübensirup/Rheinisches Apfelkraut [Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tar-Rheinischer Zuckerrübensirup/Rheinisches Apfelkraut]

Indirizz:

Wormersdorfer Straße 22-26, 53340 Meckenheim

Pajjiż:

Il-Ġermanja

Indirizz(i) elettroniku/elettroniċi:

info@sg-zuckerruebensirup-apfelkraut.de

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/I

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [speċifika]

4.   Tip ta’ emenda(emendi)

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Emenda

Il-formolazzjoni tal-kliem attwali: “– Ħadid: min. 4 mg/100 g

Bidla mitluba: Ir-referenza għall-ħadid għandha titneħħa kompletament.

Spjegazzjoni

L-analiżi mwettqa f’dawn l-aħħar snin uriet li l-valur tal-ħadid indikat fl-ispeċifikazzjoni oriġinali kien dovut, parzjalment, għal adeżjonijiet tat-tafal u l-ħamrija (li, bħala riżultat tal-proċessi ta’ tisjir u ta’ filtrazzjoni sussegwenti, qatt ma kienu ta’ detriment għall-kwalità tal-prodott lest). Dak iż-żmien, it-tafal u l-ħamrija ma setgħux jitneħħew għal raġunijiet tekniċi u daħlu fil-proċess tal-produzzjoni bil-pitravi taz-zokkor. Barra minn hekk, minn dejjem kien hemm varjazzjonijiet sostanzjali minn sena għal sena minħabba t-temp.

Madankollu, it-titjib fil-proċess tal-produzzjoni issa jippermetti li jitneħħew ħafna aktar tafal u ħamrija mill-pitravi. Dan ifisser li l-livell tal-ħadid jitnaqqas.

Wieħed mill-għanijiet tal-manifatturi tal-prodott huwa li dan il-proċess ikompli jiġi ottimizzat. Madankollu, dan ifisser li l-valur ta’ mill-inqas 4 mg ta’ ħadid għal kull 100 g ta’ prodott mhux dejjem jista’ jiġi ggarantit. Għalhekk, il-valur tal-ħadid għandu jitħassar.

Rabta

Emenda

Fl-ewwel paragrafu tas-Sezzjoni (2), “Speċifiċità tal-prodott”

Il-formolazzjoni tal-kliem attwali: “Il-metodu ta’ produzzjoni bir-reqqa, stabbilit sew fir-reġjun minħabba t-tradizzjoni, jiggarantixxi li l-prodott finali jżomm fih minerali siewja bħall-manjeżju u l-ħadid. Il-prodott fih ukoll il-potassju u l-aċidu foliku, għalkemm f’ammonti varjabbli li jonqsu maż-żmien kemm idum maħżun il-prodott. Huwa jsir mingħajr ebda addittiv.”

Bidla mitluba (tħassir tal-partijiet tat-test fejn jissemmew il-ħadid u l-aċidu foliku):

Il-metodu ta’ produzzjoni bir-reqqa, stabbilit sew fir-reġjun minħabba t-tradizzjoni, jiggarantixxi li l-prodott finali jżomm fih minerali siewja bħall-manjeżju. Il-prodott fih ukoll il-potassju. Huwa jsir mingħajr ebda addittiv.”

Spjegazzjoni

Fir-rigward tal-valur tal-ħadid: ara l-ispjegazzjoni taħt b).

Fir-rigward tar-referenza għall-aċidu foliku: Il-valur tal-aċidu foliku fid-deskrizzjoni (punt b)) diġà tħassar bħala parti mill-aħħar applikazzjoni għal emenda peress li l-kejl meħud wara r-reġistrazzjoni wera li l-livell ta’ aċidu foliku jonqos b’mod stabbli b’mod naturali wara l-produzzjoni. Dan għaliex l-aċidu foliku jiddekomponi.

L-aċidu foliku issa ma għadux jitkejjel, peress li tali kejl ikun superfluwu fid-dawl tar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni. Peress li l-livell tal-aċidu foliku dejjem jonqos xorta waħda matul il-ħażna twila tal-prodott u s-sustanza eventwalment ma tkunx għadha preżenti, ġeneralment mhuwiex xieraq li ssir referenza għalih.

DOKUMENT UNIKU

“Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut”

Nru tal-UE: PGI-DE-0717-AM01 -31.3.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/ismijiet [tad-dop jew tal-iġp]

“Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-meraq pur, naturali u kkonċentrat ta’ pitravi taz-zokkor li jkunu għadhom kemm inqatgħu b’ebda fibra veġetali jew xi addittiv ieħor.

Dehra: xropp kannella skur, magħqud u jwaħħal ħafna

Togħma: ħelwa u ta’ xgħir

Riħa: ħelwa, ta’ xgħir u ta’ karamella

Kontenut finali ta’ zokkor (tolleranza ta’ ± 3 %)

Sukrożju: 33 %

Glukożju: 17 %

Fruttożju: 16 %

Gradi Brix: tal-inqas 78 ° Brix

Valur tal-pH: minn 4,4 sa 5

Kontenut ta’ ilma: massimu 22 %

Manjeżju: min. 60 mg/100 g

Potassju: min. 50 mg/100 g

Ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor huwa prodott mingħajr addittivi. Il-prodott isir fil-perjodu tal-qtugħ tal-pitravi taz-zokkor bejn l-aħħar tas-sajf u r-rebbiegħa. Il-metodu tradizzjonali ta’ produzzjoni bbażat fuq il-leġiżlazzjoni moderna dwar l-ikel huwa kif ġej:

Il-wasla tal-oġġett/il-kwalità: jiġu kkonsenjati l-pitravi taz-zokkor li jkunu għadhom kemm inqatgħu.

L-ittestjar ta’ aċċettazzjoni: id-determinazzjoni tal-kontenut taz-zokkor sabiex jiġu definiti l-parametri operattivi meħtieġa (it-temperatura, it-tul tal-proċess tat-tisjir, eċċ.). Spezzjoni viżiva tal-ħamrija u tal-weraq.

Ħażna: perjodu qasir ta’ ħażna kemm fir-razzett kif ukoll fil-post ta’ produzzjoni, il-koordinazzjoni tal-ħsad u tal-kunsinna.

Trattament qabel ikompli l-ipproċessar: tindif ta’ qabel; tneħħija ta’ weraq, ħamrija u ġebel; tindifa fil-magna tal-ħasil tal-pitravi taz-zokkor.

Ipproċessar: L-ipproċessar iseħħ fiż-żona ġeografika. Il-pitravi taz-zokkor jiġu pproċessati sħaħ jew imqattgħin. Il-maxx tissaħħan għal diversi sigħat u titgħalla bil-mod. Wieħed irid joqgħod attent li jagħti biżżejjed ħin biex il-maxx toqgħod. It-tul ta’ ħin li matulu l-pitravi jitgħallew u t-temperatura jiddependu fuq it-tradizzjoni tal-kumpanija. Imbagħad il-polpa tal-pitravi tiġi tingħasar taħt pressjoni għolja biex jinkiseb il-meraq mhux ipproċessat. Jintuża tagħmir ta’ filtri li jneħħu kważi l-frak solidu kollu mill-meraq mhux ipproċessat estratt. Il-meraq ċar jintbagħat lejn l-unità ta’ evaporazzjoni fejn l-ilma jitneħħa minnu bil-mod ġo vakwu. Il-kontenut ta’ materja niexfa fil-prodott finali huwa tal-inqas 78 ° Brix. Qabel il-ħażna, il-pH, il-lewn, is-sukrożju, il-fruttożju, il-glukożju u s-sustanza niexfa tal-prodott finali jiġu analizzati fl-impjant tal-ipproċessar. Il-prodott finali jiġi eżaminat b’mod regolari minn laboratorju estern. Ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor miksub jinħażen f’tankijiet li minnhom jittieħed għall-ippakkjar.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Mingħajr eċċezzjoni, il-pitravi taz-zokkor kollha użati bħala materja prima jridu jkunu ġejjin miż-żona ġeografika inkwistjoni.

Tradizzjonalment, il-pitrava taz-zokkor użata biex minnha jsir ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor tiġi biss mill-produtturi tal-pitravi taz-zokkor fir-reġjun.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika identifikata

Il-proċess sħiħ ta’ produzzjoni jseħħ fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Ir-Rhineland. Fl-Istat ta’ North Rhine-Westphalia dan jinkludi r-reġjuni tal-gvern ta’ Cologne (minbarra d-distrett ta’ Oberbergisch) u d-distretti li ġejjin fir-reġjun tal-gvern ta’ Düsseldorf: Id-Distrett ta’ Mettmann, il-Belt ta’ Düsseldorf, id-Distrett tar-Renu ta’ Neuss, il-Belt ta’ Mönchengladbach, id-Distrett ta’ Viersen, il-Belt ta’ Krefeld, id-Distrett ta’ Cleves u d-Distrett ta’ Wesel. Fl-Istat ta’ Rhineland-Palatinate, dan jinkludi d-distretti rurali ta’ Ahrweiler u Mayen-Koblenz.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika:

It-tradizzjoni ta’ sekli sħaħ fir-Rhineland ta’ manifattura tax-xropp wasslet għall-perfezzjoni fil-proċess ta’ produzzjoni u togħma. Il-ħiliet rilevanti ġew mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra. Fis-sekli erbatax u ħmistax, il-pitrava taz-zokkor ġiet stabbilita sew bħala għalla mkabbra fl-irziezet. Fir-Rhineland, il-pitravi taz-zokkor kienu waħda mid-dieċmi li l-bdiewa kien ikollhom iħallsu lill-mexxejja fewdali tagħhom mis-seklu ħmistax ’il quddiem. Fil-bidu tas-seklu sbatax, il-Gwerra ta’ Tletin Sena wasslet għal perjodu ta’ ġuħ; it-tkabbir tal-pitravi taz-zokkor deher li kien aktar faċli u produttiv mit-tkabbir taċ-ċereali. Fir-Rhineland, fost postijiet oħrajn fejn l-inkwiet kellu inqas effett, in-nies setgħu jinvestu l-ħin u l-isforzi meħtieġa biex ikabbru dawn il-pitravi bojod u ħelwin.

Illum, huwa impossibbli li wieħed jgħid meta bdiet il-produzzjoni tax-xropp tal-pitravi taz-zokkor fir-Rhineland, iżda probabbilment saret komuni fis-seklu tmintax. Iċ-ċentru ta’ produzzjoni tar-“Rübenkraut” huwa r-reġjun ta’ Isfel tar-Renu. Madwar l-1860, id-distrett ta’ Grevenbroich waħdu kellu madwar 63 pressa rreġistrata (dak iż-żmien kien hemm 309 produtturi tax-xropp fl-Istat Prussjan). Għall-bidu, ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor kien ikun magħmul mill-mangelwurzels jew miz-zunnarija. Fis-seklu dsatax, madankollu, daħlet sew il-“Lanker Rübe”, tip ta’ mangelwurzel imkabbar fin-naħa ta’ isfel tar-Renu. Lejn l-aħħar nofs tas-seklu, il-pitravi taz-zokkor saru l-aktar materja prima popolari. Ir-rekords minn madwar l-1870 tal-kamra tal-kummerċ f’Cologne juru li bejn 6 000 u 10 000 Zehntner (= 300 u 500 tunnellata) ta’ xropp tal-pitravi taz-zokkor kienu prodotti kull sena.

Barra minn hekk, ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor jidher bħala ingredjent tradizzjonali importanti f’firxa ta’ riċetti tipiċi tar-Renu, eż. għar-riċetta taċ-ċanga marinata “Rheinischer Sauerbraten” u l-gingerbread “Aachener Printen”. It-tradizzjoni twila tal-produzzjoni tax-xropp tal-pitravi taz-zokkor fir-Rhineland hija evidenti wkoll fil-lingwa lokali: in-nies mir-Rhineland isejħulha “Rübenkraut” (fl-antik “Rüöwenkrut” jew “Röbenkraut”). Dan it-terminu għadu jintuża u jinftiehem, anki barra mir-Rhineland. Qabel ma kien magħruf li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni taz-zokkor, il-mangelwurzels kienu jintużaw bħala ħxejjex. L-isem “Rübenkraut”, imfassal fuq il-kelma "Apfelkraut", li kien l-isem mogħti lil xropp magħmul mit-tuffieħ, ingħata lix-xropp magħmul mill-mangelwurzels.

Il-Figura 2 f’pubblikazzjoni minn Block bl-isem ta’ Rübensirup – Seine Herstellung, Beurteilung und Verwendung (“Ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor – il-produzzjoni, il-valutazzjoni u l-użu tiegħu”), Leipzig 1920, turi li kien hemm konċentrazzjoni ta’ fabbriki tax-xropp tal-pitravi taz-zokkor (ċrieki suwed) fir-Rhineland. Il-fabbriki taz-zokkor kienu mifruxa ħafna fl-Imperu Ġermaniż, iżda kienu ftit ħafna u mbiegħda fir-Rhineland. Madankollu, ir-Rhineland patta għal dan bil-konċentrazzjoni unika tiegħu ta’ fabbriki tal-meraq tal-pitravi taz-zokkor. Anki llum, il-meraq tal-pitravi għadu jiġi prodott fi kwantitajiet kbar fir-Rhineland.

Speċifiċità tal-prodott:

Il-metodu ta’ produzzjoni bir-reqqa, stabbilit sew fir-reġjun minħabba t-tradizzjoni, jiggarantixxi li l-prodott finali jżomm fih minerali siewja bħall-manjeżju. Il-prodott fih ukoll il-potassju. Huwa jsir mingħajr ebda addittiv.

Minħabba t-togħma unika, ferm ħelwa u ta’ xgħir li għandu u li, bħall-aroma ħelwa ta’ xgħir u ta’ karamelli, hija r-riżultat tal-metodu ta’ produzzjoni bir-reqqa, huwa adatt mhux biss biex jiddellek iżda wkoll biex jiżdied fit-tisjir jew fil-ħami biex itejjeb it-togħma.

Il-prodott issa ilu żmien twil igawdi minn fama kbira u minn reputazzjoni tajba ħafna, b’mod partikolari fir-Rhineland iżda wkoll lil hinn mill-fruntieri tagħha. Il-fama u r-reputazzjoni li għandu l-prodott ġejjin mill-istorja twila tiegħu fiż-żona ġeografika.

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP):

Ir-reputazzjoni eċċellenti li għandu l-prodott ġejja mill-oriġini ġeografika tiegħu.

Ir-“Rübenkraut” kien ivvintat fir-Rhineland u ilu jiġi prodott hemmhekk minn dak iż-żmien. Minn dejjem kien isir mill-pitravi taz-zokkor mir-Rhineland. Il-fatt li l-pitravi taz-zokkor joriġinaw miż-żona ta’ produzzjoni huwa r-raġuni ewlenija għaliex il-prodott igawdi minn reputazzjoni daqshekk tajba. Huwa l-użu tal-materja prima lokali (il-pitravi taz-zokkor) li huwa inseparabbilment marbut mal-awtentiċità tal-prodott.

Illum ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor għadu jsir kważi bl-istess mod kif kien isir sekli ilu. Il-pitravi taz-zokkor miż-żona ġeografika biss kienu jiġu pproċessati. Huwa għalhekk ukoll li hemm tant konċentrazzjoni ta’ fabbriki tal-meraq tal-pitravi taz-zokkor fir-Rhineland. Fir-Rhineland għadhom jitkabbru kwantitajiet kbar ta’ pitravi taz-zokkor – il-parti l-kbira minnhom tintuża għall-produzzjoni taz-zokkor, iżda kwantità konsiderevoli tiġi pproċessata biex isir ir-“Rübenkraut”.

Tradizzjonalment, il-pitrava taz-zokkor użata biex minnha jsir ix-xropp tal-pitravi taz-zokkor tiġi biss mill-produtturi tal-pitravi taz-zokkor fir-reġjun. Il-pitravi taz-zokkor jitkabbru fuq il-bażi ta’ arranġament kuntrattwali bejn il-proċessuri u l-bdiewa, u b’hekk jiġu ffaċilitati l-pariri ta’ biedja komprensivi. Il-kooperazzjoni bejn il-produtturi u l-proċessuri issa hija ssimplifikata, trasparenti u responsabbli. Garanzija tal-bejgħ tiżgura li dawk li jkabbru l-pitravi taz-zokkor ikollhom is-sigurtà bażika li għandhom bżonn biex jippjanaw għall-futur. Il-kwalità kimika tal-pitravi taz-zokkor tiġi kkontrollata b’mod regolari permezz ta’ proċeduri analitiċi identiċi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://register.dpma.de/DPMAregister/blattdownload/marken/2019/44/Teil-7/20191031


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.