ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 415

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
1 ta' Diċembru 2020


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

il–Kunsill

2020/C 415/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-Qafas għall-istabbiliment ta' Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 415/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10023 — H&F/Carlyle/Vantage) ( 1 )

9

2020/C 415/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9369 — PAI Partners/Wessanen) ( 1 )

10

2020/C 415/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10012 — Hg/KKR/Citation) ( 1 )

11

2020/C 415/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9930 — LGP/TPG/WellSky) ( 1 )

12

2020/C 415/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9950 — Clearlake Capital Group/TA Associates Management/Ivanti Software) ( 1 )

13

2020/C 415/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9864 — CPPIB/KKR/Axel Springer) ( 1 )

14

2020/C 415/08

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9922 — GHO/MIC/Envision) ( 1 )

15


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2020/C 415/09

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-Trawwim tal-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa

16

2020/C 415/10

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni diġitali fis-soċjetajiet tal-għarfien tal-Ewropa

22

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 415/11

Rata tal-kambju tal-euro — It-30 ta' Novembru 2020

31

2020/C 415/12

Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2020 (Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794 /2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

32


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 415/13

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10042 — Vista Equity Partners/Francisco Partners Management/SmartBear Software) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

33

2020/C 415/14

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10062— SDK/Freja Transport&Logistics) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

35

2020/C 415/15

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10029 - ABN AMRO BANK/ODDO BHF/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

36


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

il–Kunsill

1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/1


Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-Qafas għall-istabbiliment ta' Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ

(2020/C 415/01)

IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI:

1.

Il-ħidma fost iż-żgħażagħ hija terminu wiesa' li jkopri varjetà wiesgħa ta' attivitajiet ta' natura soċjali, kulturali, edukattiva, ambjentali u/jew politika miż-żgħażagħ, magħhom u għalihom fi gruppi jew individwalment. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ titwettaq minn persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ bi ħlas jew b'mod volontarju u hija bbażata fuq proċessi ta' tagħlim mhux formali u informali ffukati fuq iż-żgħażagħ u fuq il-parteċipazzjoni volontarja. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ hija essenzjalment prattika soċjali, li tinvolvi ħidma maż-żgħażagħ u s-soċjetajiet li fihom jgħixu, u li tiffaċilita l-parteċipazzjoni attiva u l-inklużjoni taż-żgħażagħ fil-komunitajiet tagħhom u fit-teħid tad-deċiżjonijiet (1).

2.

Għalkemm hemm fehim komuni tal-funzjoni primarja tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, din tieħu forom differenti ħafna fl-Istati Membri tal-UE, hija definita jew deskritta b'mod differenti u hija assoċjata ma' perċezzjonijiet, tradizzjonijiet, partijiet ikkonċernati u prattiki differenti. Dan iseħħ f'forom u f'kuntesti differenti (2). Il-ħidma fost iż-żgħażagħ taqdi rwol importanti fl-iżvilupp personali u soċjali taż-żgħażagħ, il-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà u fit-tranżizzjonijiet li għaddejjin minnhom. Hija mmirata lejn iż-żgħażagħ kollha, inkluż dawk inqas involuti fis-soċjetà u/jew b'inqas opportunitajiet u/jew li l-parteċipazzjoni politika u soċjali sħiħa tagħhom hija f'riskju minħabba żvantaġġi individwali jew strutturali (3) jew diskriminazzjoni.

3.

Iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom fuq bażi volontarja, b'mod organizzat jew awto-organizzat, f'organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, assoċjazzjonijiet, inizjattivi taż-żgħażagħ jew forom miftuħa oħra, u b'hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-soċjetà fil-livelli kollha. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ taqdi rwol kruċjali fl-appoġġ ta' dan l-involviment. Huwa mod kif jintlaħqu l-komunitajiet żgħar u remoti u jiġi promoss id-djalogu maż-żgħażagħ f'forma li tkun miftuħa u aċċessibbli għal kulħadd.

4.

Il-ħidma fost iż-żgħażagħ tippermetti liż-żgħażagħ jesperjenzaw u jitgħallmu dwar valuri universali bħad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-demokrazija, il-paċi, il-pluraliżmu, id-diversità, l-inklużjoni, is-solidarjetà, it-tolleranza u l-ġustizzja.

5.

Il-ħidma fost iż-żgħażagħ hija qasam fih innifsu u ambjent ta' soċjalizzazzjoni mhux formali u informali importanti. Din titwettaq minn komunità wiesgħa ta' prattika ta' ħidma fost iż-żgħażagħ (4). Il-ħidma fost iż-żgħażagħ hija mmirata lejn il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti individwali taż-żgħażagħ u tindirizza direttament l-isfidi li jiffaċċjaw fis-soċjetà tal-lum. Komponent essenzjali tal-ħidma fost iż-żgħażagħ huwa l-ħolqien ta' spazji sikuri, aċċessibbli, miftuħa u awtonomi fis-soċjetà, kif ukoll ambjenti ta' tagħlim ta' appoġġ u esperjenzali għaż-żgħażagħ. Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fit-tfassil u t-twettiq tal-ħidma fost iż-żgħażagħ hija essenzjali sabiex jiġi ggarantit li l-organizzazzjonijiet, il-programmi u l-attivitajiet ikunu reattivi u rilevanti għall-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom.

6.

Il-ħidma fost iż-żgħażagħ tiffaċilita t-tagħlim u l-involviment fost iż-żgħażagħ u b'hekk tippromwovi l-għarfien demokratiku u ċ-ċittadinanza Ewropea attiva.

7.

Fit-tieni Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ, li saret fl-2015, il-partijiet ikkonċernati ħadmu biex jintlaħaq fehim komuni Ewropew tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u biex jiddeskrivu l-funzjonijiet ewlenin tagħha fir-rigward taż-żgħażagħ: il-ħolqien ta' spazji għaż-żgħażagħ u l-provvista ta' appoġġ biex ikun hemm kontinwità f'ħajjithom.

JENFASIZZAW LI:

8.

Matul dawn l-aħħar deċennji, il-ħidma fost iż-żgħażagħ kibret biex saret qasam distint ta' ħidma, imwettqa miż-żgħażagħ, maż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ fil-livell Ewropew. F'xi Stati Membri, il-ħidma fost iż-żgħażagħ diġà hija qasam stabbilit sew. Madankollu, sabiex jiġi esplorat b'mod sħiħ il-potenzjal tagħha, jenħtieġ li l-kapaċitajiet jiġu żviluppati aktar.

9.

Il-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ kienet is-sors ta' ħafna żviluppi reċenti fil-qasam. Dawn kienu xprunati minn firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati, li huma involuti fl-indirizzar ta' ħtiġijiet speċifiċi fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ. Dawn l-iżviluppi jirriflettu d-diversità kbira tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u t-tradizzjonijiet differenti tagħha fl-Istati Membri individwali.

10.

Il-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa għadha qed tiffaċċja diversi sfidi:

a)

Qafas kunċettwali: Il-ħidma fost iż-żgħażagħ trid tibqa' reattiva għall-bidliet fis-soċjetà u fil-ħajja ta' kuljum taż-żgħażagħ, għall-għarfien ġdid u għall-kuntest politiku, filwaqt li tkun ukoll attivament inklużiva u toffri opportunitajiet indaqs liż-żgħażagħ kollha. Għalhekk jenħtieġ li jiġu żviluppati fehim bażiku komuni u prinċipji kondiviżi. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm spazji sikuri, aċċessibbli, miftuħa u awtonomi għall-ħidma fost iż-żgħażagħ biex issir riflessjoni kontinwa dwar il-metodi u l-innovazzjoni fil-prattiki, biex jiġu analizzati x-xejriet u l-iżviluppi ġodda, u biex l-oqfsa kunċettwali, l-istrateġiji u l-prattiki jiġu adattati, fejn xieraq ma' sħab minn setturi oħra. Barra minn hekk, huwa essenzjali li jiġu indirizzati x-xejriet globali bħall-isfidi demografiċi, it-tibdil fil-klima u d-diġitalizzazzjoni, u li jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi, u l-ħidma intelliġenti u diġitali fost iż-żgħażagħ.

b)

Kompetenza: Huwa importanti li jiġu pprovduti biżżejjed riżorsi għall-iżvilupp kontinwu tal-ħidma fost iż-żgħażagħ. Edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u appoġġ prattiku għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ madwar l-UE huma prekondizzjoni għall-promozzjoni tar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-kompetenzi ta' persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ fl-Istati Membri.

c)

Kredibbiltà: Jenħtieġ li jiġu promossi prattiki fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fis-soċjetà, u l-kwalità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għandha tissodisfa l-aspettattivi u r-rekwiżiti tal-qasam u tas-soċjetà, u tkun konsistenti man-natura, l-awtoimmaġni u l-prattiki professjonali tal-qasam, sabiex jiġi żgurat li r-rwol u l-importanza tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, kif ukoll ir-riżultati li tagħti, jiġu rikonoxxuti lil hinn mill-qasam innifsu. Sabiex jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti, il-kwalità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ trid ukoll tittejjeb, tiġi mmonitorjata u evalwata. Jenħtieġ li titwettaq ir-riċerka fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, iżda mingħajr ma jinħoloq piż burokratiku bla bżonn.

d)

Konnessjonijiet: Sabiex il-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ tkompli tiżviluppa l-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala qasam immirat lejn il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, jenħtieġ li titrawwem il-kooperazzjoni interna, inkluż il-konnessjonijiet bejn il-fornituri tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u dawk li jfasslu l-politika dwar iż-żgħażagħ, u l-kooperazzjoni ma' setturi u oqsma ta' politika oħrajn. Barra minn hekk, ir-rikonoxximent fis-soċjetà, l-involviment fil-politika dwar iż-żgħażagħ, l-oqfsa legali xierqa, ir-riżorsi finanzjarji, l-oqfsa istituzzjonali, u l-istrutturi xierqa u sostenibbli huma kollha fatturi importanti.

e)

Kriżijiet u opportunitajiet: Il-ħidma fost iż-żgħażagħ qed tħabbat wiċċha kontinwament ma' sfidi fundamentali u għandha tadatta biex tissodisfa l-ħtiġijiet li qed jinbidlu. L-eżistenza u s-sostenibbiltà stess ta' ħafna assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u servizzi taż-żgħażagħ huma mhedda bħala riżultat ta' kriżijiet bħall-pandemija tal-COVID-19. Ir-restrizzjonijiet fuq il-kuntatt soċjali kellhom impatt serju fuq il-mod kif taħdem il-ħidma fost iż-żgħażagħ, u b'hekk fuq iż-żgħażagħ, b'mod partikolari dawk b'inqas opportunitajiet. Madankollu, il-ħidma fost iż-żgħażagħ uriet il-kapaċità tagħha li tirreaġixxi malajr għal kriżi bħal din u tiżgura li l-fehmiet taż-żgħażagħ jiġu kkunsidrati fil-proċess tat-tfassil tal-pjan ta' azzjoni tagħhom għall-futur tal-Ewropa ta' wara l-kriżi.

11.

Kemm l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2019-2027) kif ukoll l-Istrateġija tas-Settur taż-Żgħażagħ tal-Kunsill tal-Ewropa għall-2030 jappellaw għall-iżvilupp ta' Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ. F'dan l-appell, l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ ħeġġet it-tiftix ta' aktar sinerġiji mal-ħidma mwettqa mill-Kunsill tal-Ewropa f'dan il-qasam. Dan jippermetti t-trawwim ta' kooperazzjoni reċiproka u l-ħolqien ta' sinerġiji bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa biex jiġu żviluppati aktar il-prattiki u l-politiki tal-ħidma fost iż-żgħażagħ.

JAQBLU DWAR IL-QAFAS STRATEĠIKU LI ĠEJ BĦALA L-AĠENDA EWROPEA GĦALL-ĦIDMA FOST IŻ-ŻGĦAŻAGĦ:

12.

L-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (minn hawn 'il quddiem "l-Aġenda") hija qafas strateġiku għat-tisħiħ u l-iżvilupp tal-kwalità u l-innovazzjoni fil-ħidma fost iż-żgħażagħ u r-rikonoxximent tagħha. Hija tadotta approċċ immirat għall-iżvilupp ulterjuri tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa bbażata fuq l-għarfien u r-rabta tad-deċiżjonijiet politiċi mal-implimentazzjoni prattika tagħhom. L-Aġenda hija kkaratterizzata minn kooperazzjoni kkoordinata fost il-partijiet ikkonċernati f'livelli differenti u f'diversi oqsma tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, u sservi wkoll biex issaħħaħ il-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala qasam ta' ħidma distint li jista' jaġixxi bħala sieħeb ugwali ma' oqsma ta' politika oħrajn.

13.

L-Aġenda hija magħmula mill-elementi li ġejjin:

a)

Bażi politika

F'konformità mal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2019-2027), l-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ għandha timmira għall-kwalità, l-innovazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħidma fost iż-żgħażagħ. Fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-attivitajiet tal-UE fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali tal-istrateġija u jibnu fuq l-istrumenti u l-governanza maqbula għal din l-istrateġija.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ u l-Istrateġija għas-Settur taż-Żgħażagħ 2030 jipprovdu l-impetu għat-tisħiħ, ir-rikonoxximent u l-iżvilupp ulterjuri tal-politiki u l-prattiki tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, u b'hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-Aġenda.

Id-dokumenti msemmija hawn fuq jappellaw għall-ħolqien ta' sinerġiji jew kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-istati membri tagħhom.

b)

Kooperazzjoni fil-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ

Il-kooperazzjoni fi ħdan il-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Istati Membri u fil-livell Ewropew hija fundamentali għall-effettività tal-Aġenda u ser issawwar kemm il-kontenut tal-Aġenda kif ukoll l-iżvilupp futur tagħha.

c)

L-implimentazzjoni tal-Aġenda fil-prattika: "il-Proċess ta' Bonn"

Il-proċess ta' implimentazzjoni tal-Aġenda, imsejjaħ il-"Proċess ta' Bonn" (5), jenħtieġ li jissawwar mill-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, fi ħdan l-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom u d-diversi mandati, rwoli u kapaċitajiet tagħhom. Dan jikkonsisti fl-iżvilupp u l-proponiment ta' strateġiji, miżuri u prijoritajiet ta' implimentazzjoni fil-livelli kollha li għandhom jitwettqu permezz ta' attivitajiet mil-livell lokali sa dak Ewropew, fl-ispettru kollu tal-kuntesti tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u fi ħdan l-isferi ta' kompetenza rilevanti.

d)

Programmi ta' finanzjament fil-qasam taż-żgħażagħ

Il-programmi ta' finanzjament tal-UE rilevanti infurzati fil-qasam taż-żgħażagħ, (b'mod partikolari Erasmus+ Żgħażagħ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà), jistgħu joffru appoġġ u finanzjament biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta' implimentazzjoni tal-Aġenda f'konformità mal-objettivi tal-programmi.

GĦANDHOM L-GĦAN LI:

14.

Jippromwovu l-iżvilupp ulterjuri u t-tisħiħ tal-kwalità u l-innovazzjoni fil-ħidma fost iż-żgħażagħ u r-rikonoxximent tagħha u, bi sħubija mal-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, itejbu l-qafas li fih titwettaq, fil-livelli kollha, inkluż bl-użu ta' kooperazzjoni transsettorjali u approċċi bbażati fuq l-evidenza.

15.

Jagħtu attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni tal-Aġenda bħala parti mill-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u, fejn possibbli, tintegra b'mod sħiħ il-politiki tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fil-livelli kollha tal-politika dwar iż-żgħażagħ u l-istrateġiji assoċjati (nazzjonali, reġjonali u lokali) fl-Istati Membri.

16.

Jiżguraw il-preżenza ta' strutturi sostenibbli u d-disponibbiltà ta' riżorsi adatti għal ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ, sabiex iż-żgħażagħ kollha jkun jista' jkollhom esperjenza pożittiva tal-miżuri stabbiliti f'dan il-qasam, jew isawru dawn il-miżuri huma stess, b'enfasi partikolari fuq azzjoni fil-livell lokali u f'żoni remoti u rurali fejn hemm inqas opportunitajiet għall-ħidma fost iż-żgħażagħ.

17.

Isaħħu u jestendu l-prinċipji komuni tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fi ħdan il-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ billi jżidu l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar l-iżviluppi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa, billi jippromwovu l-kooperazzjoni regolari, l-iskambju u l-prattiki komuni, filwaqt li jieħdu kont tad-differenzi bejn id-diversi livelli u oqsma tal-ħidma fost iż-żgħażagħ.

18.

Itejbu l-fehim tal-kunċetti, il-metodi u l-għodod użati għall-edukazzjoni u t-taħriġ fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, jiżviluppaw aktar l-oqfsa bbażati fuq il-kompetenza għall-edukazzjoni u t-taħriġ formali u mhux formali tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fejn applikabbli, u jipprovdu d-diversi atturi involuti fil-ħidma fost iż-żgħażagħ b'edukazzjoni, taħriġ, gwida u appoġġ ta' kwalità suffiċjenti.

19.

Jimmonitorjaw u jevalwaw regolarment l-istat tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-iżviluppi u l-isfidi fiha, janalizzaw il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ u x-xejriet rilevanti għall-ħidma fost iż-żgħażagħ, jinvolvi liż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta' strateġiji u jinkoraġġixxu l-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ f'kooperazzjoni ma' setturi oħra kkonċernati, biex jirreaġixxu għal dawn l-iżviluppi u tkompli tiżviluppa l-modi tagħhom ta' ħidma kif meħtieġ.

20.

Fejn xieraq, jiżviluppaw aktar strateġiji u azzjonijiet li jippermettu li jiġi rikonoxxut u vvalidat it-tagħlim mhux formali u informali fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u li jiġi rikonoxxut il-kontribut tal-ħidma fost iż-żgħażagħ lejn it-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ.

21.

Issaħħu l-kapaċità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ biex dawn jingħataw is-setgħa li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' soċjetajiet inklużivi, sostenibbli, demokratiċi, pluralistiċi u paċifiċi.

22.

Iżidu l-opportunitajiet għal interazzjoni u skambju transkonfinali bejn iż-żgħażagħ minn sfondi kulturali u soċjoekonomiċi differenti u għal skambju interkulturali fi ħdan l-Istati Membri, b'mod li din issir il-prattika standard fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, u jiffaċilitaw il-ħolqien ta' aktar proġetti strateġiċi għall-kooperazzjoni fil-ħidma fost iż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

23.

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-pandemija tal-COVID-19 u fid-dawl ta' kriżijiet futuri possibbli, jiżguraw, fil-livelli kollha, l-eżistenza u l-operat li għaddejjin bħalissa tad-diversi faċilitajiet u strutturi involuti fil-ħidma fost iż-żgħażagħ billi jiżviluppaw mekkaniżmi u riżorsi reżistenti għall-kriżijiet, inkluż teknoloġiji diġitali, u jiżguraw li l-faċilitajiet u l-istrutturi jkunu kapaċi jadattaw għas-sitwazzjoni attwali u sitwazzjonijiet simili li jistgħu jinqalgħu fil-futur.

24.

Isaħħu l-kooperazzjoni kemm bejn l-Istati Membri u l-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet rispettivi sabiex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI, F'KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U FIL-LIVELLI XIERQA, B'KUNSIDERAZZJONI XIERQA GĦAĊ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI SPEĊIFIĊI TAGĦHOM, BIEX:

25.

Jintegraw il-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-istrateġiji eżistenti u futuri tal-politika dwar iż-żgħażagħ u l-implimentazzjoni tagħhom fil-livelli amministrattivi kollha sabiex tiġi ffaċilitata innovazzjoni akbar, tittejjeb il-kwalità u jiżdied ir-rikonoxximent tal-qasam, b'enfasi partikolari fuq l-azzjoni fil-livell lokali fit-tfassil u l-iżvilupp tal-Aġenda.

26.

Jidentifikaw temi u oqsma ta' azzjoni għall-iżvilupp ulterjuri tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, f'konformità mal-objettivi komuni tal-Aġenda, li jenħtieġ li jitfasslu u jiġu implimentati fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u f'kooperazzjoni mal-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ. Jenħtieġ li dan il-proċess ikun immirat kemm jista' jkun u jiġi integrat, fejn xieraq, fi strateġiji eżistenti.

27.

Jinforma lill-atturi rilevanti kollha fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali fi ħdan il-komunità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ dwar il-prattika tal-Aġenda u l-implimentazzjoni tagħha u jiżgura li jkun hemm djalogu adatt magħhom u bejniethom.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA, FL-OQSMA TA' KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM U FIL-LIVELLI XIERQA, B'KUNSIDERAZZJONI XIERQA GĦALL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX

28.

Jippromwovu d-dimensjoni Ewropea tal-ħidma fost iż-żgħażagħ permezz ta' skambju transkonfinali u tranżnazzjonali, kooperazzjoni, tagħlim interkulturali u tagħlim bejn il-pari.

29.

Jiffaċilitaw l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Aġenda billi jużaw strutturi u strumenti eżistenti jew jidentifikaw jew jistabbilixxu, fejn xieraq, strutturi ta' appoġġ, għodod, sħubiji jew metodi xierqa oħra ġodda ta' kooperazzjoni fid-diversi livelli.

30.

Jistinkaw biex jiżguraw li l-Aġenda tissawwar kemm jista' jkun mill-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, u jagħmlu għad-dispożizzjoni ta' din il-komunità informazzjoni, opportunitajiet u spazji biex jiġi ffaċilitat l-involviment tagħha. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ u lil persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ.

31.

Jipprevedu Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ fil-prinċipju kull ħames snin, biex isservi bħala forum għall-iżvilupp ulterjuri tal-Aġenda, jikkunsidraw li jistiednu lill-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa bħala parti mill-politika tal-viċinat tal-UE, u jesploraw il-modi possibbli ta' appoġġ għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Aġenda permezz tal-programm Erasmus+ Żgħażagħ u l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

32.

Joħolqu "Network għall-iżvilupp tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa" miftuħ u konsultattiv ta' strutturi rilevanti li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-iżvilupp tal-ħidma fost iż-żgħażagħ billi jippromwovu approċċi innovattivi, jappoġġaw l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ma' u bejn atturi differenti ġewwa u barra l-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, jipprovdu appoġġ u jxerrdu informazzjoni dwar id-diversi prijoritajiet tematiċi, approċċi, networks u gruppi fil-mira. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li n-network jiġi appoġġat ukoll minn pariri u għarfien espert ġejjin minn setturi oħra. Jenħtieġ li n-network ifittex li jinvolvi atturi ġodda fil-ħidma ta' żvilupp tiegħu.

33.

Jesploraw il-possibbiltajiet li permezz tagħhom il-programmi ta' finanzjament tal-UE, bħal Erasmus+ Żgħażagħ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jistgħu jikkontribwixxu b'mod attiv, fejn xieraq, għall-implimentazzjoni tal-Aġenda bl-użu tal-istrumenti ta' finanzjament differenti tal-programmi.

34.

Jippromwovu ċittadinanza attiva, kritika u sensibilizzazzjoni demokratika u l-apprezzament tad-diversità fost iż-żgħażagħ kollha bħala partijiet permanenti u fundamentali tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, inkluż billi jippromwovu t-tisħiħ tal-kompetenzi permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta' persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ. Jagħtu liż-żgħażagħ kollha, mingħajr diskriminazzjoni, l-opportunità li jaġixxu fuq inizjattiva tagħhom stess, jiżviluppaw l-awtoeffikaċja tagħhom u jeżerċitaw influwenza pożittiva.

35.

Jimmonitorjaw u jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Aġenda. Għal dan il-għan, ir-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ jenħtieġ li jinkludi kapitolu ddedikat dwar l-iżvilupp, fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ ta' strutturi, għodod ta' appoġġ, sħubiji jew metodi xierqa oħra ta' kooperazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell Ewropew.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX:

36.

Tiżgura li l-Aġenda tkun minquxa fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, inkluż l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ, u żżid il-viżibbiltà tagħha billi tuża l-istrumenti u l-għodod ta' governanza previsti fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ biex timplimenta l-Aġenda u biex timmonitorja, tevalwa, ixxerred u tuża r-riżultati tagħha.

37.

Tiżgura sinerġiji ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u ssaħħaħ is-sħubija eżistenti mal-Kunsill tal-Ewropa meta timplimenta l-Aġenda permezz ta' azzjoni komplementari u kkoordinata. Is-sħubija bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam taż-żgħażagħ tista' tingħata rwol ċentrali fl-iżgurar tas-sinerġiji u fl-iffaċilitar tad-djalogu għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ.

38.

Tikkunsidra li tiżviluppa pjattaforma diġitali Ewropea ddedikata li tkun miftuħa u multilingwi dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ f'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ biex tikkondividi informazzjoni, għarfien u prattiki tajba, u tinvolvi ruħha fil-kooperazzjoni u t-tagħlim bejn il-pari. B'hekk jiġu ffaċilitati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Aġenda, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha, fejn rilevanti. Grupp ta' esperti li jirrappreżenta l-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ jista' jakkumpanja u jagħti pariri dwar il-proċess tal-ħolqien u l-implimentazzjoni tal-pjattaforma.

39.

issaħħaħ il-bini tal-għarfien u l-approċċi bbażati fuq l-evidenza fil-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa billi tiffaċilita l-iskambji tal-esperti u r-riċerka bbażata fuq ix-xjenza u l-prattika dwar l-impatt tal-prinċipji, l-iżviluppi, il-kunċetti, l-attivitajiet u l-prattiki applikati fil-qasam, b'mod partikolari billi tinvolvi riċerkaturi żgħażagħ u tibni repożitorju ta' għarfien espert fi ħdan l-organizzazzjonijiet tal-ħidma fost iż-żgħażagħ.


(1)  Deskrizzjoni mir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2017)4 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ

(2)  Pereżempju, f'ċentri taż-żgħażagħ, proġetti taż-żgħażagħ, ħidma ta' sensibilizzazzjoni/ħidma itineranti fost iż-żgħażagħ, gruppi informali taż-żgħażagħ, kampijiet/kolonji taż-żgħażagħ, informazzjoni għaż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u movimenti taż-żgħażagħ kif stabbilit fir-rapport finali tal-grupp ta' esperti dwar "Il-kontribut tal-ħidma fost iż-żgħażagħ biex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ, b'mod partikolari t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg".

(3)  B'differenza mill-iżvantaġġi individwali, l-iżvantaġġi strutturali huma dawk li mhumiex relatati mal-persuna nnifisha iżda mal-oqfsa regolatorji li l-persuna tkun soġġetta għalihom u l-kundizzjonijiet bażiċi tal-għajxien tagħha.

(4)  Ara d-definizzjoni fl-Anness II.

(5)  It-tielet Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ, avveniment diġitali mxandar minn Bonn, hija l-bidu tal-proċess ta' implimentazzjoni għall-implimentazzjoni tal-Aġenda.


ANNESS I

Referenzi

Fl-adozzjoni ta' din ir-Riżoluzzjoni, il-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill jirreferu għad-dokumenti li ġejjin:

Dokumenti tal-Kunsill

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ (ĠU C 414, 10.12.2019, p. 2)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ (ĠU C 418, 7.12.2017, p. 2)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ (ĠU C 412, 9.12.2019, p. 12)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ f'żoni rurali u remoti (ĠU C 193, 9.6.2020, p. 3)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ (ĠU C 327, 4.12.2010, p. 1)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 1)

Dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea

Study on youth work and entrepreneurial learning (Studju dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ u t-tagħlim intraprenditorjali) (2017)

Study on the value of youth work in the EU: general report - case studies- country reports (2014) (Studju dwar il-valur tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-UE: rapport ġenerali - studji tal-każijiet - rapporti tal-pajjiżi) (2014))

Youthpass impact study (Studju tal-impatt tal-Youthpass). Young people's personal development and employability and the recognition of youth work (L-iżvilupp personali u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ u r-rikonoxximent tal-ħidma fost iż-żgħażagħ) (2013)

Rapporti tal-gruppi ta' esperti mill-kooperazzjoni tal-Kunsill fil-qasam taż-żgħażagħ

Rapport tal-grupp ta' esperti: Developing digital youth work – Policy recommendations, training needs and good practice examples (L-iżvilupp tal-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ - Rakkomandazzjonijiet ta' politika, ħtiġijiet ta' taħriġ u eżempji ta' prattika tajba) (2018)

Rapport tal-grupp ta' esperti: The contribution of youth work to preventing marginalisation and violent radicalisation (Il-kontribut tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-prevenzjoni tal-emarġinazzjoni u r-radikalizzazzjoni vjolenti) (2017)

Rapport tal-grupp ta' esperti: The contribution of youth work to address the challenges young people are facing, in particular the transition from education to employment (Il-kontribut tal-ħidma fost iż-żgħażagħ biex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ, b'mod partikolari fit-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg) (2015)

Rapport tal-grupp ta' esperti: Quality Youth Work - A common framework for the further development of youth work (Ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ - Qafas komuni għall-iżvilupp ulterjuri tal-ħidma fost iż-żgħażagħ)(2015)

Dokumenti tal-Kunsill tal-Ewropa

Rakkomandazzjoni CM/Rec(2017)4 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ

Riżoluzzjoni CM/Res (2020)2 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-istrateġija 2030 tal-Kunsill tal-Ewropa għas-settur taż-żgħażagħ

Oħrajn

Dikjarazzjoni tat-tieni Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (1)

European Training Strategy in the field of Youth. Supporting the development of quality youth work in Europe through capacity building (Strateġija Ewropea ta' Taħriġ fil-qasam taż-Żgħażagħ. Appoġġ għall-iżvilupp ta' ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet) (2015) (2)


(1)  https://pjp-eu.coe.int/documents/42128013/47262187/The+2nd+European+Youth+Work+Declaration_FINAL.pdf/cc602b1d-6efc-46d9-80ec-5ca57c35eb85

(2)  https://ec.europa.eu/youth/sites/youth/files/eu-training-strategy-youth_en.pdf


ANNESS II

Għall-iskopijiet ta' din ir-Riżoluzzjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ (1)

Fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, il-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għandha tinftiehem bħala grupp ta' persuni, professjonali jew mhux professjonali, li jikkondividu l-istess interessi fir-riżoluzzjoni ta' kwistjoni, fit-titjib tal-ħiliet tagħhom, u fit-tagħlim mill-esperjenzi ta' xulxin.

Il-komunità ta' prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ tinkludi partijiet ikkonċernati fil-livelli kollha mil-livell lokali sa dak Ewropew, bħal:

persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ;

maniġers fil-ħidma fost iż-żgħażagħ;

trasportaturi ta' proġetti;

organizzazzjonijiet tal-ħidma fost iż-żgħażagħ akkreditati u indipendenti;

ħarrieġa;

riċerkaturi;

edukaturi ta' persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ;

komunitajiet lokali u muniċipalitajiet;

Aġenziji Nazzjonali għall-Erasmus+ Żgħażagħ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

rappreżentanzi taż-żgħażagħ u żgħażagħ u

dawk li jfasslu l-politika għaż-żgħażagħ.

L-atturi kollha fil-komunità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għandhom, fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom, mandati, rwoli u kapaċitajiet differenti għall-iżvilupp ulterjuri tal-ħidma fost iż-żgħażagħ.


(1)  It-terminu "komunità ta' prattika" huwa terminu teoretiku żviluppat mill-psikologi edukattivi Jean Lave u Étienne Wenger.


ANNESS III

Infografika dwar l-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ

Image 1


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10023 — H&F/Carlyle/Vantage)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 415/02)

Fit 24 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M10023. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9369 — PAI Partners/Wessanen)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 415/03)

Fit 28 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9369. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/11


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10012 — Hg/KKR/Citation)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 415/04)

Fit 24 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M10012. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/12


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9930 — LGP/TPG/WellSky)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 415/05)

Fit 15 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9930. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/13


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9950 — Clearlake Capital Group/TA Associates Management/Ivanti Software)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 415/06)

Fit 6 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9950. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/14


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9864 — CPPIB/KKR/Axel Springer)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 415/07)

Fit 3 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9864. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/15


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9922 — GHO/MIC/Envision)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 415/08)

Fit 3 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9922. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/16


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-Trawwim tal-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa

(2020/C 415/09)

IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI:

1.

L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq valuri bħad-demokrazija, il-pluraliżmu, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt. Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, u l-protezzjoni tal-minoranzi huma pedamenti inaljenabbli tal-idea Ewropea (1).

2.

Id-demokrazija u soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt u s-solidarjetà ma għandhom qatt jitqiesu bħala ovvji; huma għandhom jiġu protetti, imsaħħa u promossi mill-atturi politiċi, is-soċjetà, in-negozju, l-akkademiċi, il-media, fit-tagħlim u t-taħriġ formali u mhux formali, u minn kull wieħed u waħda minna flimkien.

3.

Iż-żgħażagħ għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sinifikanti fid-deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernawhom. Huma għandhom id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, l-aċċess għall-informazzjoni, u li jkunu protetti mid-diskriminazzjoni. Huma intitolati għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħidma fost iż-żgħażagħ li jippermettulhom jitgħallmu dwar, fost oħrajn, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u jħejjuhom għal ħajja responsabbli f'soċjetà ħielsa.

4.

Il-kreattività taż-żgħażagħ hija essenzjali għal demokrazija ħajja fl-Ewropa. Il-kulturi, il-movimenti, il-gruppi, l-organizzazzjonijiet u l-inizjattivi taż-żgħażagħ jista' jkollhom influwenza determinanti fuq l-iżviluppi politiċi u t-tibdil fis-soċjetà. L-inizjattivi għall-protezzjoni ambjentali u tal-klima, il-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diversità soċjali huma biss xi eżempji ta' kwistjonijiet li ħafna drabi jinvolvu ruħhom fihom iż-żgħażagħ fl-Ewropa.

5.

Iż-żgħożija hija stadju determinanti tal-ħajja li jistħoqqlu attenzjoni speċjali minn perspettiva politika. Iż-żgħażagħ madwar l-Ewropa huma kkaratterizzati minn diversità wiesgħa ta' sfondi, interessi u kapaċitajiet u qed jiffaċċjaw sfidi multipli kemm fil-livell individwali kif ukoll f'dak tas-soċjetà. L-aċċess għal opportunitajiet għall-ħajja għall-individwi, speċjalment għaż-żgħażagħ li għandhom inqas opportunitajiet, u t-trawwim tal-kuxjenza demokratika taż-żgħażagħ huma kompiti li jeħtieġu appoġġ wiesa' mis-soċjetà u miżuri ta' politika xierqa.

6.

Il-media u t-teknoloġija diġitali joffru potenzjal kbir biex tissaħħaħ il-fiduċja fid-demokrazija, billi jipprovdu opportunitajiet sinifikanti għaż-żgħażagħ biex jaċċessaw l-informazzjoni meħtieġa għall-involviment demokratiku, jinteraġixxu ma' oħrajn fuq distanzi twal, isemmgħu l-opinjonijiet tagħhom, jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jinvolvu ruħhom f'ċittadinanza attiva. Fl-istess ħin, id-diġitalizzazzjoni ġġib magħha xi elementi negattivi li jistgħu jisfidaw id-demokrazija, bħad-diżinformazzjoni, il-polarizzazzjoni, il-propaganda u d-diskors ta' mibegħda.

7.

L-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (2).

8.

Il-promozzjoni ta' demokrazija parteċipattiva inklużiva hija waħda mill-prinċipji gwida tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2019–2027). L-istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ għandha l-għan li tappoġġa l-involviment taż-żgħażagħ fl-Ewropa fit-tiswir tas-soċjetà u tal-politika. B'dan il-ħsieb, l-opinjonijiet taż-żgħażagħ jitqiesu permezz ta', pereżempju, id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-11-il Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ (3). L-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ Nru 1 (Konnessjoni bejn l-UE u ż-Żgħażagħ) u Nru 9 (Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd) huma partikolarment rilevanti f'termini tal-parteċipazzjoni demokratika taż-żgħażagħ.

JIEĦDU NOTA TA'

9.

L-ideat u l-opinjonijiet taż-żgħażagħ kondiviżi fil-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ f'Ottubru 2020 kienu ffukati fuq is-suġġett tal-ispazju u l-parteċipazzjoni għal kulħadd, u jipprovdu ispirazzjoni siewja għal azzjoni biex jitrawmu l-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa. Dawn l-ideat u l-opinjonijiet taż-żgħażagħ jikkonċernaw:

li l-ħsieb kritiku jsir parti obbligatorja mill-kurrikuli tal-iskejjel;

proċessi ta' kodeċiżjoni fil-livelli kollha li jinvolvu ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, implimentati permezz ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet;

it-tnaqqis tal-età biex wieħed jivvota u joħroġ għall-elezzjoni għal 16-il sena għall-elezzjonijiet kollha, filwaqt li jitneħħew l-ostakli kollha għall-votazzjoni u jiġi żgurat l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet;

proċessi ddedikati li jamplifikaw l-ilħna tal-minoranzi żgħażagħ u jiżguraw l-involviment dirett tagħhom;

finanzjament għal strutturi permanenti ta' parteċipazzjoni;

opportunitajiet ġodda ta' finanzjament Ewropew biex jiġu stabbiliti u sostnuti spazji għaż-żgħażagħ;

il-prijoritizzazzjoni fil-livell Ewropew u f'approċċ transsettorjali tal-ħolqien ta' spazji diġitali sikuri għaż-żgħażagħ u l-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali.

JIKKUNSIDRAW LI

10.

Iż-żgħażagħ għandhom ikunu jistgħu jesperjenzaw l-awtoeffikaċja, it-teħid tal-inizjattiva, u l-kokreazzjoni sabiex jiżviluppaw il-kuxjenza demokratika. Meta jagħmlu dan, huma jesperjenzaw proċessi demokratiċi u jiksbu kompetenzi li jiffurmaw il-pedament ta' demokrazija ħajja. L-esperjenza ta' kultura miftuħa ta' diskussjoni, iż-żieda fit-tolleranza ta' opinjonijiet u modi ta' għajxien differenti, u l-iżvilupp tal-kapaċità ta' kompromess, l-aċċettazzjoni ta' deċiżjonijiet b'maġġoranza u l-protezzjoni tal-minoranzi huma parti essenzjali minn dan il-proċess inklużiv.

11.

L-inkoraġġiment tal-involviment demokratiku jfisser li ż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jaħsbu b'mod awtonomu, kritiku u u attent għall-isfumaturi, u li jkunu ċittadini attivi, kif ukoll li jiġu mħeġġa jivvalutaw jekk l-ambjent tagħhom jissalvagwardjax il-valuri komuni Ewropej u jiggarantix id-drittijiet tagħhom. Dan jista' jsaħħaħ l-awtonomija taż-żgħażagħ, il-kapaċità tagħhom li jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess, u l-kuraġġ ċiviku tagħhom, u jista' jagħtihom is-setgħa li jsawru mhux biss ħajjithom stess, iżda wkoll il-politika u s-soċjetà fl-Ewropa, f'konformità mal-prinċipji demokratiċi u fi spirtu ta' solidarjetà.

12.

Il-kooperazzjoni Ewropea tibni fuq id-diversità, il-fehim u d-djalogu miftuħ. Dan il-kunsens bażiku jikkontribwixxi kemm għal kultura demokratika kif ukoll għall-koeżjoni fl-Ewropa, u jifforma bażi solida għall-involviment demokratiku taż-żgħażagħ. Jgħin fil-ġlieda kontra tendenzi antidemokratiċi, inumani, sessisti, razzisti, diskriminatorji u ta' esklużjoni fis-soċjetà tagħna, u jista' jikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti.

13.

Iż-żgħażagħ kollha jeħtieġu punti ta' aċċess, appoġġ u opportunitajiet biex ikunu jistgħu jieħdu s-sjieda tal-għażliet tagħhom, jesprimu ruħhom, jesperjenzaw l-awtoeffikaċja u jikkontribwixxu b'mod liberu għall-ħajja demokratika fl-Ewropa. L-ispazji diġitali u fiżiċi għaż-żgħażagħ jenħtieġ li jitfasslu b'mod konġunt miż-żgħażagħ infushom, ipprovduti minn atturi governattivi u mhux governattivi, u promossi f'kull forma ta' tagħlim u taħriġ formali u mhux formali. Dan jeħtieġ ukoll soċjetà ċivili b'saħħitha u indipendenti. Forom ta' awto-organizzazzjoni u promozzjoni, bħal organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u kunsilli taż-żgħażagħ, li fihom iż-żgħażagħ jitgħallmu jieħdu responsabbiltà għalihom infushom u għall-oħrajn, huma partikolarment importanti.

14.

Li ż-żgħażagħ kollha jkunu jistgħu jesperjenzaw id-demokrazija jeħtieġ approċċ inklużiv li jqis id-diversità tagħhom f'ħafna aspetti. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ li għandhom biss aċċess limitat għal proċessi parteċipattivi, opportunitajiet ipprovduti mill-ħidma fost iż-żgħażagħ u interazzjonijiet ma' atturi oħra tas-soċjetà ċivili bħala riżultat ta' żvantaġġi individwali jew strutturali, filwaqt li jitqies ir-riskju ta' diskriminazzjoni intersezzjonali.

JENFASIZZAW LI

15.

Il-prinċipji tat-tagħlim mhux formali u informali, u b'mod partikolari l-valuri u l-prattiki tax-xogħol, joffru ħafna opportunitajiet biex jitrawmu l-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku taż-żgħażagħ. Dan huwa possibbli primarjament minħabba li l-attivitajiet offruti mill-ħidma fost iż-żgħażagħ huma orjentati lejn il-proċess u parteċipatorji fin-natura tagħhom, huma mmirati kemm lejn iż-żgħażagħ organizzati kif ukoll dawk mhux organizzati, u huma allinjati mill-qrib mal-ħtiġijiet u l-interessi taż-żgħażagħ. L-għarfien espert u l-metodi applikati fil-ħidma fost iż-żgħażagħ jistgħu jservu ta' ispirazzjoni għal setturi oħra. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ għalhekk għandha l-potenzjal li taqdi rwol ta' unifikazzjoni u koordinazzjoni fit-trawwim tad-demokrazija u l-parteċipazzjoni politika fost iż-żgħażagħ, mil-livell lokali sa dak Ewropew.

16.

Barra minn hekk, kunċetti u prattiki innovattivi b'approċċ kritiku u emanċipatorju jenħtieġ li jiġu żviluppati fi ħdan is-settur tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, iffukati fuq l-awtonomija taż-żgħażagħ, is-sens ta' inizjattiva u l-opportunitajiet għall-kokreazzjoni. Kunċetti eżistenti bħall-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, it-tagħlim interkulturali u globali, il-litteriżmu diġitali u fil-media, u l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza jistgħu jservu bħala punt ta' tluq. Persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, kemm dawk imħallsa kif ukoll dawk li jaħdmu b'mod volontarju, jenħtieġ li jitqiesu bħala li jakkumpanjaw liż-żgħażagħ f'dawn l-esperjenzi, u jenħtieġ li jingħataw appoġġ fl-iskambju ta' prattiki tajba u l-kisba ta' ħiliet u kompetenzi personali.

17.

Diversi programmi Ewropej jippromwovu l-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku. Il-programmi Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huma oqfsa partikolarment adatti għat-trawwim tal-involviment taż-żgħażagħ b'mod immirat permezz ta' djalogu interkulturali u tagħlim bejn il-pari, speċjalment fir-rigward tal-valuri u l-kwistjonijiet komuni Ewropej.

18.

Il-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku taż-żgħażagħ jgħinu biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-soċjetà. Dan isir partikolarment evidenti f'sitwazzjonijiet fejn il-prinċipji u d-drittijiet demokratiċi fundamentali jkunu ristretti minħabba ċirkostanzi straordinarji (eż. il-pandemija tal-COVID-19). Iż-żgħażagħ li għandhom fehim sod tad-demokrazija huma, wara kollox, aktar kapaċi li jiddistingwu bejn strateġiji biex jiġu indirizzati sfidi bħal dawn li huma kompatibbli mad-demokrazija, u dawk li mhumiex. Barra minn hekk, huwa essenzjali li d-drittijiet u l-libertajiet taż-żgħażagħ jiġu salvagwardjati matul restrizzjonijiet temporanji u jerġgħu jiddaħħlu kompletament u immedjatament ladarba jintemmu r-restrizzjonijiet. Dan huwa partikolarment applikabbli peress li ż-żgħażagħ, speċjalment dawk b'inqas opportunitajiet, ħafna drabi huma fost il-gruppi l-aktar milquta ħażin mill-kriżijiet.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI, F'KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U FIL-LIVELLI XIERQA, BIEX

19.

Fejn adatt, jistabbilixxu jew ikomplu, fuq bażi sostnuta, programmi u inizjattivi ta' finanzjament speċifiċi għas-settur u dawk transsettorjali fil-livelli kollha fl-Istati Membri, sabiex jiżdied il-fehim u l-apprezzament taż-żgħażagħ tad-demokrazija u d-diversità. Dawn jenħtieġ li jipprovdu spazju u opportunitajiet għat-tagħlim dwar l-involviment demokratiku u l-esperjenza tiegħu, kemm bħala parti minn grupp kif ukoll individwalment, filwaqt li jiżguraw aċċess għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk b'inqas opportunitajiet. L-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-inizjattivi taż-żgħażagħ b'mod partikolari, bħala espressjonijiet tal-kapaċità taż-żgħażagħ għall-awto-organizzazzjoni, jenħtieġ li jissaħħu fil-kapaċità tagħhom li jappoġġaw dawn l-isforzi.

20.

Jippromwovu d-demokrazija u t-tagħlim dwar id-drittijiet tal-bniedem fis-setturi u l-livelli kollha tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja; u jrawmu kooperazzjoni mill-qrib u sostnuta dwar dawn il-kwistjonijiet fis-setturi kollha. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-edukazzjoni attiva dwar iċ-ċittadinanza u l-edukazzjoni għad-demokrazija billi tiġi kkunsidrata varjetà wiesgħa ta' prattiki u ambjenti ta' tagħlim u billi jitrawwem l-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin taċ-ċittadinanza, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (4) u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva, u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (5).

21.

Jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ biex jirrispondu għall-potenzjal u l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni u biex jipparteċipaw fil-komunikazzjoni online b'mod attiv u awtoriflessiv (6). Għal dan il-għan, il-litteriżmu diġitali u fil-media b'mod partikolari għandu jitrawwem fiż-żgħażagħ u l-persuni li jappoġġawhom (eż. persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, għalliema), speċjalment il-kapaċità li jittrattaw it-tagħbija żejda ta' informazzjoni, id-diżinformazzjoni, id-diskors ta' mibegħda u forom oħra ta' kontenut dannuż. Jenħtieġ li tingħata enfasi speċjali lill-provvista ta' għodod ta' appoġġ xierqa kif ukoll lill-iżgurar ta' livell għoli ta' kwalità ta' soluzzjonijiet għall-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ u ta' proċessi parteċipattivi diġitali. L-aċċess mingħajr ostakli għall-media diġitali għandu jiġi żgurat għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk b'inqas opportunitajiet.

22.

Jirrikonoxxu l-interess partikolari u l-impenn ċiviku attiv muri miż-żgħażagħ fi kwistjonijiet bħas-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika, id-drittijiet tal-bniedem, l-ekwità interġenerazzjonali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-impatt tad-diġitalizzazzjoni, u jappoġġawhom b'mod attiv fl-isforzi tagħhom biex isawru l-proċessi politiċi u soċjali rilevanti. B'mod partikolari, jenħtieġ li jitħeġġeġ l-involviment taż-żgħażagħ fil-livell lokali, bħal fil-kunsilli tal-istudenti, l-organizzazzjonijiet lokali taż-żgħażagħ jew l-inizjattivi taż-żgħażagħ.

23.

Jippromwovu u jappoġġaw b'mod adegwat strutturi fiżiċi u diġitali aċċessibbli għall-ħidma fost iż-żgħażagħ u soluzzjonijiet għall-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari wara l-miżuri ta' konteniment tal-COVID-19, sabiex iż-żgħażagħ jingħataw spazji liberi, miftuħa u sikuri u opportunitajiet għall-iżvilupp personali.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA, FL-OQSMA TA' KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM U FIL-LIVELLI XIERQA, B'RISPETT DOVUT GĦALL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX

24.

Ikomplu jiżviluppaw il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi politiċi f'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (7), u b'hekk tkompli tissaħħaħ il-parteċipazzjoni sinifikanti u sostenibbli taż-żgħażagħ kollha fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli kollha.

25.

Fejn xieraq, jagħmlu proċessi u deċiżjonijiet politiċi fil-livelli kollha aċċessibbli, trasparenti u li jinftiehmu, bl-użu ta' informazzjoni u komunikazzjoni faċli għaż-żgħażagħ. Dan jenħtieġ li jinkludi b'mod partikolari l-għoti ta' feedback liż-żgħażagħ dwar ir-riżultati tal-proċessi tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ. L-informazzjoni jenħtieġ li tinxtered b'mod immirat sabiex tilħaq liż-żgħażagħ kollha irrispettivament mill-ambjent tagħhom. Jenħtieġ li jiġu żviluppati strateġiji ta' komunikazzjoni xierqa f'kooperazzjoni man-networks ta' informazzjoni għaż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati oħra tas-settur taż-żgħażagħ, bħall-Aġenzija Ewropea għall-Għoti ta' Informazzjoni u Pariri liż-Żgħażagħ u n-network Eurodesk, fil-livell Ewropew.

26.

Jintroduċu u jippromwovu l-kunċetti ta' sensibilizzazzjoni demokratika u involviment demokratiku liż-żgħażagħ bħala parti kontinwa u kruċjali tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, u jirrikonoxxu s-settur tal-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala spazju favorevoli biex iż-żgħażagħ jingħataw opportunitajiet biex jiżviluppaw u jikkontribwixxu lejn soċjetà demokratika. Dan jinkludi l-għoti, fi ħdan l-istrutturi eżistenti, ta' kondizzjonijiet qafas xierqa u riżorsi finanzjarji adegwati fil-livelli kollha, kif ukoll aktar taħriġ tematiku, ħiliet u kwalifiki għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ.

27.

Jappoġġaw l-iżvilupp ulterjuri u t-tiswir mill-ġdid ta' approċċi biex jiżdiedu l-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fiż-żgħażagħ. Dawn jistgħu jibnu fuq kunċetti eżistenti ta' pedagoġija (8) u ta' demokrazija, ċittadinanza attiva u edukazzjoni/taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f'dan il-qasam. Dawn l-approċċi jenħtieġ li jiġu mgħoddija lill-prattikanti permezz ta' programmi ta' taħriġ regolari u jistgħu jservu ta' ispirazzjoni għall-prattika tal-programmi tal-UE għaż-żgħażagħ, jew għall-iżvilupp ta' qafas ibbażat fuq il-kompetenza għall-edukazzjoni u t-taħriġ formali u mhux formali tal-ħidma fost iż-żgħażagħ (9). Jenħtieġ li jinħolqu wkoll opportunitajiet għal attivitajiet ta' tagħlim reċiproku fi ħdan is-settur tal-ħidma fost iż-żgħażagħ – kemm bejn il-prattikanti, l-akkademiċi, dawk li jfasslu l-politika u ż-żgħażagħ, kif ukoll bejn is-setturi.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX

28.

Tqis l-interessi taż-żgħażagħ u l-involviment demokratiku tagħhom bħala kwistjoni trasversali fil-proċessi u l-programmi Ewropej, bħall-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, jew iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, u fl-implimentazzjoni tal-programmi rilevanti tal-UE fis-seħħ, il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u f'kooperazzjoni msaħħa mal-Kunsill tal-Ewropa.

29.

Tenfasizza l-attivitajiet ta' riċerka u l-għodod għall-ġbir tal-evidenza li janalizzaw l-impatt tal-programmi ta' finanzjament tal-UE fuq il-promozzjoni tal-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fiż-żgħażagħ.

30.

Issaħħaħ l-attivitajiet Ewropej ma' pajjiżi sħab iffinanzjati mill-programmi tal-UE biex tippromwovi aktar il-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fiż-żgħażagħ, u tkompli tiżviluppa l-ħidma fost iż-żgħażagħ permezz tal-kooperazzjoni u l-iskambju.

JISTIEDNU LILL-ATTURI KOLLHA INVOLUTI FL-ATTIVITAJIET TA' KOOPERAZZJONI EWROPEA FIL-QASAM TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ BIEX JISTINKAW BIEX

31.

Jenfasizzaw kwistjonijiet bħall-valuri u l-identità Ewropej, id-demokrazija, l-aċċettazzjoni tad-diversità, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-protezzjoni tal-minoranzi, il-ħsieb kritiku, forom ġodda ta' parteċipazzjoni u azzjoni ċivika fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' finanzjament Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jiġu żgurati aċċess inklużiv u miftuħ, proċeduri sempliċi u riżorsi adegwati għal proġetti li jistgħu joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jipproponu, jikkontribwixxu u jgħidu tagħhom. Dan jenħtieġ li jitqies speċjalment għal azzjonijiet dedikati dwar il-parteċipazzjoni u s-solidarjetà.

32.

Jiżguraw li l-programmi tal-UE għaż-żgħażagħ iqisu l-ħtiġijiet, l-interessi u d-diversità taż-żgħażagħ. Dan jinkludi informazzjoni ta' finanzjament faċli għaż-żgħażagħ u faċilment aċċessibbli, appoġġ għall-inizjattivi ta' proġetti taż-żgħażagħ stess, u kunsiderazzjoni tal-organizzaturi tal-programmi u l-ħtiġijiet tagħhom. Fejn xieraq, il-programmi għandhom ikunu jistgħu jagħmlu titjib li jkompli jipprijoritizza l-inizjattiva taż-żgħażagħ u b'hekk l-involviment demokratiku u l-esperjenzi tagħhom.

(1)  L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(2)  L-Artikolu 165(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Anness 3 għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (2018/C 456/01).

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1)

(5)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 1)

(6)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ (ĠU C 418, 7.12.2017, p. 2) u konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ (ĠU C 414, 10.12.2019, p. 2).

(7)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 10).

(8)  B'mod partikolari, il-kunċetti ta' pedagoġija kritika u emanċipatorja.

(9)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ (ĠU C 412, 9.12.2019, p. 12).


ANNESS

Referenzi

Fl-adozzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill jieħdu nota tad-dokumenti li ġejjin:

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 10)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-żgħażagħ fl-azzjoni esterna (8629/20)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-litteriżmu fil-media f'dinja dejjem tinbidel (ĠU C 193, 9.6.2020, p. 23)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ (ĠU C 412, 9.12.2019, p. 12)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ (ĠU C 414, 10.12.2019, p. 2)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 1)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ (ĠU C 418, 7.12.2017, p. 2)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tas-settur taż-żgħażagħ f'approċċ integrat u transsettorjali biex tiġi evitata u miġġielda r-radikalizzazzjoni vjolenti taż-żgħażagħ (ĠU C 213, 14.6.2016, p. 1)

Dikjarazzjoni ta' Pariġi tas-17 ta' Marzu 2015 tal-Ministri għall-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni

Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989

Kummissjoni Ewropea: Flash Eurobarometer 478 – How do we build a stronger, more united Europe? The views of young people, March 2019 (mhux disponibbli bil-Malti) (1)

Parlament Ewropew: Study – Shrinking space for civil society: the EU response, 2017 (mhux disponibbli bil-Malti) (2)

Rakkomandazzjoni CM/Rec (2010)7 adottata mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-istati membri dwar il-Karta tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Edukazzjoni għal Ċittadinanza Demokratika u l-Edukazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Kunsill tal-Ewropa: Reference Framework of Competencies for Democratic Culture: Volume 1 – Context, concepts and model, 2018 (mhux disponibbli bil-Malti) (3)


(1)  https://ec.europa.eu/commfrontoffice/publicopinion/index.cfm/ResultDoc/download/DocumentKy/86162

(2)  https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2017/578039/EXPO_STU(2017)578039_EN.pdf

(3)  https://rm.coe.int/prems-008318-gbr-2508-reference-framework-of-competences-vol-1-8573-co/16807bc66c


1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/22


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni diġitali fis-soċjetajiet tal-għarfien tal-Ewropa

(2020/C 415/10)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRA:

1.

Il-kuntest politiku kif deskritt fl-Anness,

FILWAQT LI JENFASIZZA LI:

2.

Edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi huma punt b'saħħtu Ewropew ibbażat fuq il-valuri demokratiċi u l-idea tal-illuminiżmu. Id-distribuzzjoni mifruxa ta' teknoloġiji diġitali u l-aċċess għall-internet jiftħu possibbiltajiet u sfidi ġodda.

3.

It-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetajiet tal-għarfien tagħna qed taċċellera u hemm disponibbiltà dejjem akbar ta' servizzi u data diġitali. Dan jinkludi suq tax-xogħol li qed jinbidel kif ukoll profili ġodda tal-impjiegi u domanda għal kompetenzi diġitali (1) fil-kuntest tal-ħiliet tas-seklu 21. L-influwenza dejjem tikber tal-intelliġenza artifiċjali (2) ser tamplifika l-effetti tat-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetajiet tal-għarfien tagħna f'perspettiva fit-tul, u tista' toffri opportunitajiet ġodda promettenti għall-apprendiment, it-tagħlim u t-taħriġ fil-futur. Edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi huma essenzjali biex l-individwi u ċ-ċittadini kollha jiġu responsabilizzati biex jifhmu dawn l-iżviluppi, jieħdu sehem fihom u jsawruhom.

4.

Il-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt attwali tagħha fuq is-sistemi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Ewropa jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti għal fehim aħjar u evalwazzjoni kontinwa tal-użi, il-benefiċċji u l-isfidi tat-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali (3), u tal-livelli ta' kompetenzi diġitali, anki fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja.

5.

Il-pandemija tal-COVID-19 kompliet tenfasizza l-ħtieġa urġenti għal approċċ olistiku għall-edukazzjoni diġitali. Sabiex jiġu ssodisfati d-domandi attwali, edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużivi jikkomportaw forom diġitali u mhux diġitali ta' apprendiment u tagħlim, inkluż approċċi bħal tagħlim imħallat (4) u apprendiment mill-bogħod (5). Dan joffri opportunità biex jissaħħu l-edukazzjoni u t-taħriġ iffukati fuq min qed jitgħallem skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-individwi.

6.

L-edukazzjoni diġitali (6) hija prerekwiżit biex tgħin fit-tiswir tat-trasformazzjoni diġitali, it-tkomplija tal-edukazzjoni u t-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja u biex tippermetti edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi għal kulħadd. Għalhekk, huwa importanti li titqies id-dimensjoni soċjetali tagħha u li tinftiehem bħala parti minn trasformazzjoni kulturali profonda. Din it-trasformazzjoni kulturali twitti t-triq biex l-individwi u ċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jużaw id-data, it-teknoloġiji diġitali u l-infrastrutturi b'mod kunfidenti u sikur, filwaqt li jiġu rrispettati kif xieraq ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, u tippermettilhom jipparteċipaw b'mod attiv fid-deċiżjonijiet politiċi, fl-iżviluppi soċjetali u fis-suq tax-xogħol.

7.

L-edukazzjoni diġitali jenħtieġ li tkun iffukata fuq l-istudent u tappoġġa lill-individwi u liċ-ċittadini kollha biex jiżviluppaw il-personalità u l-ħiliet tagħhom b'mod kunfidenti, liberu u responsabbli. Bħala parti integrali minn edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi, jenħtieġ li l-edukazzjoni diġitali timpenja ruħha għall-prinċipju tal-integrità akkademika u l-fiduċja fil-kwalità tagħha. Jenħtieġ ukoll li tikkontribwixxi għal aċċessibbiltà aħjar tal-kontenut edukattiv u tal-pedagoġiji, għal inklużjoni soċjali akbar, kif ukoll għall-kisba aħjar tal-kompetenzi, filwaqt li tippromwovi s-suċċess edukattiv għal kulħadd. Jenħtieġ li l-edukazzjoni diġitali tqis it-teknoloġiji emerġenti, bħall-intelliġenza artifiċjali, u l-applikazzjoni sikura, pedagoġikament soda u etika tagħhom.

8.

Jenħtieġ ukoll li l-edukazzjoni diġitali tqis il-benesseri tal-istudenti, l-għalliema, il-ħarrieġa u l-edukaturi, kif ukoll tal-ġenituri u l-persuni li jindukraw, pereżempju fir-rigward tal-ambjenti sikuri għat-tagħlim. Għandha wkoll tikkontribwixxi għall-faċilitazzjoni tal-aċċess aktar faċli għall-informazzjoni għaċ-ċittadini kollha u għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni kulturali, ekonomika u soċjali attiva fis-soċjetajiet tal-għarfien tal-Ewropa.

9.

L-edukazzjoni diġitali jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċittadinanza, inkluż iċ-ċittadinanza diġitali (7) billi trawwem kompetenzi taċ-ċittadinanza. Dawn jinkludu approċċ kritiku għall-informazzjoni, li jippermetti liċ-ċittadini jinnavigaw f'dinja diġitali u jiżviluppaw fehim tal-valuri bażiċi tad-demokrazija u l-libertà tal-espressjoni.

10.

Kull persuna Ewropea għandu jkollha s-setgħa li tinvolvi ruħha b'mod attiv fit-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u li tibbenefika minn ambjenti ta' tagħlim xierqa, aċċessibbli u sikuri. Id-dritt tal-bniedem għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklużivi, kif stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u protett mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, irid jiġi garantit f'kull ħin.

11.

Sabiex jingħalaq id-distakk diġitali bejn il-ġeneri fl-oqsma relatati mal-ICT u x-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, huwa kruċjali approċċ sensittiv għall-ġeneru f'kull tip u livell ta' edukazzjoni u taħriġ.

12.

L-aċċess għal opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi appoġġati b'mod diġitali huwa kruċjali. Minkejja r-rwol kruċjali u l-benefiċċji tal-formati tal-apprendiment u t-tagħlim wiċċ imb'wiċċ, l-aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi bit-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali, u permezz tagħhom, huma prerekwiżiti għall-vijabbiltà futura tas-soċjetajiet tal-għarfien tal-Ewropa kif ukoll għal sistema ta' innovazzjoni Ewropea li tippermetti trasformazzjoni ekoloġika u diġitali, tipprovdi tkabbir, impjiegi u opportunitajiet sostenibbli u tippromwovi l-iżvilupp personali.

13.

Ewropa b'saħħitha hija bbażata fuq kultura ta' valuri komuni, il-kondiviżjoni, it-tiġdid u l-ftuħ għal forom ġodda ta' skambju kif ukoll il-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, is-settur privat u s-sistemi edukattivi nazzjonali differenti. Il-komunitajiet online (8) li jikkondividu l-prattiki (fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni) huma aktar viżibbli u ser jikbru fil-futur.

KONXJU LI:

14.

F'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ir-responsabbiltà għall-kontenut tat-tagħlim u għall-organizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni hija tal-Istati Membri.

15.

L-edukazzjoni diġitali tiġi implimentata fi gradi li jvarjaw fit-tipi u l-livelli differenti ta' edukazzjoni u taħriġ fl-Istati Membri u madwar l-Unjoni. L-esperjenza tat-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali madwar l-Unjoni tvarja u tiddependi ħafna mill-oqfsa ta' politika u governanza, l-infrastruttura u l-faċilitajiet tekniċi kif ukoll ir-riżorsi finanzjarji u umani. Dawn jinkludu b'mod partikolari għalliema, ħarrieġa, edukaturi u persunal pedagoġiku u amministrattiv ieħor imħejjija sew, inkluż mexxejja tal-istituzzjonijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

16.

Il-pandemija tal-COVID-19 qanqlet risposta rapida ta' emerġenza. L-Istati Membri għalqu l-biċċa l-kbira tas-siti tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom u talbu lill-istituzzjonijiet jipprovdu kontinwità fit-tagħlim, it-taħriġ, l-apprendiment u l-valutazzjoni prinċipalment permezz ta' approċċi remoti.

17.

Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali enfasizzaw l-importanza ta' fehim tal-edukazzjoni diġitali, għenu biex tingħata spinta lill-kapaċitajiet diġitali tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u pprovdew lill-għalliema, lill-ħarrieġa, lill-edukaturi u persunal pedagoġiku ieħor b'opportunitajiet ta' żvilupp professjonali.

18.

Madankollu, minkejja l-isforzi kbar żviluppati mill-Istati Membri kollha, ir-risposti ta' emerġenza għall-faċilitazzjoni ta' approċċi remoti kixfu sfidi u dgħufijiet komuni fost is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ madwar l-Unjoni:

a)

Matul il-pandemija tal-COVID-19, spiss deher li għadd ta' studenti, f'livell li jvarja madwar l-Istati Membri, ma setgħux jeżerċitaw kompletament id-dritt tagħhom għall-edukazzjoni u t-taħriġ minħabba nuqqas ta' aċċess fiżiku u teknoloġiku xieraq (9).

b)

L-isfida bla preċedent marbuta mal-pandemija tal-COVID‐19 żvelat ħtieġa urġenti ta' provvista aħjar ta' kompetenzi diġitali għal kulħadd sabiex jiġi żgurat aċċess ekwu għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-individwi u ċ-ċittadini kollha, speċjalment f'sitwazzjonijiet fejn l-edukazzjoni u t-taħriġ jingħataw mill-bogħod. Studenti bi bżonnijiet speċjali ffaċċjaw sfidi partikolari.

c)

Għalkemm il-bidla għall-edukazzjoni diġitali aċċellerat matul il-pandemija tal-COVID‐19, l-iżvilupp u l-użu ta' forom ġodda ta' disseminazzjoni tal-għarfien jistgħu, meta jsiru b'mod inkonxju u mingħajr intenzjoni, jirreplikaw forom aktar tradizzjonali ta' tagħlim u apprendiment.

d)

Il-pandemija tal-COVID-19 kienet ta' sfida għall-kontinwità tal-attivitajiet tranżnazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan jikkonċerna l-edukazzjoni u t-taħriġ transkonfinali kif ukoll il-mobbiltà tal-Erasmus+, b'mod partikolari l-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET).

e)

L-għeluq ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ ikkawżat mill-COVID-19 biddel ir-rwol tal-għalliema, il-ħarrieġa, l-edukaturi u persunal pedagoġiku ieħor, li kellhom isibu modi ġodda biex iżommu kuntatt ma' u jappoġġaw lill-istudenti biex jaħdmu b'mod indipendenti, kemm f'ambjenti ta' tagħlim kollaborattiv kif ukoll mod ieħor. Wera wkoll il-ħtieġa ta' kollaborazzjoni, tisħiħ ta' kapaċitajiet, u taħriġ professjonali speċifiku għat-tagħlim diġitali kif ukoll ta' miżuri ta' assistenza fost l-għalliema, il-ħarrieġa u n-networks tal-edukazzjoni tal-għalliema, kif ukoll fost l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXI LI:

19.

Id-distakk diġitali fl-Istati Membri u madwar l-Unjoni jibqa' sfida, peress li jista' jsaħħaħ inugwaljanzi strutturali oħra li diġà jeżistu, inkluż l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi u bejn il-ġeneri.

20.

Il-protezzjoni tad-data u s-sovranità diġitali tal-Istati Membri u taċ-ċittadini tagħhom għandhom jiġu żgurati fil-kuntest tat-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali, irrispettivament mill-urġenza tas-sitwazzjoni. Barra minn hekk, fil-kuntest taż-żieda fil-ħolqien u d-disseminazzjoni tal-kontenut diġitali edukattiv, il-prinċipji legali u etiċi li jirfdu l-proprjetà intellettwali jridu jiġu rikonoxxuti.

21.

Forom ġodda ta' trasferiment tal-għarfien u ambjenti ta' tagħlim, anke fil-forma ta' kokreazzjoni, jippromwovu konnessjoni usa' bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ formali u t-tagħlim mhux formali u informali. L-iskambju ta' prattiki tajba fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni jipprovdi opportunitajiet biex tiġi aċċellerata l-integrazzjoni tat-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali fil-forom kollha ta' tagħlim u biex jitrawmu kwalità għolja u inklużività fit-tagħlim u l-apprendiment.

22.

It-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali jiftħu possibbiltajiet ġodda għall-apprendiment u t-tagħlim u huma fattur importanti fl-iżgurar ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi. Dawn jistgħu jikkomplementaw l-interazzjoni diretta fil-forma ta' tagħlim u taħriġ wiċċ imb'wiċċ kif ukoll l-aħjar prattiki mhux diġitali u l-mezzi għat-tagħlim u l-apprendiment, li għad għandhom l-importanza tagħhom u ma jistgħux jiġu sostitwiti kompletament minn formati virtwali.

23.

Biex it-teknoloġija tkun tista' trawwem il-kwalità u l-inklużività fl-edukazzjoni, trid timxi id f'id ma' ambjenti ta' tagħlim u approċċi pedagoġiċi sikuri. Il-kumpaniji tat-teknoloġija tal-edukazzjoni, inkluż in-negozji ġodda u l-SMEs, għandhom rwol essenzjali fl-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi u aċċessibbli tal-edukazzjoni diġitali, li permezz tagħhom irawmu kemm l-edukazzjoni diġitali kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomiji Ewropej. Kundizzjonijiet favorevoli għall-innovazzjoni u opportunitajiet xierqa ta' finanzjament huma essenzjali biex dawn il-kumpaniji jirnexxu.

24.

Jeħtieġ li l-edukazzjoni diġitali tenfasizza l-importanza tal-kunċetti pedagoġiċi, l-għodod u l-metodi ta' apprendiment u tagħlim. Ir-riċerka edukattiva tista' tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kunċetti innovattivi fl-edukazzjoni u t-taħriġ u tista' tippermetti fehim usa' tal-impatt tat-trasformazzjoni diġitali fuq l-apprendiment u t-tagħlim kif ukoll fuq is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

25.

L-għoti ta' kompetenzi diġitali f'kull tip u livell ta' edukazzjoni u taħriġ għandu dejjem jimxi id f'id ma' taħlita rilevanti ta' kompetenzi ewlenin relatati, inkluż ħiliet għall-ħajja, u għandu jkun appoġġata minn infrastruttura, tagħmir u teknoloġija aċċessibbli tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku. Speċjalment il-programmi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ vokazzjonali, inkluż programmi ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, jeħtieġu taħlita xierqa ta' ħiliet u kompetenzi diġitali, okkupazzjonali u teknoloġiċi, li jistgħu jikkontribwixxu għall-impjegabbiltà.

26.

Sistema ta' innovazzjoni Ewropea kompetittiva f'livell internazzjonali u sostenibbli tiddependi minn sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi. Tistrieħ ukoll fuq sistema ta' riċerka eċċellenti, li idealment tkun marbuta mill-qrib mal-edukazzjoni u t-taħriġ. Għalhekk, it-trasferiment bikri tas-sejbiet mir-riċerka u l-innovazzjoni, eż. mir-riċerka edukattiva, kif ukoll il-kokreazzjoni u l-ittestjar ta' soluzzjonijiet innovattivi tal-edukazzjoni diġitali ser ikunu ta' valur miżjud fl-edukazzjoni u t-taħriġ, eż. f'oqsma bħat-tfassil tal-politika jew l-applikazzjoni pedagoġika.

FILWAQT LI JINNOTA LI:

27.

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat verżjoni mġedda ta' Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 li jissettja mill-ġdid l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali (10), li għandu jkollu segwitu fi proċess kokreattiv mal-Istati Membri, meta jkun xieraq u rilevanti.

28.

L-objettivi ewlenin tiegħu li jrawwem l-iżvilupp ta' ekosistema tal-edukazzjoni diġitali bi prestazzjoni għolja u li jtejjeb il-ħiliet u l-kompetenzi diġitali għat-trasformazzjoni diġitali jistgħu jikkontribwixxu għal approċċ aktar strateġiku għall-edukazzjoni diġitali fil-livell tal-Unjoni.

29.

Ekosistema tal-edukazzjoni diġitali bi prestazzjoni għolja (11)għandha tippermetti edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi permezz ta' infrastruttura, konnettività, ippjanar ta' kapaċità diġitali u kapaċitajiet organizzattivi rilevanti li jistgħu jiffaċilitaw aċċess aktar flessibbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ għal kulħadd kullimkien. Hija l-bażi għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-edukazzjoni diġitali u prerekwiżit għat-trasformazzjoni strutturali tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

30.

Huma meħtieġa kompetenzi diġitali u approċċi pedagoġiċi adegwati għall-għalliema, il-ħarrieġa, l-edukaturi u persunal pedagoġiku ieħor u studenti ta' kull età f'kull tip u livell ta' edukazzjoni u taħriġ sabiex isir użu sinifikattiv tat-teknoloġiji diġitali fl-edukazzjoni. L-għoti ta' kompetenzi diġitali jenħtieġ li jkun sensittiv għall-età u l-ġeneru u jenħtieġ li jkopri wkoll il-litteriżmu medjatiku, diġitali u tad-data, il-ħsieb kritiku u l-ġlieda kontra l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni, id-diskors ta' mibegħda u ta' ħsara, u l-bullying ċibernetiku u d-dipendenza ċibernetika, u jindirizza kwistjonijiet ta' sigurtà bħall-protezzjoni tal-privatezza, il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

31.

It-tagħlim mhux formali u dak informali jenħtieġ li jitrawmu bħala mezzi importanti biex il-persuni ta' kull età li huma barra mis-sistema tal-edukazzjoni formali jingħataw il-livell meħtieġ ta' kompetenza diġitali, sabiex jiġi appoġġat l-iżvilupp professjonali u personali tagħhom, anke fir-rigward ta' fatturi bħar-relazzjonijiet soċjali u s-saħħa fiżika u mentali, kif ukoll il-benesseri diġitali. F'dan ir-rigward, huma importanti l-ambjenti diġitali u kultura ta' użu sinifikattiv u etiku tal-għodod diġitali. L-opportunitajiet ta' tagħlim diġitali mhux formali u informali huma partikolarment rilevanti għaż-żgħażagħ, iżda wkoll għall-anzjani li sofrew b'mod partikolari mill-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, F'KONFORMITA MAĊ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI, BIEX:

32.

Jippromwovu l-inkorporazzjoni ta' teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali u l-kisba ta' kompetenzi diġitali sabiex jissaħħu t-tagħlim, it-taħriġ u l-apprendiment f'kull tip u livell ta' edukazzjoni u taħriġ kif ukoll f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja.

33.

Jinkoraġġixxu l-valutazzjoni, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-validazzjoni tal-eżiti tal-apprendiment ta' modi innovattivi ta' apprendiment inkluż il-komponenti diġitali.

34.

Jirriflettu fuq il-mudelli pedagoġiċi u l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-għalliema, il-ħarrieġa u l-edukaturi u persunal pedagoġiku ieħor sabiex jittieħed vantaġġ aħjar mid-diversi opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali.

35.

Jippermettu u jimmotivaw lill-għalliema, il-ħarrieġa u l-edukaturi u persunal pedagoġiku ieħor, bħall-ħarrieġa tal-għalliema, biex jipparteċipaw fi żvilupp professjonali inizjali u kontinwu sabiex jiżviluppaw u jtejbu l-ħiliet u l-kompetenzi diġitali u l-għarfien bażiku tagħhom stess tal-ICT għal livell li jippermettilhom jaħdmu b'kunfidenza bit-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali u jagħtu edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja. B'dan il-mod, għandu jkollhom il-kapaċità li jipparteċipaw fil-ħolqien ta' metodi ta' tagħlim u taħriġ innovattivi u ffukati fuq l-istudenti u didattiċi applikati li jippromwovu ħsieb kritiku u kreattiv u li joħolqu ambjenti u kontenuti sikuri ta' tagħlim ta' kwalità għolja u inklużivi. Għalliema mħarrġa sew li jistgħu jużaw teknoloġiji diġitali b'mod pedagoġiku sinifikattiv u sensittiv għall-età u l-ġeneru huma fattur ewlieni fl-istabbiliment ta' edukazzjoni diġitali ta' kwalità għolja u inklużiva għal kulħadd.

36.

Irawmu l-inklużjoni tal-istudenti kollha, billi jnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali u d-distakk diġitali, kif ukoll jipprovdu aċċess ekwu għal opportunitajiet u ambjenti ta' tagħlim diġitali adatti għal kulħadd.

37.

Jikkunsidraw investimenti fl-edukazzjoni diġitali billi jisfruttaw il-possibbiltajiet tal-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza, b'mod partikolari l-inizjattivi ewlenin "Connect" u "Reskill and Upskill", sabiex jikkontribwixxu għall-irkupru billi jimmodernizzaw u jsaħħu l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi. Jikkunsidraw ukoll l-użu ta' opportunitajiet oħra ta' finanzjament tal-Unjoni, bħal Erasmus+, Orizzont Ewropa, Ewropa Diġitali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa II, InvestEU, il-FEŻR u l-FSE+.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI, FKONFORMITÀ MAT-TRATTATI U BIL-KUNSIDERAZZJONI DOVUTA GĦAS-SUSSIDJARJETÀ U Ċ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI, BIEX:

38.

Tiżgura approċċ ikkoordinat dwar l-edukazzjoni diġitali fi ħdan il-Kummissjoni u tniedi, flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, proċess ta' riflessjoni strateġika dwar il-fatturi abilitanti ta' edukazzjoni diġitali li tirnexxi inkluż il-konnettività u l-pedagoġija diġitali, l-infrastruttura, it-tagħmir diġitali, il-ħiliet diġitali tal-għalliema u tal-istudenti, l-interoperabbiltà u l-istandards tad-data, b'kont meħud tas-sovranità teknoloġika, il-privatezza, il-protezzjoni tad-data u l-etika, filwaqt li timmira lejn edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi. Barra minn hekk, f'dan il-proċess, tkompli l-ħidma, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u abbażi tal-evidenza, il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 fl-edukazzjoni, bil-għan li jkun hemm komprensjoni kondiviża fil-livell tal-Unjoni tal-approċċi għal proċessi ta' apprendiment mill-bogħod li jkunu effettivi, inklużivi u interessanti.

39.

Tesplora modi biex trawwem approċċ aktar integrat għall-iżvilupp tal-politika tal-edukazzjoni diġitali permezz tal-istabbiliment possibbli ta' Ċentru Ewropew għall-Edukazzjoni Diġitali, li jibni fuq networks eżistenti u azzjonijiet oħra rilevanti, sabiex tkun tista' tirreaġixxi aħjar għall-ħeffa tat-trasformazzjoni diġitali, fil-kuntest taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u f'sinerġija u b'mod komplementari ma' politiki rilevanti oħra.

40.

Tappoġġa l-iżvilupp tal-edukazzjoni diġitali fl-Ewropa u tenfasizza r-rwol tagħha permezz tal-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet, iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-qafas strateġiku ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea li ser jissostitwixxi l-ET2020.

41.

Tipprovdi informazzjoni dwar l-iżvilupp ta' metodi ta' edukazzjoni diġitali u tikkondividi prattiki tajbin, b'mod partikolari permezz ta' tagħlim bejn il-pari bejn l-Istati Membri kif ukoll informazzjoni dwar il-kooperazzjoni internazzjonali u l-valutazzjoni komparattiva, eż. mal-Kunsill tal-Ewropa, l-UNESCO u l-OECD.

42.

Tappoġġa lill-Istati Membri fit-trasformazzjoni diġitali li għaddejja fl-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari permezz ta' kollaborazzjoni transsettorjali bejn diversi inizjattivi u strateġiji nazzjonali għall-edukazzjoni diġitali u tlaqqa' flimkien l-awtoritajiet, l-esperti, ir-riċerkaturi edukattivi, il-fornituri ta' edukazzjoni u taħriġ, is-soċjetà ċivili (l-unions tal-għalliema, l-assoċjazzjonijiet tal-istudenti u tal-ġenituri) u s-settur privat.

43.

Taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti biex tisfrutta l-ekosistemi eżistenti nazzjonali u Ewropej tal-edukazzjoni diġitali filwaqt li tirrikonoxxi li ekosistema tal-edukazzjoni diġitali ta' prestazzjoni għolja teħtieġ kontenut, pjattaformi, servizzi u għodod edukattivi li jeħtieġ li jkunu ffukati fuq l-istudent, affidabbli, sikuri, pedagoġikament sodi, aċċessibbli u, fejn rilevanti, multilingwi, kif ukoll żviluppati b'mod miftuħ u ta' kwalità għolja. Dan jinkludi l-indirizzar ta' aspetti etiċi, inkluż fl-intelliġenza artifiċjali, u t-trawwim tal-protezzjoni tad-data personali tal-istudenti u tal-utenti u l-garanzija ta' skambju internazzjonali sigur, permezz tal-interoperabbiltà f'konformità mar-regolamenti Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI U LILL-ISTATI MEMBRI, F'KONFORMITÀ MAL-KOMPETENZI TAGĦHOM U BIL-KUNSIDERAZZJONI DOVUTA GĦAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX:

44.

Jagħmlu użu effiċjenti mid-dimensjoni diġitali ta' Erasmus+, u, fejn xieraq, sinerġiji ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, biex jappoġġaw il-pjanijiet ta' trasformazzjoni diġitali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Jappoġġaw aktar permezz ta' proġetti ta' Erasmus+ l-iżvilupp professjonali tal-għalliema kif ukoll l-iżvilupp ta' ħiliet, kompetenzi u kapaċità diġitali, l-implimentazzjoni effettiva ta' metodi u għodod tal-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali kif ukoll l-iżvilupp ta' riżorsi edukattivi miftuħa fl-oqsma kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ bil-ħsieb tat-tagħlim tul il-ħajja. Jesploraw il-kontribut potenzjali ta' Erasmus+ għal aċċessibbiltà aħjar tal-kontenut tal-edukazzjoni diġitali u għal inklużjoni soċjali akbar u sabiex jitrawwem is-suċċess edukattiv tal-istudenti kollha.

45.

Jesploraw it-tisħiħ tas-sinerġiji bejn id-diversi programmi, inizjattivi u proġetti Ewropej, nazzjonali u reġjonali għall-appoġġ tal-inklużjoni soċjali; jiżviluppaw ħiliet u kompetenzi diġitali għall-istudenti u l-għalliema, il-ħarrieġa u l-edukaturi, b'mod partikolari għal persuni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali inkluż il-persuni l-aktar fil-bżonn; isaħħu l-iżvilupp ta' metodi u għodod innovattivi ta' apprendiment u tagħlim, u jagħtu lill-istudenti kollha l-opportunità li jibbenefikaw minn edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi.

46.

Ikomplu jappoġġaw l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej permezz ta' Erasmus+ u Orizzont Ewropa kif ukoll iċ-Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u jisfruttaw il-potenzjal tagħhom għall-iżvilupp tal-edukazzjoni diġitali; jippromwovu d-disseminazzjoni, l-isfruttament u l-iskalabbiltà tar-riżultati rilevanti tal-proġett Erasmus+ biex jinfurmaw kemm lil dawk li jfasslu l-politika kif ukoll lill-prattikanti edukattivi.

47.

Jesploraw l-użu ta' teknoloġiji diġitali biex joffru firxa usa' ta' opportunitajiet ta' mobbiltà mħallta u virtwali kif ukoll opportunitajiet ulterjuri ta' tagħlim flessibbli fl-edukazzjoni u t-taħriġ; jappoġġaw il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki biex itejbu l-apprendiment u t-tagħlim, jippromwovu s-servizzi ta' appoġġ u l-proċessi amministrattivi diġitali eż. dawk żviluppati fil-kuntest tal-inizjattiva rigward il-Karta Ewropea tal-Istudenti jew l-Europass.

48.

Ikomplu jsaħħu u jimmassimizzaw is-sinerġiji bejn għodod ta' awtovalutazzjoni (eż. SELFIE, HEInnovate), oqfsa (il-Qafas Ewropew ta' Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini), avvenimenti parteċipattivi u attivitajiet promozzjonali (eż. il-Hackathon tal-Edukazzjoni Diġitali, il-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar) u pjattaformi eżistenti (eż. eTwinning, School Education Gateway u EPALE); ikomplu jaħdmu flimkien permezz ta' networks bħall-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali u jkomplu jappoġġaw in-Network tal-Proprjetà Intellettwali fl-Edukazzjoni ġestit mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.

49.

Jagħmlu użu mir-riċerka, inkluż l-eżiti tal-proġetti Ewropej iffinanzjati taħt Erasmus+ u Orizzont Ewropa u l-Programm Ewropa Diġitali sabiex jissaħħu s-sinerġiji bejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet li l-edukazzjoni diġitali tappoġġa u tisfrutta r-riċerka biex jiġu xprunati soluzzjonijiet pedagoġiċi innovattivi u biex tiġi infurmata l-formazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politika.

50.

Jagħmlu użu mill-eżiti tal-pubblikazzjonijiet u l-istudji rilevanti dwar l-edukazzjoni diġitali mill-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-OECD, l-UNESCO u l-Kunsill tal-Ewropa.

(1)  Kif iddikjarat fl-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (2018/C 189/01), il-kompetenza diġitali tinvolvi l-użu kunfidenti, kritiku u responsabbli ta', u l-involviment ma', teknoloġiji diġitali għall-apprendiment, fuq il-post tax-xogħol, u għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà. Hija tinkludi litteriżmu fl-informazzjoni u d-data, il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni, il-litteriżmu fil-media, il-ħolqien ta' kontenut diġitali (inkluż l-ipprogrammar), is-sikurezza (inkluż il-benesseri diġitali u l-kompetenzi relatati maċ-ċibersigurtà), kwistjonijiet relatati mal-proprjetà intellettwali, is-soluzzjoni ta' problemi u l-ħsieb kritiku.

(2)  L-intelliġenza artifiċjali (IA) tirreferi għal sistemi tal-IT li juru mġiba intelliġenti billi janalizzaw l-ambjent tagħhom u jieħdu azzjonijiet - b'ċertu livell ta' awtonomija - biex jiksbu għanijiet speċifiċi.

(3)  Għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet, it-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali huma definiti bħala teknoloġiji li jippermettu l-prattika tal-faċilitazzjoni, it-tagħlim u t-titjib tal-prestazzjoni tal-istudenti bil-ħolqien, l-użu u l-ġestjoni ta' proċessi u riżorsi teknoloġiċi xierqa.

(4)  F'dan il-kuntest, it-tagħlim imħallat huwa mifhum bħala approċċ pedagoġiku ta' taħlit ta' tagħlim wiċċ imb'wiċċ u dak online, b'xi livell ta' kontroll tal-istudenti matul iż-żmien, il-post, il-perkors u l-pass.

(5)  Għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet, l-apprendiment mill-bogħod jiddeskrivi mod ta' apprendiment li jippermetti li l-attivitajiet ta' tagħlim u apprendiment jiġu organizzati u mwassla mill-bogħod (eż. bl-użu ta' riżorsi tar-radju, tat-televiżjoni, tal-internet jew elettroniċi).

(6)  L-edukazzjoni diġitali tinkludi żewġ perspettivi differenti iżda komplementari: l-użu pedagoġiku tat-teknoloġiji diġitali biex jappoġġaw u jsaħħu t-tagħlim, l-apprendiment u l-valutazzjoni kif ukoll l-iżvilupp ta' kompetenzi diġitali minn studenti u persunal tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

(7)  Iċ-ċittadinanza diġitali hija sett ta' valuri, ħiliet, attitudnijiet, għarfien u fehim kritiku li ċ-ċittadini jeħtieġu fl-era diġitali. Ċittadin diġitali jaf kif juża t-teknoloġiji u kapaċi jinvolvi ruħu b'mod kompetenti u pożittiv magħhom.

(8)  L-għalliema, il-ħarrieġa, l-edukaturi u persunal pedagoġiku ieħor spiss ikunu involuti f'diversi portali elettroniċi u komunitajiet online, pereżempju pjattaformi elettroniċi Ewropej bħal EPALE, School Education Gateway, E-Twinning eċċ. Jistgħu jkunu involuti wkoll f'komunitajiet elettroniċi internazzjonali usa', eż. permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u negozji multinazzjonali.

(9)  EURYDICE (2020). L-impatt tal-Covid-19: l-għeluq ta' sistemi tal-edukazzjoni fl-Ewropa.

(10)  COM(2020) 624 final.

(11)  Għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet, l-ekosistemi tal-edukazzjoni diġitali jistgħu jinftiehmu bħala l-ambjent u l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi garantita edukazzjoni diġitali ta' kwalità għolja u inklużiva. Dan jirreferi prinċipalment għal kontenut ta' kwalità għolja, għodod faċli għall-utent, servizzi li jżidu l-valur u pjattaformi siguri.


ANNESS

Kuntest politiku

1.   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.

2.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ – reazzjoni għar-Reviżjoni tal-Edukazzjoni: "Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar" u l-"Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013" (1).

3.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni primarja fit-trawwim tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-kompetenza diġitali (2).

4.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Ħidma Diġitali fost iż-Żgħażagħ (3).

5.   

Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (4).

6.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ (5).

7.   

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għal Ewropa Inklużiva u Kompetittiva (6).

8.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-Inklużjoni fid-Diversità biex tinkiseb Edukazzjoni ta' Kwalità Għolja għal Kulħadd (7).

9.   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (8).

10.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Miżuri msaħħa biex tonqos s-segregazzjoni orizzontali tas-sessi fl-edukazzjoni u l-impjiegi (7 ta' Diċembru 2017).

11.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti (9).

12.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja (10).

13.   

Kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (11).

14.   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2019 dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi (12).

15.   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta' titjib tal-ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (13); u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2019 dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni (14).

16.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (15).

17.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' April 2019"Lejn Unjoni dejjem aktar sostenibbli sal-2030" (16).

18.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2019 dwar il-futur ta' Ewropa b'diġitalizzazzjoni għolja wara l-2020: "Tingħata spinta lill-kompetittività diġitali u ekonomika mal-Unjoni kollha u lill-koeżjoni diġitali" (17).

19.   

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur (18).

20.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Ir-rwol ewlieni tal-politiki ta' tagħlim tul il-ħajja fl-għoti tas-setgħa lis-soċjetajiet biex jindirizzaw it-tranżizzjoni teknoloġika u ekoloġika favur tkabbir inklużiv u sostenibbli (19).

21.   

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fis-Semestru Ewropew: niżguraw dibattiti infurmati dwar ir-riformi u l-investimenti (20).

22.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għalliema u l-ħarrieġa Ewropej għall-futur (21).

23.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 fl-edukazzjoni u t-taħriġ (22).

24.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u t-2 ta' Ottubru 2020 (23).

25.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa (24).

26.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet bħala bażi biex jiżdiedu s-sostenibbiltà u l-impjegabbiltà, fil-kuntest ta' appoġġ għall-irkupru ekonomiku u l-koeżjoni soċjali - Konklużjonijiet tal-Kunsill (8 ta' Ġunju 2020).


(1)  ĠU C 64, 5.3.2013, p. 5.

(2)  ĠU C 172, 27.5.2015, p. 17.

(3)  ĠU C 414, 10.12.2019, p. 2.

(4)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.

(5)  ĠU C 212, 14.6.2016, p. 5.

(6)  ĠU C 467, 15.12.2016, p. 1.

(7)  ĠU C 62, 25.2.2017, p. 3.

(8)  ĠU C 189, 15.6.2017, p. 15.

(9)  ĠU C 421, 8.12.2017, p. 2.

(10)  ĠU C 429, 14.12.2017, p. 3.

(11)  ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.

(12)  ĠU C 189, 5.6.2019, p. 15.

(13)  ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.

(14)  ĠU C 189, 5.6.2019, p. 23.

(15)  ĠU C 195, 7.6.2018, p. 7.

(16)  8286/19.

(17)  10102/19.

(18)  ĠU C 389, 18.11.2019, p. 1.

(19)  ĠU C 389, 18.11.2019, p. 12.

(20)  ĠU C 64, 27.2.2020, p. 1.

(21)  ĠU C 193, 9.6.2020, p. 11.

(22)  ĠU C 212 I, 26.6.2020, p. 9.

(23)  EUCO 13/20.

(24)  ĠU C 202 I, 16.6.2020, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/31


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta' Novembru 2020

(2020/C 415/11)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1980

JPY

Yen Ġappuniż

124,79

DKK

Krona Daniża

7,4412

GBP

Lira Sterlina

0,89845

SEK

Krona Żvediża

10,1778

CHF

Frank Żvizzeru

1,0839

ISK

Krona Iżlandiża

159,06

NOK

Krona Norveġiża

10,5610

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,192

HUF

Forint Ungeriż

359,59

PLN

Zloty Pollakk

4,4710

RON

Leu Rumen

4,8732

TRY

Lira Turka

9,3155

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6246

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5516

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2862

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7027

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6029

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 326,08

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,4251

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8798

HRK

Kuna Kroata

7,5538

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 966,44

MYR

Ringgit Malażjan

4,8807

PHP

Peso Filippin

57,690

RUB

Rouble Russu

91,1439

THB

Baht Tajlandiż

36,257

BRL

Real Brażiljan

6,3519

MXN

Peso Messikan

24,0499

INR

Rupi Indjan

88,7322


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/32


Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2020

(Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794 /2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2020/C 415/12)

Ir-rati ta’ bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad iridu jkunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ skont dan ifisser li kellu jiġi miżjud marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tal-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru tiġi kkalkulata wkoll biż-żieda ta’ 100 punti bażi għar-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella preċedenti kienet ippubblikata fil-ĠU C 347, 19.10.2020, p. 10.

Minn

Sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.12.2020

31.12.2020

-0,43

-0,43

0,00

-0,43

0,46

-0,43

0,08

-0,43

-0,43

-0,43

-0,43

-0,43

0,22

0,72

-0,43

-0,43

-0,43

-0,43

-0,43

-0,43

-0,43

0,29

-0,43

2,12

0,00

-0,43

-0,43

0,16

1.11.2020

30.11.2020

-0,35

-0,35

0,00

-0,35

0,46

-0,35

0,13

-0,35

-0,35

-0,35

-0,35

-0,35

0,22

0,72

-0,35

-0,35

-0,35

-0,35

-0,35

-0,35

-0,35

0,29

-0,35

2,54

0,05

-0,35

-0,35

0,27

1.10.2020

31.10.2020

-0,26

-0,26

0,00

-0,26

0,46

-0,26

0,18

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

0,22

0,72

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

0,29

-0,26

2,54

0,12

-0,26

-0,26

0,38

1.9.2020

30.9.2020

-0,17

-0,17

0,00

-0,17

0,46

-0,17

0,22

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

0,22

0,93

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

0,44

-0,17

2,54

0,20

-0,17

-0,17

0,51

1.8.2020

31.8.2020

-0,11

-0,11

0,00

-0,11

0,62

-0,11

0,22

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

0,22

0,93

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

0,61

-0,11

2,54

0,32

-0,11

-0,11

0,75

1.7.2020

31.7.2020

-0,15

-0,15

0,00

-0,15

1,13

-0,15

0,14

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

0,26

0,93

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

0,98

-0,15

3,21

0,32

-0,15

-0,15

0,75

1.6.2020

30.6.2020

-0,22

-0,22

0,00

-0,22

1,77

-0,22

0,05

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

0,26

0,78

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

1,35

-0,22

3,21

0,32

-0,22

-0,22

0,94

1.5.2020

31.5.2020

-0,31

-0,31

0,00

-0,31

2,25

-0,31

-0,05

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

0,26

0,52

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

1,84

-0,31

3,21

0,26

-0,31

-0,31

0,94

1.4.2020

30.4.2020

-0,31

-0,31

0,00

-0,31

2,25

-0,31

-0,05

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

0,26

0,40

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

1,84

-0,31

3,21

0,26

-0,31

-0,31

0,94

1.3.2020

31.3.2020

-0,31

-0,31

0,00

-0,31

2,25

-0,31

-0,05

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

0,26

0,30

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

1,84

-0,31

3,21

0,26

-0,31

-0,31

0,94

1.2.2020

29.2.2020

-0,31

-0,31

0,00

-0,31

2,25

-0,31

-0,07

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

0,26

0,30

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

1,84

-0,31

3,21

0,18

-0,31

-0,31

0,94

1.1.2020

31.1.2020

-0,31

-0,31

0,00

-0,31

2,25

-0,31

-0,12

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

0,26

0,30

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

1,84

-0,31

3,21

0,11

-0,31

-0,31

0,94


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/33


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10042 — Vista Equity Partners/Francisco Partners Management/SmartBear Software)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 415/13)

1.   

Fl-24 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Vista Equity Partners Management, LLC (“Vista”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Francisco Partners Management LP (“Francisco Partners”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

SmartBear Software, Inc. (“SmartBear”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Francisco Partners.

Vista u Francisco Partners jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SmartBear. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Vista: ditta tal-investiment iffukata fuq l-għoti tas-setgħa u t-tkabbir ta’ software, data u negozji teknoloġikament abilitati għall-intrapriżi. Vista tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji ta’ portafoll li huma attivi fil-forniment ta’ servizzi tal-IT bħall-forniment ta’ software tan-negozju,

Francisco Partners: ditta ta’ ekwità privata ffokata esklużivament fuq investimenti f’negozji tat-teknoloġija u dawk abilitati mit-teknoloġija. Francisco Partners bħalissa teżerċita kontroll esklużiv fuq SmartBear,

SmartBear: attiva fil-forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ software ffukati fuq l-ittestjar, il-monitoraġġ u l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet. SmartBear tipprovdi għodod tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-iżvilupp tas-software, inklużi għodod għall-awtomatizzazzjoni tal-ittestjar, iċ-ċiklu tal-ħajja tal-API, il-kollaborazzjoni, l-ittestjar tal-prestazzjoni, u l-ġestjoni tat-testijiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħthula l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10042 — Vista Equity Partners/Francisco Partners Management/Smartbear Software

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/35


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10062— SDK/Freja Transport&Logistics)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 415/14)

1.   

Fit-23 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

SDK A/S (“SDK”, id-Danimarka), parti mill-grupp A/S United Shipping & Trading Company (“USTC”) u finalment ikkontrollata miċ-ċittadini Daniżi Torben Østergaard Nielsen, Mia Østergaard Nielsen, u Nina Østergaard Borris;

Freja Transport & Logistics Holding A/S (“FTL”, id-Danimarka), li hija proprjetà ta’ JJH Invest ApS u AH Skive ApS u finalment ikkontrollata miċ-ċittadin Daniż Jørgen Jørgensen Hansen.

SDK takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ FTL. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SDK: tbaħħir, loġistika, kiri u servizzi oħra lill-industrija tal-kruċieri fl-Ewropa ta’ Fuq inklużi servizzi ta’ burdnara, aġenzija tal-port, ikklerjar doganali, kiri kummerċjali, servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija bit-triq u bil-baħar u sa ċertu punt bl-ajru;

FTL: l-ispedizzjoni domestika u transfruntiera tal-merkanzija bl-art u sa ċertu punt bl-ajru u bil-baħar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jbagġtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10062— SDK/Freja Transport & Logistics

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 415/36


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10029 - ABN AMRO BANK/ODDO BHF/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 415/15)

1.   

Fl-24 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ABN AMRO Bank N.V. (“ABN AMRO”, in-Netherlands), u,

ODDO BHF SCA (“ODDO BHF”, Franza).

ABN AMRO u ODDO BHF se takkwista, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll be sħab ta’ ABN AMRO-ODDO BHF B.V.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ABN AMRO: bank Olandiż attiv fis-servizzi bankarji għall-konsumatur (inklużi servizzi bankarji privati), servizzi bankarji korporattivi, servizzi bankarji ta’ investiment u servizzi ta’ senserija, ikklerjar u kustodja.

ODDO BHF: grupp ta’ servizzi finanzjarji Franko-Ġermaniż attiv fis-settur bankarju privat, fil-ġestjoni tal-assi, fis-servizzi bankarji korporattivi, fis-servizzi ta’ investiment, fis-servizzi ta’ riċerka u ta’ senserija u fis-servizzi tal-metalli u tal-kambju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħthulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10029 — ABN AMRO Bank/Oddo BHF/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.