|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2020/C 417/01 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 417/02 |
||
|
2020/C 417/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9787 — Česká Spořitelna/Československá Obchodní Banka/Komerční Banka/JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 417/04 |
||
|
2020/C 417/05 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2020/C 417/06 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 417/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10069 — HDI Assicurazioni/Amissima Assicurazioni) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2020/C 417/08 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9977 — EPGC/Metro) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2020/C 417/09 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9981 — Bain Capital/Ahlstrom-Munksjö) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 417/10 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
il–Kunsill
|
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta' Novembru 2020
dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza
(2020/C 417/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 166 u 165 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) tirrikonoxxi l-edukazzjoni u l-aċċess għat-taħriġ vokazzjonali u kontinwu bħala dritt fundamentali, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti jipprevedu li sal-2030 ikun hemm aċċess ugwali għan-nisa u għall-irġiel kollha għall-edukazzjoni teknika, vokazzjonali u terzjarja kif ukoll għall-università bi prezz raġonevoli u ta' kwalità, u żieda sostanzjali fin-numru ta' żgħażagħ u adulti li jkollhom ħiliet rilevanti, inkluż ħiliet tekniċi u vokazzjonali, għall-impjieg, għall-impjiegi deċenti u għall-intraprenditorija. |
|
(2) |
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2), li ġie pproklamat fis-17 ta' Novembru 2017 jistabbilixxi għadd ta' prinċipji li jappoġġaw swieq tax-xogħol u sistemi ta' protezzjoni soċjali ġusti u li jiffunzjonaw sew, li jinkludu l-Prinċipju 1 dwar id-dritt għal edukazzjoni ta' kwalità u inklużiva, għal taħriġ u apprendiment tul il-ħajja, u l-Prinċipju 4 dwar l-appoġġ attiv għall-impjieg. |
|
(3) |
L-edukazzjoni vokazzjonali u s-sistemi ta' taħriġ ta' kwalità għolja u innovattivi jipprovdu lin-nies bil-ħiliet għal xogħol, żvilupp personali u ċittadinanza, li jgħinuhom jaddattaw għat-trażizzjonijiet diġitali u ekonoloġiċi tewmin u jwettquhom, sabiex ikampaw mas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ma' skossi ekonomiċi, filwaqt li jappoġġaw ukoll it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali. Għaldaqstant jipprovdulhom ħiliet li jgħinuhom jiksbu l-impjiegi mitluba fis-suq tax-xogħol jew li joħolquhom. |
|
(4) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 145 TFUE, politiki effettivi dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma essenzjali wkoll biex jintlaħaq l-għan li tiġi promossa forza tax-xogħol b'ħiliet, imħarrġa u adattabbli u swieq tax-xogħol li jirreaġixxu f'waqthom għall-bidla ekonomika. |
|
(5) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-"Patt Ekoloġiku Ewropew" (3) hi l-istrateġija l-ġdida tal-Ewropa għat-tkabbir li għandha l-għan tbiddel l-ekonomija u s-soċjetà tagħha u tqiegħedhom fi triq aktar sostenibbli. L-iskejjel, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ u l-universitajiet jinsabu f'pożizzjoni tajba biex jinvolvu l-iskulari, il-ġenituri, in-negozji u l-komunità b'mod ġenerali fil-bidliet meħtieġa għal tranżizzjoni b'suċċess. Hemm bżonn ta' ħiliet proattivi ta' taħriġ mill-ġdid u ta' titjib tal-ħiliet biex jaħsdu l-benefiċċji tat-tranżizzjoni ekoloġika. |
|
(6) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Ewropa soċjali b'saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti" (4) tenfasizza l-ħtieġa li niffukaw fuq il-ħiliet, l-impjegabbiltà u l-kapital uman permezz ta' Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (5), akkumpanjata minn proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Il-Komunikazzjoni tħabbar ukoll ħidma ulterjuri dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u qafas ġdid ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ mal-Istati Membri. |
|
(7) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa (6) tappella għal azzjoni deċiżiva sabiex l-apprendiment tul il-ħajja jsir realtà għal kulħadd u jiġi ggarantit li l-edukazzjoni u t-taħriġ iżommu mal-pass tat-tranżizzjonijiet tewmin. Tappella wkoll sabiex l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għolja jipprovdu aktar xjentisti, inġiniera u tekniċi għas-suq tax-xogħol. Il-Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (7) u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 (8) jenfasizzaw ir-rwol kruċjali tal-ħiliet fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u nadifa. |
|
(8) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali (9) tenfasizza li d-disponibbiltà ta' persunal b'ħiliet speċjalizzati jew ta' maniġers b'esperjenza saret l-aktar problema importanti għal kwart mill-kumpanniji mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) tal-UE u li n-nuqqas ta' impjegati b'ħiliet speċjalizzati hu l-akbar ostaklu għall-investiment il-ġdid mal-UE kollha. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma partikolarment rilevanti għall-SMEs biex jiżguraw li l-forza tax-xogħol tagħhom għandhom il-ħiliet meħtieġa. |
|
(9) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija dwar l-Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri 2020-2025 (10) tenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għan-nisa u għall-irġiel biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fi professjonijiet li huma tradizzjonalment iddominati mill-irġiel jew min-nisa, biex tindirizza l-istereotipi tal-ġeneri. |
|
(10) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-baġit tal-UE li jmexxi l-pjan ta' rkupru għall-Ewropa (11) tistabbilixxi pjan ambizzjuż u komprensiv għall-irkupru Ewropew li hu msejjes fuq Strument Ewropew ta' Rkupru ta' Emerġenza ("Next Generation EU") u qafas finanzjarju pluriennali msaħħaħ għall-2021-2027. Dan il-pjan huwa msejjes fuq is-solidarjetà u l-ġustizzja, u għandu l-għeruq tiegħu fil-prinċipji u l-valuri kondiviżi tal-Unjoni. Il-pjan jistipula kif l-ekonomija Ewropeja għandha titqajjem, kif tingħata spinta lit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u kif tista' ssir aktar ġusta, aktar reżiljenti u aktar sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri. |
|
(11) |
Mill-2013 'l hawn, l-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (12) għenet liż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol billi offritilhom offerta ta' impjieg ta' kwalità; edukazzjoni kontinwa, apprendistati jew traineeships fi żmien erba' xhur minn mindu saru qiegħda jew li telqu mill-iskola. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kienu effettivi fit-tranżizzjoni bla intoppi lejn is-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ li kienu f'riskju li jiġu esklużi. Fil-ġejjieni, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali attraenti u rilevanti għas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari l-apprendistati jistgħu jkollhom rwol aktar b'saħħtu fl-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ sabiex jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jisfaw qiegħda u jħejjuhom għall-opportunitajiet tal-ġejjieni tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari bħala parti mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. |
|
(12) |
Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) għandha l-għan li tiżgura rilevanza aħjar tas-suq tax-xogħol tas-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll aċċess ugwali għal opportunitajiet ta' apprendiment tul il-ħajja għal kulħadd, permezz ta' perkorsi ta' titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid. |
|
(13) |
Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jipprovdi li n-natura integrata tal-programm 2014–2020 li tkopri l-apprendiment fil-kuntesti kollha - formali, mhux formali u informali, u f'kull stadju tal-ħajja - jenħtieġ li tinżamm sabiex tagħti spinta lill-modi ta' tagħlim flessibbli li jippermettu lill-individwi jiżviluppaw dawk il-kompetenzi li huma meħtieġa sabiex jiffaċċjaw l-isfidi tas-seklu wieħed u għoxrin. |
|
(14) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq għadd ta' inizjattivi fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-ħiliet li ġew żviluppati fuq livell Ewropew, kif miġbur fil-qosor fl-Anness I u ser tikkontribwixxi għall-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, għall-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, għaż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u għall-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ. |
|
(15) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tissodisfa l-objettiv taż-żona Ewropea tal-Edukazzjoni li jiġi żviluppat spazju ġenwin ta' apprendiment Ewropew fejn l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja u inklussivi mhumiex imfixkla mill-fruntieri u li għandha l-għan li tneħħi x-xkiel għar-rikonoxximent ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u tal-perijodi ta' apprendiment barra minn pajjiż, u li taħdem lejn il-validazzjoni transfruntiera bla intoppi tal-eżiti tat-taħriġ u tal-apprendiment tul il-ħajja. |
|
(16) |
Imsejsa fuq il-prijoritajiet ta' kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (il-proċess ta' Copenhagen), li ġiet adottata bħala Riżoluzzjoni tal-Kunsill fid-19 ta' Diċembru 2002 (13), l-objettivi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta' kwalità għolja u flessibbli, u ta' mobbiltà tranżnazzjonali baqgħu fil-qalba tal-viżjoni globali għall-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ddefiniti fl-2010 mill-Ministri inkarigati fil-Komunikazzjoni ta' Bruges. |
|
(17) |
Fil-konklużjonijiet ta' Riga tat-22 ta' Ġunju 2015, il-Ministri inkarigati mill-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali qablu dwar sett ta' prijoritajiet li jappoġġaw il-kisba ta' din il-viżjoni, kif integrat fir-Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-2015 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (14) u fl-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa tal-2016 (15) li tat imbuttatura qawwija oħra lill-politika tal-VET tal-Unjoni b'fokalizzazzjoni akbar fuq l-attraenza u l-kwalità. |
|
(18) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali ("EQAVET") (16) stipulat qafas ta' referenza li jappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-kwalità tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali tagħhom u li jikkontribwixxi għal trasparenza akbar tal-iżviluppi ta' politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bejn l-Istati Membri. Tul l-għaxar snin tal-implimentazzjoni tiegħu, l-EQAVET stimula riformi fis-sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità nazzjonali, iżda ma kkontribwiex b'mod sinifikanti għat-titjib tat-trasparenza tal-arranġamenti tal-assigurazzjoni tal-kwalità. Barra minn hekk, dan ġie applikat fil-biċċa l-kbira għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali fl-ambitu tal-iskejjel. Għalhekk, jenħtieġ li l-qafas tal-EQAVET tal-2009 jiġi integrat f'din ir-Rakkomandazzjoni u li jinżdiedu elementi li jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-implimentazzjoni tiegħu fir-rigward tal-kwalità tal-eżiti tal-apprendiment, taċ-ċertifikazzjoni u tal-valutazzjoni, tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, tar-rwol tal-għalliema u ta' min iħarreġ, tal-apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol u tal-flessibbiltà tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Sabiex jittejjeb l-apprendiment reċiproku, tissaħħaħ it-trasparenza u l-konsistenza tal-arranġamenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità fil-forniment tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri tal-UE, jenħtieġ li jiġu introdotti rieżamijiet bejn il-pari fil-livell tal-UE ta' assigurazzjoni tal-kwalità fil-livell tas-sistema. |
|
(19) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali ("ECVET") (17) stabbiliet l-objettiv li ttejjeb ir-rikonoxximent, l-akkumulazzjoni u t-trasferiment tal-eżiti tal-apprendiment, li tappoġġa l-mobbiltà u l-apprendiment tul il-ħajja kif ukoll li tistabbilixxi sistema ta' krediti tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Tul l-għaxar snin tal-implimentazzjoni tagħha, l-ECVET ikkontribwiet b'mod ġenerali għall-iżvilupp ta' esperjenza ta' mobbiltà ta' kwalità aħjar permezz tal-użu u tad-dokumentazzjoni ta' unitajiet tal-eżiti tal-apprendiment. Madankollu, il-kunċett tal-punti tal-ECVET b'mod ġenerali, ma ġiex applikat u l-ECVET ma wasslitx għall-iżvilupp ta' sistema Ewropea ta' krediti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tinkludi l-prinċipji ewlenin tal-ECVET (eż. unitajiet tal-eżiti tal-apprendiment) marbuta mal-flessibbiltà. L-għodod tal-ECVET (eż. ftehim ta' apprendiment u memorandum ta' qbil) li jappoġġaw il-mobbiltà ta' studenti vokazzjonali, għandhom jiġu żviluppati aktar fil-qafas ta' strumenti oħra tal-UE bħal dawk appoġġati mill-programm Erasmus+. Is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti tista' tiġi applikata għall-kwalifiki vokazzjonali fil-livell postsekondarju u dak terzjarju, kif diġà qed isir. |
|
(20) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (18) tidentifika 14-il kriterju kruċjali li jenħtieġ li l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jużaw biex jiżviluppaw apprendistati ta' Kwalità u Effettivi filwaqt li jiġi żgurat kemm l-iżvilupp tal-ħiliet marbuta max-xogħol kif ukoll l-iżvilupp personali tal-apprendisti. |
|
(21) |
Il-monitoraġġ tas-Cedefop tal-prijoritajiet miftehma fil-konklużjonijiet ta' Riga tat-22 ta' Ġunju 2015 juri għadd ta' oqsma fejn il-pajjiżi mxew 'il quddiem fir-rigward tal-aġenda ta' modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-apprendistati u mal-apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol, mal-assigurazzjoni tal-kwalità, mat-twaqqif ta' mekkaniżmi ta' antiċipazzjoni tal-ħiliet u ta' korpi konsultattivi li jinvolvu s-sħab soċjali, maż-żieda tal-permeabbiltà u tal-flessibbiltà u dan l-aħħar saret enfasi akbar fuq il-ħiliet diġitali. Madankollu, fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali hemm il-ħtieġa li tiġi estiża u mtejba b'mod sinifikanti l-offerta ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għaż-żgħażagħ u għall-adulti, filwaqt li tiżdied ukoll l-attraenza u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali. |
|
(22) |
Bosta pajjiżi għandhom inizjattivi stabbiliti li jippromwovu l-eċċellenza fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u li jżewġu aħjar il-VET mal-innovazzjoni u mal-ekosistemi tal-ħiliet. Imsejsa fuq dawn l-eżempji, il-kunċett ta' Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali qiegħed jitmexxa bil-ħsieb li jsiru punti ta' referenza fuq livell dinji għat-taħriġ f'oqsma speċifiċi kemm għat-taħriġ inizjali kif ukoll għat-titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid kontinwu. |
|
(23) |
Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Ġejjieni tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, adottata f'Diċembru 2018, il-Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ Vokazzjonali ("ACVT") stabbilixxa l-viżjoni għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali eċċellenti, inklużivi u tul il-ħajja, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ġejjieni ġġenerati minn bidliet ekonomiċi, teknoloġiċi u tas-soċjetà. Din l-Opinjoni stiednet lill-Kummissjoni biex tħejji proposta biex tissimplifika u tikkonsolida l-qafas ta' politika tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, il-governanza u l-istrumenti eżistenti tagħha fis-sura ta' Rakkomandazzjoni ġenerali tal-Kunsill. |
|
(24) |
Minħabba n-natura mhux vinkolanti tagħha, din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u jenħtieġ li tiġi implimentata f'konformità mal-liġi Ewropea u mal-liġi u l-prattika nazzjonali. B'mod partikolari, din ir-Rakkomandazzjoni hi mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/36/KE (19) kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE (20) dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-reġim ta' rikonoxximent awtomatiku previsti fiha. B'kont meħud tad-definizzjoni li ġejja ta' "edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali": Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom jinftiehmu bħala l-edukazzjoni u t-taħriġ bl-għan li ż-żgħażagħ u l-adulti jingħataw l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa fi professjonijiet partikolari jew b'mod aktar ġenerali fis-suq tax-xogħol (21). Dawn jistgħu jiġu pprovduti f'ambjenti formali u mhux formali, fil-livelli kollha tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), inkluż il-livell terzjarju, jekk applikabbli. |
B'DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI
f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni, ir-riżorsi disponibbli, il-prijoritajiet u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, inkluż is-sitwazzjoni soċjoekonomika u l-karatteristiċi tas-sistemi nazzjonali tal-VET, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha:
|
a) |
jaħdmu lejn l-implimentazzjoni ta' politika ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali li:
|
|
b) |
jużaw azzjonijiet u investimenti għall-implimentazzjoni ta' din il-politika, f'konformità mal-prinċipji definiti hawn isfel fil-punti 1 sa 21 u |
|
c) |
jaħdmu sabiex sal-2025 jiksbu l-objettivi li ġejjin fil-livell tal-UE (22) li huma parti mill-oqfsa rilevanti ta' monitoraġġ Ewropej, inkluż fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fil-politiki soċjali u tal-impjieg:
|
L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali joffru l-flessibbiltà meħtieġa biex jaddattaw għall-bidliet tas-suq tax-xogħol
|
(1) |
Il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali joffru taħlita bbilanċjata ta' ħiliet vokazzjonali inkluż tekniċi allinjati sew mal-impjiegi u mal-metodi ta' ħidma li qed jevolvu u kompetenzi ewlenin (26), li jinkludu ħiliet bażiċi sodi, diġitali, trasversali, ekoloġiċi u ħiliet oħra għall-ħajja li jipprovdu pedamenti sodi għar-reżiljenza, għat-tagħlim tul il-ħajja, għall-impjegabbiltà tul il-ħajja, għall-inklużjoni soċjali, għaċ-ċittadinanza attiva u għall-iżvilupp personali; |
|
(2) |
Il-kurrikuli, l-offerti tal-programmi u l-kwalifiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jiġu aġġornati regolarment, kif rilevanti, waqt li jibnu fuq informazzjoni dwar il-ħiliet (jiġifieri sistemi ta' stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati, mekkaniżmi ta' antiċipazzjoni tal-ħiliet, inkluż fil-livelli settorjali u reġjonali); |
|
(3) |
Il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom, f'konformità mal-kuntest nazzjonali, livell xieraq ta' awtonomija, flessibbiltà, appoġġ u finanzjament biex jadattaw l-offerta ta' taħriġ tagħhom għall-ħtiġijiet b'rabta mal-ħiliet li jinbidlu, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u maċ-ċikli ekonomiċi, filwaqt li jiżguraw il-kwalità; |
|
(4) |
Il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-livelli kollha jinkludu komponenti ta' apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol li jissoktaw jespandu wkoll għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kontinwi; l-iskemi ta' apprendistati (27) huma żviluppati aktar, biex itejbu l-offerti tal-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (28), u huma kumplimentati bl-appoġġ xieraq (29) u bil-miżuri biex tiġi stabbilita l-offerta tal-apprendistati, u jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi ta' kumpanniji żgħar; sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' tagħlim imsejsa fuq ix-xogħol f'setturi differenti tal-ekonomija, jistgħu jiġu pprovduti miżuri ta' inċentiv għal min iħaddem f'konformità mal-kuntest nazzjonali; |
Il-flessibbiltà u l-opportunitajiet ta' progressjoni jinsabu fil-qalba tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali
|
(5) |
Il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma ffukati fuq l-istudenti, joffru aċċess għall-apprendiment wiċċ imb wiċċ, diġitali jew taħlita tat-tnejn, b'perkorsi flessibbli u modulari msejsa fuq ir-rikonoxximent tal-eżiti ta' apprendiment mhux formali u informali, u jiftħu t-triq għall-progress fil-karriera u fl-apprendiment; il-programmi ta' taħriġ vokazzjonali kontinwu huma ddisinjati biex ikunu jistgħu jiġu addattati għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, dawk settorjali jew għat-titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid tal-individwu; |
|
(6) |
Il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jissejsu fuq moduli jew unitajiet tal-eżiti tal-apprendiment u jeżistu mekkaniżmi ta' validazzjoni li jippermettu t-trasferiment, ir-rikonoxximent u l-akkumulazzjoni ta' eżiti tal-apprendiment tal-individwi bl-għan li jiksbu kwalifika, kwalifika parzjali, kif rilevanti fil-kuntest nazzjonali; (30) Fil-VET inizjali l-għan primarju huwa li jsir progress lejn kwalifika sħiħa. |
L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma xprun għall-innovazzjoni u t-tkabbir u jħejju għat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u għal professjonijiet ferm mitluba
|
(7) |
L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jkunu reżiljenti billi jkunu parti minn strateġiji ekonomiċi, industrijali u ta' innovazzjoni, inkluż dawk marbuta mat-tranżizzjonijiet ta' rkupru, ekoloġiċi u diġitali. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi addattata u/jew estiża b'mod sinifikanti l-offerta ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, speċjalment għall-adulti, billi titrawwem il-kisba ta' ħiliet intraprenditorjali, diġitali u ekoloġiċi; |
|
(8) |
Iċ-Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali jaġixxu bħala katalizzaturi għall-investiment tan-negozju lokali, jappoġġaw it-tranżizzjonijiet ta' rkupru, ekoloġiċi u diġitali, l-innovazzjoni Ewropea u reġjonali u l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, l-iżvilupp ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, inkluż f'livelli ta' kwalifiki ogħla (livelli 5 sa 8 tal-QEK) f'konformità mal-kuntest nazzjonali u jipprovdu servizzi innovattivi bħal raggruppamenti u inkubaturi tan-negozju għal negozji ġodda, u bħal innovazzjoni teknoloġika għall-SMEs, u jipprovdu wkoll soluzzjonijiet innovattivi ta' taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema fir-riskju li jisfaw qiegħda; |
|
(9) |
L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom aċċess għal infrastruttura tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, għandhom strateġiji ta' diġitalizzazzjoni stabbiliti (31) f'konformità mal-kuntest nazzjonali u jinkorporaw is-sostenibbiltà ambjentali u soċjali fil-programmi u fil-ġestjoni organizzattiva tagħhom, u b'hekk jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU; |
L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma għażla attraenti msejsa fuq forniment modern u diġitalizzat tat-taħriġ/tal-ħiliet
|
(10) |
L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali u kontinwi huma parti mit-tagħlim tul il-ħajja. Twaqqfu perkorsi flessibbli u permeabbli kemm bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali kif ukoll dak kontinwu, l-edukazzjoni ġenerali u l-edukazzjoni għolja; |
|
(11) |
Il-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali fil-livelli 5 sa 8 tal-QEK huma żviluppati aktar biex jappoġġaw ħtiġijiet dejjem akbar għal ħiliet vokazzjonali ogħla f'konformità mal-kuntest nazzjonali; |
|
(12) |
Il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jitwasslu permezz ta' taħlita xierqa ta' ambjenti ta' apprendiment miftuħa, diġitali u parteċipattivi, li jinkludu l-postijiet tax-xogħol li jħeġġu l-apprendiment u huma appoġġati minn infrastruttura, tagħmir u teknoloġija tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku kif ukoll aċċessibbli, u minn pedagoġiji u għodod versatili, pereżempju s-simulaturi bbażati fuq l-ICT, ir-realtà virtwali u awmentata li jżidu l-aċċessibbiltà u l-effiċjenza tal-għoti ta' taħriġ, inkluż għall-intrapriżi żgħar (32); |
|
(13) |
L-għalliema, min iħarreġ u persunal ieħor fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali iwettqu attivitajiet ta' żvilupp professjonali inizjali u kontinwu sabiex: iwasslu taħriġ ta' kwalità għolja; irawmu l-ħiliet tekniċi u diġitali u metodi ta' taħriġ innovattivi effettivi, inkluż tagħlim f'ambjent virtwali; f'konformità mal-pedagoġija vokazzjonali u diġitali tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, jaħdmu b'għodod ta' tagħlim diġitali, u f'ambjenti diversi u multikulturali. Il-perkorsi tal-karriera tagħhom isiru aktar attraenti permezz ta' approċċi ta' reklutaġġ usa' (33), kif ukoll permezz ta' kooperazzjoni msaħħa bejn l-għalliema/ħarrieġa vokazzjonali u l-kumpanniji u postijiet oħra tax-xogħol; |
|
(14) |
L-istrateġiji ta' internazzjonalizzazzjoni jappoġġaw approċċ strateġiku għall-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE; tali strateġiji jippromwovu prattiki nazzjonali ta' suċċess madwar id-dinja u jistgħu jiġu implimentati b'mezzi differenti bħall-mobbiltà ta' studenti u għalliema/ħarrieġa, u l-parteċipazzjoni u t-tħejjija konġunta f'kompetizzjonijiet internazzjonali tal-ħiliet; |
|
(15) |
Ġew stabbiliti opportunitajiet għall-mobbiltà tal-apprendiment ta' studenti u persunal vokazzjonali, li jinkludu l-mobbiltà virtwali, il-mobbiltà fit-tul u l-mobbiltà lejn pajjiżi terzi, li huma faċilitati bl-użu u r-rikonoxximent ta' unitajiet tal-eżiti tal-apprendiment u ta' għodod Ewropej rilevanti; (34) |
|
(16) |
Informazzjoni ċara u faċli għall-utent dwar l-opportunitajiet ta' tagħlim u ta' karriera, u opportunitajiet ta' validazzjoni, fl-UE kollha tiġi żgurata permezz ta' servizzi ta' tagħlim tul il-ħajja u ta' gwida għall-karriera ta' kwalità għolja, bl-użu sħiħ tal-Europass u servizzi diġitali oħra; |
L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jippromwovu opportunitajiet indaqs
|
(17) |
Il-programmi tal-VET huma inklużivi u aċċessibbli għal gruppi vulnerabbli, bħal persuni b'diżabbiltà, persuni bi kwalifiki baxxi/b'ħiliet baxxi, minoranzi, persuni li ġejjin minn ambjent ta' migrazzjoni u persuni b'inqas opportunitajiet minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom u/jew is-sitwazzjoni soċjoekonomika żvantaġġata tagħhom; Il-miżuri mmirati u l-formati flessibbli tat-taħriġ jipprevjenu t-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ u jappoġġaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol; |
|
(18) |
Il-programmi tal-VET huma aċċessibbli permezz ta' pjattaformi ta' apprendiment diġitali, appoġġati minn għodod, apparati u konnessjoni tal-internet, b'mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli u għall-persuni li jgħixu f'żoni rurali jew imbiegħda; |
|
(19) |
Il-miżuri mmirati jippromwovu l-bilanċ bejn il-ġeneri fi professjonijiet "maskili" jew "femminili" u jindirizzaw stereotipi relatati mal-ġeneru u tipi oħra ta' stereotipi; |
L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jissejsu fuq kultura ta' assigurazzjoni tal-kwalità
|
(20) |
Il-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (il-Qafas tal-EQAVET) kif deskritt fl-Anness II jintuża fis-sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tal-kwalità, kemm għall-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali inizjali kif ukoll għal dawk kontinwi; huwa jkopri l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-ambjenti kollha tal-apprendiment (pereżempju l-forniment fl-ambitu tal-iskejjel u l-apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol, inklużi skemi ta' apprendistati) u t-tipi kollha ta' apprendiment (wiċċ imb wiċċ, diġitali jew taħlita tat-tnejn), mogħtija kemm mill-fornituri pubbliċi kif ukoll minn dawk privati u mirfuda minn sett ta' deskritturi indikattivi u indikaturi ta' referenza komuni għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali applikati kemm fil-livell tas-sistema kif ukoll f'dak tal-fornitur, f'konformità mal-kuntest nazzjonali, kif imniżżel fl-Anness II; |
|
(21) |
Punt Nazzjonali ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jissokta jiġbor flimkien il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livelli nazzjonali u reġjonali biex:
|
L-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' din il-politika fil-livell nazzjonali, flimkien mas-sħab soċjali u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li:
|
(22) |
Jappoġġaw sħubijiet sostenibbli għall-governanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, f'konformità mal-kuntest nazzjonali u, fejn rilevanti, permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati. Jinvolvu s-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-industriji u n-negozji ta' kull daqs, is-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, l-għalliema u l-ħarrieġa tal-VET u r-rappreżentanti tagħhom, il-korpi intermedjarji bħall-kmamar tal-industrija, tal-kummerċ u tal-artiġjanat, il-koordinaturi nazzjonali għall-Garanzija għaż-żgħażagħ, l-FSE u inizjattivi oħrajn tal-UE, is-settur tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, iċ-Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali, ir-raggruppamenti, l-organizzazzjonijiet tal-istudenti u tal-ġenituri, kif ukoll l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali. Jippromwovu sħubijiet bħal dawn fil-livell reġjonali u f'dak settorjali; |
|
(23) |
Jagħmlu l-aħjar użu mill-għodda ta' trasparenza Ewropej bħall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (ECTS), l-Europass u l-Klassifikazzjoni Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO), jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u tal-eżiti tal-perijodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (36), jippermettu lill-istudenti jużaw id-diversi aspetti tal-Europass (eż. jirreġistraw l-esperjenza, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fuq profil online li jgħinhom ifittxu karriera, esperjenza ta' mobbiltà, jiksbu kredenzjali ffirmati diġitalment, u jirċievu pariri u jfittxu għal opportunitajiet ta' apprendiment u ta' impjiegi, għal kwalifiki, għal validazzjoni, għal rikonoxximent, eċċ.); |
|
(24) |
Jagħmlu l-aħjar użu tal-fondi u tal-istrumenti tal-Unjoni Ewropea li jappoġġaw riformi u/jew investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inkluż dwar id-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali, bħan-Next Generation UE, (il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ir-REACT-EU), il-Fond Soċjali Ewropew+, l-SURE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-InvestEU, l-Erasmus+, l-Orizzont Ewropa, l-Interreg, l-Ewropa Diġitali, il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond għall-Modernizzazzjoni; jistimulaw aktar investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kemm mis-setturi pubbliċi kif ukoll minn dawk privati; |
|
(25) |
Billi jibnu fuq l-arranġamenti nazzjonali u l-oqfsa finanzjarji eżistenti rilevanti, jiddefinixxu l-miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni fuq livell nazzjonali fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tagħha u jsegwu l-implimentazzjoni tagħha, inkluż permezz ta' allokazzjonijiet ta' riżorsi nazzjonali kif xierqa fil-livell nazzjonali u b'enfasi qawwija fuq l-integrazzjoni tad-diġitalizzazzjoni u tas-sostenibbiltà ambjentali mas-settur kollu tal-VET b'kunsiderazzjoni dovuta għar-responsabbiltà/l-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ f'konformità mal-kuntest nazzjonali. |
B'DAN JILQA' L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI, B'KUNSIDERAZZJONI DOVUTA TAS-SUSSIDJARJETÀ, LI:
timplimenta l-politika tal-Unjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, billi tappoġġa l-azzjoni tal-Istati Membri, inkluż billi:
|
(26) |
Tiżgura governanza effettiva tal-politika tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali permezz tal-Kumitat Konsultattiv tripartitiku dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, abbażi ta' programm ta' ħidma kontinwu u f'kooperazzjoni mad-Diretturi Ġenerali għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (37), mar-rappreżentanti tal-istudenti u mal-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; |
|
(27) |
Tiżgura li l-politika tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tmexxija tal-Pjan ta' Rkupru Ewropew, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa, l-Istrateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali u tkun parti konsistenti u koerenti mill-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, il-qafas Ewropew globali għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni; |
|
(28) |
Tkompli tipprovdi l-appoġġ għal riformi strutturali tal-apprendistati permezz tas-servizz ta' appoġġ għall-apprendistat u ta' spinta ġdida għall-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati f'sinerġija mal-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ; Tespandi s-servizzi ta' appoġġ gradwalment għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'kooperazzjoni mas-CEDEFOP; |
|
(29) |
Tesplora l-kunċett u l-użu tal-mikrokredenzjali, inkluż fil-VET, flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż fil-kuntest tal-Grupp Konsultattiv tal-QEK, kif propost fl-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet. |
|
(30) |
Tappoġġa l-għan biex jiġu stabbiliti u żviluppati gradwalment Pjattaformi Ewropej ta' Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali u tesplora l-Profili Vokazzjonali Ewlenin Ewropej flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħala parti mill-pjattaforma Europass u meta possibbli jkunu kkumplimentati b'kontenut diġitali vokazzjonali żviluppat fil-qafas tal-għodod ta' trasparenza Ewropej, bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-mobbiltà tal-istudenti u tal-ħaddiema u t-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki; |
|
(31) |
Tappoġġa d-diġitalizzazzjoni kwalitattiva u effettiva tal-forniment tal-VET għall-apprendiment fl-iskejjel u fil-post tax-xogħol billi tippromwovi l-użu tal-oqfsa ta' kompetenza Ewropej (38) u tal-għodod ta' awtovalutazzjoni (39), u tesplora l-fattibbiltà ta' stħarriġ mal-UE kollha għall-iskejjel tal-VET; |
|
(32) |
Issaħħaħ l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati u l-Koalizzjonijiet għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali kif imħabbar fl-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet; |
|
(33) |
Tippromwovi sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali f'kuntest internazzjonali sabiex jiġu rikonoxxuti bħala referenza dinjija għall-istudenti vokazzjonali, inkluż permezz tal-appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u tas-sistemi ta' taħriġ anki fir-rigward ta' pajjiżi kandidati tal-UE u ta' pajjiżi tal-Viċinat Ewropej f'kooperazzjoni mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, mal-kompetizzjonijiet tal-ħiliet u mal-kampanji ta' komunikazzjoni li jżidu l-attraenza u d-dehra tal-VET u jipprovdu aċċess faċli għall-utent għat-tagħrif dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u dwar l-opportunitajiet relatati għall-karriera, filwaqt li jiżviluppaw aktar il-karatteristiċi tal-Europass; |
|
(34) |
Tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-OECD, l-ILO, il-UNESCO u l-Bank Dinji, fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. |
|
(35) |
Tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, issaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, inkluż id-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali tagħhom, u tippromwovi r-riċerka fil-VET kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE permezz ta' finanzjament mill-fondi u mill-programmi rilevanti tal-Unjoni (in-Next Generation EU, (il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ir-REACT-EU), il-Fond Soċjali Ewropew+, l-SURE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-InvestEU, l-Erasmus+, l-Orizzont Ewropa, l-Interreg, l-Ewropa Diġitali, il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond għall-Modernizzazzjoni); |
|
(36) |
Tiżgura monitoraġġ kwalitattiv u kwantitattiv f'konformità mal-objettivi komuni definiti f'din ir-Rakkomandazzjoni kif ukoll data rilevanti oħra, inkluż dwar l-investiment, u li din id-data tiddaħħal fis-Semestru Ewropew u f'oqfsa Ewropej oħra rilevanti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar u tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni kull ħames snin, abbażi tad-data disponibbli fil-livell nazzjonali u dak Ewropew u tal-monitoraġġ annwali tas-Cedefop. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET), u r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET).
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.
(2) Dok. 13129/17.
(3) COM(2019) 640 final.
(4) COM(2020) 14 final.
(5) COM(2020) 274 final.
(6) COM(2020) 102 final.
(7) COM(2020) 98 final.
(8) COM(2020) 380 final.
(9) COM(2020) 103 final.
(10) COM(2020) 152 final.
(11) COM(2020) 442 final.
(12) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ (ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1).
(13) ĠU C 13, 18.1.2003, p. 2.
(14) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.
(15) COM(2016) 381 final.
(16) ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1.
(17) ĠU C 155, 8.7.2009, p. 11.
(18) ĠU C 153, 2.5.2018., p. 1
(19) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).
(20) Id-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132).
(21) Abbażi tad-definizzjoni tas-Cedefop: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali: Terminoloġija tal-Politika Ewropea dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ, 2014.
(22) L-objettivi huma definiti bħala l-valuri medji tal-UE li għandhom jinkisbu b'mod kollettiv mill-Istati Membri. Meta tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba ta' dawn l-objettivi, inkluż fejn rilevanti fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi u ċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet ta' finanzjament tal-Unjoni f'konformità maċ-ċirkostanzi, il-prijoritajiet u l-isfidi nazzjonali tagħhom. It-tliet objettivi kwantitattivi ma jantiċipawx deċiżjonijiet dwar kif jiġu implimentati l-istrumenti ta' finanzjament tal-Unjoni taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u n-Next Generation EU.
(23) Dan ser ikopri l-grupp ta' età bejn l-20 u l-34 sena li ggradwaw minn sena sa tliet snin ilu mill-VET fil-livell sekondarju għoli jew postsekondarju mhux terzjarju.
(24) Dan ser ikopri l-grupp ta' età bejn l-20 u l-34sena li jkunu waqqfu l-edukazzjoni u t-taħriġ minn sena sa tliet snin ilu. L-indikatur ser jissejjes fuq data li ser tinġabar mill-2021 bħala parti mill-European Union Labour Force Survey (Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Forza tax-Xogħol) (EU-LFS) kif definit fl-identifikatur varjabbli "HATWORK" fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2240. Dan jirreferi għal esperjenzi ta' xogħol f'post tax-xogħol f'suq jew f'unità mhux tas-suq (jiġifieri f'kumpannija, istituzzjoni tal-gvern jew organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ) li kienu parti mill-kurrikulu tal-programm formali li wassal għall-ogħla livell ta' edukazzjoni li tlesta b'suċċess. Jekk rispondent kellu diversi esperjenzi ta' xogħol, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat it-tul kumulattiv tal-esperjenzi kollha tax-xogħol. L-esperjenzi tax-xogħol jenħtieġ li jiġu espressi f'ekwivalenti full-time.
(25) Dan ser jitkejjel bħala s-sehem ta' studenti mobbli f'sena kalendarja, bħala proporzjon ta' koorti ta' gradwati tal-VET fl-istess sena. L-indikatur ser jissejjes fuq id-data dwar il-mobbiltà li nkisbet mid-data tal-Erasmus+ u mid-data tal-gradwati tal-VET li nkisbet mill-Unesco-OECD-Eurostat. Meta tkun disponibbli u biss jekk id-data pprovduta tkun komparabbli mad-data ta' Erasmus+, inkluż it-tul ta' żmien tal-mobbiltà, id-data mill-programmi ta' mobbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali tista' tintuża wkoll biex tikkumplimenta d-data minn Erasmus+. F'każ li tiġi inkluża data mill-awtoritajiet nazzjonali, din jenħtieġ li tintwera b'mod trasparenti.
(26) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja tiddefinixxi l-kompetenzi ewlenin li ġejjin: Il-kompetenza fil-litteriżmu; Il-kompetenza multilingwi; Il-kompetenza fil-matematika u l-kompetenza fix-xjenza, it-teknoloġija u l-inġinerija; Il-kompetenza diġitali; Il-kompetenza personali, soċjali u tat-tagħlim; Il-kompetenza ta' ċittadinanza; Il-kompetenza tal-intraprenditorija kif ukoll il-Kompetenza tal-għarfien u l-espressjoni kulturali.
(27) Kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi.
(28) Kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar l-istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ.
(29) Dawn jistgħu jinkludu ċentri ta' apprendiment fil-kumpanniji.
(30) F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.
(31) Pereżempju, l-għodda ta' awtoriflessjoni SELFIE tappoġġa l-istituzzjonijiet tal-VET fl-użu effettiv tat-teknoloġiji diġitali għat-tagħlim u għall-apprendiment u ttejjeb il-kooperazzjoni tagħhom mal-impjegati fi skemi ta' apprendiment imsejjes fuq ix-xogħol.
(32) Barra minn hekk, dawn jistgħu jinkludu tagħlim kollaborattiv, apprendiment interdixxiplinari u msejjes fuq proġetti, metodi organizzattivi ġodda fl-istituzzjonijiet u fil-kumpanniji ta' taħriġ, kif ukoll l-intelliġenza artifiċjali.
(33) Dawn jistgħu jinkludu diversi perkorsi għall-progress fil-karriera, ir-rikonoxximent ta' esperjenza professjonali preċedenti, għalliema/ħarrieġa ibridi f'konformità mal-kuntest nazzjonali.
(34) Pereżempju, mudelli għall-Memorandum ta' Qbil u l-Ftehim ta' Apprendiment.
(35) Ir-rieżami bejn il-pari huwa tip ta' attività ta' apprendiment reċiproku volontarju bl-objettiv li jappoġġa t-titjib u t-trasparenza ta' arranġamenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità fil-livell tas-sistema li ma jwassalx għal proċeduri ta' akkreditazzjoni, abbażi ta' metodoloġija speċifika li għandha tiġi żviluppata min-Network Ewropew għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.
(36) F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-26 ta' Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perijodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż.
(37) Id-Diretturi Ġenerali għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali jinħatru mill-Istati Membri.
(38) Bħall-Qafas ta' Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini (DigComp), il-Qafas ta' Kompetenza Diġitali għall-Edukaturi (DigCompEdu) u l-Qafas ta' Kompetenza Diġitali għall-Organizzazzjonijiet (DigCompO).
(39) Bħas-SELFIE.
ANNESS I
Atti rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-ħiliet, tal-edukazzjoni u t-taħriġ
(1)
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (1).
(2)
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (2).
(3)
Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (3).
(4)
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta' titjib tal-ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (4).
(5)
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (5).
(6)
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2017 dwar il-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati (6).
(7)
Deċiżjoni (UE) 2018/646 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE (7).
(8)
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (8).
(9)
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (9).
(10)
F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perijodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (10).
(11)
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (11).
(12)
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur (12).
(13)
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ekonomija tal-Benesseri (13).
(14)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-Istrateġija Annwali għall-Iżvilupp Sostenibbli 2020" (14).
(2) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(3) ĠU C417, 15.12.2015, p. 25.
(4) ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.
(5) ĠU C 189, 15.6.2017, p. 15.
(6) ĠU C 423, 9.12.2017, p. 1.
(7) ĠU L 112, 2.5.2018, p. 42.
(10) ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1.
(11) ĠU C 189, 5.6.2019, p. 23.
(12) ĠU C 389, 18.11.2019, p. 1.
(13) 13432/19.
(14) COM(2019) 650 final.
ANNESS II
Il-qafas tal-EQAVET
Parti A. Deskritturi indikattivi tal-EQAVET
Dan l-anness jipproponi deskritturi indikattivi li għandhom l-għan li jappoġġaw lill-Istati Membri u lill-fornituri tal-VET, skont kif jidhrilhom xieraq, meta jimplimentaw il-Qafas tal-EQAVET. Huma strutturati f'fażijiet taċ-ċiklu tal-kwalità: Ippjanar - Implimentazzjoni- Evalwazzjoni- Rieżami. Jistgħu jiġu applikati kemm għall-VET inizjali kif ukoll għal dawk kontinwi u japplikaw għall-ambjenti kollha tal-apprendiment: provvediment ibbażat fl-iskejjel u tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol inkluż skemi ta' apprendistat.
|
Kriterji ta' Kwalità |
Deskritturi indikattivi fil-livell tas-sistema tal-VET |
Deskritturi indikattivi fil-livell tal-fornitur tal-VET |
|
L-ippjanar jirrifletti viżjoni strateġika komuni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u jinkludi għanijiet/objettivi, azzjonijiet u indikaturi espliċiti |
L-għanijiet/objettivi tal-VET huma deskritti għall-perijodi medji u fit-tul, u huma konnessi mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u Ewropej li jqisu l-kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà ambjentali Is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jieħdu sehem fl-istabbiliment tal-għanijiet u l-objettivi tal-VET fil-livelli differenti Il-miri huma stabbiliti u mmonitorjati permezz ta' indikaturi speċifiċi (kriterji ta' suċċess) Il-mekkaniżmi u l-proċeduri ġew stabbiliti sabiex jidentifikaw il-ħtiġijiet tat-taħriġ tas-suq tax-xogħol u tas-soċjetà |
L-għanijiet/objettivi Ewropej, nazzjonali u reġjonali tal-politika tal-VET huma riflessi fil-miri lokali stabbiliti mill-fornituri tal-VET L-għanijiet/objettivi u l-miri espliċiti huma stabbiliti u mmonitorjati, u programmi sabiex jiksbuhom huma mfassla Konsultazzjoni kontinwa mas-sħab soċjali u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha li sseħħ sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet lokali/individwali speċifiċi Ir-responsabbiltajiet fil-ġestjoni u l-iżvilupp tal-kwalità ġew allokati espliċitament Hemm involviment bikri tal-persunal fl-ippjanar, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp tal-kwalità |
|
|
Il-politika ta' informazzjoni ġiet imfassla sabiex tiżgura diffużjoni ottima ta' riżultati/eżiti ta' kwalità soġġetti għar-rekwiżiti nazzjonali/reġjonali tal-protezzjoni tad-data L-istandards u l-linji gwida għar-rikonoxximent, il-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi tal-individwi ġew iddefiniti Il-kwalifiki tal-VET huma deskritti permezz tal-eżiti tal-apprendiment Il-mekkaniżmi huma stabbiliti għall-assigurazzjoni tal-kwalità tad-disinn, tal-valutazzjoni u tar-rieżami tal-kwalifiki Il-programmi tal-VET jitfasslu sabiex jippermettu perkorsi ta' apprendiment flessibbli u jirreaġixxu minnufih għall-ħtiġijiet li jinbidlu tas-suq tax-xogħol |
Il-fornituri jippjanaw inizjattivi ta' kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti Il-partijiet ikkonċernati rilevanti jieħdu sehem fil-proċess ta' analiżi tal-ħtiġijiet lokali Il-fornituri tal-VET japplikaw sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità espliċita u trasparenti Il-miżuri huma mfassla biex jiżguraw il-konformità mar-regoli ta' protezzjoni tad-data |
|
Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni huma mfassla f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u jinkludu prinċipji espliċiti |
Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni huma stabbiliti f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, mal-fornituri tal-VET u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-livelli differenti Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni jinkludu konsiderazzjoni tar-riżorsi meħtieġa, tal-kapaċità tal-utenti u l-għodda u tal-linji gwida meħtieġa bħala appoġġ Il-linji gwida u l-istandards tfasslu għall-implimentazzjoni fil-livelli differenti. Dawn il-linji gwida u standards jinkludu l-valutazzjoni, il-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni jinkludu appoġġ speċifiku għat-taħriġ tal-għalliema u ta' min iħarreġ, inkluż għall-ħiliet diġitali u għas-sostenibbiltà ambjentali |
Ir-riżorsi huma allinjati/assenjati internament b'mod adegwat bil-ħsieb li jinkisbu l-miri stabbiliti fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni Is-sħubijiet rilevanti u inklużivi, li jinkludu dawk bejn l-għalliema u min iħarreġ, huma appoġġati espliċitament għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ippjanati Il-pjan strateġiku għall-iżvilupp tal-kompetenza tal-persunal jispeċifika l-ħtieġa ta' taħriġ għall-għalliema u għal dawk li jħarrġu Il-persunal jitħarreġ regolarment u jiżviluppa kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni rilevanti għall-appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet u għat-titjib tal-kwalità, u għat-tisħiħ tal-prestazzjoni |
|
|
Ir-responsabbiltajiet tal-fornituri tal-VET fil-proċess ta' implimentazzjoni huma espliċitament deskritti u huma trasparenti Tfassal qafas nazzjonali u/jew reġjonali ta' assigurazzjoni tal-kwalità li jinkludi linji gwida u standards tal-kwalità fil-livell tal-fornituri tal-VET sabiex jippromwovi titjib kontinwu u awtoregolamentazzjoni |
Permezz tal-programmi għall-fornituri tal-VET, l-istudenti jiksbu l-eżiti tal-apprendiment mistennija u huma involuti fil-proċess tal-apprendiment Il-fornituri tal-VET iwieġbu għall-bżonnijiet tal-apprendiment tal-individwi permezz ta' approċċ iffukat fuq l-istudent li jippermetti lill-istudenti jiksbu l-eżiti tal-apprendiment mistennija Il-fornituri tal-VET jippromwovu l-innovazzjoni fil-metodi ta' tagħlim u ta' apprendiment, fl-iskola u fil-post tax-xogħol, appoġġati mill-użu ta' teknoloġiji diġitali u għodod ta' apprendiment online Il-fornituri tal-VET jużaw metodi validi, preċiżi u affidabbli biex jivvalutaw l-eżiti tal-apprendiment tal-individwu |
|
L-evalwazzjoni tal-eżiti u tal-proċessi titwettaq regolarment u hija appoġġata minn kejl |
Tfasslet metodoloġija għall-evalwazzjoni, li tkopri evalwazzjoni interna u esterna Jintlaħaq qbil u jiġi deskritt b'mod ċar l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni L-istandards u l-proċessi nazzjonali/reġjonali għat-titjib u għall-assigurazzjoni tal-kwalità huma rilevanti u proporzjonati għall-ħtiġijiet tas-settur Is-sistemi huma soġġetti għall-awtoevalwazzjoni, għar-rieżami intern u estern, kif xieraq |
L-awtovalutazzjoni/awtoevalwazzjoni titwettaq perjodikament skont ir-regolamenti/l-oqfsa nazzjonali u reġjonali jew fuq inizjattiva tal-fornituri tal-VET, u tkopri wkoll il-prontezza diġitali u s-sostenibbiltà ambjentali tal-istituzzjonijiet tal-VET L-evalwazzjoni u r-rieżami jkopru proċessi u riżultati/eżiti tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jinkludu l-valutazzjoni tas-sodisfazzjon tal-istudenti kif ukoll tal-prestazzjoni u s-sodisfazzjon tal-persunal |
|
|
Jiġu implimentati sistemi ta' twissija bikrija Huma applikati l-indikaturi tal-prestazzjoni Iseħħ ġbir rilevanti, regolari u koerenti tad-data, sabiex jitkejjel is-suċċess u jiġu identifikati l-oqsma li jistgħu jitjiebu. Tfasslu metodoloġiji xierqa tal-ġbir tad-data, bħal kwestjonarji u indikaturi/metrika |
L-evalwazzjoni u r-rieżami jinkludu l-ġbir u l-użu tad-data, u l-mekkaniżmi adegwati u effettivi li jinvolvu l-partijiet ikkonċernati interni u esterni Jiġu implimentati sistemi ta' twissija bikrija |
|
Rieżami |
Il-proċeduri, il-mekkaniżmi u l-istrumenti biex iseħħu r-rieżamijiet huma definiti u użati biex itejbu l-kwalità tal-forniment fil-livelli kollha Il-proċessi jiġu rieżaminati regolarment u jitfasslu pjanijiet ta' azzjoni għall-bidla. Is-sistemi huma aġġustati kif meħtieġ L-informazzjoni dwar l-eżiti tal-evalwazzjoni hi disponibbli pubblikament |
Tinġabar informazzjoni mill-istudenti dwar l-esperjenza tal-apprendiment individwali tagħhom u dwar l-ambjent tal-apprendiment u tat-tagħlim. Flimkien mal-informazzjoni mill-għalliema, minn min iħarreġ u mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, din tintuża bħala bażi għal azzjonijiet ulterjuri L-informazzjoni dwar l-eżiti tar-rieżami tkun disponibbli b'mod wiesa' u pubblikament Il-proċeduri dwar l-informazzjoni mogħtija u r-rieżami huma parti minn proċess strateġiku ta' apprendiment fl-organizzazzjoni, jappoġġaw l-iżvilupp ta' forniment ta' kwalità għolja, u jtejbu l-opportunitajiet għall-istudenti. Ir-riżultati/l-eżiti tal-proċess tal-evalwazzjoni huma diskussi mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u jiġu stabbiliti pjanijiet ta' azzjoni xierqa |
Parti B: Is-sett ta' referenza tal-Indikaturi tal-EQAVET
Din it-taqsima tipproponi sett ta' indikaturi ta' referenza li jistgħu jintużaw għall-appoġġ għall-evalwazzjoni u għat-titjib tal-kwalità tas-sistemi tal-VET nazzjonali/reġjonali u/jew għall-fornituri tal-VET meta jimplimentaw il-qafas tal-EQAVET.
|
Indikatur |
Tip ta' indikatur |
Għan tal-politika |
||||
|
Indikaturi Ġenerali għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità |
||||||
|
Numru 1 |
||||||
|
Rilevanza tas-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità għall-fornituri tal-VET:
|
Indikatur tal-kuntest/kontribut |
Promozzjoni ta' kultura ta' titjib tal-kwalità fil-livell tal-fornituri tal-VET Żieda fit-trasparenza tal-kwalità tat-taħriġ Titjib tal-fiduċja reċiproka fil-forniment tat-taħriġ |
||||
|
Numru 2 |
||||||
|
Investiment fit-taħriġ tal-għalliema u ta' min iħarreġ:
|
Indikatur tal-kontribut/proċess |
Promozzjoni tas-sens ta' appartenenza tal-għalliema u ta' min iħarreġ għall-proċess tal-iżvilupp tal-kwalità fil-VET Titjib tar-rispons tal-VET għat-tibdil fid-domanda tas-suq tax-xogħol Żieda fil-bini tal-kapaċità tal-apprendiment individwali Titjib tal-kisbiet tal-istudenti |
||||
|
Indikaturi li jappoġġaw l-objettivi tal-kwalità fil-politiki tal-VET |
||||||
|
Numru 3 |
||||||
|
Rata ta' parteċipazzjoni fil-programmi tal-VET: Numru ta' parteċipanti fil-programmi tal-VET (1), skont it-tip ta' programm u l-kriterji individwali (2) |
Indikatur tal-kontribut/tal-proċess/tal-output |
Kisba ta' informazzjoni bażika fil-livelli tas-sistemi tal-VET u tal-fornituri tal-VET dwar l-attraenza tal-VET Identifikazzjoni tal-appoġġ għaż-żieda tal-aċċess għall-VET, inkluż għal gruppi żvantaġġati |
||||
|
Numru 4 |
||||||
|
Rata ta' tlestija tal-programmi tal-VET: Għadd ta' persuni li jkunu temmew b'suċċess/abbandunaw il-programmi tal-VET, skont it-tip tal-programm u tal-kriterji individwali |
Indikatur tal-proċess/tal-output/tal-eżitu |
Kisba tal-informazzjoni bażika dwar il-kisbiet edukattivi u l-kwalità tal-proċessi ta' taħriġ Kalkolu tar-rati ta' rtirar imqabbla mar-rata ta' parteċipazzjoni Appoġġ għat-tlestija b'suċċess bħala wieħed mill-objettivi ewlenin għall-kwalità fil-VET Appoġġ għall-forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi żvantaġġati |
||||
|
Numru 5 |
||||||
|
Rata ta' kollokament fil-programmi tal-VET:
|
Indikatur tal-eżitu |
Appoġġ għall-impjegabbiltà Titjib tar-rispons tal-VET għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol Appoġġ għall-forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi żvantaġġati |
||||
|
Numru 6 |
||||||
|
Użu ta' ħiliet miksuba fuq il-post tax-xogħol:
|
Indikatur tal-eżitu (taħlita ta' data kwalitattiva u kwantitattiva) |
Żieda fil-kapaċità ta' impjieg Titjib tar-rispons tal-VET għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol Appoġġ għall-forniment adattat ta' taħriġ, inkluż għal gruppi żvantaġġati |
||||
|
Informazzjoni dwar il-kuntest |
||||||
|
Numru 7 |
||||||
|
Rata tal-qgħad (4) skont il-kriterji individwali |
Indikatur tal-kuntest |
Informazzjoni ta' sfond għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-politika fil-livell tas-sistemi tal-VET |
||||
|
Numru 8 |
||||||
|
Prevalenza ta' gruppi vulnerabbli:
|
Indikatur tal-kuntest |
Informazzjoni ta' sfond għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-politika fil-livell tas-sistemi tal-VET Appoġġ għall-aċċess għall-VET għall-gruppi żvantaġġati Appoġġ għall-forniment adattat ta' taħriġ għal gruppi żvantaġġati |
||||
|
Numru 9 |
||||||
|
Mekkaniżmi għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tat-taħriġ fis-suq tax-xogħol:
|
Indikatur tal-kuntest/tal-kontribut (informazzjoni kwalitattiva) |
Titjib tar-rispons tal-VET għall-bidliet fid-domanda tas-suq tax-xogħol Appoġġ għall-impjegabbiltà |
||||
|
Numru 10 |
||||||
|
Skemi użati għall-promozzjoni ta' aċċess aħjar għall-VET u biex jiggwidaw lill-istudenti (potenzjali) tal-VET:
|
Indikatur tal-proċess (informazzjoni kwalitattiva) |
Promozzjoni tal-aċċess għall-VET, inkluż għal gruppi żvantaġġati Għoti ta' gwida lill-istudenti (potenzjali) tal-VET Appoġġ għall-forniment adattat tat-taħriġ |
||||
(1) Għall-IVT: jeħtieġ perijodu ta' sitt ġimgħat taħriġ qabel ma l-istudent jitqies bħala parteċipant. Għat-tagħlim tul il-ħajja: il-perċentwal tal-popolazzjoni aċċettata għall-programmi formali tal-VET.
(2) Minbarra l-informazzjoni bażika dwar il-ġeneru u l-età, jistgħu jiġu applikati kriterji soċjali oħrajn, eż. min jitlaq kmieni mill-iskola, l-ogħla kisbiet edukattivi, il-migranti, il-persuni b'diżabbiltà, it-tul tal-qgħad.
(3) Għall-IVT: inklużjoni tal-informazzjoni dwar id-destinazzjoni ta' min ma jkomplix.
(4) Definizzjoni skont l-ILO: individwi bejn il-15 u l-74 sena mingħajr xogħol u li qed ifittxu impjieg b'mod attiv u li huma lesti biex jibdew jaħdmu.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/17 |
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-qafas għar-riżoluzzjoni tal-banek rivedut bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-awtoritajiet tal-Istati Membri (it-tieni Avviż tal-Kummissjoni)
(2020/C 417/02)
Il-pakkett ta’ riforma bankarja propost mill-Kummissjoni Ewropea f’Novembru 2016 ġie adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-20 ta’ Mejju 2019 u ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali fis-7 ta’ Ġunju 2019. Dan il-pakkett jinkludi fost l-oħrajn bidliet għall-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-banek tal-Unjoni permezz tad-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek - BRRD) u r-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (Ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni - SRMR). Din ir-riforma timplimenta fl-Unjoni l-istandard tal-Kapaċità Totali Internazzjonali ta’ Assorbiment tat-Telf (Total Loss-Absorbing Capacity, TLAC) għall-banek globali sistemikament importanti adottat mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja f’Novembru 2015 u ssaħħaħ l-applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) għall-banek kollha. Il-qafas rivedut għandu jsaħħaħ il-kapaċità tal-banek li jassorbu t-telf u jiffaċilita r-rikapitalizzazzjoni tagħhom permezz ta’ mezzi privati ladarba jidħlu f’diffikultajiet finanzjarji u sussegwentement jitqiegħdu f’riżoluzzjoni.
Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/879, l-Istati Membri għandhom jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta’ dik id-direttiva fil-liġi nazzjonali tagħhom sat-28 ta’ Diċembru 2020. Bil-għan li tiffaċilita traspożizzjoni f’waqtha, konsistenti u akkurata, fid-29 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni adottat Avviż it-tweġibiet għall-mistoqsijiet imqajma mill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-BRRD kif ukoll dwar l-interazzjonijiet tagħhom mal-SRMR, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital – CRR) u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital – CRD) (7).
Fid-dawl tal-mistoqsijiet addizzjonali li waslu mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni beħsiebha tipprovdi fl-Anness ta’ dan it-tieni Avviż it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet.
F’dan l-isfond, f’dan l-Avviż il-Kummissjoni qed tadotta tweġibiet relatati mal-atti legali li ġejjin:
|
— |
Id-Direttiva (UE) 2014/59/UE (BRRD), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/879; |
|
— |
Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 (SRMR), kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/877; |
|
— |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (CRR), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); |
|
— |
Id-Direttiva 2013/36/UE (CRD), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
Dan l-Avviż jiċċara d-dispożizzjonijiet li diġà jinsabu fil-leġiżlazzjoni applikabbli. Huwa ma jestendi bl-ebda mod id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dik il-leġiżlazzjoni u lanqas ma jintroduċi rekwiżiti addizzjonali tal-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Dan l-Avviż huwa maħsub biss biex jassisti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fit-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti biex tinterpreta b’mod awtorevoli d-dritt tal-Unjoni. Il-fehmiet espressi f’dan l-Avviż ma jistgħux jippreġudikaw il-pożizzjoni li tista’ tieħu l-Kummissjoni Ewropea quddiem il-qrati tal-Unjoni u dawk nazzjonali.
Dan it-tieni Avviż jikkumplementa l-Avviż li diġà ġie adottat mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Settembru 2020.
(1) Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296).
(2) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 226).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(7) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-qafas għar-riżoluzzjoni tal-banek rivedut bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-awtoritajiet tal-Istati Membri (ĠU C 321, 29.9.2020, p. 1)
(8) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(9) Id-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni ta’ kapital (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 253).
ANNESS
Lista ta’ Abbrevjazzjonijiet
AIFM – maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi;
Strumenti AT1 – Strumenti tal-Grad 1 addizzjonali msemmija fl-Artikolu 52(1) tas-CRR;
BRRD – Id-Direttiva (UE) 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif emendata mid-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);
BRRD I – Id-Direttiva (UE) 2014/59/UE, mingħajr emendi;
CBR – rekwiżit ta’ bafer kombinat kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tas-CRD;
Kapital CET1 – Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmi fl-Artikolu 50 tas-CRR;
CRD – Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), kif emendata mid-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);
CRR – Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), kif emendat mir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);
ABE – Awtorità Bankarja Ewropea;
ESMA – Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq;
MREL estern – rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli applikabbli għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni u msemmija fl-Artikolu 45e tal-BRRD;
G-SII – istituzzjoni globali sistematikament importanti;
MREL intern – rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli applikabbli għal sussidjarji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ entità ta’ pajjiż terz, iżda li minnhom infushom mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 45f tal-BRRD;
M-AMD – Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 16a tal-BRRD;
MiFID – Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);
MPE – punt ta’ dħul multiplu;
MREL – rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli;
NCWO – il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar milli taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza”;
SEL – obbligazzjoni eliġibbli subordinata li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72a tas-CRR, ħlief dawk stabbiliti fl-Artikolu 72a(1)(b), u fl-Artikolu 72b(3) sa (5) tas-CRR;
SRB – Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni;
SRM – Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni;
SRMR – Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), kif emendat mir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);
SRMR I – Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014, mingħajr emendi;
TEM – kejl tal-iskopertura totali kkalkolat f’konformità mal-Artikoli 429 u 429a tas-CRR;
Strumenti T2 – Strumenti tal-Grad 2 imsemmija fl-Artikolu 2(1)(73) tal-BRRD;
TLAC – Kapaċità Totali ta’ Assorbiment tat-Telf;
Rekwiżit minimu tat-TLAC – livell minimu armonizzat tal-istandard tat-TLAC għall-G-SIIs imsemmija fl-Artikoli 92a u 92b tas-CRR u fl-Artikolu 45d(1)(a) u (2)(a) tal-BRRD;
Standard tat-TLAC – Dokument dwar il-Kundizzjonijiet (‘Term Sheet’) ippubblikat mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja f’Novembru 2015;
Banek tal-ogħla grad – entitajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ gruppi ta’ riżoluzzjoni b’assi ta’ aktar minn EUR 100 biljun imsemmija fl-Artikolu 45ċ(5) tal-BRRD;
TREA – l-ammont ta’ skopertura totali għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tas-CRR;
UCITS – impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli.
Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor, ir-referenzi kollha għad-dispożizzjonijiet legali f’dan l-Anness għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet legali tal-BRRD.
a. MISTOQSIJIET RELATATI MAD-DEFINIZZJONIJIET
1. Mistoqsija (l-Artikolu 2)
“Strumenti eliġibbli subordinati” definiti fl-Artikolu 2(1)(71b) jinkludu wkoll “obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati” msemmija fl-Artikolu 44a?
Tweġiba
L-“obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati” msemmija fl-Artikolu 44a tal-BRRD huma inklużi fil-kunċett ta’ “strumenti eliġibbli subordinati” definit fl-Artikolu 2(1)(71b) tal-BRRD. Il-kunċett tal-aħħar huwa usa’ minn tal-ewwel, peress li “strumenti eliġibbli subordinati” jinkludu wkoll l-istrumenti T2 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 72a(1)(b) tas-CRR.
2. Mistoqsija (l-Artikolu 2)
Liema entitajiet ta’ pajjiżi terzi huma mistennija li jiġu inklużi fil-grupp ta’ riżoluzzjoni meta tiġi applikata d-definizzjoni ta’ “grupp ta’ riżoluzzjoni” stabbilita fl-Artikolu 2(1)(83b) u b'liema kundizzjonijiet?
Tweġiba
L-inklużjoni jew le ta’ entitajiet ta’ pajjiżi terzi fi grupp ta’ riżoluzzjoni tiddependi fuq l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni pprovduta fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. Tali strateġija hija ddeterminata mid-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti f'konformità mal-Artikoli 12(1) u (3) u 45e(2) in fine.
Jekk il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp jipprevedi li, f’każ ta’ falliment tas-sussidjarja ta’ pajjiż terz, l-impriża prinċipali tal-Unjoni tipprovdi appoġġ lil dik is-sussidjarja, din għandha tiġi inkluża fil-grupp ta’ riżoluzzjoni mmexxi minn dik l-impriża prinċipali tal-Unjoni. Jekk, min-naħa l-oħra, skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, il-falliment tas-sussidjarja ta’ pajjiż terz jiġi ttrattat mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz permezz ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz jew proċeduri oħra ta’ pajjiż terz, is-sussidjarja ma għandhiex tiġi inkluża fil-grupp ta’ riżoluzzjoni mmexxi mill-impriża prinċipali tal-Unjoni.
3. Mistoqsija (l-Artikolu 2)
X’inhu l-għan tar-referenza għall-Artikolu 7 fid-definizzjoni ta’ “sussidjarja” fl-Artikolu 2(1)(5)?
Tweġiba
Id-definizzjoni ta’ “sussidjarja” fil-BRRD ġiet emendata fl-Artikolu 2(1)(5) bid-Direttiva (UE) 2019/879 biex jiġi ċċarat it-trattament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali, tal-korp ċentrali nnifsu u tas-sussidjarji rispettivi tagħhom billi titqies l-istruttura speċifika tal-grupp tagħhom.
Bl-introduzzjoni tat-tieni parti tad-definizzjoni ta’ “sussidjarja”, huwa ċċarat li, meta jiġu applikati l-Artikoli 7, 12, 17, 18, 45 sa 45 m, 59 sa 62, 91 u 92, kwalunkwe referenza għal “sussidjarja” għandha tinqara bħala li tinkludi wkoll l-entitajiet li huma parti minn gruppi ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(83b)(b) – jiġifieri, istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali, il-korp ċentrali nnifsu, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom. Minħabba l-istruttura speċifika tas-sjieda ta’ dawn il-gruppi, dawn l-entitajiet tipikament ma jaqgħux taħt l-ewwel parti tad-definizzjoni ta’ “sussidjarja”. Madankollu, din l-estensjoni tal-ambitu tat-terminu “sussidjarja” għandha sseħħ biss fejn u kif xieraq, b’kont meħud ta’ liema entitajiet ta’ tali gruppi ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 45e(3) f’konformità mad-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
Ir-referenza għall-Artikolu 7 fit-tieni parti tad-definizzjoni ta’ “sussidjarja” tiċċara li din id-dispożizzjoni li tirrikjedi t-tfassil ta’ pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp li jidentifikaw miżuri li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-impriża prinċipali tal-Unjoni u kull sussidjarja individwali tapplika wkoll għall-entitajiet li jiffurmaw parti mill-gruppi ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(83b)(b). Filwaqt li jitfasslu pjanijiet ta’ rkupru fir-rigward tal-grupp kollu u mhux fir-rigward tal-gruppi ta’ riżoluzzjoni identifikati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, l-intenzjoni leġiżlattiva kienet li jiġi ċċarat li referenzi għal “sussidjarja” fl-Artikolu 7 jistgħu jinkludu wkoll, fejn u kif xieraq, l-entitajiet li jappartjenu għall-gruppi ta’ riżoluzzjoni msemmija hawn fuq.
4. Mistoqsija (l-Artikolu 2)
X’inhi d-definizzjoni ta’ “korp ċentrali” msemmija fl-Artikolu 2(1)(a)(5) tal-BRRD?
Tweġiba
Il-BRRD ma tipprovdix definizzjoni ta’ “korp ċentrali”, peress li dak il-kunċett jista’ jvarja skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru. Kull Stat Membru jista’ jiddefinixxi korp ċentrali skont il-liġijiet tiegħu sakemm diversi istituzzjonijiet ikunu affiljati miegħu. Filwaqt li l-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 10(1) tas-CRR u riflessi fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 45g tal-BRRD jistgħu jintużaw bħala referenza, dawn ma jipprevedux definizzjoni ta’ “korp ċentrali”, iżda pjuttost il-karatteristiċi ta’ affiljazzjoni ma’ korp ċentrali. Dan ifisser, fil-prattika, li l-entitajiet li jistgħu jitqiesu bħala korpi ċentrali skont il-liġi nazzjonali jistgħu jibbenefikaw biss minn eżenzjonijiet previsti f’dawk id-dispożizzjonijiet fejn il-kundizzjonijiet tagħhom jiġu ssodisfati.
Ir-referenzi għall-korpi ċentrali mhumiex ġodda minħabba li l-BRRD I diġà kien fiha dawk ir-referenzi, b’mod partikolari fl-Artikolu 4(8) u (9).
B. MISTOQSIJIET RELATATI MAS-SETGĦA LI JIĠU PPROJBITI ĊERTI DISTRIBUZZJONIJIET PREVISTI FL-ARTIKOLU 16A TAL-BRRD
5. Mistoqsija (l-Artikolu 16a)
Kif għandu jiġi applikat l-Artikolu 16a għal entitajiet li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi l-istralċ tagħhom skont proċeduri normali ta’ insolvenza, u fejn l-MREL rispettiv tagħhom huwa stabbilit f’livell li jaqbeż l-ammont ta’ assorbiment tat-telf skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45c(2)?
Tweġiba
L-Artikolu 16a(1) tal-BRRD jipprevedi li s-setgħa li jiġu pprojbiti ċerti distribuzzjonijiet hija disponibbli fis-sitwazzjoni fejn l-entità tissodisfa s-CBR tagħha flimkien mar-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħha msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tas-CRD, iżda tonqos milli tissodisfa s-CBR tagħha flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45c u 45d tal-BRRD (jiġifieri l-MREL). Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-entitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45c(2) tal-BRRD, peress li dawn l-entitajiet mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16a(1) tal-BRRD.
6. Mistoqsija (l-Artikolu 16a)
L-Artikolu 16a jipprovdi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni b’setgħa diskrezzjonali li jipprojbixxu distribuzzjonijiet ’il fuq mill-M-MDA biss meta l-istituzzjoni kkonċernata tkun f’sitwazzjoni fejn tonqos milli tissodisfa s-CBR meta titqies flimkien mal-MREL ikkalkulat abbażi tat-TREA.
Dik is-sitwazzjoni tinkludi wkoll il-każijiet fejn entità tonqos milli tilħaq is-CBR flimkien mal-miri intermedji tal-MREL iddeterminati skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45m(1)? Dik is-setgħa għandha tkun applikabbli biss meta l-entità tonqos milli tilħaq is-CBR flimkien mal-mira finali tal-MREL?
Tweġiba
Is-setgħa tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jirrestrinġu ċerti distribuzzjonijiet tal-entitajiet previsti fl-Artikolu 16a(1) tiġi attivata biss meta l-entità tissodisfa s-CBR tagħha flimkien mar-rekwiżiti tal-fondi proprji rilevanti, iżda mhux flimkien mal-MREL. Minħabba li l-mira intermedja għall-MREL imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45m(1) hija vinkolanti fuq l-entità f’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni, is-setgħa tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni prevista fl-Artikolu 16a(1) tiġi attivata wkoll meta l-entità tissodisfa s-CBR tagħha flimkien mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji rilevanti, iżda mhux flimkien mal-mira intermedja għall-MREL. Din is-setgħa hija diskrezzjonali u hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16a(2) u (3).
7. Mistoqsija (l-Artikolu 16a)
L-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 16a(1) timplika li l-obbligi ta’ ħlas ta’ rimunerazzjoni varjabbli ma jistgħux jiġu pprojbiti meta dawn ikunu nħolqu qabel ma l-entità tkun naqset milli tissodisfa s-CBR tagħha fis-sitwazzjoni msemmija f’dik id-dispożizzjoni?
Tweġiba
Fejn il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħa tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jipprojbixxu ċerta distribuzzjoni jiġu ssodisfati, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tipprojbixxi lill-entità milli tiddistribwixxi aktar minn M-AMD billi:
|
— |
tagħmel distribuzzjonijiet b’rabta mal-kapital CET1; |
|
— |
tħallas rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni; |
|
— |
tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-AT1. |
Il-punt (b) tal-Artikolu 16a(1) jipprevedi b’mod espliċitu li r-restrizzjonijiet japplikaw għal obbligi ġodda biex titħallas rimunerazzjoni varjabbli jew għal obbligi eżistenti biex titħallas rimunerazzjoni varjabbli “jekk l-obbligu ta’ ħlas ikun inħoloq fi żmien meta l-entità tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit tar-riżerva ta’ kapital kombinata”. Għalhekk, jekk l-obbligu li titħallas rimunerazzjoni varjabbli nħoloq qabel ma l-entità naqset milli tissodisfa s-CBR, tali pagament mhuwiex soġġett għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 16a(1).
C. MISTOQSIJIET RELATATI MAL-IPPJANAR TAR-RIŻOLUZZJONI
8. Mistoqsija (l-Artikolu 12)
Il-punt (e) tal-Artikolu 12(3) tal-BRRD jipprevedi li pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandu “jistabbilixxi kwalunkwe azzjoni addizzjonali, mhux imsemmija f’din id-Direttiva, li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti bi ħsiebhom jieħdu fir-rigward tal-entitajiet fi ħdan kull grupp ta’ riżoluzzjoni”. X’tipi ta’ azzjonijiet huma koperti minn din id-dispożizzjoni?
Tweġiba
L-azzjonijiet addizzjonali previsti fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 12(3)(e) tal-BRRD ġeneralment jirreferu għal għodod u setgħat previsti fil-liġi nazzjonali li ma jirriżultawx mill-BRRD f'konformità mal-Artikoli 1(2) u 37(9) tal-BRRD.
Dan l-element tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp kien diġà previst taħt il-BRRD I. L-emendi introdotti mid-Direttiva (UE) 2019/879 għall-Artikolu 12(3)(e) żiedu biss ir-referenza għal gruppi ta’ riżoluzzjoni.
9. Mistoqsija (l-Artikoli 17 u 18)
Id-Direttiva (UE) 2019/879 emendat l-Artikoli 17 u 18 tal-BRRD dwar is-setgħat tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jindirizzaw jew ineħħu impedimenti għar-riżolvibbiltà billi jissostitwixxu r-referenzi għal “istituzzjoni” b’referenzi għal “entità”.
Meta wieħed iqis li “istituzzjoni” tirreferi biss għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li “entitajiet” tirreferi għall-entitajiet kollha msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(1) tal-BRRD, dan ifisser li l-Artikoli 17 u 18 tal-BRRD emendati issa jipprevedu l-applikazzjoni tas-setgħat biex jiġu indirizzati jew jitneħħew impedimenti għar-riżolvibbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe entità msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(1) tal-BRRD?
Tweġiba
L-emenda stabbilita fid-Direttiva (UE) 2019/879 żiedet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 17 u 18 u issa tippermetti lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni japplikaw id-dispożizzjonijiet fihom għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a) sa (d) (jiġifieri istituzzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji u ċerti kumpaniji azzjonarji).
10. Mistoqsija (l-Artikolu 17)
f'konformità mal-Artikolu 17(3), fejn ikunu ġew innotifikati impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà lil entità, l-entità kkonċernata trid tipproponi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni miżuri possibbli biex tindirizza jew tneħħi dawk l-impedimenti. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni mbagħad trid tivvaluta jekk il-miżuri proposti jindirizzawx jew ineħħux b’mod effettiv l-impediment sostantiv ikkonċernat.
Il-miżuri proposti, jekk jiġu aċċettati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, huma vinkolanti fuq l-entità u huma infurzabbli mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni?
Tweġiba
Il-BRRD ma tiddikjarax b’mod espliċitu x’għandu jkun l-effett legali tal-miżuri proposti minn entità biex tindirizza jew tneħħi l-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà identifikati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara li dawk il-miżuri jkunu ġew ivvalutati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bħala effettivi.
Madankollu, biex jiġi żgurat li l-impedimenti sostantivi jiġu indirizzati jew imneħħija b’mod effettiv, il-miżuri proposti mill-entità jeħtieġ li jkunu vinkolanti u infurzabbli b’mod ekwivalenti għall-miżuri alternattivi identifikati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 17(4) u (5). Għalhekk, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tkun tista’ titlob lill-entità tirrimedja kwalunkwe implimentazzjoni skorretta jew insuffiċjenti tal-miżuri proposti mill-entità.
Il-BRRD ma tispeċifikax kif għandu jiġi żgurat l-infurzar. Għalhekk, din il-kwistjoni titħalla għad-diskrezzjoni tal-leġiżlaturi nazzjonali. Pereżempju, Stat Membru jista’ jipprevedi fil-liġi nazzjonali tiegħu li tittrasponi l-BRRD li l-miżuri proposti mill-entità jsiru vinkolanti ladarba jiġu aċċettati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Alternattivament, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ teħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jadottaw deċiżjoni amministrattiva indirizzata lill-entitajiet ikkonċernati li tapprova l-miżuri proposti u li teħtieġ l-implimentazzjoni tagħhom.
11. Mistoqsija (l-Artikolu 17)
L-Artikolu 17(4) jipprevedi li, meta tikkunsidra ċerti miżuri biex jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà, “l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tqis it-theddida li dawk l-impedimenti għar-riżolvibbiltà jippreżentaw għall-istabilità finanzjarja u l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tal-entità, l-istabbiltà tagħha u l-abilità tagħha li tikkontribwixxi għall-ekonomija.”
Liema huma l-miżuri msemmija fl-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(4) li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni: il-miżuri biex jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà oriġinarjament proposti mill-entità, jew il-miżuri alternattivi proposti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni?
Tweġiba
Il-“miżuri” msemmija fl-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(4), li l-effetti tagħhom fuq in-negozju u l-istabbiltà tal-entità kkonċernata u fuq il-kapaċità tagħha li tikkontribwixxi għall-ekonomija għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jirreferu għall-miżuri alternattivi li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tidentifika f'konformità mal-ewwel sentenza ta’ dik l-istess dispożizzjoni. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(4) japplika għall-identifikazzjoni ta’ miżuri alternattivi mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
12. Mistoqsija (l-Artikolu 18)
Fir-rigward tat-tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà fil-livell ta’ grupp, it-tieni sentenza tal-Artikolu 18(4) tirreferi għal “l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp”. Din ir-referenza għandha l-għan li taqbad ukoll l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-entità ta’ riżoluzzjoni rilevanti?
Tweġiba
It-tieni sentenza tal-Artikolu 18(4) tinkludi l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-impriża prinċipali u tal-entitajiet sussidjarji kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-BRRD. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma nfushom mhumiex impriżi prinċipali tal-Unjoni jinqabdu mir-referenza għal “l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji”.
13. Mistoqsija (l-Artikolu 18)
Skont il-paragrafi 6, 6a u 7 tal-Artikolu 18, li jittrattaw it-tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà fil-livell ta’ grupp, jekk, fi tmiem il-perjodu rilevanti biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dak l-Artikolu lill-ABE għal medjazzjoni vinkolanti, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-entità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja, kif xieraq, għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu.
Il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(9) jistgħu jiġu riferuti lill-ABE minn kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni, inkluża dik li trid tieħu d-deċiżjoni fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta?
Tweġiba
Id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(6), (6a) u (7) għandhom jiġu sospiżi jekk awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fl-Artikolu 18(9) lill-ABE għal medjazzjoni vinkolanti fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 18(5). Dik l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tkun kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni, inkluża dik li tkun qed tieħu deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 18(6), (6a) jew (7) fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta.
14. Mistoqsija (l-Artikoli 13, 16, 18 u 45h)
f'konformità mal-Artikoli 13(4), 16(3) u 18(1), l-adozzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp u l-adozzjoni ta’ miżuri biex jindirizzaw jew ineħħu impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà jseħħu permezz ta’ deċiżjoni konġunta unika meħuda fil-livell tal-grupp kollu.
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 45h jipprevedi li d-deċiżjonijiet konġunti dwar l-MREL jittieħdu fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni, iżda dejjem bl-involviment tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, anki meta tkun differenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-entità ta’ riżoluzzjoni.
Dan ifisser li, għall-gruppi bi strateġija ta’ MPE, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarji li ma jappartjenux għal grupp ta’ riżoluzzjoni mhumiex involuti fid-deċiżjonijiet konġunti dwar l-MREL għal dak il-grupp ta’ riżoluzzjoni?
Tweġiba
L-emendi introdotti bid-Direttiva (UE) 2019/879 fil-BRRD stabbilixxew proċedura differenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għall-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u għad-determinazzjoni tal-MREL għall-gruppi MPE (jiġifieri, meta grupp ikollu aktar minn entità ta’ riżoluzzjoni waħda).
f'konformità mal-Artikolu 12(3)(a) u (aa), il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp iridu jistabbilixxu l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għal kull entità ta’ riżoluzzjoni li jinkludi dak il-grupp. Għaldaqstant, l-Artikolu 13(4) jipprevedi li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandhom jiġu adottati permezz ta’ deċiżjoni konġunta tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji, u li l-ippjanar tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni għal kull waħda mill-entitajiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandu jiġi inkluż f’dik id-deċiżjoni konġunta. Għalhekk, hemm biss pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp wieħed li jiġi adottat permezz ta’ deċiżjoni konġunta waħda irrispettivament min-numru ta’ gruppi ta’ riżoluzzjoni. Dan japplika wkoll għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 16 għall-adozzjoni tal-miżuri biex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà msemmija fl-Artikolu 18.
Madankollu, għall-istabbiliment tal-MREL, il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet tinbidel: minflok ma tkun ibbażata fuq l-istruttura ġenerali tal-grupp, hija bbażata fuq l-istruttura ta’ kull grupp ta’ riżoluzzjoni. Tabilħaqq, l-Artikolu 45h(1) jipprevedi li l-MREL ta’ kull entità ta’ riżoluzzjoni u tas-sussidjarji tagħha li huma parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiġi ddeterminat permezz ta’ deċiżjoni konġunta. Dik id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi adottata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-entità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp (fejn differenti minn tal-ewwel) u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarji ta’ grupp ta’ riżoluzzjoni li huma soġġetti għal MREL fuq bażi individwali. Għalhekk, fil-każ ta’ strateġija ta’ MPE, filwaqt li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp hija dejjem involuta fil-proċedura konġunta tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-MREL għal kull grupp ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji li jappartjenu għal grupp ta’ riżoluzzjoni differenti mhumiex parti minn dik il-proċedura.
D. Mistoqsijiet relatati ma’ proċedimenti ta’ insolvenza fir-rigward ta’ istituzzjonijiet u entitajiet li mhumiex soġġetti għal azzjoni ta’ riżoluzzjoni
15. Mistoqsija (l-Artikolu 32b)
L-Artikolu 32b jipprevedi li istituzzjoni jew entità trid tiġi stralċjata b’mod ordnat skont il-liġi nazzjonali applikabbli jekk tkun qed tfalli jew x’aktarx tfalli u meta miżuri alternattivi tas-settur privat jew azzjoni superviżorja ma jipprevenux dak in-nuqqas b’mod f’waqtu u l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni ma titqiesx li tkun fl-interess pubbliku.
Fl-Artikolu 32b, issir referenza għall-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 32(1), fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1). Madankollu, l-Artikolu 32(1) huwa applikabbli biss għall-istituzzjonijiet (jiġifieri l-entitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1)). L-Artikolu 32(1) japplika biss għall-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) indirettament permezz ta’ kontroreferenza għal din id-dispożizzjoni fl-Artikolu 33. Għal dawk l-entitajiet, ir-referenza fl-Artikolu 32b għandha ssir għall-Artikolu 33, u mhux għall-Artikolu 32?
Tweġiba
L-Artikolu 32b jirreferi biss għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 32(1), u mhux għall-Artikolu 32(1) kollu. L-Artikolu 32(1) huwa r-referenza korretta, peress li l-kundizzjonijiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni japplikaw ukoll għall-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) permezz ta’ referenza għalihom fl-Artikolu 33.
16. Mistoqsija (l-Artikolu 32b)
Kif għandhom l-Istati Membri jimplimentaw l-Artikolu 32b tal-BRRD fil-liġijiet nazzjonali tagħhom u x’inhi l-interazzjoni ta’ dak l-Artikolu mal-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ entità?
Tweġiba
Il-formulazzjoni tal-Artikolu 32b tal-BRRD hija wiesgħa biex tirrifletti d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw l-insolvenza ta’ istituzzjonijiet u entitajiet finanzjarji oħra msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tal-BRRD. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ interess pubbliku għar-riżoluzzjoni ta’ entità li qed tfalli, il-proċedimenti ta’ insolvenza disponibbli fil-livell nazzjonali għandhom japplikaw sal-punt li:
|
— |
jissodisfaw il-kriterji definiti fl-Artikolu 2(47) tal-BRRD dwar il-kunċett ta’ proċedimenti normali ta’ insolvenza, u |
|
— |
jwasslu għall-istralċ tal-entità f'konformità mal-Artikolu 32b tal-BRRD. |
Fir-rigward tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ entità li tissodisfa l-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 32b tal-BRRD, dik id-dispożizzjoni ma tipprevedi l-ebda rekwiżit speċifiku għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni ladarba dawk il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, u lanqas ma temenda d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-irtirar tal-awtorizzazzjoni. Għalhekk, il-bażi għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni tibqa’ dik li kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 32b tal-BRRD – jiġifieri, l-Artikolu 18 tas-CRD u kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali applikabbli.
Huwa f’idejn l-Istati Membri li jivvalutaw jekk in-nuqqas ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni jipprevjenix l-implimentazzjoni korretta tal-Artikolu 32b tal-BRRD u jekk il-miżuri fil-livell nazzjonali humiex possibbli u meħtieġa f’dan ir-rigward.
E. Mistoqsijiet relatati mas-setgħat ta’ sospensjoni tal-obbligi ta’ ħlas jew ta’ konsenja f'konformità mal-Artikoli 33a u 69
17. Mistoqsija (l-Artikolu 33a)
L-Artikolu 33a(1) ipoġġi obbligu fuq l-Istati Membri biex “jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jirrispondu fi żmien xieraq, ikollhom is-setgħa jissospendu kwalunkwe obbligu ta’ ħlas jew ta’ konsenja”.
Barra minn hekk, l-Artikolu 45d(4) jiddikjara li “fejn aktar minn entità ta’ G-SII waħda li tappartjeni għall-istess G-SII tkun entità ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti għandhom jikkalkolaw l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3”.
Fil-każ ta’ istituzzjoni jew grupp finanzjarju transfruntier, il-BRRD tista’ teħtieġ li l-Istati Membri jimponu fil-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni rekwiżit vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni barra l-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru?
Tweġiba
Meta tiġi trasposta l-BRRD, l-obbligi għal Stat Membru huma limitati għal dak li huwa possibbli fi ħdan il-mandat u s-setgħat ġuriżdizzjonali ta’ dak l-Istat Membru.
Għalhekk, l-Artikoli 33a(1) u 45d(4) ma jirrikjedux li Stat Membru jimponi l-obbligi previsti fih fuq awtoritajiet barra l-ġurisdizzjoni tiegħu.
18. Mistoqsija (l-Artikolu 33a)
L-Artikolu 33a tal-BRRD jipprovdi lill-NRAs is-setgħa li jissospendu ċerti obbligi (moratorju) wara d-dikjarazzjoni li l-entità qed tfalli jew x’aktarx tfalli. f'konformità mal-Artikolu 33a(3), l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiżguraw li d-depożitanti jkollhom aċċess għal ammont xieraq ta’ kuljum.
Skont kif l-Artikolu 33a jiġi traspost fuq livell nazzjonali, il-liġi nazzjonali tista’ jew tirregola b’mod preċiż kif għandha tiġi eżerċitata s-setgħa li jiġi żgurat aċċess għal ammont ta’ kuljum, inkluż il-kwantifikazzjoni ta’ dak l-ammont direttament fil-liġi, jew minflok tistabbilixxi kriterji għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tiddefinixxi dak l-ammont ta’ kuljum f’kull każ. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha mbagħad tkun konformi ma’ dawn il-kriterji meta teżerċita s-setgħa.
Fil-kuntest tal-SRM, għall-istituzzjonijiet taħt ir-responsabbiltà diretta tal-SRB, is-setgħa ta’ moratorju għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali sabiex jimplimentaw id-deċiżjonijiet kollha indirizzati lilhom mill-SRB.
Fl-Istati Membri li jittrasponu l-Artikolu 33a(3) b’mod li jagħti s-setgħa lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiddeċiedu dwar jekk u sa liema punt l-ammont ta’ kuljum f’depożiti għandu jiġi żgurat, liema awtorità tieħu dawn id-deċiżjonijiet għal entitajiet fil-mandat dirett tal-SRB: l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jew l-SRB innifsu?
Tweġiba
Meta l-Artikolu 33a jiġi traspost b’mod li jagħti lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni s-setgħa li tiddeċiedi jekk tiżgurax l-aċċess tad-depożitanti għal ammont ta’ kuljum u x’għandu jkun dak l-ammont, din is-setgħa tista’ tiġi eżerċitata mill-SRB f’konformità mal-proċeduri disponibbli fl-SRMR għal entitajiet taħt il-mandat dirett tal-SRB. Fi kwalunkwe każ, din id-dispożizzjoni ma timpedixxix li l-SRB jiddelega d-deċiżjoni dwar l-ammont ta’ kuljum lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, mingħajr ebda ħtieġa għal qbil ulterjuri mill-SRB fir-rigward tal-ammont.
Minħabba wkoll in-natura partikolari ta’ dan il-kompitu, u meta jitqies li d-determinazzjoni tal-ammont xieraq tiddependi fuq speċifiċitajiet nazzjonali, jenħtieġ li l-SRB jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fid-determinazzjoni tal-ammont rilevanti f’konformità mal-Artikolu 30 tal-SRMR.
19. Mistoqsija (l-Artikoli 33a u 69)
f'konformità mal-Artikolu 33a(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 69(5), “L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn is-setgħa tas-sospensjoni tal-obbligi ta’ ħlas jew konsenja tiġi eżerċitata fir-rigward ta’ depożiti eliġibbli, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiżguraw li d-depożitanti jkollhom aċċess għal ammont xierqa ta’ kuljum minn dawk id-depożiti.” Kif għandu jiġi kkalkulat dan l-ammont ta’ kuljum?
Barra minn hekk, fil-paġni 3 u 4 tal-Opinjoni tal-ABE dwar il-ħlasijiet tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti tat-30 ta’ Ottubru 2019, qed issir id-dikjarazzjoni li ġejja: “L-emenda tal-qafas legali tal-UE hija mixtieqa biex jiġi żgurat li d-depożitanti li m’għandhomx aċċess għal depożiti li huma dovuti u pagabbli, iżda li d-depożiti tagħhom ma ġewx determinati bħala mhux disponibbli, ikollhom aċċess għal ammont xieraq ta’ kuljum mid-depożiti tagħhom. Il-provvediment ta’ ammont xieraq ta’ kuljum bħal dan m’għandux jiġi eżegwit bl-użu ta’ fondi tal-SGD iżda għandu jsir bl-użu tal-fondi tal-istituzzjoni.” Dan ifisser li mhux possibbli li jintużaw il-fondi tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti biex jitħallsu l-ammonti ta’ kuljum imsemmija fl-Artikoli 33a u 69?
Tweġiba
Huwa f’idejn l-Istat Membru li jiddefinixxi d-determinazzjoni tal-ammont ta’ kuljum. Dan jista’ jinkiseb jew permezz ta’ indikazzjoni aktar preċiża ta’ dak l-ammont fil-liġi tat-traspożizzjoni jew billi jiddelega lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni l-kompitu li tieħu deċiżjoni fuq bażi ta’ każ b’każ.
Il-prinċipju wara l-għoti ta’ ammont ta’ kuljum huwa li d-depożitanti jitħallew iżommu aċċess għal parti mid-depożiti tagħhom fl-istituzzjoni matul ir-riżoluzzjoni. Il-fondi għall-appoġġ ta’ dan l-iżborż għandhom għalhekk jiġu mill-istituzzjoni, fil-limitu tal-ammont disponibbli fil-kont tad-depożitant. Ma jidhirx li hemm bażi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) biex jiġi appoġġat intervent mill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti biex jiġi ffinanzjat il-pagament tal-ammont ta’ kuljum matul ir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni.
20. Mistoqsija (l-Artikolu 33a)
L-Artikolu 33a(8) jinkludi wkoll il-każijiet fejn hemm determinazzjoni li entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) (istituzzjonijiet finanzjarji jew ċerti kumpaniji azzjonarji) qed tfalli jew x’aktarx li tfalli?
Tweġiba
L-Artikolu 33a, inkluż il-paragrafu 8 tiegħu, japplika għall-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1). F’dak li għandu x’jaqsam mad-determinazzjoni li dawk l-entitajiet qed ifallu jew x’aktarx li jfallu, l-Artikolu 33a(8) jirreferi għall-kundizzjoni fl-Artikolu 32(1)(a), li tapplika wkoll għal dawn l-entitajiet permezz tal-kontroreferenza fl-Artikolu 33.
F. Mistoqsijiet relatati mal-bejgħ ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati lil klijenti konsumaturi
21. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
Is-SELs jistgħu jinbiegħu minn kwalunkwe persuna li għandha d-dritt li tbigħ tali obbligazzjonijiet u li tkun fil-pussess tagħhom, eż. entità mhux finanzjarja jew persuna fiżika. F’dan il-każ, dawn l-entitajiet u l-persuni kollha huma meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 44a(1) sa (4)?
Tweġiba
L-Artikolu 44a tal-BRRD japplika għad-ditti tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(1) tal-MiFID, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS u l-AIFM li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment li jwasslu għat-trasferiment lill-klijenti konsumaturi ta’ SEL. Entitajiet bħal dawn huma “bejjiegħa” għall-finijiet tal-Artikolu 44a tal-BRRD minħabba li dawn l-entitajiet biss huma kkwalifikati biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 44a, b’mod partikolari biex iwettqu test tal-adegwatezza f'konformità mal-Artikolu 44a(1) (ara l-mistoqsija 10 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020). Għalhekk, il-bejgħ ta’ SELs lil klijenti konsumaturi li ma jinvolvi l-ebda waħda minn dawk l-istituzzjonijiet bħala bejjiegħa ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 44a(1) sa (4) u, f’dan il-każ, il-bejjiegħa ta’ SELs mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti previsti minnhom.
22. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
Il-mistoqsija 10 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020 tinkludi fil-kunċett ta’ “bejjiegħ” imsemmi fl-Artikolu 44a(1) tal-BRRD - “Il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS u l-AIFM li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment li jwasslu għat-trasferiment lill-klijenti konsumaturi ta’ SEL”. Tikkonferma li dan jirreferi biss għal każijiet fejn il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS u l-AIFMs joffru servizzi tal-MiFID lil klijent konsumaturi individwali, u mhux meta joffru mmaniġġjar kollettiv tal-portafoll?
Tweġiba
L-Artikolu 44a tal-BRRD japplika għad-ditti tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(1) tal-MiFID, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS u l-AIFM li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment li jwasslu għat-trasferiment lill-klijenti konsumaturi ta’ SEL. Entitajiet bħal dawn huma “bejjiegħa” għall-finijiet tal-Artikolu 44a tal-BRRD (ara l-mistoqsija 10 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020).
F’dan il-kuntest, biex ikunu koperti mill-Artikolu 44a(1) sa (4) tal-BRRD, il-bejjiegħa hekk definiti għandhom jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment fir-rigward ta’ klijent konsumatur, inkluż meta jkunu kontroparti f’bejgħ ta’ SELs lil klijent konsumatur.
23. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
Fir-rigward tal-interpretazzjoni tat-terminu “bejjiegħ” fil-mistoqsija 10 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020, kif jistgħu l-Istati Membri jimponu l-obbligi tal-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 44a fuq id-ditti tal-investiment, il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS u l-AIFM, meta jitqies li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-BRRD f'konformità mal-Artikolu 1, u li dawk l-obbligi mhumiex fl-atti legali li japplikaw għal dawk l-entitajiet?
Tweġiba
L-Artikolu 44a ma jirreferi għall-ebda awtorità speċifika li għandha tkun responsabbli għall-infurzar tagħha. Dan ifisser li l-Istati Membri jistgħu jinnominaw kwalunkwe awtorità jew awtoritajiet xierqa għall-infurzar tal-Artikolu 44a, inklużi awtoritajiet innominati skont il-MiFID (awtoritajiet ta’ kondotta fis-suq). L-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar tal-Artikolu 44a għandhom japplikaw il-miżuri u s-sanzjonijiet kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tal-Artikolu 44a mill-bejjiegħa u l-klijenti konsumaturi tagħhom. Tali sanzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali skont id-dritt tal-Unjoni. Jekk jogħġbok ara wkoll il-mistoqsija 13 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020.
24. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
It-tweġiba għall-mistoqsija 10 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020 tiddikjara li l-Artikolu 44a tal-BRRD japplika għal għadd ta’ entitajiet, inklużi ditti tal-investiment, iżda ma jinkludix “intermedjarji ta’ investiment”. Il-persuni eżentati mill-MiFID f'konformità mal-Artikolu 3 tagħha huma soġġetti għall-Artikolu 44a tal-BRRD?
Tweġiba
Persuni li huma eżentati mill-MiFID abbażi tal-Artikolu 3 tagħha huma soġġetti għal reġim nazzjonali u ma jibbenefikawx taħt il-MiFID mil-libertà li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet biex jistabbilixxu fergħat fi Stati Membri oħra. Din is-sistema nazzjonali trid tkun mill-inqas analoga għar-reġim tal-MiFID fir-rigward, fost dispożizzjonijiet oħra, tal-valutazzjoni tal-adegwatezza fl-Artikolu 25(2) tal-MiFID.
B’mod speċifiku fir-rigward tas-SEL, dawn ir-rekwiżiti ta’ adegwatezza saru aktar stretti permezz tal-Artikolu 44a tal-BRRD. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri b’mod konsistenti mal-Artikolu 3 tal-MiFID, l-Istati Membri għandhom jimponu wkoll rekwiżiti li huma tal-inqas analogi għar-rekwiżiti aktar stretti fl-Artikolu 44a tal-BRRD fuq persuni eżentati mill-MiFID (intermedjarji ta’ investiment) meta jbigħu SELs lil klijenti konsumaturi.
25. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44a(1) jipprovdi lill-Istati Membri bl-għażla li jestendu d-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu għal strumenti oħra li jikkwalifikaw bħala fondi proprji jew obbligazzjonijiet b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna.
Jekk fit-traspożizzjoni nazzjonali tal-BRRD, Stat Membru jeżerċita l-għażla fl-Artikolu 44a(1) li jinkludi ishma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni, x’jiġri fil-każ li istituzzjoni ta’ kreditu tistieden lill-azzjonisti eżistenti għal ħruġ ta’ drittijiet li permezz tiegħu l-abbonati jieħdu ishma ġodda minflok jirċievu dividendi? F’dan il-każ, il-bejjiegħ ikun marbut li jissoġġetta dawn l-abbonati għat-test tal-adegwatezza f'konformità mal-Artikolu 44a(1)?
Tweġiba
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44a(1) jipprevedi opzjoni għall-Istati Membri li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għall-fondi proprji jew obbligazzjonijiet oħra b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna definiti fl-Artikolu 2(1)(71) (ara l-mistoqsija 14 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020). Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 44a(1) jista’ jiġi estiż biex jinkludi ishma. F’dak ir-rigward il-premessa (16) tad-Direttiva (UE) 2019/879 tipprevedi li:
“Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun ukoll possibbli għall-Istati Membri li jkomplu jillimitaw aktar il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ ċerti strumenti lil ċerti investituri.”
Għalhekk, kwalunkwe tranżazzjoni li twassal għal trasferiment ta’ ishma lil klijent konsumatur tista’ potenzjalment tiġi koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni estiż tal-Artikolu 44a(1) filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet ekonomiċi u tal-proprjetà tal-azzjonisti.
26. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
X’inhi l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ li bejjiegħ jiddetermina, fil-mument tal-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fl-Artikolu 44a(1) tal-BRRD, jew aktar tard, li l-informazzjoni pprovduta mill-klijent konsumatur skont il-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu mhijiex preċiża? Peress li t-test tal-adegwatezza jitwettaq skont id-dispożizzjonijiet tal-MiFID, ikun xieraq li tiġi segwita l-proċedura tal-Artikolu 25(3) tal-MiFID, li jfisser li l-bejjiegħ ikun meħtieġ biss li javża lill-klijent li d-ditta tal-investiment mhijiex f’pożizzjoni li tiddetermina jekk is-servizz jew il-prodott previst huwiex xieraq għalihom iżda xorta waħda jista’ jipprovdi s-servizz?
Ikun possibbli għall-Istati Membri li jimponu miżuri aktar stretti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-klijent konsumatur mal-Artikolu 44a(3), jiġifieri rifjut li jiġi pprovdut is-servizz jew l-Artikolu 44a(3) tal-BRRD jimplika li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissanzjonaw klijenti mhux professjonali għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligu tagħhom li jipprovdu lill-bejjiegħ b’informazzjoni preċiża?
Tweġiba
f'konformità mal-Artikolu 44a(1)(b) tal-BRRD, il-bejgħ ta’ SELs lil klijenti konsumaturi jista’ jseħħ biss jekk il-bejjiegħ ikun sodisfatt li tali obbligazzjonijiet huma adattati għal dak il-klijent konsumatur wara li jkun wettaq test ta’ adegwatezza f'konformità mal-Artikolu 25(2) tal-MiFID (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 15 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020).
f'konformità mal-Artikolu 44a(2) tal-BRRD, il-bejjiegħ irid jiżgura li l-investimenti tal-klijenti konsumaturi fl-SELs ma jaqbżux ċerti limiti.
Għalhekk, jekk l-informazzjoni pprovduta mill-klijent konsumatur ma tkunx preċiża jew suffiċjenti biex twettaq jew it-test tal-adegwatezza jew il-verifika tal-limiti msemmija fl-Artikolu 44a(2) tal-BRRD, jenħtieġ li l-bejjiegħ ma jitħalliex jipproċedi bil-bejgħ ta’ SELs lil klijent konsumatur.
Ir-regoli ta’ adegwatezza ma jipprevedux sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti fuq klijenti konsumaturi. Il-bejjiegħ jeħtieġ li jieħu l-passi raġonevoli kollha biex jiżgura li l-informazzjoni miġbura dwar il-klijenti fir-rigward tal-valutazzjoni tal-adegwatezza tkun affidabbli. Dan jinkludi l-iżgurar li:
|
— |
l-klijenti jkunu konxji tal-importanza li jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata, |
|
— |
l-għodod kollha biex jiġu vvalutati l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent huma adatti għall-iskop tagħhom u huma mfassla b’mod xieraq biex jintużaw mal-klijenti tagħhom, |
|
— |
l-mistoqsijiet x’aktarx jinftiehmu mill-klijenti, u |
|
— |
jittieħdu passi biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-informazzjoni tal-klijent, pereżempju billi jiġi kkunsidrat jekk hemmx ineżattezzi ovvji. |
L-Artikolu 54 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/565 (11) jindika wkoll il-konsegwenzi f’każijiet fejn id-ditta ma tirċevix l-informazzjoni meħtieġa: id-ditta ma tridx tirrakkomanda servizzi ta’ investiment jew strumenti finanzjarji lill-klijent jew lill-klijent potenzjali.
Barra minn hekk, il-linji gwida tal-ESMA (12) dwar ċerti aspetti tal-valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ MiFID jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar kif l-awtovalutazzjoni mill-klijenti għandha tiġi kontrobilanċjata minn kriterji oġġettivi mid-ditti:
“(…) id-ditti għandhom bżonn jieħdu passi raġonevoli biex jivverifikaw l-affidabbiltà, il-preċiżjoni u l-konsistenza tal-informazzjoni li tinġabar dwar il-klijenti. Id-ditti jibqgħu responsabbli biex jiżguraw li jkollhom l-informazzjoni neċessarja biex iwettqu valutazzjoni tal-adattament. F’dan ir-rigward, kwalunkwe ftehim li jiġi ffirmat mill-klijent, jew divulgazzjoni li ssir mid-ditta, li jkollha l-għan li tillimita r-responsabbiltà tad-ditta fir-rigward tal-valutazzjoni tal-adattament, ma jitqiesx bħala konformi mar-rekwiżiti rilevanti fil-MiFID II u fir-Regolament Delegat relatat.”
27. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
f'konformità mal-Artikolu 44a(2), il-bejjiegħ ta’ SELs għandu jiżgura li l-investiment fl-SELs minn klijent konsumatur ma jaqbiżx ċertu limitu tal-portafoll tal-istrumenti finanzjarji tiegħu.
f'konformità mal-Artikolu 44a(4), il-portafoll tal-istrumenti finanzjarji tal-klijent konsumatur jinkludi depożiti ta’ flus kontanti u strumenti finanzjarji, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe strument finanzjarju li jkun ingħata bħala kollateral. It-terminu “strument finanzjarju li jkun ingħata bħala kollateral” jinkludi strumenti finanzjarji li l-klijent ikun ta bħala kollateral, jew ukoll strumenti finanzjarji li l-klijent ikun irċieva bħala kollateral?
Tweġiba
It-tifsira ta’ “kollateral mogħti” fl-Artikolu 44a(4) tirreferi għal strumenti finanzjarji mogħtija bħala kollateral lill-klijent konsumatur.
L-istrumenti finanzjarji mogħtija bħala kollateral minn parti terza lill-klijent konsumatur għandhom jiġu esklużi mill-portafoll tal-istrumenti finanzjarji tagħhom għall-fini tal-limiti għaż-żamma ta’ SELs f'konformità mal-Artikolu 44a(2). Jekk ikun hemm telf fuq dawk l-istrumenti finanzjarji, dan ma jaffettwax direttament is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klijent konsumatur, peress li l-istrumenti mogħtija bħala kollateral huma biss titolu sottostanti li jiggarantixxi d-dejn tal-parti terza lejn il-klijent konsumatur. Għalhekk, il-kollateral mogħti lill-klijent konsumatur għandu jiġi eskluż mill-portafoll tal-istrumenti finanzjarji għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti permessi fl-investimenti fl-SELs.
Madankollu, l-istrumenti finanzjarji mogħtija mill-klijent konsumatur bħala kollateral biex jiggarantixxi d-dejn proprju tiegħu ma’ parti terza ma għandhomx jiġu esklużi mill-portafoll finanzjarju ta’ klijent konsumatur, peress li kwalunkwe telf fuq dawk l-istrumenti jiġi assunt direttament mill-klijent konsumatur. Dawk l-istrumenti se jkollhom jiġu rritornati lill-klijent konsumatur ladarba d-dejn tal-klijent konsumatur lejn parti terza jkun estint. Għalhekk, il-kollateral mogħti mill-klijent konsumatur huwa rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti permessi fl-investimenti fl-SELs.
28. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
L-għażliet tal-paragrafi 1 sa 4 u l-paragrafu 5 tal-Artikolu 44a jistgħu jiġu kkombinati meta l-BRRD tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali? Pereżempju, l-ammont minimu ta’ denominazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 jista’ jissaħħaħ aktar bil-kundizzjoni addizzjonali tal-investiment li ma jaqbiżx 10 % tal-portafoll ta’ investiment totali, kif imsemmi fil-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 44a?
Tweġiba
Il-premessa (16) tad-Direttiva (UE) 2019/879 tiċċara li jenħtieġ li l-Artikolu 44a(1) sa (4) u l-Artikolu 44a(5) tal-BRRD ma jiġux trasposti b’mod kumulattiv, iżda tistipula żewġ għażliet alternattivi. Madankollu, biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri konsumaturi, Stat Membru jista’ jipprevedi ammont ogħla għad-denominazzjoni minima ta’ SELs minn EUR 50 000 jekk jagħżel li jittrasponi l-Artikolu 44a(5) (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 16 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020).
29. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
L-ammont nominali minimu ta’ denominazzjoni ta’ mill-inqas EUR 50 000 imsemmi fl-Artikolu 44a(5) huwa relatat ma’ obbligazzjoni waħda jew ma’ grupp ta’ obbligazzjonijiet (bħala valur għal kull pakkett)?
Tweġiba
Ir-regola ta’ denominazzjoni minima tapplika għal kull strument finanzjarju uniku li jikkwalifika bħala SEL. Il-raġunament wara din ir-regola huwa previst fil-Premessa (16) tad-Direttiva (UE) 2019/879:
“Sabiex jiġi żgurat li l-investituri individwali ma jinvestux eċċessivament f’ċerti strumenti ta’ dejn li huma eliġibbli għall-MREL, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ammont ta’ denominazzjoni minima ta’ tali strumenti jkun relattivament għoli (…) (enfasi miżjuda).”
30. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
Jekk Stat Membru jagħżel li jittrasponi l-paragrafu 6 tal-Artikolu 44a, ma jkunx permess li jittrasponi wkoll ir-rekwiżiti fil-paragrafi 1, 2(a), 3 u 4 ta’ dak l-istess Artikolu?
Tweġiba
L-għażla prevista fl-Artikolu 44a(6) hija disponibbli biss jekk jintlaħaq il-limitu ta’ EUR 50 biljun previst fih (ara l-mistoqsija 19 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020). Taħt dik l-għażla, l-Istat Membru jrid japplika biss ir-rekwiżit minimu ta’ investiment inizjali ta’ EUR 10 000 imsemmi fil-punt (b) fl-Artikolu 44a(2), flimkien mar-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tal-investitur previsti fil-MiFID.
Madankollu, dak l-Istat Membru jista’ japplika ċerti rekwiżiti addizzjonali previsti fl-Artikolu 44a(1) sa (5), eż. it-test tal-adegwatezza msemmi fl-Artikolu 44a(1) jew regola ta’ denominazzjoni minima għal SELs inqas minn EUR 50 000. Dan huwa ġġustifikat bir-raġunament li l-Artikolu 44a(6) jipprevedi protezzjoni aktar baxxa tal-klijenti konsumaturi meta mqabbla maż-żewġ alternattivi ewlenin disponibbli fl-Artikolu 44a(1) sa (4) u l-Artikolu 44a(5).
Fl-istess ħin, din l-għażla jeħtieġ li tiġi applikata flimkien ma’ waħda mill-għażliet imsemmija fl-Artikolu 44a(1) sa (4) jew l-Artikolu 44a(5) għal SELs maħruġa minn entitajiet stabbiliti fi Stat Membru ieħor li ma jibbenefikawx mit-trattament previst fl-opzjoni msemmija fl-Artikolu 44a(6) (ara l-mistoqsija 12 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020).
31. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
Jekk Stat Membru jagħżel li jittrasponi l-Artikolu 44a(6) tal-BRRD, kwalunkwe klijent li jixtieq jixtri SEL ikun klijent f'konformità mal-Artikolu 44a(2)(b)?
Tweġiba
Jekk ix-xerrej ta’ SELs ma jkunx klijent konsumatur kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tal-MiFID, l-Artikolu 44a(6) ma japplikax, peress li l-bejgħ lil klijenti li mhumiex klijenti konsumaturi ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 44a(1) li minnu jidderoga l-Artikolu 44a(6). Barra minn hekk, japplikaw ukoll ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-investituri stabbiliti fil-MiFID.
32. Mistoqsija (l-Artikolu 44a)
Fl-Artikolu 44a(6), il-limitu ta’ EUR 50 biljun għandu jiġi kkalkulat b’referenza għall-valur tal-assi totali tal-entitajiet qabel ir-riżoluzzjoni, fil-mument tad-dħul f’riżoluzzjoni, jew fil-mument tal-ħruġ ta’ SELs?
Tweġiba
L-Artikolu 44a(6) tal-BRRD jipprevedi għażla speċifika għal traspożizzjoni aktar limitata, maħsuba għall-Istati Membri bi swieq żgħar u inqas likwidi kif rifless fil-limitu ta’ EUR 50 biljun previst minnu. Dan il-limitu għandu jiġi vvalutat mill-Istat Membru fil-mument tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/879. Billi din l-għażla tat-traspożizzjoni hija soġġetta għall-kundizzjonalità tal-limitu, għalhekk, huwa d-dmir tal-Istati Membri li jimmonitorjaw u jivvalutaw regolarment jekk is-swieq tagħhom jilħqux il-limitu ta’ EUR 50 biljun u jekk l-użu tal-għażla prevista fl-Artikolu 44a(6) tal-BRRD għadux iġġustifikat. Jekk il-limitu ma jibqax jintlaħaq, dak l-Istat Membru għandu jagħżel bejn iż-żewġ possibbiltajiet alternattivi ewlenin għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 44a tal-BRRD u jistabbilixxu dawk ir-regoli fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara l-mistoqsija 20 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020).
G. Mistoqsijiet relatati mar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
(a) Obbligazzjonijiet eliġibbli
33. Mistoqsija (l-Artikolu 45b u 45f)
L-Artikoli 45b u 45f tal-BRRD jispeċifikaw rispettivament il-kriterji ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni u għas-sussidjarji ta’ entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma nfushom mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni. X’inhuma l-kriterji ta’ eliġibbiltà li japplikaw għal entitajiet li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi l-istralċ tagħhom skont proċeduri normali ta’ insolvenza? Kif għandhom jiġu ttrattati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 104a tas-CRD meta tiġi ddeterminata l-mira tal-MREL għal dawk l-entitajiet meta tali rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali ma jkunux ġew stabbiliti fuq bażi individwali għal dik l-entità?
Tweġiba
Il-BRRD tipprevedi biss żewġ settijiet ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà għall-finijiet tal-konformità mal-MREL:
|
— |
L-Artikolu 45b(1) sa (3) tal-BRRD jistabbilixxi l-kriterji ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni, u |
|
— |
L-Artikolu 45f(2) tal-BRRD jistabbilixxi l-kriterji ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ entità minn pajjiż terz imma li huma stess mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni. |
Fin-nuqqas ta’ kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà għal entitajiet li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi l-istralċ tagħhom f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45c(2) tal-BRRD, jenħtieġ li dawk iż-żewġ settijiet ta’ kriterji japplikaw kif xieraq. Għal entitajiet li mhumiex sussidjarji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni, japplikaw il-kriterji fl-Artikolu 45b(1) sa (3) tal-BRRD. Dan huwa rilevanti għall-entitajiet li huma impriżi prinċipali, mhumiex parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata, jew huma sussidjarji ta’ impriża prinċipali li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħha jipprevedi wkoll l-istralċ tagħha. Għal entitajiet li huma sussidjarji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni, għandhom japplikaw il-kriterji fl-Artikolu 45f(2) tal-BRRD.
F’kull każ, il-kriterji ta’ eliġibbiltà għandhom jiġu applikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Pereżempju, għal entitajiet li mhumiex sussidjarji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni, il-kriterju fl-Artikolu 72b(2)(b)(i) tas-CRR (applikabbli permezz tal-Artikolu 45b(1) tal-BRRD), li ma jippermettix li obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu proprjetà ta’ entitajiet inklużi fl-istess grupp ta’ riżoluzzjoni, jista’ ma japplikax, peress li f’dan il-każ l-entità ta’ likwidazzjoni mhijiex parti minn grupp ta’ riżoluzzjoni. Bl-istess mod, għal entitajiet li huma sussidjarji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni, ir-restrizzjonijiet fl-Artikolu 45f(2) tal-BRRD fuq is-sjieda ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli mill-entità ta’ riżoluzzjoni u minn azzjonisti eżistenti u ta’ fondi proprji minn partijiet terzi mhumiex rilevanti. F’dawk is-sitwazzjonijiet, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta’ riżoluzzjoni mhijiex applikabbli, peress li s-sussidjarja se tiġi stralċjata f’każ ta’ falliment.
Meta l-awtorità kompetenti ma tkunx imponiet rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 104a tas-CRD fuq l-istess bażi li fuqha se tittieħed id-deċiżjoni tal-MREL, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li r-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali għal dik l-entità huma żero. Madankollu, jekk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jikkunsidraw li t-twaqqif tal-MREL li jikkunsidra biss ir-rekwiżiti prudenzjali applikabbli fuq bażi individwali ma jirreflettix biżżejjed, fost l-oħrajn, il-mudell ta' negozju jew il-profil tar-riskju tal-entità kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 45c(1) BRRD, huma jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 45c(2) BRRD, jivvalutaw jekk l-MREL għandux ikun limitat għall-ammont ta’ assorbiment tat-telf u jżidu l-MREL biex jirrifletti b’mod adegwat il-parti rilevanti tar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali konsolidati stabbilit mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 104a CRD. Ara wkoll it-tweġiba gaħll-mistoqsija 35 inkluża fl-Anness tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru (13).
34. Mistoqsija (l-Artikolu 45b)
X’inhi l-interazzjoni, jekk hemm, bejn it-tnaqqis possibbli tar-rekwiżit tat-TLOF ta’ 8 % fl-Artikolu 45b(4) tal-BRRD u l-provvediment possibbli biex jintużaw obbligazzjonijiet superjuri sa 3.5 % biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit minimu tat-TLAC previst fl-Artikolu 72b(3) tas-CRR? Huwa l-każ li għal G-SIIs it-tnejn li huma dejjem iridu jingħataw flimkien, anki jekk parzjalment biss għall-allowance, jekk il-valutazzjoni tal-NCWO tippermettiha?
Tweġiba
L-allowance biex jintużaw obbligazzjonijiet superjuri sa 3.5 % tat-TREA biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit minimu tat-TLAC previst fl-Artikolu 72b(3) tas-CRR u t-tnaqqis tar-rekwiżit ta’ subordinazzjoni minima msemmi fl-Artikolu 45b(4) tal-BRRD jistgħu jingħataw flimkien.
Ir-raġunijiet kemm għall-allowance kif ukoll għat-tnaqqis huma l-istess, jiġifieri l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 72b(3) tas-CRR, li jirreferu għan-nuqqas ta’ riskju ta’ ksur tal-prinċipju tal-NCWO. Madankollu, l-allowance u t-tnaqqis japplikaw għal rekwiżiti differenti, li jistgħu jissarrfu f’ammonti nominali differenti. Għalhekk huwa possibbli li, filwaqt li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 72b(3) tas-CRR jistgħu jiġu ssodisfati għal rekwiżit wieħed, dawn jistgħu ma jiġux issodisfati, jew jistgħu jiġu ssodisfati parzjalment biss, għar-rekwiżit l-ieħor.
Għalhekk, filwaqt li l-allowance u t-tnaqqis jistgħu tabilħaqq jingħataw għall-fini kemm tal-konformità mar-rekwiżit minimu tat-TLAC f'konformità mal-Artikolu 92a tas-CRR kif ukoll għad-determinazzjoni tal-livell ta’ subordinazzjoni applikabbli f'konformità mal-Artikolu 45b(4) tal-BRRD, rispettivament, il-BRRD ma teħtieġx li dawn għandhom jingħataw flimkien. Il-kundizzjonijiet statutorji applikabbli msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 72b(3) tas-CRR iridu jiġu ssodisfati fiż-żewġ każijiet.
35. Mistoqsija (l-Artikolu 45b)
Il-BRRD issa tuża esklussivament l-espressjoni “total tal-obbligazzjonijiet, inklużi l-fondi proprji”, filwaqt li qabel l-Artikolu 45(1) tal-BRRD I kien juża l-espressjoni “total tal-obbligazzjonijiet u tal-fondi proprji”. Din il-bidla kienet esklussivament semantika jew tirrappreżenta bidla materjali dwar kif għandhom jiġu kkalkulati l-ammonti?
Tweġiba
Fil-verżjoni Ingliża tal-BRRD I, l-Artikolu 45(1) kien jinkludi l-espressjoni “total tal-obbligazzjonijiet u tal-fondi proprji”, iżda dan il-lingwaġġ ġie sostitwit bid-Direttiva (UE) 2019/879. Bid-Direttiva (UE) 2019/879, il-lingwaġġ sar konsistenti mal-bqija tad-dispożizzjonijiet tal-BRRD I u tal-BRRD kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/879 fejn tintuża l-espressjoni “total tal-obbligazzjonijiet, inklużi l-fondi proprji”. Din il-bidla ma tbiddilx it-tifsira ta’ din l-espressjoni, li, għalhekk, għandha tinqara bl-istess mod fil-BRRD kollha.
(b) Determinazzjoni tal-MREL
36. Mistoqsija (l-Artikolu 45c)
Tikkonferma li l-espressjoni “funzjonijiet ekonomiċi kritiċi” użata fl-Artikolu 45c mhijiex terminu ġdid u li għandha l-istess tifsira bħal “funzjonijiet kritiċi”, diġà użata u definita f’dispożizzjonijiet oħra tal-BRRD?
Tweġiba
L-espressjoni “funzjonijiet ekonomiċi kritiċi” użata fit-tmien subparagrafu tal-Artikolu 45c(3) u t-tmien subparagrafu tal-Artikolu 45c(7) għandhom jinqraw bl-istess mod bħall-espressjoni “funzjonijiet kritiċi” użata fil-BRRD kollha kif definita fl-Artikolu 2(1)(35).
37. Mistoqsija (l-Artikolu 45c)
L-Artikolu 45c(2) jirrikjedi li, meta l-istralċ ikun l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni preferuta, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha “tivvaluta jekk ikunx iġġustifikat li jiġi limitat” l-MREL tagħhom għall-ammont ta’ assorbiment tat-telf.
Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta li mhuwiex ġustifikat li jiġi limitat l-MREL ta’ dawk l-entitajiet għall-ammont ta’ assorbiment tat-telf, huwa korrett li l-Artikolu 45c(2) ma jeħtieġx li l-istrateġija fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tinbidel minn likwidazzjoni għal riżoluzzjoni, iżda minflok jippermetti lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tistabbilixxi rekwiżit MREL ogħla mill-ammont ta’ assorbiment tat-telf?
Tweġiba
It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 45c(2) jipprovdu kif jiġi ddeterminat l-MREL għal entitajiet li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi l-istralċ tagħhom f’każ ta’ falliment.
Skont dik id-dispożizzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni hija meħtieġa tivvaluta jekk, għal dawk l-entitajiet, huwiex iġġustifikat li l-MREL jiġi limitat għall-ammont ta’ assorbiment ta’ telf imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(2). F’dik il-valutazzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeħtieġu, b’mod partikolari, li jevalwaw kwalunkwe impatt possibbli ta’ tali MREL fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq ir-riskju ta’ kontaġju għas-sistema finanzjarja. Jekk, wara dik il-valutazzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkonkludi li mhuwiex ġustifikat li jiġi limitat l-MREL ta’ dawk l-entitajiet għall-ammont ta’ assorbiment tat-telf, hija tista’ tiddetermina MREL ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-Artikolu 45c(3)(a)(i) u (b)(i) jew f'konformità mal-Artikolu 45c(7)(a)(i) u (b)(i). Ara wkoll il-Mistoqsija 37 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020 (14).
38. Mistoqsija (l-Artikolu 45c)
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45c(2) jirrikjedi li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jivvalutaw jekk huwiex ġustifikat li jiġi limitat l-MREL għal entitajiet li għandhom jiġu stralċjati skont proċeduri normali ta’ insolvenza għall-ammont ta’ assorbiment tat-telf. It-tielet subparagrafu ta’ dik id-dispożizzjoni jeħtieġ ukoll li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jikkunsidraw kwalunkwe impatt possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq ir-riskju ta’ kontaġju għas-sistema finanzjarja.
Din il-valutazzjoni għandha ssir permezz tal-użu ta’:
|
— |
approċċ ġenerali li bih jiġi kkomputat suppliment uniku u mbagħad jiżdied mal-ammont ta’ assorbiment tat-telf ta’ kull entità ppjanata li tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza taħt il-mandat tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni rispettiva, jew |
|
— |
approċċ speċifiku fejn id-deċiżjonijiet biex jiġi stabbilit suppliment u l-kalibrazzjoni tiegħu jittieħdu fuq bażi ta’ każ b’każ? |
Tweġiba
It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 45c(2), li jipprevedu kif jiġi ddeterminat l-MREL għal entitajiet li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi l-istralċ tagħhom f’każ ta’ falliment jenħtieġ li jiġu applikati fuq bażi ta’ każ b’każ. Dan huwa l-prinċipju sottostanti ġenerali għad-dispożizzjonijiet tal-BRRD dwar id-determinazzjoni tal-MREL.
Dan ma jippreġudikax il-possibbiltà li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom politiki interni dwar din il-kwistjoni, li mbagħad jiġu applikati għall-każijiet individwali.
39. Mistoqsija (l-Artikolu 45c)
Meta jiġi kkalkolat l-ammont tar-rikapitalizzazzjoni, huwa legalment possibbli li jiġu stabbiliti limiti massimi stretti għat-tnaqqis possibbli tat-TREA u t-TEM wara riżoluzzjoni għall-finijiet tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45c(3), jew għandhom dejjem jiġu kkalkolati t-TREA u t-TEM abbażi tat-tnaqqis de facto tal-karta tal-bilanċ b’kont meħud tal-ammont ta’ assorbiment tat-telf?
Tweġiba
f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(3), l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni għandu jirrestawra l-konformità mar-rekwiżiti totali tal-fondi proprji u tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-entità wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta.
Meta jiġi stabbilit l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni bħala parti mill-kalibrazzjoni tal-MREL, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45c(3) jeħtieġ li t-TREA u t-TEM jiġu aġġustati għal kwalunkwe bidla li tirriżulta minn azzjoni ta’ riżoluzzjoni prevista fil-pjan ta’ riżoluzzjoni (jiġifieri d-deċiżjoni li istituzzjoni titqiegħed f’riżoluzzjoni, l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju ta’ setgħa ta’ riżoluzzjoni waħda jew aktar, kif definit fl-Artikolu 2(1)(40)).
Dan jimplika li kwalunkwe aġġustament għall-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni għandu jsir fuq bażi ta’ każ b’każ u jkun konsistenti ma’ kwalunkwe bidla li tirriżulta minn azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni ppjanati. Fil-mument tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni u l-kalibrazzjoni tal-MREL, l-aġġustament għall-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni jrid ikun ibbażat fuq stimi tal-ħtiġijiet għal rikapitalizzazzjoni wara r-riżoluzzjoni (jiġifieri stimi ta’ kwalunkwe żieda jew tnaqqis fid-daqs totali tal-karta tal-bilanċ u skattaturi oħra għal bidliet fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-entità u r-rekwiżiti tal-proporzjon ta’ ingranaġġ wara r-riżoluzzjoni). Għalhekk, l-applikazzjoni tal-Artikolu 45c(3) b’mod li huwa konsistenti mal-intenzjoni leġiżlattiva u l-istruttura tar-rekwiżit tal-MREL timplika li, meta jiġi kkalkolat l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni, it-telf mistenni f’riżoluzzjoni li jwassal għal tnaqqis fil-karta tal-bilanċ, kif imsemmi fil-punt (a) tal-ħames subparagrafu, huwa ekwivalenti għall-ammont ta’ assorbiment tat-telf ikkalkulat skont il-punti (a)(i) u (b)(i) tal-ewwel subparagrafu.
40. Mistoqsija (l-Artikolu 45c)
Skont il-paragrafi 3 u 7 tal-Artikolu 45c, il-kalibrazzjoni tal-MREL estern u tal-MREL intern hija identika. Għall-entitajiet fil-mandat ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni, huwa legalment possibbli għal dik l-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tinkludi biss f’każijiet speċifiċi l-bafer għall-fiduċja tas-suq imsemmi fis-sitt subparagrafu ta’ dawk id-dispożizzjonijiet (eż. b’rikors għal kriterji relatati mad-dipendenza tas-sussidjarja fuq il-finanzjament bl-ingrossa)?
Tweġiba
Meta jiġu kkalibrati kemm ir-rekwiżit tal-MREL estern kif ukoll dak intern, l-Artikolu 45c(3) u (7) jipprevedi li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha s-setgħa li żżid l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni meta kkalkulat abbażi tat-TREA b’ammont suffiċjenti biex tiġi sostnuta l-fiduċja fis-suq. Skont dawk id-dispożizzjonijiet, din hija setgħa diskrezzjonali, li għandha tiġi applikata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ. Dan ma jippreġudikax il-possibbiltà li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom politiki interni dwar din il-kwistjoni, li mbagħad jiġu applikati għall-każijiet individwali.
41. Mistoqsija (l-Artikolu 45c)
Tista’ tiċċara kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 45c(6) meta tivvaluta jekk tapplikax ir-rekwiżiti fil-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu għal entità ta’ riżoluzzjoni li mhijiex G-SII, parti minn G-SII jew bank tal-ogħla livell?
Tweġiba
Meta jiġi deċiż jekk għandhomx jiġu applikati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45c(5) għal entità ta’ riżoluzzjoni li mhijiex G-SII, parti minn G-SII jew parti minn grupp ta’ riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu huma ogħla minn EUR 100 biljun (bank tal-ogħla livell), il-fattur ewlieni fid-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni huwa l-valutazzjoni li l-entità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata hija raġonevolment probabbli li toħloq riskju sistemiku fil-każ ta’ falliment.
Minbarra din il-valutazzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni hija meħtieġa wkoll li tqis il-kriterji li ġejjin:
|
— |
il-prevalenza ta’ depożiti u n-nuqqas ta’ strumenti ta’ dejn fil-mudell ta’ finanzjament; |
|
— |
il-punt sa fejn l-aċċess għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli jkun limitat; |
|
— |
il-punt sa fejn l-entità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata tiddependi fuq il-kapital CET1 biex tissodisfa l-MREL tagħha. |
Meta wieħed iqis li d-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni timplika li l-entità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata ser tkun soġġetta għal rekwiżiti aktar stretti f’termini ta’ kalibrazzjoni tal-MREL (l-Artikolu 45c(5) u s-subordinazzjoni (l-Artikolu 45b(4), (7) u (8)), dawn il-kriterji jgħinu biex jiġi żgurat li tali deċiżjoni tkun proporzjonata għall-objettivi segwiti u tqis il-karatteristiċi tal-entità kkonċernata. Għalhekk, jista’ jitqies li, meta l-kriterji msemmija hawn fuq jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ entità ta’ riżoluzzjoni (jiġifieri l-prevalenza tad-depożiti fil-finanzjament, l-aċċess limitat għas-swieq tad-dejn, id-dipendenza fuq is-CET1 biex jiġi ssodisfat l-MREL), jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tapplikax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45c(5) għal tali entità jekk dan iwassal għal rekwiżit tal-MREL sproporzjonat. Din il-konklużjoni ma għandhiex tkun awtomatika u tiddependi fuq is-sitwazzjoni speċifika tal-każ konkret.
It-tliet kriterji msemmija hawn fuq jistgħu jinstabu wkoll fl-Artikolu 45m(7), fejn jintużaw biex jiddeterminaw, b’mod ġenerali, tul proporzjonat tal-perjodi tranżitorji. Il-kriterji tal-Artikolu 45m(7) huma msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45m(1) u jirrigwardaw ukoll l-iffissar ta’ perjodi tranżizzjonali li jintemmu wara l-1 ta’ Jannar 2024. Madankollu, f’din id-deċiżjoni speċifika li jiġi estiż il-perjodu tranżizzjonali lil hinn mill-1 ta’ Jannar 2024, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni huma meħtieġa wkoll iqisu dan li ġej:
|
— |
l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità; |
|
— |
il-prospett li l-entità se tkun tista’ tiżgura l-konformità f’perjodu ta’ żmien raġonevoli mal-MREL u l-komponent tas-subordinazzjoni tiegħu; |
|
— |
il-kapaċità li jissostitwixxu obbligazzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji rilevanti ta’ eliġibbiltà jew ta’ maturità u, jekk ma jkunux jistgħu, jekk dik l-inabbiltà hijiex ta’ natura idjosinkratika jew hijiex dovuta għal tfixkil fis-suq kollu. |
Għalhekk, l-istabbiliment ta’ perjodi tranżizzjonali li jintemmu wara l-1 ta’ Jannar 2024 skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45m(1) ma jipprevjenix bħala tali lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni milli tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45c(5) għal dik l-istess entità ta’ riżoluzzjoni. Bl-istess mod, l-entità ta’ riżoluzzjoni li għaliha ġew applikati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45c(5) jista’ jkollha perjodu tranżizzjonali li jintemm wara l-1 ta’ Jannar 2024 kif determinat f'konformità mal-Artikolu 45m(7).
42. Mistoqsija (l-Artikolu 45c)
Għall-finijiet tal-Artikolu 45c(10), l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin jew l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jirrikjedu l-informazzjoni neċessarja mill-istituzzjoni kkonċernata?
Tweġiba
L-Artikolu 45c(1) jiċċara li r-rekwiżit tal-MREL li l-kalibrazzjoni tiegħu hija dettaljata fil-paragrafi li ġejjin tal-Artikolu 45c irid jiġi ddeterminat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, biex ikunu jistgħu jikkalibraw ir-rekwiżit tal-MREL, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom il-kapaċità li jirrikjedu l-informazzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-kompiti skont il-BRRD, f'konformità mal-Artikoli 3(4) u 90(1).
(c) Determinazzjoni tal-MREL għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ G-SIIs
43. Mistoqsija (l-Artikolu 45d)
X’inhi t-tifsira tal-espressjoni “parti minn G-SII” fl-Artikolu 45d(1)?
Tweġiba
G-SIIs huma definiti fl-Artikolu 2(1)(83c) tal-BRRD b’kontroreferenza għall-Artikolu 4(1)(133) tas-CRR. Din l-aħħar dispożizzjoni tiddefinixxi G-SIIs bħala dawk li huma identifikati f'konformità mal-Artikolu 131(1) u (2) tas-CRD. L-Artikolu 131(1) tas-CRD jirrikjedi li l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet inkarigati mill-identifikazzjoni, fuq bażi konsolidata, tal-G-SIIs fil-ġurisdizzjoni tagħhom. L-Artikolu 131(2) jipprevedi metodoloġija għal dan il-għan.
L-Artikolu 131(1) tas-CRD jipprevedi li l-G-SIIs iridu jkunu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
a) |
grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpanija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE; jew |
|
b) |
istituzzjoni li mhijiex sussidjarja ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE. |
Il-possibbiltà msemmija fil-punt b) hawn fuq ġiet inkluża biex tkopri każ teoretiku fejn G-SII huwa bank awtonomu. Għalhekk, l-entità ta’ riżoluzzjoni li hija “parti minn G-SII” hija entità li mhijiex G-SII innifisha skont il-punt (b) tal-Artikolu 131(1) tas-CRD, iżda hija parti mill-konsolidazzjoni prudenzjali tal-G-SII f’konformità mal-punt (a) ta’ dik id-dispożizzjoni. Fil-prattika, dan isir rilevanti meta mhux biss l-entità msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 131(1) tas-CRD, iżda wkoll entità oħra mill-grupp tal-G-SIIs tkun ġiet identifikata bħala entità ta’ riżoluzzjoni, jiġifieri fejn tiġi segwita strateġija ta’ riżoluzzjoni ta’ MPE. F’dan il-każ, iż-żewġ entitajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 45d tal-BRRD.
44. Mistoqsija (l-Artikoli 45d u 45h)
X’inhi “entità ta’ G-SII waħda li tappartjeni għall-istess G-SII” kif imsemmi fl-Artikoli 45d(4) u 45h(2) tal-BRRD?
Tweġiba
Il-G-SIIs huma definiti fl-Artikoli 2(1)(83c) tal-BRRD, u 4(1)(133) tas-CRR b’referenza għall-Artikolu 131(1) u (2) tas-CRD.
L-Artikolu 4(1)(136) tas-CRR jiddefinixxi entità G-SII bħala “entità b’personalità ġuridika li hija G-SII jew li hija parti minn G-SII jew ta’ G-SII mhux tal-UE”.
Dawn id-definizzjonijiet huma rilevanti meta jiġu applikati l-Artikolu 45d(4) u l-Artikolu 45h(2) tal-BRRD. Fil-prattika, dawn id-dispożizzjonijiet ikopru s-sitwazzjoni fejn grupp immexxi minn G-SII ikun fih aktar minn entità ta’ riżoluzzjoni waħda (tipikament, il-G-SII stess u entità waħda jew aktar), jiġifieri fejn tiġi segwita strateġija ta’ riżoluzzjoni ta’ MPE.
45. Mistoqsija (l-Artikolu 45d)
X’inhi t-tifsira tat-terminu “entità omm tal-Unjoni” fl-Artikolu 45d(4)(b)? Tirreferi għall-impriża prinċipali tal-Unjoni jew għall-istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni?
Tweġiba
L-“entità omm tal-Unjoni” msemmija fl-Artikolu 45d(4)(b) hija impriża prinċipali tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 2(1)(85).
(d) L-applikazzjoni ta’ MREL intern għal entitajiet li huma stess ma jkunux entitajiet ta’ riżoluzzjoni
46. Mistoqsija (l-Artikolu 45f)
Skont il-punt (ii) tal-Artikolu 45f(2)(a) tal-BRRD obbligazzjoni hija meħtieġa tissodisfa l-kriterji ta’ subordinazzjoni tal-Artikolu 72b(2)(d) tas-CRR sabiex tkun eliġibbli għal konformità mal-MREL intern.
Fl-istess ħin, il-punt (iii) tal-Artikolu 45f(2)(a) tal-BRRD jiddikjara li l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-MREL intern iridu “li jikklassifikaw, fi proċedimenti ta’ insolvenza normali, taħt l-obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjoni msemmija fil-punt (i) u li mhumiex eliġibbli għal rekwiżiti ta’ fondi proprji”.
Madankollu, il-kriterju fil-punt (i) mhuwiex relatat mal-klassifikazzjoni tal-insolvenza. Jirreferi għall-obbligazzjonijiet “li jinħarġu lil u jinxtraw mill-entità ta’ riżoluzzjoni direttament jew indirettament permezz ta’ entitajiet oħra f’dak l-istess grupp ta’ riżoluzzjoni li xtara l-obbligazzjonijiet mill-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu jew li jinħarġu lil u jinxtraw minn azzjonist eżistenti li mhuwiex parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni f'konformità mal-Artikoli 59 sa 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entitajiet ta’ riżoluzzjoni”. Għalhekk, l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 45f(2)(a) jista’ jkollhom virtwalment kwalunkwe klassifikazzjoni.
Huwa korrett li l-klassifikazzjoni implikata mill-punt (iii) tal-Artikolu 45f(2)(a) tal-BRRD tiddependi mill-klassifikazzjoni tal-istrumenti li ma jissodisfawx il-kriterju tal-punt (i) ta’ dik l-istess dispożizzjoni, jiġifieri li l-klassifikazzjoni meħtieġa għall-istrumenti MREL interni tiddependi mill-klassifikazzjoni tal-istrumenti li s-sussidjarja tkun fil-fatt ħarġet barra mill-grupp ta’ riżoluzzjoni? Dan jimplika li l-klassifikazzjoni meħtieġa biex jiġi ssodisfat l-MREL intern jeħtieġ li tiġi vvalutata għal kull istituzzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ.
Tweġiba
Il-qari kkombinat tal-punti (i), (ii) u (iii) tal-Artikolu 45f(2)(a) tal-BRRD jirriżulta fir-rekwiżiti li ġejjin relatati mal-klassifikazzjoni tal-insolvenza ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għal MREL intern:
|
— |
iridu jissodisfaw il-kriterju ta’ subordinazzjoni ġenerali tal-Artikolu 72b(2)(d) tas-CRR, jiġifieri subordinazzjoni għal obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) tas-CRR, bis-saħħa tal-punt (ii) tal-Artikolu 45f(2)(a) tal-BRRD; |
|
— |
iridu jissodisfaw kriterju ta’ subordinazzjoni addizzjonali bis-saħħa tal-punti (i) u (iii) tal-Artikolu 45f(2)(a) tal-BRRD, fis-sens li jridu jkunu subordinati għall-obbligazzjonijiet kollha li mhumiex eliġibbli għal MREL intern u li mhumiex fondi proprji. |
Ir-raġunament tar-rekwiżit ta’ subordinazzjoni speċifiku huwa li jiġi żgurat li l-obbligazzjonijiet eliġibbli għal MREL intern ma jikklassifikawx pari passu ma’ obbligazzjonijiet subordinati oħra li mhumiex eliġibbli għal MREL intern skont il-punt (i) tal-Artikolu 45f(2)(a). Dan se jtaffi r-riskji għall-pretensjonijiet tal-NCWO f’każ li l-obbligazzjonijiet eliġibbli għal MREL intern jiġu valwati negattivament jew konvertiti f'konformità mal-Artikolu 59(1)(a) u (1a) indipendentement mill-azzjoni ta’ riżoluzzjoni (jiġifieri fil-punt tan-nonvijabbiltà), peress li dawk l-obbligazzjonijiet eliġibbli biss jistgħu jitnaqqsu fil-valur jew jiġu kkonvertiti f’dak il-każ.
47. Mistoqsija (l-Artikolu 45f)
L-ammonti ta’ kapital CET1 u fondi proprji oħra msemmija fl-Artikolu 45f(2)(b) tal-BRRD huma netti mit-tnaqqis magħmul f'konformità mal-Artikoli 36, 56 u 66 tas-CRR?
Tweġiba
Għall-finijiet ta’ konformità kemm mal-MREL estern kif ukoll ma’ dak intern, ir-referenzi għal “fondi proprji” jenħtieġ li jiġu interpretati f'konformità mal-Artikolu 2(1)(38) tal-BRRD, li jagħmel referenza għad-definizzjoni pprovduta fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tas-CRR, soġġett għal kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali li ġiet speċifikata fil-BRRD, bħal dawk fil-punt (ii) tal-Artikolu 45f(2)(b).
F’dan il-kuntest, il-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tas-CRR jistipula li “fondi proprji” tfisser is-somma ta’ kapital tal-Grad 1 u ta’ kapital tal-Grad 2. Min-naħa tagħhom, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tas-CRR dwar il-kalkolu tal-kapital tal-Grad 1 (l-Artikolu 25) u l-kapital tal-Grad 2 (l-Artikolu 71) huma ċari li l-ammonti huma espressi wara t-tnaqqis imsemmi fl-Artikoli 56 u 66 tas-CRR, rispettivament.
Barra minn hekk, il-punt (68a) tal-Artikolu 2(1) tal-BRRD jiddefinixxi “kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni” b’kontroreferenza għall-Artikolu 50 tas-CRR, filwaqt li dan tal-aħħar jikkjarifika li l-kapital CET1 huwa kkalkolat nett mit-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 36 tas-CRR.
48. Mistoqsija (l-Artikolu 45f)
X’inhi d-differenza bejn il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 45f?
Tweġiba
Id-distinzjoni bejn il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 45f hija relatata mar-relazzjoni tas-sjieda bejn is-sussidjarja li għaliha jista’ jiġi rinunzjat l-MREL intern u l-kumpanija prinċipali intermedja jew aħħarija tagħha.
Il-paragrafu 3 jirreferi għall-possibbiltà li jiġi eżentat l-MREL intern meta s-sussidjarja u l-entità ta’ riżoluzzjoni jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru u jipprovdi l-kundizzjonijiet li jippermettu tali rinunzja.
Il-paragrafu 4 jirreferi għall-possibbiltà li jiġi eżentat l-MREL intern meta s-sussidjarja u impriża prinċipali intermedja jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru filwaqt li l-kumpanija prinċipali aħħarija (l-entità ta’ riżoluzzjoni) tkun tinsab fi Stat Membru differenti. Għalhekk, il-paragrafu 3 jipprovdi għal struttura ta’ sjieda diretta, filwaqt li l-paragrafu 4 jipprovdi għall-hekk imsejħa struttura ta’ “daisy chain” f’aktar minn Stat Membru wieħed.
49. Mistoqsija (l-Artikolu 45f)
f'konformità mal-Artikolu 45f, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tirrinunzja l-applikazzjoni tal-MREL intern f’żewġ każijiet:
|
— |
Meta l-entità ta’ riżoluzzjoni u s-sussidjarja jkunu t-tnejn stabbiliti fl-istess Stat Membru (il-paragrafu 3); |
|
— |
Meta s-sussidjarja u l-impriża prinċipali tagħha jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru, anki jekk l-entità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx stabbilita f’dak l-istess Stat Membru, dment li l-impriża prinċipali tikkonforma, fost l-oħrajn, mal-MREL intern subkonsolidat (il-paragrafu 4). |
Madankollu, fir-rigward tal-garanziji previsti fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 45f, l-għoti tagħhom huwa previst b’mod espliċitu mill-BRRD f’dik l-ewwel sitwazzjoni, jiġifieri, fejn l-entità ta’ riżoluzzjoni u s-sussidjarja jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru.
Mhuwiex ċar għaliex, fil-każ ta’ gruppi ta’ riżoluzzjoni transfruntiera, huwa possibbli li jingħataw eżenzjonijiet (li jistgħu jitqiesu bħala approċċ “aktar riskjuż”), iżda mhuwiex possibbli li tiġi permessa l-konformità mal-MREL intern b’garanzija (li huwa approċċ “inqas riskjuż”).
Huwa possibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ sussidjarja li tippermetti li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) jiġi ssodisfat kompletament jew parzjalment b’garanzija pprovduta mill-impriża prinċipali tagħha skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45f(5), anki jekk l-entità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx stabbilita fl-istess Stat Membru bħas-sussidjarja?
Tweġiba
L-Artikolu 45f(3) jirreferi għal eżenzjonijiet għal MREL intern f’sitwazzjoni ta’ sjieda diretta bejn sussidjarja u l-entità ta’ riżoluzzjoni fl-istess Stat Membru filwaqt li l-Artikolu 45f(4) jirreferi għal eżenzjonijiet għal MREL intern f’sitwazzjoni fejn is-sussidjarja u l-impriża prinċipali intermedja tagħha jkunu fl-istess Stat Membru, iżda l-entità ta’ riżoluzzjoni tista’ tkun jew ma tkunx f’dak l-istess Stat Membru.
Rigward il-possibbiltà li s-sussidjarja tissodisfa parzjalment jew kompletament l-MREL intern b’garanziji kollateralizzati (l-Artikolu 45f(5)), id-dispożizzjoni hija espliċita għas-sitwazzjoni ta’ sjieda diretta bejn sussidjarja u l-entità ta’ riżoluzzjoni fl-istess Stat Membru iżda ma tipprevedix dispożizzjoni ekwivalenti għas-sitwazzjoni fejn sussidjarja u l-impriża prinċipali intermedja tagħha jkunu fl-istess Stat Membru.
Madankollu, l-użu ta’ garanziji kollateralizzati biex jiġi ssodisfat l-MREL intern f’dan l-aħħar każ jenħtieġ li jkun possibbli wkoll. Jekk tista’ tintuża rinunzja bejn sussidjarja u l-impriża prinċipali intermedja tagħha fl-istess Stat Membru, bl-istess mod, jenħtieġ li garanzija kollateralizzata tkun disponibbli wkoll biex tintuża f’ċirkostanzi simili, speċjalment peress li tipprovdi aktar protezzjoni għas-sussidjarja meta tirċievi r-riżorsi rilevanti minn rinunzja sħiħa tar-rekwiżit tal-MREL.
50. Mistoqsija (l-Artikolu 45f)
Meta jiġi vvalutat il-kriterju għall-għoti ta’ eżenzjonijiet mir-rekwiżiti interni tal-MREL imsemmi fil-punt (b) tal-Artikoli 45f(3) u 45f(4) tal-BRRD jew għall-użu ta’ garanziji kollateralizzati f'konformità mal-Artikolu 45f(5), x’inhi l-mira tal-MREL li magħha għandha tiġi vvalutata l-konformità matul il-fażi ta’ akkumulazzjoni tal-MREL li tibqa’ għaddejja sal-2024? Il-konformità għandha tiġi vvalutata meta mqabbla mal-mira finali tal-MREL għall-2024 jew mal-mira intermedja għall-2022?
Matul kwalunkwe perjodu tranżitorju li jista’ jiġi stabbilit, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tippermetti li l-MREL intern jintlaħaq b’garanziji jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħra kollha (għajr il-konformità mal-mira tal-MREL estern)?
Tweġiba
Meta tiġi vvalutata l-konformità tal-entità ta’ riżoluzzjoni jew l-impriża prinċipali mar-rekwiżit tal-MREL fl-Artikoli 45e u 45(1), kif stipulat rispettivament fil-punt (b) tal-paragrafu 3 u 4 tal-Artikolu 45f, jenħtieġ li jitqiesu l-perjodi tranżitorji previsti fl-Artikolu 45m.
Għalhekk, qabel l-2024, il-konformità mal-paragrafi 3(b) u 4(b) tal-Artikolu 45f għandha tiġi vvalutata kontra l-mira vinkolanti intermedja determinata skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45m(1).
Dan ifisser li eżenzjoni interna tal-MREL tista’ tingħata lis-sussidjarja li mhijiex entità ta’ riżoluzzjoni, jekk l-entità ta’ riżoluzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha tikkonforma mar-rekwiżit intermedju fuq bażi konsolidata u l-kundizzjonijiet l-oħra kollha speċifikati fl-Artikolu 45f(3) jew (4) jiġu ssodisfati fil-mument tad-deċiżjoni ta’ eżenzjoni.
L-istess japplika fir-rigward tal-konformità mal-kundizzjoni fil-punt (b) tal-Artikolu 45f(3), meta tiġi vvalutata l-possibbiltà li l-MREL intern kollu jew parti minnu jiġi ssodisfat b’garanziji kollateralizzati f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45f(5).
51. Mistoqsija (l-Artikolu 45f)
L-Artikolu 45f(3) u (4) jelenkaw għadd ta’ kundizzjonijiet li jippermettu r-rinunzja tal-applikazzjoni tal-Artikolu 45f. Madankollu, mhuwiex ċar mit-test tad-direttiva jekk dawn il-kundizzjonijiet għandhomx jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv jew individwali.
Il-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 45f huma kumulattivi, jew jekk tiġi ssodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fihom huwa biżżejjed biex jippermettu r-rinunzja tal-applikazzjoni tal-Artikolu 45f għal sussidjarja li mhijiex entità ta’ riżoluzzjoni?
Tweġiba
Sabiex jiġi żgurat livell sodisfaċenti ta’ prudenza u salvagwardji meta tingħata eżenzjoni għall-MREL intern jew meta jiġi permess l-użu ta’ garanziji kollateralizzati, il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45f(3), (4) u (5) għandhom jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv.
52. Mistoqsija (l-Artikolu 45f)
Tista’ tispjega r-raġunament tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45f(5) għall-użu ta’ garanziji kollateralizzati biex jintlaħaq l-MREL intern?
Tweġiba
L-Artikolu 45f(5) jagħti s-setgħa lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ sussidjarja li tippermetti li l-MREL intern tagħha jiġi ssodisfat parzjalment jew kompletament b’garanzija pprovduta mill-entità ta’ riżoluzzjoni rispettiva meta l-entità ta’ riżoluzzjoni u s-sussidjarja jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru, ikunu parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni, u meta l-entità ta’ riżoluzzjoni tikkonforma mal-MREL estern tagħha (jekk jogħġbok ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 49 hawn fuq, għall-każijiet fejn sussidjarja u l-impriża prinċipali intermedja tagħha jkunu fl-istess Stat Membru).
L-Artikolu 45f(5) jistabbilixxi sett ta’ kundizzjonijiet li magħhom għandhom jikkonformaw il-garanziji sabiex jiġi żgurat li tali garanziji jistgħu jkunu effettivi fl-assorbiment tat-telf tas-sussidjarja u fir-rikapitalizzazzjoni tiegħu meta jiġu skattati, irrispettivament minn jekk l-entità ta’ riżoluzzjoni nnifisha hijiex f’riżoluzzjoni f’dak il-mument. Dawn il-kundizzjonijiet jipprovdu li:
|
— |
L-ammont tal-garanzija huwa ekwivalenti għall-ammont ta’ MREL intern li qed jissostitwixxi (il-punt (a)); |
|
— |
Il-garanzija tkun kollateralizzata mill-inqas sa 50 % tal-ammont garantit (il-punt (c)); |
|
— |
Il-garanzija hija soġġetta kemm għal skattaturi diskrezzjonarji (jiġifieri, determinazzjoni li s-sussidjarja ma għadhiex vijabbli – punt ta’ nonvijabbiltà) kif ukoll skattaturi awtomatiċi (jiġifieri inabbiltà li jitħallsu djun jew obbligazzjonijiet oħra hekk kif isiru dovuti), skont liema minnhom tiġi l-ewwel (il-punt (b)); |
|
— |
Il-kollateral finanzjarju biss kif definit fid-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) huwa aċċettat, jiġifieri, arranġamenti kollaterali finanzjarji bi trasferiment ta’ titlu jew arranġamenti dwar kollateral finanzjarju ta’ garanzija (rahan). Dan jiżgura protezzjoni msaħħa lid-detentur tal-kollateral, peress li skont it-termini ta’ dik id-direttiva dan il-kollateral huwa infurzabbli anki jekk l-entità ta’ riżoluzzjoni tkun insolventi jew titqiegħed f’riżoluzzjoni (il-punt (c)); |
|
— |
Il-kollateral huwa ta’ kwalità għolja (mhux gravat, soġġett għal telf impost) (il-punti (d) u (e)); |
|
— |
Il-maturità effettiva tal-kollateral tissodisfa l-istess kundizzjoni ta’ maturità bħall-obbligazzjonijiet eliġibbli (il-punt (f)); u |
|
— |
Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu għat-trasferiment tal-kollateral, inkluż f’każijiet fejn tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta’ riżoluzzjoni (il-punt (g)). |
53. Mistoqsija (l-Artikoli 45f u 45g)
Huwa korrett li jitqies li t-terminu “minnufih” kif użat fil-punt (c) tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 45f u fil-punt (f) tal-Artikolu 45g japplika mhux biss għat-trasferiment ta’ fondi proprji, iżda wkoll għar-ripagament tal-obbligazzjonijiet mill-entità ta’ riżoluzzjoni lis-sussidjarja.
Tweġiba
Il-kundizzjoni għall-għoti ta’ eżenzjoni għall-MREL intern imsemmi fil-paragrafi 3(c) u 4(c) tal-Artikolu 45f u fil-punt (f) tal-Artikolu 45g tiżgura li ma jkun hemm l-ebda impediment attwali jew prevedibbli (prattiku jew legali) kemm għat-trasferiment minnufih ta’ fondi proprji lis-sussidjarja kif ukoll għar-ripagament minnufih tal-obbligazzjonijiet tagħha mill-entità ta’ riżoluzzjoni jew mill-impriża prinċipali intermedja.
(e) Proċedura għad-determinazzjoni tal-MREL
54. Mistoqsija (l-Artikolu 45h)
L-Artikolu 45h(1) jiddikjara li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-entità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, fejn din tal-aħħar tkun differenti minn dik ta’ qabel, u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji ta’ grupp ta’ riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għar-rekwiżit fl-Artikolu 45f fuq bażi individwali għandhom jagħmlu dak kollu fis-setgħa tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta. Għal gruppi transfruntiera, ikun xieraq li tiġi inkluża dispożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta’ traspożizzjoni biex l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni tkun tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet rilevanti kollha?
Tweġiba
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 88(5) diġà jipprevedi li l-membri li jipparteċipaw fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jridu jikkooperaw mill-qrib. Dan l-obbligu jappartjeni għall-kompiti kollha elenkati fl-Artikolu 88(1), li jinkludi d-determinazzjoni tal-MREL (il-punt (i) ta’ dik id-dispożizzjoni).
Għalhekk, dispożizzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jikkooperaw ma’ awtoritajiet rilevanti oħra ma tmurx kontra r-regoli eżistenti tal-BRRD.
55. Mistoqsija (l-Artikolu 45h)
L-Artikolu 45h(2) tal-BRRD jirreferi għall-Artikolu 12 tas-CRR. Madankollu, l-emendi introdotti fis-CRR bir-Regolament (UE) 2019/876 ħassru dak l-Artikolu 12.
Tista’ jekk jogħġbok tikkonferma li l-Artikolu 45h(2) tal-BRRD għandu minflok jirreferi għall-Artikolu 12a tas-CRR?
Tweġiba
Ir-referenza għall-Artikolu 12 tas-CRR fl-Artikolu 45h(2) tal-BRRD għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 12a tas-CRR.
56. Mistoqsija (l-Artikolu 45h)
Il-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 45h japplikaw għad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil fir-rigward tar-rekwiżit MREL tal-grupp ta’ riżoluzzjoni konsolidat (MREL estern) u r-rekwiżit MREL individwali tal-entitajiet tal-grupp ta’ riżoluzzjoni (MREL intern), rispettivament.
Il-paragrafu 6 tal-Artikolu 45h japplika jekk ma jkunx hemm deċiżjoni konġunta dwar xi wieħed mir-rekwiżiti msemmija hawn fuq simultanjament?
Tweġiba
L-Artikolu 45h(6) jittratta s-sitwazzjoni fejn ikun hemm nuqqas ta’ qbil fost l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kemm dwar il-livell tar-rekwiżit tal-grupp ta’ riżoluzzjoni konsolidat kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tas-sussidjarji li mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni. F’dan il-każ, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji jieħdu deċiżjoni dwar il-livell individwali tar-rekwiżit tal-MREL għas-sussidjarji f’konformità mal-paragrafu 5 (jiġifieri, billi jqisu kif xieraq il-fehmiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-entità ta’ riżoluzzjoni). Barra minn hekk, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-entità ta’ riżoluzzjoni se tieħu deċiżjoni dwar ir-rekwiżit tal-grupp konsolidat f’konformità mal-passi previsti fil-paragrafu 4.
(f) Arranġamenti tranżizzjonali u ta’ wara riżoluzzjoni
57. Mistoqsija (l-Artikolu 45m)
f'konformità mal-Artikolu 45m(8), l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu sussegwentement jirrevedu l-perjodu tranżizzjonali jew il-miri MREL ippjanati. Din id-dispożizzjoni hija relatata biss mal-miri MREL ippjanati f'konformità mal-Artikolu 45m(6) jew il-perjodu tranżizzjonali deċiż inizjalment determinat f'konformità mal-Artikolu 45m(1) jista’ sussegwentement jiġi rivedut?
Tweġiba
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jirrevedu l-perjodu tranżizzjonali deċiż inizjalment f'konformità mal-Artikolu 45m(1), u mhux biss l-MREL ippjanat ikkomunikat f'konformità mal-Artikolu 45m(6).
Ir-referenza għal “Soġġett għall-paragrafu 1” fil-bidu tal-Artikolu 45 m(8) saret biex jiġi żgurat li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkonforma mar-regoli u l-kriterji pprovduti fih meta tirrevedi l-perjodu tranżitorju.
58. Mistoqsija (l-Artikolu 45m)
Il-livell tal-mira intermedja ddeterminat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45m(1) jista’ jiġi estiż jekk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistabbilixxu perjodu tranżitorju li jintemm wara l-1 ta’ Jannar 2024 skont it-tielet subparagrafu ta’ dik id-dispożizzjoni?
Tweġiba
Il-livell tal-mira intermedja previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45 m(1) irid jintlaħaq mill-entitajiet fl-1 ta’ Jannar 2022 u ma jistax jiġi estiż mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Il-possibbiltà li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju li jintemm wara l-1 ta’ Jannar 2024 stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45m(1) tapplika biss għall-MREL finali.
Madankollu, ta’ min jinnota li l-mira intermedja trid tiżgura, bħala regola, akkumulazzjoni lineari ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli lejn l-MREL. Għalhekk, l-estensjoni tal-perjodu tranżitorju għall-MREL finali lil hinn mill-1 ta’ Jannar 2024 taffettwa l-mira intermedja li għandha tiġi stabbilita mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, peress li twassal għal mira intermedja aktar baxxa minn dik li kienet tiġi stabbilita kieku l-perjodu tranżitorju jintemm fl-1 ta’ Jannar 2024.
59. Mistoqsija (l-Artikolu 45m)
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45m(1), “Il-mira intermedja għandha, bħala regola, tiżgura żieda lineari ta’ fondi proprji u ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli lejn ir-rekwiżit.”
Tikkonferma li, f’dik id-dispożizzjoni, it-terminu “rekwiżit” qed jirreferi mhux biss għar-rekwiżit kwantitattiv ġenerali iżda wkoll għas-subordinazzjoni?
Tweġiba
f'konformità mal-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45m(1), il-livelli tal-mira intermedja li għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni jirreferu għar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f (MREL estern jew intern) u għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7) (subordinazzjoni), kif xieraq.
Ir-regola li tirrikjedi li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiżguraw akkumulazzjoni lineari tapplika għal-livelli tal-mira intermedja kollha li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-livell tal-mira intermedja relatat mal-kalibrazzjoni kumplessiva tal-MREL għandu jiżgura akkumulazzjoni lineari lejn l-MREL estern jew intern finali stabbilit mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Bl-istess mod, għas-subordinazzjoni, il-mira intermedja subordinata għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tal-mira tas-subordinazzjoni finali stabbilita mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Ir-rekwiżit minimu tat-TLAC, kif ukoll il-livell minimu tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45c(5) jew (6), li jeħtieġ li jkun hemm konformità miegħu sal-1 ta’ Jannar 2022, jeħtieġ li jitqiesu wkoll, peress li l-livell tal-mira intermedja ma jistax jiġi stabbilit f’ammont aktar baxx minn dawk ir-rekwiżiti minimi (il-livell tal-mira intermedja jista’ jiġi stabbilit għal ammont ogħla minn dawk ir-rekwiżiti minimi abbażi tar-regola ta’ akkumulazzjoni lineari).
H. Mistoqsijiet relatati mar-rikonoxximent kuntrattwali ta’ rikapitalizzazzjoni interna
60. Mistoqsija (l-Artikolu 55)
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(1) jistabbilixxi li l-obbligazzjonijiet li mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni interna u li huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz għandhom jinkludu klawżola kuntrattwali li permezz tagħha l-kontroparti tirrikonoxxi li l-obbligazzjoni tista’ tkun soġġetta għal setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-UE u taqbel li tkun marbuta b’tali setgħat.
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) jipprovdi wkoll lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bis-setgħa li tagħti eżenzjoni għal dan ir-rekwiżit għal entitajiet li r-rekwiżiti tal-MREL tagħhom huma ugwali għall-ammont ta’ assorbiment tat-telf, dment li l-obbligazzjonijiet rilevanti ma jingħaddux għall-finijiet li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-MREL.
Id-diskrezzjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) għandha tiġi applikata fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi ġenerali għall-entitajiet kollha li jissodisfaw il-kriterji rilevanti?
Tweġiba
Il-valutazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ. Din id-dispożizzjoni tipprovdi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bid-diskrezzjoni li japplikaw l-eżenzjoni (“jistgħu jiddeċiedu”) għal entitajiet li jaqgħu fil-kategorija rilevanti msemmija fiha.
Barra minn hekk, l-eżenzjoni tista’ tingħata biss jekk l-istituzzjoni tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżit tal-MREL tagħha bl-obbligazzjonijiet li jifdal. Dan l-element jeħtieġ li jiġi vverifikat qabel ma tingħata l-eżenzjoni, u li l-verifika tidher biss possibbli li ssir fuq bażi ta’ każ b’każ.
61. Mistoqsija (l-Artikolu 55)
Id-data msemmija fl-Artikolu 55(1)(d) tirreferi għad-Direttiva (UE) 2019/879 jew għall-BRRD I?
Tweġiba
Il-punt (d) tal-Artikolu 55(1) jirreferi għall-BRRD I, li diġà kienet tinkludi l-Artikolu 55, peress li jirreferi għat-traspożizzjoni tat-taqsima tal-BRRD li fiha dan l-artikolu, aktar milli għat-traspożizzjoni tal-Artikolu nnifsu. L-Artikolu 55 il-ġdid introdott bid-Direttiva (UE) 2019/879 jissostitwixxi l-Artikolu 55 preċedenti b’verżjoni ġdida ta’ din id-dispożizzjoni, iżda ma jissostitwixxix it-taqsima kollha li għaliha jappartjeni l-Artikolu 55.
62. Mistoqsija (l-Artikolu 55)
Kif għandu jinftiehem it-terminu “klassi” fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 55(2)? Qed jirreferi għall-klassifikazzjoni tal-insolvenza tal-obbligazzjonijiet jew għat-tip ta’ strument finanzjarju kkonċernat?
Barra minn hekk, ir-referenzi għal “klassi” fl-Artikolu 45b(5) għandhom jinqraw bl-istess tifsira bħal fl-Artikolu 55(2)?
Tweġiba
Il-kelma “klassi” fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 55(2) tirreferi għall-klassifikazzjoni tal-insolvenza tal-obbligazzjonijiet. Din l-interpretazzjoni hija allinjata mat-tifsira u l-użu tal-kelma f’dispożizzjonijiet oħra tal-BRRD (eż., l-Artikolu 34(1)(f) li jirreferi għall-prinċipju tal-NCWO). Għal din ir-raġuni, ir-referenza għal “klassi” fl-Artikolu 45b(5) għandha tinqara kif xieraq.
63. Mistoqsija (l-Artikolu 55)
Il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 55(2) jipprevedi li fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà jew fi kwalunkwe ħin ieħor, tiddetermina li, fi klassi ta’ obbligazzjonijiet, l-ammont ta’ obbligazzjonijiet li jibbenefikaw minn eżenzjoni ta’ imprattikabbiltà u obbligazzjonijiet esklużi jew li x’aktarx jiġu esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna f'konformità mal-Artikolu 44(2) u (3) jammonta għal aktar minn 10 % ta’ dik il-klassi, hija għandha immedjatament tivvaluta l-impatt ta’ dak il-fatt fuq ir-riżolvibbiltà tal-entità kkonċernata. Madankollu, f’dik id-dispożizzjoni, ma hemm l-ebda referenza għal obbligazzjonijiet li għalihom l-istituzzjoni tonqos milli tinkludi l-klawżola kuntrattwali (jiġifieri ksur tal-obbligu f'konformità mal-Artikolu 55(1)) meta jiġi vvalutat jekk jinqabiżx il-limitu ta’ 10 %.
Ikun korrett li l-BRRD tiġi trasposta sabiex ma jiġux inklużi obbligazzjonijiet li għalihom l-istituzzjoni naqset milli tinkludi l-klawżola kuntrattwali meta kkalkulat il-limitu ta’ 10 %?
Tweġiba
Il-formulazzjoni użata fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 55(2) hija limitata għal obbligazzjonijiet li huma permessi mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni li ma jinkludux it-terminu kuntrattwali minħabba imprattikabbiltà, flimkien mal-obbligazzjonijiet li huma esklużi jew li x’aktarx jiġu esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna f'konformità mal-Artikolu 44(2) u (3). L-obbligu speċifiku li jiġi vvalutat l-impatt fuq ir-riżolvibbiltà abbażi ta’ dan is-subparagrafu jista’, għalhekk, jiġi traspost b’referenza biss għal dawn l-obbligazzjonijiet.
Madankollu, il-BRRD ma tipprevjenix lill-Istati Membri milli jittrasponu d-dispożizzjoni b’mod estensiv u milli jinkludu wkoll obbligazzjonijiet li għalihom il-bank jonqos milli jinkludi l-klawżola. Dan l-approċċ ikun konformi mal-objettivi tar-riżoluzzjoni u tal-BRRD, peress li jżid l-iskrutinju fuq ir-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni.
Barra minn hekk, l-obbligu f’din id-dispożizzjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu ġenerali għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tiżgura r-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni f'konformità mal-Artikolu 17. Fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tar-riżolvibbiltà, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tqis ukoll l-impatt minn obbligazzjonijiet li ma jinkludux il-klawżola kuntrattwali minħabba li l-istituzzjoni jew l-entità naqset milli tikkonforma mal-obbligu fl-Artikolu 55(1).
64. Mistoqsija (l-Artikolu 55)
Fuq liema kundizzjonijiet tista’ awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina li ma taqbilx mal-valutazzjoni ta’ imprattikabbiltà ta’ ditta? Jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet meta jkun sar kuntratt u mbagħad l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina li għandha tiddaħħal klawżola kuntrattwali kif imsemmi fl-Artikolu 55(1).
Barra minn hekk, jekk entità tasal għall-konklużjoni li l-inserzjoni tal-klawżola kuntrattwali mhijiex prattikabbli u tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar dik il-valutazzjoni f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(2), f’liema mument dik l-entità tista’ tidħol fil-kuntratt ikkonċernat?
Tweġiba
Il-kriterji għall-valutazzjoni tal-imprattikabbiltà se jiġu speċifikati f’regolament delegat li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li qed jiġu żviluppati mill-ABE, f’konformità mas-setgħa mogħtija fl-Artikolu 55(6).
Fir-rigward tal-mument meta l-kuntratt jista’ jiġi konkluż, l-istituzzjoni ma tistax tidħol f’kuntratt qabel ma tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Madankollu, hija tista’ tidħol fih mingħajr ma tistenna t-tweġiba mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar l-eżistenza ta’ kundizzjoni ta’ imprattikabbiltà, minħabba l-fatt li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(2) jipprevedi li l-obbligu li tiġi inkluża l-klawżola jiġi sospiż mill-mument tan-notifika mill-istituzzjoni.
65. Mistoqsija (l-Artikolu 55)
Kif għandha tinftiehem l-espressjoni “f’perijodu ta’ żmien raġonevoli” fl-Artikolu 55(2)?
B’mod partikolari, fl-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, ir-riferiment għal “perijodu ta’ żmien raġonevoli” japplika għall-entità (li għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’dak il-perjodu) jew għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni (li għandha titlob l-informazzjoni f’dak il-perjodu)?
Tweġiba
Il-“perijodu ta’ żmien raġonevoli” huwa rilevanti għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex titlob l-informazzjoni meħtieġa (fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(2)) u l-inserzjoni tal-klawżola (fit-tielet subparagrafu tal-istess paragrafu).
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(2) jippermetti diskrezzjoni fil-livell nazzjonali biex jiġi definit il-perjodu ta’ żmien raġonevoli biex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni titlob l-informazzjoni meħtieġa mill-entità. Fi kwalunkwe każ, huwa rakkomandabbli li tali perjodu ta’ żmien jiġi definit b’mod konsistenti mal-iskadenza li ser tiġi stabbilita skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(2), rigward it-talba biex tiddaħħal il-klawżola. Dan l-element se jiġi stabbilit f’regolament delegat ibbażat fuq standard tekniku regolatorju li qed jiġi żviluppat mill-ABE, f’konformità mal-mandat fl-Artikolu 55(6).
66. Mistoqsija (l-Artikoli 55 u 59)
Il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 55(2) jirreferi għall-Artikolu 73 “meta tiġi applikata s-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni għall-obbligazzjonijiet eliġibbli”. L-Artikolu 73 jistabbilixxi salvagwardji għall-azzjonisti f’każ ta’ “trasferimenti parzjali” u “applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna”.
Dan għandu jiġi interpretat bħala s-salvagwardji fl-Artikolu 73 li japplikaw ukoll meta jitniżżlu fil-valur u jiġu kkonvertiti obbligazzjonijiet eliġibbli “indipendentement mill-azzjoni ta’ riżoluzzjoni” f'konformità mal-Artikolu 59(1)(a) u (1a)?
Tweġiba
L-Artikolu 73 japplika biss għall-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, li hija waħda mill-applikazzjonijiet possibbli tas-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni, u huwa eżerċitat “fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni”.
Madankollu, il-prinċipju minqux fl-Artikolu 73(1)(b) – li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-NCWO – japplika wkoll meta t-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni jsiru indipendentement mir-riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 59(1)(a). B’mod partikolari, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 59(1) jipprevedi li “wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ta’ strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti indipendentement minn azzjoni ta’ riżoluzzjoni, għandha titwettaq il-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 74 u għandu japplika l-Artikolu 75”. Kemm l-Artikolu 74 kif ukoll 75 jimplikaw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-NCWO.
I. Mistoqsijiet relatati mal-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli
67. Mistoqsija (l-Artikolu 59)
X’inhuma ċ-“ċirkostanzi eċċezzjonali” msemmija fl-Artikolu 59(1b) li jippermettu devjazzjoni mill-pjan ta’ riżoluzzjoni?
Tweġiba
Il-premessa (54) u l-punt (j) tal-Artikolu 87 tal-BRRD jiċċaraw li, meta jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom isegwu l-miżuri previsti fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, sakemm ma jivvalutawx abbażi taċ-ċirkostanzi ta’ każ konkret li l-objettivi ta’ riżoluzzjoni jinkisbu b’mod aktar effettiv billi jittieħdu azzjonijiet li mhumiex previsti fil-pjan ta’ riżoluzzjoni. Iċ-“ċirkostanzi eċċezzjonali” msemmija fl-Artikolu 59(1b) għandhom għalhekk jiġu interpretati fid-dawl tal-premessa (54) u tal-punt (j) tal-Artikolu 87. Dan huwa rilevanti kemm f’każijiet fejn jeħtieġ li jittieħdu miżuri fir-rigward ta’ sussidjarja biss kif ukoll fejn tkun meħtieġa skema ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp, kif iċċarat fil-punt (a) tal-Artikolu 91(6).
68. Mistoqsija (l-Artikolu 59)
Bl-emendi għall-Artikolu 59 tal-BRRD, l-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) tal-BRRD, ħlief il-kundizzjoni relatata mal-maturità li jifdal tal-obbligazzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 72c(1) tas-CRR, jistgħu wkoll jiġu valwati negattivament jew konvertiti fil-punt tan-nonvijabbiltà.
Is-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ta’ dawn l-istrumenti hija applikabbli biss f’sitwazzjonijiet fejn is-sussidjarja emittenti tal-entità ta’ riżoluzzjoni tkun parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħall-entità ta’ riżoluzzjoni inkwistjoni? Jew tista’ dik is-setgħa tiġi applikata wkoll f’sitwazzjonijiet fejn is-sussidjarja nnifisha tkun entità ta’ riżoluzzjoni u għalhekk ma tkunx parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħall-entità prinċipali u fejn is-sussidjarja – mingħajr ma tkun soġġetta għal MREL intern – ikollha strumenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-MREL intern?
Tweġiba
Is-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli fil-punt tan-nonvijabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 59(1a) tal-BRRD hija disponibbli biss fir-rigward ta’ entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni.
Dan huwa ċar mill-Artikolu 59(1a) tal-BRRD innifsu, li jirrikjedi li l-kundizzjonijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) jiġu ssodisfati, ħlief għall-kundizzjoni relatata mal-maturità li jifdal tal-obbligazzjonijiet. L-Artikolu 45f japplika biss għal entitajiet li huma stess ma jkunux entitajiet ta’ riżoluzzjoni.
Tabilħaqq, is-sentenza introduttorja tal-Artikolu 45f(2) tal-BRRD tiċċara li d-dispożizzjonijiet inklużi fih huma applikabbli għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 45f(1) tal-BRRD. Id-dispożizzjoni tal-aħħar tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-MREL intern u tiċċara li l-MREL intern mhuwiex applikabbli għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni.
Għalhekk, l-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ sussidjarji li huma entitajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitniżżlu fil-valur jew jiġu kkonvertiti f’riżoluzzjoni biss, permezz tal-użu tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna u mhux fil-punt tan-nonvijabbiltà.
J. Mistoqsijiet relatati mar-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta’ sospensjoni tar-riżoluzzjoni
69. Mistoqsija (l-Artikolu 71a)
L-Artikolu 71a(2) jagħti lill-Istati Membri l-għażla li jirrikjedu li l-impriżi prinċipali tal-Unjoni jiżguraw li s-sussidjarji tagħhom minn pajjiżi terzi jinkludu, f’ċerti kuntratti finanzjarji, termini kuntrattwali biex jeskludu li l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni jifforma raġuni għat-terminazzjoni jew miżuri oħra ta’ infurzar fuq dawk il-kuntratti. Dak ir-rekwiżit jista’ japplika fir-rigward ta’ sussidjarji ta’ pajjiżi terzi li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti ta’ investiment (jew li jkunu ditti ta’ investiment li kieku kellhom uffiċċju prinċipali fl-Istat Membru rilevanti) jew istituzzjonijiet finanzjarji.
Meta jeżerċitaw din l-għażla, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw ir-rekwiżit tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 71a(2) biss għal kategorija waħda jew tnejn mill-kategoriji enumerati ta’ entitajiet (eż. għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi biss li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu)?
Tweġiba
L-Artikolu 71a(2) jista’ jiġi traspost billi jeħtieġ li tiddaħħal il-klawżola msemmija fih biss għal xi wħud mill-kategoriji ta’ entitajiet elenkati fil-punti (a) sa (c) tat-tieni subparagrafu, dment li dan ma jkunx f’kunflitt ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-BRRD.
K. Mistoqsijiet relatati ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-BRRD
70. Mistoqsija (l-Artikolu 33)
Ir-referenza fl-Artikolu 33(4) għandha tkun għall-paragrafu 2 ta’ dak l-istess Artikolu, aktar milli għall-paragrafu 3? Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 33 huwa d-dispożizzjoni li fiha r-regola li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1)(c) jew (d) għandha tittieħed biss meta l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 32(1) jiġu ssodisfati, bid-dispożizzjoni fil-paragrafu 4 tkun eċċezzjoni għal din ir-regola.
Tweġiba
Ir-referenza “[s]oġġett għall-paragrafu 3” fl-Artikolu 33(4) tfisser li, fejn applikabbli, jeħtieġ li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 33(3) fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 33(4).
B’mod aktar speċifiku, meta sussidjarji ta’ kumpanija azzjonarja ta’ attività mħallta jkunu miżmuma direttament jew indirettament minn kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 33(4) jiġu ssodisfatti, l-entità msemmija fil-kundizzjoni (a) ta’ dik id-dispożizzjoni għandha tinftiehem bħala l-kumpanija azzjonarja finanzjarja u mhux il-kumpanija azzjonarja ta’ attività mħallta. Għalhekk, “[s]oġġett għall-paragrafu 3” hija kjarifika neċessarja peress li ż-żewġ tipi ta’ kumpaniji azzjonarji huma koperti mill-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1).
71. Mistoqsija (l-Artikolu 36)
Fl-Artikolu 36(11)(a), il-frażi “strumenti kapitali” għandha tiġi sostitwita bi “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli”?
Tweġiba
Fl-Artikolu 36(11)(a), ir-referenza għal “obbligazzjonijiet eliġibbli” mhijiex meħtieġa minħabba li dik id-dispożizzjoni qed tirreferi għall-possibbiltà li jiġu annullati pretensjonijiet biss wara l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, u mhux wara l-applikazzjoni tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 59.
Fi kwalunkwe każ, wara valwazzjoni definittiva, iż-żieda fil-valur ta’ strumenti li jkunu tniżżlu fil-valur f'konformità mal-Artikoli 59 sa 62 hija madankollu possibbli, f'konformità mal-Artikoli 46(3) u 60(2)(a).
72. Mistoqsija (l-Artikolu 47)
L-Artikolu 47 jipprevedi r-regoli dwar it-trattament tal-azzjonisti f’każ ta’ rikapitalizzazzjoni interna jew valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta’ strumenti kapitali. Madankollu, skont id-Direttiva (UE) 2018/879, is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 59 ġew estiżi biex ikopru wkoll ċerti obbligazzjonijiet eliġibbli. Għaliex din il-bidla ma ġietx riflessa fl-Artikolu 47?
Tweġiba
L-Artikolu 47 japplika għal “azzjonisti” fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jew tal-eżerċizzju tas-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 59.
Id-Direttiva (UE) 2018/879 żiedet il-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni biex tinkludi detenturi ta’ ċerti obbligazzjonijiet eliġibbli. Madankollu, peress li dawk id-detenturi ma jistgħux jitqiesu bħala “azzjonisti” abbażi tad-definizzjonijiet fil-punti (61) u (62) tal-Artikolu 2(1), ma hemmx bżonn li jiġi aġġustat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 47.
Bl-istess mod, id-detenturi ta’ strumenti kapitali rilevanti (diġà inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 59 tal-BRRD I) mhumiex affettwati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47, peress li huma wkoll mhumiex “azzjonisti” abbażi tad-definizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Fir-rigward tar-referenza fil-paragrafu (1)(b)(i) tal-Artikolu 47 għad-dilwizzjoni tal-azzjonisti permezz tal-konverżjoni tal-istrumenti kapitali rilevanti skont is-setgħa msemmija fl-Artikolu 59(2), din għandha tinqara wkoll bħala li tinkludi l-konverżjoni ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 59. Fil-fatt, l-Artikolu 60(1) dwar is-sekwenza ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni ta’ strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti jagħmel referenza fil-punt (a) tiegħu għall-ħtieġa li tittieħed waħda mill-azzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 47(1) jew it-tnejn li huma meta jitnaqqsu l-entrati CET1, qabel ma jiġu affettwati tipi oħra ta’ strumenti.
73. Mistoqsija (l-Artikolu 108)
L-Artikolu 108(2)(c) tal-BRRD jirrikjedi li “d-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u, fejn applikabbli, il-prospett relatat mal-ħruġ jirreferu b’mod espliċitu għall-klassifikazzjoni aktar baxxa skont dan il-paragrafu”. Il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni li jippromulgaw l-Artikolu 108(2)(c) fil-liġi nazzjonali għandhom jirrikjedu li l-emittenti jirreferu fid-dokumentazzjoni tagħhom għal dawk il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali, jew minflok għall-Artikolu 108(2) BRRD?
Tweġiba
Ir-referenza kuntrattwali għall-klassifikazzjoni aktar baxxa tal-obbligazzjoni meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 108(2)(c) għandha ssir b’referenza għall-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 108(2) fl-Istat Membru tal-emittent tal-istrumenti tad-dejn. Madankollu, ir-referenza addizzjonali fit-terminu kuntrattwali għall-Artikolu 108(2) tal-BRRD mhux se tkun kuntrarja għaliha.
74. Mistoqsija (ġenerali)
It-terminu “entità”, meta ma jintużax flimkien mat-terminu “istituzzjoni” (jiġifieri, fl-espressjoni “istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1)”) ikopri l-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) minbarra l-entitajiet imsemmija fil-punti (b) sa (d) ta’ dik id-dispożizzjoni?
Barra minn hekk, fl-Artikolu 16a(1), it-terminu “entità” jirreferi għal istituzzjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata?
Tweġiba
It-tifsira speċifika tat-terminu “entità” tiddependi fuq id-dispożizzjonijiet li fihom tintuża u fuq min huwa soġġett għall-obbligi sottostanti f’dawk id-dispożizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet imsemmija fihom. Jenħtieġ li tqis il-kamp ta’ applikazzjoni tal-BRRD kif previst fl-Artikolu 1(1). It-terminu jista’ jirreferi għall-entitajiet kollha jew parti minnhom imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(1), inklużi l-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (a).
Fil-każ tal-Artikolu 16a, ir-referenza għall-kelma “entità” hija maħsuba biex tinkludi l-entitajiet kollha msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(1) li huma meħtieġa jikkonformaw mas-CBR u l-MREL f'konformità mal-Artikolu 45, irrispettivament minn jekk tkunx fuq bażi individwali jew konsolidata (jiġifieri l-MREL estern u intern).
L. Mistoqsijiet relatati mal-SRMR
75. Mistoqsija (l-Artikolu 3 tal-SRMR)
Id-definizzjoni ta’ “entità ta’ riżoluzzjoni” fil-punt (24a) tal-Artikolu 3(1) tal-SRMR tirreferi biss għall-SRB u mhux għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni. Din id-definizzjoni tintuża f’bosta Artikoli tal-SRMR (eż. l-Artikoli 12k, 16, 21 u 27). Id-dispożizzjonijiet tal-SRMR li fihom l-espressjoni “entità ta’ riżoluzzjoni” jistgħu jiġu applikati għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni u għal gruppi msemmija fl-Artikolu 7(3) li ma jaqgħux taħt il-mandat dirett tal-SRB?
Tweġiba
L-Artikolu 3(24a) tal-SRMR (id-dispożizzjoni li tirrifletti l-Artikolu 2(83a) tal-BRRD) ma jagħtix is-setgħa lill-SRB biex jidentifika entità bħala entità ta’ riżoluzzjoni. Din hija pjuttost konsegwenza tal-pjan ta’ riżoluzzjoni rispettiv li jipprevedi azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dik l-entità.
L-Artikolu 9(1) tal-SRMR jirrikjedi li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jfasslu u jadottaw pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(3) tal-SRMR f’konformità mal-Artikolu 8(5) sa (13) tal-SRMR. L-obbligu għall-pjan ta’ riżoluzzjoni li jipprevedi l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati f’każ ta’ falliment huwa previst fl-Artikolu 8(6) tal-SRMR. Barra minn hekk, ir-rekwiżit li jiġu identifikati għal kull grupp l-entitajiet ta’ riżoluzzjoni u l-gruppi ta’ riżoluzzjoni huwa previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(10) tal-SRMR.
76. Mistoqsija (l-Artikolu 10a tal-SRMR)
F’konformità mal-Artikolu 10a(1) tal-SRMR, meta entità tkun f’sitwazzjoni fejn tissodisfa s-CBR, iżda tonqos milli tissodisfa l-MREL estern jew intern tagħha meta tiġi kkalkulata abbażi tat-TREA, l-SRB għandu s-setgħa li jipprojbixxi entità milli tiddistribwixxi aktar mill-M-AMD. Is-setgħa tal-SRB skont din id-dispożizzjoni tirrigwarda l-entitajiet kollha li huma soġġetti għall-SRMR, jew biss dawk li għalihom l-SRB huwa direttament responsabbli f'konformità mal-Artikolu 7(2), (4)(b) u (5) tal-SRMR?
Barra minn hekk, kif għandu l-SRB japplika s-setgħat fl-Artikolu 10a tal-SRMR? Jiġifieri, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni f’dak il-każ għandhom jimplimentaw ukoll l-istruzzjonijiet tal-SRB f'konformità mal-Artikolu 29 tal-SRMR?
Tweġiba
F’konformità mat-tqassim tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 7 tal-SRMR, l-SRB jista’ jeżerċita biss is-setgħat mogħtija mill-Artikolu 10a tal-SRMR lill-entitajiet fil-mandat dirett tiegħu (jiġifieri, l-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2) tal-SRMR, u l-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5) tal-SRMR meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk il-paragrafi). Għall-bqija tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(3), għandha tkun l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti li teżerċita s-setgħat li tirrestrinġi d-distribuzzjonijiet.
L-Artikolu 10a tal-SRMR ma jindikax b’mod espliċitu lil min għandha tiġi indirizzata d-deċiżjoni tal-SRB li jipprojbixxi distribuzzjonijiet’ il fuq minn M-AMD. Madankollu, din id-deċiżjoni hija relatata mill-qrib mal-applikazzjoni tal-MREL minħabba li s-setgħa msemmija fl-Artikolu 10a tal-SRMR hija waħda mill-miżuri li permezz tagħhom jenħtieġ li jiġi indirizzat il-ksur tal-MREL, f'konformità mal-Artikolu 12j(1)(b) tal-SRMR. Hija wkoll relatat mill-qrib mat-tneħħija ta’ impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà peress li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(9) tal-SRMR jidentifika s-sitwazzjoni fejn istituzzjoni tissodisfa s-CBR flimkien mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha, iżda mhux is-CBR simultanjament mal-MREL, bħala li possibbilment tagħti lok għal impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà. Fiż-żewġ każijiet, id-deċiżjonijiet tal-SRB huma indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, li huma meħtieġa jimplimentawhom f'konformità mal-Artikolu 29 tal-SRMR – ara l-Artikoli 12(5) u 10(10) sa (12) tal-SRMR.
B’analoġija ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, u fid-dawl tar-raġunament li jirfed l-interazzjonijiet bejn l-SRB u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, l-Artikolu 10a tal-SRMR jenħtieġ li jiġi interpretat fis-sens li d-determinazzjonijiet tal-SRB previsti fih jenħtieġ li jiġu indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti, li jenħtieġ li jimplimentawhom f’konformità mal-Artikolu 29 tal-SRMR.
77. Mistoqsija (l-Artikolu 10a tal-SRMR)
Meta entità tkun f’sitwazzjoni fejn ma tissodisfax is-CBR flimkien mar-rekwiżiti tal-MREL tagħha, l-SRB għandu s-setgħa li jipprojbixxi entità milli tiddistribwixxi aktar mill-M-AMD abbażi tal-Artikolu 10a tal-SRMR permezz ta’ kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fih.
Madankollu, l-Artikolu 10a tal-SRMR jirreferi biss għall-SRB u mhux għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 10a tal-SRMR mhuwiex elenkat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tal-SRMR. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni abbażi tal-Artikolu 10a tal-SRMR fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(3) tal-SRMR?
Tweġiba
Minħabba d-diviżjoni tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 7 tal-SRMR, l-SRB jista’ jeżerċita is-setgħat mogħtija mill-Artikolu 10a tal-SRMR biss fuq l-entitajiet fil-mandat dirett tiegħu (jiġifieri, l-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2) tal-SRMR, u l-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5) tal-SRMR meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk il-paragrafi) (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 80). Minkejja l-fatt li l-Artikolu 10a tal-SRMR mhuwiex inkluż fil-lista ta’ dispożizzjonijiet tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tal-SRMR, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni xorta waħda għandhom is-setgħa li japplikaw is-setgħa li jipprojbixxu ċerti distribuzzjonijiet permezz tat-traspożizzjoni nazzjonali tal-Artikolu 16a tal-BRRD.
Għalkemm l-Artikolu 10a tal-SRMR mhuwiex inkluż fil-lista ta’ dispożizzjonijiet fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tal-SRMR, għandu jiġi nnutat li hemm referenzi għal dan l-Artikolu f’dispożizzjonijiet oħra li huma applikabbli b’mod espliċitu għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 7(3) tal-SRMR:
|
— |
Il-punt (i) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(9) tal-SRMR jinkludi ċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 10a(1) tal-SRMR bħala sitwazzjoni li tagħti lok għal impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà; |
|
— |
L-Artikolu 12j(1)(b) tal-SRMR jelenka s-setgħat imsemmija fl-Artikolu 10a tal-SRMR bħala waħda mill-miżuri li għandhom jintużaw biex jiġi indirizzat ksur tal-MREL. |
78. Mistoqsija (l-Artikolu 12k tal-SRMR)
F’konformità mal-Artikolu 12k(1) tal-SRMR, l-SRB irid jiddetermina livelli tal-mira intermedja għar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12 g tal-SRMR jew għal rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7) tal-SRMR, kif xieraq, li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) tal-SRMR iridu jikkonformaw magħhom mill-1 ta’ Jannar 2022.
Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata bħala li tirrikjedi li l-SRB jiddetermina l-livelli tal-mira intermedja anke għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(3) tal-SRMR li għalihom l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jiddeterminaw l-MREL (jiġifieri l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(3) tal-SRMR)?
Tweġiba
Għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(3) tal-SRMR, il-miri intermedji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12k(1) tal-SRMR għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, fid-dawl tad-diviżjoni tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 7(3) tal-SRMR.
79. Mistoqsija (l-Artikolu 18 tal-SRMR)
f'konformità mal-Artikolu 18(1a) tal-SRMR, l-SRB għandu s-setgħa li jadotta skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha affiljati b’mod permanenti miegħu li huma parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni meta dak il-grupp ta’ riżoluzzjoni jikkonforma b’mod ġenerali mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (1) tal-Artikolu 18 tal-SRMR.
Madankollu, l-Artikolu 18(1a) tal-SRMR jirreferi biss għall-SRB, u mhux għall-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 18(1a) tal-SRMR mhuwiex elenkat fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tal-SRMR. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom is-setgħa, abbażi tal-SRMR, li jadottaw skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ korp ċentrali u istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti miegħu li huma parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni?
Tweġiba
Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tal-SRMR ma jinkludix referenza għall-Artikolu 18(1a) tal-SRMR dwar l-applikazzjoni ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha affiljati b’mod permanenti miegħu li huma parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni.
Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni xorta għandhom is-setgħa li jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(1a) tal-SRMR, peress li l-Artikolu 7(3)(e) tal-SRMR jirrikjedi li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jadottaw deċiżjonijiet ta’ riżoluzzjoni u japplikaw għodod ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċeduri u s-salvagwardji rilevanti fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi taħt il-mandat dirett tagħhom. L-Artikolu 18(1a) tal-SRMR jista’ jitqies bħala speċifiċità tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tal-SRMR.
Barra minn hekk, id-dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 32a tal-BRRD tkun applikabbli wkoll, peress li ma tkunx f’kunflitt mal-SRMR.
80. Mistoqsija (l-Artikolu 33 tal-BRRD)
Għaliex l-Artikolu 33(3) tal-BRRD mhuwiex rifless fl-SRMR, u x’inhuma l-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw minn dan?
Tweġiba
Dan kien diġà l-każ taħt l-SRMR I u l-BRRD I.
f'konformità mal-Artikolu 33(3) tal-BRRD, meta l-istituzzjonijiet sussidjarji ta’ kumpanija azzjonarja b’attività mħallta jkunu miżmuma minn kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja, għandhom jittieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp fir-rigward tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja, u mhux tal-kumpanija azzjonarja b’attività mħallta. Dan l-Artikolu ġie emendat bid-Direttiva (UE) 2019/879, iżda sempliċement biex jiżdied li, matul il-fażi tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja trid tiġi identifikata bħala entità ta’ riżoluzzjoni.
Il-kumpaniji azzjonarji b’attività mħallta huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-BRRD bis-saħħa tar-referenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(c). Madankollu, l-Artikolu 2 tal-SRMR ma jagħmel l-ebda referenza għal kumpaniji azzjonarji b’attività mħallta, li jfisser li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-SRMR. Għalhekk, ma kienx hemm bżonn li l-Artikolu 33(3) tal-BRRD jiġi rifless fl-SRMR. Għandu jiġi nnutat li l-Artikolu 17(5)(k) tal-BRRD, li jippermetti lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jitolbu lil kumpaniji azzjonarji b’attività mħallta jistabbilixxu kumpanija azzjonarja finanzjarja separata għall-finijiet tal-indirizzar jew it-tneħħija ta’ impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà, bl-istess mod ma kienx rifless fl-Artikolu 10(11) tal-SRMR.
81. Mistoqsija (l-Artikolu 45b)
Fid-dawl tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 34 tal-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2020, tista’ tiċċara xi tfisser “entitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-SRMR”?
Barra minn hekk, jekk l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 45b(8) tal-BRRD billi jistabbilixxu perċentwal ogħla minn 30 %, dak il-perċentwal se japplika għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(3) tal-SRMR li jaqgħu taħt il-kompetenza diretta tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni?
Tweġiba
L-entitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-SRMR huma l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tal-SRMR. Għall-fini tal-valutazzjoni ta’ liema entitajiet huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-SRMR, id-diviżjoni tal-kompiti bejn l-SRB u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fl-Artikolu 7 tal-SRMR mhijiex rilevanti.
Jekk Stat Membru parteċipanti jeżerċita l-għażla tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 45b(8) tal-BRRD u jżid il-perċentwal għal aktar minn 30 %, tali żieda tkun applikabbli biss għal entitajiet li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-SRMR kif stabbilit fl-Artikolu 2 tal-SRMR. Dan huwa dovut għall-fatt li l-SRMR huwa applikabbli għall-entitajiet kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, irrispettivament mid-diviżjoni tal-kompiti bejn l-SRB u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni. Meta awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni tkun qed teżerċita l-kompiti tagħha fir-rigward ta’ entità msemmija fl-Artikolu 7(3) tal-SRMR, hija għandha tapplika r-regoli tal-SRMR billi tuża s-setgħat mogħtija abbażi tar-regoli nazzjonali li jittrasponu l-BRRD. Dan huwa ċar mill-Artikolu 7 tal-SRMR, b’mod aktar speċifiku l-punt (d) tal-ewwel subparagrafu u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(3).
Tabilħaqq, l-SRMR, minbarra li jikkonferixxi fuq l-SRB setgħa ċentralizzata ta’ riżoluzzjoni, kellu wkoll l-għan li jadatta r-regoli u l-prinċipji tal-BRRD għall-ispeċifiċitajiet tal-SRM u li jiżgura li l-SRB u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni japplikaw l-istess regoli materjali meta jadottaw deċiżjonijiet f'konformità mal-SRMR. Dan l-approċċ huwa mfisser b’mod ċar fil-premessi (18), (21) u (23) u, b’mod partikolari, fil-premessa (28) tal-SRMR li l-aħħar sentenza tagħha tistabbilixxi li “[f]’ċerti ċirkostanzi, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jiżvolġu l-kompiti tagħhom abbażi ta’ u skont dan ir-Regolament filwaqt li jeżerċitaw is-setgħat konferiti lilhom, u skont il-leġislazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2014/59/UE sa fejn mhuwiex f’kunflitt ma’ dan ir-Regolament.” Dan l-approċċ jirriżulta wkoll mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tal-SRMR, li jistipula li l-SRMR “jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-entitajiet” fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-SRMR.
Għalhekk, fejn l-SRMR u r-regoli nazzjonali li jittrasponu l-BRRD huma differenti, l-SRMR għandu jipprevali fir-rigward tal-entitajiet inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, kif previst fl-Artikolu 2 tal-SRMR.
(1) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KEE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(2) Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296).
(3) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(4) Id-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni ta’ kapital (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 253).
(5) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 226).
(10) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).
(12) Linji gwida dwar ċerti aspetti tar-rekwiżiti ta’ idoneità tal-MiFID II tas-6 ta’ Novembru 2018, ESMA35-43-1163.
(13) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-qafas għar-riżoluzzjoni tal-banek rivedut bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-awtoritajiet tal-Istati Membri (ĠU C 321, 29.9.2020, p. 1)
(14) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-qafas għar-riżoluzzjoni tal-banek rivedut bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-awtoritajiet tal-Istati Membri (ĠU C 321, 29.9.2020, p. 1)
(15) Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).
|
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/51 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9787 — Česká Spořitelna/Československá Obchodní Banka/Komerční Banka/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 417/03)
Fit 6 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9787. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/52 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-1 ta' Diċembru 2020
(2020/C 417/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1968 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
124,92 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4441 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89798 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,2135 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0836 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
158,20 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,6028 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,235 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
357,20 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4788 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8710 |
|
TRY |
Lira Turka |
9,4122 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6274 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5522 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2774 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7010 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6048 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 326,72 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
18,3311 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8639 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5515 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 981,99 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8835 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,598 |
|
RUB |
Rouble Russu |
90,7837 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,215 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,3573 |
|
MXN |
Peso Messikan |
24,0465 |
|
INR |
Rupi Indjan |
88,1535 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/53 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2020/C 417/05)
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Greċja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Greċja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: 2 500 sena mill-Battalja ta’ Thermopylae
Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri elmu Grieg tal-qedem. Imnaqqxa tul ix-xifer ta’ ġewwa hemm il-kliem “2500 SENA MILL-BATTALJA TA’ THERMOPYLAE” u “REPUBBLIKA ELLENIKA”. Hemm minquxa wkoll fl-isfond is-sena tal-ħruġ “2020” u palmetta (il-marka taz-zekka taz-zekka Griega). Fuq il-lemin fil-qiegħ tal-elmu tidher il-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos). Għalkemm spiċċat f’telfa għall-Griegi, il-Battalja ta’ Thermopylae tibqa’ simbolu mingħajr żmien ta’ reżistenza erojka.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 750 000
Id-data tal-ħruġ: Jannar 2020
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/54 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2020/C 417/06)
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Greċja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Greċja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Mitt sena mill-unjoni ta’ Traċja mal-Greċja
Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn jirreplika munita antika tal-belt Traċjana ta’ Abdera, li fiha hemm griffun (tal-Greċja tal-qedem). Imnaqqxa tul ix-xifer ta’ ġewwa hemm il-kliem “100 SENA MILL-UNJONI TA’ TRAĊJA MAL-GREĊJA” u “IR-REPUBBLIKA ELLENIKA”, kif ukoll is-sena tal-ħruġ “2020” u palmetta (il-marka taz-zekka taz-zekka Griega). Viżibbli wkoll fuq ix-xellug hemm il-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos). Ir-reġjun ta’ Traċja, li jinsab fir-rokna tal-grigal tal-pajjiż, ingħaqad mal-Greċja wara t-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 750 000
Id-data tal-ħruġ: Mejju 2020
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/55 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10069 — HDI Assicurazioni/Amissima Assicurazioni)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 417/07)
1.
Fl-24 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
HDI Assicurazioni S.p.A. (“HDI”, l-Italja), ikkontrollata mit-Talanx Group (“Talanx”, il-Ġermanja), |
|
— |
Amissima Assicurazioni S.p.A. (“Amissima”, l-Italja). |
HDI takkwista, fis-sena tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Amissima kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
HDI: il-forniment u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assikurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja fl-Italja, |
|
— |
Talanx: il-forniment u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assikurazzjoni u tar-riassikurazzjoni madwar id-dinja, |
|
— |
Amissima: il-forniment u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assikurazzjoni mhux tal-ħajja fl-Italja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10069 — HDI Assicurazioni/Amissima Assicurazioni
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/57 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9977 — EPGC/Metro)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 417/08)
1.
Fit-23 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EP Global Commerce a.s. (“EPGC”, iċ-Ċekja), ikkontrollata minn Daniel Křetínský (iċ-Ċekja), |
|
— |
Metro AG (“Metro”, il-Ġermanja). |
EPGC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Metro kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-13 ta’ Settembru 2020.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
EPGC: vettura ta’ akkwist li bħalissa għandha interess mhux kontrollanti f’Metro. L-EPGC hija kkontrollata minn Daniel Křetínský, li għandu interessi f’kumpaniji attivi fis-setturi tal-enerġija, tal-utilitajiet, tal-media u tal-kummerċ elettroniku. |
|
— |
Metro: attiva fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9977 — EPGC/Metro
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/58 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9981 — Bain Capital/Ahlstrom-Munksjö)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 417/09)
1.
Fil-25 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bain Capital Investors L.L.C. (“Bain Capital”) (l-Istati Unti tal-Amerka), |
|
— |
Ahlstrom-Munksjö Oyj (“Ahlstrom-Munksjö”) (il-Finlandja). |
Bain Capital takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Ahlstrom-Munksjö kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Bain Capital: ditta privata tal-investimenti ta’ ekwità li tinvesti f’kumpaniji f’għadd ta’ industriji, inklużi dawk tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, tal-prodotti bl-imnut u għall-konsumatur, tal-komunikazzjonijiet, servizzi finanzjarji u industrijali / manifattura, |
|
— |
Ahlstrom-Munksjö: manifattur globali u fornitur ta’ materjali bbażati fuq il-fibra. Hija toffri, fost oħrajn, materjali ta’ filtrazzjoni, release liners, materjali għall-ipproċessar tal-ikel u x-xorb, karti ta’ décor, appoġġi għall-brix u strixxi tat-tape, karta bażi elettroteknika, materjali tal-fibra tal-ħġieġ, materjali ta’ fibra medika u soluzzjonijiet għad-dijanjostika kif ukoll firxa ta’ karti ta’ speċjalità għal użi finali industrijali u tal-konsumatur. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9981 — Bain Capital/Ahlstrom-Munksjö
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/59 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89
(2020/C 417/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)
SPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU
“VASI VADKÖRTE PÁLINKA”
Numru tal-fajl: PGI-HU-02408 – 22.12.2017
1. L-indikazzjoni ġeografika li se tiġi rreġistrata
“Vasi vadkörte pálinka”
2. Kategorija tax-xorb spirituż
Spirtu tal-frott (il-kategorija 9 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008)
3. Deskrizzjoni tax-xorb spirituż
3.1. Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew organolettiċi
Kontentut ta’ aċidu ċjanidriku: massimu ta’ 5 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol
Kontenut ta’ ram: massimu ta’ 9 mg/l ta’ prodott lest
Ċar, bla kulur.
L-aroma tiegħu hija kkaratterizzata minn riħa u aċidità diskreti, flimkien ma’ noti qawwija ta’ lanġas, ċitru u ħwawar.
Għandu togħma niexfa, friska b’mod diskret u pikkanti, b’noti ħfief ta’ għasel u ta’ affumikar, u b’persistenza qawwija; jista’ jkollu wkoll aromi ta’ ċitru, aċidità diskreta u karattru rustiku.
Meta jitħalla joqgħod, dan iżomm it-togħma u l-aroma karatteristiċi tal-frott użat.
3.2. Karatteristiċi speċifiċi (imqabbla max-xorb spirituż tal-istess kategorija)
Il-karatteristiċi organolettiċi tal-“Vasi vadkörte pálinka” jirrappreżentaw l-uniċità tiegħu: il-palat u t-togħma friski, distintivi, kemxejn qarsa, ta’ ċitru, in-noti pikkanti ta’ għasel, u konsistenza aktar rustika milli lixxa bis-saħħa tal-lanġas selvaġġ użat fl-immaxxjar tal-“Vasi vadkörte pálinka”.
Il-“Vasi vadkörte pálinka” jiġi prodott mill-frott ta’ varjetajiet ta’ lanġas indiġeni u rikonoxxuti mill-Istat imkabbra fiż-żona amministrattiva tal-kontej elenkati fil-punt 4. L-ingredjent bażiku tal-“Vasi vadkörte pálinka” jikkonsisti f’tal-anqas 75 % ta’ lanġas selvaġġ, il-bqija (mhux aktar minn 25 %) jikkonsisti f’varjetajiet ta’ lanġas indiġeni u rikonoxxuti mill-Istat (Bosc kobak, Conference, Clapp kedveltje, Hardenpont téli vajkörte, Tüskés körte, Sózó körte). L-aċidità pikkanti u l-freskezza tal-“Vasi vadkörte pálinka” jiżviluppaw grazzi għall-kontenut baxx ta’ zokkor u l-aċidità tal-lanġas selvaġġ, li jammonta għal tal-anqas 75 % tal-maxx u huwa diffiċli li jinħasad.
4. Żona ġeografika kkonċernata
Il-“Vasi vadkörte pálinka” jiġi prodott fil-limiti amministrattivi tal-Kontei ta’ Vas u Zala. Dan jista’ jiġi mmaxxjat, iffermentat, distillat u jitħalla joqgħod f’distilleriji kummerċjali tal-pálinka li jinsabu f’din iż-żona ġeografika biss.
5. Il-metodu kif isir ix-xorb spirituż
L-istadji ewlenin fil-produzzjoni tal-pálinka huma dawn li ġejjin:
|
a) |
L-għażla u l-aċċettazzjoni tal-frott |
|
b) |
Immaxxjar u fermentazzjoni |
|
c) |
Distillazzjoni |
|
d) |
Il-pálinka jitħalla joqgħod u jinħażen |
|
e) |
Il-pálinka jiġi prodott, trattat u jitħallat |
a. L-għażla u l-aċċettazzjoni tal-frott
F’termini ta’ varjetà, tal-anqas 75 % tal-lanġas aċċettat għandu jkun lanġas selvaġġ (il-lanġas selvaġġ komuni Pyruspyraster subsp. pyraster); il-bqija, mhux aktar minn 25 %, irid jikkonsisti minn varjetajiet ta’ lanġas indiġeni u rikonoxxuti.
Il-varjetajiet indiġeni ta’ lanġas rikonoxxuti mill-Istat huma Bosc kobak, Conference, Clapp kedveltje, Hardenpont téli vajkörte, Tüskés körte u Sózó körte.
Il-pálinka hija magħmula minn frott misjur b’mod adegwat, jiġifieri frott b’kontenut ta’ materja niexfa ta’ mill-anqas 14 ref. %, ta’ kwalità tajba jew eċċellenti. L-aċċettazzjoni kwantitattiva tal-frott hija bbażata fuq il-piż. Waqt l-aċċettazzjoni, il-kwalità tal-frott tiġi evalwata abbażi tal-kampjunar. L-evalwazzjoni organolettika (sajran – minn misjur għal misjur iżżejjed – b’saħħtu, nadif, ħieles minn materjal estranju – ħamrija, weraq, friegħi, ġebel, metall jew materjal ieħor – u minn moffa jew taħsir, eċċ.) u l-eżami tal-kontenut ta’ materja niexfa jifformaw il-bażi tal-kontroll tal-kwalità u tal-aċċettazzjoni (il-kontenut taz-zokkor u l-kejl tal-pH). Barra minn hekk, il-frott irid ikollu miegħu dokumenti li jiċċertifikaw l-oriġini tiegħu. Il-fornitur huwa meħtieġ jiddikjara l-oriġini tal-frott u l-konformità mal-perjodu tal-irtirar.
b. Immaxxjar u fermentazzjoni
Maxx:
Il-karatteristika unika fl-immaxxjar tal-“Vasi vadkörte pálinka” hija l-kontenut taz-zokkor, li huwa ta’ 3-5 %, grazzi għall-kontenut baxx ta’ zokkor tal-lanġas selvaġġ użat fil-produzzjoni.
Fermentazzjoni:
Matul il-fermentazzjoni, it-temperatura għandha tinżamm għal 16-23 °C, u għandu jinkiseb l-aħjar valur tal-pH ta’ 2,8-3,2. L-aħjar tul ta’ żmien tal-fermentazzjoni, skont il-kwalitajiet interni tal-lanġas użat, huwa ta’ għaxart ijiem.
Il-maxx iffermentat għandu jiġi ddistillat malajr kemm jista’ jkun, jew għandhom jiġu żgurati l-kundizzjonijiet bażiċi għall-ħżin xieraq sakemm tibda d-distillazzjoni (it-temperatura trid tkun baxxa kemm jista’ jkun (0-10 °C), għandhom jintużaw siġilli tal-ilma, u l-kontenituri jridu jimtlew sax-xifer).
c. Distillazzjoni
Il-“Vasi vadkörte pálinka” jista’ jiġi ppreparat bl-użu ta’ sistema ta’ distillazzjoni b’kolonna waħda jew b’sistema ta’ distillazzjoni tradizzjonali, tat-tip pot-still. Il-qawwa alkoħolika tal-prodott distillat hija ta’ 55-85 % V/V.
d. Il-pálinka jitħalla joqgħod u jinħażen
Wara r-raffinar, il-pálinka jrid jitħalla joqgħod f’kontenituri tal-azzar inossidabbli u jinħażen fi stat mhux dilwit.
e. Il-pálinka jiġi prodott, trattat u jitħallat
Il-pálinka għandu jitkessaħ f’temperatura ta’ bejn -5 u -3 °C, u impuritajiet oħra għandhom imbagħad jitneħħew billi jiġu ffiltrati permezz ta’ filtru tal-folja. Wara l-filtrazzjoni, il-pálinka jinħażen sakemm jissaħħan sa 18-20 °C. Il-pálinka jista’ jitħallat biss sabiex jiġi żgurat li tal-anqas 75 % taz-zokkor tal-maxx fornut bħala materja prima jiġi mil-lanġas selvaġġ u mhux aktar minn 25 % mill-varjetajiet l-oħra tal-lanġas imsemmija hawn fuq.
Qabel l-ibbottiljar, il-qawwa alkoħolika tal-pálinka trid tiġi aġġustata għal livell xieraq għall-konsum billi jiżdied l-ilma tajjeb għax-xorb, filwaqt li titqies it-tolleranza speċifikata għall-prodott ibbottiljat (± 0,3 % V/V).
6. Rabta mal-ambjent ġeografiku jew mal-oriġini
6.1. Id-dettalji taż-żona ġeografika jew l-oriġini, rilevanti għar-rabta
Il-lanġas selvaġġ – magħruf fil-lingwaġġ ta’ kuljum bħala l-lanġas tal-għelieqi – huwa speċi ta’ lanġas indiġena għall-Kontei ta’ Vas u Zala. Dan jinsab l-aktar f’żoni ta’ foresti naturali.
Il-parti tal-Punent tal-Kontei ta’ Vas u Zala tinsab f’qiegħ l-Alpi, u l-pajsaġġ isir aktar immewweġ mill-Punent għal-Lvant. Il-biċċa l-kbira taż-żona hija koperta mill-foresti. Il-ħamrija li tinsab hawnhekk hija prinċipalment kannella, tat-tip chernozema, b’konsistenza medja u kemxejn aċiduża. Minħabba l-pożizzjoni tagħhom, dawn il-kontei jiffurmaw uħud mir-reġjuni l-aktar imxarrbin tal-Ungerija: l-Alpokalja (l-Alpi t’Isfel), għalkemm ix-xita annwali tonqos mill-Punent għal-Lvant. Il-klima ta’ dawn il-kontei turi xi varjazzjoni: din hija aktar xotta u aktar kontinentali hekk kif wieħed jimxi miż-żoni tal-Punent lejn il-Lvant aktar ċatt tar-reġjun, għalkemm it-temperatura madwar iż-żoni forestali estensivi tar-reġjun hija aktar baxxa minn dik taż-żoni mhux koperti mill-foresti. Is-superfiċji kemxejn imżerżqa tal-għoljiet il-baxxi u taż-żoni ta’ maġenbhom jiffurmaw iż-żona tat-tkabbir tal-lanġas selvaġġ, li tara xita medja annwali ta’ 600-800 mm, għalkemm ikun hemm ftit xita matul il-perjodu ta’ maturazzjoni ta’ Settembru u Ottubru. Iż-żona tirċievi ħafna dawl tax-xemx għal 1 700–1 800 siegħa fis-sena. Minħabba l-prossimità tagħha għall-Alpi, iż-żona hija kemxejn aktar kiesħa mill-kontei ġirien.
Il-lanġas selvaġġ jippreferi żoni li jħarsu lejn in-Nofsinhar, xotti u xemxin li huma ħielsa mill-istagħdir u sħan matul il-perjodu tal-maturazzjoni, ħamrija kannella aktar kompatta, tat-tip chernozema, u foresti b’kopertura ta’ qċaċet aktar baxxa. Bil-ħamrija u bil-mikroklima x-xierqa, bħal dawk taż-żona ġeografika, is-siġra tal-lanġas selvaġġ tista’ tibqa’ ħajja għal għexieren ta’ snin jekk mhux għal sekli. Kundizzjonijiet tat-temp li jvarjaw minn sena għal oħra jistgħu jaffettwaw ir-rendimenti.
6.2. Karatteristiċi speċifiċi tax-xorb spirituż li għandhom rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta bejn il-“Vasi vadkörte pálinka” u ż-żona ġeografika hija bbażata fuq il-kwalità u r-reputazzjoni tal-prodott.
Il-fatt li tal-anqas 75 % tal-lanġas selvaġġ użat għall-immaxxjar joriġina mill-kontej ta’ Vas u Zala jirrappreżenta l-karatteristiċi organolettiċi uniċi tal-“Vasi vadkörte pálinka”.
Dan il-lanġas selvaġġ jimmatura sew minħabba l-għadd kbir ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx u x-xejra tax-xita. Il-ħsad tal-frott tal-lanġas selvaġġ jeħtieġ il-ħila: is-sajran jista’ jiġi ddeterminat mill-kulur u l-mess. L-għan huwa li l-frott li jinħasad ikun kemm jista' jkun misjur kompletament.
Il-ħamrija kannella, chernozem, b’pH kemxejn aċidiku u l-klima relattivament kiesħa taż-żona jispjegaw il-kontenut ogħla ta’ aċidu fil-frott tal-lanġas selvaġġ, li huwa rifless fil-komponenti tat-togħma tad-distillat: dan jagħti lid-distillat il-freskezza u t-togħma taċ-ċitru u sa ċertu punt l-aċidità tiegħu.
Peress li l-lanġas selvaġġ għandu kontenut ta’ zokkor ħafna aktar baxx minn frott ieħor, hija meħtieġa kwantità akbar ta’ lanġas selvaġġ biex tiġi prodotta unità ta’ pálinka milli għall-pálinkas mil-lanġas ordinarju. Il-proporzjon għoli ta’ frott selvaġġ użat għall-produzzjoni tal-“Vasi vadkörte pálinka” jirriżulta mill-komponenti tat-togħma tiegħu. Il-lanġas selvaġġ jagħti lill-“Vasi vadkörte pálinka” mhux biss il-qrusija karatteristika tiegħu, iżda wkoll l-intensità, il-konsistenza rustika aktar milli lixxa, u n-noti pikkanti ta’ għasel.
Peress li l-“Vasi vadkörte pálinka” għandu togħma kemxejn qarsa, minħabba l-proporzjon għoli ta’ lanġas selvaġġ użat, hija meħtieġa ħila kbira biex jiġi ddeterminat meta d-distillat għandu jiġi sseparat mid-distillat tar-ras, sabiex l-ebda aroma li tista’ tirrovina t-togħma ma tkun tista’ tidħol fid-distillat.
Ir-reputazzjoni tal-“Vasi vadkörte pálinka” hija attestata mill-premjijiet li ġejjin li rebħet:
|
— |
midalja tad-deheb fit-Tieni Konkors Miftuħ tal-Pálinka u l-Ispirti tal-Kontea ta’ Vas fl-2011; |
|
— |
midalja tal-fidda fir-Raba’ Konkors Miftuħ tal-Pálinka u l-Ispirti tal-Kontea ta’ Vas fl-2013; |
|
— |
midalja tal-fidda fis-Sitt Konkors Miftuħ tal-Pálinka u l-Ispirti tal-Kontea ta’ Vas fl-2015; |
|
— |
midalja tad-deheb fil-Konkors tal-Pálinka u l-Ispirti mill-Frott taż-Żerriegħa tal-Kontea ta’ Vas fl-2015; |
|
— |
midalja tal-fidda fis-Seba’ Konkors Miftuħ tal-Pálinka u l-Ispirti tal-Kontea ta’ Vas fl-2016; |
|
— |
midalja tal-bronż fil-Konkors tal-Pálinka u l-Ispirti mill-Frott taż-Żerriegħa tal-Kontea ta’ Vas fl-2017. |
Il-“Vasi vadkörte pálinka” ilu jidher f’diversi avvenimenti nazzjonali ta’ preżentazzjoni u ta’ dewqan fuq skala kbira mill-2006. Dawn l-avvenimenti jinkludu l-Festival annwali tal-Pálinka fi Gyula, il-Festival tal-Pálinka f’Budapest, il-Festival tal-Birra u l-Għaksa tal-Majjal f’Békéscsaba, il-Karnival ta’ Savária f’Szombathely, il-Festival tal-Gastronomija f’Sopron (Ízutazás) u, f’Budapest, il-fieri internazzjonali Sirha, FeHoVa u OMÉK, l-Esibizzjoni Nazzjonali tal-Agrikoltura u l-Ikel.
7. Dispożizzjonijiet nazzjonali/reġjonali jew tal-Unjoni Ewropea
|
— |
L-att XI tal-1997 dwar il-protezzjoni ta’ trademarks u indikazzjonijiet ġeografiċi |
|
— |
L-att LXXIII tal-2008 dwar il-pálinka, il-pálinka mill-karfa tal-għeneb u l-Kunsill Nazzjonali tal-Pálinka |
|
— |
Id-Digriet tal-Gvern Nru 158/2009 tat-30 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel u dwar il-verifika tal-prodotti |
|
— |
Id-Digriet tal-Gvern Nru 22/2012 tad-29 ta’ Frar 2012 dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Katina Alimentari |
|
— |
Id-Digriet Nru 49/2013 tad-29 ta’ April 2013 tal-Ministru tal-Iżvilupp Rurali dwar il-valuri tal-limitu għal ċerti kontaminanti u materjali ta’ ħsara ta’ oriġini naturali fl-ikel u dwar ir-rekwiżiti għal ċerti materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel |
8. Applikant
8.1. Stat Membru, Pajjiż Terz jew persuna legali/naturali:
Isem: Birkás Pálinka Kft.
8.2. L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż)
Indirizz: Győrvár, 9821 Győrvár, Hrsz. 435, 9821 Hungary
Posta elettronika: birkas@birkaspalinka.hu
Tel.: +36 302563066
9. Suppliment mal-isem tal-indikazzjoni ġeografika
—
10. Regoli speċifiċi għat-tikkettar
Minbarra l-elementi speċifikati fil-leġiżlazzjoni, id-denominazzjoni tinkludi wkoll dan li ġej:
|
— |
“földrajzi árujelzġ” [indikazzjoni ġeografika] (separata mill-isem) |
|
— |
L-isem “Vasi vadkörte pálinka” jrid jiġi inkluż fuq it-tikketti ta’ quddiem u ta’ wara. |