ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 418

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
3 ta' Diċembru 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 418/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9996 — Trenitalia/Netinera Deutschland) ( 1 )

1

2020/C 418/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9705 — EXOR/GEDI) ( 1 )

2

2020/C 418/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9324 — ALSO/ABC Data Group) ( 1 )

3

2020/C 418/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9750 — HIG Capital/Lagardère Sports and Entertainment SAS/Lagardère Sports Inc.) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 418/05

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,00 % fl-1 ta' Diċembru 2020 — Rata tal-kambju tal-euro

5

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

2020/C 418/06

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma jsirux oġġezzjonijiet

6

2020/C 418/07

Festi pubbliċi fl-2021: Stati taż-ŻEE-EFTA u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE

7

2020/C 418/08

Festi pubbliċi fl-2020: Stati taż-ŻEE-EFTA u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE

8


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 418/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9996 — Trenitalia/Netinera Deutschland)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 418/01)

Fit 25 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9996. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9705 — EXOR/GEDI)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 418/02)

Fit 30 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9705. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9324 — ALSO/ABC Data Group)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 418/03)

Fit 12 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9324. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9750 — HIG Capital/Lagardère Sports and Entertainment SAS/Lagardère Sports Inc.)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 418/04)

Fit 13 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9750. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/5


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta' Diċembru 2020

Rata tal-kambju tal-euro (2)

It-2 ta' Diċembru 2020

(2020/C 418/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2066

JPY

Yen Ġappuniż

126,13

DKK

Krona Daniża

7,4438

GBP

Lira Sterlina

0,90490

SEK

Krona Żvediża

10,2813

CHF

Frank Żvizzeru

1,0819

ISK

Krona Iżlandiża

155,40

NOK

Krona Norveġiża

10,7003

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,411

HUF

Forint Ungeriż

357,40

PLN

Zloty Pollakk

4,4783

RON

Leu Rumen

4,8714

TRY

Lira Turka

9,4570

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6384

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5619

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3535

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7137

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6176

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 330,20

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,5579

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9203

HRK

Kuna Kroata

7,5520

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 145,18

MYR

Ringgit Malażjan

4,9199

PHP

Peso Filippin

57,984

RUB

Rouble Russu

91,3194

THB

Baht Tajlandiż

36,500

BRL

Real Brażiljan

6,2962

MXN

Peso Messikan

24,2499

INR

Rupi Indjan

88,9695


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/6


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma jsirux oġġezzjonijiet

(2020/C 418/06)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

Is-26 ta’ Awwissu 2020

Il-Każ Nru

85190

Id-Deċiżjoni Nru

101/20/COL

Stat tal-EFTA

L-Iżlanda

It-titlu (u / jew l-isem il-benefiċjarju)

Kumpens lill-Icelandair għad-dannu kkawżat mit-tifqigħa COVID-19

Il-bażi ġuridika

L-Att dwar il-Baġit Supplimentari.

It-termini u l-kundizzjonijiet tal-garanzija tal-istat se jiġu stabbiliti fi ftehim bejn it-Teżor u Icelandair.

It-tip ta’ miżura

Għajnuna ad hoc

L-objettiv

Kumpens lill-Icelandair għal dannu mġarrab minħabba kanċellazzjoni jew skedar mill-ġdid tat-titjiriet tagħha, bħala riżultat tal-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mill-Iżlanda u pajjiżi oħra, marbuta mat-tifqigħa COVID-19

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija mill-Istat

Baġit

EUR 108 miljun

Intensità

100 %

It-tul ta’ żmien

Minn Settembru 2020 sa Settembru 2025

Setturi ekonomiċi

L-avjazzjoni

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

The Ministry of Finance and Economic Affairs

Arnarhvoli við Lindargötu

101 Reykjavík

ICELAND

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/7


Festi pubbliċi fl-2021: Stati taż-ŻEE-EFTA u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE

(2020/C 418/07)

 

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Il-Qorti tal-EFTA

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Jannar

X

X

X

X

X

It-Tnejn, l-4 ta’ Jannar

 

 

 

X

 

It-Tlieta, il-5 ta’ Jannar

 

 

 

X

 

L-Erbgħa, is-6 ta’ Jannar

 

X

 

X

 

Il-Ħamis, is-7 ta’ Jannar

 

 

 

X

 

Il-Ġimgħa, it-8 ta’ Jannar

 

 

 

X

 

It-Tlieta, it-2 ta’ Frar

 

X

 

 

 

It-Tnejn, il-15 ta’ Frar

 

 

 

 

X

It-Tlieta, is-16 ta’ Frar

 

X

 

 

 

Il-Ġimgħa, id-19 ta’ Marzu

 

X

 

 

 

Il-Ħamis, l-1 ta’ April

X

 

X

X

X

Il-Ġimgħa, it-2 ta’ April

X

X

X

X

X

It-Tnejn, il-5 ta’ April

X

X

X

X

X

Il-Ħamis, it-22 ta’ April

X

 

 

 

 

Il-Ħamis, it-13 ta’ Mejju

X

X

X

X

X

Il-Ġimgħa, l-14 ta’ Mejju

 

 

 

X

X

It-Tnejn, is-17 ta’ Mejju

 

 

X

 

 

It-Tnejn, l-24 ta’ Mejju

X

X

X

X

X

Il-Ħamis, it-3 ta’ Ġunju

 

X

 

 

 

It-Tnejn, is-17 ta’ Ġunju

X

 

 

 

 

L-Erbgħa, it-23 ta’ Ġunju

 

 

 

 

X

It-Tnejn, it-2 ta’ Awwissu

X

 

 

 

 

It-Tnejn, it-30 ta’ Awwissu

 

 

 

 

X

L-Erbgħa, it-8 ta’ Settembru

 

X

 

 

 

It-Tnejn, l-1 ta’ Novembru

 

X

 

X

X

It-Tlieta, it-2 ta’ Novembru

 

 

 

 

X

L-Erbgħa, it-8 ta’ Diċembru

 

X

 

 

 

Il-Ġimgħa, l-24 ta’ Diċembru

X

X

 

X

X

It-Tnejn, is-27 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X

It-Tlieta, it-28 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X

L-Erbgħa, id-29 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X

Il-Ħamis, it-30 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X

Il-Ġimgħa, il-31 ta’ Diċembru

X

X

 

X

X

**Il-festi pubbliċi li jinzertaw nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ħadd mhumiex elenkati.


3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/8


Festi pubbliċi fl-2020: Stati taż-ŻEE-EFTA u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE

(2020/C 418/08)

 

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Il-Qorti tal-EFTA

L-Erbgħa, l-1 ta’ Jannar

X

X

X

X

X

Il-Ħamis, it-2 ta’ Jannar

 

X

 

X

X

Il-Ġimgħa, it-3 ta’ Jannar

 

 

 

X

 

It-Tnejn, is-6 ta’ Jannar

 

X

 

 

 

It-Tnejn, l-24 ta’ Frar

 

 

 

 

X

It-Tlieta, il-25 ta’ Frar

 

X

 

 

 

Il-Ħamis, id-19 ta’ Marzu

 

X

 

 

 

Il-Ħamis, id-9 ta’ April

X

 

X

X

X

Il-Ġimgħa, l-10 ta’ April

X

X

X

X

X

It-Tnejn, it-13 ta’ April

X

X

X

X

X

Il-Ħamis, it-23 ta’ April

X

 

 

 

 

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Mejju

X

X

X

X

X

It-Tnejn, il-11 ta’ Mejju

 

 

 

 

X

Il-Ħamis, il-21 ta’ Mejju

X

X

X

X

X

Il-Ġimgħa, it-22 ta’ Mejju

 

 

 

X

X

It-Tnejn, l-1 ta’ Ġunju

X

X

X

X

X

Il-Ħamis, il-11 ta’ Ġunju

 

X

 

 

 

L-Erbgħa, is-17 ta’ Ġunju

X

 

 

 

 

It-Tlieta, it-23 ta’ Ġunju

 

 

 

 

X

It-Tnejn, it-3 ta’ Awwissu

X

 

 

 

 

It-Tnejn, il-31 ta’ Awwissu

 

 

 

 

X

It-Tlieta, it-8 ta’ Settembru

 

X

 

 

 

It-Tnejn, it-2 ta’ Novembru

 

 

 

X

X

It-Tlieta, it-8 ta’ Diċembru

 

X

 

 

 

It-Tnejn, il-21 ta’ Diċembru

 

 

 

X

 

It-Tlieta, it-22 ta’ Diċembru

 

 

 

X

 

L-Erbgħa, it-23 ta’ Diċembru

 

 

 

X

 

Il-Ħamis, l-24 ta’ Diċembru

X

X

 

X

X

Il-Ġimgħa, il-25 ta’ Diċembru

X

X

X

X

X

It-Tnejn, it-28 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X

It-Tlieta, id-29 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X

L-Erbgħa, it-30 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X

Il-Ħamis, il-31 ta’ Diċembru

X

X

 

X

X

**Il-festi pubbliċi li jinzertaw nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ħadd mhumiex elenkati.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

3.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/9


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 418/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“RADICCHIO ROSSO DI TREVISO”

Nru tal-UE: PGI-IT-1514-AM02 – 5.6.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio tutela Radicchio Rosso di Treviso IGP e Radicchio Variegato di Castelfranco IGP

Piazzale Indipendenza n. 2

31055 QUINTO DI TREVISO - TV (l-Italja)

Email: consorzio@radicchioditreviso.it

Email iċċertifikat: mail@pec.radicchioditreviso.it

Il-Consorzio di tutela Radicchio Rosso di Treviso IGP e Radicchio Variegato di Castelfranco IGP huwa awtorizzat li jressaq applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru Taljan għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Forestrija tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott soġġetta għall-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: referenzi relatati mal-istruttura ta’ kontroll, bidliet fl-abbozzar.

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li fir-rigward tagħha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti).

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Is-sentenza li ġejja tal-Artikolu 1:

“L-indikazzjoni ġeografika protetta ‘Radicchio Rosso di Treviso’ - minn hawn ’il quddiem ‘IĠP’ - hija riżervata, fis-settur tal-ortikultura, għaċ-ċikwejra ħamra mwaħħra u bikrija li tissodisfa l-kundizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”

tiġi emendata kif ġej:

“L-indikazzjoni ġeografika protetta ‘Radicchio Rosso di Treviso’ - minn hawn ’il quddiem indikata bl-akronimu ‘IĠP’ - hija riżervata għaċ-ċikwejra ħamra mwaħħra u bikrija li tissodisfa l-kundizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”.

Il-frażi “fis-settur tal-ortikultura” hija mħassra, peress li hija speċifikazzjoni superfluwa. Din hija bidla fl-abbozzar.

Fl-Artikolu 4(1), it-test li ġej:

“L-għelejjel għall-produzzjoni tal-IĠP ‘Radicchio Rosso di Treviso’ għandhom jikkonsistu minn pjanti tal-familja tal-varjetajiet selvaġġi komposti li jappartjenu għall-ġeneru Cichorium intybus L., li jinkludi t-tip imwaħħar u bikri.”

jitmexxa għall-Artikolu 2 u jsir l-ewwel paragrafu tiegħu. Din hija bidla fl-abbozzar.

It-test li ġej tal-Artikolu 6:

“Meta jitqiegħed għall-konsum, ir-radicchio bl-IĠP "Radicchio Rosso di Treviso" għandu jkollu dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1.   “Radicchio Rosso di Treviso” imwaħħar

a)

Dehra: nebbieta regoli, uniformi u b’kompatezza tajba; weraq dejjaq, li jitgerrbu, li għandhom it-tendenza li jagħlqu l-faxxina fil-parti apikali; il-faxxina għandha porzjon taz-zokk perfettament imnaddaf u mħejji, ta’ tul proporzjonali għad-daqs tal-faxxina, iżda mhux aktar minn 6 cm;

b)

Kulur: il-weraq huwa aħmar skur lewn l-inbid b’nervituri sekondarji bilkemm jidhru; in-nervitura tad-dahar (nervitura prinċipali) hija bajda;

c)

Togħma: in-nervitura tad-dahar għandha togħma gradevolment imrajra u b’konsistenza li tqarmeċ.

d)

Daqs: faxxina b’piż minimu ta’ 100 g, dijametru minimu mal-għonq ta’ 3 cm, tul (mingħajr iz-zokk) ta’ 12 sa 25 cm.

Il-karatteristiċi għall-kummerċjalizzazzjoni tar-“Radicchio Rosso di Treviso” imwaħħar huma definiti kif ġej:

grad perfett ta’ maturazzjoni;

kulur aħmar qawwi jgħajjat tal-faxxina;

nervitura prinċipali ta’ kulur abjad;

konsistenza tal-faxxina tajba;

piż medju sa għoli;

uniformità fid-daqs u fit-tul tal-faxxini;

tħejjija preċiża - raffinata - mingħajr difetti;

zokk proporzjonali għall-faxxina u mhux itwal minn 6 cm.

2.   “Radicchio Rosso di Treviso” bikri

a)

Dehra: faxxina voluminuża, tawwalija, magħluqa sew, b’porzjon żgħir tal-għerq.

b)

Kulur: weraq ikkaratterizzat minn nervitura prinċipali li tispikka ħafna, ta’ lewn abjad li tinferaq f’ħafna nervituri żgħar fl-aħmar qawwi tal-weraq żviluppat sew.

c)

Togħma: weraq b’togħma gradevolment imrajra u b’konsistenza li tqarmeċ medja.

d)

Daqs: (faxxini): piż minimu ta’ 150 g, tul tal-faxxina (mingħajr l-għeruq) minn 15 sa 25 cm.

Il-karatteristiċi għall-kummerċjalizzazzjoni tar-“Radicchio Rosso di Treviso” bikri huma definiti kif ġej:

grad perfett ta’ maturazzjoni;

weraq ta’ kulur aħmar jgħajjat b’nervituri bojod;

konsistenza tal-faxxina tajba;

piż medju sa għoli;

uniformità fid-daqs tal-faxxini;

tħejjija preċiża - raffinata - mingħajr difetti;

zokk proporzjonat u mhux itwal minn 4 cm.”

jitmexxa għall-Artikolu 2 u huwa emendat kif ġej:

Karatteristiċi tal-prodott

Meta jitqiegħed għall-konsum, ir-radicchio bl-IĠP "Radicchio Rosso di Treviso" għandu jkollu dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1.   “Radicchio Rosso di Treviso” imwaħħar

a)

Dehra: nebbieta regoli, uniformi u b’kompatezza tajba; weraq dejjaq, li jitgerrbu, li għandhom it-tendenza li jagħlqu l-faxxina fil-parti apikali; il-faxxina għandha porzjon taz-zokk perfettament imnaddaf u mħejji, ta’ tul proporzjonali għad-daqs tal-faxxina, iżda mhux aktar minn 6 cm;

b)

Kulur: il-weraq huwa aħmar skur lewn l-inbid b’nervituri sekondarji bilkemm jidhru; in-nervitura tad-dahar (nervitura prinċipali) hija bajda;

c)

Togħma: in-nervitura tad-dahar għandha togħma gradevolment imrajra u b’konsistenza li tqarmeċ;

d)

Daqs: (faxxini) b’piż minimu ta’ 100 g, dijametru minimu mal-għonq ta’ 3 cm, tul (mingħajr iz-zokk) ta’ 10 sa 25 cm.

Il-faxxini tar-“Radicchio Rosso di Treviso” imwaħħar li huma iżgħar fid-daqs, huma maħsuba esklussivament għall-ipproċessar.

Il-karatteristiċi għall-kummerċjalizzazzjoni tar-“Radicchio Rosso di Treviso” imwaħħar huma definiti kif ġej:

grad perfett ta’ maturazzjoni;

kulur aħmar qawwi jgħajjat tal-faxxina;

nervitura prinċipali ta’ kulur abjad;

konsistenza tal-faxxina tajba;

piż medju sa għoli;

uniformità fid-daqs u fit-tul tal-faxxini;

tħejjija preċiża - raffinata - mingħajr difetti;

zokk proporzjonali għall-faxxina u mhux itwal minn 6 cm.

2.   “Radicchio Rosso di Treviso” bikri

a)

Dehra: faxxina voluminuża, tawwalija, magħluqa sew, b’porzjon żgħir tal-għerq;

b)

Kulur: weraq ikkaratterizzat minn nervitura prinċipali li tispikka ħafna, ta’ lewn abjad li tinferaq f’ħafna nervituri żgħar fl-aħmar qawwi tal-weraq żviluppat sew;

c)

Togħma: weraq b’togħma gradevolment imrajra u b’konsistenza li tqarmeċ medja;

d)

Daqs: (faxxini): piż minimu ta’ 150 g, tul tal-faxxina (mingħajr l-għeruq) minn 15 sa 25 cm.

Il-karatteristiċi għall-kummerċjalizzazzjoni tar-“Radicchio Rosso di Treviso” bikri huma definiti kif ġej:

grad perfett ta’ maturazzjoni;

weraq ta’ kulur aħmar jgħajjat b’nervituri bojod;

konsistenza tal-faxxina tajba;

piż medju sa għoli;

uniformità fid-daqs tal-faxxini;

tħejjija preċiża - raffinata - mingħajr difetti;

zokk proporzjonat u mhux itwal minn 4 cm”.

B’mod partikolari:

a)

L-artikolu huwa introdott bl-entrata l-ġdida li ġejja: “Karatteristiċi tal-prodott”. Din hija bidla fl-abbozzar.

b)

Għat-tip imwaħħar, it-tul (mingħajr iz-zokk) jiżdied minn 12 sa 25 cm għal 10 sa 25 cm. L-emenda hija ġġustifikata mir-rekwiżiti l-ġodda tas-suq u għandha l-għan li tilħaq il-miri kummerċjali ta’ referenza ġodda. B’din il-bidla, se jkun possibbli li l-konsumaturi jiġu pprovduti bi prodott żgħir li huwa perfettament adattat għall-ippakkjar f’kontenituri bħala prodott tar-raba’ livell.

c)

L-introduzzjoni tas-sentenza “Il-faxxini tar-‘Radicchio Rosso di Treviso’ imwaħħar li huma iżgħar fid-daqs, huma maħsuba esklussivament għall-ipproċessar” tippermetti l-użu tal-faxxini ta’ daqs iżgħar minn 10 cm sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ produzzjoni ta’ prodotti pproċessati bbażati fuq ir-“Radicchio Rosso di Treviso”, li huma dejjem aktar ta’ interess għal-laboratorji artiġjanali u l-industriji tal-ikel.

d)

L-emenda relatata mal-karatteristiċi tal-kummerċjalizzazzjoni tar-“Radicchio Rosso di Treviso” bikri, li tikkompleta t-test “zokk proporzjonali għall-faxxina u mhux itwal minn 4 cm” bi “zokk proporzjonali għall-faxxina u mhux itwal minn 4 cm”, tikkostitwixxi bidla fl-abbozza li għandha l-għan li ttejjeb il-preċiżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-emendi msemmija hawn fuq japplikaw għall-punt 4.2 “Deskrizzjoni” tas-sommarju ppubblikat fil-ĠU C 279, 22.11.2007 tal-UE u għall-punt korrispondenti tad-Dokument Uniku.

Żona ġeografika

It-test li ġej tal-Artikolu 2:

“Iċ-ċikwejra ħamra li tista’ tingħata l-IĠP inkwistjoni għandha tkun dik prodotta, ipproċessata u ppakkjata esklussivament fit-territorju tal-provinċji ta’ Treviso, Padova u Venezja, deskritti hawn taħt, minn produtturi ta’ art xierqa u użata kull sena għal din il-kultivazzjoni.”

jitmexxa għall-Artikolu 3, u jsir l-ewwel paragrafu tiegħu. Din hija bidla fl-abbozzar.

Prova tal-oriġini

Fid-dawl tal-moviment tal-paragrafi msemmija fit-taqsimiet “Deskrizzjoni tal-prodott” u “Metodu ta’ produzzjoni”, l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa fformulat mill-ġdid kif ġej:

“Kull fażi tal-proċess ta’ produzzjoni tiġi kkontrollata billi jiġu rreġistrati l-inputs u l-outputs kollha ta’ kull waħda minnhom. Dan il-monitoraġġ, flimkien mat-tniżżil fir-reġistri previsti għal dan il-għan u mmaniġġjati mill-korp ta’ spezzjoni tal-irqajja’, tal-produtturi u ta' dawk responsabbli mill-ippakkjar, iż-żamma tar-reġistri tal-produzzjoni u tal-imballaġġ, u d-dikjarazzjoni f’waqtha, fi tmiem is-sena tas-suq, tal-kwantitajiet prodotti lill-korp ta’ spezzjoni, jiżguraw it-traċċabbiltà tal-prodott. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha msemmija f’dawn ir-reġistri għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli mill-korp ta’ spezzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-programm ta’ spezzjoni korrispondenti.”.

L-għan tal-emenda huwa li tiddefinixxi l-operazzjonijiet li jiggarantixxu l-oriġini tal-prodott, skont l-Artikolu 7(d) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Metodu ta’ produzzjoni

Fl-Artikolu 4, ir-raba’ paragrafu:

“Fi tmiem iż-żrigħ jew it-trapjantar u t-tnaqqis sussegwenti fir-ringieli tan-nebbieta, id-densità tat-tħawwil tar-"Radicchio Rosso di Treviso" ma tistax taqbeż it-8 pjanta għal kull metru kwadru.”

jitmexxa għall-Artikolu 5, u jsir ir-raba’ paragrafu tiegħu. Din hija bidla fl-abbozzar.

Fl-Artikolu 4, il-ħames u s-sitt paragrafi:

“Sabiex il-prodott ikun eliġibbli għall-IĠP "Radicchio Rosso di Treviso", il-produzzjoni massima għal kull ettaru ta’ żona kkultivata ma għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin (eskluża kull tolleranza):

1)

tip imwaħħar - 7 000 kg/ha

2)

tip bikri - 9 000 kg/ha

Il-piż massimu ta’ kull unità tal-faxxini li jagħmlu l-prodott lest ma jistax jaqbeż dawn il-limiti (eskluża kull tolleranza):

1)

tip imwaħħar - 0,400 kg

2)

tip bikri - 0,500 kg”

jitmexxew għall-Artikolu 5, u jsiru l-aħħar paragrafi tiegħu, u għandhom jiġu emendati kif ġej:

“Sabiex il-prodott ikun eliġibbli għall-IĠP "Radicchio Rosso di Treviso", il-produzzjoni massima għal kull ettaru ta’ żona kkultivata ma għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin (eskluża kull tolleranza):

1)

tip imwaħħar - 12 000 kg/ha

2)

tip bikri - 15 000 kg/ha

Il-piż massimu ta’ kull unità tal-faxxini li jagħmlu l-prodott lest ma jistax jaqbeż dawn il-limiti (eskluża kull tolleranza):

1)

tip imwaħħar - 0,400 kg

2)

tip bikri - 0,500 kg”.

It-titjib tat-tekniki għall-produzzjoni u l-protezzjoni fitosanitarja taċ-ċikwejra fil-beraħ, li jiżgura tkabbir aħjar tar-rimjiet u għeruq aħjar tal-pjanti, l-użu ta’ makkinarju u għodod li jagħmlu l-ipproċessar u, fuq kollox, l-istadji tal-ħsad xierqa, u l-għażla tal-massa biex tittejjeb il-produttività tal-pjanti, issa jagħmluha possibbli li tiżdied il-produzzjoni għal kull ettaru meta mqabbla mal-1996, is-sena li fiha nkisbet l-IĠP. Għal din ir-raġuni, jidher xieraq li l-produzzjoni tiġi adattata għar-realtà, kif ġie kkonfermat minn ċerti provi tal-varjetà u rapporti tekniċi u xjentifiċi.

L-għan huwa wkoll li jiġi enfasizzat sa liema punt, matul il-fażi ta’ qabel is-smit, il-preservazzjoni temporanja f’postijiet ikkundizzjonati tikkontribwixxi għaż-żieda qawwija fir-rendimenti tal-produzzjoni u b’hekk għat-titjib tal-kwalità intrinsika tal-prodott. Mingħajr dan il-metodu, l-operazzjonijiet tal-ħsad spiss ikunu ppjanati ħażin u b’mod ineffiċjenti, meta jippersistu l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, bħal xita eċċessiva jew kesħa; il-preservazzjoni tal-prodott f’kamra kiesħa għalhekk tagħti lill-produtturi l-possibbiltà li jipprogrammaw aħjar l-istadji tal-ħsad, filwaqt li jitqiesu b’mod preċiż il-kundizzjonijiet klimatiċi u d-disponibbiltà tal-għodda u r-riżorsi umani, sabiex jiġu evitati żminijiet mingħajr attività u, fuq kollox, ir-riskju li l-prodott jintrema fl-għelieqi fil-beraħ minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.

L-emendi ta’ hawn fuq japplikaw għall-punt 4.5 “Metodu ta’ produzzjoni” tas-sommarju ppubblikat fil-ĠU C 279, 22.11.2007 tal-UE.

Artikolu 5

It-test tal-Artikolu 5 u tal-punt 4.5 “Metodu ta’ produzzjoni” tas-sommarju:

“F’każ li x-xitla tinqala’ u titħawwel post ieħor, dan għandu jsir sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena.”

huwa emendat kif ġej:

“F’każ li x-xitla tinqala’ u titħawwel post ieħor, dan għandu jsir sal-10 ta’ Settembru ta’ kull sena.”.

L-emenda fid-data limitu għat-tħawwil hija meħtieġa biex jiġu indirizzati l-problemi relatati maż-żieda sinifikanti fit-temperaturi tas-sajf u l-estensjoni klimatoloġika tas-sjuf. Posponiment limitat tad-data biex il-qlugħ ta’ xtieli jitħawlu post ieħor jippermetti li l-pjanti taċ-ċikwejra mwaħħra jitneħħew mill-istress tat-tħawwil b’mod aktar effettiv.

It-test tal-Artikolu 5 u tal-punt 4.5 “Metodu ta’ produzzjoni” tas-sommarju:

“1)

Il-ħsad tar-"Radicchio Rosso di Treviso" mwaħħar isir mill-1 ta’ Novembru, u f’kull każ wara li l-għalla tkun ġiet esposta għal tal-inqas żewġ ġlati, li jippromwovi l-kulur aħmar tax-xitla.”

huwa emendat kif ġej:

“Il-ħsad tar-"Radicchio Rosso di Treviso" mwaħħar isir mill-20 ta’ Ottubru.”.

L-attenzjoni kostanti mogħtija mill-produtturi għat-tibdil fil-klima u għar-rekwiżiti kummerċjali, kif ukoll id-domanda dejjem tikber tagħhom għal prodotti disponibbli għal żmien itwal għamluha possibbli, grazzi għall-għażla tal-massa, li jiġu identifikati u magħżula suġġetti (pjanti) li jadattaw sew għall-ħsad bikri filwaqt li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-għalla mwaħħra. Il-karatteristiċi u l-kwalitajiet organolettiċi ta’ dawn il-varjetajiet jiddependu mill-kundizzjonijiet tal-istaġun u mit-tekniki tat-tkabbir u, għal dan il-għan, it-testijiet imwettqa matul iż-żmien ikkonfermaw li ż-żewġ ġlati previsti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali mhumiex meħtieġa. Taħt kunsiderazzjoni, dawn il-prodotti huma apprezzati ħafna mill-konsumaturi.

In-numerazzjoni “2)” li ssir superfluwa fil-bidu tal-paragrafu li ġej: “2) Il-ħsad tar-"Radicchio Rosso di Treviso" bikri jsir mill-1 ta’ Settembru” tal-Artikolu 5, hija mħassra.

It-test tal-Artikolu 5 “fl-Artikolu 6” fl-aħħar tat-tieni paragrafu tal-“Fażi tal-forzatura/smit” u “fl-Artikolu 6 hawn taħt” fl-aħħar ta’ “L-irbit” huwa emendat kif ġej: “fl-Artikolu 2 hawn fuq”, sabiex jitqiesu l-partijiet deskritti qabel li tmexxew minn artikolu għal ieħor.

Rabta

Fl-Artikolu 4, it-tieni u t-tielet paragrafi:

“Il-kundizzjonijiet tat-tħawwil u l-operazzjonijiet ta’ tkabbir tal-irqajja’ maħsuba għall-produzzjoni tal-IĠP "Treviso" għandhom ikunu konformi mal-metodi tradizzjonali użati fiż-żona ta’ produzzjoni u għandhom ikunu adattati biex jagħtu l-karatteristiċi speċifiċi lill-pjanti.

L-art adattata għall-produzzjoni tar-"Radicchio Rosso di Treviso" imwaħħar jew bikri trid tkun friska, fonda, skulata sew, mhux rikka wisq fin-nutrijenti, speċjalment in-nitroġenu, u b’reazzjoni mhux alkalina. Huma partikolarment indikati ż-żoni tal-kultivazzjoni f’raba’ tafli - ramli ta’ alluvjoni antika fi stat ta’ dekalċifikazzjoni u b’sitwazzjoni klimatika karatterizzata minn sjuf b’ammont suffiċjenti ta’ xita u b’temperaturi massimi baxxi, ħrajjef nixfin, xtiewi li jibdew jiksħu kmieni u b’temperaturi minimi sa 10 °C taħt iż-żero.”

jitmexxew għall-Artikolu 6, u jsiru l-ewwel u t-tieni paragrafi tiegħu. Din hija bidla fl-abbozzar.

L-emendi msemmija qabel japplikaw għall-punt 5 “Rabta” tad-Dokument Uniku.

Il-paragrafu li ġej jiżdied wara l-ewwel żewġ paragrafi mmexxija mill-Artikolu 4:

“Ir-rekwiżiti tar-"Radicchio Rosso di Treviso" jiddependu mill-kundizzjonijiet ambjentali u mill-fatturi naturali u umani taż-żona ta’ produzzjoni. L-istorja, l-evoluzzjoni, id-drawwiet minn żminijiet imbiegħda tal-azjendi u tal-bdiewa taż-żona, il-karatteristiċi tal-art, il-klima, it-temperatura tal-ilma tal-pjan u l-kapaċità tiegħu jixhdu bil-qawwa r-rabta bejn ir-"Radicchio Rosso di Treviso" u l-ambjent li fih attwalment jitkabbar.”.

L-emenda għandha l-għan li tiċċara aktar ir-rabta bejn il-karatteristiċi tal-prodott u ż-żona ta’ produzzjoni.

Tikkettar

It-test tal-Artikolu 8:

“Il-bidu tal-operazzjonijiet ta’ kull ħsad għandu jitniżżel progressivament mill-amministratur, fi skeda tal-azjenda apposta.

L-operatur għandu jiddikjara lill-organizzazzjoni indikata fl-Artikolu ta’ hawn fuq, għal kull tip ta’ ċikwejra, il-kwantitajiet ta’ prodott lest forniti mill-ħsad, li huma lesti biex jitqiegħdu fis-suq.

Fl-istess ħin, l-operatur għandu jiżgura li din il-kwantità tkun indikata fuq il-prospett tal-biedja u li d-data tal-kunsinna lill-pakkettatur tiġi rreġistrata, ħlief meta hu jwettaq direttament l-operazzjoni ta’ ppakkjar.”

huwa mħassar u sostitwit bit-test tal-Artikolu 9.

It-tħassir tat-test tal-Artikolu 8 huwa ġġustifikat mill-fatt li l-kontenut tiegħu huwa applikat fit-test il-ġdid tal-Artikolu 4.

Fl-Artikolu 9 u l-punt 4.5 “Metodu ta’ produzzjoni” tas-sommarju, it-test li ġej:

“Sabiex tiġi kkummerċjalizzata, iċ-ċikwejra bl-IĠP "Radicchio Rosso di Treviso" għandha tiġi ppakkjata:

a)

f’kontenituri adattati b’bażi ta’ 30 x 50 cm jew 30 x 40 cm u b’kapaċità massima ekwivalenti għal 5 kg tal-prodott;

b)

f’kontenituri adattati b’bażi ta’ 40 x 60 cm u b’kapaċità massima ta’ 7.5 kg tal-prodott;

c)

f’kontenituri adattati ta’ daqsijiet differenti, li ma jaqbżux il-piż ta’ 2 kg tal-prodott.

Kull kontenitur għandu jkollu għatu li jissiġilla sabiex jimpedixxi li l-kontenut jitneħħa mingħajr ma jinkiser is-siġill.”

huwa emendat kif ġej:

“Sabiex tiġi kkummerċjalizzata, iċ-ċikwejra bl-IĠP "Radicchio Rosso di Treviso" għandha tiġi ppakkjata f’kontenituri tajbin għall-ikel u li ma jaqbżux il-piż totali ta’ 10 kg. L-ippakkjar individwali tal-faxxini huwa permess, inkluż permezz ta’ boroż iddisinjati għal faxxina waħda f’materjal tal-ikel.

Il-prodott maħsub għall-ipproċessar jista’ jiġi kkummerċjalizzat f’kontenituri (tankijiet) xierqa sakemm dawn ma jaqbżux il-piż nett ta’ 250 kg.

Dawn il-kontenituri għandu jkollhom kopertura ssiġillata li sservi bħala garanzija għall-konsumatur finali. Fil-każ ta’ bejgħ bl-imnut f’pakketti ta’ piż nett ta’ aktar minn 1 kg, is-siġill jista’ jinkiser u l-prodott jitneħħa mill-kontenitur biex jinbiegħ f’unitajiet individwali lill-konsumatur finali.”.

Minħabba l-innovazzjonijiet li għaddejjin bħalissa fl-industrija tal-imballaġġ u l-ħtieġa li jitnedew kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni dejjem aktar effiċjenti u attraenti, flimkien mal-ħtiġijiet tad-distribuzzjoni moderna u tal-konsumaturi, huwa neċessarju li jkun hemm aktar flessibbiltà u innovazzjoni fl-għażla tal-imballaġġ. Barra minn hekk, ir-rekwiżit li l-prodott jiġi fornut lill-industriji tal-ipproċessar f’kontenituri aktar konformi mar-rekwiżiti tat-trasport u tal-ipproċessar u t-tnaqqis konsegwenti fl-ispejjeż tal-ipproċessar, jitlob l-użu ta’ kontenituri (tankijiet) xierqa b’kapaċità massima ta’ 250 kg.

Minbarra r-rekwiżit li tiġi prevista kopertura ssiġillata, li tibqa’ applikabbli għall-kontenituri tal-IĠP “Radicchio Rosso di Treviso”, hemm dispożizzjoni ġdida dwar il-punti ta’ bejgħ, li fiha huwa permess li jinfetaħ imballaġġ b’piż nett ta’ aktar minn 1 kg sabiex jippermetti l-bejgħ ta’ faxxini individwali lill-konsumatur finali, peress li huwa rari li dan tal-aħħar jixtri kaxxa sħiħa li tiżen aktar minn 1 kg.

L-emendi msemmija hawn fuq japplikaw għall-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

It-test tal-Artikolu 9 u l-punt 4.8 “Tikkettar” tas-sommarju:

“Fuq il-kontenituri stess għandu jiġi indikat b’ittri kbar tal-istess qisien il-kliem "Radicchio Rosso di Treviso" IĠP bl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ "tardivo" (imwaħħar) jew "precoce" (bikri). Barra minn dan, fuq l-istess kontenituri, għandu jkun hemm dawn l-elementi:

l-isem jew il-kumpanija u l-indirizz jew is-sede tal-produttur individwali u/jew assoċjazzjoni ta’ produtturi u/jew pakkettatur,

kif ukoll tagħrif addizzjonali, bil-kundizzjoni li dan ma jkunx ta’ natura eżaġerata u ma jqarraqx bil-konsumatur dwar in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott.”

huwa emendat kif ġej:

“Fuq il-kontenituri stess għandu jiġi indikat, b’ittri kbar li jidhru, il-kliem "Radicchio Rosso di Treviso" IĠP fuq it-tikketti pprovduti għal dan l-għan, bl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ "tardivo" (imwaħħar) jew "precoce" (bikri). Fuq dawn l-istess kontenituri jista’ jkun hemm ukoll tagħrif addizzjonali, bil-kundizzjoni li dan ma jkunx ta’ natura eżaġerata u ma jqarraqx bil-konsumatur dwar in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott.”.

Żdiedet il-possibbiltà li tiġi inkluża l-informazzjoni prevista fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott “fuq it-tikketti pprovduti għal dan l-għan”, peress li ċ-ċikwejra tista’ tiġi ppakkjata f’imballaġġ anonimu, bħal kaxxi tal-plastik mingħajr logo jew rappreżentazzjoni grafika tal-azjenda; għalhekk jidher li huwa korrett li tiżdied din il-kjarifika.

Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-indikazzjonijiet maħsuba biex jidentifikaw il-prodott u l-kumpanija/azjenda u l-indikazzjonijiet relatati mat-traċċabilità huma obbligatorji u regolatorji. Konsegwentement, dak li huwa indikat “b’żieda” għal dak li huwa previst mir-regolamentazzjoni jkun neċessarjament fakultattiv u mhux obbligatorju.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal fl-Artikolu 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“Għat-tip bikri, fejn il-kontenitur ma jippermettix li l-prodott jidher faċilment, il-kelma “precoce” trid titniżżel ħdejn l-isem fuq il-kontenitur innifsu b’tipa tal-istess daqs.”.

L-għan tal-emenda huwa li ssir distinzjoni bejn it-tip bikri tal-IĠP “Radicchio di Treviso” meta l-prodott ippakkjat ma jkunx viżibbli faċilment.

L-emendi msemmija hawn fuq japplikaw għall-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

Id-Dokument Uniku jintroduċi l-logos li ġejjin taż-żewġ tipi tad-denominazzjoni.

Image 1

Oħrajn

Struttura tal-kontroll:

It-test tal-Artikolu 7:

“Sabiex jiġi żgurat li l-istadji tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-ippakkjar tal-IĠP Radicchio Rosso di Treviso" jiġu kkontrollati, il-lista tal-produtturi u ta' dawk responsabbli mill-ippakkjar li jixtiequ jużaw l-IĠP tiġi attivata, għal kull sena ta’ produzzjoni, mill-istruttura approvata skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Il-produtturi taċ-ċikwejra li jistgħu jiġu inklużi f’din il-lista huma dawk li, fi kwalunkwe kapaċità, jisfruttaw l-art fiż-żona ddefinita fl-Artikolu 3 ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, maħsuba għall-kultivazzjoni tar-"Radicchio Rosso di Treviso" imwaħħar u/jew bikri.

Sabiex ikunu jistgħu jużaw l-IĠP "Radicchio Rosso di Treviso", il-produtturi jridu jirreġistraw f’din il-lista għal kull sena ta’ produzzjoni u jiddikjaraw, kull sena, it-tipi, iż-żoni kkultivati u l-kwantitajiet prodotti u kkonsenjati lill-pakkjatur.

L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom jiġu sottomessi lill-korp ta’ spezzjoni qabel il-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, skont il-proċeduri stabbiliti fil-programm ta’ spezzjoni.

Dawk responsabbli mill-ippakkjar għandhom jibagħtu lill-korp ta’ spezzjoni approvat, dikjarazzjoni tal-produzzjoni annwali ppakkjata tagħhom, imqassma skont it-tipi ta’ ċikwejra użati.”

huwa mħassar u sostitwit bit-test li ġej:

“Il-verifika tal-osservanza tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott titwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Il-korp ta’ spezzjoni responsabbli għall-kontroll tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa CSQA Certificazioni S.r.l, li l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jinsab f’Thiene (VI), - I - Via San Gaetano n. 74, Tel. +39 0445313011, faks +39 0445313070, posta elettronika csqa@csqa.it, Pec: csqa@legalmail.it”.

It-tħassir tal-ewwel, it-tielet, il-ħames u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 7 huwa ġġustifikat mill-fatt li l-kontenut tagħhom huwa rifless, anki jekk formulat mill-ġdid, fit-test il-ġdid tal-Artikolu 4.

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 jitħassar, peress li huwa meqjus superfluwu fid-dawl tal-kontenut tal-ewwel paragrafu l-ġdid tal-Artikolu 3.

Ir-raba’ subparagrafu jitħassar, peress li l-informazzjoni li fih hija prevista fil-programm ta’ spezzjoni.

Barra minn hekk, din l-emenda tikkonsisti fl-adattament tal-bażijiet legali u fl-indikazzjoni tal-korp ta’ spezzjoni responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli dwar il-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-emenda tikkonċerna wkoll il-punt 4.7 “Struttura ta’ spezzjoni” tas-sommarju.

Bidliet fl-abbozzar

It-titoli tal-artikoli tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jingħataw l-isem ġdid kif ġej:

 

L-Artikolu 1 “Isem” jingħata l-isem ġdid “Denominazzjoni”.

 

L-Artikolu 2 “Użu” jingħata l-isem ġdid “Deskrizzjoni tal-prodott”.

 

L-Artikolu 3 “Żona ġeografika ta’ produzzjoni” jingħata l-isem ġdid ta’ “Żona ġeografika ddefinita”.

 

L-Artikolu 4 “Karatteristiċi ambjentali” jingħata l-isem ġdid “Prova tal-oriġini”.

 

L-Artikolu 5 “Metodu ta’ kultivazzjoni” jingħata l-isem ġdid “Metodu ta’ produzzjoni”.

 

L-Artikolu 6 “Karatteristiċi tat-tqegħid fis-suq” jingħata l-isem ġdid “Rabta”

 

L-Artikolu 7 “Traċċabbiltà u kontroll” jingħata l-isem ġdid ta’ “Struttura tal-kontroll”.

 

L-Artikolu 8 “Dikjarazzjoni tal-produzzjoni” jingħata l-isem ġdid “Tikkettar”.

 

Fil-punt 4.2 “Deskrizzjoni”, it-tieni inċiż, tas-sommarju (ĠU C 279, 22.11.2007, p. 13), għandu jiġi indikat u kkoreġut żball: hemm miktub “costala” minflok “costola”. Din l-emenda ma tikkonċernax l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

 

Fil-punt 4.3 “Żona ġeografika” tas-sommarju, għandu jiġi indikat u kkoreġut żball li daħal fit-traskrizzjoni ta’ muniċipalità fil-provinċja ta’ Padova: hemm miktub “Camposanpiero” minflok “Camposampiero”. L-emenda tikkonċerna l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

DOKUMENT UNIKU

“RADICCHIO ROSSO DI TREVISO”

Nru tal-UE: PGI-IT-1514-AM02 – 5.6.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Radicchio Rosso di Treviso”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6 Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-għelejjel għall-produzzjoni tal-IĠP “Radicchio Rosso di Treviso” għandhom jikkonsistu minn pjanti tal-familja tal-varjetajiet selvaġġi komposti li jappartjenu għall-ġeneru Cichorium intybus L., li jinkludi t-tip imwaħħar u bikri.

Meta titqiegħed fis-suq, iċ-ċikwejra bl-IĠP “Radicchio Rosso di Treviso” għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

“Radicchio Rosso di Treviso” imwaħħra

a)

Dehra: nebbieta regoli, uniformi u b’kompatezza tajba; weraq dejjaq, li jitgerrbu, li għandhom it-tendenza li jagħlqu l-faxxina fil-parti apikali; il-faxxina għandha porzjon taz-zokk perfettament imnaddaf u mħejji, ta’ tul proporzjonali għad-daqs tal-faxxina, iżda mhux aktar minn 6 cm.

b)

Kulur: il-weraq huwa aħmar skur lewn l-inbid b’nervituri sekondarji bilkemm jidhru; in-nervitura tad-dahar (nervitura prinċipali) hija bajda.

c)

Togħma: in-nervitura tad-dahar għandha togħma gradevolment imrajra u b’konsistenza li tqarmeċ.

d)

Daqs: (faxxini) b’piż minimu ta’ 100 g, dijametru minimu mal-għonq ta’ 3 cm, tul (mingħajr iz-zokk) ta’ 10 sa 25 cm.

Il-faxxini tar-“Radicchio Rosso di Treviso” imwaħħar li huma iżgħar fid-daqs jistgħu jkunu maħsuba esklussivament għall-ipproċessar.

Il-karatteristiċi għall-kummerċjalizzazzjoni tar-“Radicchio Rosso di Treviso” imwaħħar huma definiti kif ġej:

grad perfett ta’ maturazzjoni;

kulur aħmar qawwi jgħajjat tal-faxxina;

nervitura prinċipali ta’ kulur abjad;

konsistenza tal-faxxina tajba;

piż medju sa għoli;

uniformità fid-daqs u fit-tul tal-faxxini;

tħejjija preċiża - raffinata - mingħajr difetti;

zokk proporzjonali għall-faxxina u mhux itwal minn 6 cm.

“Radicchio Rosso di Treviso” bikri

a)

Dehra: faxxina voluminuża, tawwalija, magħluqa sew, b’porzjon żgħir tal-għerq.

b)

Kulur: weraq ikkaratterizzat minn nervitura prinċipali li tispikka ħafna, ta’ lewn abjad li tinferaq f’ħafna nervituri żgħar fl-aħmar qawwi tal-weraq żviluppat sew.

c)

Togħma: weraq b’togħma gradevolment imrajra u b’konsistenza li tqarmeċ medja.

d)

Daqs: (faxxini): piż minimu ta’ 150 g, tul tal-faxxina (mingħajr l-għeruq) minn 15 sa 25 cm.

Il-karatteristiċi għall-kummerċjalizzazzjoni tar-“Radicchio Rosso di Treviso” bikri huma definiti kif ġej:

- grad perfett ta’ maturazzjoni;

- weraq ta’ kulur aħmar jgħajjat b’nervituri bojod;

- konsistenza tal-faxxina tajba;

- piż medju sa għoli;

- uniformità fid-daqs tal-faxxini;

- tħejjija preċiża - raffinata - mingħajr difetti;

- zokk proporzjonali għall-faxxina u mhux itwal minn 4 cm.

3.3.   Għalf (esklussivament għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali) u materja prima (esklussivament għall-prodotti pproċessati)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Iż-żrigħ, it-tkabbir, il-ħsad, il-preforzatura, il-forzatura u s-smit, l-irbit u t-tħejjija għandhom isiru esklussivament fit-territorju amministrattiv tal-muniċipalitajiet imsemmija fil-punt 4 hawn taħt.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ

L-operazzjonijiet ta’ ppakkjar għandhom jitwettqu esklussivament fit-territorju amministrattiv tal-muniċipalitajiet imsemmija fil-punt 4 hawn taħt, sabiex jiġi evitat kwalunkwe deterjorament fil-kwalità tar-“Radicchio Rosso di Treviso” kkawżat minn tisbit jew daqqiet li jirriżultaw f’taħsir jew deterjorament fil-kwalità matul il-fażi tat-trasport tal-prodott mhux ippakkjat.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Sabiex tiġi kkummerċjalizzata, iċ-ċikwejra bl-IĠP “Radicchio Rosso di Treviso” għandha tkun ippakkjata f’kontenituri tajbin għall-ikel u li ma jaqbżux il-piż totali ta’ 10 kg. L-ippakkjar individwali tal-faxxini huwa permess, inkluż permezz ta’ boroż iddisinjati għal faxxina waħda f’materjal tal-ikel.

Il-prodott maħsub għall-ipproċessar jista’ jiġi kkummerċjalizzat f’kontenituri (tankijiet) xierqa sakemm dawn ma jaqbżux il-piż nett ta’ 250 kg.

Dawn il-kontenituri għandu jkollhom kopertura ssiġillata li sservi bħala garanzija għall-konsumatur finali. Fil-każ ta’ bejgħ bl-imnut f’pakketti ta’ piż nett ta’ aktar minn 1 kg, is-siġill jista’ jinkiser u l-prodott jitneħħa mill-kontenitur biex jinbiegħ f’unitajiet individwali lill-konsumatur finali.

Fuq il-kontenituri stess għandu jiġi indikat, b’ittri kbar li jidhru, il-kliem “Radicchio Rosso di Treviso” IĠP fuq it-tikketti pprovduti għal dan l-għan, bl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ “tardivo” (imwaħħar) jew “precoce” (bikri). Fuq dawn l-istess kontenituri jista’ jkun hemm ukoll tagħrif addizzjonali, bil-kundizzjoni li dan ma jkunx ta’ natura eżaġerata u ma jqarraqx bil-konsumatur dwar in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott.

Barra minn hekk, il-logo ta’ identifikazzjoni tal-IĠP għandu dejjem jitwaħħal fuq kull kontenitur u/jew fuq kull għata ssiġillata, fil-forom, fil-kuluri u fid-dimensjonijiet jew skont ir-rapporti stabbiliti, u jispeċifika t-tip ta’ ċikwejra, bikrija jew imwaħħra.

Il-logo, ta’ lewn aħmar fuq sfond abjad, jikkonsisti fi stampa ta’ kompożizzjoni ta’ ċikwejra stilizzata li fuqha jkun hemm il-kliem “Radicchio Rosso di Treviso IGP”, kollox imdawwar f’kaxxa b’bordura ħamra.

Tip tal-karattru: Rockwell condensed

Kulur tal-logo: Kulur tal-logo: aħmar = Magenta 100 % - Isfar 80 % - Cyan 30 %.

L-indikazzjoni “bikri” jew “imwaħħar” titniżżel b’karattri bojod fuq sfond aħmar ħdejn ir-riproduzzjoni fotografika tar-“Radicchio Rosso di Treviso” korrispondenti.

Minbarra dan, il-logo jkun jista’ jitwaħħal anki mas-siġill mill-persuna kkonċernata.

Kwalunkwe indikazzjoni oħra differenti mir-“Radicchio Rosso di Treviso IGP” jew “Radicchio di Treviso IGP” għandha tkun ta’ daqs konsiderevolment iżgħar.

Għat-tip bikri, fejn il-kontenitur ma jippermettix li l-prodott jidher minn barra, il-kelma “precoce” trid tidher ħdejn l-isem fuq il-kontenitur innifsu b’tipa tal-istess daqs.

Image 2

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni u l-ippakkjar tar-“Radicchio Rosso di Treviso” tat-tip imwaħħar tinkludi, fl-ambitu tal-provinċji ta’ Treviso, Padova u Venezja, it-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

Provinċja ta’ Treviso: Carbonera, Casale sul Sile, Casier, Istrana, Mogliano Veneto, Morgano, Paese, Ponzano Veneto, Preganziol, Quinto di Treviso, Silea, Spresiano, Trevignano, Trévise, Vedelago, Villorba, Zero Branco.

Provinċja ta’ Padova: Piombino Dese, Trebaseleghe.

Provinċja ta’ Venezja: Martellago, Mirano, Noale, Salzano, Scorzè.

Iż-żona ta’ produzzjoni u l-ippakkjar tar-“Radicchio Rosso di Treviso” tat-tip bikri tinkludi, fl-ambitu tal-provinċji ta’ Treviso, Padova u Venezja, it-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

Provinċja ta’ Treviso: Breda di Piave, Carbonera, Casale sul Sile, Casier, Castelfranco Veneto, Castello di Godego, Istrana, Loria, Maserada sul Piave, Mogliano Veneto, Monastier, Morgano, Paese, Ponzano Veneto, Preganziol, Quinto di Treviso, Resana, Riese Pio X, Roncade, San Biagio di Callalta, Silea, Spresiano, Trevignano, Trévise, Vedelago, Villorba, Zenson di Piave, Zero Branco.

Provinċja ta’ Padova: Borgoricco, Camposampiero, Loreggia, Massanzago, Piombino Dese, Trebaseleghe.

Provinċja ta’ Venezja: Martellago, Mirano, Noale, Salzano, Santa Maria di Sala, Scorzè, Spinea.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rekwiżiti tar-“Radicchio Rosso di Treviso” jiddependu mill-kundizzjonijiet ambjentali u mill-fatturi naturali u umani taż-żona ta’ produzzjoni.

Il-kundizzjonijiet tat-tħawwil u l-operazzjonijiet ta’ tkabbir tal-irqajja’ maħsuba għall-produzzjoni tal-IĠP “Radicchio Rosso di Treviso” għandhom ikunu konformi mal-metodi tradizzjonali użati fiż-żona ta’ produzzjoni u għandhom ikunu adattati biex jagħtu l-karatteristiċi speċifiċi indikati fil-punt 3.2 lill-pjanti.

L-art adattata għall-produzzjoni tar-“Radicchio Rosso di Treviso” imwaħħar jew bikri trid tkun friska, fonda, skulata sew, mhux rikka wisq fin-nutrijenti, speċjalment in-nitroġenu, u b’reazzjoni mhux alkalina. Huma partikolarment indikati ż-żoni tal-kultivazzjoni f’raba’ tafli - ramli ta’ alluvjoni antika fi stat ta’ dekalċifikazzjoni u b’sitwazzjoni klimatika karatterizzata minn sjuf b’ammont suffiċjenti ta’ xita u b’temperaturi massimi baxxi, ħrajjef nixfin, xtiewi li jibdew jiksħu kmieni u b’temperaturi minimi sa 10 °C taħt iż-żero.

L-istorja, l-evoluzzjoni, id-drawwiet minn żminijiet imbiegħda tal-azjendi u tal-bdiewa taż-żona, il-karatteristiċi tal-art, il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-temperatura tal-ilma tal-pjan u l-kapaċità tiegħu jixhdu bil-qawwa r-rabta bejn ir-“Radicchio Rosso di Treviso” u l-ambjent li fih attwalment jitkabbar.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test konsolidat tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jista’ jiġi kkonsultat fuq is-sit: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella

billi żżur il-paġna ewlenija tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” [Kwalità] (fiċ-ċentru, fuq nett tal-iskrin), u mbagħad tagħfas fuq il-kliem “Prodotti DOP IGP STG” [Prodotti DOP IĠP STĠ] (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin), u fl-aħħar billi tikklikkja fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE” [Speċifikazzjonijiet tal-Prodott sottomessi għall-eżaminazzjoni mill-Unjoni Ewropea].


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.