ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 411

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
27 ta' Novembru 2020


Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2018–2019
Dati tas-seduti: 14–17 ta’ Jannar 2019
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 337, 9.10.2020 .
It-test adottat tad-16 ta' Jannar 2019 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2016 ġie ppublikat fil- ĠU L 160, 18.6.2019 .
TESTI ADOTTATI
Dati tas-seduti: 30 u 31 ta’ Jannar 2019
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 356, 23.10.2020 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 15 ta’ Jannar 2019

2020/C 411/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew (2018/2089(INI))

2

2020/C 411/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew (2018/2162(INI))

13

2020/C 411/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (2018/2222(INI))

24

2020/C 411/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku (2018/2086(INI))

27

2020/C 411/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-Linji Gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE (2018/2155(INI))

30

2020/C 411/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE (2018/2095(INI))

38

 

L-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2019

2020/C 411/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (2018/2153(INI))

48

2020/C 411/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Kummerċjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Amerika Ċentrali (2018/2106(INI))

68

2020/C 411/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali 2017 tal-BĊE (2018/2101(INI))

74

2020/C 411/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2018 (2018/2100(INI))

82

2020/C 411/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù (2018/2010(INI))

88

2020/C 411/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2017 (2018/2103(INI))

94

 

Il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2019

2020/C 411/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-Ażerbajġan, b'mod partikolari l-każ ta' Mehman Huseynov (2019/2511(RSP))

107

2020/C 411/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar is-Sudan (2019/2512(RSP))

110

2020/C 411/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2017 (2018/2151(INI))

114

2020/C 411/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar talbiet ta' restituzzjoni transfruntieri ta' opri tal-arti u beni kulturali misruqa waqt kunflitti armati u gwerer (2017/2023(INI))

125

2020/C 411/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (2018/2056(INI))

131

2020/C 411/18

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (2018/2161(INI))

137

2020/C 411/19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-integrazzjoni differenzjata (2018/2093(INI))

145

2020/C 411/20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE (2018/2096(INI))

149

 

Il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2019

2020/C 411/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi (2018/2152(INI))

153

2020/C 411/22

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059688/02 – 2019/2521(RSP))

163

2020/C 411/23

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D059689/02 – 2019/2522(RSP))

168

2020/C 411/24

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikata MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059691/02 – 2019/2523(RSP))

173

2020/C 411/25

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059692/02 – 2019/2524(RSP))

178

2020/C 411/26

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (2019/2543(RSP))

185

2020/C 411/27

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (2018/2102(INI))

187

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 15 ta’ Jannar 2019

2020/C 411/28

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim komprensiv bejn l-UE u r-Repubblika Kirgiża (2018/2118(INI))

199


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2019

2020/C 411/29

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar emendi għar-Regoli ta' Proċedura li jaffettwaw:il-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XII: it-Titolu XIV u l-Anness II (2018/2170(REG))

204


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 15 ta’ Jannar 2019

2020/C 411/30

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD))

230

2020/C 411/31

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Albanija (10302/2018 – C8-0433/2018 – 2018/0241(NLE))

256

2020/C 411/32

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12564/2017 – C8-0033/2018 – 2017/0185(NLE))

257

2020/C 411/33

P8_TA(2019)0006
L-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (COM(2017)0282 – C8-0172/2017 – 2017/0113(COD))
P8_TC1-COD(2017)0113
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

258

2020/C 411/34

P8_TA(2019)0007
L-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-UE u ċerti pajjiżi terzi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi (COM(2018)0206 – C8-0158/2018 – 2018/0101(COD))
P8_TC1-COD(2018)0101
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi

263

2020/C 411/35

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Dwana għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD))

265

2020/C 411/36

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018 – C8-0464/2018 – 2018/0811(CNS))

291

 

L-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2019

2020/C 411/37

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (10593/2018 – C8-0463/2018 – 2018/0256M(NLE))

292

2020/C 411/38

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (10593/2018 – C8-0463/2018– 2018/0256(NLE))

298

2020/C 411/39

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f'rabta ma' DS492: Unjoni Ewropea – Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (10882/2018 – C8-0496/2018 – 2018/0281(NLE))

299

2020/C 411/40

P8_TA(2019)0019
Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) (COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD)
P8_TC1-COD(2018)0202
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fis-16 ta’ Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

300

2020/C 411/41

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (COM(2018)0382 – C8-0232/2018 – 2018/0206(COD))

324

2020/C 411/42

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD))

425

2020/C 411/43

P8_TA(2019)0022
It-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (COM(2018)0312 – C8-0202/2018– 2018/0158(COD))
P8_TC1-COD(2018)0158
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000

492

2020/C 411/44

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 (COM(2018)0467 – C8-0314/2018 – 2018/0252(NLE))

494

2020/C 411/45

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU (COM(2018)0439 – C8-0257/2018 – 2018/0229(COD))

500

2020/C 411/46

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/CFSP (COM(2018)0358 – C8-0386/2018 – 2018/0186(CNS))

548

2020/C 411/47

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2018)0437 – C8-0380/2018 – 2018/0226(NLE))

552

 

Il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2019

2020/C 411/48

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm ta' assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja (il-programm Ignalina); u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013 (COM(2018)0466 – C8-0394/2018 – 2018/0251(NLE))

565

2020/C 411/49

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD))

574

2020/C 411/50

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Fiscalis għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2018)0443 – C8-0260/2018 – 2018/0233(COD))

603

2020/C 411/51

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))

618

2020/C 411/52

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom (COM(2018)0462 – C8-0315/2018 – 2018/0245(NLE))

671

 

Il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2019

2020/C 411/53

P8_TA(2019)0047
Kodiċi Doganali tal-Unjoni: l-inklużjoni tal-muniċipalità ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0259 – C8-0180/2018 – 2018/0123(COD))
P8_TC1-COD(2018)0123
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

692

2020/C 411/54

P8_TA(2019)0048
Ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali rigward is-snin 2019 u 2020 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali rigward is-snin 2019 u 2020 (COM(2018)0817 – C8-0506/2018 – 2018/0414(COD))
P8_TC1-COD(2018)0414
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali għas-snin 2019 u 2020

693

2020/C 411/55

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, Ċipru, il-Kroazja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika Dominicana mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0526 – C8-0376/2018 – 2018/0276(NLE))

694

2020/C 411/56

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Ekwador u tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0527 – C8-0375/2018 – 2018/0277(NLE))

695

2020/C 411/57

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0528 – C8-0377/2018 – 2018/0278(NLE))

696

2020/C 411/58

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0530 – C8-0378/2018 – 2018/0279(NLE))

697

2020/C 411/59

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija) (COM(2018)0461 – C8-0379/2018 – 2018/0244(CNS))

698

2020/C 411/60

P8_TA(2019)0055
L-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-dominju tal-ogħla livell .eu ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (COM(2018)0231 – C8-0170/2018 – 2018/0110(COD))
P8_TC1-COD(2018)0110
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem ta' dominju tal-Ogħla Livell .eu, li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004

737

2020/C 411/61

P8_TA(2019)0056
Armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (ING) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (ir-Regolament dwar l-ING) li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (COM(2017)0329 – C8-0192/2017 – 2017/0134(COD))
P8_TC1-COD(2017)0134
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (ir-Regolament dwar id-DNG)

738


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2018–2019

Dati tas-seduti: 14–17 ta’ Jannar 2019

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 337, 9.10.2020.

It-test adottat tad-16 ta' Jannar 2019 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2016 ġie ppublikat fil-ĠU L 160, 18.6.2019.

TESTI ADOTTATI

Dati tas-seduti: 30 u 31 ta’ Jannar 2019

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 356, 23.10.2020.

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 15 ta’ Jannar 2019

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/2


P8_TA(2019)0005

Is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew (2018/2089(INI))

(2020/C 411/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2018 bit-titolu “Fi triqitna lejn il-mobbiltà awtomatizzata: Strateġija tal-UE għall-mobbiltà tal-futur” (COM(2018)0283),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2016 dwar Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi: l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata (COM(2016)0766),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0425/2018),

A.

billi l-istrateġija tal-UE dwar il-mobilità konnessa u awtomatizzata hija marbuta mill-qrib mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, b'mod partikolari dawk tal-aġendi tagħha għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, ir-riċerka u innovazzjoni, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-mobilità u trasport nodfa u sikuri, is-sikurezza fit-toroq u d-dekonġestjoni tat-traffiku, is-suq uniku diġitali u l-Unjoni tal-Enerġija;

B.

billi l-pass mgħaġġel tal-iżvilupp teknoloġiku, kemm fl-industrija tat-trasport kif ukoll fis-settur tar-robotika u l-intelliġenza artifiċjali, għandu impatt sinifikanti fuq l-ekonomija u s-soċjetà; billi l-vetturi awtonomi ser ibiddlu b'mod sinifikanti l-ħajja ta' kuljum tagħna, jiddeterminaw il-futur tat-trasport bit-triq fid-dinja kollha, inaqqsu l-ispejjeż tat-trasport, itejbu s-sikurezza fit-toroq, iżidu l-mobbiltà u jnaqqsu l-impatti ambjentali. billi s-settur tat-trasport bit-triq jista' jiftaħ il-bieb għal servizzi u modi ġodda ta' trasport, u b'hekk jissodisfa d-domanda dejjem tikber għall-mobbiltà individwali u għat-trasport tal-merkanzija, u jista' anki jgħin fir-revoluzzjoni tal-ippjanar urban;

C.

billi l-Kummissjoni għandha l-għan li sal-2020 tnaqqas bin-nofs l-għadd annwali ta' mwiet fit-toroq tal-UE meta mqabbla mal-2010, f'konformità mal-għanijiet ta' Viżjoni Żero; billi l-progress fit-tnaqqis tal-għadd totali ta' mwiet u korrimenti donnu staġna dan l-aħħar, meta jitqies il-fatt li fl-2016 aktar minn 25 000 ruħ tilfu ħajjithom fit-toroq tal-UE filwaqt li 135 000 oħra weġġgħu serjament; billi l-ibliet tagħna qed jiffaċċjaw problemi kbar relatati mal-mobilità li qed jiġu aggravati mit-tniġġis u mit-tibdil fil-klima;

D.

billi s-sistemi avvanzati ta' għajnuna lis-sewwieq bħat-twissija ta' ħruġ mil-karreġġata u l-brejkijiet ta' emerġenza awtomatiċi diġà wrew li jikkontribwixxu għas-sikurezza fit-toroq u jnaqqsu l-għadd ta' inċidenti gravi;

E.

billi l-maġġoranza l-kbira tal-inċidenti tat-traffiku jseħħu minħabba żbalji tal-bniedem u, bħala tali, hemm bżonn imperattiv li jitnaqqsu l-possibbiltajiet għal tali inċidenti, billi jkun meħtieġ l-użu ta' sistemi tal-vetturi avvanzati li jtejbu s-sikurezza filwaqt li tinżamm il-mobilità personali;

F.

billi kien hemm tnaqqis fir-ritmu tax-xejra pożittiva fis-sikurezza fit-toroq li l-UE esperjenzat matul l-aħħar deċennju; billi t-trasport bit-triq għadu responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-emissjonijiet mit-trasport, f'termini ta' gassijiet serra u sustanzi li jniġġsu l-arja;

G.

billi l-ħtiġijiet tat-trasport, kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija, qed jiżdiedu madwar id-dinja kollha, f'kuntest ta' sensibilizzazzjoni akbar dwar il-limiti tar-riżorsi tal-pjaneta tagħna, u billi għalhekk l-effiċjenza tat-trasport se ssir kwistjoni dejjem aktar kruċjali;

H.

billi l-UE għandha tinkoraġġixxi u tiżviluppa aktar it-teknoloġiji diġitali għal mobilità awtomatizzata biex jibbilanċjaw l-effetti tal-imġiba illeċita umana u jnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku u l-fatalitajiet fit-toroq;

I.

billi l-awtomatizzazzjoni u l-varar ta' teknoloġija ġdida se jżidu s-sikurezza tat-trasport u tas-sistemi tat-trasport u jeliminaw uħud mill-fatturi umani involuti; billi b'mod parallel mal-awtomatizzazzjoni għandhom jitqiesu kemm id-diversità kif ukoll il-kundizzjoni tas-sistemi tat-trasport fi Stati Membri differenti; billi jeħtieġ li jinbnew sistemi tat-trasport ġodda u kemm is-sistemi tat-trasport ġodda kif ukoll dawk eżistenti jeħtieġ li jiġu mgħammra b'karatteristiċi tas-sikurezza xierqa qabel ma tkun tista' tiġi introdotta l-awtomatizzazzjoni;

J.

billi jeżistu livelli ta' awtomatizzazzjoni, filwaqt li l-livelli 1 u 2 diġà jinsabu fis-suq, iżda l-livelli ta' awtomatizzazzjoni kondizzjonali, għolja u sħiħa (meta vettura ssir awtonoma) huma mistennija li jsiru disponibbli biss fl-2020-2030, u billi s-sistemi ta' għajnuna lis-sewwieq huma għalhekk importanti bħala teknoloġija abilitanti fil-perkors lejn awtomatizzazzjoni sħiħa;

K.

billi jeħtieġ li jsir investiment kemm fl-istadju tar-riċerka kif ukoll fl-istadju ta' żvilupp sussegwenti sabiex jittejbu t-teknoloġiji disponibbli u tiġi implimentata infrastruttura tat-trasport sikura u intelliġenti;

L.

billi bosta pajjiżi madwar id-dinja (eż. l-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Ġappun, il-Korea u ċ-Ċina) mexjin b'pass mgħaġġel biex jagħmlu kemm il-mobilità konnessa, kif ukoll dik awtomatizzata, disponibbli fis-suq; billi l-Ewropa teħtieġ li tirrispondi b'mod ferm aktar proattiv għall-iżviluppi mgħaġġla f'dan is-settur, biex tħeġġeġ inizjattivi u tippromwovi rekwiżiti tas-sikurezza strinġenti għall-parteċipanti kollha tat-traffiku li jivvjaġġaw bil-baħar, minn passaġġi fuq l-ilma interni, bit-triq, bl-ajru jew bil-ferrovija u li jużaw modi ta' trasport imħallta;

M.

billi l-Kummissjoni tistenna li s-suq il-ġdid għall-vetturi awtomatizzati u konnessi jikber b'mod esponenzjali, bi dħul stmat li jaqbeż EUR 620 biljun sal-2025 għall-industrija tal-karozzi tal-UE u EUR 180 biljun għas-settur tal-elettronika tal-UE;

N.

billi d-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam (2016) tiddeskrivi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-industrija fil-qasam tas-sewqan konness u awtomatizzat;

O.

billi t-trasport awtonomu jkopri kull forma ta' mezzi ppilotati mill-bogħod, awtomatizzati u awtonomi tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar u fl-ilmijiet navigabbli interni;

P.

billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “fi triqitna lejn il-mobbiltà awtomatizzata” tikkostitwixxi stadju importanti fl-istrateġija tal-UE għal mobilità konnessa u awtomatizzata;

Q.

billi trid issir enfasi fuq il-mobilità awtonoma, minħabba li vetturi kompletament awtonomi se jġibu benefiċċji tas-sikurezza fit-toroq notevoli u se jkunu jistgħu joperaw mingħajr funzjonalitajiet konnessi; billi l-kapaċitajiet u s-servizzi anċillari xorta waħda jistgħu jirrikjedu komunikazzjoni diġitali;

R.

billi l-introduzzjoni ta' vetturi awtonomi, mistennija fl-2020, se ġġib benefiċċji konsiderevoli, iżda tinvolvi wkoll varjetà ta' riskji ġodda, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza tat-traffiku fit-toroq, ir-responsabbiltà ċivili u l-assigurazzjoni, iċ-ċibersigurtà, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tad-data u kwistjonijiet ta' aċċess għad-data, l-infrastruttura teknika, l-istandardizzazzjoni u l-impjieg; billi huwa impossibbli li tiġi prevista l-firxa sħiħa tal-impatt fuq terminu twil tal-mobbiltà awtonoma fuq l-impjiegi u fuq l-ambjent; billi huwa ta' importanza kruċjali li jiġi żgurat li l-qafas ġuridiku tal-UE jkun adatt biex iwieġeb b'mod xieraq għal dawk l-isfidi u jżid is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u l-aċċettazzjoni tal-vetturi awtonomi;

S.

billi l-kwistjonijiet etiċi dwar l-użu ta' dawn it-teknoloġiji jeħtieġu l-iżvilupp ta' linji gwida għall-użu tal-intelliġenza artifiċjali, flimkien ma' sistemi li jiżguraw li dawn il-kwistjonijiet etiċi jiġu indirizzati b'mod koerenti;

Prinċipji ġenerali

1.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “fi triqitna lejn il-mobbiltà awtomatizzata”, li tistabbilixxi approċċ biex l-UE ssir il-mexxejja dinjija fl-użu ta' sistemi sikuri għall-mobilità awtomatizzata, biex jiżdiedu s-sikurezza u l-effiċjenza tat-toroq, tiġi miġġielda l-konġestjoni, jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet mit-trasport, u gradwalment jiġu eliminati l-karburanti fossili;

2.

Jagħraf il-passi inizjali meħuda mill-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar mobilità awtomatizzata tal-futur u jirrikonoxxi l-inizjattivi leġiżlattivi rigward id-Direttiva ITS (3) u r-reviżjonijiet proposti tad-direttiva dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (4) u s-sikurezza ġenerali tar-regolamentazzjoni tal-vetturi motorizzati (5);

3.

Jafferma r-rwol importanti tas-sistemi kooperattivi ta' trasport intelliġenti (C-ITS) biex jipprovdu konnettività għall-vetturi awtomatizzati/awtonomi tal-livelli 2, 3 u possibbilment 4 tal-Għaqda tal-Inġiniera Awtomobilistiċi (SAE); iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-industrija biex ikomplu jimplimentaw is-C-ITS, u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri u lill-industrija fil-varar tas-servizzi tas-C-ITS, b'mod partikolari permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programm InvestEU;

4.

Jenfasizza l-potenzjal tal-innovazzjoni tal-mezzi awtonomi kollha tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru; jissottolinja l-ħtieġa għall-atturi Ewropej li jgħaqqdu l-forzi sabiex jilħqu u jżommu pożizzjoni ta' mexxejja globali fit-trasport awtonomu; jinnota li l-avvanzi fil-mobilità awtonoma, b'mod partikolari fit-trasport bit-triq, jirrikjedu l-kooperazzjoni sinerġistika ta' bosta setturi tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-manifattura tal-vettura u s-setturi diġitali;

5.

Jirrikonoxxi l-potenzjal sinifikanti tal-mobilità awtomatizzata għal bosta setturi, billi toffri opportunitajiet ġodda ta' negozju għan-negozji ġodda, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u l-industrija u l-intrapriżi fl-intier tagħhom, b'mod partikolari f'termini tal-ħolqien ta' servizzi tal-mobilità u possibbiltajiet ta' impjiegi ġodda;

6.

Jissottolinja l-ħtieġa għall-iżvilupp ta' vetturi awtonomi li huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u b'mobbiltà mnaqqsa (PRMS);

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta strateġija, b'mod partikolari rigward il-protezzjoni tad-data, l-aċċess għad-data u ċ-ċibersigurtà, skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Marzu 2018 dwar strateġija Ewropea dwar C-ITS, filwaqt li tiżgura approċċ teknoloġikament newtrali, miftuħ u lest għas-suq; jirrikonoxxi l-opportunitajiet ippreżentati mir-rakkomandazzjonijiet li jmiss tal-Kummissjoni dwar l-aċċess tad-data fil-vettura u l-aċċess għar-riżorsi;

8.

Jafferma l-ħtieġa li jiġu esplorati azzjonijiet leġiżlattivi sabiex jiġi żgurat aċċess ġust, sikur, f'ħin reali u teknoloġikament newtrali għad-data fil-vettura għal xi entitajiet ta' parti terza; jemmen li tali aċċess għandu jippermetti lill-utenti finali u lill-partijiet terzi jibbenefikaw mid-diġitalizzazzjoni u jippromwovi kundizzjonijiet ekwi u sigurtà fir-rigward tal-ħżin tad-data fil-vettura;

9.

Jinnota li mistoqsijiet simili b'rabta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta' użu korrispondenti se jirriżultaw fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali għall-iskop ta' mobbiltà awtonoma bħal f'oqsma oħra, bħalma huma d-drittijiet ta' proprjetà jew użu għall-kodiċi, id-data u l-invenzjonijiet maħluqa mill-intelliġenza artifiċjali nnifisha; iqis, madankollu, li għal dawn il-mistoqsijiet għandhom jinstabu soluzzjonijiet li jkunu ġenerali kemm jista' jkun;

10.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li fl-abbozzar tal-qafas leġiżlattiv ġdid dwar ir-regolamentazzjoni tal-mobilità awtonoma, jiġi żgurat li kwalunkwe ostakolu għall-avvanz tal-progress teknoloġiku, ir-riċerka u l-innovazzjoni jkun jista' jingħeleb;

11.

Jirrimarka li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “fi triqitna lejn il-mobilità awtomatizzata” m'għandhiex analiżi u proposti għal vetturi awtonomi fil-modi kollha tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura analiżijiet u strateġiji speċifiċi għall-modi, inkluż fl-oqsma tat-trasport intermodali u tal-mobilità;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwessgħu l-politika tagħhom dwar is-sewqan awtonomu b'tali mod li jinkludi wkoll it-trasport kollettiv kif ukoll li jestendu l-ideat tagħhom lejn il-modi kollha ta' trasport;

13.

Jilqa' l-ħidma li saret fil-Laqgħat ta' Livell Għoli tal-Kunsill dwar is-sewqan awtonomu u jixtieq jara dak x-xogħol estiż ukoll biex jindirizza modi ta' trasport minbarra t-trasport bit-triq;

14.

Jissottolinja li għandhom jiġu żviluppati u allinjati f'livell internazzjonali, tal-UE u nazzjonali, standards tekniċi għall-vetturi u l-infrastruttura (eż. sinjali tat-traffiku, marki fit-toroq, sistemi ta' sinjalazzjoni u C-ITS) li jibbażaw fuq il-ħidma u l-forums eżistenti biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, abbażi tal-prinċipji ta' approċċ miftuħ, trasparenti u teknoloġikament newtrali u li jżidu s-sikurezza fit-toroq, filwaqt li jiżguraw interoperabbiltà transkonfinali uniformi;

15.

Jinnota li data fil-vetturi u tar-rotot affidabbli hija element fundamentali għall-kisba kemm ta' sewqan awtonomu u konness f'żona unika Ewropea tat-trasport kif ukoll ta' servizzi kompetittivi għall-utenti aħħarin; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tiżgura li jitneħħew l-ostakoli għall-użu ta' tali data u tiġi stabbilita sistema regolatorja b'saħħitha f'dan ir-rigward qabel l-1 ta' Jannar 2020, filwaqt li tiżgura l-istess kwalità u disponibbiltà tad-data madwar l-Istati Membri;

16.

Jinnota l-urġenza li tingħata ċertezza legali kemm għall-utenti kif ukoll għall-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-konformità tal-vetturi awtonomi mal-leġiżlazzjoni ewlenija eżistenti, b'referenza partikolari għal-leġiżlazzjoni dwar il-Privatezza Elettronika u għar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (6); jistieden lill-Kummissjoni tispeċifika liema kategoriji ta' informazzjoni ġġenerati mill-vetturi awtonomi għandhom jiġu ttrattati bħala data miftuħa u jsiru disponibbli f'ħin reali, u liema għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali;

17.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-utenti jkollhom kontroll kemm fuq id-data personali kif ukoll fuq id-data fil-vetturi prodotti, miġbura u kkomunikati minn vetturi awtonomi u jkollhom aċċess għalihom; jenfasizza li l-konsumaturi jeħtiġilhom jiġu offruti l-ogħla livell ta' protezzjoni ċibernetika;

18.

Jenfasizza ż-żieda massiva mistennija fid-data prodotta, miġbura u trażmessa minn vetturi awtonomi, u jissottolinja l-ħtieġa li din id-data tintuża, b'mod partikolari d-data mhux personali u dik anonimizzata, biex tiffaċilita l-varar ta' vetturi awtonomi u biex tkompli tiżviluppa l-innovazzjonijiet fil-qafas ta' soluzzjonijiet ġodda ta' mobilità; jirrimarka li l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data sensittiva ġġenerata minn vetturi awtonomi trid tkun prijorità assoluta;

19.

Jissottolinja li vetturi kompletament awtonomi jew awtomatizzati ħafna se jkunu disponibbli kummerċjalment fis-snin li ġejjin u li jeħtieġ li jkun hemm fis-seħħ kemm jista' jkun malajr oqfsa regolatorji xierqa li jiżguraw l-operat sikur tagħhom u jipprevedu reġim ċar li jirregola l-obbligu ta' rendikont, sabiex jindirizzaw il-bidliet li jirriżultaw, inkluża l-interazzjoni bejn vetturi u infrastrutturi awtonomi u utenti oħrajn;

20.

Jinnota li r-regoli eżistenti dwar l-obbligu ta' rendikont, bħad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (7) (id-Direttiva dwar l-Obbligu ta' Rendikont għall-Prodotti) u d-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (8) (id-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur), ma ġewx żviluppati biex jindirizzaw l-isfidi imposti mill-użu ta' vetturi awtonomi u jenfasizza li hemm evidenza dejjem akbar li l-qafas regolatorju attwali, speċjalment fir-rigward tal-obbligu ta' rendikont, l-assigurazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tad-data personali, mhux se jibqa' suffiċjenti jew xieraq meta jiġi affaċċjat bir-riskji ġodda li qed jirriżultaw mill-awtomatizzazzjoni, il-konnettività u l-kumplessità tal-vetturi;

21.

Huwa tal-opinjoni li, fid-dawl tal-bidliet teknoloġiċi dinamiċi fis-settur, teżisti l-ħtieġa li jiġi ċċarat min għandu jġorr id-dannu fil-każ ta' inċidenti kkawżati minn vetturi għalkollox awtonomi, u meta l-livell ta' awtonomija jkun tali li l-vettura tkun tista' topera jew b'mod għalkollox awtonomu jew misjuqa minn sewwieq irid jiġi stabbilit mingħajr ebda dubju min tkun il-parti responsabbli f'kull xenarju speċifiku; teżisti l-ħtieġa partikolari li jiġi eżaminat jekk il-fehma li proporzjon żgħir ħafna tal-inċidenti s'issa kien attribwibbli għal fatturi tekniċi tiġġustifikax il-qlib tar-responsabbiltà għal fuq il-manifattur li, bħala fattur ta' riskju li huwa indipendenti min-negliġenza, jista' jintrabat sempliċiment mar-riskju kkawżat mit-tqegħid fis-suq ta' vettura awtonoma; jisħaq ukoll li teżisti ħtieġa ulterjuri li jiġi eżaminat jekk obbligi tas-sikurezza tat-triq speċifiċi min-naħa tas-sid tal-vettura u obbligi ta' istruzzjoni applikabbli għas-sewwieq f'kull każ jistgħux jikkumpensaw għal dan il-qlib ta' responsabbiltà b'mod adegwat; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bir-reqqa, biex tadatta l-qafas ġuridiku attwali tal-UE u tintroduċi, jekk meħtieġ, regoli ġodda li abbażi tagħhom jiġi determinat min hu responsabbli; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta u timmonitorja l-possibbiltà li jiġu introdotti strumenti tal-UE addizzjonali li jżommu l-pass mal-iżviluppi fl-intelliġenza artifiċjali;

22.

Isostni li t-teknoloġiji bbażati fuq is-sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita (GNSS) u l-proġett Galileo għandhom parti importanti x'jaqdu biex itejbu l-interazzjoni u l-interoperabbiltà ta' sistemi diġitali abbord u tan-netwerk; jitlob il-finalizzazzjoni u t-tnedija, malajr kemm jista' jkun, tas-satelliti li jifdal, sabiex is-sistema Ewropea ta' pożizzjonament Galileo tkun tista' tintuża bħala s-sistema ta' pożizzjonament awtomatika fil-vetturi awtomatizzati;

23.

Jinnota li l-aċċess universali għal teknoloġiji b'mobilità awtomatizzata mhux se jkun possibbli mingħajr aċċess għall-internet b'veloċità għolja u netwerks 5G; jiddispjaċih li hemm reġjuni fejn l-implimentazzjoni tal-ġenerazzjoni attwali tan-netwerks 4G għadha lura, speċjalment f'żoni rurali;

Trasport bit-triq

24.

Ifakkar fir-regoli l-ġodda ta' sikurezza li jinsabu fil-prinċipji ta' gwida għall-interfaċċja bniedem-magna proposta fir-rapport finali GEAR 2030;

25.

Jissottolinja l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza fit-toroq fil-livell tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), tal-UE u dak nazzjonali titħejja biex tappoġġja l-innovazzjonijiet teknoloġiċi u s-sewqan awtonomu malajr kemm jista' jkun, sabiex jitnaqqsu l-iżbalji umani, l-inċidenti tat-traffiku u l-imwiet fit-toroq;

26.

Jissottolinja l-importanza li jiġi adottat Regolament ġdid u ambizzjuż dwar is-Sikurezza Ġenerali għall-vetturi bil-mutur, minħabba l-potenzjal ta' salvataġġ għal perjodu qasir ta' installazzjoni obbligatorja ta' teknoloġiji ġodda għas-sikurezza tal-vetturi, li barra minn hekk se jintużaw ukoll għall-varar ta' vetturi konnessi u awtomatizzati (CAVs) fil-futur;

27.

Ifakkar li l-iżvilupp tas-CAVs kien immexxi primarjament mill-ispinta teknoloġika; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu studjati u rikonoxxuti l-aspetti tal-bniedem u tas-soċjetà fir-rigward tal-iżvilupp tas-CAV u jiġi żgurat li l-użu tagħhom jirrispetta bis-sħiħ il-valuri u l-għanijiet tas-soċjetà, tal-bnedmin u tal-ambjent;

28.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fid-dawl tal-importanza tal-mobilità fl-UE, biex jilħqu pożizzjoni komuni u jikkooperaw biex l-UE taqdi u żżomm rwol ewlieni fl-armonizzazzjoni teknika internazzjonali ta' vetturi awtomatizzati fil-qafas tal-UNECE u l-Konvenzjoni ta' Vjenna, b'mod partikolari fid-diskussjonijiet kollha tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-UNECE (Grupp ta' Ħidma 29) u tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Vetturi Awtomatizzati/Awtonomi u Konnessi (GRVA);

29.

Jissottolinja li l-proċeduri tas-sorveljanza tas-suq relatati mal-vetturi awtomatizzati tul il-ħajja tagħhom għandhom ikunu standardizzati, trasparenti u verifikabbli kemm jista' jkun, inkluż ittestjar transfruntier imwettaq f'toroq miftuħa u f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali kif ukoll testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali;

30.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni ċara, li tiġi rieżaminata b'mod regolari, aġġornata fejn meħtieġ, u armonizzata, li tirrikjedi l-installazzjoni ta' reġistraturi tad-data tal-avvenimenti f'konformità mar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali rivedut sabiex ittejjeb l-investigazzjonijiet ta' inċidenti kif ukoll tiċċara u tippermetti l-indirizzar, kemm jista' jkun malajr, ta' kwistjonijiet relatati mal-obbligu ta' rendikont; jinnota li dawn ir-reġistraturi tad-data tal-avvenimenti huma meħtieġa biex jiġu ddeterminati r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti f'każ ta' inċident;

31.

Jenfasizza l-ħtieġa li sa mill-fażi tat-tranżizzjoni jiġu inkorporati sistemi ta' salvagwardja, li matulha l-vetturi awtomatizzati se jeżistu flimkien ma' vetturi b'żero konnettività u żero awtomatizzazzjoni; jenfasizza l-importanza tas-sistemi ta' għajnuna lis-sewwieq bħala pass 'il quddiem biex is-sewqan jiġi kompletament awtomatizzat, sabiex minn issa jiġu evitati l-inċidenti bit-triq permezz ta' sistemi tas-sikurezza attivi jew titnaqqas il-gravità tal-inċidenti permezz ta' sistemi tas-sikurezza passivi;

32.

Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu infrastruttura tat-toroq sikura, ta' kwalità għolja, li se tiffaċilita l-użu ta' vetturi awtomatizzati u awtonomi;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi kollha li jinkludu informazzjoni dwar it-traffiku fit-toroq ikkomunikata b'mod diġitali jkunu interoperabbli;

34.

Jenfasizza t-tħassib li qed jitfaċċa dwar il-kompjaċenza tal-utenti meta jużaw vetturi li jirrikjedu grad ta' intervent tas-sewwieq; jitlob li tingħata kjarifika aħjar tad-definizzjoni u tad-differenzjazzjoni tar-rekwiżiti ta' “vetturi b'sistemi avvanzati ta' għajnuna għas-sewwieq” (livelli 1 sa 3 tal-SAE) meta mqabbla ma' “vetturi awtomatizzati” (livelli 4 sa 5 tal-SAE) fil-leġiżlazzjoni relatata mas-sikurezza fit-toroq u li jsiru aktar studji dwar il-fattibbiltà u s-sikurezza tal-vetturi awtomatizzati ta' livell 3, speċjalment fir-rigward tal-kwistjoni li tiġi indikata l-ħtieġa għal intervent lis-sewwieq u l-perikli li jistgħu jinqalgħu minħabba dewmien fl-intervent;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi linji gwida etiċi ċari għal sistemi ta' intelliġenza artifiċjali;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji ta' responsabbiltà u sistemi ta' salvagwardja għall-protezzjoni tal-persuni, sabiex tipprovdi approċċ koerenti għall-kwistjonijiet etiċi dwar is-sistemi awtonomi għall-vetturi awtomatizzati;

37.

Jenfasizza li l-leġiżlatur għandu jindirizza u jsolvi l-aspetti etiċi tal-vetturi mingħajr sewwieq qabel ma dawn il-vetturi jkunu jistgħu jiġu aċċettati għal kollox u jkunu disponibbli f'sitwazzjonijiet tat-traffiku; jenfasizza għalhekk li l-vetturi awtomatizzati jeħtieġ li ssirilhom valutazzjoni minn qabel biex jiġu indirizzati dawn l-aspetti etiċi;

38.

Jenfasizza l-isfidi ta' konġestjoni għall-mobilità urbana li huma mistennija li jirriżultaw minn użu mifrux tal-vetturi awtonomi; iqis li l-vetturi awtonomi u soluzzjonijiet bħal car sharing u ride hailing għandhom jikkontribwixxu għall-indirizzar ta' dawn l-isfidi; jistieden lill-awtoritajiet jiżviluppaw politiki biex jiżguraw li l-vetturi awtonomi jtejbu l-għażliet tal-ivvjaġġar, inkluż it-trasport pubbliku u soluzzjonijiet oħra, għaċ-ċittadini kollha;

39.

Jenfasizza li l-platooning għandu futur promettenti, peress li dan jiffranka l-fjuwil u l-enerġija u jtejjeb is-sikurezza fit-toroq, u jistieden għalhekk lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-industrija sabiex jimplimentaw il-miżuri stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas regolatorju biex tippromwovi konnettività “vehicle-to-everything” (V2X) għal vetturi awtomatizzati ħafna u kompletament awtomatizzati (pereżempju platooning), speċjalment fit-trasport bit-triq fit-tul;

40.

Isostni li kemm il-karatteristiċi tas-sikurezza passivi kif ukoll attivi f'vetturi awtonomi jaqdu rwol importanti fit-tnaqqis tal-għadd tal-ħabtiet, u tal-korrimenti u tal-imwiet li jirriżultaw mill-ħabtiet, peress li l-ħabtiet xorta jistgħu jibqgħu jseħħu, speċjalment matul l-istadju tat-traffiku mħallat intermedju; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu s-sikurezza fit-toroq;

41.

Jissottolinja r-riskji li marbuta ma' xejra dejjem akbar ta' traffiku mħallat ta' vetturi tradizzjonali u awtonomi, u li għaldaqstant titlob aktar testijiet fuq il-post sabiex jiġu appoġġati riċerka u żvilupp reżistenti għall-futur min-naħa ta' intrapriżi u korpi pubbliċi u privati, iżda wkoll biex tingħata data konkreta li tgħin biex jiġu adattati kif xieraq ir-regoli tar-responsabbiltà ċivili;

42.

Jissottolinja li soluzzjoni possibbli biex jiġu indirizzati l-lakuni u n-nuqqasijiet eżistenti tista' tkun l-istabbiliment ta' qafas ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà oġġettiva għal ħsara li tirriżulta minn vetturi awtonomi;

43.

Jisħaq fuq il-punt li, skont ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar regoli ta' dritt ċivili dwar ir-robotika (9), mhux se jkun hemm limitazzjoni fuq ir-responsabbiltà fir-rigward tan-natura u l-firxa tad-dannu li jrid jiġi kkumpensat sabiex tiġi ggarantita protezzjoni tal-vittmi adegwata;

Trasport bl-ajru

44.

Jenfasizza r-Regolament tal-EASA adottat reċentement (10) dwar ir-regoli aġġornati ta' sikurezza tal-avjazzjoni li jinkludu, fost affarijiet oħra, dispożizzjonijiet li joffru bażi ġuridika soda għall-ewwel sett ta' regoli komprensivi tal-UE għal kull tip ta' drone ċivili; ifakkar f'kemm kienet meħtieġa l-adozzjoni tar-Regolament tal-EASA, minħabba li teknoloġiji ġodda, bħall-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), qed jitfaċċaw ukoll fl-ajru Ewropew, u li kellu bżonn l-adattament tal-qafas regolatorju attwali tal-UE u regoli nazzjonali diverġenti;

45.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta wkoll, mingħajr dewmien, regoli ddettaljati għal inġenji tal-ajru awtomatizzati, li jirrikjedu speċifikazzjonijiet speċifiċi u mfassla apposta, minħabba li approċċ uniku tal-UAV u operazzjonali mhuwiex adattat biex jiżgura l-integrazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru awtomatizzati fi spazju tal-ajru kondiviż ma' inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ; ifakkar li l-UAVs se jkollhom bżonn sistemi ta' intelliġenza sikuri, u fejn xieraq, iċċertifikati, kif ukoll ambjent speċifiku għall-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru; jenfasizza li tali regoli applikabbli għall-UAVs għandhom iqisu n-natura u r-riskju tal-operazzjoni jew tal-attività, il-karatteristiċi operazzjonali tal-inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ ikkonċernat u l-karatteristiċi taż-żona tal-operazzjonijiet bħad-densità tal-popolazzjoni, il-karatteristiċi tal-wiċċ, u l-eżistenza ta' bini u infrastrutturi sensittivi oħra;

46.

Itenni l-importanza li tiġi protetta d-data personali f'każ li jintużaw mezzi ta' sewqan awtomatiku fis-settur tal-ajru;

47.

Ifakkar fid-Dikjarazzjoni ta' Varsavja tal-2016 dwar Drones bħala lieva għall-impjiegi u l-opportunitajiet ta' negozju ġodda; itenni l-importanza tal-azzjonijiet ippjanati biex tiġi żviluppata l-ekosistema tad-drones tal-UE, li huma mistennija li jidħlu fis-seħħ sal-2019, u biex jibnu fuq il-prinċipji gwida tad-Dikjarazzjoni ta' Riga;

48.

Jindika l-importanza ta' żvilupp ikkoordinat ta' teknoloġiji u ta' kunċetti li joperaw li se jippermettu lill-inġenji tal-ajru jiġu integrat b'mod sikur għall-finijiet tas-servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'konformità mal-għanijiet ta' U-Space, programm immexxi mill-Impriża Konġunta SESAR (SESAR JU); jirrikonoxxi l-attivitajiet li twettqu s'issa minn SESAR JU, li għandhom ikomplu jiġu appoġġjati;

49.

Ifakkar li l-finanzjament għall-programmi attwali ta' riċerka u esperimentazzjoni li jikkonċernaw l-UAVs, bħal U-Space, se jkollu jiżdied fil-perjodi ta' bbaġitjar futuri; jinnota li dawn l-esperimenti, li llum jagħmluha possibbli li jiġi ttestjat f'kundizzjonijiet reali l-iskjerament ta' flotta kbira ta' UAVs, filwaqt li jiggarantixxu sigurtà massima fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-kundizzjonijiet tas-sigurtà tiegħu, jistgħu jservu bħala eżempju għal sperimentazzjoni b'vetturi awtonomi fuq l-art;

50.

Jinnota li huwa meħtieġ li jinħolqu żoni tat-test adattati għal teknoloġiji tal-inġenji tal-ajru awtonomi, inkluż droni, sabiex jipprovdu kundizzjonijiet sikuri għas-simulazzjoni ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda qabel l-implimentazzjoni finali tagħhom;

It-trasport bil-baħar jew fl-ilmijiet navigabbli interni

51.

Jissottolinja l-potenzjal u l-valur miżjud tal-vapuri awtonomi, speċjalment fl-ilmijiet navigabbli interni u fit-trasport marittimu fuq distanzi qosra, li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-għadd ta' inċidenti fuq il-baħar u fuq il-passaġġi tal-ilma, li l-biċċa l-kbira tagħhom iseħħu minħabba żball uman;

52.

Jissottolinja l-potenzjal tal-awtomatizzazzjoni li telimina porzjon tal-iżbalji umani u tagħti lill-persunal fuq il-pont aktar żmien għal osservazzjoni ottika speċjalment fir-rotot tal-baħar u fiż-żoni tal-portijiet dojoq; jenfasizza, madankollu, li l-iskambju ta' informazzjoni u l-komunikazzjoni huma imperattivi għas-sikurezza, speċjalment fi prossimità mill-qrib ma' vapuri oħra, u għalhekk il-pontijiet jeħtieġ li jibqgħu jkunu mgħammra bil-persunal;

53.

Jilqa' l-ħidma tal-grupp ta' ħidma PIANC dwar tbaħħir intelliġenti u n-Netwerk Internazzjonali għal Vapuri Awtonomi;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddeskrivi u tiddefinixxi l-livelli ta' awtomatizzazzjoni kemm għan-navigazzjoni interna kif ukoll bil-baħar u standards komuni, inkluż għall-portijiet, sabiex tarmonizza u tistimula l-użu ta' bastimenti awtonomi f'interazzjoni ma' utenti u infrastruttura awtomatizzati u mhux awtomatizzati;

55.

Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati u estiżi l-hubs diġitali u l-kurituri Netwerks Transewropej tat-Trasport (TEN-T) interkonnessi permezz ta' faċilitajiet terminali aġġornati u sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku elettroniċi effiċjenti bħas-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar u s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Portijiet tar-Renu (RPIS), sabiex tinkiseb sistema tat-trasport awtonoma multimodali sħiħa;

56.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija komprensiva bil-għan li tistimola l-awtomatizzazzjoni ulterjuri fit-tbaħħir intern, l-infrastruttura tiegħu, il-ġestjoni tal-passaġġi navigabbli u tat-traffiku, filwaqt li tqis il-pożizzjoni tal-portijiet interni bħala hubs multimodali meta tħejji ż-Żona Diġitali ta' Passaġġi fuq l-Ilma Interni (DINA);

57.

Jitlob li jingħata aktar appoġġ u jiġu promossi aktar iż-żoni tat-test transkonfinali kif ukoll li jkun hemm aktar proġetti bħan-NOVIMAR u bħan-Navigazzjoni Marittima Mingħajr Ekwipaġġ permezz ta' Intelliġenza fin-Netwerks (MUNIN), kofinanzjati mill-UE taħt is-Seba' Programm Kwadru tagħha u Orizzont 2020 biex tiġi żviluppata aktar it-teknoloġija tat-tbaħħir awtonomu u tal-infrastruttura awtomatizzata fl-UE;

58.

Jenfasizza li l-istandards applikabbli għall-bastimenti jridu jiġu żviluppati u allinjati mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali sabiex jiġi stabbilit qafas legali internazzjonali għall-operat sikur tal-vapuri;

Trasport bil-ferrovija

59.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni u f'koordinazzjoni mal-industrija u ma' partijiet ikkonċernati oħra, biex toħloq protokolli u standards komuni li jippermettu sistemi tal-ferrovija u ferrovjarji ħfief awtonomi;

60.

Jitlob li jsir titjib fil-kundizzjonijiet qafas għall-vetturi awtonomi fit-trasport bil-ferrovija u li tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn settur ferrovjarju diġitali; jinnota li s-Sistema Ewropea ta' Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) isservi bħala l-bażi għal awtomatizzazzjoni fis-settur ferrovjarju, li tinkiseb billi l-ETCS tingħaqad mal-operazzjoni awtomatika tal-ferroviji (ATO); iħeġġeġ lill-Kummissjoni taċċellera u tipprijoritizza l-varar tal-ETCS fl-iskemi ta' finanzjament tal-UE eżistenti u futuri;

61.

Jenfasizza l-importanza tal-lokkjaturi diġitali bħala stadju importanti ġdid għat-trawwim tad-diġitalizzazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jappoġġjaw dan il-varar;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-programm Shift2Rail bil-għan li tipprovdi żviluppi ulterjuri lejn netwerk ferrovjarju diġitali u tħaddim tal-ferroviji kompletament awtomatizzat, inkluż l-iżvilupp ta' standard ta' ATO fuq l-ETCS kif ukoll iċ-ċibersigurtà;

63.

Jenfasizza l-isfidi dejjem jikbru għall-mobilità urbana marbuta mal-konġestjoni, kif ukoll l-opportunitajiet offruti minn sistemi ta' trasport pubbliku awtomatizzati bbażati fuq il-ferrovija biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu u jappoġġjaw proġetti li jindirizzaw dawn l-isfidi permezz ta' innovazzjonijiet fit-trasport pubbliku awtomatizzat ibbażat fuq il-ferrovija;

Drittijiet tal-konsumaturi u kundizzjonijiet kompetittivi

64.

Jistieden lill-Kummissjoni toħloq regoli komprensivi li jistabbilixxu r-responsabbiltajiet u d-drittijiet tal-manifatturi, tas-sewwieqa u l-operaturi f'kull livell ta' awtomatizzazzjoni fil-modi kollha ta' trasport; jissottolinja li dawk ir-responsabbiltajiet jeħtieġ li jiġu kkomunikati lis-sewwieqa jew lill-operaturi b'mod ċar u mingħajr il-bżonn ta' spjegazzjoni permezz ta' ttikkettar kummerċjali jew forom oħra ta' komunikazzjoni; iqis li huwa essenzjali li jiġu żgurati s-sikurezza tal-vetturi u l-manutenzjoni regolari tagħhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jirrimarka r-rwol abilitanti ta' aċċess għas-suq ġust fir-rigward tad-data u r-riżorsi fil-vetturi għal partijiet ikkonċernati rilevanti f'dan ir-rigward;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistemi kollha f'vetturi awtonomi jitfasslu b'tali mod li jippermetti lis-sidien jew lill-utenti tal-vetturi jagħżlu b'mod liberu bejn fornituri tas-servizz kompetituri, mingħajr ma jiddependu unikament fuq is-servizzi offruti mill-manifattur tal-vettura;

66.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ggarantit aċċess ġust għas-suq għall-fornituri tas-servizzi awtomobilistiċi fiż-żona tal-manutenzjoni u t-tiswija tal-vetturi awtonomi; ifakkar li entitajiet ta' dan it-tip, b'mod partikolari l-manifatturi tal-partijiet u workshops żgħar u ċentri ta' servizz, huma element kompetittiv importanti fis-suq awtomobilistiku u għandhom impatt pożittiv fuq id-disponibbiltà u l-prezzijiet ta' dawn is-servizzi;

67.

Jinnota li f'suq diġitalizzat tas-servizzi awtomobilistiċi, l-aċċess dirett u f'waqtu għal data u funzjonijiet fil-vettura se jiddetermina jekk is-suq għal servizzi ta' mobilità awtomatizzata u kkombinata hux se jkun soġġett għal kompetizzjoni ġusta; ifakkar li l-operaturi indipendenti għandhom rwol importanti ħafna tul il-katina tal-provvista tal-karozzi;

68.

Ibassar li l-kompetizzjoni fis-suq uniku fl-industrija tas-servizzjar tal-vetturi awtonomi tista' titpoġġa f'riskju jekk il-manifatturi jagħmluha diffiċli għal sewwejja indipendenti biex jaċċessaw is-sistemi installati f'dawn il-vetturi; jenfasizza li dan is-segment tas-suq għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 (11);

69.

Jenfasizza li l-konsumaturi għandhom jiġu infurmati minn qabel dwar il-vetturi li jixtru u s-servizzi ta' tiswija li jistgħu jaċċessaw;

70.

Huwa tal-fehma li l-bidla għal vetturi awtomatizzati, minbarra l-impatt pożittiv tagħha fuq is-sikurezza fit-toroq, il-konsum tal-fjuwil, l-ambjent u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda fis-setturi tat-telekomunikazzjoni u dak tal-karozzi, tista' twassal ukoll għal telf ta' impjiegi fis-settur tat-trasport kif ukoll ikollha konsegwenzi negattivi fuq is-settur tal-assigurazzjoni, li jridu jiġu indirizzati malajr kemm jista' jkun biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel;

Riċerka u bżonnijiet edukattivi

71.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati teknoloġiji awtonomi ewlenin (eż. formalizzazzjoni u simulazzjonijiet tal-moħħ u l-konjizzjoni umana waqt is-sewqan, sistemi ta' perċezzjoni ambjentali u intelliġenza artifiċjali) fl-UE biex jinżamm il-pass tal-kompetizzjoni globali u jinħolqu impjiegi ġodda;

72.

Jenfasizza l-fatt li ladarba jkunu disponibbli fis-suq, il-vetturi awtomatizzati se jkollhom impatt kbir fuq id-distribuzzjoni u l-konsum tal-oġġetti; iqis għalhekk li hemm bżonn urġenti li jiġi vvalutat dan l-impatt u jiġu żgurati miżuri biex jappoġġjaw lis-setturi u lill-persuni affettwati;

73.

Jitlob biex ikun hemm inizjattivi li jidentifikaw u jindirizzaw il-kwistjonijiet ta' bidliet fil-provvista u fid-domanda tal-impjiegi fid-dawl tal-ħtieġa għal ħiliet ġodda u speċjalizzati kemm fil-produzzjoni tal-vetturi kif ukoll fl-użu professjonali permezz ta' rikonverżjoni edukattiva (pereżempju korsijiet, sessjonijiet ta' taħriġ), bil-għan li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn forom ġodda ta' mobilità;

74.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, biex tipproponi inizjattivi li jippromwovu l-ħiliet u l-edukazzjoni u t-taħriġ meħtieġa biex l-UE tinżamm fuq quddiem nett tas-settur tat-trasport awtonomu; jenfasizza li huwa importanti għall-Istati Membri li jqisu dawn ix-xejriet li qed jirriżultaw dan l-aħħar fil-programmi edukattivi tagħhom sabiex jirrispondu għall-ħtieġa ta' forza tax-xogħol bi kwalifiki u ħiliet għolja fis-setturi ta' trasport differenti;

75.

Ifakkar l-EUR 300 miljun iddedikati taħt Orizzont 2020 għal programmi ta' riċerka u innovazzjoni dwar vetturi awtomatizzati mill-2014 sal-2020 u jirrakkomanda li dawn il-programmi jitkomplew u jiġu estiżi għall-modi kollha tat-trasport fil-perjodu finanzjarju pluriennali li jmiss għall-2021-2027 (Orizzont Ewropa);

76.

Jenfasizza r-rwol importanti ta' riċerka kollaborattiva biex jiġi żgurat avvanz mgħaġġel tal-awtomatizzazzjoni tat-trasport bl-involviment tal-ekosistema tal-innovazzjoni sħiħa;

77.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Impriża Konġunta simili għal Shift2Rail għat-trasport ferrovjarju u CleanSky għall-industrija ajrunawtika, sabiex toħloq inizjattiva strateġika xprunata mill-industrija fir-rigward tat-trasport awtonomu, li għandha tkun ta' interess għaċ-ċittadini tal-UE, tagħmel sens kummerċjali sinifikanti, tingrana l-potenzjal ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-UE abbażi tal-kollaborazzjoni wiesgħa tal-isferi industrijali, pubbliċi u akkademiċi, u trawwem l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji b'mod armonizzat u interoperabbli, sabiex tinħoloq sistema tat-trasport multimodali globalment skalabbli għat-trasport awtonomu;

78.

Jenfasizza l-ħtieġa għal siti tal-ittestjar reali madwar l-UE sabiex jiġu ttestjati u żviluppati bir-reqqa teknoloġiji ġodda; iħeġġeġ lil kull wieħed mill-Istati Membri biex jinnomina, sal-2020, żoni urbani u ekstraurbani fejn vetturi ta' riċerka awtonomi jkunu jistgħu jiġu ttestjati f'kundizzjonijiet ta' traffiku reali, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata s-sikurezza fit-toroq f'dawk iż-żoni u biex jiżgura l-ħolqien ta' oqfsa ta' ttestjar transkonfinali u interoperabbli tal-UE;

79.

Jirrimarka li ċerti ċittadini tal-UE esprimew nuqqas ta' fiduċja fil-mobilità awtomatizzata; jenfasizza għalhekk li l-leġiżlaturi jeħtiġilhom jindirizzaw id-dimensjoni teknika sabiex itejbu l-aċċettazzjoni pubblika f'dan ir-rigward; jitlob li jsir investiment f'riċerka estensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u dwar dimensjonijiet oħra tal-mobilità awtomatizzata;

80.

Jitlob li ssir riċerka estensiva dwar l-effetti fit-tul ta' trasport awtonomu fuq kwistjonijiet bħall-adattament tal-konsumatur, l-aċċettazzjoni mis-soċjetà, ir-reazzjonijiet fiżjoloġiċi, ir-rispons fiżiku u l-mobilità soċjali, it-tnaqqis tal-inċidenti u t-titjib tat-trasport inġenerali;

81.

Iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-manifatturi tal-vetturi, il-fornituri tal-komponenti u s-servizzi tas-softwer u tad-disinn, kif ukoll l-Istati Membri u l-awtoritajiet involuti, biex jikkooperaw fit-trawwim tal-innovazzjoni, jiżguraw investiment f'infrastruttura adatta għal mobbiltà awtomatizzata, kemm fuq l-awtostradi u kemm fit-toroq tal-bliet, u jiffaċilitaw l-ittestjar transfruntier; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-investiment fl-aġġustament tal-infrastruttura tal-lum, fil-bini ta' infrastruttura ġdida u fit-titjib tal-konnettività tat-toroq Ewropej; jirrimarka li jista' jiġi osservat nuqqas ta' fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fis-sewqan awtomatizzat u li jeħtieġ li tiġi implimentata kampanja ta' sensibilizzazzjoni li tqawwi l-fiduċja tagħhom; jitlob li jsir investiment f'riċerka estensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u dwar id-dimensjoni etika ta' trasport awtonomu u konness;

o

o o

82.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU C 307, 30.8.2018, p. 144.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2018)0063.

(3)  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

(4)  COM(2018)0274.

(5)  COM(2018)0286.

(6)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(7)  ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29.

(8)  ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.

(9)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 239.

(10)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(11)  ĠU L 129, 28.5.2010, p. 52.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/13


P8_TA(2019)0010

L-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew (2018/2162(INI))

(2020/C 411/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jistabbilixxu l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi bħala valur ewlieni tal-Unjoni,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 19 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li fiha dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prinċipju orizzontali tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-Artikolu 6 tat-TUE jirrikonoxxi li l-Karta għandha l-istess valur ġuridiku tat-Trattati;

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tal-1979,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) tal-11 ta' Mejju 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2016 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, id-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing + 5 (2000), Beijing + 10 (2005) u Beijing + 15 (2010) u d-dokument ta' eżitu tal-konferenza ta' rieżami Beijing + 20,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009 (2), tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2010 (3), tat-13 ta' Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011 (4), u tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013 (5), u tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2014-2015 (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2003 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneri fil-Parlament Ewropew (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2007 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fix-xogħol tal-Kumitati (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2009 dwar l-appoġġ integrat għat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qafas tal-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-relazzjonijiet barranin tal-UE u fil-konsolidazzjoni tal-paċi u tal-istrutturi tal-Istat (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012 dwar in-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015 (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015 (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew (14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar miżuri biex jiġu evitati u miġġielda l-mobbing u l-fastidju sesswali fil-post tax-xogħol, fl-ispazji pubbliċi, u fil-ħajja politika fl-UE (16),

wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (17),

wara li kkunsidra l-fuljett dwar in-Nisa fil-Parlament Ewropew tal-2018,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2017 dwar ir-Riżorsi Umani tal-Parlament Ewropew, ippubblikat f'Awwissu 2018,

wara li kkunsidra il-linji gwida dwar l-użu ta' lingwa newtrali fir-rigward tas-sessi fil-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport ta' Dimitrios Papadimoulis, Viċi President tal-Parlament Ewropew u President tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità, lill-Bureau tal-Parlament Ewropew bit-titlu “L-Ugwaljanza bejn is-Sessi fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew – il-qagħda attwali u l-prospetti 2017-2019”, adottat fil-laqgħa tal-Bureau tas-16 ta' Jannar 2017,

wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali 2017-2019 għall-implimentazzjoni tar-rapport bit-titlu “L-Ugwaljanza bejn is-Sessi fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew – il-qagħda attwali u l-prospetti 2017-2019”,

wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew għall-perjodu 2014-2019,

wara li kkunsidra l-mandat tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità,

wara li kkunsidra l-linji gwida tiegħu dwar l-ugwaljanza għall-membri tal-bord ta' għażla,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2017 bit-titlu “Ambjent ta' xogħol aqwa għal kulħadd: minn opportunitajiet indaqs lejn id-diversità u l-inklużjoni”(C(2017)5300) (18) u l-Karta dwar id-Diversità u l-Inklużjoni tagħha (19),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titlu “Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019” (SWD(2015)0278) (20),

wara li kkunsidra l-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Kunsill tal-Ewropa għall-2018-2023 (21),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2013 dwar l-integrazzjoni tas-sessi, annessa mar-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 mehmuża mal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) (22),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Unjoni Interparlamentari tal-2011 bit-titolu “Gender-sensitive Parliaments: A Global Review for Good Practice” (Parlamenti Sensittivi għall-Perspettiva tal-Ġeneri: Rieżami Globali ta' Prattika Tajba), ippubblikat fl-2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0429/2018),

A.

billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi huwa valur fundamentali tal-UE, u huwa minqux fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jiddikjara li l-Unjoni Ewropea għandha, permezz tal-attivitajiet kollha tagħha, tfittex li telimina l-inugwaljanzi, tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiġġieled id-diskriminazzjoni meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha;

B.

billi l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'mod ġenerali, tikkostitwixxi element ċentrali tll-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-funzjonament tad-demokrazija, l-osservanza tal-istat tad-dritt, it-tkabbir ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u s-sostenibbiltà, u l-integrazzjoni ta' dimensjoni tal-ġeneru hija rilevanti għall-oqsma kollha ta' politika ta' kompetenza tal-UE;

C.

billi d-dritt għall-ugwaljanza u l-garanzija tan-nondiskriminazzjoni huma prinċipji fundamentali li jirdfu l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tfisser li jiġu indirizzati d-drittijiet, il-perspettivi u l-benesseri tan-nisa, tal-bniet, tal-persuni LGBTIQ u persuni ta' kull identità tal-ġeneru;

D.

billi l-progress biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE mhuwiex biss staġnat fl-Unjoni kollha, iżda qed iġarrab ukoll rigressi sinifikanti f'xi Stati Membri;

E.

billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul tenfasizza l-importanza li jinbidlu l-mentalitajiet u l-attitudnijiet sabiex noħorġu mill-perpetwità tal-forom kollha ta' vjolenza sessista; billi l-edukazzjoni fil-livelli kollha, u għall-persuni tal-etajiet kollha, dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, dwar ir-rwoli tas-sessi mhux sterjotipati u dwar ir-rispett għall-integrità personali, hija għalhekk meħtieġa f'dan ir-rigward;

F.

billi mhux qed jiġu allokati biżżejjed fondi u riżorsi umani biex jiġi żgurat progress reali fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki, il-programmi, l-inizjattivi u l-azzjonijiet tal-Parlament;

G.

billi l-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija komposta minn nisa u irġiel f'proporzjonijiet ugwali, iżda l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew turi rappreżentanza baxxa tan-nisa minħabba li 36,1 % biss tal-Membri tal-PE huma nisa; billi dan id-distakk huwa enfasizzat aktar mill-kompożizzjoni tal-Bureau tal-Parlament, li huwa kompost minn 7 nisa u 13-il raġel; billi r-rappreżentanza bbilanċjata bejn is-sessi u d-diversità fil-korpi tal-Parlament jikkontribwixxu biex jitkissru l-isterjotipi, titnaqqas id-diskriminazzjoni u jiżdied il-livell ta' rappreżentanza demokratika taċ-ċittadini tal-UE u l-leġittimità tad-deċiżjonijiet tal-Parlament;

H.

billi, mill-ħatriet fil-maniġment superjuri tal-Parlament (Diretturi Ġenerali u Diretturi), fl-2016 in-nisa kienu biss 11 % u fl-2017 33 %;

I.

billi l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) 5 jaspira li “tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha” sal-2030 u huwa objettiv trasversali tas-17-il SDG kollha; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija għodda għal żvilupp effikaċi, dejjiemi u sostenibbli b'impatt pożittiv f'termini tal-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis tal-faqar; billi, madankollu, il-progress u l-bidla li seħħew fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi kienu limitati ħafna f'ħafna pajjiżi madwar id-dinja (23), inkluż fl-Ewropa; billi l-implimentazzjoni tal-SDG 5 kellha riżultati mħallta fl-Istati Membri tal-UE u bejnhom u billi l-proporzjon tan-nisa fil-parlamenti nazzjonali u f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet xorta għadu 'l bogħod milli jkun bħal dak tal-irġiel (24);

J.

billi l-valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tas-sessi huma meħtieġa biex tiġi evalwata u identifikata l-probabbiltà li kwalunkwe deċiżjoni partikolari jkollha konsegwenzi negattivi għall-istat tal-ugwaljanza bejn is-sessi; billi huwa konsegwentement essenzjali li l-baġits jiġu analizzati minn perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-effetti differenti li kwalunkwe allokazzjoni u distribuzzjoni tal-baġit jista' jkollhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u sabiex tiżdied it-trasparenza u r-responsabbiltà;

K.

billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija meqjusa bħala strateġija effettiva u globalment aċċettata mmirata biex tikseb l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiġġieled id-diskriminazzjoni billi torganizza mill-ġdid, ittejjeb, tiżviluppa u tevalwa l-proċessi ta' politika sabiex il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi tkun inkorporata fil-politiki, miżuri regolatorji u programmi ta' nfiq kollha, u fil-livelli u l-istadji kollha mill-atturi involuti fit-tfassil tal-politika; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tipprovdi għodod ewlenin għall-kunsiderazzjoni sistematika tad-differenzi bejn il-kundizzjonijiet, is-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet tal-politiki u l-azzjonijiet kollha, u l-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-promozzjoni ta' drittijiet ugwali u ta' rappreżentanza bbilanċjata bejn is-sessi f'livelli amministrattivi, politiċi, soċjali u ekonomiċi differenti u fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

L.

billi hija meħtieġa aktar kooperazzjoni interistituzzjonali dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-perspettivi tal-ġeneri jkunu jistgħu jiġu introdotti fil-fażijiet kollha tal-baġit, tal-politiki, tal-programmi u tal-inizjattivi tal-Unjoni, li jkun jiffaċilita l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-Parlament stess;

M.

billi l-emendi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri adottati mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u mressqa għall-adozzjoni f'kumitati oħrajn huma għodda effettiva biex jiġi żgurat li l-ugwaljanza bejn is-sessi tingħata kunsiderazzjoni xierqa fir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament;

N.

billi l-ibbaġitjar sensittiv għall-ġeneri fil-forma ta' ppjanar u pprogrammar jikkontribwixxi għall-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-twettiq tad-drittijiet tan-nisa u huwa waħda mill-għodod ewlenin li jintużaw minn dawk li jfasslu l-politika biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda minkejja dan l-ebda istituzzjoni tal-UE m'hi qed tapplikah b'mod sistematiku;

O.

billi, skont l-aħħar data disponibbli (25), in-nisa jikkostitwixxu 59 % tal-persunal tal-Parlament iżda għadhom sottorappreżentati fil-livelli kollha tal-maniġment; billi l-għadd ta' nisa fil-maniġment superjuri saħansitra naqas minn Ġunju 2017 u l-għadd ta' nisa fi rwoli tal-maniġment intermedju żdied biss bi ftit;

P.

billi r-rapport tal-2017 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi mill-Viċi-President tal-Parlament Dimitrios Papadimoulis stabbilixxa tliet miri għar-rappreżentanza tan-nisa fil-maniġment medju u għoli, li għandhom jintlaħqu sal-2019: 30 % fil-livell ta' Direttur Ġenerali, 35 % fil-livell ta' Direttur u 40 % fil-livell ta' Kap tal-Unità, u billi l-pjan direzzjonali sussegwenti jiddeskrivi kif se jinkisbu dawn il-miri;

Q.

billi sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fix-xogħol tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet tal-Parlament, jinħatar Membru responsabbli għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi f'kull kumitat u fil-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet, li jaqsam l-esperjenzi u l-aħjar prattika fin-Netwerk tal-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

R.

billi l-iżgurar tal-koerenza bejn il-politiki interni tagħhom fil-qasam tar-riżorsi umani u l-azzjonijiet esterni tagħhom fil-qasam tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-LGBTIQ huwa essenzjali għall-kredibbiltà tal-Parlament u tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE;

S.

billi, mill-2014, ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament stipulaw li d-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat parlamentari u li ma għandux ikun permissibbli li jkun hemm bureau li jkun kompost minn irġiel biss jew minn nisa biss;

T.

billi karigi maniġerjali għolja fil-Parlament huma attribwiti biss mill-Bureau tal-Parlament Ewropew;

U.

billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tal-Parlament Ewropew trid tagħti l-attenzjoni dovuta għad-drittijiet, il-perspettivi u l-benesseri tal-persuni LGBTIQ u persuni ta' kull identità tal-ġeneru; billi għalkemm il-Parlament jagħti importanza akbar lil kwistjonijiet LGBTIQ, l-attivisti LGBTIQ għandhom viżibilità relattivament baxxa u vuċi dgħajfa;

V.

billi hemm bżonn li jiġi rikonoxxut il-valur soċjali u politiku tal-organizzazzjonijiet tan-nisa u l-ispazji tan-nisa, tal-istorja u l-ħidma tagħhom, u tar-rwol ewlieni tagħhom fil-prevenzjoni tal-vjolenza sessista u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-awtodeterminazzjoni tan-nisa u d-djalogu interkulturali; billi ma hemm l-ebda integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri konxja mingħajr ma jkun hemm postijiet li jistgħu jiffavorixxu l-awtodeterminazzjoni u l-awtorità tan-nisa u li jiġġieldu kontra l-vjolenza fuq in-nisa;

W.

billi l-leġittimità tan-nisa fl-isfera politika għadha xi kultant tiġi sfidata, u billi n-nisa huma vittmi ta' sterjotipi, li jiskoraġġuhom milli jinvolvu ruħhom fil-politika, fenomenu li huwa partikolarment kospikwu kull fejn in-nisa fil-politika jkunu inqas rappreżentati;

X.

billi n-nisa fl-UE għandhom l-istess drittijiet ċivili u politiċi bħall-irġiel, iżda madankollu sikwit jiffaċċjaw inugwaljanzi soċjali, soċjetali jew ekonomiċi;

Y.

billi l-ugwaljanza bejn is-sessi tikkontribwixxi għal dibattitu aktar komprensiv u teħid ta' deċiżjonijiet aħjar peress li tippermetti li jkun rrappreżentati l-perspettivi inklużivi kollha;

Z.

billi l-istituzzjonijiet jinħtiġilhom ikunu responsabbli li jevitaw is-segregazzjoni vertikali u orizzontali tas-sessi;

AA.

billi l-Parlament ilu snin twal b'impenn favur il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u billi l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandu r-responsabbiltà li jimplimenta u jiżviluppa aktar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fis-setturi kollha tal-politika;

AB.

billi l-Parlament jeħtieġ li jkompli jiġġieled il-fastidju sesswali u jimplimenta l-miżuri miftiehma;

AC.

billi l-Parlament għandu għadd ta' korpi differenti inkarigati mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità, kemm fil-livell politiku kif ukoll f'dak amministrattiv, bħall-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, in-Netwerk għall-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-Unità tal-Ugwaljanza u d-Diversità, il-Kumitat għall-Opportunitajiet Indaqs u d-Diversità (COPEC), l-égalité, l-assoċjazzjoni tal-membri tal-persunal LGBTI+ tal-istituzzjonijiet tal-UE, il-Kumitat Konsultattiv għall-prevenzjoni u l-protezzjoni fuq il-post tax-xogħol u l-Grupp ta' Koordinaturi dwar l-Ugwaljanza u d-Diversità; billi, madankollu, m'hemmx koordinazzjoni ċara jew koerenza bejn dawn il-korpi;

AD.

billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija proċess li jeħtieġ ħiliet u għarfien speċifiċi, kif ukoll impenn, u bħala tali hija effettiva biss jekk tkun akkumpanjata minn attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' bini ta' kapaċità fl-istituzzjonijiet u fost il-persunal;

AE.

billi l-Parlament diġà impenja ruħu fl-2003 li jadotta u jimplimenta pjan ta' politika għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri bil-prijorità li jintegra l-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet, b'għodod konkreti għall-promozzjoni, sensibilizzazzjoni akbar u implimentazzjoni tal-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tagħhom ta' kuljum;

Rimarki ġenerali

1.

Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kontenut tal-politiki, inizjattivi u programmi tal-UE u fil-livelli politiċi, baġitarji, amministrattivi u eċekuttivi tal-Unjoni;

2.

Jappella sabiqx il-QFP l-ġdid, bħall-aħħar QFP, ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill, li fiha jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li l-proċeduri baġitarji annwali applikati għall-QFP jintegraw, kif xieraq, elementi sensittivi għal kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, u dan fil-kuntest ta' kif il-qafas finanzjarju ġenerali tal-Unjoni jikkontribwixxi għall-objettiv li tinkiseb l-ugwaljanza u jiżgura l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

3.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta Strateġija ta' Ugwaljanza Ewropea ġenwina fil-forma ta' komunikazzjoni li jkun fiha objettivi ċari u, sa fejn ikun possibbli, kwantifikabbli, u li din tiġi tradotta fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE sabiex jiġu żgurati distribuzzjoni u fehim akbar għaċ-ċittadini u l-atturi soċjali u ekonomiċi;

4.

Iqis li l-Parlament għandu joħloq u jrawwem kultura ta' diversità u inklużjoni u ambjent ta' xogħol sikur għal kulħadd, u li miżuri trasversali biex jiġi żgurat il-benesseri tal-persunal kollu u tal-Membri tal-PE għandhom jimxu id f'id ma' miżuri mmirati biex tinkiseb rappreżentanza bbilanċjata bejn is-sessi kemm fil-livell amministrattiv kif ukoll f'dak politiku;

5.

Jinsisti li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tista' tfisser ukoll l-introduzzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi mmirati lejn in-nisa jew l-irġiel biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi persistenti jew li l-politiki ta' integrazzjoni jinbidlu biex jakkomodaw id-diversità taċ-ċirkostanzi għall-individwi jew il-gruppi;

6.

Ifaħħar il-mudelli eżemplari rġiel u nisa għall-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll l-inizjattivi kemm fl-amministrazzjoni tal-Parlament kif ukoll fil-livell politiku li jikkontribwixxu b'mod attiv għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs; jinkoraġġixxi aktar il-promozzjoni ta' mudelli ta' rwol differenti biex jingħelbu t-tipi kollha ta' stereotipi tas-sessi;

7.

Jenfasizza li l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi mhijiex kwistjoni tan-nisa, iżda waħda li għandha tinvolvi s-soċjetà kollha kemm hi;

8.

Jiddispjaċih tal-fatt li l-komunikazzjoni viżiva tal-Parlament xi drabi tuża l-isterjotipi tas-sessi kif ukoll l-isterjotipi bbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-importanza li tiġi rappreżentata u promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-materjali ta' komunikazzjoni fis-setturi kollha tal-politika;

9.

Ifakkar li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tkopri l-għażliet ta' politika, il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, il-proċeduri u l-prattiki kif ukoll l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; jenfasizza, għalhekk, li sabiex tiġi vvalutata b'mod komprensiv is-sitwazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-Parlament, għandu jitqies mhux biss il-kontenut ta' politika, iżda anki r-rappreżentanza tas-sessi fl-amministrazzjoni u fil-proċess deċiżjonali;

10.

Jesprimi tħassib li r-rappreżentanza tan-nisa fil-pożizzjonijiet deċiżjonali ewlenin tal-Parlament fil-livelli politiċi u amministrattivi għadha baxxa u li l-Parlament jeħtieġ jiżgura li l-allokazzjoni tal-pożizzjonijiet deċiżjonali tinfirex b'mod ugwali bejn is-sessi;

11.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' koerenza u koordinazzjoni bejn id-diversi entitajiet li jaħdmu fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità fil-Parlament; itenni l-appell tiegħu biex titjieb il-koordinazzjoni interna sabiex jintlaħaq grad ogħla ta' integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, inkluż fir-reklutaġġ tal-persunal, l-organizzazzjoni tax-xogħol, id-deċiżjonijiet ta' ħidma u l-proċeduri;

12.

Ifaħħar id-deċiżjoni tal-Parlament li jonora lil Simone Veil, l-ewwel President mara ta' istituzzjoni tal-UE u promotura kbira tad-drittijiet tan-nisa, l-aktar id-drittijiet fil-qasam tar-riproduzzjoni u tal-abort legali, billi attribwixxa isimha għall-Premju tal-Ugwaljanza u d-Diversità, biex b'hekk jenfasizza u jirrikonoxxi prattika tajba u mudelli eżemplari fil-qasam tal-opportunitajiet indaqs fi ħdan is-Segretarjat tal-Parlament Ewropew; jirrakkomanda li tiżdied il-viżibbiltà u li tiġi żgurata sensibilizzazzjoni akbar ta' dan il-premju importanti;

13.

Jenfasizza l-importanza ta' djalogu mal-partijiet interessati esterni bħalma huma l-organizzazzjonijiet tan-nisa tas-soċjetà ċivili, il-gruppi fil-livell lokali li jiddefendu d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-movimenti tan-nisa, l-istituzzjonijiet internazzjonali, l-akkademja u l-parlamenti nazzjonali fl-iżvilupp ta' għodod u fil-ġbir ta' data; ifakkar li l-mobilizzazzjoni tagħhom hija importanti għat-titjib tal-proċessi tal-UE għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u fit-trawwim ta' skambji reċiproċi għall-promozzjoni tal-aħjar prattika;

Għodod għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri

14.

Jitlob miżuri effettivi biex tiġi żgurata ugwaljanza ġenwina bejn l-irġiel u n-nisa fil-Parlament Ewropew; jenfasizza f'dan il-kuntest li, fuq kollox, il-miżuri biex jiġi miġġieled il-fastidju sesswali huma tal-akbar importanza; jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa ta' miżuri ta' sensibilizzazzjoni u ta' taħriġ;

15.

Jilqa' l-linji gwida riveduti dwar lingwa newtrali fir-rigward tas-sessi fil-Parlament Ewropew, ippubblikati f'Lulju 2018, li issa jirriflettu aħjar l-iżviluppi kulturali u lingwistiċi u jipprovdu pariri prattiċi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE dwar l-użu ta' lingwaġġ ġust u inklużiv. ifakkar li l-Parlament Ewropew kien wieħed mill-ewwel organizzazzjonijiet internazzjonali li adotta linji gwida multilingwi dwar lingwa newtrali fl-2018. ifakkar fl-importanza li tinħoloq aċċettazzjoni pubblika wiesgħa tal-linji gwida u jistieden lill-Membri kollha tal-Parlament Ewropew, kif ukoll l-uffiċjali, jippromwovu u japplikaw dawn il-linji gwida b'mod konsistenti f'xogħolhom;

16.

Jirrikonoxxi x-xogħol tan-netwerk tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, jilqa' l-inklużjoni tar-rappreżentanti tal-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet fin-netwerk tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u jappella biex dan in-netwerk jiġi żviluppat aktar;

17.

Jilqa' l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-kumitati parlamentari adottaw pjanijiet ta' azzjoni dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-ħidma tagħhom u li ħafna minnhom diġà ppreżentawhom lin-Netwerk tal-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi; jappella, għalhekk, lill-ftit kumitati li fadal biex jagħmlu l-istess; jinnota, madankollu, l-eteroġeneità ta' dawn il-pjanijiet u n-nuqqas ta' implimentazzjoni tagħhom; jappella għall-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni komuni dwar il-ġeneri għall-Parlament Ewropew li għandu, tal-inqas, jinkludi dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza ugwali tal-ġeneri fil-ħidma parlamentari u l-korpi kollha tal-Parlament, l-introduzzjoni ta' perspettiva tal-ġeneri fl-attivitajiet ta' politika kollha tiegħu u fl-organizzazzjoni tax-xogħol tiegħu u l-użu ta' lingwa li tuża ġens newtrali f'kull dokument; jitlob li r-Regoli ta' Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ,

18.

Jiddispjaċih li fl-aħħar riforma tar-Regoli ta' Proċedura, il-proċeduri biex tiġi implimentata l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ma ġewx inklużi;

19.

Jilqa' l-progress li sar matul dawn l-aħħar snin fl-adozzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-maġġoranza tal-kumitati tal-Parlament;

20.

Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib fost il-kumitati parlamentari bil-għan li tinkiseb dimensjoni reali tal-ġeneri fir-rapporti tagħhom u jenfasizza l-importanza għall-kumitati parlamentari kollha li juru rispett għall-kompetenzi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, kemm billi jaċċettaw l-emendi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mressqa mill-Kumitat u billi jaħdmu flimkien biex jevitaw il-kunflitti ta' kompetenzi;

21.

Itenni l-importanza tal-applikazzjoni ta' bbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju; jiddeplora n-nuqqas ta' mekkaniżmi ta' bbaġitjar skont il-ġeneru fl-istituzzjonijiet tal-UE, minkejja impenn qawwi favurihom; iħeġġeġ lill-korpi responsabbli tal-Parlament jinkorporaw il-perspettiva tal-ġeneri u jużaw l-indikaturi tal-ġeneru meta jabbozzaw u jadottaw l-estimi tal-Parlament, u matul il-proċess ta' kwittanza;

22.

Jilqa' r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE; jenfasizza li l-fastidju sesswali huwa delitt serju li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma jiġix irrappurtat, u jikkostitwixxi forma estrema ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u huwa wieħed mill-akbar ostakli għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jilqa' d-deċiżjoni tal-Bureau tat-2 ta' Lulju 2018 li tirrevedi l-funzjonament tal-Kumitat Konsultattiv li jittratta dwar ilmenti ta' fastidju fir-rigward tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-proċeduri tiegħu għat-trattament tal-ilmenti, filwaqt li b'saħħa japprova l-Artikolu 6 li jiddikjara li żewġ konsulenti esperti – uffiċjal mediku mis-Servizz Mediku u membru tas-Servizz Legali – għandhom jinħatru mis-Segretarju Ġenerali, kif ukoll iż-żieda tal-Artikolu 34a għall-Miżuri ta' Implimentazzjoni għall-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' każ ippruvat ta' fastidju ta' assistent parlamentari akkreditat (APA);

23.

Jilqa' l-miżuri l-ġodda, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-26 ta' Ottubru 2017, kontra l-fastidju meħud mill-Parlament, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2018, jiġifieri:

(a)

li l-Kumitat Konsultattiv jiġi pprovdut b'Segretarjat dedikat u permanenti, marbut mas-Segretarjat tal-Bureau u l-Kwesturi, li jkollu aktar membri tal-persunal u li jkunu speċjalizzati u mħarrġin b'mod regolari, u li jittrattaw b'mod esklużiv kwistjonijiet ta' fastidju;

(b)

li t-tieni rappreżentant tal-APA jitħalla jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat, bħala membru sħiħ, sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-kworum restrittiv u l-ammont ta' xogħol tar-rappreżentant tal-APA;

(c)

li jiġi żgurat li r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (l-Artikoli 11 u 166) jinkludu penali ġodda għall-fastidju kif ukoll “Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fl-Eżerċizzji dwar id-Dmirijiet Tagħhom”, li tiġi żviluppata u ffirmata dikjarazzjoni minn kull Membru meta jibda l-mandat tiegħu u li tiġi ppreżentata lill-President, li kull Membru jaqra l-Kodiċi u jikkonferma li huwa se jirrispetta l-prinċipji tiegħu, u li d-dikjarazzjonijiet kollha (iffirmati jew mhux iffirmati) jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Parlament;

(d)

li tingħata informazzjoni aħjar lill-assistenti parlamentari akkreditati dwar il-possibbiltà li jkollhom l-ispejjeż legali kollha tagħhom koperti mill-Parlament u li jiġu appoġġjati tul il-proċess kollu;

24.

Madankollu jiddispjaċih ħafna dwar il-progress bil-mod u mhux adegwat fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fir-riżoluzzjoni tal-Parlament; jitlob li tingħata attenzjoni sħiħa u assoluta mill-President u l-amministrazzjoni tal-Parlament lill-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri mitluba kollha, b'mod partikolari permezz tal-pjan direzzjonali 2017-2019 dwar “miżuri preventivi u ta' appoġġ preliminari biex jiġu indirizzati l-kunflitt u l-fastidju bejn il-Membri u l-APAs, l-apprendisti jew persunal ieħor”, li għandu jiġi rivedut kemm jista' jkun malajr biex jiġu inklużi kix xieraq tal-anqas ir-rikjesti segwenti tar-riżoluzzjoni, bi skadenza ċara għall-implimentazzjoni tagħhom:

(a)

li jingħata taħriġ obbligatorju għall-Membri tal-PE u l-persunal;

(b)

li titwaqqaf task force ta' esperti esterni u indipendenti inkarigati biex jeżaminaw is-sitwazzjoni tal-fastidju sesswali fil-Parlament Ewropew u l-funzjonament taż-żewġ kumitati tiegħu kompetenti fil-każijiet ta' fastidju;

(c)

li jissaħħu l-kumitati kontra l-fastidju billi jingħaqqdu f'kumitat wieħed b'kompożizzjoni varjabbli skont il-każ li jkun qiegħed jiġi eżaminat u bl-inklużjoni ta' esperti bħal avukati u tobba bħala membri permanenti tal-kumitat;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, timmonitorja ukoll l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni regolari tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (26), li tipprovdi għal bidla tal-oneru tal-prova f'każijiet ta' diskriminazzjoni bejn is-sessi;

26.

Jerġa' jtenni l-appell tiegħu lis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew biex iwettaq riċerka kwalitattiva u kwantitattiva dettaljata b'mod regolari dwar il-progress tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-Parlament u l-funzjonament tal-istruttura organizzattiva ddedikati għalih, kif ukoll biex jiżviluppa valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-ġeneru u analiżijiet ibbażati fuq il-ġeneru; jappella għal ġbir akbar, sistematiku u perjodiku ta' data u statistika diżaggregata skont il-ġeneru fil-politika u fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-programmi kif ukoll fil-proċess tat-tfassil tal-politika sabiex jiġi analizzat l-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi, tingħata mappa preċiża tad-disparitajiet bejn is-sessi, jiġu vvalutati l-kisbiet jew ir-rigressjoni u jiġi infurmat it-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza;

27.

Itenni t-talba tiegħu għal taħriġ obbligatorju dwar ir-rispett u d-dinjità li għandu jiġi organizzat għall-Membri tal-PE u għall-persunal kollu u fi kwalunkwe każ fil-bidu tal-mandat il-ġdid;

28.

Ifakkar fl-importanza tal-bini ta' kapaċità għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE billi jiġi żgurat li t-taħriġ ipprovdut ikun sensittiv għall-ġeneru u billi jiġu previsti programmi ta' taħriġ speċifiċi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-setturi kollha tal-politika; jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-iżvilupp immirat u regolari ta' taħriġ dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, u għal programmi ta' taħriġ speċifiċi għan-nisa b'potenzjal ta' tmexxija; iħeġġeġ lid-Direttorat Ġenerali għall-Persunal jipprovdi taħriġ dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għall-Membri, l-assistenti u l-persunal tal-Parlament Ewropew, u sabiex il-gruppi politiċi tal-Parlament jipprovdu taħriġ għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri lill-persunal tagħhom;

29.

Jilqa' l-Għodda għal Parlamenti Sensittivi għal Kwistjonijiet tal-Ġeneru, żviluppata mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex tassisti lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali jevalwaw u jtejbu s-sensittività tagħhom għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi; jistieden lill-amministrazzjoni u lill-gruppi politiċi tal-Parlament jiżguraw segwitu adegwat tar-riżultati tal-valutazzjoni u l-evalwazzjoni;

30.

Jistieden lill-EIGE jippreżenta informazzjoni b'mod regolari lill-kumitati parlamentari u lill-Kummissjoni sabiex il-perspettiva tal-ġeneri tiġi enfasizzata f'kull qasam tat-tfassil ta' politiki u biex jagħmel id-data u l-għodod li żviluppa disponibbli, inkluż dwar l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru kif imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pjattaforma għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, bħala parti minn eżerċizzju usa' ta' bini ta' kapaċitajiet indirizzat ukoll għall-persunal u l-assistenti parlamentari;

Il-livell politiku

31.

Ifaħħar il-ħatra fl-2016 tar-rapporteur permanenti dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-Parlament Ewropew u l-involviment attiv tar-rapporteur permanenti fil-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Parlament iżomm din il-pożizzjoni għal-leġislatura 2019-2024;

32.

Jemmen li relazzjonijiet interistituzzjonali aktar b'saħħithom fil-qasam tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jistgħu jgħinu biex jiġu żviluppati politiki tal-UE sensittivi għall-ġeneri; jiddispjaċih li għadha ma ġiet stabbilita l-ebda kooperazzjoni strutturata dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ma' sħab istituzzjonali oħra, bħall-Kummissjoni, il-Kunsill u l-EIGE;

33.

Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li tiżdied il-preżenza tal-ġeneru sottorappreżentat, ta' spiss in-nisa, fuq il-listi elettorali; iħeġġeġ bil-qawwa lill-partiti politiċi Ewropej u lill-membri tal-partit tagħhom jiżguraw rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn is-sessi ta' kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2019 permezz ta' zipped lists jew metodi oħrajn bħal listi ta' parità; jimpenja ruħu li jibbilanċja bejn l-irġiel u n-nisa fil-livelli kollha;

34.

Jistieden lill-gruppi politiċi tal-Parlament sabiex, għal-leġiżlatura 2019-2024, jiżguraw kompożizzjoni bbilanċjata bejn is-sessi fil-korpi governattivi tal-Parlament Ewropew u jirrakkomandalhom iressqu kemm Membri rġiel kif ukoll nisa bħala kandidati għall-pożizzjonijiet ta' President, Viċi President u Membru tal-Bureau, u għall-Presidenti tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet, bil-ħsieb li jintlaħaq dan l-għan;

35.

Jirrakkomanda li, għal-leġiżlatura parlamentari 2019-2024, kull wieħed mill-gruppi politiċi tal-Parlament jaħtar żewġ Membri, raġel u mara, għall-kariga ta' koPresident tal-grupp;

36.

Iħeġġeġ lill-gruppi politiċi tal-Parlament sabiex, għal-leġiżlatura 2019-2024, iqisu l-għan li tintlaħaq rappreżentanza ugwali bejn il-ġeneri meta jkunu qed jinnominaw il-Membri għall-kumitati u d-delegazzjonijiet kollha, u speċjalment biex jinnominaw l-istess numru ta' membri rġiel u nisa kemm bħala membri kif ukoll sostituti tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, sabiex jinkoraġġixxu l-involviment tal-irġiel fil-politika ta' ugwaljanza bejn is-sessi;

37.

Jissuġġerixxi li jiġu esplorati modi biex jiġi stabbilit netwerk tan-nisa fil-Parlament, li jintegra n-netwerks nazzjonali, peress li n-netwerks formali jew informali mhux biss itejbu l-proċessi tal-ħidma iżda huma wkoll element ewlieni fl-għoti ta' informazzjoni, appoġġ reċiproku u coaching, kif ukoll jipprovdu mudelli eżemplari;

38.

Iħeġġeġ lill-gruppi politiċi tal-Parlament jadottaw strateġija għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri biex jiġi żgurat li l-proposti tagħhom iqisu l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi;

39.

Jistieden lis-Segretarju-Ġenerali u lill-Bureau japplikaw l-istess prinċipju għall-attribuzzjoni ta' karigi maniġerjali superjuri bħall-attribuzzjoni tal-kariga ta' Kap ta' Unità, jiġifieri li jagħmluha obbligatorja li l-listi mqassra jinkludu tliet kandidati xierqa b'mill-inqas kandidat wieħed ta' kull sess, filwaqt li jiġi ddikjarat li, jekk il-bqija tkun ugwali (eż. kwalifiki, esperjenza), is-sess sottorappreżentat għandu jkun preferut; jinnota li jekk dawn ir-rekwiżiti ma jiġux issodisfati, il-post għandu jerġa' jiġi rreklamat;

40.

Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-lingwaġġ misoġinistiku użat f'diversi okkażjonijiet fil-kamra plenarja; jilqa' s-sanzjonijiet imposti mill-President tal-Parlament Ewropew u kkonfermati mill-Bureau kontra Membru tal-Parlament Ewropew għal rimarki li saru waqt is-sessjoni plenarja tal-1 ta' Marzu 2017 li mminaw id-dinjità tan-nisa; jinsab imħasseb dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-31 ta' Mejju 2018 li tannulla d-deċiżjoni tal-President u tal-Bureau, abbażi kemm fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regoli ta' Proċedura kif ukoll fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-Artikolu 10 tal-KEDB (libertà tal-kelma); iħeġġeġ lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex, għal kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-Regoli ta' Proċedura, jirrevedi r-regoli applikabbli bil-ħsieb li jiġu żgurati r-rispett u d-dinjità fil-kamra plenarja f'kull mument u, b'mod partikolari, iżid klawsola li tirrikjedi li l-Membri f'dibattiti parlamentari jżommu lura milli jadottaw lingwa li tinċita mibegħda jew tiddiskrimina fuq bażi ta' sess, razza, kulur, nazzjonalità, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija f'minoranza nazzjonali, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, u biex jimponi sanzjonijiet eżemplari f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' din il-klawżola;

41.

Jilqa' d-disponibbiltà ta' korsijiet ta' taħriġ professjonali dwar preġudizzju u fastidju inkonxju, jenfasizza li tali korsijiet ta' taħriġ għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ugwaljanza bejn is-sessi u lil kwistjonijiet LGBTIQ u jsiru obbligatorji għall-maniġers u l-membri tal-bord tal-għażla, u jiġu mħeġġa b'mod qawwi għall-persunal l-ieħor kollu;

42.

Ifaħħar l-Istrateġija dwar id-Diversità u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni, ippubblikata fl-2017; iħeġġeġ lill-Parlament juża dan l-eżempju tajjeb, biex iħaddan bis-sħiħ il-ġestjoni tad-diversità u biex jirrikonoxxi, jagħti valur u jinkludi persunal ta' orjentazzjonijiet sesswali differenti jew ta' identitajiet tal-ġeneru;

Livell ammistrattiv

43.

Jilqa' r-rapport ta' Dimitrios Papadimoulis bit-titlu “L-Ugwaljanza bejn is-Sessi fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew – il-qagħda attwali u l-prospetti 2017-2019” u l-pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tar-rapport; ifaħħar il-progress dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet konkreti tal-pjan direzzjonali u l-kalendarju ta' żmien ċar tiegħu għal miżuri speċifiċi fir-rigward tal-ġestjoni, it-taħriġ professjonali, is-sensibilizzazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-monitoraġġ regolari tal-bilanċ bejn is-sessi permezz tal-istatistika; Jappella għal progress aktar rapidu biex jintlaħqu l-miri tal-ugwaljanza bejn is-sessi stabbiliti għall-2019;

44.

Iħeġġeġ lill-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità biex kull sentejn iwettaq valutazzjoni strutturali tal-implimentazzjoni ta' kull punt tal-pjan direzzjonali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, ibbażat fuq preżentazzjoni mid-DĠ PERS;

45.

Huwa mħasseb li minkejja dikjarazzjonijiet istituzzjonali u politiċi b'saħħithom, l-objettivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi mhumiex espliċitament iddikjarati fid-dokumenti tal-baġit tal-Parlament u lanqas ma jitqiesu fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju;

46.

Jissuġġerixxi li d-DĠ PERS jipproduċi kwestjonarju li għandu jimtela min-nisa, speċjalment dawk fil-maniġment intermedju, fuq bażi volontarja, li jistħarreġ dwar il-motivazzjoni, l-ostakli u l-opportunitajiet professjonali tagħhom bil-ħsieb li jiftiehmu aħjar l-ostakli għall-applikazzjoni għal karigi ta' maniġment superjuri;

47.

Jilqa' r-rapport annwali dwar ir-riżorsi umani mfassal mill-Parlament;

48.

Ifakkar li, għal dak li jikkonċerna l-użu ta' miżuri biex jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, għandha tiġi inkoraġġuta b'mod speċifiku l-aċċettazzjoni ta' tali miżuri mill-maniġers u, jekk rilevanti, l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri b'mod ugwali miż-żewġ sħab; jinnota li s-sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fil-Parlament għandha titqajjem aktar permezz ta' sessjonijiet ta' ħidma, korsijiet ta' taħriġ u pubblikazzjonijiet; jindirizza l-fatt li l-Membri u l-persunal għandhom ikunu infurmati sew li l-miżuri għat-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, bħal liv tal-maternità/paternità, liv tal-ġenituri, liv għall-persuni li jindukraw u arranġamenti tax-xogħol flessibbli, jgħinu biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-Parlament, jinkoraġġixxu li jinqasmu aħjar ir-responsabbiltajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel, itejbu l-kwalità tal-impjiegi tan-nisa u l-benesseri tagħhom, u jkollhom impatti fit-tul fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku;

49.

Jirrakkomanda li d-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Parlament jinkludi perspettiva tal-ġeneri aktar b'saħħitha u aktar attiva fir-rappurtar tiegħu fit-tfassil tal-politika tal-Parlament u speċjalment fit-tħejjijiet għall-kampanja għall-elezzjonijiet Ewropej fl-2019;

50.

Ifaħħar il-progress li sar fis-Segretarjat tal-Parlament dwar it-titjib tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'pożizzjonijiet ta' maniġment għoli u medju, iżda jinnota li minkejja l-fatt li l-maġġoranza tal-uffiċjali tal-Parlament huma nisa, ir-rappreżentanza tagħhom f'pożizzjonijiet maniġerjali f'livell għoli jew medju għadha baxxa ħafna: fi tmiem l-2017, 15,4 % tad-Diretturi Ġenerali, 30,4 % tad-Diretturi u 36,2 % tal-Kapijiet ta' Unità fis-Segretarjat tal-Parlament kienu nisa; ifakkar, għalhekk, li l-għażla bejn applikanti bl-istess profil (esperjenza, kwalifiki, eċċ.), il-ġeneru l-anqas rappreżentat għandu jkun ippreferut;

51.

Jitlob li l-għarfien jew l-esperjenza dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jitqiesu bħala vantaġġ fis-sejħiet għall-persunal u fl-għażla tal-persunal;

52.

Jistieden lis-segretarjati tal-kumitati tal-Parlament jassistu lill-Membri tagħhom biex jiżguraw kompożizzjoni bbilanċjata bejn is-sessi tal-kelliema fis-seduti ta' smigħ tal-kumitati billi jipproponu lista ta' esperti bbilanċjata mil-lat tas-sessi;

53.

Jenfasizza li, sabiex jinkiseb progress reali fit-titjib tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-Segretarjat u fil-gruppi politiċi tal-Parlament, hemm bżonn ta' bidla kulturali biex jinbidlu l-attitudnijiet kunċettwali u ta' imġiba, bl-iżvilupp ulterjuri ta' kultura ta' ugwaljanza fis-Segretarjat;

o

o o

54.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU C 224, 27.6.2018, p. 96.

(2)  ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 35.

(3)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 65.

(4)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 1.

(5)  ĠU C 316, 30.8.2016, p. 2.

(6)  ĠU C 263, 25.7.2018, p. 49.

(7)  ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 384.

(8)  ĠU C 244 E, 18.10.2007, p. 225.

(9)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 18.

(10)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 32.

(11)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 11.

(12)  ĠU C 407, 4.11.2016, p. 2.

(13)  ĠU C 35, 31.1.2018, p. 35.

(14)  ĠU C 50, 9.2.2018, p. 15.

(15)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 192.

(16)  Testi adottati, P8_TA(2018)0331.

(17)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(18)  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/communication-equal-opportunities-diversity-inclusion-2017.pdf

(19)  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/diversity-inclusion-charter-2017-07-19-en.pdf

(20)  https://ec.europa.eu/anti-trafficking/sites/antitrafficking/files/151203_strategic_engagement_en.pdf

(21)  https://rm.coe.int/prems-093618-gbr-gender-equality-strategy-2023-web-a5/16808b47e1

(22)  Testi adottati, P7_TA(2013)0455.

(23)  “The Global Gender Gap Report 2016”, Forum Ekonomiku Dinji, 2016, https://www.weforum.org/reports/the-global-gender-gap-report-2016

(24)  “Sustainable development in the European Union – monitoring report on progress towards the SDGs in an EU context” (L-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni Ewropea – Rapport ta' monitoraġġ dwar il-progress biex jintlaħqu l-SDGs fil-kuntest tal-UE), Eurostat, 2018, https://ec.europa.eu/eurostat/documents/3217494/9237449/KS-01-18-656-EN-N.pdf/2b2a096b-3bd6-4939-8ef3-11cfc14b9329

(25)  Rapport bit-titolu “In-nisa fil-Parlament Ewropew”, Parlament Ewropew, 8 ta' Marzu 2018, http://www.europarl.europa.eu/RegData/publications/2018/0001/P8_PUB%282018%290001_MT.pdf

(26)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/24


P8_TA(2019)0011

L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (2018/2222(INI))

(2020/C 411/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha l-vantaġġi (COM(2018)0445),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri tat-13 ta' Novembru 2017 dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummisssjoni tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-kontribuzzjoni tal-UE lejn il-proġett ITER riformat (COM(2017)0319),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0393/2018),

A.

billi l-fużjoni jista' jkollha rwol ewlieni fix-xenarju tal-enerġija Ewropew u globali futur bħala sors potenzjali ta' enerġija ineżawribbli, sikur, favur il-klima, ambjentalment responsabbli u ekonomikament kompetittiv;

B.

billi l-fużjoni diġà qed tagħti opportunitajiet konkreti lill-industrija u qed ikollha effett pożittiv fuq l-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni, b'impatt pożittiv lil hinn mill-oqsma tal-fużjoni u l-enerġija;

C.

billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni tikkoordina l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp xjentifiċi u teknoloġiċi fil-qasam tal-fużjoni;

D.

billi sa mill-bidu l-Ewropa kellha rwol ewlieni fil-proġett ITER, żviluppat f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-firmatarji mhux Ewropej għall-Ftehim ITER (l-Istati Uniti, ir-Russja, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea t'Isfel u l-Indja), u billi l-kontribuzzjoni Ewropea, indirizzata permezz tal-Impriża Konġunta, tirrappreżenta 45 % tal-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-proġett;

E.

billi l-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom għandha l-għan li tiżgura l-finanzjament għal parteċipazzjoni kontinwa Ewropea fil-proġett ITER għat-tul kollu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss sabiex tiggarantixxi kontinwità għall-proġett immirat lejn skoperti xjentifiċi rivoluzzjonarji fl-iżvilupp tal-fużjoni għall-użu ċivili, li fl-aħħar mill-aħħar għandu jiffaċilita l-produzzjoni ta' enerġija sikura u vijabbli li tissodisfa l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi;

1.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2007/198/Euratom billi tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi, li se jipprovdi l-bażi għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta għall-perjodu 2021-2027 skont it-Trattat Euratom;

2.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kunsill ma kkonsultax mal-Parlament dwar l-approvazzjoni ta' dik il-proposta u jilqa' l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni bħala parti mill-Istat tal-Unjoni 2018 li tikkunsidra “għażliet għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata msaħħa u għal riforma possibbli tat-Trattat Euratom”; jistenna li riforma bħal din neċessarjament se twassal għal setgħat koleġiżlattivi għall-Parlament;

3.

Ifakkar fid-dewmien fil-kostruzzjoni tar-reattur sperimentali, minħabba li oriġinarjament kien ippjanat li l-ITER għandu jinbena sal-2020, iżda fl-2016 il-Kunsill tal-ITER approva skeda ġdida ta' żmien biex l-istadju tal-Ewwel Plażma jintlaħaq f'Diċembru 2025, l-aktar data bikrija teknikament possibbli għall-kostruzzjoni tal-ITER;

4.

Jenfasizza li l-kontribuzzjoni tal-Euratom lill-Impriża Konġunta għall-perjodu 2021-2027 m'għandhiex tinqabeż;

5.

Jenfasizza li sabiex jiġu evitati reviżjonijiet suċċessivi 'l fuq tal-ispiża prevista tal-proġett, jiġi evitat dewmien fid-dati mistennija tal-istadji operazzjonali importanti u jiġi żgurat l-ogħla grad possibbli ta' affidabbiltà tal-iskeda, l-Organizzazzjoni ITER għandha tinkludi dispożizzjonijiet ta' kontinġenza raġonevoli fi kwalunkwe skeda riveduta; jappoġġa, f'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet ta' kontinġenza sa 24 xahar f'termini ta' skeda u ta' 10-20 % f'termini ta' baġit propost mill-Kummissjoni;

6.

Jilqa' l-approċċ il-ġdid għall-ġestjoni tar-riskju meħud mill-Organizzazzjoni ITER u jinkoraġġixxi lill-Kunsill tal-ITER biex ikompli jnaqqas l-għadd ta' sottokumitati, jissimplifika l-funzjoni tagħhom u jelimina t-trikkib;

7.

Jistieden lill-Kunsill japprova l-proposta tal-Kummissjoni filwaqt li jintroduċi l-modifiki li ġejjin:

jindika l-kontribuzzjoni tal-Euratom fl-Impriża Konġunta kemm fi prezzijiet kostanti kif ukoll f'dawk attwali,

juża, għal finijiet ta' ċarezza, il-kelma “Euratom” minflok “Komunità” tul it-test kollu,

jinkludi dispożizzjonijiet ċari rigward il-kumitati li jassistu lill-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta, b'mod partikolari l-Kumitat Amministrattiv u ta' Ġestjoni, il-Kumitat dwar l-Akkwisti u l-Kuntratti, u l-Bord Konsultattiv Tekniku, fir-rigward tal-kompożizzjoni tagħhom, l-istatus permanenti jew temporanju, in-numru ta' laqgħat u l-metodu ta' remunerazzjoni tal-membri tagħhom,

jevalwa u jelimina responsabbiltajiet li jikkoinċidu bejn il-Kumitat Amministrattiv u ta' Ġestjoni u l-Bord Konsultattiv Tekniku fir-rigward ta' pjanijiet ta' proġetti u programmi ta' ħidma,

jintroduċi dispożizzjonijiet rigward il-kontribuzzjonijiet tal-Istat ospitanti tal-ITER,

jinkludu fl-Anness III (“Regolament Finanzjarju: Prinċipji Ġenerali”) rekwiżit li jistipula, fir-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta, regoli u proċeduri għall-evalwazzjoni ta' kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji,

jinkludi dispożizzjonijiet fl-Artikolu 5 u fl-Anness II li jippermettu lill-Impriża Konġunta tirċievi finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji b'rabta mal-operazzjonijiet ta' taħlit implimentati f'konformità mal-Programm InvestEU futur,

jikkjarifika r-rwol u l-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fid-dawl tal-istatus tagħha fil-Euratom, b'mod partikolari fir-rigward ta' parteċipazzjoni potenzjali fl-ITER,

jinkludu dispożizzjonijiet dwar sinerġiji u kooperazzjoni bejn l-ITER u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom għall-perjodu 2021-2025,

jikkunsidra kooperazzjoni ma' atturi xekkiela privati żgħar u ta' daqs medju, bħal negozji ġodda li jesperimentaw b'approċċi u teknoloġiji ġodda, fil-programm ta' riċerka u n-netwerk tal-organizzazzjonijiet innominati fil-qasam tar-riċerka tal-fużjoni xjentifika u teknoloġika,

jiċċara d-dispożizzjonijiet dwar ir-rapporti u l-valutazzjonijiet annwali mfassla mill-Impriża Konġunta,

jinkludi fil-proposta rakkomandazzjoni biex jiġi investigat l-użu ulterjuri possibbli tal-materjali li attwalment qegħdin jintużaw fil-proġett ITER;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/27


P8_TA(2019)0012

Valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku (2018/2086(INI))

(2020/C 411/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-istudju intitolat “Public Sector Reform: How the EU budget is used to encourage it” (Riforma tas-Settur Pubbliku: kif jintuża l-baġit tal-UE biex jinkoraġġiha) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni fl-2016 (1),

wara li kkunsidra l-istrateġija Ewropa 2020,

wara li kkunsidra l-perjodu ta' finanzjament attwali tal-UE (2014-2020) u l-proposta tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju pluriennali ġdid (2021-2028),

wara li kkunsidra l-ftehim li laħqu l-koleġiżlaturi f'Lulju 2018 biex jiżdied il-baġit tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP),

wara li kkunsidra l-Artikolu 197 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0378/2018),

A.

billi fl-Istati Membri l-amministrazzjoni pubblika hija fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u meta taħdem b'mod effikaċi tista' tgħin ħalli jinħolqu sistemi moderni kapaċi jtejbu l-prosperità u l-benesseri fl-UE;

B.

billi l-proposta dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) il-ġdid ma tinkludix, fil-verżjoni attwali tagħha, objettiv speċifiku għall-amministrazzjoni pubblika;

1.

Josserva li l-amministrazzjoni pubblika u l-kompetenzi huma mqassma fuq id-diversi servizzi tal-Kummissjoni, u dan jikkomplika l-koordinament effikaċi tas-servizzi kompetenti, kif ukoll l-inizjattivi u l-programmi ffinanzjati mill-UE; jitlob li jkun hemm koordinament akbar tal-programmi kollha ta' assistenza teknika bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' miżuri kif ukoll in-nuqqas ta' effikaċja tagħhom, li jxejnu l-isforzi kollha tal-Kummissjoni għall-promozzjoni ta' koordinament tal-fondi fid-dawl tal-isfruttament tas-sinerġiji; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sistemi tagħha għall-iskambju tal-prattiki t-tajba biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw l-aħjar prattiki, iżda mingħajr ma timponi politiki orjentati lejn l-iżvalutazzjoni tal-pagi u riformi soċjalment insostenibbli;

2.

Jistieden lill-President tal-Kummissjoni li jmiss jassenja lil Kummissarju r-responsabilità tal-kwistjonijiet marbuta mat-titjib tal-amministrazzjoni pubblika u l-governanza;

3.

Huwa tal-fehma li riforma effikaċi tas-settur pubbliku hija essenzjali biex tgħin lill-Istati Membri jadattaw ruħhom għall-evoluzzjoni taċ-ċirkostanzi, iżidu r-reżiljenza biex ikunu evitati kriżijiet futuri, jespandu l-amministrazzjoni pubblika online (eGovernment) u jtejbu l-forniment ta' servizzi fl-UE kollha, speċjalment fir-rigward tat-teknoloġiji l-ġodda u tas-sistemi informatiċi l-ġodda, u li din tkun tassisti notevolment fit-tnaqqis tal-ħela, tal-espożizzjoni għall-ħela u tat-telf jew tal-użu frawdolenti tal-fondi tal-Unjoni; jitlob, għalhekk, li anki fil-perjodi ta' programmazzjoni futuri jkun previst il-finanzjament ta' interventi biex ixerrdu l-amministrazzjoni elettronika online b'mod konsistenti mal-prinċipji u mal-prijoritajiet stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-eGovernment;

4.

Jinnota li bħal ma jiġri ta' spiss, b'mod partikolari fir-reġjuni anqas żviluppati, hemm diffikultajiet ta' aċċess għall-finanzjamenti jew ta' użu tagħhom, minħabba l-burokrazija żejda, il-kwistjonijiet ta' kapaċità amministrattiva jew irregolaritajiet; jittama għaldaqstant li jiġu promossi fi ħdan l-Istati Membri riformi li jagħmlu aktar konkreta l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u jħaffu l-proċedimenti ġudizzjarji;

5.

Josserva li l-baġit tal-UE jipprevedi madwar EUR 9 biljun f'appoġġ lill-Istati Membri tal-UE għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tgħaqqad dan l-appoġġ finanzjarju mal-kondiviżjoni mmirata tal-għarfien, tal-esperjenzi u tal-prattiki t-tajba fost l-Istati Membri;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-kooperazzjoni mal-Istati Membri bil-għan li ssostni lir-reġjuni anqas żviluppati, iżżid il-kapaċità u l-governanza amministrattiva;

7.

Jitlob li jittieħed miżuri maħsuba biex iħeġġu l-implimentazzjoni tal-programmi li jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tar-riżorsi umani, pereżempju permezz ta' skambji tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri, anki bl-involviment ta' diriġenti u ta' persuni f'karigi għoljin oħrajn;

8.

Jindika li spiss instabu sovrapożizzjonijiet, fir-rigward ta' bosta aspetti, bejn programmi operattivi speċifiċi u riżorsi finanzjarji oħrajn tal-UE u jitlob li jitressqu proposti f'dan ir-rigward; jittama għaldaqstant li jkun hemm titjib tal-assistenza, b'mod li jinkisbu koordinament, komplementarjetà u semplifikazzjoni;

9.

Jissottolinja l-importanza li jkun żgurat li l-programmi operattivi jiġu implimentati bil-mod l-aktar effikaċi u faċli possibbli; iqis essenzjali li l-Istati Membri jastjenu milli jżidu regoli li jikkomplikaw l-użu tal-fondi għall-benefiċjarju;

10.

Josserva li l-Kummissjoni la għandha l-qafas ta' valutazzjoni tagħha għall-amministrazzjoni pubblika u lanqas metodu ta' ġbir sistematiku tad-data; josserva bi tħassib li, minħabba n-nuqqas ta' dawn l-istrumenti, il-Kummissjoni tipproduċi analiżijiet inkompluti tal-kwistjonijiet fir-rigward tal-Istati Membri kollha; jipproponi r-reintroduzzjoni ta' kapitolu ddedikat għall-amministrazzjoni pubblika u l-governanza fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta minn qabel il-kapaċità ammministrattiva tal-istrutturi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politiki ta' żvilupp, u, għall-proġetti ta' importanza strateġika partikolari, tinkoraġġixxi l-użu ta' korpi u aġenziji nazzjonali li għandhom il-kapaċità li jsaħħu l-programmi u l-azzjonijiet individwali ħalli titħaffef l-implimentazzjoni tagħhom;

12.

Jemmen li l-QFP għandu jintuża biex jinċentiva programmi li jtejbu l-amministrazzjoni pubblika u l-governanza, partikolarment biex jgħinu lill-Istati Membri fi żminijiet ta' reċessjoni ekonomika, u biex jirrikonoxxi li, f'ċirkostanzi bħal dawn, ir-riformi fil-qasam tas-sistemi tal-amministrazzjoni pubblika jistgħu jgħinu lill-Istati Membri milquta;

13.

Jilqa' pożittivament il-fatt li tressqu proposti fil-kuntest tal-QFP li jmiss bl-iskop li jiġu evitati sovrapożizzjonijiet ta' programmi u jinkoraġġixxu semplifikazzjoni akbar;

14.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, qafas ta' valutazzjoni speċifiku li jkopri l-aspetti kwantitattivi u kwalitattivi ta' amministrazzjoni pubblika ta' kwalità għolja u toħloq il-kapaċità analitika proprja tiegħu; jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jiġu ddeterminati l-punti dgħajfa ta' kull Stat Membru u, bis-saħħa tar-riżorsi disponibbli, jiġu promossi miżuri li jegħlbu l-problemi billi jsir aktar strett il-kriterju tal-kundizzjonalità ex ante u jiġu ffissati objettivi;

15.

Jipproponi li l-Kummissjoni ssaħħaħ id-djalogu politiku mal-Istati Membri billi tiżgura l-ħolqien ta' forum speċifiku;

16.

Jipproponi li fil-kalendarju parlamentari jiġi ffissat djalogu strutturat mal-parlamenti nazzjonali dwar il-kwistjonijiet marbuta mat-titjib tal-amministrazzjoni pubblika fl-UE kollha; jistieden lill-UE ttejjeb il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) fl-ambitu tal-objettiv tematiku 11, bl-inklużjoni ta' indikaturi speċifiċi li għandhom l-għan li jivvalutaw il-progress li jkun sar biex jinkisbu l-objettivi u l-prijoritajiet tal-UE għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika;

17.

Jilqa' pożittivament l-iżvilupp ta' parametru ta' riferiment li jippermetti li ssir valutazzjoni tal-kapaċità tal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-UE biex jerfgħu r-responsabilitajiet tal-adeżjoni mal-UE; jittama li jiġu promossi fi ħdan l-Istati Membri riformi li jagħmlu aktar konkreta l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba;

18.

Josserva li l-Premju Ewropew għas-Settur Pubbliku (European Public Sector Award, EPSA) huwa kofinanzjat mill-Kummissjoni u minn xi Stati Membri, li jgħaqqad lill-pajjiżi li ġabru l-aħjar riżultati, dawk l-aktar innovattivi u l-aktar effiċjenti fis-settur pubbliku Ewropew; huwa tal-fehma li jkun tajjeb li l-Kummissjoni tiggarantixxi skambju aħjar ta' informazzjoni u ta' tagħlim u timmira lejn dimensjoni usa' fl-Ewropa kollha;

19.

Iqis li għandhom ikunu promossi, fi ħdan l-amministrazzjonijiet pubbliċi, proċessi innovattivi li jiffavorixxu konnettività aħjar u diġitalizzazzjoni u servizzi diġitali ta' kwalità għaċ-ċittadini, għall-impriżi u għall-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jinżamm kontinwament il-pass mal-iżvilupp rapidu tat-teknoloġiji l-ġodda fl-oqsma kkonċernati; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proposta l-ġdida għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) tforni lill-benefiċjarji futuri l-informazzjoni neċessarja biex tippermettilhom jużaw is-sistemi kemm jista' jkun malajr;

20.

Jirrikonoxxi li l-impenn tal-amministrazzjoni lokali huwa prerekwiżit biex jinkisbu objettivi fil-livell tal-UE f'dan is-settur; jiġbed l-attenzjoni fuq il-proposta tad-Dikjarazzjoni ta' Tallinn biex “jissaħħu l-istrutturi komuni ta' governanza mal-awtoritajiet lokali u reġjonali” fil-livell nazzjonali (2);

21.

Jilqa' favorevolment in-netwerks eżistenti (3) li jlaqqgħu lir-rappreżentanti tal-Istati Membri, partikolarment dawk li jirċievu finanzjamenti tal-UE, bil-għan li titjieb l-amministrazzjoni pubblika permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku;

22.

Huwa tal-fehma li n-netwerks eżistenti jafu jtejbu konsiderevolment il-prestazzjoni tagħhom billi jiffissaw objettivi aktar ambizzjużi u jiżviluppaw approċċi aktar proattivi, bħat-tagħlim komparattiv, li jgħaqqad l-awtovalutazzjoni tal-Istati Membri ma' sistema avvanzata ta' valutazzjoni bejn il-pari;

23.

Jemmen li amministrazzjoni pubblika ta' kwalità għolja hija prekundizzjoni essenzjali biex jinkisbu l-objettivi politiċi tal-UE fl-ambitu tal-QFP u f'oqsma oħra; jisħaq fuq l-importanza ta' komunikazzjoni tajba u sensibilizzazzjoni politika biex tinħoloq klima ta' fiduċja u jkunu stimolati azzjonijiet u programmi ta' riforma pożittiva;

24.

Jemmen li hemm bżonn ta' valutazzjoni kontinwa biex jiġi aċċertat jekk il-politiki ta' koeżjoni jirrispettawx il-prinċipju ta' addizzjonalità u ta' komplementarjetà fir-rigward tal-interventi ffinanzjati bir-riżorsi ordinarji, anki biex ikun evitat li l-politiki ta' koeżjoni jsiru sostituti tal-politiki ordinarji nazzjonali;

25.

Josserva li, minkejja r-riżorsi tal-Fond SIE għall-pjan ta' implimentazzjoni reġjonali (PIR) żdiedu mil-lat kwantitattiv fl-aħħar perjodu ta' programmazzjoni, il-monitoraġġ jista' jitjieb għal finijiet ta' valutazzjoni tal-impatt ta' dan il-finanzjament fuq il-PIR;

26.

Jitlob it-tkomplija tal-attivitajiet tal-Gruppi ta' Ħidma tal-Kummissjoni responsabbli biex jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri biex jimplimentaw aħjar il-fondi tal-politika ta' koeżjoni f'dawk l-Istati Membri li għadhom lura f'termini ta' assorbiment tar-riżorsi tal-Fond SIE;

27.

Jisħaq fuq l-importanza tal-programm ta' appoġġ għar-riforma u jittama li dan jissaħħaħ fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, billi jiġi definit sew ir-rwol tiegħu ta' faċilitatur aktar milli ta' għajn ta' assistenza teknika, u jittejjeb f'termini ta' effikaċja u effiċjenza, mingħajr ma jitnaqqas il-baġit tal-koeżjoni bl-ammonti proposti attwalment mill-Kummissjoni fil-QFP 2021-2027.

28.

Josserva li l-UE, minkejja li ma għandhiex kompetenzi ġuridiċi diretti fis-settur amministrattiv, tħalli impatt pożittiv fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri u b'mod partikolari tiżvolġi rwol indirett permezz tad-definizzjoni ta' standards amministrattivi fl-acquis communautaire, l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-Unjoni kollha, kif ukoll bis-saħħa ta' strumenti tal-baġit li jsostnu u jinċentivaw ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika billi jsaħħu l-kapaċità amministtrativa, l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet u jrawmu l-innovazzjoni tas-settur pubbliku;

29.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  Studju – “Public Sector Reform: How the EU budget is used to encourage it”, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku D – Affarijiet Baġitarji, 2016.

(2)  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/ministerial-declaration-egovernment-tallinn-declaration

(3)  In-Netwerk tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea (EUPAN); in-Netwerk Tematiku għall-Amministrazzjoni Pubblika u l-Governanza (PAG), kif ukoll pjattaformi u netwerks oħrajn, b'attenzjoni partikolari fuq il-ġustizzja, il-korruzzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-akkwist pubbliku, eċċ.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/30


P8_TA(2019)0013

Il-linji gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-Linji Gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE (2018/2155(INI))

(2020/C 411/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-protezzjoni legali internazzjonali tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, ta' reliġjon jew ta' twemmin iggarantita mill-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) tal-1948, l-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966, id-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni tal-1981 abbażi tar-Reliġjon jew tat-Twemmin, l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikoli 10, 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Kumment Nru 22 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tat-30 ta' Lulju 1993 dwar l-Artikolu 18 tal-UDHR tal-1948 u r-Riżoluzzjoni 16/18 tiegħu tat-12 ta' April 2011 dwar il-ġlieda kontra l-intolleranza, l-isterjotipar negattiv u l-istigmatizzazzjoni ta' persuni bbażati fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, u d-diskriminazzjoni, l-inċitament għall-vjolenza u l-vjolenza kontrihom,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 21 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2011 dwar l-intolleranza, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza abbażi tar-reliġjon jew it-twemmin,

wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, adottat fil-25 ta' Ġunju 2012 mill-Kunsill, u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE 2015-2019 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE tal-24 ta' Ġunju 2013 dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' Linji gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-20 ta' Jannar 2011 dwar is-sitwazzjoni tal-Insara fil-kuntest tal-libertà ta' reliġjon (2), tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejħa “ISIS/Da'esh” (3) u tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar is-sitwazzjoni tar-Rohingya (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-approċċ il-ġdid tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija – evalwazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) mindu ġie stabbilit (5), u b'mod partikolari l-paragrafi 27 u 28 tagħha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2016 (6) u tat-23 ta' Novembru 2017 (7), rispettivament dwar ir-Rapporti Annwali għall-2015 u l-2016 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, b'mod partikolari l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni tal-2016 fir-rigward tal-2016, u b'mod partikolari l-paragrafu 8 tar-riżoluzzjoni tal-2017 fir-rigward tal-2016,

wara li kkunsidra l-“Pjan ta' Azzjoni tar-Rabat” ippubblikat fil-5 ta' Ottubru 2012 mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) dwar il-projbizzjoni ta' promozzjoni ta' mibgħeda nazzjonali, razzjali jew reliġjuża li tikkostitwixxi inċitament għad-diskriminazzjoni, l-ostilità jew il-vjolenza,

wara li kkunsidra l-mandat tal-Mibgħut Speċjali dwar il-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon barra l-UE,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (8),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2014 dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem kollha, u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2014 bit-titolu “Tool-box – A rights-based approach encompassing all human rights for EU development cooperation” (Sett ta' għodod – Approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem kollha għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE) (SWD(2014)0152),

wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew lill-blogger u attivista Sawdi Raif Badawi fl-2015 għall-isforzi notevoli tiegħu biex irawwem diskussjoni miftuħa dwar ir-reliġjon u l-politika f'pajjiżu; wara li kkunsidra d-detenzjoni kontinwa tiegħu wara l-kundanna ta' 10 snin ħabs, elf frostata u multa kbira li ngħatatlu talli allegatament “insulta l-Islam”,

wara li kkunsidra l-każ tal-Pakistana Nisranija Asia Bibi, li ntbagħtet il-ħabs u ngħatat il-piena tal-mewt minħabba blasfemija, u l-ħelsien riċenti tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0449/2018),

A.

billi l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin, kif imsejħa normalment fil-qafas tal-UE u f'din ir-riżoluzzjoni, id-dritt għal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin (FoRB) hija dritt tal-bniedem inerenti għall-bnedmin kollha u dritt fundamentali tal-individwi bħal kwalunkwe persuna oħra, li jenħtieġ li ma jkun soġġett għall-ebda diskriminazzjoni, kif stabbilit fit-testi kostituttivi internazzjonali u Ewropej, inklużi d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi kulħadd għandu d-dritt għar-rispett tad-drittijiet kollha tal-bniedem imnaqqxa fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, mingħajr diskriminazzjoni minħabba razza, etniċità, abilità, sess, orjentazzjoni sesswali, twemmin reliġjuż jew nuqqas ta' twemmin reliġjuż; billi, skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-azzjonijiet tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien tagħha; billi, skont l-Artikolu 2 tat-Trattat, l-Unjoni hija bbażata fuq soċjetajiet li fihom jipprevalu l-pluraliżmu u t-tolleranza;

B.

billi l-prinċipju tas-separazzjoni tal-Knisja mill-Istat huwa prinċipju kostituzzjonali ewlieni madwar id-dinja u fl-Ewropa;

C.

billi l-Parlament Ewropew iddefinixxa s-sekulariżmu bħala separazzjoni stretta bejn awtorità reliġjuża u politika, li jimplika r-rifjut ta' kwalunkwe interferenza reliġjuża fil-funzjonament ta' istituzzjonijiet pubbliċi u ta' kwalunkwe interferenza pubblika fl-affarijiet reliġjużi, ħlief biex jiġu rrispettati r-regoli li jirregolaw il-preservazzjoni tas-sigurtà pubblika u l-ordni (inkluż ir-rispett tal-libertà tal-oħrajn) u biex tiġi żgurata l-istess libertà tal-kuxjenza għal kulħadd, kemm jekk wieħed jemmen, jekk huwa anjostiku jew ateu;

D.

billi l-FoRB timplika d-dritt tal-individwu li jagħżel dak li jrid jemmen jew ma jemminx, id-dritt li wieħed jibdel jew jabbanduna r-reliġjon u l-konvinzjonijiet tiegħu mingħajr l-ebda restrizzjoni, u d-dritt li wieħed jipprattika u jimmanifesta l-ħsieb, il-kuxjenza, ir-reliġjon u t-twemmin tal-għażla tiegħu, sew jekk individwalment jew f'komunità u sew jekk fil-privat jew fil-pubbliku; billi l-manifestazzjoni tal-ħsieb, tal-kuxjenza tar-reliġjon jew tat-twemmin tista' tiġi espressa permezz ta' qima, osservanza, prattika u tagħlim; billi l-FoRB tinvolvi d-dritt tal-komunitajiet tal-persuni li jemmnu u li ma jemmnux li jippreservaw jew jabbandunaw l-etos tagħhom u li jaġixxu f'konformità miegħu, u l-intitolament għall-organizzazzjonijiet reliġjużi, sekulari u mhux konfessjonali tagħhom li jkollhom personalità legali rikonoxxuta; billi l-protezzjoni ta' individwi li jaderixxu ma' xi reliġjon jew mal-ebda reliġjon u li l-indirizzar effettiv tal-ksur tal-FoRB, bħad-diskriminazzjoni jew ir-restrizzjonijiet legali bbażati fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, huma kundizzjonijiet primordjali sabiex jiġi żgurat li l-individwi jkunu jistgħu jgawdu mill-FoRB fuq bażi ugwali;

E.

billli twemminiet teistiċi, non-teistiċi u atei, kif ukoll id-dritt li wieħed ma jkollu l-ebda reliġjon jew twemmin huma protetti wkoll taħt l-Artikolu 18 tal-ICCPR; billi li wieħed iħaddan jew ma jħaddanx reliġjon jew twemmin huwa dritt assolut u ma jistax jiġi limitat taħt l-ebda ċirkostanza;

F.

billi d-drittijiet kollha tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati; billi l-FoRB tinkludi u tiddependi fuq elementi ta' bosta drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali oħra, bħal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda u tal-assoċjazzjoni, u flimkien għandhom rwol importanti fil-ġlieda kontra kull forma ta' intolleranza u diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin;

G.

billi l-libertà tar-reliġjon trid tieqaf fil-punt fejn il-prattika tagħha tkun tikser id-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn, u billi l-prattika ta' reliġjon jew insegwiment ta' konvinzjoni qatt ma jistgħu, bl-ebda mod, jiġġustifikaw estremiżmu vjolenti jew mutilazzjoni, u lanqas ma jistgħu jagħtu lil xi ħadd il-libertà li jaġixxi b'mod li huma ta' detriment għad-dinjità inerenti tal-individwu;

H.

billi r-rispett lejn il-FoRB jikkontribwixxi direttament għad-demokrazija, l-iżvilupp, l-istat tad-dritt, il-paċi u l-istabbiltà; billi l-ksur tal-FoRB qed jinfirex, jaffettwa lin-nies fil-partijiet kollha tad-dinja, jaffettwa d-dinjità tal-ħajja tal-bniedem, u jista' jikkawża jew iżid l-intolleranza, u spiss huwa indikatur bikri ta' vjolenza u kunflitti potenzjali; billi l-istati jeħtiġilhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta sabiex jipprevjenu, jinvestigaw u jikkastigaw atti ta' vjolenza, jew it-theddida tagħhom, kontra persuni minħabba r-reliġjon jew it-twemmin tagħhom, kif ukoll jiżguraw l-obbligu ta' rendikont jekk iseħħ tali ksur;

I.

billi, skont l-Artikolu 21 tat-TUE, l-UE tippromwovi u tiddefendi l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u tirrispetta d-dinjità tal-bniedem bħala parti mill-prinċipji ta' gwida tal-politika estera tagħha;

J.

billi r-restrizzjonijiet reliġjużi u l-antagoniżmi, iġġenerati mill-gvernijiet jew mis-soċjetajiet, għadhom jippersistu f'ħafna pajjiżi; billi ċerti minoranzi reliġjużi ffaċċjaw żieda fit-theddid u l-persekuzzjoni minn atturi statali u mhux statali; billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja li jiġġieldu għall-FoRB qed ikunu dejjem aktar mhedda u attakkati;

K.

billi, fid-dawl tal-objettiv li tiġi promossa l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon permezz tal-politika estera tal-UE, f'Ġunju 2013, il-Kunsill adotta l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, u f'Mejju 2016 il-Kummissjoni ħatret l-ewwel Mibgħut Speċjali għall-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon barra l-UE, għal mandat ta' sena li minn dakinhar iġġedded darbtejn fuq bażi annwali;

L.

billi l-UE ppromwoviet il-FoRB, fil-livell internazzjonali u permezz ta' fora multilaterali, b'mod partikolari billi kienet minn ta' quddiem fir-riżoluzzjonijiet tematiċi dwar il-FoRB fl-Assemblea Ġenerali tan-NU (AĠNU) u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (UNHRC) u billi appoġġjat il-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-FoRB u billi involviet ruħha fih, iżda wkoll permezz ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi li jaħsbuha l-istess;

M.

billi l-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, inkluż permezz tal-appoġġ tas-soċjetà ċivili għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' dawk li jemmnu u li ma jemmnux u dawk tal-individwi li jappartjenu b'mod partikolari għall-minoranzi reliġjużi u ta' twemmin, l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, u l-promozzjoni tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż, tirrappreżenta prijorità ta' finanzjament skont l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) 2014-2020; billi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u l-istrumenti finanzjarji tal-UE bħall-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI), l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) appoġġjaw ukoll proġetti li jwasslu għal titjib fl-ambjent tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon;

1.

Jenfasizza li l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin, kif imsejħa normalment fil-qafas tal-UE u f'din ir-riżoluzzjoni, il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin (FoRB), hija dritt universali tal-bniedem, valur tal-UE u pilastru importanti u innegabbli tad-dinjità, li għandu impatt kbir fuq l-individwi, l-identità personali u l-iżvilupp tagħhom u fuq is-soċjetajiet; jenfasizza li l-individwi jeħtiġilhom jingħataw il-libertà li jorganizzaw il-ħajja personali tagħhom skont il-konvinzjonijiet tagħhom; jenfasizza li d-dritt għall-FoRB jinkludi d-drittijiet li wieħed ma jemminx, li wieħed iħaddan opinjonijiet teistiċi, anjostiċi jew atei u d-dritt għall-apostasija; jafferma li l-FoRB trid tiġi protetta, promossa u ssalvagwardjata mill-atturi kollha kif xieraq kif ukoll imtejba permezz tad-djalogu interreliġjuż u interkulturali, f'konformità mal-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-valuri tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-TUE u fil-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali; jenfasizza d-dmir tal-Istati li jiggarantixxu l-FoRB u li jittrattaw lill-individwi kollha b'mod ugwali, mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, sabiex jippreservaw soċjetajiet paċifiċi, demokratiċi u pluralisti li jirrispettaw id-diversità u t-twemmin;

2.

Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu li s-snin reċenti raw żieda drammatika fil-ksur tal-FoRB madwar id-dinja, u persekuzzjoni ta' dawk li jemmnu u ta' dawk li ma jemmnux; jikkundanna l-istrumentalizzazzjoni ta' kwistjonijiet reliġjużi għal finijiet politiċi, u l-vjolenza, il-fastidju jew il-pressjonijiet soċjali kontra kwalunkwe individwu jew grupp ta' persuni abbażi tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin; jikkundanna l-persekuzzjoni ta' gruppi etniċi u reliġjużi, dawk li ma jemmnux, l-atei u kwalunkwe minoranza oħra u l-attakki kontrihom, u l-persekuzzjoni tan-nisa u tal-bniet, u tal-individwi abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom; jikkundanna l-konverżjonijiet furzati u l-prattiki ta' ħsara bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili, kif ukoll iż-żwieġ furzat u ċerti prattiki oħrajn assoċjati ma' reliġjon jew twemmin jew perċepiti bħala manifestazzjonijiet tagħhom, u jitlob li tittieħed responsabbiltà immedjata għal tali ksur; jenfasizza li l-ksur tal-FoRB spiss ikun ir-raġuni bażi għall-gwerer jew forom oħra ta' kunflitt armat jew ikompli jaggravhom dejjem aktar, li jirriżulta fil-ksur tad-dritt umanitarju, inkluż il-qtil bil-massa jew il-ġenoċidju; jenfasizza li ksur tal-FoRB jimmina d-demokrazija, jimpedixxi l-iżvilupp, u jaffettwa b'mod negattiv it-tgawdija ta' libertajiet u drittijiet fundamentali oħra; jenfasizza li dan jobbliga lill-komunità internazzjonali, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jaffermaw mill-ġdid id-determinazzjoni tagħhom u jsaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-promozzjoni tal-FoRB għal kulħadd;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 21 tat-TUE, l-UE u l-Istati Membri tagħha wiegħdu li jsaħħu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, bħala prinċipju li jiggwida l-politika estera tal-UE; jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-fatt li l-Linji Gwida tal-UE għall-2013 jintegraw il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-FoRB fil-politika estera u l-azzjonijiet esterni tal-UE, u f'dan ir-rigward jitlob li jsiru aktar attivitajiet ta' tisħiħ immirati lejn it-tqajjim tal-kuxjenza u l-implimentazzjoni tal-Linji gwida;

4.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 17 tat-TFUE, l-UE hija impenjata li żżomm djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-knejjes u mal-organizzazzjonijiet reliġjużi, filosofiċi u mhux konfessjonali; jissottolinja l-effetti ta' dawn id-djalogi fir-rigward tar-rispett lejn drittijiet oħrajn tal-bniedem; jenfasizza li tali djalogi interreliġjużi u interkulturali spiss jintlaqgħu b'mod aktar miftuħ minn xi sħab internazzjonali tal-UE u joħolqu punt ta' tluq għall-progress f'oqsma oħra;

5.

Jenfasizza l-importanza li jintlaħqu dawk li ma jemmnux f'pajjiżi fejn ma jistgħux jorganizzaw u ma jistgħux jibbenefikaw mil-libertà tal-għaqda;

Strateġija tal-UE biex tippromwovi u tipproteġi l-FoRB permezz ta' relazzjonijiet u kooperazzjoni internazzjonali

6.

Jilqa' t-tisħiħ tal-promozzjoni tal-FoRB fil-politika estera u l-azzjonijiet esterni tal-UE fis-snin reċenti, b'mod partikolari permezz tal-Istrateġija Globali tal-UE għall-politika estera u ta' sigurtà u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE 2015-2019 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jilqa' l-fatt li dan it-tisħiħ qed jintlaqa' b'impenn akbar min-naħa ta' ħafna pajjiżi sħab biex jikkonformaw mal-Artikoli 18 tal-UDHR u tal-ICCPR rispettivi;

7.

Jinnota l-ħolqien tal-kariga ta' Mibgħut Speċjali għall-promozzjoni tal-FoRB barra l-UE fl-2016 mill-President tal-Kummissjoni, b'risposta għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta' Frar 2016; iqis il-ħatra tal-Mibgħut Speċjali bħala pass importanti 'l quddiem u rikonoxximent ċar tal-FoRB fl-aġenda tad-drittijiet tal-bniedem tal-politika estera u l-azzjonijiet esterni tal-UE, kemm bilaterali kif ukoll multilaterali, u fi ħdan il-kooperazzjoni għall-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Mibgħut Speċjali sabiex jissokta l-impenn u l-kooperazzjoni kontinwi tiegħu u għall-komplementarjetà tal-azzjonijiet mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar din il-kwistjoni, inkluża l-promozzjoni tal-Linji Gwida tal-UE; jinnota b'mod pożittiv l-appoġġ attiv tal-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali u d-DĠ DEVCO għall-Mibgħut Speċjali;

8.

Jenfasizza l-importanza li jingħaqdu l-isforzi biex tiġi promossa l-FoRB u d-djalogi interreliġjużi u interkonfessjonali, interkonvinzjonali, interkulturali u interfilosofiċi mal-prevenzjoni tal-estremiżmu reliġjuż fuq bażi ta' rinfurzar komplementari u reċiproku, bħala mod biex tiġi rrispettata l-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin fid-dinja, b'mod partikolari fi ħdan il-pajjiżi tal-viċinat u pajjiżi oħra li magħhom l-UE għandha relazzjonijiet speċjali; jissottolinja li l-organizzazzjonijiet mhux konfessjonali, umanisti u sekulari wkoll għandhom rwol ewlieni fil-prevenzjoni tal-estremiżmu reliġjuż;

9.

Jitlob aktar kooperazzjoni biex tiġi evitata l-persekuzzjoni tal-minoranzi fuq il-bażi ta' ħsieb, kuxjenza, reliġjon jew twemmin, biex jinħolqu kundizzjonijiet għal koeżistenza paċifika f'soċjetajiet immarkati mid-diversità, u biex jiġi żgurat djalogu kontinwu bejn mexxejja u atturi reliġjużi, studjużi, knejjes u organizzazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq il-fidi, gruppi ta' dawk li ma jemmnux, istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u taż-żgħażagħ, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-midja; jistieden lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE jidentifikaw mad-diversi interlokuturi tagħhom sett ta' objettivi komuni biex jippromwovu l-FoRB permezz tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem;

10.

Jikkunsidra li l-illitteriżmu reliġjuż, kif ukoll in-nuqqas ta' għarfien u rikonoxximent tar-rwol li r-reliġjonijiet għandhom għal parti kbira tal-umanità, iħeġġu l-preġudizzju u l-isterjotipi li jikkontribwixxu biex jiżdiedu t-tensjonijiet, in-nuqqas ta' fehim u t-trattament nieqes mir-rispett u inġust relatat mal-attitudnijiet u l-imġiba ta' parti kbira mill-popolazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni għall-preservazzjoni u l-bini tal-FoRB fid-dinja kollha u għall-ġlieda kontra l-intolleranza; jistieden lil dawk f'pożizzjonijiet ta' responsabbiltà fil-midja tal-komunikazzjoni u soċjali sabiex jikkontribwixxu b'mod pożittiv u b'rispett għad-dibattiti pubbliċi, filwaqt li jevitaw preġudizzji negattivi u sterjotipi lejn reliġjonijiet u dawk li jemmnu, u sabiex jeżerċitaw il-libertà ta' espressjoni b'mod responsabbli kif meħtieġ mill-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

11.

Jiddeplora l-fatt li xi pajjiżi għandhom liġijiet penali, jinfurzawhom jew ifittxu li jintroduċuhom sabiex jikkastigaw każijiet ta' blasfemija, konverżjoni jew apostasija, inkluża l-piena tal-mewt; jiddeplora l-fatt li dawn il-liġijiet ġeneralment għandhom l-għan li jillimitaw il-FoRB u l-libertà ta' espressjoni u spiss jintużaw bħala forma ta' oppressjoni ta' minoranzi, kif ukoll ta' oppressjoni politika; jiġbed l-attenzjoni wkoll għas-sitwazzjoni ta' xi pajjiżi oħra li jiffaċċjaw jew li jinsabu f'riskju ta' kunflitti li fihom il-kwistjonijiet reliġjużi huma motiv jew huma strumentalizzati; jitlob lill-UE żżid l-impenn politiku tagħha biex tipprijoritizza fil-politika barranija tagħha l-isforzi lejn il-pajjiżi kollha kkonċernati bl-għan li jiġu rrevokati tali liġijiet diskriminatorji u jintemmu r-ripressjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u t-tnaqqis fl-ispazju għas-soċjetà ċivili għal raġunijiet reliġjużi; iħeġġeġ lill-UE biex tinkludi djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem li jkopri r-rispett għall-FoRB fin-negozjati kollha mwettqa biex jiġi konkluż kwalunkwe ftehim ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE;

12.

Jikkundanna d-detenzjoni kontinwa ta' Raif Badawi, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov, wara proċess illegali, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdi sabiex jipproċedu għall-ħelsien immedjat u r-rilaxx bla kundizzjoni tiegħu;

13.

Jistieden lill-awtoritajiet Pakistani jiżguraw is-sigurtà ta' Asia Bibi u tal-familja tagħha;

Mibgħut Speċjali għall-promozzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin barra l-UE

14.

Jilqa' l-fatt li l-Mibgħut Speċjali żviluppa netwerks ta' ħidma effettivi fi ħdan il-Kummissjoni kif ukoll mal-Kunsill, il-Parlament Ewropew u ma' partijiet ikkonċernati oħra; jistieden lill-Mibgħut Speċjali jirrapporta kull sena dwar il-pajjiżi li jkun żar fil-prijoritajiet tematiċi tiegħu;

15.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex iwettqu valutazzjoni trasparenti u komprensiva tal-effikaċja u tal-valur miżjud tal-pożizzjoni tal-Mibgħut Speċjali fil-proċess tat-tiġdid tal-mandat tiegħu; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, jappoġġaw b'mod adegwat il-mandat, il-kapaċità u d-dmirijiet istituzzjonali tal-Mibgħut Speċjali, billi jesploraw il-possibbiltà ta' terminu ta' diversi snin soġġett għal reviżjoni annwali u billi jiżviluppaw netwerks ta' ħidma fl-istituzzjonijiet rilevanti kollha tal-UE;

16.

Jenfasizza li d-dmirijiet tal-Mibgħut Speċjali jenħtieġ li jiffukaw fuq il-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin, u d-drittijiet ta' nuqqas ta' twemmin, tal-apostasija u t-tħaddin ta' opinjonijiet atei, b'attenzjoni wkoll għas-sitwazzjoni ta' dawk li ma jemmnux u huma f'riskju; jirrakkomanda li r-rwol tal-Mibgħut Speċjali jkun jinkludi kompetenzi bħal: tisħiħ tal-viżibbiltà, l-effettività, il-koerenza u l-obbligu ta' rendikont tal-politika tal-FoRB tal-UE barra l-UE; provvista ta' rapport ta' progress annwali u rapport komprensiv dwar il-mandat tal-Mibgħut Speċjali fi tmiemu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà u lill-Kummissjoni; u ħidma f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM);

17.

Ifaħħar il-ħidma li għamel ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż fuq il-FoRB; jenfasizza li meta jiġu żviluppati l-mandati istituzzjonali huwa importanti li tiġi evitata d-duplikazzjoni tad-dmirijiet u l-kompetenzi bejn il-Mibgħut Speċjali u r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem;

18.

Jinnota li għadd ta' Stati Membri reċentement ħolqu postijiet ġodda ta' responsabbiltà għall-FoRB, li r-rwol tagħhom huwa simili għal dak tal-Mandat Speċjali; jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ konsistenti li jinkludi d-drittijiet tal-komunitajiet reliġjużi kollha kif ukoll ta' dawk li ma jemmnux; iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-Mibgħut Speċjali u l-uffiċjali nazzjonali inkarigati mill-FoRB barra minn pajjiżhom, kif ukoll mal-COHOM u mal-Parlament Ewropew; jitlob li titjieb il-kooperazzjoni u l-isforz konġunt u reċiproku bejn id-Delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati tal-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata vuċi konsistenti u magħquda fil-promozzjoni tal-FoRB barra mill-UE u jingħata appoġġ lill-komunitajiet u lill-individwi li jiffaċċjaw ksur tal-FoRB;

19.

Jirrakkomanda li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jitwaqqaf grupp ta' ħidma ta' konsulenza informali li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-FoRB tal-Istati Membri u istituzzjonijiet rilevanti oħrajn kif ukoll rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u esperti, studjużi u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inklużi knejjes u organizzazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq il-fidi kif ukoll organizzazzjonijiet mhux konfessjonali;

20.

Jirrakkomanda li l-Mibgħut Speċjali jkompli jiżviluppa kooperazzjoni mal-kontropartijiet barra l-UE, b'mod partikolari billi jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib u jappoġġa l-ħidma tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-diversi Rapporteurs Speċjali tan-NU u b'mod partikolari r-rapporteur dwar l-FoRB, kif ukoll billi jesplora l-possibbiltà ta' inizjattivi konġunti UE-NU dwar id-diskriminazzjoni kontra l-gruppi u l-minoranzi reliġjużi u dawk li ma jemmnux u persuni li jibdlu r-reliġjon jew jikkritikaw jew iħallu reliġjon, filwaqt li jifformulaw proposti komuni dwar kif għandha tintemm tali diskriminazzjoni; jinnota l-proposta li jiġi stabbilit jum internazzjonali uffiċjali annwali mmexxi min-NU li jikkommemora lill-vittmi u lis-sopravissuti tal-persekuzzjoni reliġjuża;

Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin

21.

Iqis li l-Linji gwida tal-UE jippreżentaw sett ċar ta' linji politiċi, prinċipji, standards u temi għal azzjonijiet ta' prijorità, kif ukoll sett ta' għodod għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni, ir-rapportar u d-démarches minn rappreżentanti tal-UE f'pajjiżi terzi, li jikkostitwixxu approċċ strateġiku solidu għall-UE u l-Istati Membri tagħha biex ikunu jistgħu jeżerċitaw rwol effettiv fil-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon barra l-UE;

22.

Jitlob b'urġenza l-implimentazzjoni effettiva tal-Linji gwida tal-UE dwar il-FoRB sabiex l-UE issir aktar influwenti fil-promozzjoni tal-FoRB madwar id-dinja; jenfasizza li l-fehim ta' kif is-soċjetajiet jistgħu jiġu ffurmati u influwenzati minn ideat, mir-reliġjonijiet u minn forom oħrajn ta' kultura u twemmin, inkluż in-nuqqas ta' twemmin, huwa strumentali biex wieħed jifhem aħjar il-promozzjoni tal-FoRB fil-politika estera tal-UE u l-kooperazzjoni internazzjonali; jitlob li tingħata l-istess attenzjoni lis-sitwazzjoni ta' dawk li ma jemmnux, tal-atei u tal-apostati li jiffaċċjaw il-persekuzzjoni, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza;

23.

Jitlob it-tisħiħ tal-għarfien dwar il-FoRB u jilqa', f'dan ir-rigward, l-isforzi li saru s'issa mis-SEAE u mill-Kummissjoni biex tipprovdi taħriġ fil-qasam tal-litteriżmu u tal-istorja tar-reliġjon u tat-twemmin kif ukoll dwar is-sitwazzjoni ta' minoranzi reliġjużi u dawk li ma jemmnux lill-uffiċjali tal-UE u lid-diplomatiċi nazzjonali, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tal-pluraliżmu u n-newtralità; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa ta' programmi ta' taħriġ aktar wesgħin u aktar sistematiċi li jqajmu sensibilizzazzjoni dwar u jżidu l-użu tal-Linji gwida tal-UE fost l-uffiċjali u d-diplomatiċi tal-UE u tal-Istati Membri u li jsaħħu l-kooperazzjoni mal-Mibgħut Speċjali; jirrakkomanda li l-akkademiċi, il-knejjes u l-komunitajiet u l-assoċjazzjonijiet reliġjużi fid-diversità sħiħa tagħhom, kif ukoll organizzazzjonijiet mhux konfessjonali, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tas-soċjetà ċivili, ikunu involuti f'dan il-proċess ta' taħriġ; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jipprovdu riżorsi adegwati għal tali programmi ta' taħriġ;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE sabiex jiżguraw kapitolu ddedikat għall-FoRB fir-Rapporti Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja, kif ukoll rapporti ta' progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Linji gwida tal-UE, li għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament u lill-Kunsill; jinnota li l-Linji gwida tal-UE jipprevedu evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom minn COHOM wara perjodu ta' tliet snin, li l-ebda tali evalwazzjoni ma ġiet ikkomunikata jew saret disponibbli għall-pubbliku; jitlob li l-evalwazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien; iqis li l-evalwazzjoni jenħtieġ li tenfasizza l-aħjar prattiki, tindentifika oqsma għal titjib, u tipprovdi rakkomandazzjonijiet konkreti dwar l-implimentazzjoni skont perjodu speċifikat u stadji importanti u soġġetti għal evalwazzjoni annwali regolari; jitlob li l-evalwazzjoni tiġi inkluża fir-Rapporti Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja;

25.

Jissottolinja r-responsabbiltajiet issodisfati mill-punti fokali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi b'rabta mal-FoRB, fi ħdan id-Delegazzjonijiet tal-UE u l-Missjonijiet tal-PSDK kollha; jitlob li jiġu allokati riżorsi adegwati lil dawk id-delegazzjonijiet u missjonijiet sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom ta' monitoraġġ, evalwazzjoni u rapportar ta' sitwazzjonijiet ta' tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk relatati mar-rispett għall-FoRB;

26.

Ifakkar l-importanza tal-Istrateġiji tal-Pajjiżi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (HRDCSs), li jadattaw l-azzjoni tal-UE għas-sitwazzjoni u l-bżonnijiet speċifiċi ta' kull pajjiż; jitlob li tingħata attenzjoni adegwata lil kwistjonijiet relatati mal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, filwaqt li jitfasslu linji għall-azzjoni tal-UE sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu indirizzati skont l-HRDCSs kull meta r-rispett lejn il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon jitpoġġa f'riskju; itenni t-talba tiegħu lill-Membri tal-Parlament Ewropew biex jingħataw aċċess għall-kontenut tal-HRDCSs;

Azzjonijiet tal-UE dwar il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon f'fora multilaterali

27.

Jilqa' l-impenn tal-UE li tippromwovi l-FoRB f'fora multilaterali, b'mod partikolari fi ħdan in-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE u mal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika (OIC); jappoġġja, f'dan ir-rigward, il-kooperazzjoni tal-UE mar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem; jirrakkomanda li titkompla l-prattika tal-UE li tkun minn ta' quddiem nett fir-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-FoRB u li tfittex li tibni alleanzi u tiddefendi pożizzjonijiet komuni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali; jistieden lis-SEAE u lill-OIC iqisu li jħejju riżoluzzjoni konġunta dwar il-FoRB fi ħdan il-qafas tan-NU;

Strumenti finanzjarji tal-UE

28.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-FoRB hija identifikata bħala prijorità tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR); jinnota ż-żieda tal-finanzjament tal-EIDHR allokat għall-proġetti relatati mal-FoRB sa mill-adozzjoni tal-Linji gwida tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw li l-ħidma diplomatika tal-UE għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tal-FoRB u l-proġetti ffinanzjati mill-EIDHR ikollha funzjoni ta' rinfurzar reċiproku, u li tirrispetta l-prinċipji tal-pluraliżmu, tan-newtralità u tal-ġustizzja fl-allokazzjoni tal-fondi; jenfasizza li l-FoRB tista' tkun appoġġjata wkoll minn strumenti oħra għajr il-fondi orjentati lejn id-drittijiet tal-bniedem, fost l-oħrajn dawk iddedikati għad-dimensjoni tal-prevenzjoni tal-kunflitt jew għall-edukazzjoni u l-kultura; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżommu finanzjament suffiċjenti għal proġetti relatati mal-FoRB skont l-istrumenti finanzjarji esterni tal-UE, fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027; jitlob li l-EIDHR jingħata l-mezzi sabiex jiffinanzja l-protezzjoni jew l-esfiltrazzjoni tan-nonkonformisti u tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem li huma mhedda jew ippersegwitati fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

29.

Jitlob li jsir sforz sabiex tiġi żgurata trasparenza fl-allokazzjoni tal-finanzjament u sabiex jiġi mmonitorjat l-użu tiegħu minn reliġjonijiet u mill-attivitajiet tagħhom;

30.

Jenfasizza li l-politiki tal-UE fl-oqsma tal-paċi, ta' sigurtà u tal-prevenzjoni tal-kunflitt u l-iżvilupp u l-kooperazzjoni jiffaċċjaw sfidi, li għalihom jistgħu jinstabu soluzzjonijiet bil-parteċipazzjoni, fost l-oħrajn, tal-knejjes, tal-mexxejja reliġjużi, tal-akkademiċi, tal-komunitajiet u tal-assoċjazzjonijiet reliġjużi u ta' twemmin u kemm tal-organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-fidi u dawk mhux konfessjonali, li huma parti importanti tas-soċjetà ċivili; jirrikonoxxi l-importanza li wieħed ikun konxju tad-diversità tal-knejjes, tal-komunitajiet u tal-assoċjazzjonijiet reliġjużi u tat-twemmin u tal-organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-fidi u mhux konfessjonali li jwettqu ħidma ta' żvilupp u umanitarja effettiva għall-komunitajiet u mal-komunitajiet; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, fejn rilevanti, jinkorporaw objettivi u attivitajiet relatati mal-promozzjoni u l-protezzjoni tal-FoRB fil-programmazzjoni tal-istrumenti ta' finanzjament marbuta ma' dawk il-politiki, jiġifieri l-FEŻ, id-DCI, l-ENI, l-IcSP u l-IPA, kif ukoll kwalunkwe strument ieħor li jista' jiġi stabbilit fl-oqsma rilevanti wara l-2020;

o

o o

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-SEAE, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1)  ĠU C 65, 19.2.2016, p. 174.

(2)  ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 53.

(3)  ĠU C 35, 31.1.2018, p. 77.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2017)0500.

(5)  ĠU C 265, 11.8.2017, p. 130..

(6)  Testi adottati, P8_TA(2016)0502.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2017)0494.

(8)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 85.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/38


P8_TA(2019)0014

L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE (2018/2095(INI))

(2020/C 411/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 10, 11, 153 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 23 u 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2016 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (00337/2016),

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu 2011-2020 anness mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011 (07166/2011),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR) u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u r-rapport tan-NU tal-15 ta' Jannar 2016 bit-titolu “Final study on illicit financial flows, human rights and the 2030 Agenda for Sustainable Development” (L-istudju finali dwar flussi finanzjarji illeċiti, id-drittijiet tal-bniedem u l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli) mill-Espert Indipendenti dwar l-effetti ta' dejn barrani u obbligi finanzjarji internazzjonali relatati oħra tal-istati fuq it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem kollha, b'mod partikolari d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, kif ukoll id-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati waqt is-sessjonijiet speċjali tan-NU Beijing + 5 (2000), Beijing + 10 (2005), Beijing + 15 (2010) u Beijing + 20 (2015),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), u l-Artikolu 3 tagħha, li jiddefinixxi t-terminu “ġeneru” bħala “r-rwoli, l-imġibiet, l-attivitajiet u l-attributi mibnija soċjalment li soċjetà partikolari tikkunsidra xierqa għan-nisa u l-irġiel”, u l-Konvenzjoni Inter-Amerikana dwar il-Prevenzjoni, l-Ippenalizzar u l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa (il-Konvenzjoni ta' Belem do Pará) tal-1994,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu “Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli),

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi l-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs (Nru 100), il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol) (Nru 111), il-Konvenzjoni dwar il-Ħaddiema b'Responsabbilitajiet tal-Familja (Nru 156) u l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Maternità (Nru 183),

wara li kkunsidra s-sottomissjoni konġunta lis-CEDAW ippreżentata miċ-Ċentru għad-Drittijiet Ekonomiċi u Soċjali (CESR), Alliance Sud, il-Global Justice Clinic fil-University School of Law ta' New York, Public Eye u n-Netwerk għall-Ġustizzja Fiskali (Tax Justice Network) bit-titolu “Swiss Responsibility for the Extraterritorial Impacts of Tax Abuse on Women's Rights” (Ir-responsabbiltà Żvizzera għall-Impatti Extraterritorjali tal-Abbuż Fiskali fuq id-Drittijiet tan-Nisa), li tenfasizza l-piż sproporzjonat tat-taxxa fuq in-nisa, b'mod partikolari n-nisa b'introjtu baxx u n-nisa fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, li jirriżulta mit-telf ta' dħul pubbliku minħabba abbuż fiskali transfruntier,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu “Strategic engagement for gender equality 2016-2019” (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019) (SWD(2015)0278),

wara li kkunsidra l-istrateġija Ewropa 2020 tal-Kummissjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv,

wara li kkunsidra r-rapporti għall-pajjiżi tas-Semestru Ewropew 2018 tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “Taxation Trends in the European Union – Data for the EU Member States, Iceland and Norway, 2018 Edition” (Xejriet ta' Tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Data għall-Istati Membri tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja, Edizzjoni 2018),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2018 dwar l-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' indukrar għal tfal żgħar, bl-intenzjoni li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, jinstab bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għal ġenituri li jaħdmu u biex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklussiv fl-Ewropa (“l-objettivi ta' Barċellona”) (COM(2018)0273),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi,

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2018 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2018)0020),

wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE),

wara li kkunsidra r-Rapport tan-NU tal-2015 dwar in-Nisa bit-titolu “Progress of the world's women 2015-2016. Transforming economies, realising rights” (Il-progress tan-nisa fid-dinja 2015-2016. Ekonomiji ta' trasformazzjoni, it-twettiq tad-drittijiet),

wara li kkunsidra r-Rapport finali tal-2005 tal-Grupp ta' Speċjalisti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Ibbaġitjar Skont il-Ġeneru, li jiddefinixxi l-ibbaġitjar skont il-ġeneru bħala “valutazzjoni tal-baġits, abbażi tal-ġeneru, li tinkorpora l-perspettiva tal-ġeneru fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju u tirristruttura d-dħul u l-infiq bil-għan li tmexxi 'l quddiem l-ugwaljanza bejn il-ġeneri”,

wara li kkunsidra l-istudju tal-2015 tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titolu “Bringing transparency, coordination and convergence to corporate tax policies in the European Union – I – Assessment of the magnitude of aggressive corporate tax planning” (Inġibu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni Ewropea – I – Valutazzjoni tal-kobor ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa korporattiva),

wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat CEDAW dwar l-obbligi extraterritorjali rigward l-impatt, fuq il-ġeneri, tal-flussi finanzjarji illeċiti u l-evitar tat-taxxa korporattiva tal-Iżvizzera fl-2016 u tal-Lussemburgu fl-2018 (1),

wara li kkunsidra l-briefing tal-politika tal-2016 tal-Institute of Development Studies (Istitut tal-Istudji dwar l-Iżvilupp) bit-titolu “Redistributing Unpaid Care Work – Why Tax Matters for Women's Rights” (It-Tqassim mill-Ġdid ta' Xogħol ta' Indukrar bla Ħlas – Għaliex it-Taxxa hija Kwistjoni Importanti għad-Drittijiet tan-Nisa),

wara li kkunsidra l-istudju ta' April 2017 mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament għall-Politiki: tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali bit-titolu “Gender equality and taxation in the European Union” (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea),

wara li kkunsidra r-rapport tan-NU dwar in-Nisa ta' April 2018 bit-titolu “Gender, taxation and equality in developing countries” (Ġeneru, tassazzjoni u ugwaljanza fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2012 dwar ir-rwol tan-nisa fl-ekonomija ekoloġika (2),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-OECD dwar l-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-OECD dwar il-Ġeneru (Ġunju 2017) u l-Mudelli għat-Taxxi u l-Benefiċċji tal-2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar il-ħaddiema domestiċi nisa u n-nisa li jaħdmu fis-settur tal-kura fl-UE (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-faqar: perspettiva tas-sessi (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2014-2015 (6),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0416/2018),

A.

billi l-Artikoli 2 u 3 tat-TUE jirrikonoxxu n-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel bħala tnejn mill-valuri u l-għanijiet essenzjali li fuqhom hija msejsa l-UE; billi l-Artikoli 8 u 10 tat-TFUE jobbligaw lill-Unjoni Ewropea biex timmira li telimina l-inugwaljanzi, tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiġġieled id-diskriminazzjoni meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha; billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fiha drittijiet u prinċipji li jirreferu għall-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni diretta u indiretta (Artikolu 21(1)) u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa (Artikolu 23); billi d-drittijiet stipulati fil-Karta huma direttament rilevanti għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni (Artikolu 51);

B.

billi madwar l-Unjoni Ewropea, in-nisa jibqgħu mhux rappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol bir-rata ġenerali tal-impjiegi tan-nisa għadha aktar baxxa minn dik tal-irġiel kważi bi 12 %; billi fl-UE, 31,5 % tan-nisa li jaħdmu part-time meta mqabbla mat-8,2 % tal-irġiel li jaħdmu;

C.

billi huwa ta' importanza kbira ħafna li tiġi indirizzata d-diskrepanza fl-impjiegi bejn is-sessi u li titnaqqas id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi, li bħala medja, tilħaq kważi l-40 % fl-UE u tirriżulta minn inugwaljanzi akkumulati tul il-ħajja kollha tan-nisa u l-perjodi tal-assenza tagħhom mis-suq tax-xogħol;

D.

billi d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fl-UE tilħaq is-16 %; li jfisser li madwar l-ekonomija kollha, bħala medja n-nisa fl-UE jaqilgħu 16 % inqas fis-siegħa mill-irġiel;

E.

billi l-effett kumulattiv tad-differenzi multipli li jaffettwaw lin-nisa (id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanzi relatati mal-impjiegi, pawżi waqt il-karriera u għall-indukrar tat-tfal, u xogħol full time meta mqabbel ma' xogħol part time) jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi u jirriżulta f'riskju ogħla, għan-nisa, ta' esponiment għall-faqar u l-esklużjoni soċjali, bl-impatti negattivi jinfirxu wkoll fuq it-tfal u l-familji tagħhom;

F.

billi l-Pjattaforma għal Azzjoni ta' Beijing tenfasizza l-ħtieġa li jiġu analizzati politiki u programmi differenti mill-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi dawk relatati mat-tassazzjoni, u li jiġu aġġustati fejn meħtieġ biex jippromwovu distribuzzjoni aktar ekwa tal-assi produttivi, il-ġid, l-opportunitajiet, l-introjtu u s-servizzi;

G.

billi s-CEDAW tirrikjedi li l-familji jkunu bbażati fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza, il-ġustizzja u s-sodisfazzjon individwali ta' kull membru, b'tali mod li n-nisa u l-irġiel jiġu ttrattati b'mod ugwali anke fil-liġijiet dwar it-taxxa, aktar bħala individwi u ċittadini awtonomi milli bħala dipendenti fuq l-irġiel;

H.

billi l-Istati Membri, bħala firmatarji tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, impenjaw ruħhom li jikkonformaw mal-obbligu li jimmobilizzaw ir-riżorsi massimi disponibbli bil-għan li jkollhom fondi disponibbli għat-twettiq progressiv tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali;

I.

billi r-regolamenti dwar it-taxxa fuq l-introjtu personali, li b'mod impliċitu jpoġġu fi żvantaġġ lin-nisa fejn jidħlu l-aċċess għall-impjiegi u l-kundizzjonijiet relatati magħhom jew il-pensjonijiet ipprovduti minn min iħaddem, jista' jkun li jiksru l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/54/KE (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (9);

J.

billi d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni “Strategic Engagement for Gender Equality (2016-2019)” (Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2016-2019)) jidentifika oqsma ewlenin għall-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi l-politiki tat-tassazzjoni, iżda huwa nieqes minn dispożizzjonijiet vinkolanti jew talba biex isir impenn għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell tal-Istati Membri;

K.

billi l-politiki tat-tassazzjoni jista' jkun li jkollhom preġudizzji espliċiti jew impliċiti relatati mal-ġeneru; billi preġudizzju espliċitu jfisser li provvediment tat-taxxa jkollu fil-mira diretta tiegħu l-irġiel jew in-nisa b'mod distint, filwaqt li preġudizzju impliċitu jfisser li l-provvediment nominalment japplika bl-istess mod għal kulħadd, iżda fir-realtà hemm diskriminazzjoni peress li l-politika tinteraġixxi max-xejriet ta' mġiba/introjtu li għandhom impatt fuq is-sessi b'mod differenti; billi ħafna mill-Istati Membri neħħew ir-regolamenti dwar it-taxxa li b'mod espliċitu jagħmlu distinzjoni bejn l-irġiel u n-nisa iżda l-preġudizzji impliċiti fil-qasam tat-taxxa għadhom prevalenti madwar l-UE peress li r-regolamenti dwar it-taxxa jinteraġixxu mar-realtajiet soċjoekonomiċi;

L.

billi l-għażliet ta' politika biex jiżdied u jiġi mqassam mill-ġdid id-dħul jistgħu jaffettwaw l-introjtu s-sigurtà ekonomika tan-nisa b'mod sproporzjonat u jnaqqsu l-aċċess għal servizzi pubbliċi ta' kwalità, u dan ixekkel il-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom u l-progress lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi;

M.

billi n-nuqqas ta' perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tat-tassazzjoni tal-UE u nazzjonali jsaħħaħ id-disparitajiet attwali bejn is-sessi (impjiegi, introjtu, xogħol mingħajr ħlas, pensjoni, faqar, ġid, eċċ), joħloq diżinċentivi għan-nisa biex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol, u jirriproduċi r-rwoli u l-isterjotipi tradizzjonali tas-sessi;

N.

billi t-tfassil tal-politiki tat-taxxa huwa karatteristika essenzjali għall-istrateġija Ewropa 2020; billi l-fokus prinċipali tas-Semestru Ewropew jibqa' li tiġi żgurata konformità mall-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u billi l-aspetti relatati mas-sessi għandhom it-tendenza li jiġu injorati fil-prijoritajiet u r-rakkomandazzjonijiet, b'mod partikolari dawk relatati mat-tassazzjoni;

O.

billi bidliet rigressivi fit-tassazzjoni tal-ħaddiema, il-korporazzjonijiet, il-konsum u l-ġid, li jistgħu jiġu osservati f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin fl-Istati Membri kollha, wasslu għal dgħajfien tas-saħħa ridistributtiva tas-sistemi fiskali u kkontribwew għat-tendenza ta' żieda fl-inugwaljanza rigward l-introjtu; billi din il-bidla strutturali fit-tassazzjoni għaddiet il-piż tat-taxxi lejn gruppi b'introjtu baxx, u għalhekk b'mod partikolari n-nisa, minħabba t-tqassim mhux ugwali tal-introjtu bejn in-nisa u l-irġiel, is-sehem żgħir ta' nisa fost dawk li jaqilgħu l-aktar, il-proporzjonijiet ta' konsum li jaqbżu l-medja għan-nisa fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi bażiċi u s-sehem komparattivament għoli ta' introjtu tal-ħaddiema u s-sehem żgħir ta' introjtu kapitali fl-introjtu totali tan-nisa (10);

P.

billi n-nisa b'mod partikolari jistgħu jsofru minn inugwaljanzi ekonomiċi minħabba t-tqassim mhux ugwali tal-introjtu bejn in-nisa u l-irġiel, is-sehem żgħir tan-nisa fost dawk li jaqilgħu l-aktar, u s-sehem komparattivament għoli ta' introjtu tal-ħaddiema u s-sehem żgħir ta' introjtu kapitali fl-introjtu totali tan-nisa (11);

Q.

billi bħala medja r-rati ta' taxxa korporattiva naqsu b'mod drammatiku mis-snin tmenin, minn aktar minn 40 % għal 21,9 % fl-2018, filwaqt li f'kuntrast, ir-rata ta' taxxi fuq il-konsum (li l-VAT hija komponent kbir minnhom) żdiedet mill-2009, u laħqet l-20,6 % fl-2016 (12);

R.

billi l-politiki makroekonomiċi għandhom jirriflettu aħjar l-importanza ta' xogħol ta' indukrar u domestiku bla ħlas u billi l-evidenza turi li 80 % tal-kura fl-UE tingħata minn persuni li jagħmlu dan bla ħlas u b'mod informali, li 75 % minnhom huma nisa; billi ċerti politiki tat-tassazzjoni, servizzi pubbliċi mhux iffinanzjati biżżejjed u aċċess għas-servizzi soċjali jaffettwaw b'mod sproporzjonat lill-gruppi b'introjtu baxx, u speċjalment lin-nisa, peress li ħafna drabi jimlew il-vojt fl-għoti tal-kura, l-edukazzjoni u tipi oħra ta' appoġġ għall-familja, ġeneralment mingħajr rimunerazzjoni, u dan jipperpetwa r-responsabbiltà sproporzjonata tan-nisa għall-kura; billi huma n-nisa l-aktar foqra u l-aktar vulnerabbli fl-UE li jiffaċċjaw il-piż doppju ta' xogħol ta' indukrar informali u ta' xogħol prekarju mħallas (13);

S.

billi kważi l-Istati Membri kollha żviluppaw ċertu duwaliżmu fi ħdan is-sistemi fiskali tagħhom fuq l-introjtu billi qed japplikaw rata tat-taxxa marġinali ogħla għall-introjtu tal-persuna li taqla' t-tieni paga u bl-introduzzjoni ta' rati tat-taxxa uniformi għall-parti l-kbira tat-tipi ta' introjtu kapitali; billi l-piż tat-taxxa sproporzjonalment għoli għal dawk li jaqilgħu t-tieni paga fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, bħala riżultat tal-iskedi fiskali direttament progressivi li qed jiġu applikati fuq l-introjtu mix-xogħol, huwa wieħed mid-diżinċentivi ewlenin għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol (14), flimkien ma' dispożizzjonijiet oħra dwar taxxa konġunta u benefiċċji kif ukoll l-ispejjeż u n-nuqqas ta' servizzi universali għall-indukrar tat-tfal;

T.

billi l-livelli tan-nassa tal-inattività (bħalissa 40 %) u ta' dik tal-pagi baxxi, li b'mod sproporzjonat jaffettwaw lin-nisa u jiskoraġġuhom mill-parteċipazzjoni sħiħa fl-impjiegi, huma ddeterminati, sa grad sinifikanti, mid-dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni diretta, minbarra t-telf ta' benefiċċji;

U.

billi f'xi Stati Membri l-familji għadhom jistgħu jgawdu minn tnaqqis tat-taxxa meta jkun hemm konjuġi dipendenti, benefiċċji għall-koppji miżżewġa u/jew krediti ta' taxxa għall-koppji li minnhom persuna waħda biss taqla' l-flus, li jipperpetwaw l-asimmetriji fil-konfront tal-familji b'ġenitur wieħed, il-ġenituri waħedhom li fil-maġġoranza jkunu nisa, u jonqsu li jirrikonoxxu d-diversità tas-sitwazzjonijiet tal-familja li jeżistu fl-UE; billi tali vantaġġi fiskali s-soltu jservu ta' diżinċentiv għall-aċċess tan-nisa miżżewġa għas-suq tax-xogħol u b'mod dirett jew indirett jipprovokaw ir-riallokazzjoni tal-ħin tax-xogħol tan-nisa mix-xogħol imħallas għax-xogħol mhux imħallas;

V.

billi l-impatt tat-tassazzjoni fuq id-disparitajiet bejn is-sessi rigward il-ġid korporattiv, il-ġid personali u l-proprjetà jikkostitwixxi qasam tar-riċerka li għadu mhux żviluppat biżżejjed, u hemm ħtieġa urġenti li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' data diżaggregata skont is-sessi f'dawn l-oqsma;

1.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha tat-tassazzjoni u biex toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri, sabiex jiġu eliminati preġudizzji relatati mal-ġeneru fejn tidħol it-taxxa u biex jiġi żgurat li ma tiġi stabbilita l-ebda taxxa, liġi dwar l-infiq, programm jew prattika ġdida li jżidu d-disparitajiet bejn is-sessi fl-introjtu tas-suq jew wara t-taxxa;

2.

Jenfasizza li, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif definit fl-Artikolu 5(3) tat-TUE, l-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu r-regoli għall-politiki tat-taxxa tagħhom, dment li jikkonformaw mar-regoli tal-UE; jenfasizza, barra minn hekk, li d-deċiżjonijiet tal-UE dwar il-kwistjonijiet tat-taxxa jirrikjedu ftehim unanimu mill-Istati Membri kollha;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi r-ratifika tal-UE tal-Konvenzjoni CEDAW, bħalma għamlet għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u kif qed tagħmel għall-Konvenzjoni ta' Istanbul;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-istatus tal-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi billi tadottah bħala komunikazzjoni (15) u tinkludi objettivi ċari u azzjonijiet ewlenin biex tissaħħaħ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel permezz ta' analiżi settorjali, tal-azzjonijiet kollha tal-UE, inklużi l-aspetti fiskali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tal-UE kontra diskriminazzjoni indiretta u diretta b'rabta mal-ġeneri tkun implimentata kif xieraq u jsir monitoraġġ sistematiku tal-progress tagħha, sabiex jiġi żgurat li l-irġiel u n-nisa jkunu atturi ugwali;

Tassazzjoni diretta

Tassazzjoni fuq l-introjtu personali

5.

Jinnota li l-politiki tat-taxxa għandhom impatti li jvarjaw fuq tipi differenti ta' unitajiet domestiċi (unitajiet domestiċi b'żewġ persuni jaqilgħu l-għajxien, unitajiet domestiċi b'mara jew raġel jaqilgħu l-għajxien waħedhom, eċċ.); jissottolinja l-konsegwenzi negattivi tan-nuqqas ta' inċentivi favur l-impjiegi għan-nisa u l-indipendenza ekonomika tagħhom u jiġbed l-attenzjoni għad-diskrepanza kbira fil-pensjonijiet bejn is-sessi li jirriżultaw mit-tassazzjoni konġunta; jenfasizza li s-sistemi fiskali ma għandhomx jibqgħu bbażati aktar fuq is-suppożizzjoni li l-unitajiet domestiċi jiġbru u jikkondividu l-fondi tagħhom bl-istess mod u li t-tassazzjoni individwali hija strumentali biex tinkiseb ġustizzja fit-taxxa għan-nisa; iqis li huwa essenzjali li l-irġiel u n-nisa jaqilgħu l-flus u jagħtu l-kura f'livell indaqs; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jintroduċu gradwalment it-tassazzjoni individwali filwaqt li jiżguraw preservazzjoni sħiħa tal-benefiċċji finanzjarji kollha u l-benefiċċji l-oħra marbuta mar-rwol ta' ġenituri fis-sistemi ta' tassazzjoni konġunta attwali; jirrikonoxxi li perjodi ta' tranżizzjoni lejn tali sistemi ta' tassazzjoni individwali jistgħu jkunu meħtieġa f'xi Stati Membri; jitlob, matul dawn il-perjodi ta' tranżizzjoni, li jiġu eliminati n-nefqiet tat-taxxa kollha bbażati fuq introjtu konġunt u jinnota l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-benefiċċji tat-taxxa, il-benefiċċji fi flus u s-servizzi tal-gvern in natura kollha jingħataw lill-individwi sabiex tiġi żgurata l-awtonomija finanzjarja u soċjetali tagħhom;

6.

Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2017 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 tal-UE – L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa” (COM(2017)0678), li tirrikonoxxi tmien oqsma għall-azzjoni u jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom għall-indirizzar effettiv tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa sabiex titjieb is-sitwazzjoni ekonomika tan-nisa u tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza ekonomika tagħhom;

7.

Jinnota li r-rati medji tat-taxxa personali netti għal dawk li jaqilgħu t-tieni paga b'żewġt itfal kienu ta' 31 % bħala medja għall-membri tal-OECD tal-UE u ta' 28 % għall-pajjiżi kollha tal-OECD fl-2014; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja u ssaħħaħ b'mod kontinwu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali u ta' xogħol ta' valur ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fl-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li l-inugwaljanzi jiġu eliminati kemm fis-settur tas-suq tax-xogħol kif ukoll f'dak tat-tassazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw s-segregazzjoni orizzontali u vertikali fis-suq tax-xogħol billi jeliminaw l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fl-impjiegi b'rabta mal-ġeneru u, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni, jinkoraġġixxu lill-bniet u lin-nisa biex iwettqu studji, xogħlijiet u karrieri f'setturi relatati mat-tkabbir innovattiv, fosthom l-ICT u s-suġġetti STEM;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-inċentivi fiskali relatati mal-impjiegi u mal-impjiegi indipendenti ma jiddiskriminawx fuq il-bażi tal-ġeneru u jqisu l-inċentivi fiskali u benefiċċji jew servizzi fiskali oħra għal dawk li jaqilgħu t-tieni paga u l-ġenituri waħedhom; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jħarsu lejn modi differenti biex isolvu l-kwistjoni tal-preżenza insuffiċjenti tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jindirizzaw id-diżinċentivi ekonomiċi potenzjali għal dawk li jaqilgħu t-tieni paga li jkunu deħlin fis-suq tax-xogħol; jinnota li l-preġudizzji relatati mal-ġeneru jistgħu jsiru wkoll fi tnaqqis tat-taxxa jew eżenzjonijiet mit-taxxa relatati max-xogħol, bħal trattament fiskali favorevoli ta' sigħat tax-xogħol żejda, li huma ta' benefiċċju l-aktar għall-professjonijiet li attwalment huma okkupati mill-irġiel;

9.

Jistieden lill-Istati Membri biex ma jnaqqsux in-natura progressiva tas-sistemi tat-taxxa fuq l-introjtu personali tagħhom, pereżempju billi jippruvaw jissimplifikaw it-tassazzjoni fuq l-introjtu personali;

10.

Jitlob biex it-taxxa fuq l-introjtu personali (strutturi ta' rati, eżenzjonijiet, tnaqqis, allowances, krediti, eċċ) titfassal biex tippromwovi b'mod attiv qsim ugwali ta' xogħol bi ħlas u mhux bi ħlas, drittijiet għall-introjtu u għall-pensjoni bejn in-nisa u l-irġiel, u biex jiġu eliminati l-inċentivi li jipperpetwaw rwoli tas-sessi mhux ugwali;

11.

Iqis li, minħabba inugwaljanzi fis-suq tax-xogħol, in-nisa jistgħu jkunu affettwati b'mod sproporzjonat minn ċerti politiki tat-tassazzjoni; jemmen li l-mod adegwat biex tiġi indirizzata din il-problema huwa permezz ta' riforma tal-istrumenti tas-suq tax-xogħol b'mod li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-indipendenza ekonomika tan-nisa; jistieden lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jippromwovu studji dwar l-effetti tad-disparità bejn is-sessi dwar il-pensjonijiet u l-indipendenza finanzjarja tan-nisa, fid-dawl ta' kwistjonijiet bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni, id-differenzi bejn is-sessi fil-kundizzjonijiet tas-saħħa u l-istennija tal-għomor, il-fatt li l-istrutturi tal-familja nbidlu u l-għadd ta' djar okkupati minn persuna waħda żdied, u d-differenzi fis-sitwazzjonijiet personali tan-nisa;

Tassazzjoni korporattiva

12.

Jitlob lill-Istati Membri identifikati fis-Semestru Ewropew għad-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva biex jemendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom u jagħlqu dawn id-dispożizzjonijiet malajr kemm jista' jkun (16); huwa mħasseb dwar ir-riskju li, filwaqt li jaħdmu fuq il-koordinazzjoni tal-bażijiet għat-taxxa korporattiva tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jsibu dispożizzjonijiet ġodda biex jiffaċilitaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa mill-korporazzjonijiet, fejn iħalluha f'idejn l-Istati Membri biex isibu sorsi oħra ta' tassazzjoni (inklużi t-taxxi fuq il-konsum), li għandhom effett sproporzjonat fuq in-nisa;

13.

Jistieden lill-Istati Membri biex jirrazzjonalizzaw l-inċentivi fiskali jew il-ħelsien mit-taxxa li jagħtu lil dawn il-korporazzjonijiet, biex jiżguraw li dawn l-inċentivi u dan il-ħelsien mit-taxxa jkun l-aktar ta' benefiċċju għall-intrapriżi żgħar u jiffavorixxu innovazzjoni reali, u biex jivvalutaw ex antea posteriori l-impatt potenzjali ta' dawn l-inċentivi fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi;

Tassazzjoni fuq il-kapital u l-ġid

14.

Jinnota li t-taxxi korporattivi u fuq il-ġid għandhom rwol kruċjali biex inaqqsu d-disparità permezz tar-ridistribuzzjoni fi ħdan is-sistema fiskali u biex jipprovdu dħul biex jiffinanzjaw il-provvedimenti soċjali u t-trasferimenti soċjali;

15.

Jinnota li l-indisponibbiltà, l-ispejjeż projbittivi u n-nuqqas ta' infrastruttura suffiċjenti li toffri servizzi għall-indukrar tat-tfal ta' kwalità jibqgħu ostaklu sinifikanti, primarjament, għall-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fl-aspetti kollha tas-soċjetà, inkluż l-impjieg; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-politiki tat-taxxa biex itejbu d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' servizzi għall-indukrar tat-tfal affordabbli u ta' kwalità għolja, permezz ta' inċentivi tat-taxxa sabiex inaqqsu l-ostakli għan-nisa biex jaħdmu f'impjieg imħallas u jikkontribwixxu għal distribuzzjoni aktar ugwali ta' xogħol imħallas u mhux imħallas fl-unitajiet domestiċi, u b'hekk jitnaqqsu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanza fil-pensjonijiet; jenfasizza li dawn il-politiki għandhom jippermettu l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u b'mod partikolari jiffokaw fuq familji b'introjtu baxx, familji b'ġenitur wieħed u gruppi żvantaġġati oħra;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, li, fost affarijiet oħra, tindirizza u tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess fil-provvista ta' prodotti u servizzi finanzjarji fl-assigurazzjoni u f'oqsma relatati; jitlob li tinġabar data sabiex tinkiseb informazzjoni preċiża dwar lakuni possibbli fil-proċess ta' implimentazzjoni; jenfasizza li s-sjieda tal-proprjetà hija soġġetta għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u li m'hemm ebda liġi dwar il-proprjetà fl-UE li tiddiskrimina kontra n-nisa jew l-irġiel, peress li d-dritt għall-proprjetà huwa tas-sid;

17.

Jiddeplora l-fatt li, ġeneralment, il-kontribuzzjoni tat-taxxi bbażati fuq il-ġid lejn it-total tad-dħul mit-taxxi baqa' pjuttost limitat, billi laħaq il-5,8 % tad-dħul totali mit-taxxi fl-UE-15 u l-4,3 % fl-UE-28 (17);

18.

Jiddeplora l-fatt li s-sehem tat-taxxi fuq il-kapital ilu juri xejra għal tnaqqis mill-2002 b'konsegwenza, inter alia, tat-tendenza ġenerali li għad-dħul minn kapital ma tibqax tiġi applikata l-iskeda regolari li tgħodd għat-taxxa fuq l-introjtu personali, iżda dak id-dħul x'aktarx qed jiġi intaxxat b'rati fissi relattivament moderati li wieħed jista' josservahom f'ħafna Stati Membri (18);

Tassazzjoni indiretta

19.

Jinnota li s-sehem tat-taxxi fuq il-konsum żdied fl-Unjoni bejn l-2009 u l-2016; jinnota li l-VAT ġeneralment tammonta għal bejn żewġ terzi u tliet kwarti tat-taxxi fuq il-konsum fl-Istati Membri u li, bħala medja fl-UE, il-VAT laħqet sehem ta' madwar 20 % tad-dħul totali mit-taxxa (19);

20.

Jinnota li hemm preżenti preġudizzju relatat mal-ġeneru fejn il-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa tiltaqa' mar-relazzjonijiet bejn is-sessi, in-normi u l-imġiba ekonomika; jinnota li l-VAT teżerċita preġudizzju relatat mal-ġeneru minħabba x-xejriet ta' konsum tan-nisa, li huma differenti minn dawk tal-irġiel peress li jixtru aktar prodotti u servizzi bil-għan li jippromwovu s-saħħa, l-edukazzjoni u n-nutrizzjoni (20); huwa mħasseb li dan, flimkien mal-introjtu aktar baxx tan-nisa, jista' jwassal biex jintrefa' piż akbar tal-VAT; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu eżenzjonijiet mill-VAT, rati mnaqqsa u rati tat-taxxa żero għall-prodotti u s-servizzi b'effetti soċjali, tas-saħħa u/jew ambjentali pożittivi, f'konformità mar-reviżjoni li għaddejja tad-Direttiva tal-VAT tal-UE;

21.

Iqis il-faqar relatat mal-pirjid bħala kwistjoni li għaddejja fl-UE, bil-Plan International UK jistma li 1 minn kull 10 ibniet ma tistax taffordja l-prodotti sanitarji; jiddispjaċih li l-prodotti tal-iġjene tan-nisa, u l-prodotti u s-servizzi ta' kura għat-tfal, għall-anzjani jew għall-persuni b'diżabilità, għadhom mhumiex meqjusa bħala prodotti bażiċi fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Istati Membri kollha biex jeliminaw l-hekk imsejħa “taxxa fuq il-kura u t-tampons” billi jużaw il-flessibbiltà introdotta fid-Direttiva tal-VAT u japplikaw eżenzjonijiet jew rati ta' VAT ta' 0 % għal dawn il-prodotti bażiċi essenzjali; jirrikonoxxi li t-tnaqqis fil-prezz bis-saħħa tal-eżenzjoni ta' dawn il-prodotti mill-VAT kien ikun ta' benefiċċju imprezzabbli għan-nisa żgħażagħ; jappoġġja l-movimenti li jsiru għall-promozzjoni tad-disponibbiltà mifruxa ta' provvisti tal-prodotti sanitarji u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipprovdu provvisti bla ħlas ta' prodotti tal-iġjene tan-nisa f'ċerti spazji (pubbliċi) bħall-iskejjel, l-universitajiet u x-xelters għan-nies bla saqaf, u għan-nisa li ġejjin minn sfond b'introjtu baxx, bil-għan li l-faqar relatat mal-pirjid jinqered għalkollox fit-tojlits pubbliċi tal-UE;

Impatt tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi

22.

Jinnota li l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa huma kontributuri ewlenin għad-disparità bejn is-sessi fl-Unjoni u fuq livell globali jillimitaw ir-riżorsi disponibbli għall-gvernijiet biex iżidu l-ugwaljanza fil-livell nazzjonali u internazzjonali (21);

23.

Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (22), u dawk minn kumitati speċjali preċedenti (TAX u TAX2) infassla bil-ħsieb li jiġġieldu l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fl-UE; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw rapportar għal kull pajjiż, BKKTK tal-UE u direttiva riveduta dwar l-imgħax u d-drittijiet dovuti malajr kemm jista' jkun;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu riformi tat-taxxa ugwali għall-ġeneru fil-fora internazzjonali kollha, inklużi l-OECD u n-NU, u jappoġġjaw il-ħolqien ta' korp tat-taxxa intergovernattiv tan-NU bi sħubija universali, drittijiet tal-vot ugwali u parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel; jenfasizza li dan il-korp għandu jkun mgħammar sew biex jiżviluppa għarfien espert speċifiku dwar it-tassazzjoni skont il-ġeneru;

25.

Jinnota li trattati doppji tat-taxxa bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, ġeneralment ma jippromwovux taxxa minn ras il-għajn, u għalhekk huma ta' benefiċċju għall-korporazzjonijiet multinazzjonali għad-detriment tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jinnota li n-nuqqas ta' mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi jipprevjeni servizzi pubbliċi kompletament iffinanzjati bħall-kura tas-saħħa jew l-edukazzjoni f'dawn il-pajjiżi, li jaffettwa b'mod sproporzjonat in-nisa u l-bniet; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu mandat lill-Kummissjoni biex tirrevedi t-trattati eżistenti kontra t-taxxa doppja biex b'hekk jeżaminaw u jindirizzaw dawn il-problemi, u biex jiżguraw li t-trattati futuri kontra t-taxxa doppja jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi flimkien ma' dispożizzjonijiet ġenerali kontra l-abbuż;

26.

Jistieden lill-kumitat speċjali TAX3 jinkludi perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-formulazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

Integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tat-taxxa

27.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt regolari fir-rigward tas-sessi tal-politiki fiskali minn perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, b'fokus fuq l-effett multiplikatur u preġudizzju impliċitu biex jiżguraw li ma jkunx hemm preżenti diskriminazzjoni diretta jew indiretta fl-ebda politika fiskali fl-UE;

28.

Jistieden lill-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prattiki rigward id-disinn tas-swieq tax-xogħol u s-sistemi ta' tassazzjoni tagħhom, bil-għan li jgħinu fit-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanza fil-pensjonijiet, ħaġa li għalhekk jista' jkun li tippromwovi trattament aktar ġust u ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' taxxa;

29.

Ifakkar lill-Kummissjoni li, minn mindu t-Trattat ta' Lisbona inkorpora fil-liġi primarja l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, hija marbuta bil-liġi biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki u l-azzjonijiet tagħha;

30.

Jirrikonoxxi li ħafna gruppi ta' attivisti u tas-soċjetà ċivili jħossu li qed jitwarrbu mid-diskussjonijiet dwar il-politika tat-tassazzjoni minħabba n-nuqqas ta' għarfien espert u li b'hekk gruppi mill-oqsma tal-industrija u l-finanzi għandhom rappreżentanza żejda fil-proċessi konsultattivi relatati mal-ibbaġitjar f'ħafna Stati Membri; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw din il-kwistjoni billi jipprovdu edukazzjoni dwar il-proċessi baġitarji flimkien ma' opportunitajiet għal konsultazzjoni ġenwina mas-soċjetà ċivili;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni biex taqdi l-obbligu legali tagħha ta' promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi inkluż fil-valutazzjonijiet tagħha tat-tfassil tal-politika tat-taxxa fundamentali; jissottolinja li r-reviżjonijiet tas-sistemi tat-taxxa tal-Istati Membri fi ħdan is-Semestru Ewropew, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, jirrikjedu analiżijiet bir-reqqa f'dan ir-rigward;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 biex jingħelbu n-nuqqasijiet strutturali li hawn fl-ekonomija tal-Ewropa, jiġu indirizzati d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanza fil-pensjonijiet, jitjiebu l-kompetittività u l-produttività tal-UE u tintrifed ekonomija soċjali tas-suq sostenibbli li tkun ta' benefiċċju għan-nisa u l-irġiel kollha;

33.

Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-proposta għal direttiva dwar ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż (23), li tipproponi miżuri ambizzjużi biex jitjiebu t-trasparenza fiskali u l-iskrutinju pubbliku tal-intrapriżi multinazzjonali, peress li dan jippermetti li l-pubbliku usa' jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar il-profitti li jsiru, is-sussidji meħuda u t-taxxi mħallsa fil-ġurisdizzjonijiet fejn joperaw; jirrakkomanda li l-analiżi komprensiva tal-aspetti relatati mal-ġeneru titqiegħed fil-qofol ta' kull livell eżistenti u futur ta' riċerka u ta' politiki dwar il-ġustizzja fiskali, bil-ħsieb li tintlaħaq aktar trasparenza u obbligu ta' rendikont rigward it-taxxa; iħeġġeġ lill-Kunsill jilħaq ftehim komuni dwar il-proposta biex jidħol f'negozjati mal-istituzzjonijiet l-oħra sabiex jiġi adottat rekwiżit ta' rapportar pubbliku għal kull pajjiż, waħda mill-miżuri ewlenin biex tinstab aktar trasparenza dwar l-informazzjoni dwar it-taxxa ta' kumpaniji għaċ-ċittadini kollha; ifakkar fil-ħtieġa li l-Istati Membri jwettqu analiżi kollaterali regolari tal-impatt materjali ta' dawn il-miżuri, inklużi l-analiżijiet tal-preġudizzji relatati mal-ġeneru tal-politiki tat-taxxa, tal-abbiltà tagħhom li jiġbru d-dħul domestiku għall-iffinanzjar tad-drittijiet tan-nisa, fuq Stati Membri oħra u pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, filwaqt li jirrikonoxxu li xi xogħol seħħ f'dan ir-rigward fil-qafas tal-Pjattaforma dwar Governanza Tajba fil-qasam tat-Taxxa;

34.

Jinnota li l-ugwaljanza bejn is-sessi mhux biss hija dritt fundamentali tal-bniedem, iżda l-kisba tagħha tikkontribwixxi għal tkabbir aktar inklużiv u sostenibbli; jenfasizza li analiżi tal-baġit rigward l-aspett tal-ġeneru tippermetti informazzjoni mtejba dwar l-impatt distribuzzjonali tal-investimenti pubbliċi fuq l-irġiel u n-nisa; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jimplimentaw l-ibbaġitjar skont il-ġeneru b'tali mod li jżomm rendikont espliċitu ta' x'proporzjon tal-fondi pubbliċi huma mmirati lejn in-nisa u jiżgura li l-politiki kollha għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-allokazzjoni tan-nefqa jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi prattiki tajba fuq il-politiki tat-tassazzjoni li jqisu l-impatt fuq il-ġeneru u jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'mod partikolari fejn jidħlu t-tassazzjoni tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi u l-VAT; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi analiżi tal-aspetti relatati mal-ġeneru fir-rapport annwali tagħha dwar ix-Xejriet ta' Tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea;

36.

Ifakkar li, minkejja d-dikjarazzjoni konġunta dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mehmuża mar-Regolament dwar il-QFP 2014-2020, ma sarx progress sinifikanti f'dan l-ambitu u li l-Kummissjoni ma qisitx l-implimentazzjoni tagħha waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP; jitlob li l-proċeduri baġitarji annwali jevalwaw u jintegraw l-impatt tal-politiki tal-UE fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet tal-ġeneru); jistenna impenn imġedded mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni lejn l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-QFP li jmiss, u l-monitoraġġ effettiv tiegħu, inkluż matul ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, billi jitqies il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel minqux fl-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

37.

Jistieden lill-Istati Membri jħarsu l-obbligu legali tagħhom fil-qafas tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni u meta jimplimentaw il-politiki nazzjonali li huma rregolati mid-dritt tal-Unjoni;

38.

Jissottolinja li huma meħtieġa aktar riċerka u ġbir aħjar ta' data diżaggregata skont is-sessi fir-rigward tal-effetti distributtivi u allokattivi differenzjati skont il-ġeneru tas-sistema tat-tassazzjoni; jistieden, b'mod partikolari, lill-Istati Membri biex jiġbru d-data fiskali fuq bażi individwali u mhux biss abbażi tal-unitajiet domestiċi, u biex jeliminaw il-lakuni fid-data li jirrigwardaw il-ġeneru b'rabta mal-mudelli ta' konsum u l-użu minn rati mnaqqsa, mad-distribuzzjoni tal-introjtu intraprenditorjali u l-ħlasijiet tat-taxxa relatati, u mad-distribuzzjoni tal-ġid nett, l-introjtu kapitali u l-ħlasijiet tat-taxxa relatati;

39.

Jiddispjaċih li l-maġġoranza tal-Istati Membri jonqsu milli jiġbru jew jevalwaw data individwalizzata dwar it-taxxa fuq l-introjtu u ħafna Stati Membri għadhom qed jiġbru d-data biss fil-livell tal-unitajiet domestiċi, minħabba dispożizzjonijiet dwar taxxa konġunta;

40.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jfasslu struttura xierqa ta' inċentivi bbażati fuq benefiċċji fiskali li tħaddan il-miżuri politiċi kollha u li tħeġġeġ lin-nisa migranti biex (jerġgħu) jimpenjaw ruħhom fit-taħriġ jew jidħlu għal impjieg;

o

o o

41.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  CEDAW/C/CHE/CO/4-5, punti 40-43 (L-Iżvizzera 2016); CEDAW/C/LUX/CO/6-7, punti 10, 15, 16 (Il-Lussemburgu 2018).

(2)  ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 38.

(3)  ĠU C 407, 4.11.2016, p. 2.

(4)  ĠU C 66, 21.2.2018, p. 30.

(5)  ĠU C 76, 28.2.2018, p. 93.

(6)  ĠU C 263, 25.7.2018, p. 49.

(7)  ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132.

(8)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(9)  Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.

(10)  Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.

(11)  Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.

(12)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, Taxation Trends in the European Union – Data for the EU Member States, Iceland and Norway – 2018 Edition (Xejriet ta' Tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Data għall-Istati Membri tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja – Edizzjoni 2018).

(13)  Institute of Development Studies, Redistributing Unpaid Care Work – Why Tax Matters for Women's Rights (Istitut tal-Istudji dwar l-Iżvilupp, It-Tqassim mill-Ġdid ta' Xogħol ta' Indukrar bla Ħlas – Għaliex it-Taxxa hija Kwistjoni Importanti għad-Drittijiet tan-Nisa). Briefing tal-Politika. Ħarġa 109. Jannar 2016.

(14)  Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.

(15)  Kif imsejjaħ fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tas-16 ta' Ġunju 2016.

(16)  Il-Kummissjoni Ewropea, Semestru Ewropew: Rapporti għall-Pajjiżi, 7 ta' Marzu 2018.

(17)  Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.

(18)  Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.

(19)  Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.

(20)  La Fiscalidad en España desde una Perspectiva de Género (2016) – Institut per a l’estudi i la transformació d ela vida quotidiana / Ekona Consultoría.

(21)  “Final study on illicit financial flows, human rights and the 2030 Agenda for Sustainable Development” (L-istudju finali dwar flussi finanzjarji illeċiti, drittijiet tal-bniedem u l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli) tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Espert Indipendenti dwar l-effetti ta' dejn barrani u obbligi finanzjarji internazzjonali relatati oħra tal-istati fuq it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem kollha, b'mod partikolari d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, 2016.

(22)  ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132.

(23)  Testi adottati, P8_TA(2017)0284.


L-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2019

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/48


P8_TA(2019)0023

Il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (2018/2153(INI))

(2020/C 411/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2018 dwar l-istabbiliment ta' Kumitat Speċjali dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi, kif ukoll dwar ir-responsabbiltajiet, is-saħħa numerika u l-mandat tiegħu (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra s-Seba' Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 (2),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għal Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għal Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (3) (“ir-Regolament”),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (7),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (8),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi (9),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (10),

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1056 tad-29 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f'dak li għandu x'jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (11) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1313 tal-1 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (12),

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' April 2016 (14) u tal-24 ta' Ottubru 2017 (15) dwar l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika (16),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej (17),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar soluzzjonijiet teknoloġiċi għal agrikoltura sostenibbli (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (19),

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea dwar ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u għall-annessi rilevanti tiegħu, kif ippubblikata mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) f'April 2018,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Novembru 2016 fil-Kawża C-442/14 Bayer CropScience SA-NV, Stichting De Bijenstichting vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden (20),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-18 ta' Frar 2016 fil-Kawża 12/2013/MDC dwar il-prattiki tal-Kummissjoni rigward l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (pestiċidi),

wara li kkunsidra l-istudju “IARC Monographs Volume 112: evaluation of five organophosphate insecticides and herbicides” (IARC Monographs Volum 112: evalwazzjoni ta' ħames insettiċidi u erbiċidi organofosfati), ippubblikat fl-20 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance glyphosate” (Konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva glifosat) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (21), ippubblikata fit-12 ta' Novembru 2015, u l-“Peer review of the pesticide risk assessment of the potential endocrine disrupting properties of glyphosate” (Reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tal-karatteristiċi endokrinali potenzjali ta' tfixkil tal-glifosat) tagħha (22), ippubblikata fis-7 ta' Settembru 2017,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-15 ta' Marzu 2017 tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) dwar il-klassifikazzjoni tal-glifosat,

wara li kkunsidra l-Opinjoni Xjentifika 5/2018 ta' Ġunju 2018 tal-Mekkaniżmu ta' Konsulenza Xjentifika (SAM) dwar il-proċessi ta' awtorizzazzjoni tal-UE għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (23),

wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (COM(2017)0109),

wara li kkunsidra l-pjan ta' implimentazzjoni biex tiżdied id-disponibbiltà tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara fl-Istati Membri, imfassal mill-Grupp ta' Esperti dwar il-Protezzjoni Sostenibbli tal-Pjanti u approvat mill-Kunsill fit-28 ta' Ġunju 2016,

wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar id-Dritt għall-Ikel, tal-24 ta' Jannar 2017, dwar l-użu globali tal-pestiċidi fl-agrikoltura u l-impatt tiegħu fuq id-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-TFUE, li jgħid li fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tas-suq intern, jenħtieġ li jitqiesu b'mod sħiħ il-ħtiġijiet tat-trattament xieraq tal-annimali bħala esseri senzjenti,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (24),

wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Ewrobarometru Speċjali Nru 442 ta' Marzu 2016, li jiddikjara li 89 % taċ-ċittadini tal-UE jaqblu li l-Unjoni jenħtieġ li tagħmel aktar biex tippromwovi kuxjenza akbar dwar l-importanza ta' trattament xieraq tal-annimali fuq livell internazzjonali, u 90 % taċ-ċittadini tal-UE jaqblu li huwa importanti li jiġu stabbiliti standards għolja ta' trattament xieraq tal-annimali,

wara li kkunsidra l-fatt li l-Parlament jirċievi bosta petizzjonijiet minn ċittadini kkonċernati li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 24 u 227 tat-TFUE u l-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jappellaw għat-tmiem tal-ittestjar fuq l-annimali fl-Ewropa u fid-dinja kollha u għall-istabbiliment ta' standards internazzjonali dwar it-trattament xieraq tal-annimali,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari (COM(2018)0179) (25),

wara li kkunsidra l-evalwazzjoni REFIT li għadha għaddejja tal-Kummissjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Speċjali dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (A8-0475/2018),

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

A.

billi l-għan tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (“ir-Regolament”) huwa li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent u li jtejjeb it-tħaddim tas-suq intern permezz tal-armonizzazzjoni tar-regoli fuq it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li jtejjeb il-produzzjoni agrikola;

B.

billi l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-UE għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti hija waħda mill-aktar strinġenti fid-dinja; billi fid-dawl tat-tħassib imqajjem minn bosta partijiet ikkonċernati dwar il-valutazzjoni tal-glifosat, il-Kumitat Speċjali dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (PEST) għandu l-għan li jidentifika oqsma li jistgħu jittejbu aktar fir-rigward tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, billi jipprovdi rakkomandazzjonijiet li huwa jqis bħala neċessarji sabiex jiġi żgurat il-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni kemm għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll tal-ambjent;

C.

billi l-prinċipju ta' prekawzjoni huwa prinċipju ġenerali għall-politika tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE; billi r-Regolament, kif previst fl-Artikolu 1(4) tiegħu, huwa msejjes fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni; billi d-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju, kif previst fl-Artikolu 13(2), trid tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-prinċipju ta' prekawzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; billi l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula li l-miżuri adottati abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni jridu jkunu proporzjonati;

D.

billi tqajjem tħassib minn bosta partijiet ikkonċernati dwar il-valutazzjoni tal-glifosat, b'mod partikolari dwar jekk twettqitx valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti, jekk il-kriterji ta' klassifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ġewx applikati kif xieraq, jekk id-dokumenti ta' gwida rilevanti ntużawx kif xieraq u jekk il-kriterji ta' approvazzjoni u l-prinċipju ta' prekawzjoni ġewx applikati kif xieraq;

E.

billi skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament, prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, b'konsegwenza għall-applikazzjoni li hija konsistenti ma' prattika tal-protezzjoni tal-pjanti tajba u meta jitqiesu l-kundizzjonijiet realistiċi għall-użu, fost l-oħrajn, ma jrid ikollu l-ebda effett ta' ħsara immedjata jew ittardjata fuq is-saħħa tal-bniedem, inklużi dawk fuq is-saħħa tal-gruppi vulnerabbli, u ma jrid ikollu l-ebda effett inaċċettabbli fuq l-ambjent;

F.

billi l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament uriet li l-għanijiet ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent mhumiex qed jintlaħqu bis-sħiħ u li jista' jsir titjib sabiex jinkisbu l-għanijiet kollha tar-Regolament;

G.

billi huwa ta' importanza kbira li r-Regolament jiġi implimentat bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha;

H.

billi ħafna drabi x-xogħol tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti fil-proċessi tal-approvazzjoni u tal-awtorizzazzjoni jiddewwem; billi nstab li, f'xi każijiet, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti fil-proċess ta' approvazzjoni u ta' awtorizzazzjoni ma għandhomx biżżejjed persunal u finanzjament; billi, minbarra d-dewmien għall-valutazzjoni tax-xogħol, in-nuqqas ta' riżorsi għandu r-riskju li jkollu impatt fuq il-kwalità tal-valutazzjonijiet, kemm għas-sustanzi attivi kif ukoll għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

I.

billi l-indipendenza tal-valutazzjoni tar-riskju tifforma l-bażi għall-fiduċja fir-Regolament u fil-liġi tal-UE dwar l-ikel;

J.

billi nstab li l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet mhuwiex trasparenti biżżejjed tul il-proċedura, minn nuqqas ta' aċċess pubbliku għall-istudji sħaħ u għad-data mhux ipproċessata, sal-istadju tal-ġestjoni tar-riskju;

K.

billi d-dritt ta' aċċess għal dokumenti miżmuma minn istituzzjonijiet tal-UE, inklużi aġenziji tal-UE, huwa dritt importanti, l-eċċezzjonijiet għalih għandhom jiġu interpretati b'mod strett; jinnota l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li skontha t-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti jikkontribwixxu għal aktar leġittimità tal-aġenziji tal-UE f'għajnejn iċ-ċittadini u biex jiżguraw li l-aġenziji tal-UE jkunu aktar responsabbli fil-konfront taċ-ċittadini f'sistema demokratika (26);

L.

billi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi jenħtieġ li jiġi aġġornat regolarment biex jitqies l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali; billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi (27) tibqa' l-aktar sors komprensiv ta' dokumenti ta' gwida u linji gwida tat-testijiet, għalkemm bosta mid-dokumenti elenkati setgħu ġew sostitwiti u jenħtieġ li jiġu aġġornati; billi l-metodoloġiji użati għall-valutazzjoni xjentifika ta' sustanzi attivi, fl-għamla ta' gwida użata mill-EFSA u mill-Istati Membri, mhux dejjem jirriflettu l-istat attwali tal-għarfien xjentifiku u tekniku kif meħtieġ mill-Artikolu 4 tar-Regolament; billi jew xi testijiet ewlenin mhumiex inklużi fil-valutazzjoni tar-riskju jew inkella xi metodi xjentifiċi reċenti huma neqsin (bħal fil-każijiet ta' testijiet ekotossikoloġiċi aġġornati għal organiżmi tal-ħamrija u ta' valutazzjoni tal-konċentrazzjoni ambjentali u r-residwi fit-trab, ir-riħ, l-arja u l-ilma);

M.

billi l-gwida aġġornata għan-naħal użata mill-EFSA fir-rieżami reċenti tagħha ta' tliet neonikotinojdi għadha ma ġietx adottata formalment; billi l-gwida dwar l-organiżmi tal-ħamrija li attwalment tintuża mill-EFSA għadha ma ġietx aġġornata mill-2002;

N.

billi l-gwida tittraduċi r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni f'passi prattiċi, fejn tispjega xi jrid isir, filwaqt li l-linji gwida tat-testijiet jispeċifikaw il-protokolli tat-testijiet li jridu jiġu segwiti għall-ġenerazzjoni tad-data, u jispjegaw kif iridu jsiru t-testijiet;

O.

billi l-użu mifrux, u l-użu preventiv fejn mhux xieraq, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jqajjem xi tħassib;

P.

billi l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għad-dessikazzjoni (jiġifieri t-trattament tal-pjanti tal-għelejjel infushom qabel il-ħsad sabiex dawn jimmaturaw aktar malajr u jkun iffaċilitat il-ħsad tagħhom) mhuwiex xieraq;

Q.

billi l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f'żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi vulnerabbli mhuwiex xieraq;

R.

billi skont id-data miġbura mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO), fl-2016 l-UE użat 368 588 tunnellata ta' pestiċidi, li jammontaw għal 11,8 % tal-konsum globali;

S.

billi skont il-FAO l-użu tal-pestiċidi fl-UE ilu fuq xejra 'l fuq mill-2009; billi x-xejra hija, madankollu, differenti ħafna fl-Istati Membri kollha, li tvarja minn żieda qawwija f'xi wħud minnhom għal tnaqqis qawwi f'oħrajn; billi l-volum totali ta' sustanzi attivi tal-pestiċidi mibjugħ f'16-il Stat Membru tal-UE żdied b'1,6 % mill-2011 sal-2016;

T.

billi sal-2018, ġew approvati 493 sustanza attiva u bażika;

U.

billi r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 jenfasizza n-nuqqasijiet tal-istatistika dwar l-użu tal-pestiċidi u n-nuqqas ta' għarfien dwar l-użu ta' sustanzi attivi speċifiċi;

V.

billi skont ir-rapport tal-Unjoni Ewropea tal-2016 dwar residwi ta' pestiċidi fl-ikel (28), ippubblikat mill-EFSA fl-2018, 96,2 % tal-kampjuni kienu fil-limiti permessi mil-leġiżlazzjoni tal-UE;

W.

billi hemm nuqqas ta' għarfien pubbliku dwar il-periklu u r-riskju u l-perikli u r-riskji aċċettabbli u inaċċettabbli, u dwar il-livell ta' konformità mal-valuri tal-livell massimu ta' residwi (MRL) madwar l-Ewropa;

X.

billi d-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar sustanzi attivi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti żviluppati riċentement huma dejjem magħmula taħt inċertezza rigward l-impatti fil-ħajja reali; billi hemm nuqqas ta' monitoraġġ wara l-awtorizzazzjoni; billi m'hemmx data dwar il-kwantitajiet eżatti ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti applikat, dwar l-implimentazzjoni u l-effettività tal-miżuri ta' mitigazzjoni, u dwar l-effetti potenzjalment ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent;

Y.

billi n-nuqqas ta' data tikkonċerna l-impatti fil-ħajja reali tas-sustanzi attivi, l-aġenti protettivi, is-sinerġizzanti u l-koformulanti u l-metaboliti tagħhom, kif ukoll il-formulazzjonijiet u t-taħlit ta' prodotti; billi, għalhekk, mhuwiex magħruf kompletament l-impatt sħiħ tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll tal-ambjent;

Z.

billi l-proġett pilota “Il-monitoraġġ ambjentali tal-użu tal-pestiċida permezz tan-naħal tal-għasel” għadu ma ġiex implimentat, minkejja li ġie inkluż fil-baġit tal-Unjoni għas-snin finanzjarji 2017 u 2018;

AA.

billi wieħed mill-għanijiet tas-Seba' Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 huwa li s-sustanzi kimiċi jiġu prodotti u użati b'modi li jwasslu għall-minimizzazzjoni ta' effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u billi għad hemm inċertezza dwar l-impatti sħaħ fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent tal-effetti kkombinati ta' sustanzi kimiċi differenti;

AB.

billi l-Artikolu 4(3) tar-Regolament jipprovdi li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti “m'għandu jkollu l-ebda effett ta' ħsara immedjata jew ittardjata fuq is-saħħa tal-bniedem… meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa fejn il-metodi xjentifiċi aċċettati mill-Awtorità biex issir valutazzjoni ta' effetti bħal dawn ikunu disponibbli”; billi r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jipprovdi li jridu jitqiesu l-“effetti kumulattivi u sinerġiċi magħrufa”“meta l-metodi sabiex jiġu stmati dawn l-effetti huma disponibbli”;

AC.

billi dawn il-metodoloġiji issa huma disponibbli u huwa mistenni li sa tmiem l-2019, l-EFSA se tiffinalizza valutazzjoni pilota li tqis l-effett kumulattivi tal-esponiment għall-pestiċidi fl-ikel fuq is-sistema nervuża u s-sistema tat-tirojde tal-bniedem;

AD.

billi attwalment ma hemm ebda obbligu legali biex is-sustanzi attivi jiġu ttestjati għan-newrotossiċità tal-iżvilupp (DNT) tagħhom, li xi eżempji tagħhom jikkawżaw l-awtiżmu, id-disturb tal-iperattività u ta' nuqqas ta' attenzjoni (ADHD) u d-dislessija; billi studji dwar it-tossiċità u n-newrotossiċità fl-iżvilupp huma meħtieġa u jistgħu jwasslu għal studji b'disinn ta' studju ad hoc biex jindirizzaw tħassib speċifiku; billi f'dan il-kuntest, l-EFSA qed taħdem fuq proġett li għadu għaddej biex tiżviluppa alternattivi għall-iskrinjar tal-effetti DNT fejn ma jintużawx annimali;

AE.

billi hemm tħassib li l-implimentazzjoni tar-Regolament, fir-rigward tal-użu tal-annimali fl-ittestjar għall-identifikazzjoni tal-perikli u l-valutazzjoni tar-riskji, mhijiex konformi mal-prinċipju tat-tliet R (replacement, reduction and refinement (sostituzzjoni, tnaqqis u raffinament)) tad-Direttiva 2010/63/UE dwar l-esperimenti fuq l-annimali, billi r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 u (UE) Nru 284/2013, kif ukoll il-gwida korrispondenti, ma ġewx aġġornati mill-adozzjoni tagħhom, minkejja d-disponibbiltà ta' testijiet u teknoloġiji alternattivi validati;

AF.

billi l-ittestjar għall-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem jinvolvi l-użu ta' annimali u għalhekk mhux neċessarjament ibassar ir-reazzjonijiet fuq il-bniedem b'mod preċiż;

AG.

billi hemm il-ħtieġa li jitħaffef l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' metodoloġiji ġodda mhux bl-użu ta' annimali li jipprovdu informazzjoni dwar il-mekkaniżmi sottostanti tat-tossiċità tal-bniedem, inkluż il-perkorsi li jwasslu għal riżultati avversi fil-bnedmin;

AH.

billi ħafna prodotti agrikoli ta' pajjiżi terzi għandhom livell aktar baxx ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; billi hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-livell ta' protezzjoni tal-UE ma jiddgħajjifx mill-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli minn pajjiżi terzi;

AI.

billi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti importati illegalment huma fiċ-ċirkolazzjoni u l-użu fl-UE, u joħolqu theddida potenzjali għas-saħħa pubblika u jikkostitwixxu kompetizzjoni inġusta vis-à-vis prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li huma soġġetti għal proċedura ta' awtorizzazzjoni skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE;

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi

AJ.

billi tqajjem tħassib minn bosta partijiet ikkonċernati f'termini tat-trasparenza u l-kunflitti ta' interess dwar id-dritt tal-applikanti li jagħżlu l-Istat Membru Relatur (RMS) mal-ewwel applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' sustanza attiva;

AK.

billi tqajjem tħassib ukoll minn bosta partijiet ikkonċernati f'termini tat-trasparenza u l-kunflitti ta' interess dwar il-fatt li l-RMS li jingħata r-responsabbiltà mill-Kummissjoni għat-tiġdid ta' rapport ta' valutazzjoni jista' jkun l-istess wieħed li jkun fassal l-abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni inizjali;

AL.

billi għal sustanzi attivi ġodda, 11 biss mit-28 Stat Membru ntgħażlu bħala RMSs mill-applikanti minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament, li juri li hemm differenzi sinifikanti fir-rigward tal-għarfien espert u l-għadd ta' persunal;

AM.

billi Franza, in-Netherlands, il-Ġermanja u r-Renju Unit ittrattaw madwar 80 % tad-dossiers kollha; billi Brexit se jkollu impatt sinifikanti fuq l-ammont ta' xogħol ta' Stati Membri oħra;

AN.

billi l-Artikolu 8(1) tar-Regolament jirrikjedi li l-applikant jipprovdi dossier sommarju, li fost l-oħrajn jenħtieġ li jinkludi s-sommarji u r-riżultati tat-testijiet u l-istudji għal kull punt tar-rekwiżiti tad-data, inkluża valutazzjoni tal-informazzjoni kollha ppreżentata;

AO.

billi tqajjem tħassib minn bosta partijiet ikkonċernati rigward l-approċċ għall-evalwazzjoni kif stabbilit mil-liġi, u b'mod partikolari dwar min jenħtieġ li jipproduċi l-istudji xjentifiċi u l-evidenza għall-evalwazzjoni ta' sustanzi attivi, min jenħtieġ li jipprovdi letteratura xjentifika evalwata bejn il-pari u min jenħtieġ li jivvaluta l-istudji;

AP.

billi l-Artikolu 8(5) tar-Regolament jirrikjedi li, mad-dossier, l-applikant iżid letteratura miftuħa xjentifika, evalwata bejn il-pari dwar is-sustanza attiva u l-metaboliti rilevanti tagħha;

AQ.

billi għal sustanzi attivi ġodda, normalment tkun disponibbli biss data minn studji regolatorji ġġenerata mill-applikant;

AR.

billi l-valutazzjoni tar-riskju trid tkun ibbażata fuq l-evidenza xjentifika rilevanti kollha disponibbli; billi l-letteratura miftuħa xjentifika, evalwata bejn il-pari, tipprovdi informazzjoni komplementari importanti għall-istudji bbażati fuq Prattiki Tajba tal-Laboratorju (GLP) ipprovduti mill-applikanti, u tista' tinkludi sejbiet li jiġbdu l-attenzjoni tal-evalwaturi għal effetti avversi li ma jkunux jidhru fl-ittestjar standard;

AS.

billi l-prinċipji tal-GLP ġew żviluppati mill-OECD biex tiżgura li studju jkun twettaq kif stipulat minn metodu ta' ttestjar partikolari biex jiġu evitati prattiki frawdolenti; billi l-UE adottat dawn il-prinċipji permezz tad-Direttiva 2004/10/KE, li tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-laboratorji li jwettqu studji dwar is-sikurezza ta' prodotti kimiċi jikkonformaw mal-Priniċpji tal-OECD rigward il-GLP u mad-Direttiva 2004/9/KE, li tistabbilixxi l-obbligu tal-Istati Membri li jinnominaw l-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjonijiet ta' GLP fit-territorju tagħhom;

AT.

billi, kif ġie rapportat mill-Kummissjoni fl-2015, l-Istati Membri kollha ttrasponew id-Direttivi tal-GLP u stabbilixxew programmi ta' monitoraġġ tal-konformità mal-GLP nazzjonali funzjonali;

AU.

billi l-linji gwida tat-testijiet tal-OECD jiżguraw li r-riċerka hija riproduċibbli, konsistenti u uniformi u tippermetti lir-regolaturi jivvalutaw il-kwalità u r-rilevanza ta' studju, biex jiżguraw il-validità metodoloġika ta' studju u biex jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni reċiproka tad-data fost l-Istati Membri;

Abbozz ta' valutazzjoni mill-Istat Membru Relatur (RMS)

AV.

billi skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament, “l-Istat Membru relatur għandu jagħmel valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku attwali”;

AW.

billi nstab li, meta jaġixxu bħala RMS, Stati Membri differenti jużaw prattiki differenti fir-rigward tar-referenzjar tas-sommarji tal-letteratura evalwata bejn il-pari, li jiġu ppreżentati mill-applikanti; billi hija regola fundamentali li kull xogħol xjentifiku jenħtieġ li jindika b'mod ċar bejn il-virgoletti kwalunkwe dikjarazzjoni li tkun saret minn oħrajn;

AX.

billi l-Parlament jirrikonoxxi d-dibattitu dwar l-analiżi tal-letteratura fir-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju li jikkonċerna l-glifosat, ippubblikat mill-Istitut Federali tal-Ġermanja għall-Valutazzjoni tar-Riskju (BfR); billi tqajjem tħassib minn bosta partijiet ikkonċernati dwar il-fatt li xi elementi importanti għall-valutazzjoni fl-abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni tar-riskju li jikkonċerna l-glifosat ittieħdu mill-applikazzjoni, u dan mingħajr ma kien hemm indikazzjoni ċara li kienu referenzi;

L-opinjoni tal-EFSA dwar l-abbozz ta' rapporti ta' valutazzjoni u l-klassifikazzjoni mill-ECHA ta' sustanzi attivi

AY.

billi l-kredibbiltà tas-sistema ta' awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti tiddependi ħafna fuq il-fiduċja pubblika fl-EFSA, li tipprovdi l-opinjonijiet xjentifiċi li huma l-bażi għal deċiżjonijiet fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel fl-Ewropa; billi hemm tħassib dwar il-fiduċja dejjem tonqos tal-pubbliku fl-EFSA;

AZ.

billi attwalment madwar żewġ terzi mill-esperti nazzjonali li jaħdmu fl-EFSA joriġinaw minn sitt Stati Membri biss;

BA.

billi skont l-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament, il-valutazzjoni tas-sustanza attiva trid l-ewwel tistabbilixxi jekk il-kriterji ta' approvazzjoni mniżżla fil-punti 3.6.2 sa 3.6.4 u 3.7 tal-Anness II humiex sodisfatti (= “kriterji ta' limitu”); billi wieħed minn dawn il-kriterji ta' limitu jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' sustanza bħala karċinoġenu (kategorija 1A jew 1B) skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

BB.

billi l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) ikklassifikat il-glifosat bħala li probabbilment huwa karċinoġeniku għall-bniedem (Grupp 2A) skont in-nomenklatura tagħha (ekwivalenti għall-Kategorija 1B fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008); billi wara li rrevedew l-informazzjoni disponibbli, inkluża l-valutazzjoni tal-IARC, l-EFSA u l-ECHA, l-aġenziji Ewropej responsabbli biex jipprovdu valutazzjonijiet xjentifiċi li jiffurmaw il-bażi għal deċiżjonijiet tal-UE dwar il-ġestjoni tar-riskju, ikkonkludew li ma kinitx iġġustifikata klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

BC.

billi filwaqt li l-IARC ibbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq letteratura ppubblikata skont il-prinċipji ta' ħidma tagħha, l-EFSA u l-ECHA użaw ukoll studji mhux ippubblikati ppreżentati mill-applikant skont l-Artikolu 8 tar-Regolament bħala l-bażi ewlenija tal-evalwazzjoni tagħhom u barra minn hekk kellhom aċċess għad-data rilevanti mhux ipproċessata;

BD.

billi bosta awtoritajiet kompetenti oħra madwar id-dinja, inklużi dawk tal-Istati Uniti, tal-Kanada, ta' New Zealand, tal-Awstralja u tal-Ġappun, sussegwentement iffinalizzaw valutazzjonijiet ġodda tal-glifosat u kkonkludew li mhux karċinoġeniku; billi l-glifosat għadu qed jiġi analizzat mill-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti, li l-abbozz ta' valutazzjoni tar-riskju ekoloġiku tagħha jiddikjara b'mod ċar li hemm potenzjal għal effetti fuq l-għasafar, il-mammiferi, u l-pjanti terrestri u akkwatiċi;

BE.

billi, kif jidher minn tqabbil, li twettaq mill-EFSA fl-2017, ta' 54 pestiċida li kienu ġew ivvalutati kemm taħt is-sistema tal-UE kif ukoll dik tal-IARC, f'14-il każ il-klassifikazzjoni tal-UE kienet aktar konservattiva (u għalhekk aktar stretta) minn dik tal-IARC, fi 11-il każ (glifosat u 10 sustanzi attivi oħra) kienet inqas stretta, u f'29 każ kienet ekwivalenti;

BF.

billi kien tqajjem u għadu qed jitqajjem tħassib minn bosta partijiet ikkonċernati dwar l-opinjonijiet tal-EFSA u tal-ECHA rigward il-konklużjonijiet tagħhom favur li l-glifosat ma jiġix ikklassifikat bħala karċinoġeniku;

BG.

billi sfortunatament ma kienx possibbli li din il-kontroversja tissolva fil-Kumitat Speċjali;

BH.

billi f'Ottubru 2017, il-Kummissjoni ddikjarat l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi” ammissibbli; billi aktar minn miljun ċittadin talbu lill-Kummissjoni tipproponi lill-Istati Membri l-introduzzjoni ta' projbizzjoni fuq l-użu tal-glifosat, biex tiġi riformata l-proċedura tal-approvazzjoni għall-pestiċidi u biex jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis obbligatorju fil-livell tal-UE għall-użu tal-pestiċidi;

BI.

billi l-hekk imsejħa Monsanto Papers u s-sentenza riċenti mill-Qorti Superjuri tal-Istat ta' California fil-kawża Dewayne JohnsonMonsanto (kawża Nru CGC-16-550128) u l-appell sussegwenti qajmu tħassib dwar l-indipendenza u l-kunflitti ta' interess fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-glifosat;

Approvazzjoni mill-Kummissjoni tas-sustanzi attivi

BJ.

billi, mill-konklużjonijiet tal-EFSA sal-preżentazzjoni ta' abbozz ta' regolament, ir-Regolament jistabbilixxi skadenza ta' sitt xhur għall-Kummissjoni;

BK.

billi d-deċiżjoni li tiġġedded l-approvazzjoni tal-glifosat ma kinitx tinkludi miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju legalment vinkolanti fil-livell tal-Unjoni; billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tadotta rakkomandazzjoni speċifika fil-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni li l-Istati Membri, meta jagħtu awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat, jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-vertebrati terrestri; billi nstab riskju għoli fit-tul kważi għal kull użu tal-glifosat għal vertebrati terrestri mhux fil-mira, inklużi l-mammiferi u l-għasafar;

BL.

billi l-ECHA kkonkludiet li l-glifosat jikkawża ħsara serja fl-għajnejn u huwa tossiku għall-ħajja akkwatika b'effetti li jdumu;

BM.

billi mhuwiex ċar taħt liema kundizzjonijiet il-Kummissjoni u l-Istati Membri jqisu li riskju jkun inaċċettabbli għall-ambjent;

BN.

billi huwa ta' tħassib il-fatt li l-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri, tapprova sustanzi attivi li l-EFSA tkun sabet li jippreżentaw riskji għolja għall-ambjent u għall-bijodiversità, meta jitqies li skont l-Artikolu 4(3)(e) tar-Regolament, prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma jrid ikollu ebda effett inaċċettabbli fuq l-ambjent;

BO.

billi l-Ombudsman Ewropew, fid-deċiżjoni tagħha fil-Kawża 12/2013/MDC tat-18 ta' Frar 2016, iddikjarat li l-preżentazzjoni ta' informazzjoni konfermatorja jenħtieġ li ma tikkonċernax r-rekwiżiti tad-data li kienu jeżistu fi żmien l-applikazzjoni rigward il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa, u li għalihom kienu disponibbli dokumenti ta' gwida adegwati;

BP.

billi d-data konfermatorja ġeneralment ma tkunx soġġetta għall-istess skrutinju xjentifiku jew valutazzjoni bħad-data ppreżentata fl-applikazzjoni oriġinali, billi din ma tkunx soġġetta sistematikament għal evalwazzjoni bejn il-pari mwettqa mill-EFSA; billi l-Ombudsman Ewropew, fid-deċiżjoni tagħha tal-2016, stiednet lill-Kummissjoni biex tqis jekk, minn issa 'l quddiem, l-informazzjoni konfermatorja kollha jenħtieġ li ma tkunx sistematikament soġġetta għal evalwazzjoni bejn il-pari mill-EFSA, u jekk id-dokumenti ta' gwida jenħtieġx li jiġu emendati kif meħtieġ;

BQ.

billi, abbażi tar-rapport ta' segwitu mressaq mill-Kummissjoni fi Frar 2018 fir-rigward ta' għaxar sustanzi attivi eżaminati fil-kuntest tal-inkjesta tal-Ombudsman, il-proċedura tad-data konfermatorja wasslet biex żewġ sustanzi attivi, haloxyfop-P u malatijon, li kieku kienu jiġu ristretti, baqgħu fis-suq għal perjodu estiż ta' żmien;

BR.

billi l-lakuni fid-data fil-każ ta' pestiċidi bijoloġiċi ta' riskju baxx iseħħu primarjament minħabba li r-rekwiżiti tad-data huma ddisinjati għal prodotti kimiċi għall-protezzjoni tal-pjanti, u għalhekk mhumiex adattati għal dawk bijoloġiċi ta' riskju baxx;

BS.

billi minkejja r-riskji identifikati mill-EFSA fil-konklużjonijiet tagħha dwar is-sustanzi attivi, il-Kummissjoni spiss tħalli l-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju f'idejn l-Istati Membri, minkejja l-possibbiltà mogħtija lilha li timponihom fil-livell tal-UE, skont ir-Regolament; billi dan l-approċċ ġie kkundannat mill-Ombudsman Ewropew fid-deċiżjoni tagħha fil-Kawża 12/2013/MDC;

BT.

billi huwa xieraq li l-Istati Membri jiddeċiedu dwar miżuri tal-ġestjoni tar-riskju fir-rigward ta' tħassib li huwa speċifiku għas-sitwazzjoni tagħhom;

BU.

billi hemm nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx; billi minn total ta' kważi 500 sustanza li huma disponibbli fis-suq tal-UE, 10 sustanzi biss huma approvati bħala sustanzi attivi b'riskju baxx; billi n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx jagħmel l-implimentazzjoni u l-iżvilupp integrati tal-ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara aktar diffiċli; billi dan in-nuqqas ta' disponibbiltà huwa kkawżat mill-proċess twil ta' evalwazzjoni, awtorizzazzjoni u reġistrazzjoni;

BV.

billi llum, tekniki avvanzati bħall-biedja ta' preċiżjoni u r-robotika jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ preċiż u l-eliminazzjoni ta' ħaxix ħażin jew insetti ta' ħsara fi stadju bikri; billi t-tekniki avvanzati għadhom mhumiex żviluppati biżżejjed fl-Unjoni Ewropea u jirrikjedu l-appoġġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

L-awtorizzazzjoni, mill-Istati Membri, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

BW.

billi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li jiġu vvalutati bir-reqqa skont l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali qabel l-awtorizzazzjoni tagħhom; billi persunal u/jew finanzjament insuffiċjenti jistgħu jirriżultaw f'dipendenza eċċessiva fuq il-valutazzjoni mwettqa għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi fil-kuntest tad-deċiżjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

BX.

billi l-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u b'mod partikolari r-rekwiżiti tad-data għall-valutazzjoni tar-riskju, jenħtieġ li jqisu l-użu reali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

BY.

billi, meta tingħata l-awtorizzazzjoni lil prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jenħtieġ li tibqa' tingħata attenzjoni partikolari għar-riskju għall-“gruppi vulnerabbli”; billi r-Regolament jiddefinixxi gruppi vulnerabbli bħala persuni li għandhom bżonn konsiderazzjoni speċifika meta jiġu vvalutati l-effetti akuti u kroniċi fuq is-saħħa tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; billi dawn jinkludu nisa tqal u li qed ireddgħu, it-trabi fil-ġuf, trabi u tfal, ix-xjuħ, u ħaddiema u residenti soġġetti li jkunu esposti ħafna għall-pestiċidi għal żmien twil;

BZ.

billi l-Artikolu 25 tar-Regolament jirrikjedi li l-aġenti protettivi u s-sinerġizzanti jkunu soġġetti għall-istess proċedura ta' approvazzjoni bħas-sustanzi attivi, għal inklużjoni f'lista pożittiva; billi l-Kummissjoni għadha ma approvat ebda aġent protettiv jew sinerġizzant;

CA.

billi l-Artikolu 27 tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tinkludi, fl-Anness III, lista negattiva ta' koformulanti inaċċettabbli; billi l-Kummissjoni għadha ma adottatx il-lista negattiva ta' koformulanti, iżda ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan sa tmiem l-2018; billi dan id-dewmien mhuwiex aċċettabbli minħabba l-impatt ta' dawn is-sustanzi; billi fin-nuqqas ta' lista bħal din fil-livell tal-Unjoni, ċerti Stati Membri żviluppaw il-listi negattivi tagħhom stess ta' koformulanti;

CB.

billi n-nuqqas ta' dawn il-listi tal-UE jrendi aktar diffiċli valutazzjoni tar-riskju approfondita tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

CC.

billi tqajjem tħassib rigward is-sistema żonali, u b'mod partikolari d-dewmien frekwenti fil-proċedura u r-rievalwazzjonijiet kompluti jew parzjali tal-applikazzjonijiet fil-kuntest tar-rikonoxximent reċiproku, li jirriżultaw mir-rekwiżiti nazzjonali differenti tal-mudelli ta' evalwazzjoni ta' Stati Membri fl-istess żona; billi l-għan tal-proċedura tar-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri kien li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u tiżdied il-fiduċja fost l-Istati Membri; billi l-applikazzjoni tal-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku hija meqjusa bħala għodda importanti biex tiżdied il-kondiviżjoni tax-xogħol u tiġi żgurata l-konformità mal-iskadenzi filwaqt li tiġi garantita l-aqwa protezzjoni, u hija importanti għall-funzjonament tas-suq intern;

CD.

billi l-Kummissjoni qed taħdem fuq sistema tal-IT, is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Applikazzjonijiet għal Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (PPPAMS), li se tkun aċċessibbli għall-pubbliku u se tiffaċilita s-sistema ta' rikonoxximent reċiproku;

CE.

billi attwalment ma hemm ebda stampa ġenerali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kollha li huma awtorizzati fl-UE, billi l-Istati Membri mhumiex obbligati jinfurmaw lill-Kummissjoni sistematikament dwar id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni tagħhom;

CF.

billi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 jirrikjedi t-twettiq ta' studji dwar it-tossiċità fit-tul; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 bħalissa jirrikjedi studji tossikoloġiċi dwar l-esponiment tal-operaturi, il-persuni li jkunu fil-qrib u r-residenti kif ukoll fuq il-ħaddiema, diversi studji dwar it-tossikoloġija fit-tul u kronika għall-annimali, u studji dwar id-destin u l-imġiba fil-ħamrija, fl-ilma u fl-arja, li jinkludu r-rotta u d-degradazzjoni fl-arja u l-ġarr permezz tal-arja, iżda mhux dwar it-tossiċità fit-tul tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

CG.

billi l-Istati Membri qed jaħdmu fuq l-istabbiliment ta' valutazzjoni komparattiva tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma' kandidati ta' sostituzzjoni; billi l-għan huwa li tali prodotti jiġu sostitwiti bi prodotti aktar sikuri għall-protezzjoni tal-pjanti u metodi mhux kimiċi bħal dawk definiti fid-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (29);

CH.

billi r-rapporti riċenti enfasizzaw tnaqqis sinifikanti fil-bijodiversità fir-rigward tal-għasafar u l-insetti, b'mod partikolari n-naħal u dakkara oħra; billi, fl-aħħar 27 sena, ġie osservat tnaqqis ta' aktar minn 75 % fil-bijomassa totali ta' insetti li jtiru f'żoni protetti (30); billi l-intensifikazzjoni agrikola (eż. l-użu tal-pestiċidi, il-ħdim tar-raba' matul is-sena kollha, l-użu akbar tal-fertilizzanti u l-frekwenza tal-miżuri agronomiċi), li ma kinitx inkorporata f'dik l-analiżi, tista' tifforma kawża plawsibbli; billi l-intensifikazzjoni agrikola ġiet assoċjata ma' tnaqqis ġenerali fil-bijodiversità fil-pjanti, l-insetti, l-għasafar u speċijiet oħra; billi l-bijodiversità u l-ekosistemi robusti huma ta' importanza fundamentali, b'mod partikolari n-naħal u insetti oħra li jdakkru, biex jiżguraw settur agrikolu b'saħħtu u sostenibbli;

CI.

billi l-projbizzjoni fuq l-użi kollha ta' barra ta' tliet neonikotinojdi (imidakloprid, klotijanidin u thiamethoxam) hija milqugħa; billi dawn il-projbizzjonijiet jenħtieġ li ma jkunux imdgħajfa b'derogi bla bżonn tal-Artikolu 53;

CJ.

billi prodotti sistemiċi oħra għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li jkunu ristretti kemm jista' jkun, inkluż għat-trattament taż-żerriegħa, jekk joħolqu periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent;

CK.

billi fl-UE qed jiżdiedu l-użu u l-każijiet identifikati ta' awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza mogħtija skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament; billi xi Stati Membri jużaw l-Artikolu 53 sinifikattivament aktar minn oħrajn; billi l-evalwazzjoni reċenti mill-EFSA tal-awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza ta' tliet neonikotinojdi kkonkludiet li, f'xi każijiet, dawk l-awtorizzazzjonijiet kienu f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni, filwaqt li f'każijiet oħra dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati;

CL.

billi d-dewmien sistematiku fil-proċessi ta' awtorizzazzjoni jista' jwassal ukoll għal użu dejjem akbar ta' awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza; billi r-rikors għad-derogi tal-Artikolu 53 għal użi minuri biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet speċjali għajr emerġenzi attwali mhuwiex vijabbli jew xieraq; billi l-EFSA jenħtieġ li tinvestiga l-effett tas-sostituzzjoni kif ukoll id-disponibbiltà ta' metodi mhux kimiċi;

CM.

billi jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għal użi minuri, għaliex bħalissa hemm inċentiv ekonomiku baxx biex il-kumpaniji jiżviluppaw prodotti bħal dawn;

CN.

billi minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament, il-Kummissjoni użat darba biss il-possibbiltà li titlob opinjoni mingħand l-EFSA skont l-Artikolu 53(2);

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Iqis li, għalkemm l-UE għandha waħda mis-sistemi l-aktar strinġenti fid-dinja, jeħtieġ li jittejbu kemm ir-Regolament innifsu kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu biex dan jikseb l-għan tiegħu;

2.

Jieħu nota tal-evalwazzjoni REFIT li għadha għaddejja tal-Kummissjoni tar-Regolament;

3.

Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika indipendenti, oġġettiva u trasparenti tas-sustanzi attivi u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jallokaw biżżejjed riżorsi u għarfien espert xieraq għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi u ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u biex jiżguraw valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa u uniformi tal-kriterji ta' limitu bbażati fuq il-periklu għal sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, jew li għandhom karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fir-rwol tagħhom bħala maniġers tar-riskju biex japplikaw kif xieraq il-prinċipju ta' prekawzjoni meta, wara valutazzjoni tal-informazzjoni disponibbli, tiġi identifikata l-possibbiltà ta' effetti ta' ħsara fuq is-saħħa iżda tippersisti l-inċertezza xjentifika, billi jadottaw miżuri provviżorji għall-ġestjoni tar-riskju neċessarji biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkomunika sistematikament dwar kif dan il-prinċipju ġie kkunsidrat u kif ittieħdet id-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju;

8.

Jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Konsulenza Xjentifika li l-Kummissjoni tiffaċilita diskussjoni usa' fis-soċjetà, sabiex tiġi stabbilita viżjoni kondiviża fl-UE kollha għall-produzzjoni sostenibbli tal-ikel, inkluż ir-rwol tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fil-produzzjoni; jemmen li dawn il-kunsiderazzjonijiet jenħtieġ li jqisu, fost l-oħrajn, il-kwalità, is-sikurezza, id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-ikel għall-konsumaturi, l-introjtu ġust għal, u s-sostenibbiltà fit-tul tal-produzzjoni agrikola, it-tibdil fil-klima, u r-riskji u l-benefiċċji għal żmien qasir u fit-tul għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll għall-ambjent, li huma assoċjati ma' xenarji differenti għall-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi l-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara u xenarju ta' ebda użu;

9.

Iqis li, fis-sistema tal-UE, jenħtieġ li tingħata aktar attenzjoni lill-użu mifrux, u l-użu profilattiku meta mhux xieraq, ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent, kif ukoll għall-bini tar-reżistenza fl-organiżmu fil-mira;

10.

Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2009/128/KE, minħabba r-rabta tagħha mas-sistema ta' awtorizzazzjoni, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet fiha rigward il-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara u t-taħriġ adegwat għall-bdiewa; jirrimarka li x-xogħol li għadu għaddej tal-Parlament dwar din il-kwistjoni jista' jkun li ssir referenza għalih għal aktar dettalji;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw konsistenza fl-iskop bejn l-approvazzjoni ta' sustanzi attivi u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont dan ir-Regolament u l-iskop tad-Direttiva 2009/128/KE;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma japprovawx aktar is-sustanzi attivi jew il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għad-dessikazzjoni;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma jibqgħux jippermettu l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f'żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi vulnerabbli, kif definit fl-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2009/128/KE;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri speċifiċi għall-protezzjoni effettiva ta' gruppi vulnerabbli fir-Regolament, sabiex, mingħajr dewmien jew deroga, ittemm l-applikazzjoni tal-pestiċidi fuq distanzi twal fil-viċinanzi ta' skejjel, servizz ta' childcare, postijiet fejn jilagħbu t-tfal, sptarijiet, sptarijiet tal-maternità u djar tal-kura;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tiżgura li l-istatistiċi tal-bejgħ dwar il-pestiċidi jkunu disponibbli għall-pubbliku għal kull sustanza attiva u għal kull Stat Membru, u li l-istatistiċi dwar l-użu tal-pestiċidi huma mtejba aktar sabiex jipprovdu informazzjoni sħiħa għall-valutazzjoni tar-riskju ambjentali kif ukoll għall-valutazzjoni komparattiva skont ir-Regolament;

16.

Jitlob li tinħoloq sistema effettiva ta' viġilanza wara t-tqegħid fis-suq biex timmonitorja b'mod sistematiku l-impatti fil-ħajja reali tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll fuq l-ambjent fl-intier tiegħu, inkluż fit-tul; jenfasizza li l-viġilanza ta' wara t-tqegħid fis-suq għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li tiżgura l-ġbir u l-komunikazzjoni effettivi tad-data fost il-partijiet ikkonċernati kollha, u tkun trasparenti u aċċessibbli għall-pubbliku; jistieden lill-EFSA u lill-ECHA biex jiżviluppaw linji gwida armonizzati għal viġilanza effettiva ta' wara t-tqegħid fis-suq f'dan il-qasam;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa pjattaforma tal-IT jew bażi ta' data standardizzata għall-UE kollha biex tappoġġja l-kondiviżjoni ta' data ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq, u jqis li d-data ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq u data oħra ta' monitoraġġ li tkun disponibbli jenħtieġ li tintuża fil-proċess tal-awtorizzazzjoni;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tħaffef l-implimentazzjoni tal-proġett pilota “Environmental monitoring of pesticide use through honey bees” (Monitoraġġ ambjentali tal-użu tal-pestiċidi permezz tan-naħal tal-għasel) li, fost oħrajn, se jippermetti l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'termini tal-applikazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju epidemjoloġiku dwar l-impatti fil-ħajja reali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq is-saħħa tal-bniedem;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa u timplimenta aktar approċċi biex tindirizza l-effetti kkombinati tas-sustanzi kimiċi billi tippromwovi valutazzjoni integrata u kkoordinata fil-liġijiet rilevanti kollha tal-UE;

21.

Jilqa' l-proġett tal-EFSA li għadu għaddej biex jiġu mmudellati l-effetti DNT, iżda jqis li dan huwa insuffiċjenti sakemm ma jkunx hemm rekwiżit legali biex is-sustanzi attivi u komponenti pestiċidi oħra jiġu vvalutati għall-effetti DNT bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-alternattivi biex tiżgura li sustanzi attivi u komponenti oħra fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jiġu vvalutati għall-effetti tad-DNT, filwaqt li jitqiesu b'mod sħiħ il-metodi mekkaniċi affidabbli ħielsa mill-użu ta' annimali u ffukati fuq il-bniedem għall-valutazzjoni tal-periklu tad-DNT;

22.

Iqis li huwa essenzjali li r-riċerka u l-innovazzjoni jkomplu jiġu żviluppati fl-Unjoni, u għalhekk jitlob lil Orizzont Ewropa, lil strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu biżżejjed finanzjament biex jippromwovu:

(a)

riċerka indipendenti dwar l-effetti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, l-ambjent u l-produzzjoni agrikola;

(b)

riċerka dwar alternattivi għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi metodi mhux kimiċi, u pestiċidi ta' riskju baxx, bil-ħsieb li tippreżenta lill-bdiewa b'soluzzjonijiet ġodda għal agrikoltura sostenibbli, u riċerka f'tekniki agroekoloġiċi u tal-biedja ta' preċiżjoni bil-ħsieb li timminimizza l-input estern u tottimizza l-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara b'mod immirat u sostenibbli;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-importanza ta' qafas regolatorju li jinkoraġġixxi l-innovazzjoni u r-riċerka sabiex jiġu żviluppati prodotti u alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti aħjar u aktar sikuri;

24.

Ifakkar li l-aċċess għall-protezzjoni tal-pjanti sikur u effiċjenti huwa essenzjali biex il-bdiewa jkunu jistgħu jevitaw li jseħħu b'mod naturali kontaminanti li jinġarru mill-ikel bħall-mikotossini karċinoġeniċi, li jpoġġu s-sikurezza tal-ikel tagħna f'riskju;

25.

Jirrimarka li l-uċuħ tar-raba' u l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima fl-Istati Membri, u b'mod partikolari fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea, huma differenti ħafna u speċifiċi; jitlob li din id-diversità titqies fil-proċessi ta' awtorizzazzjoni;

26.

Jistieden lill-EFSA u lill-Kummissjoni biex itejbu l-komunikazzjoni tagħhom rigward ir-riskju, sabiex jinfurmaw lill-pubbliku b'mod xieraq, li jinftiehem u aċċessibbli faċilment; iqis li huwa importanti li jittejjeb l-għarfien pubbliku dwar il-periklu u r-riskju u dwar il-perikli u r-riskji aċċettabbli u inaċċettabbli, li titqajjem kuxjenza dwar il-livell ta' konformità mal-valuri MRL madwar l-Ewropa u li jiġu infurmati l-utenti dwar il-miżuri possibbli ta' mitigazzjoni tar-riskju;

27.

Jitlob li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipju tat-tliet R;

28.

Jitlob l-applikazzjoni ta' testijiet u teknoloġiji mhux bl-użu tal-annimali fl-ittestjar ta' sustanzi attivi, aġenti protettivi, sinerġisti, koformulanti oħra u formulazzjonijiet ta' prodotti, u għall-valutazzjoni ta' effetti kumulattivi u ta' taħlita ta' sustanzi attivi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kull fejn testijiet u teknoloġiji bħal dawn huma disponibbli;

29.

Jitlob li r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 u (UE) Nru 284/2013 jiġu aġġornati kull meta jkunu disponibbli testijiet u teknoloġiji alternattivi validati;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi għal metodi ta' approċċi ġodda fix-xjenza regolatorja bil-għan li titjieb il-predittività tal-ittestjar regolatorju u jiġi ssostitwit l-użu tal-annimali;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-opportunitajiet biex tirrikjedi l-preżentazzjoni ta' data umana rilevanti, pereżempju data ġġenerata matul il-provi kliniċi li twettqu matul l-ittestjar tal-prodotti mediċinali, għall-bażi tad-data b'aċċess miftuħ prevista fis-sejħa għall-offerti tal-ECHA/EFSA, sabiex id-data umana tkun tista' tintuża biex jiġu vvalidati l-metodoloġiji li ma jsirux fuq l-annimali li qed jiġu żviluppati;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kontrolli effettivi tal-prodotti agrikoli importati minn pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni u kundizzjonijiet ekwi għall-produzzjoni Ewropea tal-ikel;

33.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimpenjaw ruħhom f'aktar sforzi biex iwaqqfu l-kummerċ ta' prodotti illegali għall-protezzjoni tal-pjanti, billi dawn il-prodotti jimminaw l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam;

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi

34.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi li jiġi emendat ir-Regolament sabiex tingħata s-setgħa li tadotta programm ta' ħidma fir-rigward tal-ħatra tal-RMS għal applikazzjonijiet għal approvazzjonijiet, abbażi ta' kriterji għal valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti: għarfien espert, riżorsi, nuqqas ta' kunflitt ta' interess, rilevanza għall-prodott, kapaċità teknika u kapaċità li jinkisbu riżultati xjentifikament robusti u affidabbli fil-qafas ta' żmien mogħti, flimkien ma' proċess komprensiv ta' evalwazzjoni bejn il-pari u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, fuq linji simili għas-sistema għall-approvazzjoni mill-ġdid ta' sustanzi attivi;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni biex talloka l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal tiġdid lil Stat Membru għajr dak li kien inkarigat mill-evalwazzjoni(jiet) preċedenti, dment li jkun jista' jiġi żgurat il-livell ta' għarfien espert u riżorsi meħtieġ;

36.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkunu biss l-Istati Membri li jistgħu jiggarantixxu kwalità għolja fil-valutazzjoni u li għandhom proċeduri effettivi biex jivvalutaw il-kunflitti ta' interess li jistgħu jsiru RMSs;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-EFSA, biex twettaq valutazzjoni tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali assoċjati mal-awtoritajiet kompetenti tal-RMS ikkonċernati, sabiex tiżgura l-istess livell ta' għarfien espert għall-abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni tal-RMS (DAR);

38.

Jistieden ukoll lill-Istati Membri biex iwettqu b'mod responsabbli l-awditjar tal-laboratorji ċċertifikati skont il-GLP, u jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq sistema ta' verifika tal-Unjoni għall-awditi tal-Istati Membri li jkunu mmexxija minnha;

39.

Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari u għalhekk jilqa' l-opportunità biex tittejjeb is-sitwazzjoni attwali f'dan ir-rigward;

40.

Iqis bħala importanti li l-applikanti jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirreġistraw l-istudji regolatorji kollha li se jitwettqu f'reġistru pubbliku, u li jkun hemm perjodu għall-kummenti li matulu l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jipprovdu d-data eżistenti biex jiżguraw li titqies l-informazzjoni rilevanti kollha; jenfasizza li d-dispożizzjonijiet rigward ir-reġistru pubbliku jinkludu wkoll ir-reġistrazzjoni mil-laboratorju ċċertifikat tad-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-istudju, u l-pubblikazzjoni tad-data ta' kontroll, li għandha tiġi inkluża f'reġistru ta' kontrolli storiċi, inkluża l-metodoloġija tat-testijiet li se jitwettqu, filwaqt li jirrispettaw il-protezzjoni tad-data personali; iqis li studji regolatorji li ġew irreġistrati biss jistgħu jiġu ppreżentati ma' applikazzjoni;

41.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-applikanti jintalbu jipprovdu l-istudji kollha lill-RMS, inkluża d-data mhux ipproċessata, u dan f'format li jinqara mill-magni;

42.

Jitlob biex jingħata aċċess pubbliku għall-istudji intieri ta' hawn fuq, inklużi d-data u l-informazzjoni kollha ta' appoġġ relatati mal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, f'format li jista' jinqara mill-magni sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, u b'hekk ikun jista' jsir skrutinju indipendenti f'waqtu filwaqt li tiġi protetta d-data personali u jiġi żgurat li dawk li talbu l-istudji jkunu jistgħu jużawhom biss għal finijiet mhux kummerċjali, sabiex b'hekk jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali rilevanti;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk ikunx xieraq li l-applikant ma jibqax ikun meħtieġ jipprovdi letteratura miftuħa xjentifika, evalwata bejn il-pari, dwar is-sustanza attiva u l-formulazzjonijiet relatati, u minflok dan il-kompitu jiġi assenjat lill-RMS, li għandu jkun assistit mill-EFSA;

44.

Jenfasizza li meta tkun disponibbli, il-letteratura miftuħa xjentifika, evalwata bejn il-pari, jenħtieġ li tingħata l-piż ekwivalenti fil-valutazzjoni bħall-istudji bbażati fuq il-GLP; iqis li t-tnejn huma validi bħala kontributi għall-valutazzjoni u jenħtieġ li jiġu ppeżati skont il-kwalità relattiva tal-istudji u r-rilevanza tagħhom għall-applikazzjoni li qiegħda tiġi kkunsidrata;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk ikunx xieraq li dan ma jibqax aktar jirrikjedi lill-applikant jivvaluta d-data li għandha tingħata bħala parti mill-applikazzjoni, u minflok tassenja dan il-kompitu lill-RMS;

46.

Jitlob rivalutazzjoni indipendenti tar-regoli attwali għall-analiżi tal-letteratura sabiex jiġi żgurat li jitqiesu l-istudji rilevanti kollha;

Abbozz ta' valutazzjoni mill-RMS

47.

Jinsisti li l-RMS jenħtieġ li japplikaw l-Artikolu 9 tar-Regolament b'mod strett, sabiex jiżguraw li l-applikazzjonijiet ikunu kompluti qabel jitqiesu bħala ammissibbli;

48.

Jenfasizza li l-valutazzjoni jenħtieġ li tinkludi evalwazzjoni approfondita tad-data mhux ipproċessata, kif ukoll tad-data relatata mal-formulazzjonijiet tal-prodott finali, kif ikun disponibbli f'dak l-istadju tal-evalwazzjoni; jistieden lill-RMS biex juru b'mod ċar fid-DAR li l-istudji kollha jkunu ġew ivverifikati sew għar-rilevanza, il-kwalità xjentifika u l-validità tagħhom, u jekk ikun meħtieġ jinkludu studji oħra li jkunu tqiesu bħala mhux rilevanti mill-applikant; jinnota li ċ-ċaħda tal-effetti negattivi tar-rapportar tad-data jenħtieġ li tkun ibbażata biss fuq ġustifikazzjoni xjentifika bbażata fuq l-evidenza, pereżempju l-applikazzjoni xierqa ta' dokumenti ta' gwida rilevanti tal-OECD;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif l-aħjar tiżgura li sustanzi attivi jiġu vvalutati abbażi tal-użi l-aktar frekwenti, il-formulazzjonijiet l-aktar użati b'mod frekwenti, id-dożaġġ tagħhom u xenarji rilevanti ta' esponiment;

50.

Jistieden biex il-valutazzjonijiet kollha jkunu bbażati fuq rieżami sistematiku tal-evidenza kollha disponibbli u biex ikun hemm trasparenza sħiħa rigward l-użu tal-“piż tal-evidenza”;

51.

Jirrakkomanda li l-RMS jenħtieġ li jillimita sal-minimu r-riproduzzjoni ta' paragrafi, u li dan isir f'każijiet iġġustifikati u rrapportati b'mod xieraq biss; jinsisti li, sakemm il-valutazzjoni tibqa' ssir mill-applikant, jekk jiġu kkwotati siltiet mid-dossier tal-applikant, jenħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn il-valutazzjoni tal-awtorità u l-valutazzjoni tal-applikant;

L-opinjoni tal-EFSA dwar l-abbozz ta' rapporti ta' valutazzjoni u l-klassifikazzjoni mill-ECHA ta' sustanzi attivi

52.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li fil-valutazzjoni tar-riskju jiġu inklużi testijiet ewlenin (eż. testijiet ekotossikoloġiċi aġġornati għall-organiżmi tal-ħamrija, valutazzjoni tal-konċentrazzjoni ambjentali u r-residwi fit-trab, fir-riħ, fl-arja u fl-ilma, u testijiet li jindirizzaw l-effetti tossiċi fit-tul, b'mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli) u żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi aġġornati fil-metodi;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna kif xieraq l-idea ġenerali tagħha fuq dokumenti ta' gwida u linji gwida għall-ittestjar aġġornati;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u ssaħħaħ l-ikkompletar tal-proċess tal-armonizzazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti u l-metodoloġiji tad-data, b'mod partikolari fil-qasam tad-dokumenti ta' gwida dwar l-ekotossikoloġija u d-destin u l-imġiba ambjentali;

55.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi livelli massimi ta' residwu għall-ħamrija u għall-ilma tal-wiċċ, fost l-oħrajn bl-użu tad-data miġbura permezz ta' monitoraġġ ambjentali wara t-tqegħid fis-suq;

56.

Jitlob l-istabbiliment aktar mgħaġġel u aktar effiċjenti tal-MRLs għall-ikel u l-għalf, u li tiġi żgurata koerenza akbar permezz tal-armonizzazzjoni tal-iskadenzi tal-valutazzjoni bejn l-MRLs u l-approvazzjoni jew it-tiġdid tal-approvazzjoni;

57.

Jitlob biex id-data miġbura permezz tal-monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq tintuża biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-Konċentrazzjonijiet Ambjentali Previsti (PEC) fil-mudelli tad-destin ambjentali;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-emendar tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 biex jiġu inklużi rekwiżiti tad-data rigward it-tossiċità fit-tul tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u rotot oħra ta' esponiment, b'mod partikolari permezz tal-erożjoni tal-ħamrija kkawżata mir-riħ u l-ilma, bl-użu ta' mmudellar aġġornat;

59.

Jistieden lill-EFSA biex taġġorna b'mod regolari d-dokumenti ta' gwida tagħha f'konformità mal-iżviluppi l-aktar reċenti fl-oqsma rilevanti kollha, bil-ħsieb li jiġu vvalutati l-effetti fil-qosor u fit-tul tal-livelli ta' residwi ta' sustanzi attivi, formulazzjonijiet u taħlitiet fl-ilmijiet tal-wiċċ, fil-ħamrija, fir-riħ u fit-trab;

60.

Iqis li d-dokumenti ta' gwida jenħtieġ li jipprovdu orjentazzjonijiet ċari biżżejjed għall-evalwaturi tar-riskju biex jiggarantixxu valutazzjoni ta' kwalità għolja u jiżguraw il-prevedibbiltà u l-konsistenza għall-applikanti;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (Kumitat PAFF), biex jadottaw mingħajr dewmien kwalunkwe gwida pendenti, inkluża l-gwida aġġornata dwar in-naħal li ntużat mill-EFSA fir-rieżami reċenti tagħha ta' tliet neonikotinojdi;

62.

Jistieden lill-EFSA biex tkompli taġġorna l-gwida dwar in-naħal b'mod indipendenti mill-adozzjoni tal-gwida pendenti sabiex jitqiesu speċijiet ta' dakkara oħrajn kif ukoll l-effetti tat-taħlita u l-fattibbiltà teknika;

63.

Jilqa' l-valutazzjoni pilota dwar l-effetti kumulattivi, u jitlob l-ikkompletar tagħha sa tmiem l-2018, kif ippjanat, u għall-implimentazzjoni rapida sussegwenti tal-valutazzjonijiet tar-riskju kumulattiv bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni; jitlob biex tiġi pprijoritizzata u aċċellerata r-riċerka b'relazzjoni ma' rotot oħra ta' esponiment għajr is-sistema nervuża u s-sistema tat-tirojde;

64.

Jistieden lill-EFSA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex japplikaw fattur ta' sikurezza żejjed meta jikkalkulaw id-dożi “sikuri” ta' esponiment, bil-ħsieb li jindirizzaw it-tossiċità potenzjali tat-taħlita f'każijiet ta' inċertezza kbira li tibqa' li ma tistax titnaqqas permezz ta' testijiet addizzjonali tat-taħlitiet;

65.

Jistieden lill-EFSA u lill-ECHA biex jagħmlu l-informazzjoni pprovduta fuq is-siti web tagħhom aktar faċli għall-utent u biex jiffaċilitaw l-estrazzjoni tad-data;

66.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li dawn huma rrappreżentati kif xieraq fl-EFSA minn esperti nazzjonali indipendenti; jirrakkomanda li l-Istati Membri jinvolvu ruħhom mal-EFSA b'modi kostruttivi;

67.

Jirrakkomanda li jiġu assigurati l-għarfien u l-kapaċità xjentifiċi billi jiġi appoġġat, estiż u msaħħaħ in-netwerk tal-esperti tal-aġenziji tal-UE, il-korpi tal-Istati Membri, l-istituti u l-gruppi universitarji ta' riċerka involuti fil-valutazzjonijiet tar-riskju;

68.

Jirrakkomanda wkoll kooperazzjoni ma' esperti internazzjonali fin-netwerks xjentifiċi internazzjonali, biex jiġu appoġġati d-diskussjoni u l-input xjentifiċi sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali tas-sistema ta' evalwazzjoni bejn il-pari, li twassal għal riżultati ta' kwalità li jkunu rikonoxxuti fil-livell internazzjonali;

69.

Jirrakkomanda li l-EFSA tippubblika l-opinjonijiet tagħha f'ġurnali soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari, sabiex tintensifika diskussjonijiet kostruttivi u tinċentivizza u tħeġġeġ lil aktar esperti nazzjonali u xjenzjati oħra biex jipparteċipaw f'xogħolha;

70.

Jitlob biex l-EFSA u l-ECHA jiġu allokati biżżejjed fondi sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod indipendenti, oġġettiv u trasparenti, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll tal-ambjent, u wkoll fid-dawl tal-ammont ta' xogħol addizzjonali antiċipat għal dawk l-aġenziji;

71.

Jenfasizza li l-kredibbiltà tas-sistema ta' awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti tiddependi ħafna fuq il-fiduċja pubblika fl-aġenziji Ewropej; jissottolinja li huwa importanti li jkun hemm trasparenza fil-proċess ta' valutazzjoni xjentifika biex ma tintilifx il-fiduċja tal-pubbliku; jilqa' wkoll l-isforzi kontinwi tal-EFSA biex ittejjeb is-sistema u l-aktar aġġornament riċenti tal-politika ta' indipendenza tagħha f'Ġunju 2017, bil-ħsieb li tiżgura l-indipendenza u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess potenzjali;

72.

Jistieden lill-EFSA tiżgura li l-esperti kollha li jipparteċipaw fil-valutazzjoni jagħmlu dikjarazzjoni ta' interess li tkun disponibbli għall-pubbliku u sabiex il-parteċipazzjoni ta' esperti li jkollhom kunflitti ta' interess tiġi eskluża mill-istadji kollha tal-proċess tal-evalwazzjoni bejn il-pari;

73.

Jipproponi t-twaqqif ta' kumitat ta' monitoraġġ indipendenti fi ħdan l-EFSA, inkarigati li janalizzaw kunflitti ta' interess potenzjali;

74.

Jitlob biex jiġu allokati riżorsi adegwati biex ikunu jistgħu jiġu ffinalizzati monitoraġġ u analiżi tal-pajsaġġ wara t-tqegħid fis-suq, inkluż monitoraġġ tar-residwi ta' pestiċidi fil-ħamrija u t-trab, li r-riżultati tagħhom jenħtieġ li jiġu kondiviżi mal-EFSA;

75.

Jistieden lill-EFSA tiżgura li jkollha l-għarfien espert meħtieġ sabiex tivvaluta b'mod sħiħ id-disponibbiltà u l-applikazzjoni ta' metodi mhux kimiċi;

76.

Jistieden lill-Mekkaniżmu ta' Konsulenza Xjentifika tal-Kummissjoni biex jaġixxi, fuq talba, bħala medjatur f'kontroversji xjentifiċi li jikkonċernaw is-sustanzi attivi;

77.

Jistieden lill-Mekkaniżmu ta' Konsulenza Xjentifika biex jibda rieżami sistematiku tal-istudji disponibbli kollha li jikkonċernaw il-karċinoġeniċità tal-glifosat u tal-formulazzjonijiet ibbażati fuq il-glifosat bil-għan li jiġi vvalutat jekk ikunx iġġustifikat li tiġi riveduta l-approvazzjoni tal-glifosat skont l-Artikolu 21 tar-Regolament;

Approvazzjoni mill-Kummissjoni tas-sustanzi attivi

78.

Jiddispjaċih ħafna dwar id-diversi każijiet ta' dewmien fil-livell tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni qabel u wara l-evalwazzjoni bejn il-pari mill-EFSA, b'mod partikolari d-dewmien fil-valutazzjoni tas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji ta' limitu, u jħeġġeġ lill-RMSs u lill-Kummissjoni biex jilħqu l-iskadenzi tagħhom kif stipulat fir-Regolament;

79.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont politiku għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni bl-użu tal-proċedura ta' kumitat; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' trasparenza fil-Kumitat PAFF; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu t-trasparenza globali tal-proċeduri, inkluż billi jiġu pprovduti minuti dettaljati dwar id-diskussjonijiet tal-komitoloġija u l-pożizzjonijiet rilevanti, b'mod partikolari billi jiġu spjegati u ġġustifikati d-deċiżjonijiet tal-Kumitat PAFF u billi jagħmlu pubbliċi l-voti tal-Istati Membri;

80.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japprovaw politika ta' indipendenza u jiżguraw li l-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma jkollhomx kunflitti ta' interess;

81.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex japplikaw b'mod strett l-Artikolu 4 tar-Regolament u jadottaw kriterji ċari bbażati xjentifikament għal dak li jikkostitwixxi effetti inaċċettabbli fuq l-ambjent, filwaqt li jitqies l-esponiment fil-ħajja reali (akut u kroniku) għal prodotti multipli għall-protezzjoni tal-pjanti;

82.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tillimita b'mod strett l-użu tal-proċedura ta' data konfermatorja għall-iskop tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 6(f) tar-Regolament, jiġifieri fejn jiġu stabbiliti rekwiżiti ġodda matul il-proċess ta' evalwazzjoni jew b'riżultat ta' għarfien xjentifiku u tekniku ġdid; iqis li l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u l-ambjent jridu jieħdu l-ogħla prijorità, filwaqt li fl-istess ħin l-applikanti jeħtiġilhom li jkunu pprovduti bi skedi ta' żmien affidabbli għall-awtorizzazzjoni; jenfasizza li dossiers kompluti huma essenzjali għall-approvazzjonijiet ta' sustanzi attivi; jiddispjaċih li l-proċedura ta' deroga permezz ta' data konfermatorja wasslet biex tal-anqas żewġ sustanzi attivi li kieku kienu jiġu ristretti baqgħu fis-suq għal perjodu ta' żmien estiż;

83.

Jistieden lill-Kummissjoni biex temenda d-dokument ta' gwida rilevanti sabiex id-data konfermatorja tkun sistematikament soġġetta għal evalwazzjoni bejn il-pari sħiħa mwettqa mill-EFSA, bħalma huwa l-każ tad-data oriġinali mill-applikazzjoni;

84.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju legalment vinkolanti fl-approvazzjoni ta' sustanzi attivi, sabiex jiġu indirizzati r-riskji magħrufa ppreżentati mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li jiġu appoġġjati l-Istati Membri biex jidentifikaw miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju rilevanti għas-sitwazzjoni speċifika tal-pajjiż tagħhom, billi jitqiesu l-kundizzjonijiet agronomiċi, klimatiċi u ambjentali fit-territorji tagħhom;

85.

Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq jivvaluta l-effettività u l-effiċjenza tal-miżuri ta' mitigazzjoni implimentati;

86.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-applikazzjoni sħiħa tal-Artikolu 25 tar-Regolament sabiex l-aġenti protettivi u s-sinerġizzanti jkunu jistgħu jintużaw biss wara li jiġu approvati; jenfasizza li r-rekwiżiti tad-data għall-approvazzjoni tal-aġenti protettivi u s-sinerġizzanti jenħtieġ li jkunu l-istess bħal dawk meħtieġa għal sustanzi attivi, u jitlob l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament;

87.

Jistieden lill-Kummissjoni biex sa tmiem l-2018 tadotta l-ewwel lista negattiva ta' koformulanti, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament, flimkien ma' kriterji u proċedura biex jiġu identifikati oħrajn; jitlob, għal dan il-għan, biex matul il-formulazzjoni tal-listi negattivi ta' koformulanti tal-Istati Membri, tiġi integrata d-data meħtieġa skont REACH, ir-Regolament CLP u r-Regolament dwar il-Bijoċidi, kif ukoll id-data miġbura mill-Istati Membri;

88.

Jistieden lill-Kummissjoni, skont ir-riżoluzzjoni tagħha tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika u r-riżoluzzjoni tagħha tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament, biex tippreżenta proposta leġiżlattiva speċifika biex temenda r-Regolament barra mill-proċedura REFIT li għadha għaddejja, bil-ħsieb li tippermetti proċess rigoruż ta' kwalità għolja ta' evalwazzjoni, awtorizzazzjoni u reġistrazzjoni;

89.

Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza billi tistabbilixxi paġna web li turi l-iskeda u l-istadji tal-approvazzjoni ta' kull sustanza attiva, billi tindika d-deċiżjonijiet tal-RMS, l-EFSA u l-ECHA, id-deċiżjonijiet tal-Kumitat PAFF, it-tul tal-liċenzja u dettalji rilevanti oħra;

L-awtorizzazzjoni, mill-Istati Membri, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

90.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni approfondita tas-sistema żonali, bil-ħsieb li jiġi vvalutat kif tista' tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika armonizzata u xierqa tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li jiġu salvagwardjati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-awtorizzazzjoni, ir-restrizzjoni jew ir-rifjut tagħhom, u biex tirrevedi l-limitazzjonijiet għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni;

91.

Jikkunsidra l-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku bħala essenzjali biex il-piż tax-xogħol jinqasam u jkun aktar faċli biex l-iskadenzi jiġu rispettati; jiddispjaċih għad-dewmien fil-valutazzjonijiet mill-Istati Membri biex jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u l-problemi ta' implimentazzjoni assoċjati mal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex jittejjeb il-funzjonament tas-sistema żonali; jissottolinja li l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti jenħtieġ li jkollha l-għan li tevita xogħol doppju u li tagħmel sustanzi ġodda disponibbli lill-bdiewa mingħajr dewmien żejjed;

92.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jilħqu l-iskadenzi għall-evalwazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u d-dispożizzjonijiet relatati mar-rikonoxximent reċiproku, kif stabbilit fir-Regolament;

93.

Jistieden lill-EFSA tistabbilixxi linji gwida armonizzati għall-valutazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u biex il-Kummissjoni mbagħad tadottahom;

94.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kollha jkunu soġġetti għal valutazzjonijiet xierqa, inklużi xenarji ta' esponiment, abbażi tad-data miksuba għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti nnifsu, u jqis li l-estrapolazzjoni tad-data dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li ma ssirx minn data miksuba dwar is-sustanzi attivi, sakemm dan ma jkunx xjentifikament iġġustifikat u kkonfermat bħala affidabbli mill-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq;

95.

Jistieden lill-Kummissjoni biex fi żmien sentejn tissottometti rapport dettaljat lill-Parlament dwar il-prattiki nazzjonali tal-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

96.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti tkun ibbażata fuq valutazzjoni xierqa tar-riskju tal-esponiment fil-ħajja reali, akut u kroniku, ta' gruppi vulnerabbli, u biex il-Gwida tal-EFSA korrispondenti tiġi emendata kif xieraq;

97.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-applikanti jirrikjedu jipprovdu l-istudji kollha lill-Istat Membru li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, inkluża d-data mhux ipproċessata, u dan f'format li jinqara mill-magni;

98.

Jitlob biex jingħata aċċess pubbliku għall-istudji intieri ta' hawn fuq, inklużi d-data u l-informazzjoni kollha ta' appoġġ relatati mal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, f'format li jista' jinqara mill-magni sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, u b'hekk ikun jista' jsir skrutinju indipendenti f'waqtu filwaqt li tiġi protetta d-data personali u jiġi żgurat li dawk li talbu l-istudji jkunu jistgħu jużawhom biss għal finijiet mhux kummerċjali, sabiex b'hekk jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali rilevanti;

99.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk ikunx xieraq li l-EFSA ssir responsabbli għall-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li jsostni li d-deċiżjoni attwali dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li tittieħed fil-livell nazzjonali, sabiex tqis is-sitwazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

100.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-effiċjenza permezz ta' koordinazzjoni żonali u interżonali akbar, sabiex il-volum tax-xogħol jinqasam aħjar u jsir l-aħjar użu mir-riżorsi ta' kull Stat Membru, kif ukoll biex jagħtu d-derogi taħt l-Artikolu 53 tar-Regolament biss meta jkun hemm konformità stretta mar-rekwiżiti eżistenti;

101.

Iqis li s-sistema ta' rikonoxximent reċiproku interżonali trid titjieb;

102.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw aħjar il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni fil-livell nazzjonali sabiex jiġu limitati d-derogi u l-estensjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 53 tar-Regolament f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza reali; jistieden lill-Istati Membri biex japplikaw b'mod strett l-Artikolu 53 tar-Regolament, biex jaċċettaw u jeżaminaw biss applikazzjonijiet kompluti għad-derogi, u biex jippreżentaw biss notifiki kompluti tad-derogi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra;

103.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża bis-sħiħ id-drittijiet ta' kontroll tagħha skont l-Artikolu 53(2) u (3), sabiex tillimita d-derogi u l-estensjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 53 għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza ġġustifikati;

104.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ssir konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati rilevanti qabel l-għoti ta' kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' emerġenza skont l-Artikolu 53, mingħajr ma jinħoloq dewmien bla bżonn fl-għoti ta' awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza u filwaqt li jiġi żgurat li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jiġu infurmati fil-ħin jekk l-awtorizzazzjoni ta' emerġenza ngħatatx jew ġietx miċħuda;

105.

Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jippubblikaw il-formoli ta' applikazzjoni mimlija li jirċievu li jitolbu awtorizzazzjoni ta' emerġenza skont l-Artikolu 53, irrispettivament minn jekk tingħatax l-awtorizzazzjoni;

106.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza metodi biex tiddetermina meta jenħtieġ li jiġu applikati ċerti derogi, jekk huwa l-każ, b'mod partikolari fir-rigward ta' “esponiment negliġibbli” jew “ħsara serja għas-saħħa tal-pjanti”;

107.

Jistieden lill-Istati Membri biex jinfurmaw lil xulxin, lill-Kummissjoni u lill-pubbliku rigward l-awtorizzazzjoni u l-irtirar tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll dwar miżuri ta' mitigazzjoni, sabiex tiġi żgurata stampa ġenerali, madwar l-UE kollha, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq u tal-ġestjoni tar-riskju relatata magħhom;

108.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-iskambju tad-data tagħhom dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti aktar sikuri li jkunu jistgħu jieħdu post prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom kandidati ta' sostituzzjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni komparattiva tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

109.

Jinnota li r-riċerka dwar l-użu tar-ram f'żoni fejn jintuża bħala parti minn prattika li ilha teżisti turi li hemm effetti fuq il-mikrobijoloġija tal-ħamrija; jaqbel li r-ram jenħtieġ li jitqies bħala materjal tranżitorju użat għal skopijiet ta' protezzjoni tal-pjanti u li l-użu tiegħu jenħtieġ li jitneħħa gradwalment hekk kif alternattivi aħjar isiru disponibbli;

110.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-iżvilupp u l-użu ta' alternattivi sostenibbli u ekoloġiċi għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, miżuri integrati għall-ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara u pestiċidi b'riskju baxx, bħala miżura importanti biex jitnaqqsu l-impatti avversi tal-ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar riċerka u żvilupp rigward dawn il-prodotti; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tivvaluta l-għażliet biex tistimula l-innovazzjoni f'dan il-qasam;

111.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi li r-Regolament jiġi emendat b'tali mod li l-użu, iżda wkoll it-tqegħid fis-suq, ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx ikun aktar faċli għall-operaturi fil-livell proċedurali; iqis li hija meħtieġa kjarifika, b'mod partikolari, rigward it-tqegħid fis-suq ta' sustanzi bażiċi;

112.

Jitlob aċċess trasparenti u ġust għal sustanzi attivi għall-formulaturi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fis-settur tal-SMEs;

113.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi tal-impatt tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni attwali li tirregola l-awtorizzazzjoni u l-kummerċ ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti bijoċidali f'termini ta' riżorsi umani u kapaċitajiet ekonomiċi disponibbli għall-produtturi tal-SMEs, u kull meta jsiru bidliet fir-regolamenti eżistenti; jenfasizza li r-riżultati ta' tali analiżi jridu jkunu disponibbli għall-konsultazzjoni pubblika;

114.

Jitlob definizzjoni armonizzata ta' “użu minuri” sabiex jiġu promossi kundizzjonijiet ekwi, u jirrakkomanda l-ħolqien ta' lista unika tal-UE tal-għelejjel maġġuri;

115.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-EFSA u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż il-pubbliku, jiġu inklużi fi kwalunkwe attività tal-partijiet ikkonċernati dwar il-pestiċidi, kif previst fid-Direttiva 2003/35/KE u fil-Konvenzjoni ta' Aarhus;

116.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li r-rekwiżiti fir-Regolament għall-prijoritizzazzjoni ta' metodi mhux kimiċi jiġu implimentati kif xieraq;

o

o o

117.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU C 463, 21.12.2018, p. 73.

(2)  Kif stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).

(3)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.

(7)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(8)  ĠU L 155, 11.6.2011, p. 127.

(9)  ĠU L 93, 3.4.2013, p. 1.

(10)  ĠU L 93, 3.4.2013, p. 85.

(11)  ĠU L 173, 30.6.2016, p. 52.

(12)  ĠU L 208, 2.8.2016, p. 1.

(13)  ĠU L 333, 15.12.2017, p. 10.

(14)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 102.

(15)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 117.

(16)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 184.

(17)  ĠU C 86, 6.3.2018, p. 62.

(18)  ĠU C 86, 6.3.2018, p. 51.

(19)  Testi adottati, P8_TA(2018)0356.

(20)  Sentenza tal-Qorti (il-Ħames Awla) tat-23 ta' Novembru 2016, Bayer CropScience SA-NV, Stichting De BijenstichtingCollege voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, C-442/14, ECLI:EU:C:2016:890.

(21)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2015; 13(11):4302.

(22)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2017; 15(9):4979.

(23)  https://ec.europa.eu/research/sam/pdf/sam_ppp_report.pdf

(24)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33.

(25)  Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid].

(26)  Ara l-Kawża T-235/15, Pari Pharma GmbHEuropean Medicines Agency; ara wkoll il-Kawża T-729/15, MSD Animal Health Innovation GmbH and Intervet International BVEuropean Medicines Agency, u l-Kawża T-718/15, PTC Therapeutics International LtdEuropean Medicines Agency.

(27)  ĠU C 95, 3.4.2013, p. 1.

(28)  https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5348

(29)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

(30)  Ara Hallmann, C.A., Sorg, M., Jongejans, E., Siepel, H., Hofland, N., Schwan, H., et al. (2017) “More than 75 percent decline over 27 years in total flying insect biomass in protected areas” (Tnaqqis ta' aktar minn 75 fil-mija fuq 27 sena fil-bijomassa totali tal-insetti li jtiru f'żoni protetti). PLoS ONE 12(10): e0185809. https://doi.org/10.1371/journal.pone.0185809


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/68


P8_TA(2019)0025

Rapport ta' implimentazzjoni dwar il-pilastru kummerċjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Amerika Ċentrali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Kummerċjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Amerika Ċentrali (2018/2106(INI))

(2020/C 411/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Parti IV dwar il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa (2), u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, kif ukoll ir-Rapport Interim li jakkumpanjaha (3),

wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2015, tat-18 ta' Frar 2016 u tal-5 ta' April 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Parti IV tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE-Amerika Ċentrali (COM(2015)0131, COM(2016)0073 u COM(2017)0160 rispettivament),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Mejju 2018 dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (4) u d-Dikjarazzjoni f'isem l-UE mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa tat-2 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana dwar il-governanza tal-globalizzazzjoni u dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva fl-UE u fil-pajjiżi tal-Amerika Latina u tal-Karibew (LAC), it-tnejn li huma adottati fi Vjenna fl-20 ta' Settembru 2018,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2017 intitolat “Implimentazzjoni ta' Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016” (SWD(2017)0364),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Frar 2018 dwar “Kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli (TSD) fi Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles tal-UE (FTA)” (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni (6), u tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar l-isfruttar tal-globalizzazzjoni: aspetti kummerċjali (7),

wara li kkunsidra r-rapport tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar ir-raba' laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni;

wara li kkunsidra r-rapport tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tar-Raba' Laqgħa tal-Bord tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tat-13 ta' Ġunju 2018, dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Amerika Ċentrali u l-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra s-sommarju tad-diskussjoni li saret matul il-laqgħa konġunta tal-Gruppi Konsultattivi tas-Soċjetà Ċivili Ewropea u tal-Amerika Ċentrali fis-16 ta' Ġunju 2016 (9),

wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ pubbliċi li ġew organizzati fil-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) fl-20 ta' Ġunju 2018, fil-15 ta' Marzu 2016 u fis-27 ta' Marzu 2012,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill Ewropew u lill- Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (10),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kummerċ u l-Għoti tas-Setgħa Ekonomika lin-Nisa fl-Okkażjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Buenos Aires f'Diċembru 2017,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) ta', u l-Anness 3 għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0459/2018),

A.

billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (minn hawn' il quddiem “il-Ftehim”) bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali kien l-ewwel ftehim ta' assoċjazzjoni bejn reġjun u ieħor konkluż mill-UE; billi huwa bbażat fuq tliet pilastri komplementari, jiġifieri d-djalogu politiku, il-kooperazzjoni, u l-kummerċ; billi l-pilastru kummerċjali tal-Ftehim (Parti IV) kien pjuttost wiesa' u ambizzjuż meta ġie negozjat, iżda b'mod retrospettiv huwa nieqes minn dispożizzjonijiet aġġornati dwar, fost l-oħrajn, il-ġeneri u l-kummerċ, il-kummerċ diġitali u l-kummerċ elettroniku, l-akkwist pubbliku, l-investiment, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni jew l-impriżi żgħar u ta’daqs medju (SMEs);

B.

billi l-pilastru tal-kummerċ tal-Ftehim ġie applikat b'mod proviżorju għal ħames snin: sa mill-1 ta' Awwissu 2013 mal-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama, sa mill-1 ta' Ottubru 2013 mal-Costa Rica u mal-El Salvador, u sa mill-1 ta' Diċembru 2013 mal-Gwatemala;

C.

billi l-pilastri tad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni għadhom ma ġewx applikati peress li mhux l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Ftehim; billi n-nuqqas ta' applikazzjoni ta' dawn iż-żewġ pilastri joħloq żbilanċ bejn il-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ u l-kwistjonijiet politiċi, b'mod partikolari l-valuri ewlenin tal-UE, bħall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem;

D.

billi l-Amerika Ċentrali tirrappreżenta suq relattivament żgħir bi kważi 43 miljun abitant u tammonta għal 0,25 % tal-PDG globali;

E.

billi f'dawn l-aħħar 15-il sena l-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali kienu aktar miftuħa għall-kummerċ minn pajjiżi oħra bl-istess livell ta' dħul; billi, madankollu, l-importazzjonijiet għadhom is-sors ewlieni tal-kummerċ ma' pajjiżi oħra;

F.

billi l-aktar suq importanti għall-Amerika Ċentrali huwa r-reġjun innifsu, billi s-Suq Komuni tal-Amerika Ċentrali huwa t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi fir-reġjun, u jirrappreżenta 26 % tal-esportazzjonijiet kollha;

G.

billi l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE hija prijorità ewlenija għall-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni sabiex jimmonitorjaw, jivvalutaw u jikkalibraw il-Politika Kummerċjali Komuni (PKK) tal-UE; billi r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim mal-Amerika Ċentrali huwa kontribut f'waqtu u utli għar-riflessjoni dwar il-modernizzazzjoni possibbli tiegħu;

H.

billi issa hemm biżżejjed esperjenza, data u informazzjoni statistika biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-pilastru kummerċjali tal-Ftehim; billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament adottata fil-11 ta' Diċembru 2012 b'mod parallel mal-kunsens tiegħu għall-Ftehim ddeskrivew fil-qosor l-għanijiet għall-pilastru kummerċjali, u kienu jinkludu suġġerimenti dwar is-segwitu matul l-implimentazzjoni tiegħu (11) li huma rilevanti għall-analiżi li għadha għaddejja;

I.

billi l-Opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Mejju 2017 (12) ikkonfermat li l-PKK hija politika bbażata fuq il-valuri u li l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli tikkostitwixxi parti integrali mill-PKK;

J.

billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'diversi pajjiżi tal-Amerika Ċentrali hija inkwetanti;

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin

1.

Huwa tal-fehma li l-Ftehim jipprova jilħaq wieħed mill-għanijiet inizjali ewlenin tiegħu peress li għandu l-għan li jsaħħaħ il-proċess ta' integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali bl-appoġġ tal-istituzzjonijiet intrareġjonali, il-kooperazzjoni u d-djalogi, li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tal-Aġenda 2030 universali tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli u, taħt il-qafas tal-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tal-komplementarjetà tas-setturi produttivi tagħhom, tal-iffaċilitar tal-iskambji transkonfinali ġusti u t-trawwim tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli reġjonali; itenni li l-Ftehim jikkontribwixxi għall-ikkonsolidar tad-dimensjoni strateġika usa' tas-sħubija bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew (ALK); iqis li huwa essenzjali li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ sħiħ tal-Ftehim, li għadu qed jistenna ratifikazzjoni interna minn xi Stati Membri tal-UE (13), kif ukoll li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u adegwata tad-dispożizzjonijiet kollha tal-pilastru tal-kummerċ miż-żewġ partijiet;

2.

Ifakkar fl-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bireġjonali bil-għan li tiġi ppreservata u msaħħa s-sistema kummerċjali multilaterali, bħala pilastru essenzjali biex jintlaħqu l-SDGs u biex tiġi ggarantita governanza ekonomika bbażata fuq ir-regoli, li tiżgura kummerċ aktar ġust, aktar inklużiv u aktar sostenibbli; ifakkar, b'mod partikolari, fl-appoġġ tiegħu għad-WTO, filwaqt li jenfasizza r-rwol tiegħu fil-ħolqien ta' stabbiltà ekonomika u fl-appoġġ għat-tkabbir u l-iżvilupp, u jistieden lill-partijiet jużaw id-djalogu promoss permezz tal-Ftehim biex jidentifikaw u jiżviluppaw strateġiji konġunti diretti lejn il-modernizzazzjoni meħtieġa tad-WTO;

3.

Jissottolinja li r-reġjun tal-Amerika Ċentrali huwa wieħed mir-reġjuni l-aktar milquta mit-tibdil fil-klima u mid-diżastri naturali, u għalhekk iħeġġeġ li ssir investigazzjoni bir-reqqa dwar ir-relazzjoni bejn it-tibdil fl-użu tal-art minħabba l-liberalizzazzjoni tal-investiment u l-aċċess għas-sjieda, u l-espansjoni tal-monokulturi, fi protezzjoni u aċċess għar-riżorsi tal-ilma u tal-ilma ħelu u l-ħtieġa li jinżammu u/jew jiġu żviluppati l-utilitajiet pubbliċi rispettivi, u l-kooperazzjoni fl-iżvilupp ta' sistemi tat-trasport pubbliku u tal-enerġija li ma joħolqux tniġġis;

4.

Jenfasizza li l-Ftehim jiddependi fuq relazzjoni korretta u prevedibbli bbażata fuq ir-regoli li tippromwovi ambjent ekonomiku aktar sikur bejn is-sħab kummerċjali li jinbena fuq il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards tax-xogħol u tal-istandards ambjentali filwaqt li jinżamm l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, u jissottolinja l-ħtieġa li jiġu stabbiliti miżuri effettivi kontra l-korruzzjoni; iqis li din il-prevedibbiltà trawwem it-tkabbir ekonomiku, l-iskambju ta' oġġetti, il-forniment ta' servizzi, il-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku u l-attrazzjoni għal investiment, l-impjieg ta' kwalità, u kundizzjonijiet ta' ħidma u standards ta' għajxien imtejba, anke jekk il-flussi mhux dejjem jevolvu b'mod lineari;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni twassal rapporti annwali aġġornati u komprensivi dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim, kif mitlub fir-regolamenti ta' implimentazzjoni rilevanti; huwa tal-fehma li l-informazzjoni inkluża fir-Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-FTAs mhijiex suffiċjenti (SWD(2017)0364); jinnota li d-data dwar l-importazzjonijiet mill-Amerika Ċentrali tvarja ħafna, peress li l-esportazzjonijiet jikkonċentraw fuq il-prodotti bażiċi, li l-prezzijiet tagħhom huma bbażati fuq is-suq dinji, jew fuq partijiet ta' prodotti f'katini ta' valur mondjali; iħeġġeġ bil-qawwa lill-partijiet, bil-għan li jivvalutaw b'mod adegwat l-implimentazzjoni tal-Ftehim, jieħdu miżuri xierqa biex itejbu l-ġbir u l-forniment ta' data statistika regolari, aġġornata, komparabbli u affidabbli dwar is-setturi rilevanti, inkluż dwar il-kummerċ ta' prodotti u servizzi, l-investiment u t-tibdil fil-klima, kif ukoll dwar il-grad ta' konsolidazzjoni tal-attivitajiet tal-SMEs, u biex iwettqu evalwazzjonijiet abbażi ta' data diżaggregata skont il-ġeneri; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet, barra minn hekk, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta' standards maqbula internazzjonalment għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, kif ukoll l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni ħalli taġġorna u toħloq metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tagħha b'mod aktar koerenti;

6.

Jilqa' bi pjaċir il-fatt li, b'mod ġenerali, il-flussi kummerċjali bejn il-partijiet kienu reżiljenti, minkejja kuntest ekonomiku internazzjonali sfavorevoli; jieħu nota li: l-esportazzjonijiet tal-UE żdiedu bi 22 %, filwaqt li l-importazzjonijiet minn ħames pajjiżi tal-Amerika Ċentrali żdiedu bi 18,3 %, li l-Costa Rica hija d-destinazzjoni prinċipali tal-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Amerika Ċentrali, segwita mill-Panama u l-Gwatemala, u li l-Costa Rica hija l-esportatur ewlieni ta' prodotti lejn l-UE, segwita mill-Honduras u l-Gwatemala; jinnota bi tħassib it-tnaqqis sinifikanti fl-2015 ta' 40,4 % f'esportazzjonijiet mill-Costa Rica lejn l-UE kaġun tar-rilokazzjoni lejn ix-Xlokk tal-Asja ta' produttur ewlieni tat-tagħmir tal-IT, li wassal għal tnaqqis globali fl-importazzjonijiet mill-Amerika Ċentrali ta' 16,8 %;

7.

Jilmenta l-fatt li la l-Amerika Ċentrali u lanqas l-UE ma sfruttaw bis-sħiħ ir-rati ta' kwoti tariffarji (TRQs) disponibbli għalihom, u għalhekk jappella li jiġu identifikati setturi potenzjali fejn għandhom jitħeġġu skambji ulterjuri; jilmenta l-fatt li ċ-ċifri dwar ir-rati ta' użu preferenzjali huma disponibbli fil-Costa Rica biss; jinsab imħasseb li 16,6 % biss tal-esportazzjonijiet eliġibbli tal-UE lejn il-Costa Rica bbenefikaw mill-FTA, filwaqt li r-rata għall-esportazzjonijiet tal-Costa Rica lejn l-UE kienet ta' 92 % (14); ifakkar fl-importanza ewlenija li l-kummerċ isir aktar inklużiv u li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni xierqa tal-SMEs, u b'mod partikolari l-bdiewa fuq skala żgħira, fil-katini tal-valur; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tieħu miżuri attivi biex iżżid l-għarfien u tiffaċilita l-użu ta' opportunitajiet maħluqa mill-Ftehim fost il-produtturi Ewropej, b'mod partikolari l-SMEs, bil-għan li jiżdiedu r-rati ta' utilizzazzjoni tal-preferenzi u l-użu tat-TRQs eżistenti;

8.

Jinnota li l-prodotti prinċipali esportati mill-Amerika Ċentrali lejn l-UE għadhom ikkonċentrati ħafna fis-settur primarju, u fuq prodotti relattivament ta' valur baxx bħat-tessuti, il-kafè, iz-zokkor, il-partijiet tal-karozzi jew il-gambli filwaqt li l-prodotti prinċipali esportati mill-UE lejn l-Amerika Ċentrali jikkonsistu f'makkinarju u f'apparat domestiku, prodotti għall-industriji kimiċi jew industriji alleati, kif ukoll tagħmir tat-trasport; josserva, madankollu, li l-Ftehim qed jibda jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet mill-Amerika Ċentrali b'aktar valur miżjud, bħal labar, apparat prostetiku u tagħmir mediku, kif ukoll għal żieda fl-esportazzjonijiet ta' prodotti ta' kummerċ ġust u prodotti organiċi ċċertifikati;

9.

Jilmenta li la t-Tielet Rapport Annwali u lanqas ir-Rapport dwar l-Implimentazzjoni ta' FTAs tal-UE li jkopri l-2016 jinkludu data rilevanti għall-evalwar tal-flussi ta' investiment; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi din id-data fir-rapporti futuri;

10.

Josserva l-fatt li l-kummerċ totali tal-UE mal-Amerika Ċentrali fis-settur tas-servizzi naqas b'mod marġinali, u jidher li huwa kkonċentrat fil-Panama u l-Costa Rica, u jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi analiżi ulterjuri speċifika għall-pajjiżi skont is-setturi;

11.

Jirrikonoxxi l-progress fir-rigward ta' standards sanitarji u fitosanitarji (SPS), ir-Regoli tal-Oriġini (RoO) u tal-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (OTK), u jitlob lill-partijiet isaħħu t-twissija bikrija u t-trasparenza, kif ukoll l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri interni; jinnota li l-Amerika Ċentrali hija mħassba dwar il-qafas legali l-ġdid tal-UE li potenzjalment jista' jxekkel l-esportazzjonijiet ta' żejt tal-palm; itenni l-ħtieġa għal informazzjoni f'waqtha u għal aktar skambji ex ante biex il-partijiet ikunu jistgħu jantiċipaw tendenzi dejjem jinbidlu u jadattaw għalihom, u wkoll biex jikkonformaw mar-rekwiżiti legali interni;

12.

Jenfasizza li jeħtieġ isir aktar progress, pereżempju dwar il-problema tat-taxxi diskriminatorji tal-Costa Rica fuq l-importazzjonijiet ta' xorb alkoħoliku; huwa mħasseb ukoll dwar kwistjonijiet pendenti relatati mal-protezzjoni effettiva tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ), pereżempju fil-Costa Rica (Manchego), fil-Gwatemala (Parmigiano) jew fil-Honduras (lista ta' ġeneriċi), u jirrakkomanda li jsiru sforzi ulterjuri rigward il-konformità;

13.

Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' kapitlu speċifiku dwar l-SMEs fil-Ftehim eżistenti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), lill-Istati Membri u lill-Amerika Ċentrali biex jinkludu tali kapitlu f'rieżami futur tal-Ftehim; jitlob lill-partijiet biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-SMEs l-appoġġ u l-għodod legali u amministrattivi kollha meħtieġa għall-SMEs biex jidħlu f'kummerċ u investiment skont dan il-ftehim, biex irawmu skambji akbar u biex itejbu l-parteċipazzjoni sabiex jinkisbu l-benefiċċji tal-Ftehim, inkluż permezz ta' miżuri attivi biex irawmu l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-istabbiliment ta' punti ta' kuntatt u ta' sit web speċjalizzat għall-SMEs; itenni s-sejħa tiegħu bil-għan li tittieħed azzjoni għas-sensibilizzazzjoni dwar il-Ftehim u dwar l-appoġġ disponibbli, fost il-partijiet interessati, b'mod partikolari l-SMEs fiż-żewġ reġjuni; itenni s-sejħa tiegħu għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni f'setturi strateġiċi għaż-żewġ reġjuni, b'riżorsi tekniċi u finanzjarji xierqa;

14.

Jenfasizza li ftuħ korrett u trasparenti tas-swieq tal-akkwist pubbliku fl-Amerika Ċentrali huwa essenzjali biex jiġi żgurat ambjent ekwu għan-negozji; jinsab imħasseb li s-swieq tal-akkwist fl-Amerika Ċentrali jistgħu jinfetħu aktar fil-livell tal-gvern ċentrali u dak tal-gvern reġjonali;

15.

Jikkunsidra l-miżuri mhux tariffarji intrareġjonali bħala ostaklu sinifikanti għall-investiment fl-Amerika Ċentrali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali jiffaċilitaw kundizzjonijiet ta' investiment imtejba u ambjent ta' negozju lokali mtejjeb għall-investituri Ewropej, li jtejjeb l-impjiegi u l-infrastruttura u jindirizza l-ħtiġijiet ta' żvilupp sinifikanti tar-reġjun;

16.

Jinsisti fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-impenji speċifiċi relatati mad-dispożizzjonijiet tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (TSD), li huma parti integrali mill-Ftehim u huma essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti; jieħu nota li fl-2019, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni ex post tal-Ftehim, inkluż il-kapitlu tat-TSD tagħha, li jinvolvi esperti indipendenti, u għandha tagħmel dan anke fil-futur; ifakkar li l-kapitlu tat-TSD jipprevedi l-istabbiliment ta' gruppi konsultattivi domestiċi (DAGs) jew ta' kumitati rilevanti għal kwistjonijiet relatati max-xogħol, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli; jilqa' bi pjaċir u b'mod partikolari l-fatt li l-mekkaniżmi ta' konsulenza tas-soċjetà ċivili issa huma stabbiliti fil-pajjiżi kollha tal-Amerika Ċentrali; jinnota li tqajjem tħassib serju fir-rigward tal-indipendenza ta' dawn il-gruppi konsultattivi u l-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw f'xi pajjiżi tal-Amerika Ċentrali; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, għall-fatt li fl-2017 ma sarux laqgħat tal-Kumitati u tas-Sottokumitati ta' Assoċjazzjoni u tal-Forum ta' Djalogu tas-Soċjetà Ċivili, u jinsisti li l-laqgħat tal-anqas isiru fuq bażi annwali; jitlob lill-partijiet għall-Ftehim jistabbilixxu malajr il-mekkaniżmi u l-mezzi finanzjarji meħtieġa biex isaħħu d-DAGs, billi jiżguraw li rappreżentanza indipendenti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jkollhom rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet interessati, sabiex jipparteċipaw b'mod xieraq; jitlob lill-partijiet għall-Ftehim, barra minn hekk, jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi għal djalogu mal-gruppi konsultattivi kif ukoll mal-membri tas-sottokumitati differenti, u jinkluduhom fil-proċessi ta' evalwazzjoni ex post ippjanati għall-2019; jilqa' bi pjaċir ir-rakkomandazzjonijiet li saru matul it-Tielet Laqgħa Konġunta tad-DAGs tal-UE u tal-Amerika Ċentrali tas-16 ta' Ġunju 2016 u jitlob lill-partijiet biex jimplimentawhom; ifakkar li l-Kapitlu dwar it-TSD jinkludi dispożizzjonijiet legalment vinkolanti biex jiġu implimentati b'mod effettiv standards tax-xogħol, soċjali u ambjentali; jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-Ftehim stabbilixxa t-triq għal djalogu regolari dwar l-implimentazzjoni tal-impenji kondiviżi; jinnota li l-Parlament ħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ, implimentazzjoni u infurzar tal-kapitoli tat-TSD; għalhekk jilqa' bi pjaċir il-pjan ta' 15-il punt tal-Kummissjoni biex il-kummerċ tal-UE u l-kapitli dwar l-iżvilupp sostenibbli jsiru aktar effettivi u jfakkar fil-ħtieġa li jissokta d-djalogu tagħha mal-atturi differenti involuti, inkluż il-Parlament rigward mekkaniżmu ta' infurzar effettiv għall-impenji ta' ħarsien tax-xogħol u tal-ambjent inklużi fil-ftehimiet kummerċjali;

17.

Jitlob lill-partijiet jirrieżaminaw il-Ftehim biex jintroduċu mekkaniżmu xieraq u effettiv għas-soluzzjoni tat-tilwim, inkluża l-kunsiderazzjoni, fost diversi metodi ta' infurzar, ta' sanzjonijiet bħala deterrent li għandu jintuża bħala l-aħħar soluzzjoni, fil-każ ta' ksur serju, u li jippermettu lis-sħab soċjali u lis-soċjetà ċivili jipparteċipaw b'mod xieraq;

18.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-pajjiżi kollha tal-Amerika Ċentrali jirratifikaw u jimplimentaw bis-sħiħ il-ftehimiet ambjentali multilaterali dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, speċjalment il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Ftehim ta' Pariġi; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE u l-Amerika Ċentrali jżidu l-kooperazzjoni f'dan ir-rigward;

19.

Jieħu nota tar-rapporti differenti tal-pajjiżi li saru mill-ILO u tal-isfidi li għad fadal; jistieden lill-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali kkonċernati biex jeqirdu l-vjolenza kontra l-membri tat-trade unions u l-popli indiġeni, u biex jieħdu miżuri leġiżlattivi biex jimplimentaw b'mod effettiv il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni, in-negozjar kollettiv u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll it-tħaddim tat-tfal; jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-ispezzjonijiet tax-xogħol u d-djalogu soċjali;

20.

Jitlob assigurazzjonijiet mill-Kummissjoni li l-prodotti jew il-partijiet ta' oġġetti prodotti f'żoni ta' pproċessar għall-esportazzjoni (EPZs) ma jaqgħux taħt it-tariffi preferenzjali tal-Ftehim, peress li l-EPZs huma meħlusa minn konformità mal-istandards tal-liġi internazzjonali tax-xogħol u mal-liġijiet ambjentali nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni għal informazzjoni konkreta dwar dispożizzjonijiet doganali jew dispożizzjonijiet oħra applikati biex jiddistingwu l-prodotti li ġejjin minn EPZs, u għalhekk li ma jaqgħux taħt it-tneħħija tat-tariffi;

21.

Ifakkar li ma għandhomx jinqabżu l-livelli limitu stabbiliti taħt il-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana li huma mehmuża mal-Ftehim u huma applikabbli sal-2020, u li ladarba dan il-mekkaniżmu jiskadi jeħtieġ li l-partijiet ikomplu jipprovdu statistika, inkluża dik dwar il-Kummerċ Ġust u l-prodotti organiċi; jinnota li f'Settembru 2018 in-Nikaragwa u l-Gwatemala qabżu l-limiti massimi tagħhom (349 % u 102 % rispettivament) u huwa mħasseb li dan se jkollu konsegwenzi għall-produtturi tal-banana Ewropej; ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li tivvaluta s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-UE sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019 u li, f'każ ta' tħassir serju tas-suq jew tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-UE, tista' tiġi prevista estensjoni tal-validità tal-mekkaniżmu; ifakkar li fid-dawl tal-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni u l-klawsola ta' salvagwardja introdotta fil-Ftehim, informazzjoni aktar dettaljata u regolari dwar dawn l-iżviluppi tas-suq għandha tkun disponibbli mill-Kummissjoni, kemm lill-Parlament Ewropew kif ukoll lis-setturi industrijali kkonċernati;

22.

Jenfasizza li l-iżviluppi politiċi u ekonomiċi reċenti li jinvolvu l-vjolenza, l-impunità, il-korruzzjoni, is-sistemi tal-ġustizzja fraġli u l-istat tad-dritt dgħajjef f'għadd ta' pajjiżi tal-Amerika Ċentrali jista' jkollhom ukoll implikazzjonijiet ekonomiċi li jaffettwaw b'mod negattiv lir-reġjun kollu kemm hu u li jistgħu jwasslu għad-destabbilizzazzjoni tar-reġjun; jinsab partikolarment allarmat u jikkundanna bil-qawwa s-sitwazzjoni attwali fin-Nikaragwa; jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu jissorveljaw bir-reqqa s-sitwazzjoni fin-Nikaragwa u, jekk ikun meħtieġ, jivvalutaw il-miżuri potenzjali li għandhom jittieħdu fid-dawl tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; ifakkar li l-klawsola tad-demokrazija hija element essenzjali tal-ftehimiet kollha tal-Unjoni ma' pajjiżi terzi;

23.

Ifakkar fl-obbligu tal-UE, kif minqux fl-Artikolu 8 TFUE, kif ukoll l-impenn mill-UE u minn firmatarji oħra tad-Dikjarazzjoni ta' Buenos Aires dwar il-Ġeneri u l-Kummerċ, li tintegra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politika kummerċjali; jitlob lill-partijiet isaħħu l-fokus dwar il-ġeneri tal-Ftehim u jippromwovu u jappoġġjaw l-inklużjoni, f'rieżami futur, ta' kapitlu speċifiku dwar il-ġeneri;

24.

Iħeġġeġ lill-Awstrija, il-Belġju, il-Greċja biex jirratifikaw il-Ftehim, u jtenni l-importanza tal-applikazzjoni sħiħa tal-partijiet l-oħra tal-Ftehim, inkluża l-kooperazzjoni rigward l-iżvilupp ekonomiku u kummerċjali (l-Artikolu 52 u oħrajn);

25.

Jilqa' bi pjaċir il-fatt li sa fl-aħħar il-partijiet qed jibdew il-proċeduri amministrattivi u istituzzjonali għall-adozzjoni tal-Protokoll rilevanti għall-inklużjoni tal-Kroazja fil-Ftehim;

o

o o

26.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Istati Membri, lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali u lill-Assemblea EuroLat.

(1)  ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3.

(2)  ĠU C 434, 23.12.2015, p. 181.

(3)  Rapport interim tat-8 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2018)0238.

(5)  ĠU C 227, 28.6.2018, p. 27.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2018)0230.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2018)0439.

(8)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/july/tradoc_157150.pdf

(9)  https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/resources/docs/en_joint-document_advisory-groups_16-june-2016_final.pdf

(10)  ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132.

(11)  Opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali tad-19 ta' Settembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra.

(12)  ECLI:UE:C:2017:376.

(13)  Fl-10 ta' Settembru 2018, l-Awstrija, il-Belġju, ir-Renju Unit u l-Greċja kienu għadhom ma rratifikawhx. http://www.consilium.europa.eu/en/documents-publications/treaties-agreements/agreement/?id=2012001

(14)  Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar “It-Tielet Rapport Annwali dwar l-Implimentazzjoni tal-Parti IV tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra” (COM(2017)0160).


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/74


P8_TA(2019)0029

Rapport Annwali 2017 tal-Bank Ċentrali Ewropew

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali 2017 tal-BĊE (2018/2101(INI))

(2020/C 411/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2018 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2016 (1),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2017 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE),

wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 7, 10(2), 15, 21, 32(5) u 33(1) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 129(3), 130, 138(2), 282(2), 282(3), 283(2) u 284(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-diskors li għamel il-President tal-BĊE, Mario Draghi, f'Sintra fid-19 ta' Ġunju 2018,

wara li kkunsidra l-Bullettin Ekonomiku tal-BĊE, il-Ħarġa 5/2018,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 128(1) tat-TFUE, dwar il-munita tal-euro bħala valuta legali,

wara li kkunsidra l-feedback dwar il-kontribut mogħti mill-Parlament bħala parti mir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport Annwali tal-BĊE għall-2016,

wara li kkunsidra r-Rapport Ekonomiku Annwali 2017 tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), “Vulnerabilities in the EU residential real estate sector” (Vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali fl-UE) ta' Novembru 2016, u t-twissijiet speċifiċi għall-pajjiżi li jakkumpanjawh maħruġa lil tmien Stati Membri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 132(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0424/2018),

A.

billi l-euro għadha bla dubju t-tieni l-aktar munita importanti fis-sistema monetarja internazzjonali; billi fl-2017 l-appoġġ popolari għall-euro kien għoli bi kważi tliet kwarti tar-rispondenti appoġġjaw il-munità unika fiż-żona tal-euro (73 %), li huwa l-ogħla punteġġ li ntlaħaq mill-ħarifa 2004;

B.

billi, skont it-tbassir tas-sajf tal-2018 tal-Kummissjoni, fl-2017 il-PDG tal-UE u taż-żona tal-euro kibru b'2,4 %, filwaqt li qabżu lil dak tal-Istati Uniti; billi, skont l-istess tbassir, il-PDG jenħtieġ li jiżdied fl-2018 u fl-2019 bi 2,1 % u 2,0 % rispettivament;

C.

billi l-aktar ċifri ekonomiċi reċenti tal-2018 jirriflettu ċertu tnaqqis fit-tkabbir apparagun tal-livelli għoljin tal-2017, minħabba impetu aktar dgħajjef mill-kummerċ estern u prezzijiet taż-żejt ogħla;

D.

billi, skont iċ-ċifri tal-Eurostat ta' Mejju 2018, il-qgħad fl-UE u fiż-żona tal-euro ma marx lura affattu għal-livelli ta' qabel il-kriżi, hekk li jirrappreżenta 7,0 % u 8,4 % rispettivament; billi l-għadd ta' nies impjegati u l-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol fiż-żona tal-euro laħqu l-ogħla livelli tagħhom minn mindu bdiet l-Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-1999;

E.

billi, minkejja xi konverġenza, ir-rati tat-tkabbir u tal-qgħad għadhom ġeografikament inugwali f'livell sinifikanti, filwaqt li jikkawżaw fraġilità perikoluża għall-ekonomija u jipperikolaw l-iżvilupp sod u bbilanċjat; billi r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ għadha aktar mid-doppju tar-rata medja, b'16,8 % fl-UE u 18,8 % fiż-żona tal-euro fi tmiem l-2017;

F.

billi l-espansjoni ekonomika b'bażi wiesgħa ta' bħalissa hija primarjament immexxija mill-esportazzjonijiet u mill-konsum intern fl-Istati Membri; billi s-sena li għaddiet l-investiment kiber bl-aktar pass mgħaġġel mill-2007 'l hawn, bis-saħħa tal-appoġġ li rċieva mill-prosperità globali u mill-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa; jenfasizza r-rwol tal-FEIS fl-eliminazzjoni tad-diskrepanza fl-investiment fl-UE, billi jimmobilizza investiment totali ta' EUR 256,9 biljun, u jipprovdi finanzjament għal kważi 550 000 impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Investiment;

G.

billi l-prestazzjoni ekonomika ta' dawk l-Istati Membri li m'għandhomx il-munita unika u li jgawdu flessibbiltà fir-rata tal-kambju għall-muniti tagħhom stess ma kinitx ugwali; billi l-ekonomiji ta' dawk l-Istati Membri li fl-aħħar għaxar snin adottaw il-munita unika marru aħjar minn dawk tal-pajjiżi b'rati tal-kambju flessibbli;

H.

billi, skont il-projezzjonijiet makroekonomiċi tal-persunal tal-Eurosistema ta' Ġunju 2018, l-inflazzjoni annwali fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) għaż-żona tal-euro tidher li qabdet it-triq biex tilħaq 1,7 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020, billi rkuprat minn livelli baxxi preċedenti u bdiet toqrob aktar lejn l-għan tal-BĊE fir-rigward tal-inflazzjoni fuq terminu medju ta' qrib, iżda anqas minn 2 %, li madankollu xorta waħda ma laħqitx l-objettiv imsemmi u b'varjanza kbira fir-rati tal-inflazzjoni madwar iż-żona tal-euro; billi ż-żieda fl-inflazzjoni bażika hija xprunata primarjament bi prezzijiet tal-enerġija ogħla, filwaqt li l-inflazzjoni sottostanti rreġistrat biss żieda marġinali għal 1,0 % minn 0,9 % fl-2016, mingħajr sinjali ta' tendenza 'l fuq sostnuta fl-2017; billi t-tkabbir fil-pagi f'konformità mat-tkabbir fil-produttività għadu prekundizzjoni importanti għal żieda sostnuta fl-inflazzjoni sottostanti;

I.

billi skont it-tbassir tar-rebbiegħa tal-2018 tal-Kummissjoni, id-defiċit aggregat tal-gvern fiż-żona tal-euro huwa mistenni li fl-2018 jonqos minn 0,9 % għal 0,7 % tal-PDG, bi tnaqqis ulterjuri ta' 0,6 % antiċipat għall-2019, meta mqabbel mad-defiċits mistennija ta' 5,9 % tal-PDG fl-Istati Uniti u 2,7 % fil-Ġappun;

J.

billi l-BĊE jistenna li l-inflazzjoni terġa' tibda tielgħa fuq terminu medju, sostnuta mill-impatt tal-pożizzjoni attwali tal-politika monetarja, it-tkomplija tal-espansjoni ekonomika, iż-żieda fil-pagi u l-assorbiment tal-istaġnar ekonomiku;

K.

billi l-banek taż-żona tal-euro bdew inaqqsu b'pass aktar mgħaġġel l-għadd ta' selfiet improduttivi (NPLs), minn 8 % tas-self totali fl-2014 għal 4,9 % fir-raba' kwart tal-2017; billi l-volum totali ta' selfiet improduttivi fl-UE kollha għadu fil-livell ta' EUR 950 biljun; billi l-NPLs jeħtieġ li jew jinbiegħu, jitħassru (parzjalment) jew jiġu pprovduti b'mod xieraq sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja u jiġu evitati konsegwenzi negattivi għad-detenturi tal-kontijiet, għal dawk li jfaddlu u għall-investituri attwali; billi hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fl-għadd ta' selfiet improduttivi; billi l-proporzjonijiet ta' NPL fi tmien Stati Membri għadhom ferm ogħla minn 10 % u tnejn minnhom għandhom proporzjon ta' aktar minn 40 %;

L.

billi hemm bżonn ta' suq sekondarju mtejjeb għall-NPLs bil-għan li tittejjeb il-likwidità tas-suq fil-livell Ewropew u tiġi evitata opaċità fis-suq possibbli; billi l-istituzzjonijiet finanzjarji attivi fis-suq sekondarju jridu jkunu obbligati jqisu l-interessi tal-konsumaturi u jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha rilevanti nazzjonali u tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur;

M.

billi f'Ottubru 2017, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li jkompli x-xiri nett tiegħu skont il-Programm ta' Xiri ta' Assi (APP) b'ritmu ta' kull xahar ta' EUR 30 biljun sa Settembru 2018; billi fil-laqgħa ta' Ġunju 2018 tiegħu, iddeċieda li jtawwal ix-xiri ta' kull xahar għal ammont imnaqqas ta' EUR 15-il biljun sat-tmiem l-2018 u mbagħad iwaqqaf ix-xiri għalkollox, bil-kundizzjoni li d-data li tasallu tikkonferma l-perspettiva tiegħu tal-inflazzjoni fuq terminu medju, u jikkonferma dik id-deċiżjoni fil-laqgħa tiegħu ta' Settembru 2018;

N.

billi l-Kunsill Governattiv tal-BĊE kkonferma l-istennijiet tiegħu li jżomm ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożiti tali kwali b'0,00 %, 0,25 % u 0,40 % rispettivament sa mill-anqas tmiem is-sajf 2019, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun hemm aġġustament sostnut fit-trajettorja tal-inflazzjoni b'mod konsistenti mal-objettiv ta' terminu medju tal-BĊE;

O.

billi l-aħħar darba li twettqu l-Operazzjonijiet Speċifiċi ta' Rifinanzjament aktar fit-Tul (TLTRO) fl-2017 urew żieda fid-domanda mill-banek fiż-żona tal-euro; billi l-objettiv tat-TLTRO huwa li jistimolaw self mill-banek għall-ekonomija reali;

P.

billi, fi tmiem l-2017, id-daqs tal-karta bilanċjali tal-Eurosistema kien laħaq quċċata bla preċedent ta' aktar minn EUR 4,5 triljun, b'żieda ta' EUR 0,8 triljun apparagun ma' tmiem l-2016 u li jikkostitwixxi 41 % tal-PDG totali taż-żona tal-euro; billi, permezz tal-programm ta' xiri ta' bonds, il-BĊE assuma riskji sostanzjali fil-karta bilanċjali tiegħu;

Q.

billi fl-2017, l-għadd u l-valur tal-karti tal-flus tal-euro f'ċirkolazzjoni żdiedu b'madwar 5,9 % u 4,0 % rispettivament filwaqt li l-għadd u l-valur tal-muniti tal-euro żdiedu b'4,2 % u 4,0 % rispettivament;

R.

billi fl-2017, il-qligħ nett tal-BĊE kien jammonta għal EUR 1 275 biljun meta mqabbel ma' EUR 1 193 biljun fl-2016; billi din iż-żieda tista' tiġi attribwita primarjament liż-żieda fid-dħul nett mill-imgħax;

S.

billi l-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE konsistentement enfasizzaw l-importanza tal-implimentazzjoni ta' riformi strutturali li jtejbu l-produttività fiż-żona tal-euro, kif ukoll ta' politiki fiskali favur it-tkabbir, fil-qafas tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir;

T.

billi l-Artikolu 123 tat-TFUE u l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-SEBĊ/tal-BĊE jipprojbixxu l-finanzjament monetarju tal-gvernijiet;

U.

billi, s'issa, fit-twettiq tal-attivitajiet superviżorji tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew mhux dejjem qies biżżejjed il-prinċipju tal-proporzjonalità;

Ħarsa ġenerali

1.

Jilqa' l-fatt li, fl-2017, l-appoġġ popolari għall-euro żdied bi 8 punti perċentwali meta mqabbel mal-2016, bi kważi żewġ terzi tar-rispondenti (64 %) iqisu li l-munita unika hija ħaġa tajba għall-pajjiżi tagħhom;

2.

Itenni li l-euro hija proġett politiku, qabel wieħed ekonomiku; itenni l-irriversibbiltà tal-munita unika;

3.

Jiġbed l-attenzjoni għar-rekwiżit ta' kull Stat Membru bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u tad-Danimarka li jadotta l-munita unika ladarba jissodisfa l-kriterji ta' konverġenza ta' Maastricht; huwa tal-fehma li l-parteċipazzjoni fl-Unjoni Bankarja jeħtieġ li tiġi kkunsidrata bħala vantaġġ għal dawk il-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fiż-żona tal-euro;

4.

Jenfasizza li l-indipendenza statutorja tal-BĊE, kif stabbilit fit-Trattati, hija kruċjali biex dan ikun jista' jwettaq il-mandat tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet u li jħares lill-istituzzjoni kollha kemm hi mill-interferenza politika;

5.

Jenfasizza li l-BĊE huwa responsabbli għall-politika monetarju taż-żona tal-euro kollha kemm hi; ifakkar li r-regoli tal-BĊE jiddikjaraw li l-membri tal-bord ma jirrappreżentawx lill-Istat Membru tagħhom, m'għandhom l-ebda setgħa ta' veto u jeħtiġilhom ma jieħdu l-ebda istruzzjoni minn xi istituzzjoni, gvern jew korp ieħor, u b'hekk dan ikun jista' jaġixxi b'mod deċiżiv;

6.

Jinnota li l-politika monetarja kkontribwiet biex tippreserva l-munita unika u l-istabbiltà tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja;

7.

Itenni li l-indipendenza tal-BĊE tagħti lill-membri tal-Bord Eżekuttiv tiegħu l-libertà li jiddeċiedu, b'mod responsabbli u abbażi tar-rispett għall-obbligu ta' rendikont xieraq, jekk jiħdux sehem fil-fora, inklużi dawk mhux miftuħa għall-pubbliku, meta jqisu li dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-aħjar twettiq tal-politika monetarja tal-BĊE; jinnota l-opinjoni tal-Ombudsman tal-5 ta' Lulju 2018;

8.

Jistieden lill-BĊE jiffoka fuq l-objettiv primarju tiegħu tal-istabbiltà fil-prezzijiet; ifakkar li, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tal-Istatut tiegħu u l-Artikolu 127 tat-TFUE u d-dettalji ulterjuri previsti fl-Artikolu 282 tat-TFUE, il-BĊE jeħtieġlu, mingħajr preġudizzju għall-objettiv primarju tal-istabbiltà fil-prezzijiet, jappoġġja “il-politiki ekonomiċi ġenerali tal-Unjoni”, bil-ħsieb li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 3 tat-TUE;

9.

Jinnota li l-ekonomija tal-UE kibret bl-aktar rata mgħaġġla tagħha f'għaxar snin fl-2017 u li l-Istati Membri kollha raw l-ekonomija tagħhom tespandi; jinnota li l-qgħad fl-UE jinsab fl-aktar livell baxx tiegħu mill-2008, għalkemm għadu jaffettwa b'mod drammatiku liż-żgħażagħ; jilqa' r-rwol tal-BĊE fir-riformi strutturali mfassla biex iġibu tkabbir sostenibbli u inklużiv mwettqa fi wħud mill-Istati Membri bħala parti mill-irkupru li għaddej bħalissa; ifakkar l-importanza li jiġu vvalutati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali ta' dawn ir-riformi;

10.

Iwissi, madankollu, kontra ż-żieda fl-inċertezzi li tirriżulta minn fatturi li jinkludu: it-theddida ta' żieda fil-protezzjoniżmu; in-negozjati tal-Brexit; prezzijiet artifiċjali tal-assi potenzjali; il-kriżijiet tas-swieq emerġenti; il-livelli storiċi ta' dejn privat u pubbliku; il-volatilità ġenerali fis-swieq finanzjarji marbuta b'mod partikolari mar-riskji politiċi f'xi Stati Membri li qed ixekklu l-prospetti ta' tkabbir taż-żona tal-euro; iż-żieda fil-populiżmu, l-iżolazzjoniżmu u l-etnoċentriżmu fl-ispettru politiku kollu; ir-reazzjonijiet negattivi kontra l-globalizzazzjoni; u d-diverġenzi dejjem akbar bejn l-Istati Membri dwar il-futur tal-integrazzjoni Ewropea;

11.

Iwissi li, skont ir-Rapport Ekonomiku Annwali tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI), kien hemm sinjali ta' akkumulazzjoni ta' żbilanċi finanzjarji, speċjalment fil-pajjiżi li fil-parti l-kbira tagħhom sofrew mill-kriżi finanzjarja l-kbira minħabba li, għall-kuntrarju tal-pajjiżi li jinsabu fil-qalba tat-taqlib, hemmhekk ma seħħ l-ebda tnaqqis fl-ingranaġġ tas-settur privat; jinnota li l-iżbilanċi jieħdu l-forma ta' żidiet qawwija fil-kreditu tas-settur privat;

12.

Jenfasizza l-importanza kbira, f'dan l-istadju, li jinżamm ambjent favorevoli għall-investiment pubbliku u privat, li għadu ma laħaqx il-livelli ta' qabel il-kriżi; iħeġġeġ lill-BĊE jieħu miżuri f'konformità mal-mandat tiegħu, biex jgħin fit-twettiq ta' dan l-objettiv; ifakkar, madankollu, li espansjoni mmexxija mill-kreditu tista' twassal għal allokazzjoni ħażina ta' riżorsi reali;

Riformi strutturali

13.

Iqis li l-politika monetarja waħedha mhijiex biżżejjed sabiex jinkiseb irkupru ekonomiku sostenibbli; ifakkar l-impatt kontroċikliku tal-politika monetarja fl-irkupru ta' wara l-kriżi, iżda jemmen li l-kontribut strutturali li tagħmel l-politika monetarja għat-tkabbir sostenibbli huwa limitat; iħeġġeġ għalhekk lil dawk li jfasslu l-politika biex iżommu x-xejra ekonomika pożittiva attwali lil hinn mit-terminu qasir billi jimplimentaw taħlita ta' riformi strutturali u politiki fiskali li jtejbu l-produttività bbilanċjati soċjalment, ambizzjużi u li jiffavorixxu t-tkabbir, fi ħdan il-qafas tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST), inklużi d-dispożizzjonijiet ta' flessibiltà tiegħu; itenni l-kliem tal-president tal-Bord Fiskali Ewropew, fid-diskors tiegħu lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fil-5 ta' Novembru 2018, fis-sens li “il-flessibbiltà fir-regoli trid tkun prattika li tiddependi fuq is-sitwazzjoni ekonomika li ninsabu fiha”, kif ukoll il-fehma espressa fir-rapport ta' Ġunju 2018 li “sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kredibbiltà tal-Patt, id-dispożizzjonijiet ta' flessibbilta tiegħu jenħtieġ li jiġu applikati b'mod simmetriku, mhux biss meta l-ekonomija tkun sejra ħażin jew tkun dgħajfa”;

14.

Jenfasizza li sabiex tiġi żgurata l-effikaċja sħiħa tal-politika monetarja, l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi jridu jiġu kkoreġuti b'politiki fiskali u ekonomiċi xierqa u riformi li jtejbu l-produttività; jenfasizza li l-politika monetarja tal-BĊE ma tistax tkun sostitut għal riformi strutturali sostenibbli, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri;

15.

Jinnota bi tħassib li s-sehem tal-UE fuq il-flussi ta' investimenti diretti barranin globali naqas b'mod sinifikanti sa mill-bidu tal-kriżi;

16.

Jinnota l-opinjoni tal-BĊE li titlob l-istabbiliment ta' skema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS) bħala t-tielet pilastru tal-Unjoni Bankarja; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-assigurazzjoni tad-depożiti għall-bini tal-fiduċja u għall-iżgurar tas-sikurezza tad-depożiti kollha fi ħdan l-Unjoni Bankarja; jenfasizza li l-EDIS tista' tkompli tgħin biex tissaħħaħ u tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja; jirrikonoxxi l-fatt li l-kondiviżjoni tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju jenħtieġ li jimxu id f'id;

Programm ta' xiri ta' assi

17.

Jenfasizza li l-miżuri mhux standard tal-politika monetarja tal-BĊE kkontribwew biex jipprevjenu r-riskji ta' deflazzjoni li kienu għadhom preżenti fil-bidu tal-2016 u biex jagħtu bidu għall-irkupru fil-kreditu għas-settur privat, li t-tkabbir annwali tiegħu kien ta' madwar 3 % f'nofs l-2018 meta mqabbel ma' 0 % fl-2015;

18.

Jaqbel mal-BĊE li, sabiex tintlaħaq il-mira tal-inflazzjoni, huma meħtieġa politiki fiskali sostenibbli ta' sostenn kif ukoll riformi li jtejbu l-kompetittività, il-produttività u t-tkabbir u żidiet fil-pagi f'konformità mat-tkabbir tal-produttività; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jirdoppjaw l-isforzi tagħhom skont il-prinċipji tat-“trijangolu virtwuż” ta' spinta lill-investiment, insegwiment ta' riformi strutturali li jiffavorixxu t-tkabbir u li jkunu bbilanċjati soċjalment, u żgurar ta' politiki fiskali responsabbli;

19.

Jinsab imħasseb dwar iż-żieda rapida fil-prezzijiet tal-proprjetà f'ċerti Stati Membri; jitlob għalhekk li jkun hemm viġilanza kontra r-riskju li jerġa' jfeġġ il-fenomenu tal-bżieżaq immobiljari u ta' dejn eċċessiv fl-unitajiet domestiċi u fis-settur privat f'ċerti Stati Membri;

20.

Jinnota l-kummenti tal-President tal-BERS, Mario Draghi, (3) fis-sens li s-sors ewlieni tal-vulnerabbiltà li jwassal għas-sovrażbilanċ fis-swieq tal-proprjetà fl-UE huwa t-tfittxija għal rendiment minn investituri internazzjonali – fil-parti l-kbira tagħhom fil-qasam ta' finanzjament transkonfinali u minn entitajiet mhux bankarji – u li dawk li jfasslu l-politika jenħtieġ li jinvestigaw jekk jenħtieġx li jiġu introdotti strumenti makroprudenzjali ġodda għall-entitajiet mhux bankarji, speċjalment fir-rigward tal-iskoperturi tal-proprjetà kummerċjali tagħhom;

21.

Jaqbel, mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-BĊE, mad-deċiżjoni tiegħu li jtemm l-APP b'mod sostenibbli, bil-kundizzjoni li d-data li tasallu tikkonferma l-perspettiva tiegħu tal-inflazzjoni fuq terminu medju, u jqis li dan l-istrument jenħtieġ li jintuża biss fuq bażi temporanja, peress li joħloq riskji ġodda għall-istabbiltà finanzjarja u jnaqqas l-inċentivi biex jiġu kkonsolidati l-finanzi pubbliċi u biex jiġu implimentati riformi strutturali; jirrikonoxxi l-fatt li d-dipendenza fuq il-politika monetarja sabiex jiġi appoġġjat l-irkupru ta' wara l-kriżi kellha wkoll konsegwenzi mhux intenzjonati;

22.

Jenfasizza b'mod partikolari li miżuri twal ta' politika mhux standard jista' jkollhom effetti negattivi distributtivi; jistieden għalhekk lill-BĊE jinkludi fir-rapport annwali tiegħu li jmiss analiżi komprensiva u ddettaljata tal-effetti sekondarji tal-miżuri tal-politika monetarja tiegħu, inklużi r-riskji potenzjali għas-settur tal-assigurazzjoni u tal-pensjoni;

23.

Jinnota li, b'assi ta' EUR 1,9 triljun fi tmiem l-2017 il-Programm ta' Xiri ta' Assi tas-Settur Pubbliku (PSPP) kien jirrappreżenta l-akbar sehem tal-APP; jenfasizza l-importanza li jiġi segwit il-limitu għal kull emittent ta' 33 % f'dak li huwa xiri ta' assi tas-settur pubbliku;

24.

Jinnota li, mill-programmi kollha ta' xiri ta' assi tas-settur privat, il-programm ta' xiri ta' assi tas-settur korporattiv (CSPP) ikkontribwixxa l-aktar għall-APP fl-2017, bl-ammont ta' EUR 82 biljun f'termini ta' xiri nett; jilqa' l-fatt li mill-2017 'l hawn il-BĊE kien qed jippubblika l-lista sħiħa tal-assi CSPP kollha, inklużi l-ismijiet tal-emittenti, flimkien ma' data aggregata dwar dawk l-assi skont il-pajjiż, ir-riskju, il-klassifikazzjoni u s-settur; jistieden lill-BĊE japplika politika simili ta' trasparenza għall-programmi kollha ta' xiri ta' assi inklużi l-ABSPP u s-CBPP3, flimkien ma' aktar miżuri sabiex jiġu żvelati l-proċeduri operattivi użati fl-għażla tat-titoli mixtrija mill-banek ċentrali nazzjonali; jenfasizza li l-CSPP ma jrid bl-ebda mod iwassal għal distorsjonijiet kompetittivi fi ħdan is-suq intern;

25.

Ifakkar li l-BĊE bħala istituzzjoni tal-UE huwa marbut mill-Ftehim ta' Pariġi; jistieden lill-BĊE, b'rispett sħiħ għall-mandat tiegħu, l-indipendenza tiegħu u l-qafas tal-ġestjoni tar-riskju, biex jintegra l-impenn għall-ftehim ta' Pariġi u l-prinċipji ekonomiċi, soċjali u ta' governanza (il-prinċipji ESG) fil-politiki tiegħu;

26.

Jilqa' t-trasparenza pprovduta mill-BĊE permezz tal-indikazzjonijiet tiegħu għall-ġejjieni; jirrikonoxxi d-deċiżjoni tal-BĊE li r-rati tal-imgħax jinżammu f'livell baxx, meta wieħed iqis l-inċertezzi fl-ambjent globali fil-preżent;

27.

Jissottolinja li s-sekwenzjar u t-twettiq xierqa tal-eliminazzjoni gradwali ta' miżuri eċċezzjonali tal-politika monetarja se jkunu essenzjali sabiex jiġi evitat tfixkil fis-suq; ifakkar li huwa possibbli li nipproċedu għal żidiet fir-rati filwaqt li nżommu daqs tal-karta bilanċjali stabbli għall-Eurosistema jekk il-kundizzjonijiet ekonomiċi jippermettu dan;

28.

Jenfasizza l-importanza ta' komunikazzjoni u ta' gwida għall-ġejjieni għal normalizzazzjoni b'suċċess tal-politika monetarja;

29.

Huwa konxju tal-impatt differenzjat li n-normalizzazzjoni tal-politika monetarja hija mistennija li jkollha fuq l-Istati Membri, skont il-livell u l-profil tal-maturità tad-dejn tagħhom;

30.

Jenfasizza l-kobor tal-bidliet regolatorji u strutturali li seħħew mill-aħħar kriżi ekonomika u tar-rilevanza tagħhom għal bosta oqsma relatati mal-politika monetarja; jissottolinja l-importanza ta' riċerka u studji sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-ambjent il-ġdid li rriżulta mill-iżviluppi li seħħew tul l-aħħar deċennji u tal-konsegwenzi tagħhom għat-twettiq tal-politika monetarja;

31.

Jinnota l-impatt tar-rata negattiva tal-faċilità ta' depożitu imposta fuq il-banek sa minn Ġunju 2014; iqis li din il-miżura, li kieku kellha titkompla, taf taffettwa l-profittabbiltà tas-settur bankarju u li din jenħtieġ li titneħħa gradwalment matul in-normalizzazzjoni tal-politika monetarja skont l-irkupru attwali;

32.

Huwa konxju tat-tkomplija possibbli tat-TLTRO, li jipprovdu finanzjament fuq terminu medju lill-banek b'kundizzjonijiet attraenti bil-kundizzjoni li l-finanzjament effettivament jintuża biex jitfa' kreditu ġdid fl-ekonomija reali; jeħu nota tad-domanda dejjem akbar min-naħa tal-banek taż-żona tal-euro riflessa fl-aħħar TLTRO fl-2017, li jaf tkun minħabba l-aspettattivi ta' żieda fir-rati ta' depożitu u l-possibbiltà ta' qligħ baxx; jistieden lill-BĊE jimmonitorja mill-qrib dan l-iżvilupp sabiex jiżgura li t-TLTRO effettivament qed jintużaw biex jistimolaw self mill-banek għall-ekonomija reali;

33.

Jieħu nota taż-żieda fil-bilanċi TARGET2 li tindika ħruġ kontinwu ta' kapital mill-periferija taż-żona tal-euro; jinnota li l-BĊE jqis li l-bidliet fil-bilanċi TARGET fil-parti l-kbira tagħhom jirriflettu l-flussi tal-likwidità li qed jirriżultaw fil-kuntest tal-APP u mhumiex sintomu ta' pressjoni mill-ġdid fuq is-swieq finanzjarji; jistieden lill-BĊE jikkjarifika l-fatturi sottostanti u r-riskji potenzjali relatati mal-iżbilanċi li dan għandu mnejn jikkaġuna;

Aspetti oħra

34.

Jilqa' l-adozzjoni tal-ftehim dwar l-assistenza ta' likwidità f'emerġenza (ELA), li jikkjarifika l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet, l-ispejjeż u r-riskji; jinnota li dan il-ftehim għandu jiġi rivedut sa mhux aktar tard mill-2019; jemmen li d-deċiżjoni dwar l-għoti tal-ELA jenħtieġ li tittieħed fil-livell tal-UE;

35.

Jistieden lill-BĊE jiżvela l-ammonti sħaħ tal-profitti li saru mill-Eurosistema permezz tal-Ftehim dwar l-Assi Finanzjarji Netti (ANFA) u permezz tal-Programm tas-Suq tat-Titoli (SMP) mill-2010 sal-iskadenza sħiħa tiegħu, bi tqassim speċifiku għal kull pajjiż għal dawk l-Istati Membri li kienu soġġetti għal xiri SMP (il-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall, Spanja u l-Italja);

36.

Jilqa' l-emenda tal-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ/tal-BĊE, sabiex tingħata bażi ġuridika ċara biex l-Eurosistema tkun tista' twettaq ir-rwol tagħha bħala bank ċentrali tal-ħruġ għall-kontropartijiet ċentrali tal-ikklerjar (CCPs), u b'hekk il-BĊE jingħata l-kompetenza biex jirregola l-attività tas-sistemi tal-ikklerjar, inklużi s-CCPs, bil-għan li jiġu miġġielda b'mod effettiv ir-riskji imposti minn dawk is-sistemi għall-operazzjoni bla xkiel tas-sistemi tal-ħlas u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja unika;

37.

Jistieden lill-BĊE jsegwi r-rakkomandazzjonijiet ta' Transparency International, b'mod partikolari fir-rigward tar-rwol tiegħu fi ħdan it-trojka;

38.

Jistieden lill-BĊE jkompli bl-isforzi tiegħu biex jiżgura li l-banek ikunu mħejjija tajjeb għall-kontinġenzi kollha possibbli b'relazzjoni mal-Brexit; jistieden, madankollu, lill-BĊE jagħmel it-tħejjijiet kollha meħtieġa biex jiżgura l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji tal-UE, inkluż fil-każ ta' Brexit mingħajr ftehim;

39.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-Istati Membri taż-żona tal-euro biex isegwu strateġija regolatorja konġunta għas-settur finanzjarju fid-dawl tal-Brexit, pjuttost milli jinvolvu ruħhom f'kompetizzjoni 'l isfel perikoluża;

40.

Jaqbel li suq kapitali li jiffunzjona sew, diversifikat u integrat jista' jwassal għat-trażmissjoni tal-politika monetarja unika; iħeġġeġ biex il-proġett tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali jipproċedi b'pass aktar mgħaġġel sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni finanzjarja, bil-għan li tingħata għajnuna fil-bini tar-reżiljenza għax-xokkijiet u t-trażmissjoni tal-politika monetarja madwar l-Unjoni Monetarja ssir aktar effikaċi, filwaqt li titrawwem il-kondiviżjoni tar-riskju privata fi ħdan l-Unjoni Bankarja u fi ħdan l-Unjoni kollha kemm hi; jirrimarka li l-CSPP seta' kkontribwixxa għall-iffaċilitar tal-kundizzjonijiet ta' finanzjament tan-negozju, b'mod partikolari fis-settur mhux finanzjarju (jiġifieri għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji (NFCs));

41.

Iqis li s-swieq kapitali Ewropej aktar profondi u konnessi aħjar li se jirriżultaw mill-bidla lejn CMU tal-UE u mit-tlestija pass b'pass tal-Unjoni Bankarja, se jikkontribwixxu għall-profondità u l-likwidità tas-swieq finanzjarji taż-żona tal-euro, filwaqt li jrawmu l-pożizzjoni internazzjonali tal-euro;

42.

Jistieden lill-BĊE jkompli jagħti attenzjoni għall-aċċess għall-kreditu fir-rigward tal-SMEs, b'mod partikolari fid-dawl tat-titjib kajman fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom li ġie enfasizzat mill-Istħarriġ dwar l-aċċess għall-finanzi tal-intrapriżi (SAFE) li twettaq f'Ġunju 2018; jenfasizza li CMU li tiffunzjona kompletament tista', f'perspettiva aktar fit-tul, tipprovdi finanzjament alternattiv għall-SMEs, filwaqt li tikkomplementa dak tas-settur bankarju;

43.

Jemmen li l-aktar mod rapidu biex tinkiseb CMU li tiffunzjona tajjeb huwa billi jiġu indirizzati r-regolamenti nazzjonali li jipprevjenu lis-swieq kapitali li jiffunzjonaw tajjeb milli jkollhom impatt usa' fl-Unjoni kollha u billi jitnaqqas il-piż tar-regolamenti l-ġodda;

44.

Jistieden lill-BĊE jżid il-monitoraġġ tiegħu rigward l-iżvilupp tat-Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit (DLT) u ż-żieda fir-riskji relatati maċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija finanzjarja;

45.

Jinnota li l-BĊE jaqbel li huwa importanti li jiġu studjati r-rilevanza u l-implikazzjonijiet tal-ħruġ ta' munita diġitali mill-bank ċentrali (jew flus b'bażi diġitali, DBM) għall-pubbliku ġenerali; iħeġġeġ lill-BĊE jwettaq u jippubblika tali studju;

46.

Jenfasizza l-importanza tas-sigurtà tal-IT għas-settur finanzjarju u għas-sistema tal-pagamenti; jistieden lill-BĊE jkompli jagħti attenzjoni mill-qrib lil din il-kwistjoni, jenfasizza l-importanza tiegħu fil-fora internazzjonali, u jkompli jikkoopera mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

47.

Jaqbel mal-BĊE dwar l-importanza tal-flus fiżiċi bħala valuta legali, peress li ż-żona tal-euro hija l-unika valuta legali fi ħdan iż-żona tal-euro, u jfakkar lill-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro li l-aċċettazzjoni tal-muniti u l-karti tal-euro jenħtieġ li jkunu r-regola fi tranżazzjonijiet bl-imnut, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' dawk l-Istati Membri li jintroduċu limiti massimi għal pagament bi flus kontanti bil-għan li jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus, il-frodi fiskali, u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata;

48.

Jirrifletti l-pożizzjonijiet espressi mill-membri tal-Bord Eżekuttiv dwar l-importanza li jiġu żviluppati sistemi tal-ħlas tassew Ewropej li ma jiġux affettwati minn tfixkil estern bħal dak ta' natura politika;

49.

Jiġbed l-attenzjoni għat-talba tal-President Juncker fid-diskors tiegħu tal-2018 dwar l-Istat tal-Unjoni biex jiġi indirizzat ir-rwol internazzjonali tal-euro u l-ħtieġa li din taqdi r-rwol sħiħ tagħha fix-xena internazzjonali;

50.

Jenfasizza l-importanza li l-BĊE jkollu obbligu ta' rendikont lejn il-Parlament; jilqa', f'dan ir-rigward, id-djalogu permanenti bejn il-BĊE u l-Parlament, kif ukoll il-fatt li b'mod regolari l-President tal-BĊE u, meta jkun applikabbli, membri oħra tal-Bord Eżekuttiv jidhru quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u quddiem il-plenarja; iħeġġeġ lill-BĊE jkompli dan id-djalogu; jenfasizza li l-BĊE tejjeb il-komunikazzjoni tiegħu; jemmen li dan jenħtieġ li jkompli l-isforzi tiegħu sabiex jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu disponibbli għaċ-ċittadini kollha u b'mod li dawn ikunu jistgħu jifhmuhom, kif ukoll l-azzjonijiet tiegħu biex tinżamm l-istabbiltà fil-prezzijiet fiż-żona tal-euro u għalhekk tiġi ppreservata l-kapaċità tal-akkwist tal-munita komuni;

51.

Jifraħ lill-BĊE għall-perkors li sar s'issa li żied it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont demokratiku fil-konfront taċ-ċittadini Ewropej u tal-Parlament;

52.

Jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji sabiex jieħu azzjoni biex ittejjeb l-istruttura tad-djalogu monetarju mal-President tal-BĊE;

53.

Jilqa' l-feedback imtejjeb, taqsima b'taqsima u sostanzjali mogħti mill-BĊE għall-kontribut tal-Parlament dwar ir-Rapport Annwali tal-BĊE għall-2016; jistieden lill-BĊE jkompli dan l-impenn għall-obbligu ta' rendikont u jibqa' jippubblika l-feedback bil-miktub tiegħu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar ir-Rapport Annwali tal-BĊE kull sena;

54.

Ifakkar li fix-xhur li ġejjin se jsiru bidliet importanti fil-Kunsill Governattiv tal-BĊE, peress li diversi Membri tal-Bord Eżekuttiv, inkluż il-President, se jtemmu l-mandat tagħhom; iqis li dawn il-bidliet jenħtieġ li jitħejjew b'attenzjoni u f'trasparenza sħiħa mal-Parlament, f'konformità mat-Trattati; iħeġġeġ lill-Kunsill jfassal lista mqassra bbilanċjata ta' mill-inqas tliet kandidati għall-postijiet vakanti kollha li ġejjin, u b'hekk jippermetti lill-Parlament jaqdi rwol konsultattiv aktar sinifikanti fil-proċess tal-ħatra; itenni l-pożizzjoni tiegħu li huwa meħtieġ titjib fil-bilanċ bejn is-sessi, kemm fil-Bord Eżekuttiv kif ukoll fil-persunal tal-BĊE b'mod aktar ġenerali; jenfasizza li l-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jeħtiġilhom jinħatru unikament abbażi tal-istatura rikonoxxuta u l-esperjenza professjonali tagħhom fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji;

55.

Jaqbel mal-argument li għamel il-President Draghi fid-diskors tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 li l-għadd eċċessiv ta' dikjarazzjonijiet inkonsistenti li saru u li mbagħad ma ġewx segwiti fix-xhur reċenti wasslu biex fl-Italja kien hemm żieda fir-rendiment tal-bonds tal-gvern u għal twessigħ tal-firxa, b'konsegwenzi negattivi għall-intrapriżi u għall-unitajiet domestiċi;

o

o o

56.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2018)0025.

(2)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.

(3)  Fis-seduta ta' smigħ li ġiet organizzata mal-BERS fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fid-9 ta' Lulju 2018.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/82


P8_TA(2019)0030

Unjoni Bankarja – Rapport annwali 2018

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2018 (2018/2100(INI))

(2020/C 411/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2017 (1),

wara li kkunsidra l-feedback tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2017,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni miftiehma mis-Summit tal-Euro fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta' Ġunju 2018,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tas-16 ta' Jannar 2018 dwar l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta' kriżijiet bankarji mill-BĊE (2),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-24 ta' Mejju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titoli koperti minn bonds sovrani (COM(2018)0339),

wara li kkunsidra l-konstatazzjonijiet tal-BĊE tat-23 ta' Frar 2018 li l-ABLV Bank u l-ABLV Bank Luxembourg kienu qed ifallu jew probabbilment se jfallu, b'konformità mar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (3),

wara li kkunsidra l-varar, fil-31 ta' Jannar 2018, mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), tat-test tal-istress tagħha madwar l-Ewropa kollha (4),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“il-Komunikazzjoni dwar il-Banek”) (5),

wara li kkunsidra r-Rapport Statistiku Annwali tal-ESMA dwar is-swieq tad-derivattivi tal-UE tat-18 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-BĊE tal-15 ta' Marzu 2018 dwar l-aspettattivi finanzjarji għal self improduttiv (NPLs) ġdid (6) u tal-11 ta' Lulju 2018 dwar passi ulterjuri fl-approċċ superviżorju tiegħu għall-istokk tal-NPLs (7),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) ta' Settembru 2018 intitolat “Approaching non-performing loans from a macroprudential angle” (Nindirizzaw is-self improduttiv minn angolu makroprudenzjali),

wara li kkunsidra r-rapport tal-BERS ta' Settembru 2018 intitolat “EU Shadow Banking Monitor No 3” (Rapport ta' Monitoraġġ Nru 3 tas-Sistema Bankarja Parallela fl-UE),

wara li kkunsidra l-avviż ta' post vakanti għall-kariga ta' President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE mill-1 ta' Jannar 2019 (8),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-11 ta' Ottubru 2017 dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (COM(2017)0591),

wara li kkunsidra l-proposti biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (CRR) (COM(2016)0850) kif ukoll id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (CRD IV) (COM(2016)0854),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Novembru 2017 dwar emendi għall-qafas tal-Unjoni għal rekwiżiti kapitali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment (CON/2017/46),

wara li kkunsidra r-rapport tal-BERS ta' Lulju 2017 intitolat “Financial stability implications of IFRS 9” (L-implikazzjonijiet tal-IFRS 9 fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2017 dwar il-pjan ta' azzjoni biex jiġi indirizzat is-self improduttiv fl-Ewropa,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0419/2018),

A.

billi li l-għoti lill-BĊE tar-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji sistemikament importanti kien suċċess;

B.

billi s-superviżjoni prudenzjali u s-superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus ma jistgħux jiġu ttrattati b'mod separat;

C.

billi jeħtieġ li r-rwol tal-ABE jissaħħaħ b'mod sinifikanti sabiex il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus jiġu implimentati u kkontrollati b'mod effikaċi;

D.

billi huwa importanti li jiġi ċċarat it-trattament tal-għajnuna mill-Istat f'azzjonijiet minn skemi ta' garanzija tad-depożiti (9);

E.

billi l-istokk ta' NPLs u l-iskoperturi tal-livell 2 u l-livell 3 fis-sistemi bankarji ta' xi Stati Membri għadhom għoljin b'mod inkwetanti;

F.

billi l-għadd u l-proporzjonijiet ta' NPLs għadhom ivarjaw b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri;

G.

billi l-parteċipazzjoni fl-Unjoni Bankarja hija miftuħa għall-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro; billi s'issa l-ebda Stat Membru għadu ma ddeċieda li jipparteċipa fuq dik il-bażi; billi diversi Stati Membri qed jiddiskutu l-possibbiltà li jingħaqdu mal-Unjoni Bankarja; billi istituzzjonijiet finanzjarji differenti jaraw vantaġġi fil-fatt li jkunu jinsabu fi ħdan l-Unjoni Bankarja;

1.

Jieħu nota pożittiva tal-kisbiet u r-riżultati tal-Unjoni Bankarja biex tgħin fit-trawwim ta' suq tassew uniku, kundizzjonijiet ekwi, stabbiltà finanzjarja u aktar prevedibbiltà għall-atturi tas-suq; jissottolinja l-importanza tal-impenn favur il-proċess tal-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja u l-ħtieġa li jiġu żgurati l-ftuħ u t-trattament ugwali tal-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-Unjoni Bankarja; ifakkar li l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja, inkluża Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti u garanzija ta' kontinġenza fiskali għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, irid ikompli, kif ukoll l-adozzjoni ta' miżuri biex jinkiseb tnaqqis tar-riskju, li jikkontribwixxi għal żieda ulterjuri fl-istabbiltà finanzjarja u l-prospetti ta' tkabbir;

2.

Jisħaq fuq l-importanza tal-impenn favur il-proċess tal-ikkompletar tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, li jgħin biex jinbena suq kapitali uniku veru fl-UE, biex il-kreditu jiddaħħal fl-ekonomija reali, biex jippermetti aktar il-kondiviżjoni tar-riskji fil-qasam privat, biex inaqqas il-ħtieġa għall-kondiviżjoni tar-riskji fil-qasam pubbliku, jiffaċilita l-investimenti transfruntieri u jikkomplementa l-finanzjament permezz tal-banek;

3.

Ifakkar li l-Unjoni Bankarja hija miftuħa għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jissieħbu; jilqa' kwalunkwe pass meħud minn Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro biex jissieħbu fl-Unjoni Bankarja billi dan jgħin biex l-Unjoni Bankarja tiġi allinjata mas-suq intern;

4.

Iqis li wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni Bankarja, minbarra l-iżgurar tal-istabbiltà finanzjarja, għandu jkun, fost oħrajn, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità, li tħares id-diversità tal-mudelli bankarji sostenibbli tal-UE u li jiġi evitat li s-sistema bankarja Ewropea tiġi mmexxija lejn mudell uniku jew li jippenalizza b'mod sproporzjonat lill-banek iż-żgħar, peress li din id-diversità tippermetti li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċittadini u tal-proġetti tagħhom, filwaqt li taġixxi wkoll bħala għodda ta' diversifikazzjoni, karatteristika fundamentali biex jiġu assorbiti xokkijiet potenzjali;

5.

Jenfasizza li l-proposti li saru minn korpi internazzjonali għandhom isiru parti mid-dritt tal-Unjoni b'tali mod li jitqiesu kif xieraq il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur bankarju Ewropew;

6.

Jenfasizza li b'mod partikolari l-istandards tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) m'għandhomx jiġu trasposti fid-dritt tal-Unjoni kif inhuma mingħajr ma jitqiesu kif xieraq il-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema bankarja Ewropea u l-prinċipju tal-proporzjonalità;

7.

Ifakkar fil-ħtieġa ta' sett ta' regoli koerenti u konċiżi għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Bankarja, filwaqt li titqies l-importanza tal-proporzjonalità; jistieden lill-Kummissjoni, meta jkun xieraq, tagħti prijorità lir-regolamenti minflok lid-direttivi bħala l-għodda leġiżlattiva għall-Unjoni Bankarja, u tagħmilha prijorità li tiżgura bis-sħiħ li l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tkun implimentata bis-sħiħ u b'mod korrett fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji Ewropej, tidentifika u tneħħi l-ostakli għas-suq intern;

8.

Jemmen li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta' superviżjoni u riżoluzzjoni għandhom ikunu koerenti, spjegati sew, trasparenti u disponibbli pubblikament; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' superviżjoni u riżoluzzjoni jkunu restrittivi kemm jista' jkun fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jippermettulhom jirrifjutaw l-aċċess għad-dokumenti;

Superviżjoni

9.

Jieħu nota tal-valutazzjonijiet riċenti tal-BĊE dwar il-banek li qed ifallu jew probabbilment se jfallu, li saru fl-2018; jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu l-ħinijiet tar-rispons tas-superviżjoni bankarja Ewropea; huwa mħasseb ħafna li wħud minn dawn il-każijiet qajmu kwistjonijiet rigward it-tisħiħ tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus fl-Unjoni Bankarja; jissottolinja l-ħtieġa urġenti ta' approċċ komuni tal-UE f'dan ir-rigward b'setgħat assenjati b'mod ċar; jilqa', f'dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-ABE fil-qasam tal-ħasil tal-flus;

10.

Jinnota r-riżultati tat-test tal-istress fl-UE kollha tal-ABE; jilqa' l-inklużjoni tal-istrumenti tal-livell 2 u tal-livell 3 fil-kamp ta' applikazzjoni tat-testijiet tal-istress tal-2018; jemmen li t-testijiet tal-istress għandhom jiġu interpretati flimkien ma' attivitajiet oħra li għaddejjin ta' monitoraġġ superviżorju; jistieden lill-MSU, lill-ABE u lill-BERS jużaw metodoloġiji konsistenti meta jiddefinixxu t-test tal-istress sabiex jiżguraw livell għoli ta' trasparenza dwar din il-proċedura u sabiex jipprevjenu distorsjonijiet possibbli;

11.

Ifakkar li hemm riskji assoċjati mad-dejn sovran; jieħu nota tal-ħidma li għaddejja tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) dwar ir-riskju sovran; huwa mħasseb ukoll mill-fatt li xi istituzzjonijiet finanzjarji għandhom skoperturi eċċessivament kbar għal dejn sovran maħruġ mill-gvernijiet tagħhom stess; jenfasizza li l-qafas regolatorju tal-UE dwar it-trattament prudenzjali tad-dejn sovran għandu jkun konsistenti mal-istandards internazzjonali;

12.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ ir-rwol tal-ABE fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fis-settur finanzjarju; jistieden lill-koleġiżlaturi jadottaw il-proposta mingħajr dewmien bla bżonn u jinsisti fuq il-ħtieġa ta' kooperazzjoni u kondiviżjoni tal-informazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali abbażi ta' standards komuni fi ħdan l-UE u soġġett għall-koordinazzjoni u l-appoġġ fil-livell tal-UE meta l-awtoritajiet nazzjonali jkunu mgħobbija żżejjed;

13.

Jibqa' mħasseb dwar każijiet riċenti ta' ħasil tal-flus f'banek Ewropej u dwar il-fatt li każijiet ta' ħasil tal-flus jistgħu jesponu l-ekonomija tal-UE għal instabbiltà finanzjarja u politika; jinnota li diversi minn dawn il-każijiet ġew irrapportati minn ġurisdizzjonijiet li mhumiex membri fl-UE; jappella għal approċċ unifikat rigward is-superviżjoni prudenzjali u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus; jinnota wkoll li kwistjonijiet li jikkonċernaw l-infurzar tal-leġiżlazzjoni kontra l-ħasil tal-flus ġew żvelati wkoll barra l-Unjoni Bankarja u li sħubija fl-Unjoni Bankarja tista' tkun ta' benefiċċju għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro fl-indirizzar ta' dawn il-kwistjonijiet;

14.

Jissottolinja l-fatt li s-swieq finanzjarji huma interrelatati b'mod qawwi; jisħaq fuq l-importanza tat-tħejjija tas-superviżuri bankarji għall-eżiti kollha possibbli fin-negozjati tal-Brexit bejn l-UE-27 u r-Renju Unit, filwaqt li jitqies li din ma tissostitwix it-tħejjija tas-setturi privati nfushom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet superviżorji jwettqu analiżi komprensiva tal-impatt tal-Brexit; jistieden lill-UE27 japprofondixxu r-regolamentazzjoni komuni u s-superviżjoni komuni filwaqt li jitkabbru l-firxa u l-portata tas-swieq kapitali fl-UE27;

15.

Iħeġġeġ lin-negozjaturi kollha jaħdmu favur l-adozzjoni ta' pakkett leġiżlattiv bilanċjat u sostenibbli biex jitnaqqas ir-riskju fis-sistema bankarja qabel l-elezzjonijiet Ewropej fl-2019; iħeġġeġ lill-Kunsill, b'mod partikolari, biex jinnegozja in bona fide, filwaqt li jikkunsidra b'mod xieraq id-diversità tal-mudelli bankarji tal-UE, tal-prinċipju tal-proporzjonalità u l-pakkett bilanċjat adottat mill-Parlament Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza b'mod effikaċi l-problema “kbira wisq biex tfalli” flimkien mar-riskji ta' mudelli bankarji differenti fl-UE, filwaqt li jitqies id-daqs tagħhom fis-swieq rilevanti;

16.

Jieħu nota tan-negozjati li għaddejjin dwar il-pakkett tal-NPLs; jinnota l-addendum tal-BĊE dwar l-NPLs u l-ħidma tal-ABE fuq linji gwida dwar il-ġestjoni tal-iskoperturi improduttivi u mrażżna; jilqa' t-tnaqqis fil-volum tal-NPLs matul l-aħħar snin; itenni t-tħassib tiegħu li l-għadd totali, u l-proporzjon, ta' self improduttiv u tal-istrumenti tal-livell 2 u tal-livell 3, għadhom ferm ogħla mill-medja f'xi Stati Membri; jenfasizza li r-riskju għall-istabbiltà finanzjarja mill-NPLs għadu sinifikanti iżda, minkejja dan, huwa inqas milli kien ftit snin ilu; jaqbel mal-Kummissjoni li r-responsabbiltà ewlenija għat-tnaqqis tal-NPLs hija tal-Istati Membri, b'mod partikolari permezz ta' liġijiet effiċjenti dwar l-insolvenza, u tal-banek infushom, iżda jenfasizza l-interess tal-UE li tnaqqas is-sehem tal-NPLs;

17.

Huwa mħasseb dwar l-użu wiesa' ta' mudelli interni mill-istituzzjonijiet bankarji; jistieden lill-MSU u lill-ABE jkomplu l-ħidma tagħhom fuq l-adegwatezza tal-użu ta' mudelli interni sabiex tiġi stabbilita l-kredibbiltà tagħhom u jinkisbu kundizzjonijiet ekwi fl-istituzzjonijiet kollha;

18.

Jieħu nota tan-negozjati li għaddejjin dwar is-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF); jemmen li suq uniku jeħtieġ setgħat superviżorji xierqa fil-livell tal-UE; jenfasizza li l-kompitu ewlieni tas-SESF huwa li tiżgura azzjoni superviżjoni effettiva;

19.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-FinTech; jagħraf il-potenzjal kbir ħafna tal-FinTech u l-ħtieġa li titħeġġeġ l-innovazzjoni; madankollu, jinnota l-ħtieġa ta' regolamentazzjoni xierqa u superviżjoni adegwata li tipproteġi lill-konsumaturi u tiżgura l-istabbiltà finanzjarja kif ukoll kundizzjonijiet ekwi għall-atturi tas-swieq finanzjarji; jemmen li l-kumpaniji tat-teknoloġija finanzjarja, li jwettqu l-istess attivitajiet bħal parteċipanti oħra fis-sistema finanzjarja, għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli operattivi; jissottolinja l-ħtieġa li titjieb kontinwament ir-reżiljenza ċibernetika tas-settur finanzjarju tal-UE;

20.

Għadu mħasseb dwar il-kobor tas-sistema bankarja parallela fl-UE; ifakkar li fi tmiem l-2017 kien stmat li kienet tammonta għal madwar 40 % tas-sistema finanzjarja tal-UE; iħeġġeġ lill-awtoritajiet fil-livell nazzjonali, globali u tal-UE biex ikomplu jimmonitorjaw b'mod viġilanti r-riskji kkawżati minn dawn l-attivitajiet u biex jindirizzawhom malajr kemm jista' jkun sabiex jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta, trasparenza u stabbiltà finanzjarja; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika b'urġenza l-lakuni li fadal fir-regolamenti fis-seħħ;

21.

Ifakkar fid-dibattitu inizjali dwar ir-rwol tal-BĊE kemm bħala awtorità monetarja kif ukoll bħala awtorità superviżorja; iqis li, globalment, il-BĊE rnexxielu jżomm iż-żewġ rwoli separati; madankollu, jemmen li jenħtieġ aktar dibattitu biex jiġi evitat ir-riskju ta' kunflitt ta' interess bejn iż-żewġ kompiti; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-ABE bħala awtorità regolatorja u l-MSU bħala awtorità superviżorja fl-Unjoni Bankarja, filwaqt li jiġi rispettat it-tqassim tar-responsabbiltajiet;

22.

Iqis li aktar armonizzazzjoni tal-prattiki dwar il-valutazzjoni ta' jekk bank hux qed ifalli jew probabbilment se jfalli, kif ukoll distinzjoni aktar ċara bejn is-setgħat superviżorji u s-setgħat ta' intervent bikri jgħinu biex jagħmlu l-ġestjoni tal-kriżijiet mill-awtoritajiet kompetenti, qabel il-riżoluzzjoni, aktar effettiva;

Riżoluzzjoni

23.

Jinnota l-ftehim milħuq fil-laqgħa tas-Summit tal-Euro tad-29 ta' Ġunju 2018 li l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) jipprovdi l-garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (FUR) u li l-MES jiġi rriformat biex jipprovdi appoġġ effettiv għal-istabbiltà abbażi ta' kundizzjonijiet stretti li jiżguraw ir-responsabbiltà, l-obbligu ta' rendikont u l-prinċipju tal-evitar tal-periklu morali kif ukoll li jissalvagwardjaw il-prinċipju li l-kontribwenti mhumiex responsabbli għar-riskji bankarji; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament li dan il-mekkaniżmu għandu jkun inkorporat bis-sħiħ fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni u jenfasizza l-ħtieġa ta' skrutinju demokratiku xieraq;

24.

Ifakkar li l-proċedimenti normali ta' insolvenza huma l-proċedura applikata meta azzjoni ta' riżoluzzjoni ma titqiesx li tkun fl-interess pubbliku; huwa konxju mill-fatt li d-diverġenzi fil-leġiżlazzjoni dwar l-insolvenza jirriflettu proċeduri nazzjonali stabbiliti sew; jinnota li l-leġiżlazzjoni dwar l-insolvenza tista' tibbenefika minn armonizzazzjoni akbar fl-Unjoni kollha sabiex jiġu żgurati regoli komuni u kundizzjonijiet ekwi għall-banek, l-investituri u l-kredituri kollha;

25.

Jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu li r-regoli għar-rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja jridu jiġu ċċarati; jinnota li r-rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja tista' tkun strument għall-ġestjoni tal-kriżijiet iżda jemmen li l-użu tagħha jrid jiġi limitat strettament għal każijiet eċċezzjonali meta l-bank ikun konformi mal-livelli tal-kapital regolatorji minimi armonizzati, u għalhekk solventi, u meta tkun żgurata l-konformità mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; ifakkar li l-għan tar-reġim ta' riżoluzzjoni tal-UE huwa li jiżgura li l-kontribwenti jiġu protetti, li l-kost tal-fallimenti tal-ġestjoni ta' bank jiġġarrab mill-azzjonisti u l-kredituri tiegħu, u li titħares l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja inġenerali; jenfasizza li r-regoli dwar r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jeħtieġ li jiġu applikati saħansitra aħjar;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu abbażi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; jistieden lill-Kummissjoni teżamina r-regolament abbażi tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD); jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-applikazzjoni trasparenti tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-BRRD;

27.

Jenfasizza l-importanza tal-aċċess għal-likwidità għall-banek f'riżoluzzjoni, waqt u immedjatament wara l-proċedimenti ta' riżoluzzjoni; isegwi b'interess id-dibattiti li għaddejjin dwar għodda possibbli għall-għoti ta' likwidità fil-proċedura ta' riżoluzzjoni;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta regolarment jekk is-settur bankarju bbenefikax minn sussidji impliċiti u minn għajnuna mill-Istat minn meta bdiet il-kriżi s'issa, anke bl-għoti ta' appoġġ ta' likwidità mhux konvenzjonali, u tippubblika rapport f'dan ir-rigward; jissottolinja l-effett distortiv li l-għajnuna mill-Istat jista' jkollha fuq il-funzjonament tas-suq intern; ifakkar fir-rekwiżiti stretti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jerġa' jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid fuq bażi annwali jekk dawn ir-rekwiżiti għadhomx jiġu ssodisfati;

29.

Jilqa' l-konklużjoni tal-QEA, fir-rapport tagħha dwar l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta' kriżijiet bankarji mill-BĊE, li l-istruttura organizzattiva tal-BĊE u l-allokazzjoni tar-riżorsi tiegħu għall-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u s-superviżjoni tal-banek fi kriżi huma sodisfaċenti, filwaqt li jinnota li hemm kwistjonijiet pendenti rigward il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni tal-effiċjenza; ifakkar li l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet huma kruċjali għall-implimentazzjoni bla xkiel tal-miżuri ta' riżoluzzjoni;

30.

Jilqa' l-memorandum ta' qbil rivedut bejn il-BĊE u l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB); jenfasizza li skambju ta' informazzjoni ffaċilitat, u f'xi każijiet awtomatizzat, iżid l-effiċjenza u jgħin biex ikun żgurat li l-piż tar-rapportar fuq il-banek jinżamm żgħir kemm jista' jkun;

Assigurazzjoni tad-depożiti

31.

Jieħu nota tal-ftehim milħuq fil-laqgħa tas-Summit tal-Euro tad-29 ta' Ġunju 2018 li jikkonċerna l-Iskema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS), kif ukoll tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ottubru 2017 dwar l-EDIS; jissottolinja li l-proċess biex tiġi stabbilita l-EDIS għandu jkompli għall-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja; jagħraf il-benefiċċji tal-kondiviżjoni tar-riskji u ta' tnaqqis ulterjuri tar-riskji;

o

o o

32.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2018)0058.

(2)  “Rapport Speċjali Nru 02/2018: L-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta' kriżijiet bankarji mill-BĊE”, Qorti Ewropea tal-Awdituri, 16 ta' Jannar 2018, https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=44556

(3)  Stqarrija għall-istampa, “ECB determined ABLV Bank was failing or likely to fail” (Il-BĊE kkonstata li l-ABLV Bank kien qed ifalli jew probabbilment se jfalli), Bank Ċentrali Ewropew, 24 ta' Frar 2018, https://www.bankingsupervision.europa.eu/press/pr/date/2018/html/ssm.pr180224.en.html

(4)  Stqarrija għall-istampa, “EBA launches 2018 EU-wide stress test exercise” (L-ABE tvara l-eżerċizzju tat-test tal-istress fl-UE kollha għall-2018), Awtorità Bankarja Ewropea, 31 ta' Jannar 2018, http://www.eba.europa.eu/-/eba-launches-2018-eu-wide-stress-test-exercise

(5)  ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1.

(6)  Stqarrija għall-istampa, “ECB sets out its supervisory expectations for new NPLs” (Il-BĊE jistabbilixxi l-aspettattivi superviżorji tiegħu għal NPLs ġodda), Bank Ċentrali Ewropew, 15 ta' Marzu 2018, https://www.bankingsupervision.europa.eu/press/pr/date/2018/html/ssm.pr180315.en.html

(7)  Stqarrija għall-istampa, “ECB announces further steps in supervisory approach to stock of NPLs” (Il-BĊE jħabbar passi ulterjuri fl-approċċ superviżorju tiegħu għall-istokk tal-NPLs), Bank Ċentrali Ewropew, 11 ta' Lulju 2018, https://www.bankingsupervision.europa.eu/press/pr/date/2018/html/ssm.pr180711.en.html

(8)  ĠU C 248 A, 16.7.2018, p. 1.

(9)  Kawża T-98/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2016 – l-Italja vs Il-Kummissjoni (ĠU C 145, 25.4.2016, p. 34).


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/88


P8_TA(2019)0031

Implimentazzjoni tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Kolombja u l-Perù

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù (2018/2010(INI))

(2020/C 411/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (1),

wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-gvernijiet tal-Kolombja u tal-Perù fl-2012,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-ftehim kummerċjali tal-UE mal-Kolombja u l-Perù (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-adeżjoni tal-Ekwador għall-Ftehim Kummerċjali konkluż bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u l-Kolombja u l-Perù (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (4),

wara li kkunsidra l-istatistika u d-data dwar il-kummerċ ipprovduti, fost l-oħrajn, mill-Eurostat (5), mill-Indiċi Globali tad-Drittijiet tal-ITUC tal-2018 (6), u mir-rapporti tal-Iskola Nazzjonali tat-Trade Unions (ENS) tal-Kolombja (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0446/2018),

A.

billi l-Ftehim Kummerċjali tal-UE mal-Kolombja u mal-Perù (il-Ftehim) huwa relazzjoni bbażata fuq ir-regoli, imsejjes fuq valuri komuni u standards internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, b'potenzjal ta' impatt pożittiv qawwi fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-partijiet tal-Ftehim, fuq l-integrazzjoni ekonomija, fuq l-iżvilupp sostenibbli, fuq id-drittijiet tal-bniedem, fuq il-kooperazzjoni ulterjuri dwar il-kwistjonijiet reġjonali u globali, u fuq it-tqarrib lejn xulxin tal-pajjiżi u taċ-ċittadini tagħhom;

B.

billi l-Perù huwa waħda mill-aktar ekonomiji miftuħa u li qed tikber malajr fir-reġjun, fejn il-kummerċ jirrappreżenta 44 % tal-PDG; billi l-Kolombja hija t-tielet l-akbar ekonomija fl-Amerka Latina, li t-tkabbir ekonomiku tagħha huwa mistenni li jiżdied matul l-2019-2020;

C.

billi l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali, inklużi l-impatti soċjali u ambjentali tagħhom, hija pilastru ewlieni tal-attività ta' sorveljanza tal-Parlament Ewropew;

D.

billi l-Ftehim għandu jiġi vvalutat fl-isfond tal-kriżi ekonomika u umanitarja serja fil-Venezwela li qed tikkawża migrazzjoni fuq skala kbira lejn il-Kolombja u l-Perù; billi ż-żewġ pajjiżi laqgħu għadd kbir ta' migranti Venezwelani;

1.

Jisħaq li l-valuri strateġiċi tal-Ftehim imorru lil hinn mill-isfera tal-kummerċ peress li jipprovdi bażi soda għal relazzjoni aktar fil-fond, b'impenn fit-tul għad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet soċjali, id-drittijiet tal-popli indiġeni u l-bdiewa foqra, u għall-ambjent, u jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' sħubija strateġika bejn l-UE u l-Amerka Latina;

2.

Ifakkar l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni sabiex tiġi ppreservata u rinforzata s-sistema kummerċjali multilaterali, bħala pilastru essenzjali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), li jiżgura governanza ekonomika bbażata fuq ir-regoli, u kummerċ aktar ġust, aktar inklużiv u aktar sostenibbli; ifakkar, b'mod partikolari, l-appoġġ tiegħu għad-WTO, filwaqt li jenfasizza r-rwol tagħha biex toħloq stabbiltà ekonomika u tappoġġja t-tkabbir u l-iżvilupp, u jistieden lill-partijiet jużaw id-djalogu mrawwem mill-Ftehim sabiex jidentifikaw u jiżviluppaw strateġiji konġunti għall-modernizzazzjoni meħtieġa tad-WTO;

3.

Jissottolinja l-opportunità li joffri l-Ftehim biex mhux biss isaħħaħ il-kooperazzjoni u l-kummerċ interreġjonali, iżda anki dawk intrareġjonali bejn il-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador;

4.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-integrazzjoni tal-Ekwador fil-Ftehim, bħala element addizzjonali biex jgħin isaħħaħ l-integrazzjoni reġjonali, u jenfasizza r-rwol kostruttiv li jiżvolġu l-partijiet kollha biex dan il-proċess jirnexxi; ifakkar li l-Ftehim għadu miftuħ għal adeżjonijiet oħrajn;

5.

Jappoġġja bil-qawwi l-ftehim Kolombjan dwar il-paċi u jfakkar il-benefiċċji potenzjali u l-ħtieġa li l-Ftehim jintuża bl-aħjar mod sabiex jgħin fl-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-paċi, inkluż proċess integrat ta' riforma u rikonċiljazzjoni tal-art fil-Kolombja; jikkunsidra li l-Ftehim jipprovdi opportunitajiet sinifikanti għat-tkabbir u għall-impjieg, inkluż billi jindirizza sfidi speċifiċi bħad-diversifikazzjoni tal-ekonomija, l-iżvilupp produttiv u l-implimentazzjoni tal-ippjanar dwar l-użu tal-art, b'mod partikolari fl-aktar reġjuni foqra li jiġu affettwati bil-qawwi mill-konflitt intern fit-tul; jinsisti fuq it-trawwim tal-ftehim dwar il-paċi fil-Kolombja billi jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-ftehim u jemmen li f'qasir żmien se jagħti d-dividend ta' paċi tiegħu fil-forma ta' żvilupp ekonomiku u soċjali f'konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli; ifakkar li appoġġ kontinwu u strutturat għas-soċjetà ċivili u djalogu magħha huma kruċjali wkoll sabiex tinbena l-paċi mill-aktar livell baxx, b'mod partikolari fiż-żoni rurali;

6.

Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Ftehim jiftaħ is-swieq, fost l-oħrajn, għall-prodotti, għas-servizzi, għall-akkwist pubbliku u għall-investimenti, li meta jitfasslu fuq il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli jistgħu joħolqu opportunitajiet għall-impjieg formali u ta' kwalità, u għal kundizzjonijiet tax-xogħol u standards tal-għajxien aħjar billi jilliberalizzaw u jespandu l-kummerċ u l-investiment;

7.

Jieħu nota li l-kummerċ bejn l-UE, il-Kolombja u l-Perù naqas minn mindu l-Ftehim daħal fis-seħħ; madankollu, huwa tal-opinjoni li l-Ftehim parzjalment patta għall-andament negattiv f'termini ta' flussi kummerċjali internazzjonali, peress li naqqas il-prezzijiet tal-prodotti bażiċi u baxxa t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-Amerka Latina, u mingħajr dubju kellu effett stabbilizzanti;

8.

Jilqa' favorevolment il-fatt li l-istokks ta' investiment tal-UE żdiedu fil-Kolombja u fil-Perù, u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-UE hija l-akbar investitur barrani fiż-żewġ pajjiżi;

9.

Jilqa' l-fatt li l-Ftehim jgħin, fost l-oħrajn, lill-kumpaniji tas-settur tas-servizz billi jippromwovi prattiki regolatorji tajbin, itejjeb ir-regolamentazzjoni u t-trasparenza domestika, u jsaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt, u li jista' jservi bħala inkubatur biex tiġi promossa l-intraprenditorija diġitali fir-reġjun, li tikkontribwixxi biex jitnaqqas il-faqar u jinħolqu l-impjiegi;

10.

Jappoġġja l-ħolqien ta' grupp ta' ħidma speċifiku, kif imsemmi fl-Artikolu 109 tal-Ftehim, biex jiddiskuti l-kwistjonijiet regolatorji li jikkonċernaw il-kummerċ fis-servizzi u fil-kummerċ elettroniku, sabiex tiġi żgurata l-promozzjoni ta' ambjent kompetittiv ibbilanċjat u ġust fl-ekosistema diġitali;

11.

Jirrimarka li l-Ftehim ikkontribwixxa għall-modernizzazzjoni u għad-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet mill-Kolombja u mill-Perù u ħalla effetti pożittivi fuq l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) Kolombjani u Peruvjani, iżda osserva li ċ-ċifri relatati mal-volumi u l-ħolqien tal-impjiegi huma baxxi ħafna, u fakkar li sar progress simili fil-perjodi preċedenti; jappella lill-Kummissjoni tinkludi s-sitwazzjoni tal-industriji lokali u tad-diversifikazzjoni ekonomika fl-analiżi futura tagħha; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Ftehim għandu l-potenzjal li jagħmel kontribut akbar għall-iżvilupp taż-żoni tan-negozji ġodda Kolombja ni u Peruvjani, b'mod partikolari fir-rigward tal-komunitajiet intraprenditorjali tar-reġjun f'ċentri urbani bħal Bogotá, Medellín u Lima; jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ li jsir sforz akbar f'termini tad-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet lil hinn mill-prodotti minerali, taż-żejt u agrikoli tradizzjonali, li jammontaw għal madwar 70 % tal-esportazzjonijiet skont il-volum, u lejn l-esportazzjoni ta' oġġetti u prodotti pproċessati b'aktar valur miżjud, biex jiġu appoġġjati l-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, b'rispett sħiħ għall-istandards ambjentali u għad-drittijiet tal-bniedem;

12.

Jenfasizza li mid-dħul fis-seħħ provviżorju tal-Ftehim, 1 155 kumpanija Kolombjana – li minnhom 328 kienu SMEs – u 2 328 kumpanija Peruvjana ġdida– li 90 % minnhom kienu SMEs – bdew jesportaw lejn l-UE; jistieden lill-partijiet ikomplu jappoġġjaw il-proċess tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-aċċess għas-suq reċiproku tagħhom u li tingħata data regolari u preċiża dwar is-setturi tal-attività u l-grad ta' konsolidazzjoni tal-attivitajiet tal-SMEs f'dan ir-rigward;

13.

Iħeġġeġ liż-żewġ naħat jagħtu spinta lir-rata ta' implimentazzjoni u sensibilizzazzjoni tal-Ftehim; huwa tal-fehma li ħafna SMEs fl-UE, fil-Kolombja u fil-Perù mhumiex konxji dwar l-opportunitajiet li l-Ftehim joffri; jistieden, għalhekk, lill-partijiet jistudjaw ir-rata ta' utilizzazzjoni ta' preferenza tal-SMEs b'mod partikolari, u jieħdu passi effettivi sabiex jikkomunikaw aħjar l-opportunitajiet u l-benefiċċji offruti mill-Ftehim, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' punti ta' kuntatt u l-istabbiliment ta' sit web speċjalizzat għall-SMEs;

14.

Jilqa' l-fatt li l-esportazzjonijiet ta' prodotti agrikoli mill-UE lejn iż-żewġ pajjiżi żdiedu konsiderevolment mill-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, iżda jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja s-sitwazzjoni mill-qrib u tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-effetti tal-Ftehim dwar il-produzzjoni tal-ikel għas-suq lokali; ifakkar l-importanza li l-kummerċ isir aktar inklużiv u li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni xierqa tal-bdiewa ż-żgħar fil-ktajjen tal-valur kemm fil-Kolombja kif ukoll fil-Perù, u issa fl-Ekwador ukoll;

15.

Ifakkar li ġew stabbiliti klawżoli ta' salvagwardja għas-setturi agrikoli sensittivi u li, f'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel informazzjoni aktar dettaljata u regolari dwar l-iżviluppi fis-suq disponibbli, kemm għall-Parlament Ewropew kif ukoll għas-setturi industrijali kkonċernati;

16.

Jirrikonoxxi li sar progress mill-partijiet biex jitneħħew l-ostakli kummerċjali u tiġi implimentata l-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, speċjalment fir-rigward tal-affarijiet sanitarji u fitosanitarji (SPS), ir-regoli tal-oriġini (RoO) u l-ostakli tekniċi għall-kummerċ (TBTs); ifakkar, madankollu, li l-każijiet tal-anti-dumping jenħtieġ li ma jiksrux ir-regoli tal-Ftehim dwar l-Anti-Dumping tad-WTO;

17.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm bżonn isir aktar progress, fost l-oħrajn, f'dawn il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-prodotti tal-laħam u tal-ħalib;

(b)

falsifikazzjoni, piraterija, użurpazzjoni tad-denominazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika (IĠ) tal-UE u reġistrazzjoni tal-IĠ pendenti,

(c)

taxxi diskriminatorji applikati fuq l-ispirti impurtati;

(d)

implimentazzjoni effettiva tal-impenji dwar il-kwistjonijiet soċjali u ambjentali,

(e)

nuqqas ta' trasparenza fil-proċeduri amministrattivi;

18.

Jikkunsidra li l-partijiet jenħtieġ li jużaw il-klawżola ta' reviżjoni tal-Ftehim biex jinkludu, fost l-oħrajn:

(a)

kapitolu komprensiv dwar il-mikrointrapriżi u l-SMEs li jipprovdu progress sostanzjali f'termini tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ, l-eliminazzjoni tal-ostakli għall-kummerċ u l-piżijiet amministrattivi mhux neċessarji;

(b)

kapitolu ddedikat dwar il-ġeneru, f'konformità mal-obbligu tal-UE kif inkorporat fl-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex jippromwovi l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi; jilqa' pożittivament, f'dan ir-rigward, il-fatt li l-UE, il-Perù u l-Kolombja ffirimaw id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kummerċ u t-Tisħiħ Ekonomiku tan-Nisa;

(c)

kapitolu dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa;

(d)

kapitolu dwar mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim xieraq għall-kummerċ u għall-iżvilupp sostenibbli (TSD) li fost diversi metodi ta' infurzar, jinkludi l-possibbiltà li jitqiesu sanzjonijiet bħala miżura ta' koerċizzjoni li għandha tintuża, bħala l-aħħar soluzzjoni, fil-każ ta' ksur serju u persistenti, u b'attenzjoni xierqa għas-sħab soċjali u għas-soċjetà ċivili organizzata u rappreżentattiva;

(e)

dispożizzjonijiet iddedikati relatati mal-kummerċ għall-involviment fi strumenti internazzjonali sabiex tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali multilaterali, b'mod partikolari l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;

19.

Jinsisti li l-korruzzjoni tikkostitwixxi wieħed mill-akbar ostakli mhux kummerċjali li jxekkel l-ambjent tan-negozju u li jżid id-diffikultajiet operazzjonali li jaffaċċjaw in-negozji; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-Ftehim sabiex timmonitorja r-riformi domestiċi fil-pajjiżi sħab fir-rigward tal-istat tad-dritt u l-governanza tajba u sabiex tfassal miżuri effettivi kontra l-korruzzjoni;

20.

Josserva l-atteġġjament pożittiv min-naħa tal-awtoritajiet taż-żewġ pajjiżi fir-rigward tal-kooperazzjoni biex jinstabu malajr soluzzjonijiet għall-ostakli kummerċjali mhux solvuti li għad fadal;

21.

Josserva li ż-żewġ pajjiżi kienu mħassba speċifikament dwar il-kapaċità tagħhom li jilħqu ċerti standards ta' sikurezza alimentari għas-suq tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-proposti leġiżlattivi reċenti tal-UE relatati mal-livelli tal-kadmju fil-kawkaw, l-interferenti endokrinali, l-ikel ġdid u ż-żejt tal-palm, li jirriskjaw li jkollhom impatt soċjali f'xi nħawi l-aktar vulnerabbli tal-pajjiżi, fejn il-produzzjoni tal-prodotti affettwati għandha tendenza li tkun ikkonċentrata; jistieden lill-partijiet isaħħu u jużaw bl-aħjar mod il-kooperazzjoni finanzjarja u teknika u jtejbu l-mekkaniżmi ta' twissija bikrija, tat-trasparenza u tal-iskambju ta' informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri interni sabiex ikunu jistgħu jantiċipaw u jadattaw għax-xejriet li qed jinbidlu u jikkonformaw mar-rekwiżiti legali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra miżuri ta' akkumpanjament u ta' sostenn sabiex tgħin lill-produtturi lokali jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-UE, f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni;

22.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu implimentati, b'mod effettiv u permezz ta' pjanijiet ta' azzjoni konkreti, id-dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-pjan direzzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, ambjentali u tax-xogħol, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-ftehim kummerċjali tal-UE mal-Kolombja u l-Perù; ifakkar, b'mod partikolari, l-impenn li sar mill-partijiet biex jissaħħu l-istandards dwar il-libertà tal-assoċjazzjoni, id-dritt għal negozjar kollettiv, spezzjonijiet tax-xogħol stretti u effettivi, il-vjolenza kontra l-mexxejja soċjali u etniċi u l-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-mekkaniżmi xierqa ta' prevenzjoni, kontroll u infurzar; jilqa', f'dan il-kuntest, l-isforzi li saru mill-Kolombja biex tiġġieled kontra l-impunità f'każijiet ta' reati kriminali inkluż permezz ta' investigazzjonijiet aħjar, iżda jinsisti li għandhom isiru sforzi oħrajn biex tittieħed azzjoni aktar effettiva bl-għan li tinqered il-vjolenza kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti ambjentali, l-unjonisti kummerċjali, il-mexxejja etniċi u tal-komunità, u jintemmu r-reati serji persistenti kontra n-nisa;

23.

Jieħu nota tal-ambizzjoni tal-gvernijiet tal-Kolombja u tal-Perù li jipprovdu lill-popolazzjonijiet rurali b'alternattivi għat-tkabbir tal-kokaina, li qiegħda tiġi pproċessata minn organizzazzjonijiet kriminali; jappella lill-Kummissjoni biex tikkoopera maż-żewġ gvernijiet biex jinstabu soluzzjonijiet;

24.

Jirrikonoxxi li ftehim konkluż fl-2017 bejn il-Gvern Kolombjan u t-trade unions tas-settur privat ġab miegħu titjib għal aktar minn miljun ħaddiem; jissottolinja l-livell partikolarment baxx ta' sħubija fi trade union u ż-żieda fl-użu ta' skemi tas-salarji u tal-benefiċċji ddeterminati b'mod unilaterali (“pactos colectivos”) fuq il-ftehimiet ta' negozjar kollettiv;

25.

Jilqa' l-fatt li, skont il-Kumitat Konsultattiv tat-Trade Unions tal-OECD, kien hemm żieda fin-numru ta' spetturi fil-Kolombja; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu r-riżorsi sabiex jiġu ggarantiti spezzjonijiet tax-xogħol effettivi; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jappoġġjaw lill-Kolombja fl-isforzi tagħha biex issaħħaħ l-ispezzjonijiet tax-xogħol, li jidher ċar li huma sfida enormi għall-Gvern Kolombjan minħabba li l-istat kien tilef kontroll ta' xi partijiet tal-pajjiż matul il-konflitt armat twil, iżda li madankollu jeħtieġ li jsiru, u jistenna li jitwettqu kontrolli addizzjonali u effettivi, speċjalment fiż-żoni rurali; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dettaljata fir-rigward tal-għadd ta' spetturi u spezzjonijiet kif ukoll l-irregolaritajiet li jinstabu; ifakkar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv dwar it-Trade Unions tal-OECD li l-għadd ta' spetturi tax-xogħol għadu jrid jiżdied biex jiġu ssodisfati l-istandards internazzjonali;

26.

Jilqa' l-isforzi u l-impenji li saru mill-Perù biex issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-impenji tiegħu taħt il-kapitolu tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ftehim, iżda jinsisti li jridu jsiru sforzi oħra sabiex tiġi indirizzata l-vjolenza kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-mexxejja soċjali u etniċi tal-komunitajiet u, b'mod partikolari, kontra n-nisa; jilqa' l-aħħar miżuri li ttieħdu fil-Perù sabiex jitjiebu l-ispezzjonijiet tax-xogħol u jħeġġeġ lill-pajjiż jibqa' jqawwi l-isforzi tiegħu f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ILO; jilqa' wkoll il-fatt li l-Perù kellu l-Presidenza tal-Kunsill Amministrattiv tal-ILO fl-2018, li jkompli jsaħħaħ l-impenn tal-Perù li jmexxi bl-eżempju fejn jidħol ir-rispett tal-liġijiet tax-xogħol; jenfasizza bl-istess mod li fis-6 ta' Awwissu 2018, il-Perù rratifika ftehim qafas mal-ILO dwar il-promozzjoni ta' xogħol diċenti għall-perjodu 2018-2021; jenfasizza, madankollu, in-nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjonijiet 87 u 98 tal-ILO, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-bidliet leġiżlattivi riċenti li jistgħu jwasslu biex jiddgħajjef il-ħarsien tal-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni tinforma b'mod xieraq lill-Parlament dwar kif hija se tipproċessa b'mod indipendenti l-ilment uffiċjali mressaq mis-soċjetà ċivili organizzata Peruvjana kontra l-Gvern Peruvjan fir-rigward tal-konformità mal-istandards tax-xogħol u ambjentali;

27.

Huwa tal-fehma li d-djalogu bejn ir-rappreżentanti tas-soċjetajiet ċivili tal-UE, tal-Kolombja u tal-Perù dwar id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim marbuta mal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli huwa mezz utli biex ikunu identifikati l-problemi pendenti u biex il-gvernijiet jiġu inkoraġġiti jagħmlu aktar progress bil-għan li jirrispettaw l-istandards internazzjonali fil-qasam soċjali, tax-xogħol u ambjentali;

28.

Jisħaq, għalhekk, li mekkaniżmi ta' konsultazzjoni trasparenti u inklużivi huma strumenti ewlenin biex jiġi żgurat li l-partijiet kollha josservaw l-istandards rikonoxxuti tax-xogħol u tal-ħarsien tal-ambjent;

29.

Ifakkar li l-kapitolu dwar it-TSD tal-Ftehim jipprevedi li kull parti għandha tistabbilixxi Gruppi Konsultattivi Domestiċi jew kumitat rilevanti għall-kwistjonijiet relatati max-xogħol, mal-ambjent u mal-iżvilupp sostenibbli, inklużi organizzazzjonijiet indipendenti u rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili, b'rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati ekonomiċi, soċjali u ambjentali; jilqa' l-ħolqien ta' grupp konsultattiv indipendenti mill-Gvern fil-Kolombja; jikkunsidra li l-Perù jenħtieġ li jsegwi l-eżempju tal-Kolombja sabiex jiżgura aktar indipendenza u trasparenza; jilqa' d-deċiżjoni mir-rappreżentanti tal-UE u tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi Andini li jorganizzaw laqgħat konġunti annwali, li se jippermettu skambju aħjar tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki u t-tħejjija ta' rakkomandazzjonijiet konġunti li għandhom jiġu ppreżentati lill-partijiet;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex timplimenta bis-sħiħ il-pjan maqsum fi 15-il punt biex il-kapitoli vinkolanti dwar it-TSD isiru aktar effettivi u jfakkar il-ħtieġa li tkompli d-djalogu tagħha mal-atturi differenti involuti, inkluż il-Parlament, sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv tad-drittijiet tal-bniedem u tal-impenji dwar ix-xogħol u l-ħarsien tal-ambjent;

31.

Ifakkar li l-modifiki leġiżlattivi li jafu jwasslu għal livell ta' ħarsien tal-ambjent aktar baxx bil-għan li jkun promoss l-investiment dirett barrani mhumiex konformi mal-Ftehim;

32.

Jinnota bi tħassib is-sehem sinifikanti tal-ħaddiema kollha impjegati fl-ekonomija informali kemm fil-Perù kif ukoll fil-Kolombja, speċjalment in-nisa; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati politiki effettivi bil-għan li jonqos dan is-sehem u jikkunsidra li l-Ftehim jista' jgħin f'dan ir-rigward, billi jgħin joħloq impjiegi aktar formali billi, pereżempju, isaħħaħ il-miżuri biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ekonomiċi tal-SMEs;

33.

Ifakkar li l-livelli limitu stabbiliti taħt il-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana, annessi mal-Ftehim u applikabbli sal-2020, jenħtieġ li jiġu rispettati, u jissottolinja l-ħtieġa li jkomplu jiġu mmonitorjati l-importazzjonijiet tal-banana ladarba jiskadi l-mekkaniżmu u li l-partijiet jenħtieġ li jkomplu jipprovdu statistika f'dan ir-rigward; huwa mħasseb li l-Perù qabeż il-livell limitu taħt il-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana tal-Ftehim u jitlob li ssir analiżi tal-effett li dan iħalli fuq is-swieq fl-UE; ifakkar li l-Kummissjoni għandha l-impenn li tivvaluta s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-UE sal-1 ta' Jannar 2019 u li jekk issib li seħħ deterjorament serju fl-istat tas-suq jew fis-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-UE, tista' titqies estensjoni tal-perjodu ta' validità tal-mekkaniżmu bil-kunsens tal-partijiet tal-Ftehim;

34.

Jilqa' l-adeżjoni tal-Kolombja mal-OECD fit-30 ta' Mejju 2018, li titqies bħala rikonoxximent tar-riformi importanti li għamel il-pajjiż, bħar-riforma tas-sistema ġudizzjarja, it-titjib tal-governanza tiegħu fir-rigward tal-impriżi ta' proprjetà tal-Istat u l-konformità mal-Konvenzjoni tal-OECD kontra t-Tixħim; ifakkar li, kif ġie deċiż mill-Kunsill tal-OECD, wara l-adeżjoni tagħha, il-Kolombja jeħtiġilha tipprovdi rapporti ta' progress lill-korpi tal-OECD, bħal valutazzjoni ta' segwitu tar-rakkomandazzjonijiet elenkati fl-Opinjoni Formali tal-Kumitat għall-Kummerċ; jinkoraġġixxi lill-Perù jkompli bir-riformi tiegħu fil-qafas tal-Ftehim “Programm Pajjiż” mal-OECD;

35.

Jisħaq fuq l-importanza li l-kooperazzjoni internazzjonali tissaħħaħ aktar fil-qafas internazzjonali, fil-livelli multilaterali, plurilaterali u reġjonali, fil-kuntest tad-WTO, bħal fir-rigward tan-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Beni Ambjentali (EGA) u tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA);

36.

Jirrikonoxxi l-ħidma importanti li saret mill-parlamenti nazzjonali fil-proċess ta' ratifika tagħhom tal-Ftehim u jistedinhom ikomplu jsegwuh; jistieden ukoll lil dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jibdew il-proċess ta' eżaminazzjoni tar-ratifika tal-adeżjoni tal-Ekwador għall-Ftehim;

37.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-SEAE, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Kolombja u tal-Perù, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD.

(1)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/march/tradoc_147704.pdf

(2)  ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 52.

(3)  ĠU C 366, 27.10.2017, p. 144.

(4)  ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132.

(5)  http://ec.europa.eu/trade/policy/countries-and-regions/statistics/

(6)  “2018 ITUC Global Rights Index – the world’s worst countries for workers” (Indiċi Globali tad-Drittijiet tal-ITUC tal-2018 – l-agħar pajjiżi tad-dinja għall-ħaddiema), International Trade Union Confederation, 2018, https://www.ituc-csi.org/ituc-global-rights-index-2018

(7)  http://www.ens.org.co/lee-y-aprende/lee-y-descarga-nuestras-publicaciones/informes-sislab/


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/94


P8_TA(2019)0032

Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2017

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2017 (2018/2103(INI))

(2020/C 411/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (4),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tal-2017 dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (5),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-UE Kontra l-korruzzjoni, maħruġ mill-Kummissjoni fl-2014 (COM(2014)0038),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2011 bit-titolu “Nissieltu kontra l-Korruzzjoni fl-UE” (COM(2011)0308),

wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,

wara li kkunsidra t-tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni (EU-MIDIS II),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Awwissu 2017 bit-titolu “Rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom” (COM(2017)0458),

wara li kkunsidra r-referenzi magħmula fir-rapporti preċedenti dwar l-istat tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu u tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji Ewropej u internazzjonali l-oħra,

wara li kkunsidra r-rapporti mill-NGOs nazzjonali, Ewropej u internazzjonali,

wara li kkunsidra l-ħidma mwettqa mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta' Venezja,

wara li kkunsidra r-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2017 tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (6),

wara li kkunsidra r-rapport tal-FRA bit-titolu “Antisemitism – Overview of data available in the European Union 2006-2016” (L-Anti-Semitiżmu – Ħarsa ġenerali lejn id-data disponibbli fl-Unjoni Ewropea 2006-2016),

wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tar-Rom bit-titolu “L-Anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, tal-jum ta' tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija” (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 bit-titolu “L-aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu” (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-anti-semitiżmu (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-protezzjoni u n-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-minoranzi fl-Istati Membri tal-UE (11),

wara li kkunsidra l-ħidma tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0466/2018),

A.

billi r-rispett tal-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u billi l-Istati Membri għandhom ir-responsabilità aħħarija li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni kollha billi jadottaw u jimplimentaw it-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jiġu kontinwament ikkonsolidati; billi kull tentattiv biex dawn il-prinċipji jiddgħajfu huwa għad-detriment mhux biss tal-Istat Membru kkonċernat iżda anki tal-Unjoni kollha kemm hi; billi l-korruzzjoni tikkostitwixxi theddida serja għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt u għad-drittijiet fundamentali u tagħmel ħsara lill-Istati Membri kollha u lill-UE kollha kemm hi; billi l-implimentazzjoni tal-qafas legali kontra l-korruzzjoni għadha mhijiex indaqs fost l-Istati Membri;

B.

billi l-Parlament talab għal diversi drabi permezz tar-riżoluzzjonijiet u tar-rapporti tiegħu sabiex l-Istati Membri jistabbilixxu politiki xierqa biex jiġi żgurat li d-drittijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi, fir-rigward tal-persuni b'diżabilità, il-persuni anzjani u l-persuni l-aktar vulnerabbli jiġu rrispettati; billi teżisti rabta b'saħħitha bejn id-drittijiet tal-minoranzi u l-prinċipju tal-istat tad-dritt; billi l-Artikolu 2 tat-TUE espressament isemmi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi u billi dawk id-drittijiet jistħoqqilhom l-istess trattament bħal drittijiet oħra minquxa fit-Trattati;

C.

billi fl-2017 komplew jaslu fl-Ewropa migranti u persuni li jfittxu asil iżda l-fruntieri u l-portijiet huma dejjem aktar magħluqa; billi din ir-realtà tirrikjedi solidarjetà reali tal-UE biex jiddaħħlu fis-seħħ strutturi ta' akkoljenza adegwati għal dawk l-aktar fil-bżonn u dawk li huma l-aktar vulnerabbli; billi ħafna migranti u persuni li jfittxu asil, li jfittxu li jaslu fl-UE, iqiegħdu ħajjithom f'idejn il-kuntrabandisti u l-kriminali u huma vulnerabbli għal ksur tad-drittijiet tagħhom, inklużi l-vjolenza, l-abbuż u l-isfruttament; billi n-nisa u t-tfal jinsabu f'riskju akbar li jiġu ttraffikati u abbużati sesswalment f'idejn it-traffikanti u għalhekk hemm il-ħtieġa li jinbnew u jissaħħu s-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal biex il-vjolenza, l-abbuż, in-negliġenza u l-isfruttament tat-tfal jiġu pprevenuti u tingħata reazzjoni għalihom, f'konformità mal-impenji mogħtija fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Belt Valletta, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-3 ta' Mejju 2018 dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti (12);

D.

billi r-rapport mir-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali waqt li jiġi miġġieled it-terroriżmu jqis li l-Istati għandhom l-obbligu li jipproteġu l-popolazzjonijiet tagħhom minn atti ta' terroriżmu, iżda l-miżuri tas-sigurtà, inklużi l-miżuri kontra t-terroriżmu, iridu jiġu segwiti permezz tal-istat tad-dritt u jridu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali;

E.

billi r-Rapport tal-FRA bit-titolu “Violence against women: an EU-wide survey” (Il-vjolenza kontra n-nisa: stħarriġ fl-UE kollha), ippubblikat f'Marzu 2014, juri li terz tan-nisa kollha fl-Ewropa esperjenzaw atti ta' vjolenza fiżika jew sesswali mill-anqas darba matul il-ħajja adulta tagħhom, 20 % esperjenzaw fastidju online, waħda minn kull għoxrin ġew stuprati u aktar minn waħda minn kull għaxra sofrew vjolenza sesswali li kienet tinvolvi l-użu tal-forza, u jenfasizza li l-vjolenza kontra n-nisa jeħtieġ li tiġi indirizzata fl-Istati Membri kollha tal-UE, inklużi dawk li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-visa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), minħabba l-firxa tal-problema, il-konsegwenzi severi tal-vjolenza, u l-impatt li għandha fuq il-ħajja tan-nisa kif ukoll fuq is-soċjetà kollha; billi n-nisa b'diżabilità għandhom probabbiltà akbar li jbatu minn vjolenza domestika u attakk sesswali min-nisa mingħajr diżabilità;

F.

billi n-nisa u l-bniet fl-UE jesperjenzaw disparità strutturali bejn il-ġeneri f'varjetà ta' forom u f'firxa ta' ambjenti – inklużi d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, il-fastidju sesswali, il-vjolenza sessista u diskors ta' mibegħda misoġinistika – li tillimita b'mod sever l-abilità tagħhom li jgawdu d-drittijiet tagħhom u li jipparteċipaw fuq l-istess livell fis-soċjetà; billi fl-2017, il-moviment #MeToo qajjem sensibilizzazzjoni dwar il-livell u l-intensità tal-fastidju sesswali u l-vjolenza sesswali u sessista li jiffaċċjaw in-nisa; billi l-moviment #MeToo rriżulta f'xi momentum pożittiv għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, iżda l-każijiet ta' fastidju sesswali u ta' vjolenza sesswali u sessista għadhom mifruxa; billi fis-snin reċenti, rapporti indikaw riperkussjonijiet dejjem akbar fuq id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE; billi n-nisa fl-Unjoni mhumiex indaqs quddiem id-dritt għall-abort minħabba politiki u leġiżlazzjoni differenti fost l-Istati Membri;

G.

billi fis-soċjetajiet demokratiċi, il-libertà tal-kelma u l-libertà tal-għaqda huma fost l-istrumenti li permezz tagħhom in-nies jistgħu jipparteċipaw fid-dibattitu pubbliku u jiksbu l-bidla soċjali; billi l-libertà tal-midja, il-pluraliżmu u l-indipendenza huma komponenti kruċjali tad-dritt tal-libertà ta' espressjoni u huma vitali għall-funzjonament demokratiku tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; billi l-ġurnalisti u atturi oħra fil-midja fl-UE huma f'riskju ta' diversi forom ta' attakki, theddid u pressjoni u saħansitra assassinji minn atturi statali u mhux statali; billi l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li kienet tispeċjalizza fl-investigazzjoni ta' skandli ta' evażjoni tat-taxxa, frodi tat-taxxa, korruzzjoni u ħasil tal-flus, ġiet assassinata f'Malta wara li kienet irrappurtat diversi theddidiet, u huma meħtieġa investigazzjonijiet indipendenti sabiex tkun tista' ssir l-identifikazzjoni sħiħa tal-awturi sabiex jitressqu quddiem il-ġustizzja; billi l-istampa kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol fundamentali fi ħdan demokrazija;

H.

billi l-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tiddikjara li kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni bħas-sess, ir-razza, il-kulur, id-diżabilità, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, il-lingwa, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, għandha tkun ipprojbita; billi l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon hija ggarantita bl-Artikolu 10 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali; billi attitudnijiet razzisti u ksenofobiċi persistenti qed jibdew jitqiesu bħala normali fl-Istati Membri u huma mħaddna minn dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni u politikanti fl-UE kollha, u dan irawwem klima soċjali li tipprovdi art fertili għal razziżmu, diskriminazzjoni u reati ta' mibegħda; billi dawn l-attitudnijiet imorru kontra l-valuri komuni Ewropej li magħhom ikkonformaw l-Istati Membri kollha;

I.

billi l-migranti, id-dixxendenti tal-migranti u l-membri ta' gruppi soċjokulturali minoritarji jkomplu jiffaċċjaw diskriminazzjoni mifruxa, fl-Unjoni Ewropea kollha u fl-oqsma kollha tal-ħajja; billi l-istudji tal-FRA juru li l-vittmi f'sitwazzjoni ta' residenza irregolari mhumiex lesti li jirrappurtaw l-abbużi lil kwalunkwe awtorità pubblika u li status ta' immigrant iżid ir-riskju li wieħed jiġi vittimizzat kriminalment; billi, minkejja għadd kbir ta' appelli magħmula lill-Kummissjoni, ittieħdu biss passi limitati sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-minoranzi;

J.

billi l-FRA saret ċentru ta' eċċellenza fil-provvista ta' evidenza ta' drittijiet fundamentali lill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE;

L-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali

1.

Jafferma li s-separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza tal-ġudikatura huma essenzjali biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tal-istat tad-dritt fi kwalunkwe soċjetà; ifakkar li dan il-kunċett huwa minqux fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u b'mod partikolari fil-prinċipji ta' ugwaljanza f'għajnejn il-liġi, il-preżunzjoni ta' innoċenza u d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku minn tribunal kompetenti, indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi; ifakkar li dawn il-valuri fundamentali kienu l-ispirazzjoni għall-artikoli introduttorji tat-Trattati Ewropej, li l-Istati Membri kollha approvaw volontarjament u impenjaw ruħhom li jirrispettaw; isostni li la s-sovranità nazzjonali u lanqas is-sussidjarjetà ma jistgħu jiġġustifikaw ir-rifjut sistematiku ta' Stat Membru milli jikkonforma mal-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tat-Trattati;

2.

Ifakkar li l-istat tad-dritt huwa parti minn u prerekwiżit għall-protezzjoni tal-valuri kollha elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE; jistieden lill-atturi rilevanti kollha fuq livell tal-UE u nazzjonali, inklużi l-gvernijiet, il-parlamenti u l-ġudikatura, biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jirrispettaw u jsaħħu l-istat tad-dritt; ifakkar li dawn l-atturi għandhom ir-responsabilità li jindirizzaw it-tħassib dwar l-istat tad-dritt u li għandhom rwol importanti fil-prevenzjoni ta' kwalunkwe tnaqqis fl-istat tad-dritt, li mhuwiex applikazzjoni inkundizzjonata tal-liġi, iżda l-aċċettazzjoni demokratika li nkunu soġġetti għal-liġi f'konformità stretta mal-konvenzjonijiet internazzjonali, kif ukoll, b'mod partikolari, mad-drittijiet tal-oppożizzjoni demokratika u tal-minoranzi;

3.

Jikkundanna bil-qawwa l-isforzi ta' xi gvernijiet ta' Stati Membri biex idgħajfu s-separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza tal-ġudikatura; jesprimi tħassib li, minkejja l-fatt li ħafna Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni sabiex jiżguraw l-indipendenza u l-imparzjalità ġudizzjarja, f'konformità mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa, għad fadal problemi fil-mod kif dawn l-istandards jiġu applikati, li jħalli lill-ġudikaturi nazzjonali miftuħa għal influwenza politika u jalimentaw il-perċezzjonijiet tal-pubbliku ta' interferenza fil-proċess ġudizzjarju u preġudizzju fost l-imħallfin individwali; ifakkar li l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17(1) tat-TUE u bħala l-gwardjana tat-Trattati, għandha l-leġittimità u l-awtorità li tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati u tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet f'konformità mat-Trattati, inkluż li tiżgura li l-Istati Membri kollha qed jirrispettaw il-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-valuri l-oħra inkorporati fl-Artikolu 2 tat-TUE;

4.

Jinnota l-isforzi tal-Kummissjoni u tal-Kunsill biex jiżguraw li l-Istati Membri kollha jirrispettaw bis-sħiħ l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, iżda anke l-impatt limitat sa issa tal-proċeduri mibdija skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE; iqis li l-UE jenħtieġ li tkun tista' tibda proċeduri ta' ksur kontra Stati Membri li ma jkunux għadhom jirrispettaw il-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, u li jenħtieġ li jiġi attivat l-Artikolu 7 jekk ir-rimedji l-oħra kollha jkunu fallew; iqis li l-ineffettività tal-UE biex ittemm il-ksur serju u persistenti tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE f'xi Stati Membri qed iddgħajjef kemm il-fiduċja fost l-Istati Membri kif ukoll il-kredibbiltà tal-UE; jenfasizza barra minn hekk li l-impunità kontinwa fir-rigward ta' dawn l-abbużi ħeġġet lil Stati Membri oħra biex jaqbdu l-istess triq; jistieden lill-Kunsill jeżamina u jsegwi kwalunkwe proposta mill-Kummissjoni u l-Parlament relatata mal-proċeduri ta' ksur u s-sanzjonijiet possibbli;

5.

Ifakkar fil-ħtieġa għal evalwazzjoni imparzjali u regolari tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri kollha; jenfasizza li din l-evalwazzjoni trid tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi; f'dan ir-rigward ifakkar li l-Kunsill għandu wkoll rwol ewlieni x'jaqdi biex jiġu salvagwardjati l-istat tad-dritt u l-valuri l-oħra msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE, u jilqa' l-isforzi magħmula minn ċerti Stati Membri biex jiżguraw li fi ħdan il-Kunsill issir valutazzjoni regolari tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-istat tad-dritt f'kull Stat Membru; jistieden lill-Kunsill biex jagħmel progress rapidu f'din id-direzzjoni; ifakkar ukoll fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (13); itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni li tippreżenta, abbażi tal-Artikolu 295 tat-TFUE, proposta għall-konklużjoni ta' Patt tal-Unjoni għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (il-Patt tal-UE għad-DRF), fil-forma ta' ftehim interistituzzjonali li jistabbilixxi arranġamenti għall-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri fil-qafas tal-Artikolu 7 tat-TUE; jikkunsidra li dan ikun mekkaniżmu ġust, ibbilanċjat, regolari u ta' prevenzjoni biex jiġi ttrattat il-ksur possibbli tal-valuri elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE, li jista' jaħdem b'mod simili għas-Semestru Ewropew għall-politika ekonomika; ifakkar fir-rabta intrinsika li teżisti bejn l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali u l-ħtieġa li l-Ewropej kollha jsiru aktar konxji tal-valuri komuni tal-UE u tal-Karta; jissottolinja l-importanza li l-Parlament jibgħat delegazzjonijiet ad hoc fl-Istati Membri meta jkun hemm evidenza ċara ta' ksur serju tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

6.

Huwa tal-fehma li kwalunkwe valutazzjoni tal-istat tad-dritt jenħtieġ li tkun ibbażata fuq data u analiżi sodi, oġġettivi u komparabbli; ifakkar li d-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jiġu inklużi bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt għall-proposti leġiżlattivi kollha; jilqa' f'dan ir-rigward is-Sistema ta' Informazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali (EFRIS) il-ġdida tal-FRA, li tiġbor flimkien l-informazzjoni eżistenti kollha rilevanti għad-drittijiet fundamentali mogħtija taħt il-mekkaniżmi differenti fuq livell tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE;

7.

Jindika li t-titjib tal-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-imħallfin, il-prosekuturi u l-avukati, jibqa' prijorità ewlenija tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti li tiġi introdotta perspettiva sensittiva għall-ġeneru fis-sistemi legali u ġudizzjarji tal-Istati Membri, inklużi l-iżvilupp u l-istituzzjonalizzazzjoni tal-komponent tal-ġeneru permezz ta' programmi ta' taħriġ għall-persunal ġudizzjarju kollu;

8.

Jenfasizza li l-korruzzjoni mhux biss tikkostitwixxi ostakolu sistemiku sinifikanti għar-realizzazzjoni tad-demokrazija u r-rispett tal-istat tad-dritt, iżda tista' twassal ukoll għal bosta każijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali, u b'hekk tikkostitwixxi theddida serja għall-prinċipju tat-trattament ġust għaċ-ċittadini kollha; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward inizjattivi leġiżlattivi li qegħdin jitressqu f'ċerti Stati Membri li jistgħu jreġġgħu lura riformi li jkunu saru qabel biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tal-korruzzjoni; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri kollha u lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiġġieldu b'mod riżolut il-korruzzjoni sistemika u joħolqu strumenti effettivi biex jipprevjenu, jiġġieldu kontra u jissanzjonaw il-korruzzjoni u jiġġieldu l-frodi, kif ukoll biex jimmonitorjaw b'mod regolari l-użu tal-fondi pubbliċi; jistieden, għal dan il-għan, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jiffaċilitaw l-istabbiliment rapidu tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE); jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ħabbrux l-intenzjoni tagħhom li jissieħbu fl-UPPE biex jagħmlu dan; jiddispjaċih fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippubblikax it-tieni rapport bi annwali dwar l-istat tal-korruzzjoni fl-UE, u jħeġġiġha tkompli tippubblika r-rapporti tagħha kontra l-korruzzjoni; jissottolinja li ż-żamma ta' skedi informattivi kontra l-korruzzjoni bħala parti mis-Semestru Ewropew mhijiex miżura suffiċjentement effettiva biex tiżgura li l-korruzzjoni titpoġġa b'mod inekwivoku fuq l-aġenda; jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha “Nissieltu kontra l-Korruzzjoni fl-UE” li se tfittex l-approvazzjoni sabiex tipparteċipa fi GRECO, in-netwerk kontra l-korruzzjoni li ġie stabbilit mill-Kunsill tal-Ewropa;

9.

Jenfasizza l-importanza tal-libertà ta' moviment u ta' residenza bħala wieħed mid-drittijiet fundamentali prinċipali garantiti mill-UE; jenfasizza li l-Brexit jaffettwa direttament il-ħajjiet ta' miljuni ta' ċittadini Ewropej, b'mod partikolari ċ-ċittadini tal-UE residenti fir-Renju Unit u ċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu fl-UE27, u jissottolinja li s-salvagwardjar tad-drittijiet fundamentali tal-persuni jenħtieġ li jingħata l-istess importanza bħal aspetti oħra; jitlob li d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u tal-familji tagħhom li ċċaqilqu fl-Unjoni skont il-libertà ta' moviment jiġu protetti wara l-Brexit;

10.

Jenfasizza li kwalunkwe pass li jittieħed sabiex jiġu miġġielda t-terroriżmu jew il-kriminalità organizzata jrid jirrispetta d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE; jinnota bi tħassib li l-awtoritajiet pubbliċi qed jirrikorru dejjem aktar għal miżuri amministrattivi li huma inkompatibbli mal-prinċipji tal-istat tad-dritt u li l-politiki f'dan il-qasam qed jiġu estiżi għal għadd dejjem akbar ta' reati, b'mod partikolari fil-kuntest ta' miżuri meħuda fi stat ta' emerġenza; jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li kwalunkwe leġiżlazzjoni ta' emerġenza tkun konformi mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-neċessità, u li l-miżuri meħuda f'dan il-kuntest ikunu b'mod ċar limitati biż-żmien u kkontrollati b'mod demokratiku u regolari; jirrifjuta kwalunkwe konfużjoni bejn l-immigrazzjoni u t-terroriżmu, u kwalunkwe użu ta' miżuri kontra t-terroriżmu sabiex jiġu kkontrollati ċerti movimenti migratorji;

Migrazzjoni

11.

Jikkundanna l-abbużi u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imġarrba minn ċerti migranti u rifuġjati, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għat-territorju, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, il-proċeduri tal-asil, id-detenzjoni marbuta mal-immigrazzjoni u l-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli, u jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jikkonformaw ma' u jittrasponu b'mod sħiħ il-pakkett komuni dwar l-asil adottat mill-Unjoni; ifakkar li t-tfal jirrappreżentaw kważi terz tal-persuni li jfittxu l-asil u huma partikolarment vulnerabbli; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex isaħħu l-isforzi tagħhom sabiex jipprevjenu l-għajbien ta' minorenni mhux akkumpanjati; ifakkar li d-dritt għall-asil huwa ssalvagwardjat b'mod espliċitu mill-Artikolu 18 tal-Karta; jinnota bi tħassib li l-proċeduri rapidi u l-listi ta' pajjiżi siguri, kif ukoll il-proċedura ta' teħid lura skont ir-regoli ta' Dublin, poġġew lill-persuni LGBTI li jfittxu asil f'riskju akbar li jiġu ritornati qabel ikunu jistgħu jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom għall-asil ma' pajjiżi terzi jew Stati Membri oħra, f'każijiet fejn huma jibżgħu li jkunu soġġetti għal prosekuzzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tagħhom;

12.

Jistieden lill-Istati Membri biex jitolbu lill-awtoritajiet tagħhom jeżaminaw jekk l-objettivi leġittimi tagħhom jistgħux jintlaħqu permezz ta' miżuri inqas koerċittivi mid-detenzjoni u biex jipprovdu ġustifikazzjonijiet sħaħ ibbażati fuq fatti u argumenti legali meta tintgħażel id-detenzjoni fil-każ ta' persuni li jfittxu asil, rifuġjati u migranti; ifakkar li l-Istati Membri kollha huma firmatarji tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u għalhekk huma obbligati jiżguraw li d-dispożizzjonijiet kollha tagħhom jiġu rispettati, irrispettivament miċ-ċirkostanzi; jenfasizza d-diskriminazzjoni doppja li jiffaċċjaw in-nisa migranti, kemm bħala migranti kif ukoll bħala nisa, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari li jistgħu jiffaċċjaw matul il-vjaġġ migratorju tagħhom, inkluż fiċ-ċentri ta' detenzjoni jew ta' akkoljenza, b'mod partikolari l-fastidju u l-attakki fuq is-sigurtà, l-integrità fiżika u l-privatezza tagħhom, kif ukoll il-ħtieġa tagħhom ta' aċċess għall-provvisti tal-iġjene femminili u għall-kura riproduttiva; jitlob li jiġu stabbiliti u msaħħa s-sistemi tal-protezzjoni tan-nisa sabiex jiġu evitati u miġġielda l-vjolenza, l-abbuż, in-negliġenza u l-isfruttament li jisfgħu vittmi tagħhom, skont l-impenji tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Belt Valletta;

13.

Ifakkar li l-UNICEF kellha l-opportunità li tfakkar f'bosta okkażjonijiet li d-detenzjoni f'ebda każ ma tista' tkun fl-aħjar interessi tat-tfal u li hemm lok biex jiġu żviluppati alternattivi għad-detenzjoni, irrispettivament minn jekk dawn it-tfal ikunux akkumpanjati mill-familja tagħhom jew le; jitlob l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proċeduri speċifiċi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tat-tfal kollha f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jenfasizza li s-separazzjoni tal-membri tal-familja, anke f'każ ta' detenzjoni, tesponi lin-nisa u lit-tfal għal riskji akbar; jenfasizza, barra minn hekk, il-preminenza tal-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal fl-aspetti kollha li jikkonċernaw it-tfal u tal-implimentazzjoni prattika tad-dritt li jinstemgħu; ifakkar li l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal jiggarantixxu d-dritt għall-edukazzjoni għat-tfal kollha, inklużi t-tfal migranti u rifuġjati, ikun xi jkun l-istatus tagħhom, kemm dawk mhux akkumpanjati kif ukoll dawk akkumpanjati u l-evitar tal-edukazzjoni separata u s-segregazzjoni; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jiżguraw li t-tfal migranti u refuġjati jingħataw aċċess għall-edukazzjoni formali u informali ftit wara li jaslu; jenfasizza li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li t-tfal migranti u rifuġjati jiġu appoġġjati b'mod effettiv permezz ta' appoġġ lingwistiku, soċjali u psikoloġiku bbażat fuq il-valutazzjoni individwali tal-ħtiġijiet tagħhom; huwa mħasseb dwar il-ħtiġijiet u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tal-persuni li jfittxu asil minn gruppi marġinalizzati, u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom fir-rigward tas-sigurtà, il-kura tas-saħħa u r-rikonoxximent legali jiġu ssodisfati;

14.

Jirrimarka li s-solidarjetà trid tkun il-prinċipju gwida tal-azzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-migrazzjoni, u jikkundanna lil dawk l-Istati Membri li jaġixxu bi ksur ċar ta' dak il-prinċipju; jistieden lill-Kunsill biex ikompli għaddej bir-riforma tar-Regolament ta' Dublin, li bħalissa qiegħed jimblokka, u għalhekk qiegħed jipprevjeni lis-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil milli taħdem kif suppost; jenfasizza li l-Istati Membri jenħtieġ li jipproċedu biex idaħħlu fis-seħħ kombinazzjoni ta' skemi relatati mal-protezzjoni, bħar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja, li jistgħu jagħtu lill-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali l-għażla li jidħlu fl-UE biex ifittxu asil hemmhekk; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw l-għoti ta' viżi umanitarji u skemi ta' mobilità regolari biex jiġu promossi mezzi legali u siguri għall-UE, speċjalment għall-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni, u jiġi garantit l-aċċess tagħhom għas-servizzi u d-drittijiet fundamentali tagħhom, irrispettivament mill-istatus tagħhom; jissottolinja li l-Istati Membri jeħtiġilhom jerfgħu r-responsabbiltà talli esternalizzaw il-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni, inkluża l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi li fihom il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati (UNHCR) irrapporta ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem; jemmen li l-UE jenħtieġ li jkollha rwol ewlieni fl-isforzi tar-risistemazzjoni fuq il-livell dinji; ifakkar li kwalunkwe azzjoni meħuda minn Stat Membru meta jkun qed jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-UE, trid tirrispetta d-drittijiet u l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw b'mod effettiv id-dritt individwali għall-asil u li jaċċettaw ir-rilokazzjoni ta' rifuġjati mill-Istati Membri l-aktar milquta minn għadd kbir ta' wasliet; jistieden ukoll lill-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju ta' nonrefoulement u jintroduċu salvagwardji proċedurali adegwati fil-proċeduri tal-asil u fil-fruntieri tagħhom; jikkundanna bil-qawwa l-fatt li xi Stati Membri ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-asil u r-ritorn u jiksru d-drittijiet tal-migranti u tal-persuni li jfittxu asil, pereżempju billi jonqsu milli jipprovdu aċċess effettiv għall-proċeduri ta' asil, jonqsu milli jagħtu informazzjoni ċara dwar ir-rimedji legali wara deċiżjoni ta' ritorn, jiċħdu lill-migranti u lill-persuni li jfittxu asil minn ikel, jew jipprattikaw detenzjoni awtomatika u sistematika;

15.

Jirrikonoxxi l-ħidma mwettqa minn NGOs differenti li joperaw fil-Mediterran u l-isforzi tagħhom biex isalvaw il-ħajjiet u jipprovdu għajnuna umanitarja lil dawk fil-bżonn; ifakkar li s-salvataġġ fuq il-baħar huwa obbligu legali skont id-dritt internazzjonali, inkluż l-Artikolu 98 tal-Konvenzjoni dwar id-Dritt tal-Baħar tan-Nazzjonijiet Uniti (irratifikata mill-UE u mill-Istati Membri kollha tagħha), li teħtieġ li tingħata għajnuna lil kwalunkwe persuna fil-periklu fuq il-baħar; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-linji gwida għall-Istati Membri biex jipprevjenu l-kriminalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja (14); jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-NGOs minflok ma jfixklu l-ħidma tagħhom, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jiggarantixxu operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jallokaw fondi suffiċjenti għal operazzjonijiet ta' tfittxija u ta' salvataġġ fil-kuntest ta' operazzjoni umanitarja fuq skala Ewropea; jistieden lill-Istati Membri jittrasponu l-eżenzjoni għall-għajnuna umanitarja prevista fid-Direttiva ta' Faċilitazzjoni bl-objettiv li jitnaqqsu l-konsegwenzi mhux intenzjonati li l-Pakkett tal-Faċilitaturi għandu għaċ-ċittadini u għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu għajnuna umanitarja lill-migranti u għall-koeżjoni soċjali fis-soċjetà riċeventi;

16.

Jenfasizza li l-fatt li jiġu indirizzati l-vulnerabilitajiet u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-migranti jenħtieġ li jagħmel parti integrali mill-proċess tal-integrazzjoni; ifakkar li l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-migranti jenħtieġ li titwettaq b'mod regolari u sakemm tkun meħtieġa, billi s-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tal-migranti jistgħu jevolvu u jvarjaw b'mod sinifikanti skont il-pajjiż tal-oriġini tagħhom; jissottolinja l-fatt li r-riunifikazzjoni tal-familja hija għodda b'saħħitha għall-emanċipazzjoni tal-migranti u biex dawn iħossuhom li jistgħu jibdew jissistemaw ruħhom u jintegraw fis-soċjetà ospitanti l-ġdida tagħhom; jirrimarka li politika ta' akkoljenza waħedha mhijiex biżżejjed u l-isfida li trid tiffaċċja l-UE hija li tistabbilixxi politika ta' integrazzjoni effettiva; jitlob f'dan ir-rigward li jissaħħaħ l-iskambju ta' prattiki tajba fil-qasam tal-integrazzjoni, bejn l-Istati Membri;

17.

Jinnota l-istabbiliment ta' diversi sistemi ġodda ta' informazzjoni fuq skala kbira kif ukoll l-objettiv tat-titjib tal-interoperabilità tagħhom filwaqt li jinżammu s-salvagwardji neċessarji, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni u l-privatezza tad-data; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu salvagwardji speċifiċi biex jiggarantixxu li l-interoperabilità tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira tirrispetta d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha, b'attenzjoni speċjali għad-drittijiet tat-tfal u l-persuni vulnerabbli, bħall-applikanti għal u l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, kif ukoll għat-tfassil ta' profili; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-interoperabilità tissodisfa wkoll l-objettivi tal-protezzjoni tat-tfal, bħall-identifikazzjoni ta' tfal neqsin u l-għajnuna għar-riunifikazzjoni tal-familja;

Id-drittijiet tan-nisa

18.

Jinnota bi tħassib li l-karta tal-FRA tal-2017 bit-titolu “Challenges to women's human rights in the EU” (Sfidi għad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa fl-UE) tikkonferma li n-nisa u l-bniet jesperjenzaw diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, diskors ta' mibegħda sessist, u vjolenza sessista fl-UE, u li dan jillimita b'mod sever l-abilità tagħhom li jgawdu d-drittijiet tagħhom u jipparteċipaw fuq l-istess livell fis-soċjetà;

19.

Jinnota bi tħassib li r-rapport tal-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità bit-titolu “Ending forced sterilisation of women and girls with disabilities” (It-tmiem tal-isterilizzazzjoni sfurzata tan-nisa u l-bniet b'diżabilità) jistabbilixxi li n-nisa b'diżabilità għadhom qed isofru minn deċiżjonijiet arbitrarji li jwasslu għall-isterilizzazzjoni mingħajr l-għarfien, il-kunsens jew l-awtorizzazzjoni tagħhom;

20.

Jistieden f'dan ir-rigward lill-Istati Membri jikkunsidraw sitt oqsma ewlenin ta' intervent bil-għan li jsaħħu l-impenn tagħhom biex jiġu ssalvagwardjati d-dinjità u d-drittijiet tan-nisa u l-bniet, kif issuġġerit fir-rapport tal-FRA, jiġifieri: l-emanċipazzjoni tal-korpi tal-ugwaljanza biex jindirizzaw il-firxa kollha ta' kwistjonijiet li għandhom impatt fuq id-drittijiet tan-nisa, mill-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-vjolenza kontra n-nisa; it-titjib tas-sikurezza online; il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u fit-tagħlim tul il-ħajja b'mod aktar effettiv; l-introduzzjoni tal-kwoti tal-ġeneru bħala pass kuraġġjuż lejn azzjoni pożittiva; l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi fl-UE kollha permezz tas-Semestru Ewropew; u t-titjib tal-ġbir tad-data u t-tixrid tal-għarfien dwar il-forom kollha tad-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet;

21.

Jikkundanna bil-qawwa kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa (VAW), u jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tippreżenta att legali biex tappoġġja lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u ta' vjolenza sessista; jitlob li l-Kunsill jattiva l-klawsola “passerelle” billi jadotta deċiżjoni unanima li tidentifika l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet (u forom oħrajn ta' vjolenza abbażi tas-sess) bħala qasam ta' kriminalità skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE; jilqa' l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul fit-13 ta' Ġunju 2017, billi din hija l-ewwel strument komprensiv legalment vinkolanti għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista, inkluża l-vjolenza domestika, fuq livell internazzjonali, minkejja l-limitazzjoni għal żewġ mandati biss; jiddispjaċih li sal-lum, 20 Stat Membru biss irratifikaw il-Konvenzjoni; jiddispjaċih dwar il-fatt li f'xi Stati Membri, id-diskussjonijiet dwar ir-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul kienu akkumpanjati b'interpretazzjonijiet qarrieqa rigward id-definizzjoni tal-vjolenza sessista u tal-ġeneru; iħeġġeġ lill-Istati Membri li fadal u lill-Kunsill biex jikkonkludu l-proċess ta' adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni mingħajr dewmien u jaqblu dwar il-Kodiċi ta' Kondotta assoċjat sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni mill-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu mal-vittmi ta' vjolenza sessista bil-modi kollha possibbli, anke b'appoġġ finanzjarju regolari;

22.

Jenfasizza li s-sessiżmu u l-istereotipi tas-sessi, li wasslu għad-dominazzjoni fuq in-nisa u d-diskriminazzjoni kontrihom, għandhom impatt serju fuq id-drittijiet fundamentali tan-nisa fl-isferi kollha tal-ħajja; ifakkar li n-nisa spiss huma vittmi ta' diskriminazzjoni multipla li tirriżulta, fost l-oħrajn, mill-appartenenza tagħhom għal minoranza etnika, l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, id-diżabilità tagħhom jew l-istatus tagħhom ta' migrant; jenfasizza l-fatt li l-edukazzjoni fil-livelli kollha u għall-etajiet kollha dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, ir-rwoli tas-sessi mhux stereotipiċi u r-rispett għall-integrità personali hija meħtieġa sabiex jiġu indirizzati b'mod effettiv il-forom kollha tad-diskriminazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw b'mod xieraq din il-kwistjoni fil-kurrikuli tal-iskola; jiddeplora l-fatt li n-nisa għadhom ibatu minn inugwaljanzi fuq il-post tax-xogħol, bħal rati ta' parteċipazzjoni aktar baxxi fl-impjiegi, id-differenza fil-pagi, l-inċidenza akbar ta' impjiegi part-time, drittijiet tal-pensjoni aktar batuti, segregazzjoni fil-karrieri u livelli aktar baxxi ta' progressjoni; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw l-ostakoli strutturali ewlenin għall-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa u r-rappreżentanza baxxa tan-nisa fix-xogħol, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-politika, li huma r-riżultat ta' forom multipli u intersezzjonali ta' inugwaljanzi, sterjotipi u diskriminazzjoni fl-isferi privati u pubbliċi; jistieden lill-Istati Membri jressqu miżuri sabiex jindirizzaw b'mod effettiv il-fastidju u l-vjolenza sesswali fl-ispazji pubbliċi, fil-post tax-xogħol u offline u online, u sabiex jipprovdu lill-vittmi ta' vjolenza sessista b'għadd adegwat ta' kennijiet u servizzi ta' appoġġ immirati u integrati, inklużi appoġġ u konsulenza għat-trawmi; jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki u jipprovdu taħriġ regolari għall-pulizija u għall-persunal fil-qasam ġudizzjarju dwar il-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa;

23.

Jesprimi l-appoġġ tiegħu għad-dimostrazzjonijiet li saru f'diversi Stati Membri fl-2017, wara li sar rigress relatat mad-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u l-kopertura estensiva fil-midja ta' każijiet relatati ma' fastidju sesswali; jafferma b'mod qawwi li ċ-ċaħda ta' servizzi relatati mas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, inkluż l-abort sikur u legali, hija forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; itenni li n-nisa u l-bniet jeħtiġilhom ikollhom kontroll fuq ġisimhom u s-sesswalità tagħhom; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu passi effettivi biex jirrispettaw u jipproteġu d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa fir-rigward ta' firxa ta' drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, inklużi d-drittijiet għall-integrità fiżika, għas-saħħa, għall-ħelsien mit-tortura u t-trattament ħażin, għall-privatezza, għall-ugwaljanza u għan-nondiskriminazzjoni; f'dan ir-rigward jisħaq li l-persuni b'diżabilità huma intitolati li jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom fuq bażi ugwali mal-bqija tas-soċjetà; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità u aċċess faċli għan-nisa għall-ippjanar tal-familja u l-firxa sħiħa tas-servizzi tas-saħħa riproduttiva u sesswali, inklużi metodi moderni ta' kontraċezzjoni, u għal abort sikur u legali; jinnota li dan jenħtieġ li jinkludi l-eliminazzjoni tal-liġijiet, il-politiki u l-prattiki li jiksru dawn id-drittijiet kif ukoll il-prevenzjoni tat-tnaqqis tal-protezzjonijiet eżistenti; jinsisti li l-Unjoni jeħtiġilha jkollha rwol fil-ħolqien ta' sensibilizzazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet u fil-promozzjoni tal-aqwa prattika;

Il-libertà tal-midja, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda

24.

Ifakkar li l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jnaqqax id-dritt ta' kull individwu li jkollu opinjonijiet mingħajr interferenza, id-dritt għal-libertà ta' espressjoni u d-dritt li wieħed ifittex, jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat permezz ta' kwalunkwe mezz, irrispettivament mill-fruntieri;

25.

Jenfasizza li d-deliberazzjoni u d-dibattitu pubbliċi huma vitali għall-funzjonament ta' soċjetajiet demokratiċi, u f'dan il-kuntest jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu aktar passi biex jissalvagwardjaw u jipproteġu l-libertà tad-diskors u tal-għaqda, bħala drittijiet fundamentali u bħala prinċipji bażiċi tal-proċessi demokratiċi; ifakkar li, skont ir-rapport tal-2017 mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-istat tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-opportunitajiet għal protesta paċifika huma limitati fejn l-għaqda pubblika hija soġġetta għal restrizzjonijiet żejda; jikkundanna b'mod qawwi f'dan ir-rigward ir-restrizzjonijiet dejjem jiżdiedu fuq il-libertà tal-għaqda, li l-awtoritajiet infurzaw f'xi każijiet b'użu sproporzjonat tal-forza kontra dimostranti paċifiċi; ifakkar li fit-twettiq tad-dmir tagħhom, l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jeħtiġilhom jirrispettaw u jipproteġu d-dinjità tal-bniedem u jirrispettaw u josservaw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni kollha; jenfasizza li l-kompitu l-aktar importanti tal-forzi tal-pulizija huwa li jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini, u li kwalunkwe użu eċċessiv u mhux iġġustifikat tal-forza mill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jrid ikun soġġett għal investigazzjonijiet imparzjali u eżawrjenti mill-awtoritajiet rilevanti ta' kull Stat Membru;

26.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri adegwati li jissalvagwardjaw u jippromwovu l-eżistenza ta' midja pluralista, indipendenti u ħielsa; jikkundanna bil-qawwa x-xejriet f'ċerti Stati Membri biex l-istabbilimenti tal-midja jiġu kkonċentrati f'idejn atturi kummerċjali li jiffavorixxu l-gvern u biex il-midja tas-servizz pubbliku tintuża ħażin biex jiġu disseminati biss il-messaġġi tal-gvern; jinnota li r-rwol tal-midja huwa li tħeġġeġ deliberazzjoni b'saħħitha u li l-midja għalhekk hija pilastru tad-demokrazija;

27.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li ftit oqfsa legali jew ta' politika speċifiċi li jipproteġu lill-ġurnalisti u lill-ħaddiema tal-midja mill-vjolenza, it-theddid u l-intimidazzjoni jistgħu jiġu identifikati fuq livell nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE; ifakkar li, skont il-Kunsill tal-Ewropa, l-abbużi u r-reati mwettqa kontra l-ġurnalisti jista' jkollhom l-effett li jinkoraġġixxu livell potenzjalment għoli ta' awtoċensura, li fiha nnifisha għandha effett gravi fuq il-libertà tal-espressjoni u ddgħajjef id-drittijiet taċ-ċittadini għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar l-assassinji li għadhom isiru fil-konfront tal-ġurnalisti fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jipprevjenu tali vjolenza, iżidu l-kooperazzjoni mal-Europol, u jaċċelleraw l-investigazzjonijiet dwar il-qtil tal-ġurnalisti fl-UE; huwa mħasseb ukoll dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji ta' bosta ġurnalisti u ħaddiema tal-midja u l-livelli ta' vjolenza fiżika u psikoloġika li huma soġġetti għalihom, li jistgħu jxekklu l-abilità tagħhom li jwettqu xogħolhom, u b'hekk idgħajfu l-ġurnaliżmu ta' kwalità u l-espressjoni tad-diversità ġurnalistika; jenfasizza l-importanza ta' proġetti mifruxa madwar l-UE, bħall-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja u l-Immappjar tal-Libertà tal-Midja, li jivvalutaw ir-riskji għall-pluraliżmu tal-midja fl-Ewropa kollha, jimmappjaw il-limitazzjonijiet, it-theddid u l-ksur li jaffettwaw il-libertà tal-midja, iwettqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni, u jipprovdu appoġġ lill-ġurnalisti li jkunu mhedda u għal ġurnaliżmu investigattiv transkonfinali; jissottolinja li l-finanzjament relatat ma' dawn il-kwistjonijiet u kwistjonijiet simili jenħtieġ li jiġi żgurat taħt il-QFP il-ġdid;

28.

Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-informaturi biex jiġi salvagwardjat l-interess pubbliku u biex tiġi promossa kultura ta' obbligu ta' rendikont u integrità pubblika kemm fl-istituzzjonijiet pubbliċi kif ukoll f'dawk privati; jissottolinja l-fatt li l-infurmar huwa element essenzjali għall-ġurnaliżmu investigattiv u l-libertà tal-midja; jiddenunzja t-theddid, ir-ritaljazzjonijiet u l-kundanni li l-informaturi għadhom qed jiffaċċjaw fl-UE; f'dan il-kuntest, ifakkar ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku meta jiddivulgaw informazzjoni kunfidenzjali dwar kumpaniji u korpi pubbliċi (15); jirrimarka li, skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2018 dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-informaturi fil-livell tal-UE (16), għaxar Stati Membri biss introduċew leġiżlazzjoni komprensiva biex jipproteġu lill-informaturi; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2018 għal direttiva orizzontali dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (17), u jissottolinja l-importanza ta' segwitu bla dewmien mill-koleġiżlaturi, sabiex il-proposta tkun tista' tiġi adottata qabel it-tmiem tal-leġiżlatura preżenti;

29.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2018“L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: approċċ Ewropew u l-azzjonijiet li jinkludi” (18), li għandu l-għan li joħloq ekosistema online aktar trasparenti, affidabbli u responsabbli, itejjeb is-sigurtà u r-reżiljenza tal-proċessi elettorali, irawwem l-edukazzjoni u l-litteriżmu fil-midja, iżid l-appoġġ għal ġurnaliżmu ta' kwalità, u jsaħħaħ il-kapaċitajiet strateġiċi tal-komunikazzjoni tal-Unjoni; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-theddida potenzjali li l-kunċett ta' aħbarijiet foloz jista' joħloq għal-libertà tal-kelma u tal-espressjoni u għall-indipendenza tal-midja, filwaqt li jenfasizza l-effetti negattivi li t-tixrid ta' aħbarijiet foloz jista' jkollu fuq il-kwalità tad-dibattitu politiku u fuq il-parteċipazzjoni infurmata tajjeb taċ-ċittadini fis-soċjetà demokratika; iqis li primarjament huwa bl-iżvilupp tal-edukazzjoni u tat-taħriġ fil-ħsieb kritiku li wieħed jista' jifforma l-opinjoni tiegħu stess; jenfasizza li t-tfassil ta' profil politiku, id-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni jistgħu jintużaw minn partiti politiċi u entitajiet privati jew pubbliċi fi ħdan l-UE u lil hinn minnha, u jistgħu jirrappreżentaw theddida għall-valuri demokratiċi tal-UE, bħal fil-każ tal-iskandlu ta' Facebook-Cambridge Analytica; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-azzjonijiet tagħha mmirati sabiex jiġu prevenuti dawn il-prattiki u jiġu garantiti l-protezzjoni tad-data, it-trasparenza u ċ-ċibersigurtà;

30.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ostakoli li jeżistu għax-xogħol tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u d-demokrazija, inklużi r-restrizzjonijiet serji fuq il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tal-kelma għall-organizzazzjonijiet u ċ-ċittadini kkonċernati, kif ukoll ir-restrizzjonijiet fuq il-finanzjament; jirrikonoxxi r-rwol ewlieni ta' dawn l-organizzazzjonijiet biex id-drittijiet u l-valuri fundamentali jsiru realtà għal kulħadd u jenfasizza li dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom f'ambjent sigur u appoġġjat sew; jinsab imħasseb dwar l-għeluq tal-ispazju tas-soċjetà ċivili f'ċerti Stati Membri; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jindirizzaw b'mod proattiv il-kawżi ewlenin tat-tnaqqis fl-ispazju tas-soċjetà ċivili u biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali; itenni s-sejħa għal finanzjament adegwat tal-UE, kif ġie deskritt fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-19 ta' April 2018 dwar l-istabbiliment ta' Strument għall-Valuri Ewropej (EVI) (19), bil-għan li jingħata appoġġ lill-OSĊ involuti fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali fl-Unjoni, u sabiex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin ta' tali finanzjament;

Ir-razziżmu, il-ksenofobija, id-diskriminazzjoni, id-diskors ta' mibegħda u forom oħra ta' intolleranza

31.

Jindika li l-UE u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jindirizzaw u jiġġieldu b'mod effettiv il-fenomenu tal-inċidenti diskriminatorji u vjolenti li jaffettwaw l-edukazzjoni ta' tfal migranti u rifuġjati, tfal Rom u tfal li jappartjenu għal minoranzi, kemm permezz ta' risponsi legali kif ukoll permezz tal-promozzjoni tal-fehim reċiproku u l-koeżjoni soċjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-kurrikuli tal-iskola regolari jinkludu miżuri effettivi li jiggarantixxu u jippromwovu r-rispett għad-diversità, il-fehim interkulturali u d-drittijiet tal-bniedem; għal dak il-għan, iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jippromwovu edukazzjoni inklużiva minn età bikrija fl-iskejjel;

32.

Jirrimarka li l-vjolenza u r-reati mmotivati mir-razziżmu, il-ksenofobija jew l-intolleranza reliġjuża jew minn preġudizzji kontra d-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru ta' persuna huma kollha eżempji ta' reati ta' mibegħda; jikkundanna t-tipi kollha ta' inċidenti ta' reati ta' mibegħda u ta' diskors ta' mibegħda li jseħħu fl-UE fuq bażi ta' kuljum u bdew jitqiesu bħala normali f'xi Stati Membri; jikkundanna bil-qawwa kollha ż-żieda ta' movimenti tal-lemin estrem u jinsab imħasseb dwar it-trivjalizzazzjoni tad-diskors ta' mibegħda li jista' jiġi attribwit lil xi figuri politiċi; jitlob li jkun hemm approċċ ta' tolleranza żero għal kwalunkwe diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni; jistieden lill-Kunsill jiżblokka minnufih u jikkonkludi n-negozjati dwar id-Direttiva dwar it-Trattament Ugwali; ifakkar li d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali, li suppost ġiet implimentata mill-Istati Membri sat-28 ta' Novembru 2010, tipprovdi bażi legali għall-impożizzjoni ta' penali fuq persuni ġuridiċi li jinċitaw b'mod pubbliku l-vjolenza jew il-mibegħda kontra grupp minoritarju;

33.

Ifakkar li l-Istati Membri li jirreġistraw, jiġbru u jippubblikaw sistematikament b'mod annwali data diżaggregata dwar il-forom kollha ta' diskriminazzjoni u reati ta' mibegħda, għandhom jagħmlu dan għall-iskop biss li jidentifikaw l-għeruq tad-diskriminazzjoni u jiġġildulha, u li din id-data għandha tkun kompletament anonima sabiex teskludi kwalunkwe profilar jew statistika “etnika” filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri, flimkien ma' partijiet ikkonċernati ewlenin oħra, jiżviluppaw risponsi legali u ta' politika effettivi u bbażati fuq l-evidenza għal dawn il-fenomeni; ifakkar li kwalunkwe data jenħtieġ li tinġabar b'mod konformi mal-oqfsa legali nazzjonali u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data; jilqa' l-kumpilazzjoni ta' prinċipji gwida dwar ir-reati ta' mibegħda għall-infurzar tal-liġi u għall-awtoritajiet kriminali u dwar l-aċċess għall-ġustizzja, il-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi ta' reati ta' mibegħda li ġew żviluppati mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta' intolleranza; itenni li t-tħejjija għall-abbuż, il-bullying ċibernetiku u l-vendetta pornografika huma forom ġodda ta' kriminalità online u jista' jkollhom impatt estremament serju, b'mod speċjali fuq iż-żgħażagħ u t-tfal; ifakkar f'dan ir-rigward il-ħtieġa tal-litteriżmu fil-midja u fl-informazzjoni, speċjalment għat-tfal, sabiex jiġi żgurat użu responsabbli tal-internet; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' rapportar tar-reati ta' mibegħda mill-vittmi minħabba garanziji inadegwati u n-nuqqas min-naħa tal-awtoritajiet li jinvestigaw kif xieraq u jagħtu kundanni għal reati ta' mibegħda fl-Istati Membri; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li l-vittmi jiġu mħeġġa jirrapportaw każijiet ta' reati ta' mibegħda jew diskriminazzjoni u l-ħtieġa li jingħatawlhom protezzjoni u appoġġ adegwati;

34.

Jistieden lill-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżguraw l-infurzar prattiku effettiv tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (id-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali) (20) u biex jiżguraw l-infurzar effettiv tad-deċiżjoni qafas dwar ir-razziżmu u l-ksenofobija bil-għan li tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni persistenti kontra r-Rom, l-anti-Semitiżmu, l-Iżlamofobija, l-Afrofobija, l-anti-żingariżmu u l-aporofobija; jindika li l-Istati Membri jenħtieġ li jressqu jew jirrevedu u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw l-istrateġiji ta' integrazzjoni nazzjonali tagħhom biex jiżguraw li l-persuni kollha jingħataw verament is-setgħa li jipparteċipaw b'mod effettiv fil-proċess tal-inklużjoni billi jippromwovu u jħarsu d-drittijiet fundamentali tagħhom;

35.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li s-sena 2017 ma rat l-ebda titjib kbir favur il-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom; jindika li r-riżorsi tal-FSIE mhumiex marbuta mal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom, u ħafna drabi r-Rom ma jibbenefikawx minnhom; jikkundanna l-każijiet ta' diskriminazzjoni, segregazzjoni, diskors ta' mibegħda, reati mmotivati mill-mibegħda u esklużjoni soċjali li jesperjenzaw ir-Rom; jikkundanna d-diskriminazzjoni kontinwa kontra l-persuni Rom fl-oqsma tal-aċċess għall-akkomodazzjoni (speċjalment l-evizzjonijiet sfurzati), l-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, is-suq tax-xogħol, il-ġustizzja u l-ugwaljanza quddiem il-liġi; iwissi li t-tfal u n-nisa Rom huma partikolarment vulnerabbli;

36.

Jiddeplora l-fatt li fl-2017, il-persuni LGBTI kienu għadhom vittmi tal-bullying, tal-fastidju u tal-vjolenza u kienu qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni u mibegħda multipla f'oqsma li jinkludu l-edukazzjoni, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-impjieg; jinsab imħasseb dwar l-esperjenzi kontinwi ta' stigma, vjolenza u diskriminazzjoni sessisti tal-persuni LGBTI u n-nuqqas ta' għarfien u n-nuqqas ta' intervent min-naħa tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, b'mod partikolari fil-konfront tal-persuni trans u tal-persuni LGBTI marġinalizzati, u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jadottaw liġijiet u politiki biex jiġu miġġielda l-omofobija u t-transfobija; jikkundanna bil-qawwa l-promozzjoni u l-prattika ta' terapiji ta' konverżjoni LGBTI, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkriminalizzaw dawn il-prattiki; jikkundanna bil-qawwa wkoll il-kunsiderazzjoni tal-identitajiet transesswali u intersesswali bħala patoloġija; ifakkar li l-ġlieda kontra l-vjolenza relatata mal-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess jew l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna taqa' taħt il-mandat tal-UE dwar il-vjolenza sessista; jistieden lill-Kummissjoni tintegra perspettiva tal-identità tal-ġeneru fi ħdan dak il-mandat; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jadottaw miżuri li jirrispettaw u josservaw b'mod simili d-drittijiet għall-identità tal-ġeneru, għall-espressjoni tal-ġeneru, għall-integrità fiżika u għall-awtodeterminazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jaġġornaw il-kodiċijiet kriminali tagħhom skont id-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali; iqis li kemm l-orjentazzjoni sesswali kif ukoll id-diżabilità jenħtieġ li jiġu inklużi f'kull katalogu ta' karatteristiċi protetti kontra d-diskriminazzjoni; jilqa' l-implimentazzjoni ta' ċerti elementi li kienu jinsabu fil-lista ta' azzjonijiet mill-Kummissjoni biex tmexxi 'l quddiem l-ugwaljanza LGBTI (2014-2019); jistieden lill-Kummissjoni żżomm l-ippjanar ambizzjuż pluriennali tagħha f'dan il-qasam, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam;

37.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi reliġjużi; jinsab imħasseb dwar iż-żieda tal-anti-semitiżmu u tal-Iżlamofobija; jenfasizza li d-diskorsi ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda jridu jiġu miġġielda sabiex jiġu missielta ż-żieda u r-radikalizzazzjoni tar-razzisti u tal-ksenofobisti, filwaqt li jfakkar li r-razziżmu u l-ksenofobija huma reati u mhux opinjonijiet;

38.

Ifakkar li l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) hija trattat internazzjonali legalment vinkolanti, li ġie ffirmat u rratifikat mill-UE u bħalissa qed jiġi implimentat permezz tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020, bl-għan ikun li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs, fir-rigward tal-aċċessibbiltà, il-parteċipazzjoni, l-ugwaljanza, l-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa, u l-azzjoni esterna tal-UE; jissottolinja li fir-rapport ta' implimentazzjoni tagħha dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità li ġie ppubblikat fi Frar 2017, il-Kummissjoni nnotat li għalkemm sar progress, b'mod partikolari fir-rigward tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà li ġie propost fl-2015, il-persuni b'diżabilità għadhom żvantaġġati u ddiskriminati fir-rigward tal-impjieg, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-objettivi tal-Istrateġija jibqgħu l-istess, li jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet speċifiċi fil-perjodu 2017-2020, u li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (21) rrakkomandat rekwiżiti obbligatorji fir-rigward tal-aċċessibbiltà fl-ispazji pubbliċi, perċentwal minimu għall-impjieg ta' persuni b'diżabilità, garanziji ta' edukazzjoni inklużiva, inkluż l-aċċess għal inizjattivi bħal Erasmus +, u attenzjoni partikolari għan-nisa u għat-tfal b'diżabilità;

39.

Jistieden lill-Istati Membri jfasslu pjan nazzjonali sabiex tiġi miġġielda kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal; itenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni sabiex iġġedded l-impenn tagħha li tistabbilixxi Aġenda ġdida tal-UE għad-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll strateġija ġdida għad-drittijiet tat-tfal, u li tfittex li tintegra d-drittijiet tat-tfal fil-politiki, il-leġiżlazzjoni u d-deċiżjonijiet finanzjarji tal-UE, kif ukoll li tikkunsidrahom fil-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki reġjonali u ta' koeżjoni;

40.

Jiddispjaċih għad-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali li jiffaċċjaw il-persuni anzjani f'soċjetà Ewropea li qed tixjieħ; jistieden il-livelli kollha tal-gvern sabiex jintegraw aħjar din id-dimensjoni meta jkunu qed jabbozzaw u jimplimentaw il-politiki, inkluż fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

41.

Iqis li l-pass mgħaġġel tal-bidla fid-dinja diġitali jitlob salvagwardji aktar effettivi għad-data u l-privatezza personali; jenfasizza li filwaqt li l-internet u l-midja soċjali u midja oħra huma għodod notevoli ta' komunikazzjoni, speċjalment bħala sorsi ta' informazzjoni għall-pubbliku, fl-istess ħin huma jistgħu jintużaw ukoll bħala għodod teknoloġiċi sabiex tiġi kkontrollata s-soċjetà ċivili, jiġu mhedda gruppi vulnerabbli, speċjalment it-tfal u n-nisa, b'mod partikolari permezz ta' stalking, fastidju u l-pubblikazzjoni ta' ritratti sesswali jew ta' nudità mingħajr kunsens; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw b'mod effettiv id-dritt li wieħed jirċievi u jxerred informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 11 tal-Karta, permezz ta' approċċ bilanċjat f'termini ta' regolamentazzjoni tal-kontenut online; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online, u jitlob lill-Kunsill u lill-Parlament jaħdmu fuq it-test sabiex jiġi żgurat il-kontroll ġudizzjarju fuq id-deċiżjonijiet għat-tneħħija ta' kontenut online;

Ir-rwol u l-mandat tal-FRA

42.

Jilqa' s-sejbiet pożittivi tat-tieni evalwazzjoni esterna indipendenti tal-FRA għall-perjodu 2013-2017 (Ottubru 2017) u r-rakkomandazzjonijiet relatati mill-Bord ta' Ġestjoni tal-FRA;

43.

Jilqa' l-ħidma operattiva tal-FRA f'oqsma differenti, pereżempju fil-hotspots tal-migrazzjoni fil-Greċja u fl-Italja, kif ukoll l-attivitajiet tagħha ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li l-missjoni statutorja globali tal-Aġenzija tiġi estiża sabiex tinkludi l-kompitu operattiv tal-għoti ta' assistenza teknika, taħriġ u bini ta' kapaċità dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll lill-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni;

44.

Jieħu nota tal-opinjonijiet tal-FRA u jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-Istati Membri biex iqisu u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħha sabiex jiggarantixxu li d-drittijiet fundamentali jiġu rrispettati b'mod rigoruż fl-UE;

45.

Itenni t-talba tiegħu għall-allinjament tal-mandat tal-FRA mat-Trattat ta' Lisbona, inkluż billi jsir espliċitu li r-Regolament Fundatur ikopri l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja;

46.

Jilqa' l-opinjonijiet tal-FRA dwar l-abbozz ta' leġiżlazzjoni tal-UE u jaqbel mal-pożizzjonijiet tal-Bord ta' Ġestjoni tiegħu li jirrakkomandaw li “fejn il-leġiżlatur tal-UE jindirizza l-fajls leġiżlattivi li jqajmu mistoqsijiet dwar id-drittijiet fundamentali, l-Aġenzija jenħtieġ li tkun tista' tipprovdi l-assistenza u l-għarfien espert tagħha fejn u meta jkunu meħtieġa u mhux biss meta jkunu mitluba b'mod formali” u li “sabiex isir użu sħiħ tal-għarfien espert tal-Aġenzija fil-proċess leġiżlattiv, ir-Regolament Fundatur jenħtieġ li jippermetti lill-Aġenzija tagħti opinjonijiet mhux vinkolanti dwar l-abbozz ta' leġiżlazzjoni tal-UE fuq inizjattiva proprja tagħha”;

47.

Huwa tal-opinjoni li l-istituzzjonijiet tal-UE jenħtieġ li jipprovdu forom imtejba ta' konsultazzjoni, valutazzjoni tal-impatt u skrutinju legali, inkluż billi jitolbu parir minn korpi esperti indipendenti xierqa, bħall-FRA, kull meta fajl leġiżlattiv potenzjalment jippromwovi jew jaffettwa b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali; jikkunsidra, f'dan ir-rigward, li tista' tingħata konsultazzjoni aktar regolari tal-FRA f'verżjoni riveduta tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

48.

Jirrakkomanda li l-leġiżlaturi tal-UE jenħtieġ li jitolbu parir indipendenti u estern dwar id-drittijiet tal-bniedem mill-FRA kull meta fajl leġiżlattiv iqajjem kwistjonijiet serji dwar id-drittijiet fundamentali; jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-FRA jkollha l-mekkaniżmi neċessarji li jippermettulha tissodisfa bis-sħiħ il-mandat tagħha;

o

o o

49.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.

(2)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(3)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(4)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.

(5)  Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/aid_development_cooperation_fundamental_rights/1_en_act_part1_v4_2.pdf

(6)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), ir-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2017, http://fra.europa.eu/en/publication/2017/fundamental-rights-report-2017

(7)  Testi adottati, P8_TA(2015)0095.

(8)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 171.

(9)  ĠU C 307, 30.8.2018, p. 183.

(10)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 9.

(11)  ĠU C 463, 21.12.2018, p. 21.

(12)  Testi adottati, P8_TA(2018)0201.

(13)  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.

(14)  Testi adottati, P8_TA(2018)0314.

(15)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 143.

(16)  COM(2018)0214.

(17)  COM(2018)0218.

(18)  COM(2018)0236.

(19)  Testi adottati, P8_TA(2018)0184.

(20)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(21)  ĠU C 356, 4.10.2018, p. 110.


Il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2019

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/107


P8_TA(2019)0033

Ażerbajġan, b'mod partikolari l-każ ta' Mehman Huseynov

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-Ażerbajġan, b'mod partikolari l-każ ta' Mehman Huseynov (2019/2511(RSP))

(2020/C 411/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Ażerbajġan, b'mod partikolari dawk tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-każ tal-ġurnalist Ażerbajġani Afgan Mukhtarli (1), tal-10 ta' Settembru 2015 dwar l-Ażerbajġan (2) u tat-18 ta' Settembru 2014 dwar il-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbajġan (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2018 lill-Kunsill, il-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar il-Ftehim Komprensiv UE-Ażerbajġan (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, b'mod partikolari r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (6),

wara li kkunsidra l-15-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni (KPK) UE-Ażerbajġan, li saret f'Baku mis-7 sat-8 ta' Mejju 2018,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Ażerbajġan tal-1996 u l-adozzjoni mill-Kunsill, fl-14 ta' Novembru 2016, ta' mandat għall-Kummissjoni u l-VP/RGħ biex jinnegozjaw ftehim komprensiv mal-Ażerbajġan, u l-bidu tan-negozjati dwar il-ftehim imsemmi hawn fuq fis-7 ta' Frar 2017,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ tas-7 ta' Marzu 2017 dwar is-sentenza mogħtija lil Mehman Huseynov fl-Ażerbajġan,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline,

wara li kkunsidra l-aħħar rapport tal-Grupp ta' Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja rigward il-missjoni tiegħu fl-Ażerbajġan lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (7),

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi Mehman Huseynov, blogger kontra l-korruzzjoni u direttur tal-Istitut għal-Libertà u s-Sikurezza tar-Reporters (IRFS), qed jiskonta sentenza ta' sentejn ħabs wara l-kundanna tiegħu fit-3 ta' Marzu 2017 talli lmenta pubblikament dwar l-esperjenzi tiegħu ta' trattament ħażin u tortura mill-pulizija, kif ukoll talli kkritika lil uffiċjali tal-gvern billi espona l-ġid tagħhom li m'għandhomx spjegazzjoni għalih;

B.

billi s-Sur Huseynov, li għandu jinħeles f'Marzu 2019, qed jiffaċċja l-possibbiltà ta' sentenza addizzjonali ta' bejn ħames snin u seba' snin ħabs għal akkużi ta' “użu ta' vjolenza mhux perikoluża għall-ħajja jew għas-saħħa ta' impjegati tal-awtorità eżekuttiva jew penali jew ta' inkwirenti” skont l-Artikolu 317.2;

C.

billi s-Sur Huseynov huwa akkużat li attakka lil gwardjan tal-ħabs biex jevita kontroll ta' rutina fis-26 ta' Diċembru 2018; billi, wara l-allegat attakk, intbagħat f'reklużjoni mingħajr id-dritt li jkellem lill-avukat tiegħu; billi fit-28 ta' Diċembru s-Sur Huseynov beda strajk tal-ġuħ biex jipprotesta kontra dawn it-tentattivi biex is-sentenza tiegħu tiġi estiża u kontra l-akkużi potenzjali ġodda; billi fit-30 ta' Diċembru l-kundizzjoni tas-saħħa tal-blogger iddeterjorat u ħassu ħażin; billi wara insistenza minn qrabatu, waqqaf l-istrajk tal-ġuħ u beda jixrob il-likwidi; billi fil-11 ta' Jannar 2019 id-Delegazzjoni tal-UE għall-Ażerbajġan setgħet iżżuru u ġie kkonfermat li kien qed jingħata assistenza medika;

D.

billi dan mhuwiex każ iżolat, u kien hemm każijiet oħra li fihom l-awtoritajiet ressqu akkużi ġodda kontra priġunieri politiċi li s-sentenzi ta' ħabs kurrenti tagħhom ikunu waslu biex jispiċċaw; billi, skont il-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant, dan huwa l-ħames każ ta' dan it-tip li seħħ fix-xhur riċenti;

E.

billi fl-4 ta' Jannar 2019, il-Qorti Distrettwali ta' Nizami, f'Baku, tat deċiżjoni dwar il-kastig amministrattiv ta' dawk li kienu ħadu sehem fil-protesta kontra l-każ kriminali l-ġdid kontra s-Sur Huseynov, jiġifieri Mete Turksoy, Afghan Sadigov, Nurlan Gahramanli, Elimkhan Aghayev, Sakhavat Nabiyev, Ismayil Islamoghlu, Goshgar Ahmadov, Yashar Khaspoladov, Farid Abdinov, Elchin Rahimzade, Orkhan Mammadov, Bakhtiyar Mammadli, Fatima Movlamli, Matanat Mahmurzayeva u Parvin Abishova; billi l-akkużati kollha nstabu ħatja skont l-Artikolu 513.2 (ksur tar-regoli biex isiru rallies, pickets u dimostrazzjonijiet) tal-Kodiċi ta' Reati Amministrattivi;

F.

billi ma sar ebda progress sostanzjali fir-rigward tal-ambjent medjatiku u l-libertà tal-espressjoni fl-Ażerbajġan; billi l-Ażerbajġan huwa kklassifikat fil-163 post fost 180 pajjiż fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa 2018 ippubblikat minn Reporters Mingħajr Fruntieri; billi bħalissa 10 ġurnalisti qed jiskontaw sentenzi ta' ħabs fl-Ażerbajġan;

G.

billi diversi siti web u portals tal-media indipendenti għadhom imblukkati u inaċċessibbli fil-pajjiż, inklużi Azadliq Radio (Radio Free Europe/Radio Liberty Azerbaijan Service) u s-servizz internazzjonali tiegħu, Radio Free Europe Radio Liberty, il-gazzetta Azadliq (ebda rabta ma' Azadliq Radio), Meydan TV, u Azerbaijan Saadi (Azerbaijan Hour), fost oħrajn; billi lejn tmiem l-2017 u l-bidu tal-2018, għexieren ta' ċittadini Ażerbajġani ġew interrogati minħabba kummenti ta' kritika fuq Facebook, jew sempliċement talli għamlu “Like” għal status fuq il-media soċjali, jew talli kklikkjaw “attend” għal rallies politiċi,

H.

billi f'Diċembru 2018 il-Qorti Ekonomika u Amministrattiva ta' Baku ordnat lill-ġurnalista investigattiva Khadija Ismayilova tħallas multa ta' aktar minn EUR 23 000 għal allegat każ ta' evażjoni tat-taxxa fuq l-introjtu li jinvolvi lil Radio Free Europe, fejn ħadmet bħala editur u qatt ma kellha kariga ta' rappreżentant legali; billi l-avukat tagħha, Yalchin Imanov, huwa fost dawk li tneħħew mill-elenku tal-assoċjazzjoni tal-avukatura Ażerbajġana; billi fl-10 ta' Jannar 2019 il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat deċiżjoni dwar l-ilment imressaq mis-Sa Ismayilova kontra l-Gvern tal-Ażerbajġan b'rabta mat-tixrid ta' videos li jikkonċernaw il-ħajja privata ta' Khadija, u ddeċidiet li d-drittijiet tagħha nkisru skont l-Artikoli 8 (rispett tal-ħajja privata u tal-familja) u 10 (libertà ta' espressjoni) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

I.

billi l-emendi introdotti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u Amministrattiva u l-Att dwar l-Avukatura fl-2017 jipprojbixxu lill-avukati prattikanti li mhumiex membri tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura milli jidhru l-qorti u jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom; billi din ir-regola l-ġdida tolqot lil bosta avukati li jirrappreżentaw membri tal-oppożizzjoni u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem li tneħħew mill-elenku tal-avukati jew li qed jiffaċċjaw miżuri dixxiplinari;

J.

billi l-Ażerbajġan huwa membru tal-Kunsill tal-Ewropa u għalhekk impenja ruħu li jirrispetta l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; billi ż-żewġ korapporteurs għall-Ażerbajġan tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) u l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa esprimew tħassib kbir dwar l-akkużi l-ġodda mressqa kontra s-Sur Huseynov; billi l-istess tħassib ġie espress mir-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Media;

K.

billi fil-11 ta' Lulju 2018 l-UE u l-Ażerbajġan iffinalizzaw il-Prijoritajiet ta' Sħubija tagħhom, li stabbilew il-prijoritajiet politiċi konġunti biex jiggwidaw u jsaħħu s-sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan tul is-snin li ġejjin;

1.

Jappella għall-ħelsien immedjat u bla kundizzjonijiet ta' Mehman Huseynov, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Ażerbajġani jwaqqgħu l-akkużi ġodda kollha kontrih; jesprimi tħassib dwar saħħtu li għaliha l-awtoritajiet iridu jipprovdu l-assistenza medika professjonali kollha meħtieġa u jippermettu aċċess regolari lill-familja tiegħu u lill-konsulent legali soġġett għas-sigriet professjonali;

2.

Jappella biex jintemm it-trażżin tal-protesti min-naħa tal-Ażerbajġan, u jappella għall-ħelsien mill-ħabs immedjat u bla kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha, inklużi l-ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti oħra tas-soċjetà ċivili, inkluż, iżda mhux biss, Afgan Mukhtarli, Ilkin Rustamzadeh, Rashad Ramazanov, Seymur Hazi, Giyas Ibrahimov, Mehman Huseynov, Bayram Mammadov, Araz Guliyev, Tofig Hasanli, Ilgiz Qahramanov u Afgan Sadygov, u jappella biex l-akkużi kollha kontrihom jitwaqqgħu, u biex jerġgħu jingħataw bis-sħiħ id-drittijiet politiċi u ċivili tagħhom;

3.

Jilqa' l-ħelsien fl-Ażerbajġan ta' diversi difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, membri tal-oppożizzjoni u attivisti ta' profil għoli tul dawn l-aħħar snin; jistieden lill-awtoritajiet Ażerbajġani jiżguraw il-moviment liberu ta' dawk li jiffaċċjaw restrizzjonijiet, inklużi Ilgar Mammadov, Intigam Alyiev, Khadija Ismayilova, u ġurnalisti oħra, u jħallihom jaħdmu liberament; jesprimi tħassib dwar l-akkużi kriminali ġodda mressqa kontra s-Sa Ismayilova u jitlob li jitwaqqgħu;

4.

Ifakkar lill-Ażerbajġan fl-obbligi tiegħu li joriġinaw mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u jistieden lill-awtoritajiet Ażerbajġani jirrispettaw u jinforzaw bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

5.

Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Ażerbajġan jikkoopera u jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll il-proċeduri speċjali fir-rigward tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u jiżgura li l-grupp u l-attivisti indipendenti tas-soċjetà ċivili jistgħu joperaw liberament u mingħajr restrizzjoni, anke permezz tal-emenda tal-liġijiet li jirrestrinġu severament il-finanzjament tas-soċjetà ċivili;

6.

Jistieden lill-Ażerbajġan jiggarantixxi bis-sħiħ il-libertà tal-istampa u tal-media, kemm fil-leġiżlazzjoni kif ukoll fil-prattika, kemm online kif ukoll offline, biex jiggarantixxi l-libertà tal-espressjoni skont l-istandards internazzjonali;

7.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ażerbajġani jiżguraw l-indipendenza de facto tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura mill-eżekuttiv; jinsisti li l-avukati li jipprattikaw b'mod indipendenti jitħallew ikomplu jipprattikaw u jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom skont il-prokura notarili, u jappella biex tintemm it-tneħħija arbitrarja mill-elenku tal-avukati li jirrappreżentaw lil membri tal-oppożizzjoni u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem;

8.

Jesprimi tħassib dwar allegazzjonijiet li jinvolvu lil diversi membri tal-PACE u l-allegati tentattivi li jiġu influwenzati dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet f'livell Ewropew permezz ta' mezzi illeċiti bil-għan li jfixklu l-kritika ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ażerbajġan;

9.

Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni tal-persuni LGBTI fl-Ażerbajġan u jistieden lill-Gvern Ażerbajġani ma jibqax jostakola u jintimida d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-persuni LGBTI;

10.

Jissottolinja l-importanza tal-ftehim il-ġdid bejn l-UE u l-Ażerbajġan; jenfasizza li r-riformi demokratiċi, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali jridu jkunu fiċ-ċentru tal-ftehim il-ġdid; jenfasizza li se jimmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni matul in-negozjati dwar ftehim ġdid qabel jieħu d-deċiżjoni li jagħti l-kunsens tiegħu lill-ftehim;

11.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jiżguraw li l-ħelsien tas-Sur Huseynov u tal-priġunieri politiċi l-oħra kollha fl-Ażerbajġan jibqa' prijorità fir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Ażerbajġan;

12.

Iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri fl-Ażerbajġan jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jappoġġaw u jassistu lill-priġunieri politiċi, lir-reporters u lill-bloggers, lill-attivisti kontra l-korruzzjoni, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-membri tas-soċjetà ċivili;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Ażerbajġan, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-OSKE.

(1)  ĠU C 331, 18.9.2018, p. 105.

(2)  ĠU C 316, 22.9.2017, p. 207.

(3)  ĠU C 234, 28.6.2016, p. 2.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2018)0294.

(5)  ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.

(6)  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 82.

(7)  Rapport A/HRC/36/37/Add.1 tat-2 ta' Awwissu 2017.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/110


P8_TA(2019)0034

Is-Sudan

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar is-Sudan (2019/2512(RSP))

(2020/C 411/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan, b'mod partikolari dawk tal-31 ta' Mejju 2018 (1), tal-15 ta' Marzu 2018 (2), tas-16 ta' Novembru 2017 (3) u tat-6 ta' Ottubru 2016 (4),

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, li r-Repubblika tas-Sudan ilha stat parti tiegħu mill-1986,

wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov tiegħu għal-Libertà tal-Ħsieb lid-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Salih Mahmoud Osman fl-2007,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sudan tad-19 ta' Novembru 2018,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tat-Trojka (l-Istati Uniti, in-Norveġja u r-Renju Unit) u tal-Kanada tat-8 ta' Jannar 2019 dwar ir-rispons għall-protesti li għaddejjin fis-Sudan,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-24 ta' Diċembru 2018 u tal-11 ta' Jannar 2019 dwar il-protesti li għaddejjin fis-Sudan,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tas-Sudan tal-2005,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou ffirmat mill-Gvern Sudaniż fl-2005,

wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli,

wara li kkunsidra d-djalogi interattivi dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan, li saru mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fil-11 ta' Diċembru 2018,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, f'nofs Diċembru, il-Gvern tas-Sudan ħabbar it-tmiem ta' sussidji fuq prodotti bażiċi b'reazzjoni għal inflazzjoni li qed tispara 'l fuq; billi r-rata tal-inflazzjoni, li bħalissa tilħaq madwar 122 %, hija t-tieni l-ogħla waħda fid-dinja (5);

B.

billi, mid-19 ta' Diċembru 2018 'il hawn, dimostranti niżlu fit-toroq madwar is-Sudan biex jipprotestaw kontra ż-żidiet fl-għoli tal-ħajja, it-tnaqqis tas-sussidji fuq prodotti bażiċi u l-iskarsezzi ta' fjuwil; billi dawn il-protesti nfirxu mill-bliet u l-irħula għal Khartoum, il-belt kapitali;

C.

billi d-dimostrazzjonijiet baqgħu jitwessgħu u għaxriet ta' eluf ta' persuni, b'mod li jirrifletti kampjun wiesa' tas-soċjetà tas-Sudan, reġgħu ħarġu fit-toroq kontra r-reġim awtoritarju, u talbu r-riżenja tal-President Omar al-Bashir, li ilu fil-poter 29 sena;

D.

billi 22 partit politiku rtiraw mill-gvern b'solidarjetà mad-dimostranti; billi l-protesti huma sostnuti minn uħud mill-ex alleati u membri tal-partit tal-President, li huma meqjusa bħala sfida serja lill-President al-Bashir, li qed ifittex li jemenda l-Artikolu 57 tal-Kostituzzjoni biex jikseb mandat tul ħajtu;

E.

billi, fl-1 ta' Jannar 2019, 22 partit politiku u grupp tal-oppożizzjoni esiġew li l-President al-Bashir jittrasferixxi l-poter lil “kunsill sovran” u lil gvern tranżizzjonali li jistabbilixxi data “xierqa” għal elezzjonijiet demokratiċi; billi l-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss fis-Sudan huma skedati għall-2020; billi, skont il-Kostituzzjoni tas-Sudan, il-President Omar al-Bashir ma jistax jerġa' joħroġ għall-elezzjoni meta jintemm il-mandat kurrenti tiegħu; billi xi leġiżlaturi fis-Sudan ħabbru li huma lesti jemendaw il-kostituzzjoni biex jestendu l-limiti tal-mandat presidenzjali, b'tali mod li l-President al-Bashir ikun jista' jerġa' joħroġ għall-elezzjoni fl-2020;

F.

billi l-awtoritajiet Sudaniżi ħaddmu l-forzi tas-sigurtà nazzjonali, il-pulizija, u forzi paramilitari, li mxew b'forza eċċessiva biex iferrxu d-dimostranti mhux armati, sawtuhom bil-lembubi u sparaw balal letali, balal tal-gomma, u gass tad-dmugħ;

G.

billi l-President al-Bashir huwa l-uniku kap ta' stat li huwa mfittex għal delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u ġenoċidju mwettqa matul il-kampanja tiegħu ta' tindif etniku fid-Darfur, b'żewġ mandati ta' arrest pendenti li nħarġulu fl-4 ta' Marzu 2009 u fit-12 ta' Lulju 2010 mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); billi, għalkemm is-Sudan mhuwiex stat parti tal-Istatut ta' Ruma, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1593 (2005) tobbligah jikkoopera mal-QKI; billi, minkejja l-mandat ta' arrest tiegħu, il-President al-Bashir baqa' jwettaq id-delitti tiegħu b'impunità, hekk li wessa' l-bumbardamenti u l-attakki tiegħu kontra persuni ċivili lil hinn mid-Darfur lil dawk fl-Istati Sudaniżi tan-Nil Ikħal u tal-Kordofan tan-Nofsinhar;

H.

billi, skont organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, l-għadd ta' persuni maqtula kien laħaq 45 sal-1 ta' Jannar 2019; billi l-Gvern Sudaniż jirrapporta biss 24 mewta; billi tliet dimostranti oħra nqatlu fid-9 ta' Jannar 2019 waqt dimostrazzjoni kontra l-gvern fis-Sudan; billi, fl-istess ġurnata, kienet qed issir l-ewwel manifestazzjoni ta' appoġġ għall-President al-Bashir f'Khartoum;

I.

billi, skont il-gvern Sudaniż, il-pulizija arrestaw 816-il ruħ fi tliet ġimgħat ta' protesti iżda, skont is-soċjetà ċivili, l-għadd reali huwa ħafna ogħla minn hekk; billi bosta akkademiċi tal-Università ta' Khartoum ġew arrestati wara li ngħaqdu mal-protesti; billi għadd ta' mexxejja tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, professuri u studenti tal-università, inklużi dawk li ġarrbu ġrieħi gravi, għadhom miżmuma mingħajr żjarat minn familjari, avukati u tobba;

J.

billi, fit-8 ta' Jannar 2019, Salih Mahmoud Osman, avukat tad-drittijiet tal-bniedem Sudaniż u rebbieħ tal-Premju Sakharov tal-2007, ġie arrestat fl-uffiċċju legali tiegħu; billi l-awtoritajiet ikkonfermaw li huwa detenut, iżda ma żvelawx fejn qed jinżamm; billi l-familja tas-Sur Osman hija partikolarment imħassba dwar id-detenzjoni tiegħu minħabba li jbati minn pressjoni għolja u dijabete, li jirrikjedu li jkollu segwitu mediku;

K.

billi l-mewġa ta' arresti involviet ħafna difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għadd ta' membri tal-oppożizzjoni;

L.

billi, fit-8 ta' Jannar 2019, l-ex Viċi President Ali Osman Taha wissa lill-avversarji tal-gvern li “l-brigati” tal-milizzja kienu se jiddefendu l-pajjiż;

M.

billi l-eżistenza ta' midja libera, indipendenti u imparzjali tikkostitwixxi wieħed mill-pedamenti essenzjali ta' soċjetà demokratika; billi l-gvern ibblokka l-aċċess għas-siti tal-midja soċjali, u bosta gazzetti ma' ġewx ippubblikati wara li Servizz Nazzjonali Sudaniż tal-Intelligence u s-Sigurtà (NISS) impona restrizzjonijiet fuq il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni relatata mal-protesti; billi l-użu mifrux ta' VPNs ippermetta li n-nies jaqsmu ma' ħaddieħor ritratti u videos grafiċi ta' dimostranti li sfaw midruba jew maqtula; billi s-Sudan huwa kklassifikat fil-170 post fost il-180 pajjiż fl-Indiċi tal-Libertà tal-Istampa 2018 tal-organizzazzjoni Reporters Mingħajr Fruntieri; billi, fit-13 ta' Jannar 2019, l-Assoċjazzjoni tal-Professjonisti Sudaniżi, li tinkludi, fost oħrajn, tobba, professuri u inġiniera, ħarġet sejħa biex in-nies jipprotestaw fil-belt kapitali, Khartoum, u fi bliet oħra bħal Madani (fil-Lvant), Kosti (fin-Nofsinhar) u Dongola (fit-Tramuntana) fl-okkażjoni ta' “ġimgħa ta' rvell”; billi, għall-ewwel darba, saret ukoll sejħa għal protesta fi Nyala u Al-Fasher, fir-reġjun ta' kunflitt ta' Darfur;

N.

billi, skont difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, in-nies mir-reġjun tad-Darfur b'mod partikolari ġew iffastidjati u arrestati fil-pajjiż kollu kemm hu, anki jekk ma ħadux sehem f'dimostrazzjonijiet;

O.

billi s-Sudan għadu ma rratifikax trattati universali ewlenin oħra tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament Krudili, Inuman u Degradanti Ieħor, u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa;

P.

billi t-Trojka magħmula mill-Istati Uniti, in-Norveġja u r-Renju Unit, u appoġġjata mill-Kanada, ikkundannat pubblikament ir-repressjoni brutali tad-dimostrazzjonijiet fis-Sudan;

Q.

billi l-UE żżomm kuntatt ta' livell għoli mal-gvern Sudaniż, inklużi żjarat fis-Sudan minn Kummissarji;

R.

billi s-Sudan huwa kklassifikat bħala r-raba' l-agħar pajjiż għall-abitanti Nsara fil-World Watch List tal-2018 imħejjija mill-Open Doors International; billi s-sitwazzjoni għal minoranzi reliġjużi oħra, jew għal persuni li ma jemmnux, hija daqstant diffiċli;

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-użu eċċessiv tal-forza min-NISS matul protesti popolari li għadhom għaddejjin, u r-repressjoni li għaddejja mill-awtoritajiet fis-Sudan, li qed ikomplu jattakkaw attivisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll avukati, għalliema, studenti u tobba;

2.

Jitlob li l-gvern Sudaniż temm l-użu tal-forza fatali, l-arresti u d-detenzjoni arbitrarji ta' dimostranti paċifiċi, u jipprevjeni aktar tixrid ta' demm u l-użu tat-tortura; jenfasizza li l-korpi kollha tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà għandhom jaġixxu taħt il-kontroll dirett tal-gvern u skont l-impenji kostituzzjonali u internazzjonali tas-Sudan;

3.

Jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-vittmi tal-vjolenza li faqqgħet mal-bidu tal-protesti popolari, u lill-familji tagħhom;

4.

Jitlob li Salih Mahmoud Osman, rebbieħ tal-Premju Sakharov, jinħeles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Sudaniżi biex jiggarantixxu li jingħata kura medika urġenti u aċċess mingħajr xkiel għall-avukat u l-familja tiegħu;

5.

Jitlob li l-gvern tas-Sudan jirrispetta d-dritt tan-nies li jsemmgħu l-preokkupazzjonijiet tagħhom, u jippermetti lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem tas-Sudan iwettqu l-ħidma leġittima tagħhom biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem, mingħajr kwalunkwe restrizzjoni jew ritaljazzjoni;

6.

Huwa partikolarment imħasseb dwar x'ġara minn 32 student universitarju ta' oriġini f'Darfur li sfaw arrestati mill-awtoritajiet Sudaniżi fit-23 ta' Diċembru 2018 u li nħarġu għall-wiri quddiem il-midja u, skont ma ġie rrappurtat, ġew akkużati li kienu tħarrġu f'Iżrael, u li kienu huma l-kaġun tal-protesti li għaddejjin fil-pajjiż;

7.

Jesiġi li l-gvern tas-Sudan jeħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni politika u l-protestaturi kollha l-oħra li qed jinżammu bħalissa bla akkużi formali jew proċess, u li lil dawk li qed jiffaċċjaw proċess jagħtuhom aċċess sħiħ għar-rappreżentanza legali; jitlob li l-gvern tas-Sudan jagħti informazzjoni dwar fejn qegħdin jinżammu;

8.

Jitlob li l-Gvern tas-Sudan jinvestiga minnufih l-allegazzjonijiet kollha ta' tortura, maltrattament u detenzjoni arbitrarja u ta' użu eċċessiv tal-forza kontra persuni miżmuma mill-pulizija u min-NISS, inkluża ċ-ċaħda ta' trattament mediku neċessarju, u jitolbuh jiżgura li l-persuni responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom fi proċessi ġusti, bil-għan li jippubblika r-riżultati u jressaq lill-persuni responsabbli quddiem il-ġustizzja fi qbil mal-istandards internazzjonali;

9.

Jemmen li midja libera, indipendenti u imparzjali tikkostitwixxi waħda mill-fondazzjonijiet essenzjali ta' soċjetà demokratika, fejn dibattiti miftuħa għandhom rwol kruċjali; jitlob li l-UE tintensifika l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-libertà tal-espressjoni permezz tal-politiki u tal-istrumenti esterni tagħha, inkluż fis-Sudan;

10.

Jitlob tmiem immedjat tar-restrizzjonijiet imposti fuq l-aċċess għall-internet u t-trażżin tal-libertà ta' espressjoni permezz taċ-ċensura tal-gazzetti, u jħeġġeġ lis-Sudan iwettaq riformi biex jiggarantixxi l-libertà ta' espressjoni, f'konformità mal-obbligi kostituzzjonali u mal-impenji internazzjonali tiegħu, inkluż il-Ftehim ta' Cotonou kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005;

11.

Jiddeplora l-persekuzzjoni approvata mill-Istat kontra l-Insara, reliġjonijiet oħra u dawk li ma jemmnux, u l-għeluq u t-twaqqigħ tal-knejjes; jerġa' jafferma li l-libertà ta' reliġjon, kuxjenza jew twemmin hija dritt tal-bniedem universali li jeħtieġ li jitħares kullimkien u għal kulħadd;

12.

Jenfasizza li huwa importanti li l-kalendarju elettorali jiġi rrispettat, iżda jinnota bi tħassib li nbeda l-proċess ta' tibdil tal-Kostituzzjoni tas-Sudan bil-għan li l-President al-Bashir ikun jista' joħroġ bħala kandidat presidenzjali għal darb' oħra;

13.

Itenni t-talba tiegħu li l-President al-Bashir jikkonforma mad-dritt internazzjonali skont il-konvenzjonijiet u t-trattati li l-gvern tiegħu huwa parti fihom; jibqa' jappoġġja r-rwol tal-QKI fil-prosekuzzjoni tiegħu fuq akkużi ta' delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju;

14.

Ifakkar fl-istqarrija tal-31 ta' Mejju 2018 magħmula mill-Kummissarju Stylianides fil-Parlament Ewropew, li fiha qal li l-UE se tkompli tagħmel użu mill-mezzi differenti għad-dispożizzjoni tagħha biex tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u tal-bniet fis-Sudan, inkluż billi ttejjeb l-aċċess tagħhom għal edukazzjoni ta' kwalità u għal servizzi tal-kura tas-saħħa u billi tqajjem kuxjenza dwar drittijiethom fost il-komunitajiet, b'mod partikolari bil-għan li jonqsu l-prattiki dannużi bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili;

15.

Iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u lill-Istati Membri biex jiżguraw li “l-ġestjoni tal-migrazzjoni” u l-azzjonijiet kontra t-terroriżmu ma jimminawx l-appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem; huwa mħasseb li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri individwali mas-Sudan rigward il-migrazzjoni qed tintuża mir-reġim bħala skuża u biex issaħħaħ il-kapaċità tagħha li jikkontrolla u jirreprimi lin-nies, pereżempju billi ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' sorveljanza, inkluż fil-fruntieri, u billi tfornilu tagħmir, bħal tagħmir bijometriku; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha għaldaqstant jiżguraw trasparenza sħiħa fir-rigward ta' proġetti li jinvolvu s-Sudan fil-qasam tas-sigurtà, inklużi l-attivitajiet u l-benefiċjarji ppjanati kollha ta' finanzjament nazzjonali jew mill-UE;

16.

Itenni l-appell tiegħu għal projbizzjoni madwar l-UE kollha fuq l-esportazzjoni, il-bejgħ, l-aġġornament u l-manutenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' tagħmir tas-sigurtà li jista' jintuża għar-repressjoni interna, inkluża t-teknoloġija ta' sorveljanza tal-internet, lil stati li għandhom storja xejn sabiħa fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma huwa s-Sudan;

17.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fil-kuntest tal-protesti li għaddejjin; jitlob li l-VP/RGħ tikkundanna pubblikament il-qagħda allarmanti fis-Sudan u tuża l-mezzi kollha ta' influwenza li għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet Sudaniżi ħalli jtemmu l-vjolenza u r-repressjoni li għaddejja, l-arresti tal-massa u l-qtil, u tħeġġiġhom jirrispettaw l-impenji tagħhom lejn in-normi u l-liġijiet internazzjonali;

18.

Jissottolinja l-impenn tal-UE fl-għoti ta' għajnuna umanitarja u fl-appoġġ ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-Sudan, u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu bl-isforzi tagħhom f'dawn l-oqsma; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ l-appoġġ finanzjarju għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-Sudan permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern tas-Sudan, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2018)0233.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2018)0080.

(3)  ĠU C 356, 4.10.2018, p. 50.

(4)  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 33.

(5)  Kalkoli mill-Prof. Steve H. Hanke, Johns Hopkins University, https://allafrica.com/stories/201807230267.html


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/114


P8_TA(2019)0036

Rapport Annwali 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-2017

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2017 (2018/2151(INI))

(2020/C 411/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività 2017 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI),

wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju 2017 u r-Rapport Statistiku 2017 tal-BEI,

wara li kkunsidra r-Rapport dwar is-Sostenibbiltà 2017, ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni fuq 3 Pilastri għall-Operazzjonijiet tal-BEI fi ħdan l-UE u r-Rapport dwar ir-Riżultati barra l-UE tal-Bank Ewropew tal-Investiment 2017,

wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kumitat tal-Verifika għas-sena 2017,

wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Trasparenza tal-BEI fl-2017 u r-Rapport dwar il-Governanza Korporattiva 2017,

wara li kkunsidra d-“Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-kawża 1316/2016/TN dwar l-allegati nuqqasijiet fil-Politika ta' Trasparenza tal-Bank Ewropew tal-Investiment (1)”,

wara li kkunsidra r-Rieżami tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti (CM) li tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-kawża 1316/2016/TN dwar l-allegati nuqqasijiet fil-Politika ta' Trasparenza tal-Bank Ewropew tal-Investiment",

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività 2017 tal-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità tal-BEI u r-Rapport ta' Attività 2017 tal-Grupp tal-BEI ta' Kontra l-Frodi,

wara li kkunsidra l-Pjan Operattiv tal-Grupp tal-BEI għall-2017-2019,

wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 174, 175, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 5 tiegħu dwar l-Istatut tal-BEI u l-Protokoll Nru 28 tiegħu dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali,

wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2015 – Rapport Annwali 2015 (2), tat-3 ta' Mejju 2018 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2016 – Rapport Annwali 2016 (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-Mandat Estern tal-BEI 2007-2013 (4) u d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (6),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (COM(2016)0597), (SWD(2016)0297) u (SWD(2016)0298),

wara li kkunsidra l-awditjar ad hoc ta' Ernst & Young tat-8 ta' Novembru 2016 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017 (“ir-Regolament dwar il-FEIS”),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2018 dwar il-ġestjoni tal-fond ta' garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi fl-2017 (COM(2018)0345 final),

wara li kkunsidra r-rapport ta' evalwazzjoni tal-operazzjonijiet tal-BEI dwar l-evalwazzjoni tal-FEIS ta' Ġunju 2018,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2018 dwar ir-Rapport Komprensiv għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-funzjonament tal-fond ta' garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) (COM(2018)0497),

wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku ta' Settembru 2016, bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment,

wara li kkunsidra d-dokumenti ta' informazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-Futur tal-finanzi tal-UE: ir-riforma ta' kif jopera l-baġit tal-UE minn Frar 2018 u dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 minn Lulju 2018,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0479/2018),

A.

billi l-missjoni tal-BEI hija li jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni, l-iżvilupp bilanċjat u l-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Istati Membri billi jżid volumi sostanzjali ta' fondi fuq is-swieq kapitali u billi jislef dawn il-fondi b'termini favorevoli għal proġetti li jkomplu l-għanijiet ta' politika tal-UE;

B.

billi l-BEI huwa fil-qalba tal-isforzi ta' rkupru ekonomiku fil-livell tal-Unjoni, b'żewġ żidiet suċċessivi fil-kapital u permezz tar-rwol ċentrali tiegħu fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa bil-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS);

C.

billi l-BEI għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir inklużiv, l-impjiegi sostenibbli u ta' kwalità u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi;

D.

billi valutazzjoni regolari u dettaljata tal-ħtiġijiet f'diversi setturi hija essenzjali biex jiġu identifikati d-diskrepanzi u l-ostakli għall-investiment f'reġjuni differenti, iżda wkoll għall-identifikazzjoni ta' ġabra ta' opportunitajiet b'potenzjal għat-tkabbir u l-impjiegi, għal aktar kontribuzzjonijiet għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u l-kalibrazzjoni adegwata tan-natura u d-daqs tal-fallimenti tas-suq li jiddependu fuq l-esternalitajiet, il-ħtiġijiet tal-iżvilupp settorjali u territorjali eżistenti;

E.

billi r-rwol tal-BEI li jservi ta' lieva għall-fondi pubbliċi huwa essenzjali biex l-Unjoni tkun kapaċi twieġeb u tadatta għal xejriet u riskji ekonomiċi u ambjentali ġodda u inċertezzi ġeopolitiċi filwaqt li ttejjeb u ssaħħaħ is-sorveljanza tar-riskju tal-Grupp tal-BEI u l-ġestjoni tar-riskju prudenzjali;

F.

billi l-Grupp tal-BEI ra bidla ċara fin-natura, il-volum, il-profil tar-riskju u l-kumplessità tan-negozju tiegħu matul dawn l-aħħar snin taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (“FEIS”), b'tendenza lejn għadd dejjem akbar ta' operazzjonijiet iżgħar appoġġati mill-garanzija tal-UE taħt il-FEIS, kif ukoll minn żieda sinifikanti tal-mandati ġestiti f'isem il-Kummissjoni Ewropea u fl-għoti ta' servizzi ta' konsulenza;

G.

billi l-bażi kapitali tal-BEI, l-adegwatezza u l-kapaċità ta' self futur se jħossu l-impatt tal-Brexit;

H.

billi l-BEI għandu jagħti valur miżjud bl-ogħla livell ta' integrità, governanza tajba, u speċjalment fid-dawl tas-sejbiet tal-Ombudsman fid-“Deċiżjoni fil-kawża 1316/2016/TN dwar l-allegati nuqqasijiet fil-Politika ta' Trasparenza tal-Bank Ewropew tal-Investiment (7)”, l-ogħla livell ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont, kif ukoll jimxi skont l-Aħjar Prattika Bankarja applikabbli;

I.

billi l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' ħasil tal-flus, ta' finanzjament tat-terroriżmu u ta' prattiki dannużi tat-taxxa għandhom jibqgħu prijorità kostanti tal-BEI;

J.

billi fil-31 ta' Diċembru 2017, l-azzjonisti tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) kienu jinkludu l-BEI (58,5 %), l-Unjoni rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (29,7 %) u 32 istituzzjoni finanzjarja (11,8 %); billi l-maġġoranza tal-operazzjonijiet tal-FEI huma attwalment iffinanzjati taħt ftehimiet ta' Mandat speċifiċi ma' partijiet terzi;

Ir-rwol tal-BEI biex jiżgura investiment pubbliku strateġiku li jżid il-valur

1.

Jirrimarka li l-investiment pubbliku għadu meħtieġ sabiex jingħalqu d-diskrepanzi fl-investiment f'diversi setturi li jkunu għadhom taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi f'ħafna Stati Membri vulnerabbli u f'pajjiżi ta' koeżjoni biex dawn ikomplu jirkupraw mill-impatt tal-kriżi u biex tingħata spinta lit-tkabbir, l-impjiegi u l-koeżjoni fl-Unjoni fuq terminu twil u b'mod sostenibbli;

2.

Jinnota li t-total tal-kapital sottoskritt tal-BEI huwa ta' EUR 243 biljun; jinnota li l-azzjonisti tal-BEI jinkludu l-Istati Membri kollha u li, minbarra l-kapital imħallas, l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom ukoll li jipprovdu kapital addizzjonali fuq talba; jindika li l-akbar erba' azzjonisti huma l-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit, b'kull wieħed minnhom responsabbli għal EUR 39,14 biljun u 16,11 % tat-total;

3.

Jinnota li, skont l-istrateġija operattiva tiegħu, il-BEI għandu l-għan li jappoġġa l-objettivi strateġiċi Ewropej, bħat-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE u t-tkabbir ekonomiku fit-tul u l-ħolqien tal-impjiegi, jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jipproteġi l-ambjent u jrawwem it-tranżizzjoni tal-enerġija billi jiffinanzja l-adattament għall-klima u l-proġetti ta' mitigazzjoni, jindirizza l-kriżi tal-impjiegi li qiegħda tiffaċċja l-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-UE, jappoġġa proġetti ta' infrastruttura u jgħin fil-mitigazzjoni tal-kawżi tal-migrazzjoni;

4.

Iqis li l-BEI għandu rwol finanzjarju rilevanti, li jista' jġib riżultati konsiderevoli fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-Unjoni u jistieden lill-BEI jiffoka fuq l-investimenti li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u jsaħħu l-kompetittività u l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li jappoġġaw il-politika ta' koeżjoni f'reġjuni inqas żviluppati;

5.

Jistieden lill-BEI jkompli jnaqqas id-diskrepanzi rikorrenti fl-investiment u l-fallimenti strutturali tas-suq li għadhom għaddejjin billi jfassil infiq olistiku u f'terminu medju, filwaqt li jiffaċilita l-kofinanzjament fil-livell nazzjonali u l-pjanijiet ta' investiment, inter alia, lejn ir-reġjuni u l-lokalitajiet tal-Unjoni li huma kkaratterizzati minn dħul baxx u li qed jiffaċċjaw aktar ostakli għall-investiment;

6.

Jisħaq li l-enfasi tal-prijoritajiet tal-BEI fil-Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 għandha tkun fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 għal żvilupp intelliġenti u sostenibbli;

7.

Jissottolinja l-fatt li l-kundizzjonijiet tas-self tal-BEI għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tar-reġjuni periferiċi tal-UE permezz tal-promozzjoni tat-tkabbir u tal-impjiegi; jappella lill-BEI jsaħħaħ b'mod konsiderevoli l-arranġamenti għall-għoti ta' assistenza teknika u għarfien espert finanzjarju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali qabel ma jiġu approvati l-proġetti, sabiex titjieb l-aċċessibbiltà u jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jiġu involuti, speċjalment dawk b'rata aktar baxxa ta' suċċess għall-approvazzjoni ta' proġetti;

8.

Iħeġġeġ lill-BEI jsawwar finanzjament jew għażliet ta' finanzjament sostenibbli u ambjent ta' investiment favorevoli li jirrifletti l-għanijiet politiċi u l-impenji tal-Unjoni, bil-ħsieb li jitrawmu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-innovazzjoni fl-Unjoni, kif ukoll tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali u ambjentali tal-investiment tal-BEI bit-tnaqqis tad-diskrepanza fl-investiment fis-settur soċjali u fir-rigward tas-sikurezza tal-infrastruttura; jistieden lill-BEI biex iqis, fil-każ ta' proġetti infrastrutturali fuq skala kbira, ir-riskji rilevanti kollha tal-impatt ambjentali u biex jiffinanzja biss dawk li wrew valur miżjud veru għall-popolazzjoni lokali u mil-lat ambjentali, soċjali u ekonomiku; jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ strett tar-riskji possibbli ta' korruzzjoni u frodi f'dan il-kuntest u li jitwettqu valutazzjonijiet ex ante u ex post bir-reqqa fir-rigward tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati;

9.

Iħeġġeġ lill-BEI jinforma kontinwament lill-partijiet ikkonċernati dwar il-potenzjalitajiet finanzjarji u jipprovdi servizzi ta' konsulenza adegwati meta jkun hemm bżonn minkejja li l-istrumenti tal-BEI huma mmexxija mid-domanda;

10.

Jisħaq li fil-qafas tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, iridu jitfasslu arranġamenti dettaljati dwar l-obbligi kollha tar-Renju Unit lejn il-BEI sabiex jiġi żgurat li ma tiġix affettwata l-kapaċità tal-BEI li jilħaq l-objettivi tiegħu;

L-ixprunar tal-investiment f'oqsma strateġiċi ewlenin

11.

Jinnota li, skont ir-Rapport Finanzjarju tal-BEI għall-2017, is-self iffirmat tal-Bank għall-2017 ammonta għal EUR 69,9 biljun (EUR 62,6 biljun fi ħdan l-UE u EUR 7,3 biljun barra mill-UE) li huwa ammont aktar baxx meta mqabbel mal-aħħar 5 snin (2013–2016) minħabba li jaqa' taħt is-EUR 70 biljun, minkejja li jinsab fil-limitu ta' flessibilità ta' 10 % previst fil-Pjan Operattiv tal-BEI, u jinnota wkoll l-istabbiltà u l-kwalità tal-portafoll tas-self b'0,3 % f'kuntratti ta' self indeboliti meta mqabbla ma' dik tal-2016;

12.

Jinnota li l-Unjoni Ewropea tipprovdi garanzija lill-BEI u li dan huwa normali fil-każ ta' istituzzjonijiet finanzjarji maħtura mill-Istati Membri biex jgħinu sabiex jintlaħqu l-miri pubbliċi; jindika, madankollu, li s-sitwazzjoni tirrikjedi l-aktar politiki responsabbli dwar il-kreditu sabiex il-fondi jintefqu b'mod effikaċi għall-Unjoni kollha, għall-Istati Membri tagħha u għall-interess pubbliku; jappella lill-BEI, li jopera fi ħdan mandat għall-iżvilupp, biex jiżgura konformità aħjar mal-għanijiet tal-politika ambjentali u soċjali tiegħu u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, inkluż fi proġetti kofinanzjati jew kontribuzzjonijiet għall-fondi ta' investiment u fondi ta' ekwità privata;

13.

Itenni t-tħassib tiegħu li nofs l-Istati Membri rċevew 80 % tal-investiment totali tal-BEI fl-UE filwaqt li l-14-il Stat Membru l-ieħor irċevew 10 % biss minn dan l-investiment; itenni wkoll li tliet Stati Membri individwalment irċevew 16 %, 15 % u 11 % rispettivament; jitlob lill-Bank jinkludi fir-rapportar tiegħu informazzjoni dwar l-investiment tiegħu f'reġjuni b'introjtu baxx u dawk b'introjtu għoli skont l-Istħarriġ ta' Investiment tiegħu stess (EIBIS) u fir-rigward tal-effett potenzjali biex jingħelbu l-lakuni u l-ostakoli għall-investiment f'reġjuni inqas favorevoli fl-UE;

14.

Jistieden lill-BEI biex jerġa' jeżamina l-estimi tiegħu ta' investimenti per capita u l-klassifikazzjoni tal-Istati Membri kif xieraq, peress li ċ-ċifri aġġornati jidhru li jindikaw gradazzjoni li ġeneralment tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni skont somom assoluti rċevuti mill-Istati Membri;

15.

Jinnota barra minn hekk li, skont ir-Rapport Annwali tal-FEI għall-2017, fl-2017 il-FEI ffirma tranżazzjonijiet li jammontaw għal EUR 9,3 biljun, meta mqabbel ma' EUR 9,45 biljun fl-2016, li kellhom effett ta' lieva fuq il-EUR 35,4 biljun ta' finanzjament biex jiġu appoġġati l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fl-Ewropa;

16.

Jieħu nota tal-finanzjament tal-Grupp tal-BEI kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE fl-2017 b'appoġġ għall-għanijiet tal-politika pubblika tiegħu, li ammontaw rispettivament għal (i) EUR 13,8 biljun għall-innovazzjoni u l-ħiliet, (ii) EUR 18-il biljun għall-infrastruttura, (iii) EUR 16,7 biljun għall-proġetti relatati mal-ambjent u (iv) EUR 29,6 biljun għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja; jissottolinja l-fatt li minħabba l-impatt u l-importanza tagħhom għall-ekonomiji l-investimenti kemm lokali kif ukoll nazzjonali, fl-SMEs, fi start-ups, fir-riċerka, fl-innovazzjoni, fl-ekonomija diġitali u fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huma essenzjali għall-irkupru ekonomiku fl-UE u għall-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità;

17.

Jinnota li fl-2017 il-volum ta' self tal-BEI fl-Unjoni ammonta għal EUR 18,24 biljun għall-objettiv orizzontali ta' koeżjoni ekonomika u soċjali u l-Bank laħaq 29,6 % mill-investiment fil-mira ta' 30 % għal dan l-objettiv;

18.

Jinnota li l-BEI impenja 25 % tal-finanzjament totali tiegħu għal proġetti relatati mat-tibdil fil-klima, impenn li sal-2020 jitla' għal 35 %; jindika li din it-tendenza għandha tiġi vvalutata b'mod pożittiv filwaqt li jinnota li l-proġetti appoġġati għandhom ikunu effettivi mhux biss fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima iżda wkoll minn perspettiva finanzjarja;

19.

Jinnota li fl-Unjoni, EUR 16,58 biljun kienu ddedikati għall-objettiv orizzontali tal-azzjoni klimatika li permezz tiegħu l-BEI kkontribwixxa għall-allinjament mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u mal-iżvilupp sostenibbli globali; iħeġġeġ lill-BEI jżomm livell għoli ta' ambizzjoni f'dak il-qasam;

20.

Jilqa' l-impenn tal-BEI li jallinja l-operazzjonijiet tiegħu mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 sal-2020; fid-dawl tar-Rapport IPPC riċenti, jistieden lill-BEI biex jirrevedi l-istrateġija klimatika tiegħu sabiex jallinjaha mal-perkors tat-tisħin globali ta' 1,5 oC;

21.

Iħeġġeġ lill-BEI biex isaħħaħ il-preżenza u l-attivitajiet tiegħu fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, billi huma strateġikament importanti għall-UE u jirrimarka li t-tisħiħ tal-attivitajiet ta' kreditu u investiment fir-reġjun huwa kruċjali;

22.

Jinnota r-reviżjoni kontinwa tal-Kriterji dwar is-Self għall-Enerġija tal-BEI; jistenna li din ir-reviżjoni tkun allinjata mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015; itenni t-talba lill-BEI biex jagħti prijorità lis-self tiegħu lil RES deċentralizzati fuq skala żgħira u effiċjenti fl-enerġija u biex jippreżenta pjan ambizzjuż biex iwaqqaf il-finanzjament tal-proġetti tal-karburanti fossili; jistieden lill-BEI jimmira li jsir mexxej tal-azzjoni klimatika u jżid l-investiment fis-settur tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza tal-enerġija, kif ukoll li jikkunsidra dak l-għan bħala prijorità fir-reviżjoni tal-kriterji tiegħu ta' self tal-enerġija;

23.

Jilqa', f'dan il-kuntest, ir-rwol tal-BEI fil-ħruġ ta' bonds ta' sensibilizzazzjoni dwar il-klima (jew EUR 4,29 biljun meta mqabbel ma' EUR 3,8 biljun fl-2016), li jikkorrispondu għall-involviment tal-azzjoni klimatika tal-bank biex jiżdiedu l-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira b'impatti lokali u reġjonali msaħħa;

24.

Huwa tal-fehma li l-BEI għandu jkompli jsaħħaħ ir-rwol tiegħu biex jgħin ħalli jinkiseb żvilupp sostenibbli u li l-azzjoni klimatika għandha tiffoka prinċipalment fuq it-trasport u l-produzzjoni ta' enerġija nadifa, fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija (għat-tisħin, it-trasport u l-produzzjoni), fuq il-produzzjoni industrijali nadifa u fuq il-biedja sostenibbli u t-trattament u l-provvista tal-ilma, u fuq it-tranżizzjoni ambjentali b'mod ġenerali;

25.

Ifakkar li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u għalhekk jappella lill-BEI biex inaqqas id-distakkta' nuqqas ta' aċċess tal-SMEs għall-kreditu billi jtejjeb il-programmi eżistenti, bħall-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress u billi jżid il-finanzjament allokat lilhom; jappella għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' politika aktar proattivi għall-SMEs u l-mikrointrapriżi fir-rigward tal-banek intermedjarji li jiżborżaw il-fondi tal-BEI;

26.

Jindika li l-BEI, meta jipprovdi appoġġ lill-kumpaniji tal-UE barra mill-pajjiż, għandu jqis kif xieraq l-istrateġija kummerċjali tal-UE, inkluż il-kummerċ ħieles, is-servizzi u l-ftehimiet ta' investiment eżistenti u futuri; jindika li, f'dak il-kuntest, il-BEI għandu jqis b'mod partikolari r-rekwiżiti tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewropej;

27.

Jindika li parti mill-attività globali tas-self tal-BEI hija ddedikata għall-operazzjonijiet barra mill-Unjoni; jinnota li jrid ikun hemm koordinazzjoni mill-qrib u komplementarjetà bejn l-attivitajiet ta' self estern tal-BEI u l-Pjan ta' Investiment Estern tal-UE;

28.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-BEI biex jikkontribwixxi għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u biex jindirizza l-isfidi globali relatati mal-migrazzjoni; inkluż bit-tnedija ta' bonds ta' għarfien dwar is-sostenibbiltà biex jiġi ffinanzjat is-17-il għan ta' żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti;

Il-prestazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI

29.

Jinnota b'sodisfazzjon il-konklużjoni tal-Kumitat tal-Verifika li d-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji adottati mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bank fil-31 ta' Diċembru 2017 u tar-riżultati tal-operazzjonijiet u tal-flussi tal-flus tiegħu għall-2017 f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

30.

Itenni, madankollu, it-talba tiegħu dwar ir-rapport annwali tal-BEI u jitlob li l-BEI jippreżenta rapport tal-attività annwali aktar komprensiv, dettaljat u armonizzat u jtejjeb b'mod sinifikanti l-preżentazzjoni tal-informazzjoni billi jinkludi tqassim dettaljat u affidabbli tal-investimenti approvati, iffirmati u mħallsa għal sena partikolari u s-sorsi ta' finanzjament involuti (riżorsi proprji, FEIS, programmi tal-UE ġestiti b'mod ċentrali, eċċ), kif ukoll informazzjoni dwar il-benefiċjarji (l-Istati Membri, is-settur pubbliku jew privat, intermedjarji jew riċevituri diretti), is-setturi appoġġati, u r-riżultati ta' evalwazzjonijiet ex post;

31.

Jieħu nota tal-volum ta' attivitajiet speċjali ġodda ffirmati mill-Bank fl-2017, li jikkorrispondu għal proġetti bi profil ta' riskju ogħla, b'ammont ta' EUR 18-il biljun (2016: EUR 13,1 biljun) li minnhom EUR 2,7 biljun kienu jaqgħu bħala riskju proprju tal-BEI u l-EUR 15,3 biljun li jifdal kienu koperti mill-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-portafoll;

32.

Jieħu nota tar-riżultati rrappurtati ta' 26 proġett mitmum fl-2017 barra mill-UE, li għalihom il-valutazzjoni permezz ta' qafas ta' kejl tar-riżultati (REM) għal interventi esterni tippermetti l-valutazzjoni tar-riżultati mhux biss kif mistennija, iżda kif miksuba; josserva, madankollu, li fir-rigward tal-attivitajiet fi ħdan l-UE, l-informazzjoni hija ppreżentata esklussivament fuq l-impatt potenzjali u r-riżultati mistennija tal-operazzjonijiet ġodda ffirmati fl-2017 abbażi tal-għodda tal-valutazzjoni bi tliet pilastri (3PA); itenni t-talba tiegħu lill-Bank biex jinkludi informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba minn proġetti kkompletati fl-UE u biex jadatta t-3PA jekk ikun meħtieġ għal dan il-għan;

33.

Jemmen li hemm bżonn li jiġu approfonditi l-kriterji tal-verifika tal-livell ta' addizzjonalità tal-BEI biex jiġi orjentat aħjar il-finanzjament tiegħu, biex jiġi evitat irduppjar tal-objettivi u biex jinstabu s-sinerġiji kollha possibbli kull fejn ikun possibbli;

34.

Iħeġġeġ it-trawwim tal-kultura tal-prestazzjoni fi ħdan il-BEI b'titjib gradwali b'mod partikolari biex jiġu limitati l-indikaturi ta' prestazzjoni trasversali dwar l-impatt tal-operazzjonijiet ewlenin tal-BEI;

35.

Jistieden lill-BEI jressaq b'mod regolari provi tas-sostenibbiltà tal-eżiti, tal-impatti u tar-riżultati b'indikaturi rilevanti u aġġornati; jemmen li t-titjib tal-adegwatezza u r-rilevanza tal-indikaturi fit-tabella ta' valutazzjoni huma kruċjali mhux biss biex jintwera sens ta' portata tar-riżultati u tal-impatt, iżda biex jinstabu modi biex isir intervent li jkun dejjem aktar effettiv;

36.

Huwa tal-fehma li, lil hinn mil-livell effettiv ta' investiment, għandha ssir ħidma fuq id-durabilità, jiġifieri fuq il-kapaċità ta' proġett li jżomm il-benefiċċji tiegħu fit-tul taħt forma ambjentali, finanzjarja, ekonomika jew soċjali (diretta jew le) wara li l-proġett ikun tlesta;

37.

Jilqa' l-adozzjoni tal-BEI tal-politika ta' esklużjoni approvata f'Diċembru 2017 u jitlob li dak l-istrument jintuża b'mod rigoruż sabiex jiġu esklużi mill-finanzjament tal-BEI l-klijenti involuti fi prattiki korrotti jew frodi;

Żvilupp tal-FEIS

38.

Jinnota li, sa tmiem l-2017, il-grupp tal-BEI (il-BEI u l-FEI) iffirma 606 operazzjoni taħt il-FEIS għal finanzjament totali ta' EUR 37,4 biljun u li dawn l-operazzjonijiet huma mistennija li jimmobilizzaw investimenti ta' EUR 207,3 biljun fit-28 Stati Membri u fost l-objettivi kollha stabbiliti fir-Regolament tal-FEIS bid-distribuzzjoni li ġejja għas-setturi ewlenin: 30 % għall-SMEs, 24 % għar-RŻI, 21 % għas-settur tal-enerġija, 10 % għaż-żona diġitali, 8 % għat-trasport, 4 % għall-infrastruttura soċjali u 4 % għall-ambjent u l-effiċjenza tar-riżorsi; iħeġġeġ lill-BEI biex jimminimizza l-investimenti tiegħu f'setturi u proġetti li jużaw ħafna karbonju u biex iżid is-sehem tiegħu ta' investimenti għat-titjib tal-ambjenti u l-effiċjenza tar-riżorsi;

39.

Jinnota li mill-31 ta' Diċembru 2017, taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni (IIW), il-BEI kien iffirma 278 operazzjoni għal finanzjament totali ta' EUR 27,4 biljun, li huma mistennija li jimmobilizzaw investimenti ta' EUR 131,4 biljun f'27 Stat Membru, kif ukoll li taħt it-Tieqa għall-SMEs (SMEW), il-FEI kien iffirma operazzjonijiet ma' 305 intermedjarju finanzjarju għal total ta' finanzjament tal-FEI ta' kważi EUR 10 biljun, li huma mistennija li jimmobilizzaw investiment ta' EUR 76 biljun fit-28 Stat Membru tal-UE; josserva li, sa tmiem l-2017, total ta' 135 785 kumpanija kienu diġà rċevew finanzjament mill-FEIS appoġġati taħt l-SMEW u nħolqu jew ġew appoġġati 1,5 miljun impjieg;

40.

Itenni li l-investiment attwali mobilizzat mill-FEIS jista' jitkejjel biss fi tmiem il-perjodu ta' investiment filwaqt li jitqies li l-effett multiplikatur globali stmat ta' 606 tranżazzjoni approvati u ffirmati taħt il-FEIS fi tmiem l-2017 huwa ta' 13,53x, kemxejn inqas mis-suppożizzjoni u l-mira inizjali ta' 15x meta tnieda l-FEIS; jinnota li l-informazzjoni dwar kif il-multiplikaturi tal-parametru referenzjarju ġew derivati bħalissa hija mifruxa fost is-servizzi kollha tal-BEI u jirrakkomanda li din l-informazzjoni kollha tinġabar f'dokument għalih waħdu;

41.

Josserva li ma saret l-ebda talba għal garanziji fuq il-baġit tal-Unjoni minħabba operazzjonijiet ta' inadempjenza;

42.

Jinnota li l-limiti ta' konċentrazzjoni ġeografika indikattivi stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS, li jesiġu li fi tmiem il-perjodu ta' investiment, is-sehem tal-investiment tal-IIW (f'termini ta' operazzjonijiet iffirmati) fi kwalunkwe tliet Stati Membri flimkien ma jaqbiżx il-45 % tal-portafoll totali tal-FEIS, ma ġewx rispettati peress li sal-31 ta' Diċembru 2017 it-tliet Stati Membri bl-ogħla volum ta' firem (Franza, l-Italja u Spanja) ammontaw għal madwar 47 % tal-volum iffirmat; jirrimarka li għad hemm lok għal titjib fit-twessigħ tad-distribuzzjoni territorjali tal-fondi tal-FEIS filwaqt li jiġu disseminati wkoll b'mod usa' l-opportunitajiet ta' investiment tiegħu;

43.

Jieħu nota tal-evalwazzjoni tal-FEIS u tas-sejbiet tagħha li l-operazzjonijiet ta' attività speċjali tal-FEIS u dawk mhux tal-FEIS għandhom profil tar-riskju simili, kif ukoll li l-kombinazzjoni bejn il-FEIS u l-FSIE u l-għotjiet tas-CEF tibqa' limitata filwaqt li hemm riskju li l-FEIS jeskludi l-istrumenti finanzjarji tal-FSIE; jistenna li n-nuqqasijiet u r-riskji identifikati mill-evalwazzjoni tal-FEIS jitneħħew mal-implimentazzjoni tal-FEIS 2.0;

44.

Jilqa' t-titjib fit-trasparenza bil-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-kumitat ta' investiment tal-FEIS u d-dokumenti adottati mill-Bord ta' Tmexxija flimkien mal-minuti tal-laqgħat;

45.

Iħeġġeġ sinerġija aħjar bejn il-FEIS u l-banek promozzjonali nazzjonali peress li l-koordinazzjoni mal-NPBs hija sforz rikorrenti li jista' jikkontribwixxi għall-effikaċja tal-FEIS;

Id-Drittijiet tal-Bniedem

46.

Jistieden lill-BEI jistabbilixxi Strateġija għad-Drittijiet tal-Bniedem u jtejjeb id-diliġenza dovuta tiegħu fil-livell tal-proġett biex jidentifika u jindirizza r-riskji relatati mad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet kollha tiegħu u tul il-ħajja tal-proġetti tiegħu; jistieden ukoll lill-BEI biex iwaqqaf mekkaniżmu effettiv li bih id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu javżaw lill-bank b'mod sigur dwar l-ambjent li qed jiddeterjora jew ir-riskji ta' kunflitt u tpattija;

It-tisħiħ tat-trasparenza u r-responsabbiltà fil-governanza u l-attivitajiet korporattivi tal-BEI

47.

Jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Kumitat tal-Verifika fir-Rapport Annwali tiegħu lill-Bord tal-Gvernaturi għas-sena finanzjarja 2017 rigward:

(a)

l-importanza li jiġu żgurati s-saħħa finanzjarja u s-sostenibbiltà tal-BEI fuq terminu twil u li tinżamm il-klassifikazzjoni AAA tiegħu f'ambjent ta' inċertezza ġeopolitika, ta' politika ekonomika, ta' żviluppi regolatorji u makroekonomiċi inċerti;

(b)

il-ħtieġa li jsir rieżami u titjib tal-ambjent ta' Kontroll Intern u ta' Ġestjoni tar-Riskju tal-Grupp tal-BEI fid-dawl tad-daqs li qed jinbidel u l-kumplessità li qed tevolvi tal-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI;

(c)

il-ħtieġa li tinkiseb l-implimentazzjoni sħiħa tal-aħjar prattiki bankarji inkluż f'oqsma fejn għad hemm lakuni ta' konformità mifruxa;

(d)

il-ħtieġa li titwettaq analiżi komprensiva u li mbagħad tiġġedded l-approvazzjoni tal-kreditu u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-BEI, peress li l-proċess ta' evalwazzjoni u ta' approvazzjoni tas-self u l-ambjent ta' kontroll rispettiv ma jidhirx li kapaċi jlaħħqu mal-ħtiġijiet attwali tan-negozju u din hi evidenza ta' pressjoni fuq is-servizzi;

48.

Jikkondividi bis-sħiħ id-dispjaċir tal-Kumitat tal-Verifika li l-BEI għadu ma għamilx progress biex jindirizza t-tħassib espress fi tliet snin konsekuttivi (2015, 2016 u 2017) dwar il-kombinament eżistenti ta' responsabbiltajiet bejn ċerti membri tal-Kumitat ta' Tmexxija; jaqbel bis-sħiħ u jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Verifika li l-Membri kollha tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-BEI għandhom ikunu jistgħu jaġixxu b'mod oġġettiv, kritiku u indipendenti, u li l-kombinazzjonijiet mhux ortodossi ta' responsabilitajiet, bħar-responsabilità għas-sorveljanza kemm tal-ewwel kif ukoll tat-tieni linja ta' attivitajiet ta' difiża, għandhom jieqfu;

49.

Jitlob lill-BEI, f'dan ir-rigward, biex iqis b'mod serju din ir-rakkomandazzjoni u biex jiżgura diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet fil-livell tal-Kumitat ta' Tmexxija; jilqa' r-riforma mibdija biex tinbidel l-istruttura ta' governanza tal-BEI;

50.

Jistieden lill-BEI jagħlaq id-diskrepanzi eżistenti fil-qafas tal-aħjar prattika bankarja applikabbli u jistenna li dan il-qafas isir kompletament operattiv fl-2008 peress li l-implimentazzjoni tiegħu titqies bħala prekundizzjoni biex jiġu ppreservati s-saħħa u l-istabbiltà finanzjarja tal-BEI;

51.

Jinsab imħasseb dwar il-konklużjoni tal-Kumitat tal-Verifika li l-espansjoni rapida tal-attivitajiet tal-BEI u l-kapaċità relatata mal-implimentazzjoni tal-FEIS, ta' mandati ġestiti f'isem partijiet terzi u l-għoti ta' servizzi ta' konsulenza mhux bilfors kienu akkumpanjati minn adattamenti rilevanti fl-istruttura jew fil-proċessi tan-negozju; jinnota li fl-2017 il-Kumitat tal-Verifika jżomm ħamsa mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu mill-2015 u l-2016 relatati mal-kontroll intern u l-ambjent tar-riskju; jistieden lill-BEI jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet bħala kwistjoni ta' prijorità u jiżgura li l-proċessi interni, iċ-ċibersigurtà u l-ġestjoni tar-riskji jissodisfaw talbiet u sfidi ġodda u li qed jiżdiedu għall-Grupp tal-BEI;

52.

Iqis li l-BEI għandu jżid it-trasparenza tiegħu, mhux biss lejn il-Parlament Ewropew iżda wkoll lejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri; jemmen li huwa ġust li r-rappreżentanti demokratiċi għandu jkollhom aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-BEI;

53.

Iqis li hemm lok għal titjib fit-trasparenza kemm fil-livell tal-korpi governattivi kif ukoll fil-livell operattiv; itenni l-ħtieġa li jiġu żvelati sistematikament skedi 3PA u REM; jitlob li tiġi żvelata wkoll informazzjoni mhux kunfidenzjali mill-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat ta' Tmexxija u tal-Bord tal-Gvernaturi; japprezza l-fatt li l-BEI fl-2017 beda jippubblika l-minuti tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI, id-dikjarazzjoni tal-kunflitti ta' interess tad-direttur u ċerta informazzjoni dwar il-proġetti, fosthom il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali;

54.

Itenni li t-trasparenza, diliġenza dovuta b'saħħitha u l-kontroll fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE mhux biss iwasslu għat-tisħiħ tar-responsabbiltà u tar-responsabbiltà korporattiva ġenerali tal-BEI, b'ħarsa ġenerali ċara lejn it-tip ta' intermedjarji finanzjarji u benefiċjarji finali abbażi ta' diliġenza dovuta bir-reqqa u politika ta' “Kun af il-Klijenti Tiegħek”, iżda jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tal-effikaċja u s-sostenibbiltà ġenerali tal-proġetti ffinanzjati;

55.

Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex jestendi l-informazzjoni ppubblikata għall-proġetti implimentati permezz ta' intermedjarji billi jinkludi informazzjoni dwar proġetti finali li jistgħu jippermettu l-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-investimenti tiegħu;

56.

Ifakkar li l-proċess ta' governanza għandu jqis aħjar ir-riżultati tad-djalogu jew tal-konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew ta' interess jew tħassib speċifiku mill-atturi lokali u reġjonali bil-għan li jippermetti teħid ta' deċiżjonijiet demokratiku aktar informat u leġittimu;

57.

Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet stabbiliti fir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li skonthom ġew skoperti difetti serji rigward il-Fond Ewropew tal-Investiment: il-Qorti tal-Awdituri tindika irregolarità regolatorja fejn l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri kienu obbligati jivverifikaw l-inizjattivi tal-SMEs iżda ma kellhomx id-dritt, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, li jwettqu verifiki fuq il-post;

58.

Fit-30 investiment eżaminati mill-Qorti tal-Awdituri, l-intermedjarji finanzjarji kienu approvaw self lil ħames riċevituri mingħajr ma kkonfermaw l-istatus ta' SME tagħhom; dawn il-proġetti ma kinux meqjusa eliġibbli mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, filwaqt li erba' selfiet oħra ttieħdu mill-benefiċjarji jew parzjalment jew kollha kemm huma għal attivitajiet mhux eliġibbli;

59.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-problemi mikxufa mill-Qorti tal-Awdituri, fit-teorija, ġew solvuti bir-Regolament Finanzjarju emendat; jistieden lill-BEI biex ikopri kwistjonijiet marbuta mad-difetti regolatorji fir-rapport annwali tiegħu li jmiss u jiżgura li r-Regolament Finanzjarju emendat jippermetti lill-awtoritajiet tal-verifika tal-Istati Membri jwettqu verifiki anke fil-livell tal-benefiċjarju finali;

60.

Jilqa' l-adozzjoni tal-Approċċ Interim għall-politika tal-BEI lejn ġurisdizzjonijiet regolati b'mod dgħajjef, mhux trasparenti u mhux kooperattivi (NCJ), adottati mill-Bord tad-Diretturi f'Jannar 2017, iżda jistenna li dan għandu jwassal għar-reviżjoni ta' din il-politika sabiex titjieb id-diliġenza dovuta tal-BEI fis-self estern tiegħu fil-qafas rivedut tal-grupp tal-BEI AML-CFT;

61.

Jistieden lill-BEI jwettaq diliġenza dovuta korporattiva u ta' integrità xierqa biex jidentifika s-sidien benefiċjarji veri tal-klijenti u l-operazzjonijiet kollha tiegħu kif ukoll ta' kumpaniji li fihom isir investiment aħħari meta jkunu involuti investimenti tal-BEI fil-fondi ta' ekwità; jistieden lill-BEI biex jiżvela, fuq is-sit web tiegħu stess, data dwar is-sjieda benefiċjarja relatata mal-klijenti tiegħu sabiex iżid il-viżibbiltà tal-operazzjonijiet tiegħu u jgħin biex jiġu evitati każijiet ta' korruzzjoni u kunflitti ta' interess;

62.

Jistieden lill-BEI, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fil-25 ta' Mejju 2018 dwar id-dispożizzjoni standard tal-UE dwar il-governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxa għal ftehimiet ma' pajjiżi terzi, biex tissaħħaħ ir-rabta bejn il-finanzjament tal-BEI u l-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa; jemmen li l-BEI għandu jikkontribwixxi aktar għall-iżvilupp tal-aħjar prattiki għal tassazzjoni ġusta billi jiġġieled kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; jistieden lill-BEI jadotta politika ta' tassazzjoni responsabbli li tiżgura li l-BEI ma jiffinanzjax klijenti involuti fi skemi ta' evitar tat-taxxa u ta' evażjoni tat-taxxa jew li joperaw permezz ta' rifuġji fiskali; jitlob lill-BEI jinkludi dispożizzjoni u klawżoli standard dwar governanza tajba fil-kuntratti tiegħu mal-intermedjarji finanzjarji kollha magħżula;

63.

Jenfasizza li l-Mandat ta' Self Estern rivedut tal-BEI jagħmilha ċara li l-lista sewda tal-UE hija vinkolanti għall-Bank, u li l-operazzjonijiet tal-BEI ma għandhomx jappoġġaw proġetti li jikkontribwixxu għall-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;

64.

Jinnota li fi tmiem l-2017, il-BEI kellu 136 każ ta' frodi taħt investigazzjoni, it-tliet tipi prinċipali ta' allegazzjonijiet ikunu frodi bi 53,7 %, korruzzjoni b'25,5 % u kollużjoni b'10,7 %;

65.

Jinnota li l-fondi tal-BEI ntużaw minn kumpaniji involuti fl-Iskandlu tal-Emissjonijiet, speċifikament Volkswagen, u li għaldaqstant jaf intużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet mhux etiċi u illegali;

66.

Jinnota li n-numru ta' ilmenti ġodda ammissibbli żdied minn 84 fl-2016 għal ammont rekord ġdid ta' 102 fl-2017 u li 173 ilment ġew ittrattati fl-2017; jieħu nota li 38 mill-ilmenti li waslu fl-2017 huma relatati biss ma' żewġ proġetti ta' investiment tal-BEI: il-Pipeline Trans-Adrijatiku u l-Mombasa Port Access Road fil-Kenja;

67.

Jinnota r-reviżjoni tal-politika tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI u l-inklużjoni tal-eżempji mogħtija mill-Ombudsman Ewropew għad-definizzjoni ta' amministrazzjoni ħażina, li tinkludi forom ta' amministrazzjoni ħażina jew falluta bħal irregolaritajiet amministrattivi, diskriminazzjoni illegali, rifjuti mhux ġustifikati ta' informazzjoni, abbuż ta' poter u dewmien bla bżonn, madankollu, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-bqija tal-eżitu tar-reviżjoni;

68.

Jiddispjaċih li l-BEI ma ħax inkunsiderazzjoni t-tħassib tal-Parlament fir-rigward tar-reviżjoni tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI espress fil-paragrafu 86 tar-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar ir-Rapport annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2016; jinsab imħasseb ħafna li l-Mekkaniżmu tal-Ilmenti approvat u rivedut joħloq riskju serju għall-indipendenza tiegħu u għat-trasparenza tal-investigazzjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħu; jistieden lill-BEI jiżgura li l-Kap tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI jkun kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-ammissibbiltà u l-eliġibbiltà tal-ilment, indipendentement mis-servizzi l-oħra tal-BEI, u li l-proċeduri ta' reklutaġġ għall-Kap tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti (CM) isiru aktar trasparenti;

69.

Jieħu nota tad-Deċiżjoni tal-Ombudsman fil-kawżż 1316/2016 TN dwar allegazzjonijiet fil-politika ta' trasparenza tal-BEI mit-23 ta' Mejju 2018 u jistieden lill-Bank jimplimenta t-titjib issuġġerit mill-Ombudsman dwar it-tneħħija tal-preżunzjoni ta' nuqqas ta' divulgazzjoni relatata ma' dokumenti miġbura u ġġenerati matul l-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-awditi, kif ukoll l-abbozzar mill-ġdid ta' dispożizzjonijiet rilevanti tal-politika ta' Trasparenza tiegħu relatata ma' self intermedjat u skadenzi biex jiġu ttrattati t-talbiet għall-informazzjoni;

70.

Ifakkar fil-ħtieġa li jiġu pprovduti regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess u għal kriterji ċari, stretti u trasparenti għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' influwenza jew ta' nuqqas ta' oġġettività fil-mekkaniżmu ta' attribuzzjoni ta' self; itenni l-fatt li l-BEI jrid jirrevedi l-Kodiċi ta' Kondotta malajr kemm jista' jkun sabiex jiżgura li l-Viċi Presidenti ma jkunux inkarigati mill-operazzjonijiet li jseħħu fl-Istati Membri tad-domiċilju tagħhom, peress li dan jipperikola l-indipendenza tal-istituzzjoni; jistieden lill-BEI, f'dan ir-rigward, jipprevjeni b'mod aħjar il-kunflitti ta' interess fil-korpi governattivi tiegħu u kwistjonijiet potenzjali ta' “revolving door”, biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u jirrevedi l-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu malajr kemm jista' jkun;

71.

Jistenna li l-politika ta' protezzjoni tal-informaturi tal-BEI, li bħalissa qed tiġi riveduta, tkun ambizzjuża u tipprovdi standards għoljin; iħeġġeġ lill-BEI biex jinkludi f'dik ir-reviżjoni kemm informaturi interni kif ukoll esterni u biex jistabbilixxi proċeduri ċari u definiti sew, skedi ta' żmien u linji gwida sabiex jipprovdi lill-informaturi bl-aħjar gwida u jipproteġihom minn kwalunkwe ritaljazzjoni possibbli;

Skrutinju tal-Parlament Ewropew

72.

Jappoġġa l-pożizzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-Qorti għandha tingħata mandat biex tivverifika l-operazzjonijiet kollha tal-BEI inklużi dawk fejn il-BEI juża fondi tal-baġit mhux tal-UE għall-operazzjonijiet tiegħu;

73.

Jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu biex jorganizza sessjoni ta' ħidma/seduta ta' smigħ annwali dwar attivitajiet u kontroll tal-operazzjonijiet tal-BEI li jipprovdu lill-Parlament b'informazzjoni rilevanti addizzjonali biex jappoġġa l-ħidma tiegħu dwar l-iskrutinju tal-BEI u l-operazzjonijiet tiegħu;

Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament

74.

Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex jirrapporta dwar is-sitwazzjoni attwali u l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu, b'mod speċjali fir-rigward:

(a)

tal-impatt tal-attivitajiet ta' self tiegħu u r-riżultati miksuba;

(b)

tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, speċjalment tal-membri tal-Kumitat tal-Investiment tal-FEIS u l-Bord tad-Diretturi tal-BEI u l-integrazzjoni ta' regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess fil-Kodiċi ta' Kondotta rilevanti u speċjalment ta' dak tal-Kumitat ta' Tmexxija u tal-Bord tad-Diretturi;

(c)

tat-trasparenza u l-iżvelar ta' informazzjoni dwar is-sistema ta' kuntrattar u ta' sottokuntrattar fir-rigward ta' intermedjarji u riċevituri finali dwar il-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa, il-frodi u l-korruzzjoni;

o

o o

75.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  https://www.ombudsman.europa.eu/en/decision/en/95520

(2)  ĠU C 298, 23.8.2018, p. 80.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0198.

(4)  ĠU L 280, 27.10.2011, p. 1.

(5)  ĠU L 135, 8.5.2014, p. 1.

(6)  ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

(7)  https://www.ombudsman.europa.eu/en/decision/en/95520


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/125


P8_TA(2019)0037

Talbiet ta' restituzzjoni transfruntieri ta' opri tal-arti u beni kulturali misruqa waqt kunflitti armati u gwerer

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar talbiet ta' restituzzjoni transfruntieri ta' opri tal-arti u beni kulturali misruqa waqt kunflitti armati u gwerer (2017/2023(INI))

(2020/C 411/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Kunflitt Armat u t-tieni protokoll tagħha ta' Marzu 1999,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 1995 dwar ir-ritorn tal-proprjetà misruqa lill-komunitajiet Lhud (1) u tas-16 ta' Lulju 1998 dwar ir-restituzzjoni ta' proprjetà li tappartjeni għal vittmi tal-Olokawst (2),

wara li kkunsidra l-pakkett ta' miżuri adottati f'Diċembru 2016 biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE biex tiġġieled il-finanzjament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, b'riżultat tal-impenji li saru fil-Pjan ta' Azzjoni kontra l-finanzjament tat-terroriżmu tat-2 ta' Frar 2016 (COM(2016)0050), u tal-proposta tiegħu għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali tat-13 ta’ Lulju 2017 (COM(2017)0375),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' April 2015 dwar il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da'esh (3),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-24 ta' Ġunju 1995 dwar Oġġetti Kulturali Misruqa jew Esportati Illegalment,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stat Membru (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali (5),

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2003 dwar qafas legali għall-moviment liberu, fi ħdan is-suq intern, ta' oġġetti li s-sjieda tagħhom aktarx tiġi kkontestata (7),

wara li kkunsidra l-istudju tal-2016 mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Interni dwar “Cross-border restitution claims of art looted in armed conflicts and wars and alternatives to court litigation” (Talbiet ta' restituzzjoni transkonfinali ta' arti misruqa waqt kunflitti armati u gwerer u soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim fil-qorti),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (8),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment ta' Titolu Illeċitu tal-Proprjetà Kulturali tal-14 ta' Novembru 1970,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 14232/12 tal-4 ta' Ottubru 2012 dwar il-ħolqien ta' netwerk informali ta' awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-kompetenza esperta fil-qasam ta' oġġetti kulturali (EU CULTNET),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0465/2018),

A.

billi, skont l-Interpol, is-suq illeċitu fl-opri tal-arti qed jibda jiġġenera daqstant qligħ daqs dak għad-drogi, l-armi u l-oġġetti ffalsifikati;

B.

billi, skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali, minn 80 sa 90 % tal-bejgħ tal-antikitajiet globali huma beni ta' oriġini illeċitu;

C.

billi l-patrimonju kulturali huwa wieħed mill-elementi bażiċi taċ-ċivilizzazzjoni, pereżempju minħabba l-valur simboliku tiegħu u l-memorja kulturali tal-umanità li tgħaqqad lin-nies flimkien; billi, fi snin reċenti twettqu sensiela ta' reati kontra l-patrimonju kulturali dinji minn fazzjonijiet fi gwerra u minn entitajiet terroristiċi madwar id-dinja, u billi xogħlijiet artistiċi, skulturi u artefatti arkeoloġiċi prezzjużi qed jinbiegħu u jiġu importati fl-UE minn ċerti pajjiżi li mhumiex membri fl-UE, bil-profitti potenzjalment jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet terroristiċi; billi huwa essenzjali li jsir impenn sod kontra t-traffikar illeċitu ta' proprjetà kulturali bħal opri tal-arti misruqa matul il-kunflitti armati u gwerer fil-Libja, fis-Sirja u fl-Iraq; billi l-proprjetà kulturali għandha importanza kulturali, artistika, storika u xjentifika kbira u trid tiġi protetta minn approprjazzjoni illegali u serq;

D.

billi ftit wara tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, saru tentattivi biex tinstab proprjetà misruqa u biex din tiġi rritornata lill-pajjiż ta' oriġini tagħha;

E.

billi trid tiġi żgurata r-restituzzjoni ta' oġġetti nnegozjati u/jew skavati jew akkwistati illegalment fir-rigward tal-impenn tal-UE għal proċessi ġusti u kumpens għall-vittmi, kif ukoll fid-dawl tal-kostituzzjoni tal-UNESCO u l-konvenzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-patrimonju;

F.

billi l-Prinċipji tal-Konferenza ta' Washington dwar Arti Kkonfiskata min-Nażisti, il-Forum ta' Vilnius u d-Dikjarazzjoni ta' Terezin dwar Assi minn Żmien l-Olokawst u Kwistjonijiet Relatati kollha enfasizzaw l-importanza tar-restituzzjoni tal-proprjetà immobbli individwali; billi l-għadd ta' opri tal-arti li ġew restitwiti mill-Konferenza ta' Washington 'l hawn hu stmat li jinsab bejn 1 000 u 2 000 (9); billi ma teżistix lista kompluta ta' opri tal-arti restitwiti fi snin reċenti;

G.

billi għad hemm opri tal-arti neqsin u dawk li għadhom qed jistennew biex jingħataw lura lis-sidien leġittimi tagħhom jew lill-werrieta tagħhom; billi fil-Konferenza ta' Washington fl-1998, Jonathan Petropoulos għamel stima li madwar 650 000 opra tal-arti kienu nsterqu minn madwar l-Ewropa, u Ronald Lauder iddikjara li 11 000 opra tal-arti li dak iż-żmien (1998) kienu jiswew bejn USD 10 u USD 30 biljun kienu għadhom neqsin; billi l-Konferenza tat-Talbiet-WJRO ġeneralment twieġeb li ma hemm ebda stima preċiża: insterqu madwar 650 000 opra tal-arti, li minnhom għadhom neqsin madwar 100 000;

H.

billi l-litiganti għadhom jiltaqgħu ma' problemi legali minħabba, minn naħa waħda, in-natura tat-talbiet tagħhom li spiss ikunu speċifiċi ħafna, u min-naħa l-oħra, kawża tal-iskadenza tal-liġijiet ta' restituzzjoni wara l-gwerra, in-nonretroattività ta' normi konvenzjonali, l-istatut ta' dispożizzjonijiet ta' limitazzjoni fuq talbiet jew id-dispożizzjonijiet dwar pussess ħażin u bona fide;

I.

billi t-talbiet ta' restituzzjoni ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa prinċipalment ġew indirizzati permezz tad-dritt internazzjonali pubbliku; billi dawn ir-regoli jridu jiġu kkomplementati minn regoli aktar b'saħħithom fid-dritt internazzjonali privat;

J.

billi d-dimensjoni tad-dritt privat li mhijiex żviluppata biżżejjed, kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew, tikkontribwixxi għal inċertezza legali f'każijiet ta' restituzzjoni transkonfinali ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa, mhux biss fir-rigward ta' tranżazzjonijiet kompleti ta' arti misruqa min-Nazisti iżda wkoll fir-rigward ta' każijiet futuri;

K.

billi ma teżisti ebda leġiżlazzjoni tal-UE li b'mod espliċitu u komprensiv tirregola t-talbiet ta' restituzzjoni għal opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa minn individwi privati waqt kunflitti armati;

L.

billi l-UNESCO, flimkien ma' swali tal-irkant, mużewijiet u kollezzjonisti magħrufa fl-Ewropa, qed tiżviluppa riċerka avvanzata dwar il-post ta' provenjenza ta' dawn l-opri sabiex tkun tista' tirritornahom lis-sidien tagħhom;

M.

billi l-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM) ilu aktar minn 10 snin jippubblika “Listi Ħomor” ta' kategoriji ta' oġġetti li huma vulnerabbli għat-traffikar illeċitu, bl-għan li jikkomplementa l-bażi tad-data tal-Interpol dwar il-proprjetà misruqa;

1.

Jiddispjaċih li, sa issa, prattikament ma kien hemm ebda segwitu għar-riżoluzzjoni tiegħu dwar qafas legali għal moviment liberu, fi ħdan is-suq intern, tal-oġġetti li s-sjieda tagħhom aktarx tiġi kkontestata, li fiha l-Parlament stieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar għadd ta' aspetti relatati mar-regoli tal-liġi ċivili u proċedurali, riċerka dwar il-provenjenza, sistema ta' kkatalogar, mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim u l-valur tal-ħolqien ta' awtorità amministrattiva ta' koordinazzjoni transkonfinali; iqis li l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jista' jservi bħala bażi ġuridika għall-għoti ta' setgħat lill-Unjoni biex taġixxi f'dan il-qasam;

2.

Jenfasizza li s-serq ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali oħra matul kunflitti armati u gwerer, kif ukoll fi żminijiet ta' paċi, huwa kwistjoni ewlenija ta' tħassib komuni li jeħtieġ tiġi indirizzata kemm f'termini ta' prevenzjoni kif ukoll ta' restituzzjoni ta' proprjetà kulturali misruqa, sabiex tiġi protetta u żgurata l-integrità tal-patrimonju kulturali u l-identità tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet, ta' gruppi u ta' individwi;

3.

Josserva li ma ngħatatx biżżejjed attenzjoni, fil-livell tal-UE, lir-restituzzjoni ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa jew miksuba illegalment, fost l-oħrajn waqt kunflitti armati, b'mod partikolari fl-oqsma tal-liġi privata, il-liġi internazzjonali privata u l-proċedura ċivili; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproteġi, tappoġġa u tħeġġeġ talbiet ta' restituzzjoni transkonfinali ta' assi kulturali spustati u miksuba illegalment b'riżultat ta' atti ta' serq issanzjonati mill-istat waqt kunflitti armati; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri joħorġu rakkomandazzjonijiet u linji gwida biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa li jingħata appoġġ lill-istituzzjonijiet nazzjonali fl-Istati Membri f'dak li jikkonċerna t-talbiet ta' restituzzjoni;

4.

Jisħaq fuq il-punt li istituzzjonijiet bħall-UNESCO u l-Interpol qed jappellaw għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-patrimonju kulturali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-istati biex jistabbilixxu miżuri għall-faċilitazzjoni tar-restituzzjoni;

5.

Jiddispjaċih li ma hemm ebda statistika affidabbli dwar l-iskala preċiża tas-serq u l-kummerċ illeċitu ta' proprjetà kulturali; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu statistika affidabbli f'dan il-qasam;

6.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-biċċa l-kbira mill-inizjattivi politiċi u leġiżlattivi jiffukaw esklużivament fuq id-dritt pubbliku, amministrattiv u/jew kriminali; jisħaq fuq il-punt li sabiex jiġi stabbilit qafas regolatorju komprensiv, id-dritt privat irid jitqies b'mod aktar intensiv; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jadottaw il-miżuri xierqa u l-inizjattivi kollha meħtieġa biex jinkiseb dan;

7.

Iqis li jeħtieġ issir investigazzjoni ulterjuri biex jinxteħet dawl fuq il-qasam oskur tal-kummerċ illeċitu ta' proprjetà kulturali u biex tinkiseb informazzjoni aħjar dwar l-iskala, l-istruttura u d-daqs tiegħu, pereżempju permezz tal-proġett ILLICID li attwalment qed jitwettaq fil-Ġermanja;

8.

Jilqa' r-rikonoxximent minn xi Stati Membri li l-problemi uniċi assoċjati mat-talbiet ta' restituzzjoni ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa jew miksuba illegalment waqt kunflitti armati u gwerer iridu jiġu indirizzati, sabiex jinstabu soluzzjonijiet legali li jiżguraw id-drittijiet ta' proprjetà ta' individwi privati, istituzzjonijiet tal-gvern statali u lokali u assoċjazzjonijiet reliġjużi li, b'mod inġust, ittiħdulhom l-opri tal-arti tagħhom waqt kunflitti armati jew gwerer;

9.

Jisħaq fuq l-importanza li titqajjem sensibilizzazzjoni kollettiva biex jiġu ddenunzjati dawn il-prattiki illegali, u jfakkar li kull oġġett li jittieħed mingħand sidu jirrappreżenta valur storiku u xjentifiku mitluf għal dejjem;

10.

Josserva li l-aktar mod effiċjenti kif jiġi miġġieled it-traffikar ta' proprjetà kulturali u l-iżvilupp tas-suq tal-arti illegali, kif ukoll biex tiġi appoġġata r-restituzzjoni, huwa li jitrawwem l-iżvilupp ta' prattiki ġusti fil-kummerċ tal-arti u fir-restituzzjoni minn perspettiva transnazzjonali u globali, kemm f'dak li jikkonċerna l-effett preventiv intiż tagħhom kif ukoll l-impatt koerċittiv jew punittiv mixtieq;

11.

Iqis li sabiex ikun hemm sett ta' regoli għall-prevenzjoni effettiva tas-serq u l-kuntrabandu ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali, u biex jinkiseb suq tal-arti globali kompletament trasparenti, responsabbli u etiku, il-Kummissjoni għandha tfittex li tikkoopera ma' pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiġu stabbiliti sħubiji siewja, filwaqt li jitqiesu, għal dan il-għan, il-prinċipji stipulati fil-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 dwar oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment;

12.

Iqis li l-azzjoni leġiżlattiva tal-UE, inkluża d-dimensjoni tad-dritt internazzjonali privat, tkun xierqa għal tranżazzjonijiet futuri biss;

13.

Iqis li, bl-għan li jiġi stabbilit suq tal-arti Ewropew responsabbli u etiku, wasal iż-żmien li jintemmu s-snin ta' konvoluzzjonijiet u differenzi sottili; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tidentifika miżuri tal-liġi ċivili bl-għan li jgħinu biex jingħelbu l-problemi diffiċli li jiltaqgħu magħhom il-partijiet privati li jfittxu r-restituzzjoni ta' opri tal-arti li ġenwinament jappartjenu lilhom; jistieden fl-istess ħin, lill-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas għad-dibattiti ġdid għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet għall-preżent u għall-futur;

14.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali, kif ukoll l-emendi għall-proposta adottati mill-Parlament fil-25 ta' Ottubru 2018 (10); itenni, fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni globali tas-suq tal-arti u tal-għadd ta' oġġetti f'idejn privati, il-ħtieġa għal sforzi ulterjuri rigward ir-restituzzjoni transkonfinali ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa f'kunflitti armati u gwerer; jenfasizza li r-riċerka dwar il-provenjenza u l-kooperazzjoni Ewropea taw prova tal-fatt li huma utli għall-identifikazzjoni u r-restituzzjoni sussegwenti ta' oġġetti misruqa, u f'xi każijiet evitaw il-finanzjament ta' gruppi terroristiċi jew ta' gwerer;

15.

Jiddispjaċih li minħabba n-nuqqas, il-laxkezza jew id-differenzi fir-regoli fost l-Istati Membri rigward ir-riċerka dwar il-provenjenza u d-diliġenza dovuta, ħafna talbiet ta' restituzzjoni transkonfinali ma jistgħux jitwettqu b'mod effettiv u kkoordinat, li jista', bħala riżultat, irawwem is-serq u t-traffikar u jinċentivizza l-kuntrabandu; josserva li, b'riżultat tan-nuqqas ta' standards komuni, il-proċedura applikabbli spiss tibqa' mhux ċara għall-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-mużewijiet, in-negozjanti ta' opri tal-arti, il-kollezzjonisti, it-turisti u l-vjaġġaturi; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tarmonizza r-regoli dwar ir-riċerka dwar il-provenjenza u tinkorpora xi wħud mill-prinċipji bażiċi tal-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 dwar oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment;

16.

Jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti biex jiġi promoss attivament l-użu sistematiku tar-riċerka ta' kwalità għolja u indipendenti dwar il-provenjenza sabiex jiġu identifikati opri tal-arti misruqa, biex tiġi ffaċilitata r-restituzzjoni tagħhom lis-sidien leġittimi tagħhom, biex jinkiseb suq tal-arti kompletament trasparenti, responsabbli u etiku, u biex jiġi evitat u skoraġġut b'mod effettiv is-serq u t-traffikar tal-arti u l-proprjetà kulturali waqt kunflitti armati u gwerer; josserva l-possibilitajiet offruti mill-istrumenti finanzjarji Ewropej f'din id-direzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jħeġġu u jappoġġaw programmi ta' taħriġ speċjali dwar ir-riċerka dwar il-provenjenza fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali, sabiex jgħinu b'mod partikolari lil dawk involuti fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' proprjetà kulturali biex jiżviluppaw u jtejbu l-għarfien espert tagħhom, inkluż permezz ta' proġetti transkonfinali;

17.

Iqis li r-riċerka dwar il-provenjenza hija marbuta mill-qrib mal-obbligu ta' diliġenza dovuta applikabbli meta jiġu akkwistati opri tal-arti, u tikkostitwixxi tħassib kbir għall-atturi kollha fis-suq tal-arti, billi l-akkwist, intenzjonat jew b'negliġenza, ta' opri tal-arti misruqa huwa punibbli taħt ċerti liġijiet nazzjonali;

18.

Iqis li ovvjament jenħtieġ li tingħata attenzjoni għall-ħolqien ta' lista komprensiva tal-oġġetti kulturali kollha, inklużi oġġetti kulturali li huma proprjetà tal-Lhud, li ġew misruqa min-Nażisti u mill-alleati tagħhom, minn meta dawn ittieħdu bi vjolenza sal-lum; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġa sistema ta' kkatalogar li għandha tintuża wkoll minn entitajiet pubbliċi u kollezzjonijiet tal-arti privati, bl-għan li tinġabar data dwar is-sitwazzjoni ta' proprjetà kulturali misruqa jew miksuba illegalment u dwar l-istat preċiż tat-talbiet eżistenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġa proġetti ta' diġitizzazzjoni li kieku jistabbilixxu bażijiet ta' data diġitali jew jorbtu dawk eżistenti, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' tali data u ta' riċerka dwar il-provenjenza;

19.

Iqis li sabiex tkun tista' ssir riċerka xierqa dwar il-provenjenza, irid jinħoloq reġistru ta' dokumenti jew tat-tranżazzjonijiet li jkun dettaljat kemm jista' jkun; jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġa b'mod attiv l-abbozzar ta' linji gwida komuni dwar tali reġistri u biex tadotta miżuri xierqa sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu obbligu ġenerali biex il-professjonisti tas-suq tal-arti jżommu reġistru tat-tranżazzjonijiet bħal dan u, b'mod aktar ġenerali, jaderixxu mal-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 dwar oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment;

20.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ attivitajiet ta' riċerka dwar il-provenjenza madwar l-Unjoni u biex tappoġġa dan finanzjarjament; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni torganizza forum ta' diskussjoni sabiex tiġi skambjata l-aħjar prattika u jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet għall-preżent u għall-futur;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tistabbilixxi mekkaniżmu alternattiv speċifiku għas-soluzzjoni tat-tilwim biex jittratta każijiet ta' talbiet ta' restituzzjoni ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali, sabiex jingħelbu l-ostakoli legali eżistenti bħal forma ibrida ta' arbitraġġ u medjazzjoni; jisħaq fuq l-importanza ta' standards ċari u proċeduri trasparenti u newtrali;

22.

Josserva li l-istatuti ta' limitazzjoni spiss joħolqu diffikultajiet għar-rikorrenti fi kwistjonijiet ta' restituzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-kwistjoni u ssib il-bilanċ it-tajjeb għall-perjodu ta' limitazzjoni applikabbli għal talbiet ta' restituzzjoni ta' arti misruqa, inkluża arti misruqa min-Nażisti, li jenħtieġ li jqis kemm il-protezzjoni tal-interessi tal-vittmi tas-serq kif ukoll ta' dawk tas-suq; iqis li l-Att tal-Istati Uniti ta' Rkupru ta' Arti Esproprjata waqt l-Olokawst jista' jservi ta' eżempju;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis li tieħu azzjoni leġiżlattiva biex issaħħaħ is-sistema legali għal talbiet ta' restituzzjoni transkonfinali ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa f'kunflitti armati u gwerer, abbażi ta' strumenti ta' dritt internazzjonali privat;

24.

Jistieden lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE jħeġġu lill-Istati Membri jikkondividu informazzjoni dwar prattiki eżistenti fir-rigward tal-kontroll ta' provenjenza ta' proprjetà kulturali, u biex jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom sabiex jarmonizzaw il-miżuri ta' kontroll u l-proċeduri amministrattivi li għandhom l-għan li jisabbilixxu l-provenjenza tal-proprjetà kulturali;

25.

Jindika n-nuqqas ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Istati Membri rigward l-interpretazzjoni tal-kunċett ta' “diliġenza dovuta”; jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara l-kunċett ta' “diliġenza dovuta” fir-rigward tal-bona fide; jindika, pereżempju, għall-Artikolu 16 tal-Liġi Federali Żvizzera dwar it-Trasferiment Internazzjonali ta' Proprjetà Kulturali, li jipprojbixxi lin-negozjanti u lill-irkantaturi milli jidħlu fi tranżazzjoni tal-arti jekk ikollhom xi dubju dwar il-provenjenza tal-oġġett; josserva li, skont din il-liġi, l-oneru tal-provi jiġi ttrasferit parzjalment lill-bejjiegħ; madankollu, il-pussessur ta' opra tal-arti ma jistax jistrieħ fuq il-prinċipju ta' bone fide jekk huwa ma jkunx jista' jagħti prova li huwa kien ta l-attenzjoni dovuta meta saret l-akkwiżizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri li jkollhom l-għan li jagħmlu s-suq tal-arti kif ukoll ix-xerrejja potenzjali ta' artefatti konxji mill-importanza tar-riċerka dwar il-provenjenza, billi tali riċerka hija marbuta mal-obbligu ta' diliġenza dovuta;

26.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa prinċipji komuni dwar l-aċċess għal arkivji pubbliċi jew privati li jinkludu informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u l-lokazzjoni ta' proprjetà, u biex tipproċedi għal immappjar bir-reqqa tal-bażijiet tad-data eżistenti ta' proprjetà kulturali u biex tipprevedi l-ħolqien ta' meta-database ċentrali li tqis l-informazzjoni disponibbli, tiġi aġġornata regolarment u tkun aċċessibbli għall-atturi rilevanti kollha; iqis li, abbażi ta' din il-meta-database ċentrali, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema komuni ta' kkatalogar li tkun tista' tuża IDs standardizzati tal-oġġetti; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ l-introduzzjoni ta' IDs tal-oġġetti żviluppati u promossi minn ICOM u minn organizzazzjonijiet oħra bħala l-istandard tas-suq fi ħdan is-suq intern fl-intier tiegħu; jindika li bażi tad-data bħal dan jenħtieġ li tkun marbuta mal-“Bażi tad-Data dwar l-Opri tal-Arti Misruqa” tal-INTERPOL u li għandha tiġi aġġornata regolarment;

27.

Iqis li, biex tkun tista' ssir riċerka dwar il-provenjenza aktar bir-reqqa u preċiża, il-ħolqien ta' reġistru ta' dokumenti jew ta' reġistru tat-tranżazzjonijiet ta' proprjetà kulturali jista' jikkomplementa l-bażi tad-data msemmija hawn fuq b'mod utli; jitlob lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri xierqa sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu obbligu ġenerali biex l-atturi tas-suq tal-arti jżommu reġistri dokumentarji jew reġistri tat-tranżazzjonijiet bħal dawn u, b'mod aktar ġenerali, jaderixxu mal-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 dwar oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment;

28.

Iqis li l-bażi tad-data ċentrali jenħtieġ li tiffunzjona abbażi ta' sistema ta' kkatalogar komuni fejn l-oġġetti jkunu jistgħu jiġu identifikati b'mod standardizzat (filwaqt li jitqiesu karatteristiċi bħal materjali, tekniki, qisien, skrizzjonijiet, titlu, suġġett, data jew perjodu, eċċ.);

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika prinċipji komuni dwar kif jiġu stabbiliti s-sjieda jew it-titolu, kif ukoll regoli dwar il-preskrizzjoni u l-istandards ta' provi u l-kunċett ta' serq u arti, filwaqt jitqiesu r-regoli rilevanti fis-seħħ fl-Istati Membri;

30.

Jistieden lill-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati jagħmlu l-isforzi kollha meħtieġa biex jadottaw miżuri biex jiżguraw il-ħolqien ta' mekkaniżmi li jiffavorixxu r-ritorn tal-proprjetà msemmija f'din ir-riżoluzzjoni, u biex joqogħdu attenti biex ir-ritorn lir-rikorrenti leġittimi ta' opri tal-arti misruqa u miksuba illegalment matul reati kontra l-umanità jkun kwistjoni ta' interess ġenerali skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

31.

Jenfasizza li sabiex ikun hemm sett ta' regoli li jista' jipprevjeni b'mod effettiv is-serq ta' opri tal-arti u ta' proprjetà kulturali, u biex jinkiseb suq tal-arti globali kompletament trasparenti, responsabbli u etiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex li tikkoopera ma' pajjiżi terzi u li tistabbilixxi sħubiji siewjali jiffavorixxu r-ritorn tal-proprjetà msemmija f'din ir-riżoluzzjoni, filwaqt li tqis iż-żewġ prinċipji stipulati fil-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 dwar oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment u fl-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

32.

Ifakkar li l-edukazzjoni tippromwovi r-rispett u l-apprezzament ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali oħra bħala simboli tal-patrimonju kulturali, u li għalhekk għandha rwol importanti fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tas-serq u n-negozju illeċitu ta' proprjetà kulturali; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jħeġġu u jappoġġaw attivitajiet edukattivi u ta' sensibilizzazzjoni f'dan ir-rigward, inkluż f'kuntesti mhux formali u informali;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha jadottaw miżuri li għandhom l-għan li jagħmlu s-suq tal-arti kif ukoll ix-xerrejja potenzjali ta' artefatti konxji mill-importanza tar-riċerka dwar il-provenjenza, billi tali riċerka hija marbuta mal-obbligu ta' diliġenza dovuta;

34.

Ifakkar li l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-pulizija u s-servizzi doganali fil-livell Ewropew u internazzjonali hija essenzjali fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' opri ta' patrimonju kulturali;

35.

Jappoġġa l-idea li l-proċeduri ta' restituzzjoni transkonfinali fir-rigward ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa jew miksuba illegalment, u l-promozzjoni attiva tar-riċerka dwar il-provenjenza, jiġu indirizzati fil-kuntest tal-inizjattiva tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (“EYCH”) 2018; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-grupp ta' ħidma li waqqfet biex jinkludu dan is-suġġett fil-pjan ta' ħidma tagħhom li jiddeskrivi l-attivitajiet għall-EYCH 2018;

36.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU C 17, 22.1.1996, p. 199.

(2)  ĠU C 292, 21.9.1998, p. 166.

(3)  ĠU C 346, 21.9.2016, p. 55.

(4)  ĠU L 159, 28.5.2014, p. 1.

(5)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.

(7)  ĠU C 91 E, 15.4.2004, p. 500.

(8)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(9)  Skont il-Konferenza tat-Talbiet-Inizjattiva tad-WJRO għal Arti Misruqa u Proprjetà Kulturali.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2018)0418.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/131


P8_TA(2019)0042

Il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (2018/2056(INI))

(2020/C 411/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE (COM(2016)0534) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjah (SWD(2016)0278),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar l-Istrateġija għas-Suq Uniku (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-aċċess għall-finanzi għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u ż-żieda tad-diversità tal-finanzjament tal-SMEs f'Unjoni tas-Swieq Kapitali (3),

wara li kkunsidra l-analiżi profonda bit-titlu “Directive 2011/7/EU on late payments in commercial transactions: European Implementation Assessment” (id-Direttiva 2011/7/UE dwar il-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali: Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea" ippubblikata mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew f'Lulju 2018,

Wara li kkunsidra l-European Payment Reports ippubblikati minn Intrum,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) ta', u l-Anness 3 għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0456/2018),

A.

billi l-ħlasijiet huma l-forza vitali tan-negozji, u f'ambjenti tan-negozju vijabbli u effiċjenti ħlasijiet fil-pront jippermettu lin-negozji jħallsu lura l-obbligazzjonijiet tagħhom b'mod f'waqtu u jespandu, jinvestu, joħolqu l-impjiegi, jiġġeneraw tkabbir ekonomiku usa' u jibbenefikaw lill-ekonomija Ewropea b'mod ġenerali;

B.

billi l-parti l-kbira tal-oġġetti u s-servizzi li huma fornuti u pprovduti fis-suq intern bejn aġenti ekonomiċi jew bejn aġenti ekonomiċi u awtoritajiet pubbliċi huma abbażi ta' ħlasijiet differiti, f'sistema fejn il-fornitur jagħti lill-klijent tiegħu terminu ta' ħlas tal-fattura, skont dak li huwa miftiehem bejn il-partijiet u dak li huwa stabbilit fil-fattura tal-fornitur jew fid-dispożizzjonijiet legali rilevanti;

C.

billi l-ħlasijiet tard huma prattika persistenti dannuża li għandha effett negattiv fuq l-iżvilupp tal-kumpaniji Ewropej, b'mod partikolari l-SMEs, li ma għandhomx flussi prevedibbli ta' likwidità meta jkun hemm ħlas tard;

D.

billi l-kumpaniji żgħar u medji huma b'mod speċjali affettwati awtomatikament, u dan jinfluwenza b'mod negattiv il-likwidità tagħhom, jikkomplika l-ġestjoni finanzjarja tagħhom u jaffettwa l-kompetittività u l-profitabbiltà tagħhom;

E.

billi negozji kbar għandhom aktar riżorsi għad-dispożizzjoni tagħhom mill-SMEs biex jipproteġu lilhom infushom minn ħlasijiet tard, pereżempju permezz ta' ħlas minn qabel, kontrolli tal-kreditu, ġbir ta' dejn, garanziji bankarji jew assigurazzjoni ta' kreditu, u jinsabu wkoll f'qagħda aħjar biex jisfruttaw l-ambjent ta' rata tal-imgħax globali baxxa biex iżidu l-investimenti u l-ingranaġġ tan-negozjati tagħhom;

F.

billi skont id-Direttiva 2011//7/UE (id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard), l-awtoritajiet pubbliċi għandhom “responsabbiltà speċjali” (4) fit-trawwim ta' ambjent tan-negozju li jappoġġa l-ħlasijiet fil-ħin;

G.

billi d-Direttiva dwar il-Ħlas Tard tipprevedi fost l-oħrajn perjodi ta' ħlas għal tranżazzjonijiet bejn in-negozji (B2B) u bejn awtoritajiet pubbliċi u negozji (PA2B), intitolament awtomatiku għal imgħax għal ħlas tard, minimu ta' EUR 40 f'kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru, u imgħax statutorju ta' mill-anqas 8 % ogħla mir-rata ta' referenza tal-Bank Ċentrali Ewropew;

H.

billi, minkejja t-tnaqqis ġenerali fit-tul medju tal-perjodi ta' ħlas miġjuba mid-Direttiva dwar il-Ħlas Tard, 6 minn kull 10 negozji fl-UE xorta jitħallsu aktar tard fi tranżazzjonijiet B2B minn dak li kien miftiehem fil-kuntratt;

I.

billi, meta wieħed iqis id-daqs ta' kumpanija, hemm aktar probabbiltà li l-SMEs jaċċettaw jew jiġu imposti fuqhom termini ta' ħlas inġusti minn kumpaniji ikbar minħabba l-iżbilanċ tal-poter tan-negozjar u l-biża li jagħmlu ħsara lir-relazzjonijiet ta' negozju jew li jitilfu kuntratt futur;

J.

billi, skont il-Barometru Atradius dwar il-prattiki ta' ħlas, 95 % tal-SMEs jiddikjaraw li jitħallsu tard fl-Ewropa, li huwa proporzjon ogħla minn kumpaniji kbar, u dan għaldaqstant jippermetti l-konklużjoni li l-SMEs għandhom it-tendenza li jħallsu aktar malajr minn kumpaniji kbar, iżda jdumu biex jitħallsu;

K.

billi l-ħlas tard jaffettwa lis-setturi ekonomiċi kollha, iżda huwa partikolarment mifrux fis-setturi bi prevalenza ta' SMEs fil-katina tal-valur rilevanti (pereżempju l-kostruzzjoni, l-utilitajiet u t-trasport, is-servizzi professjonali, il-manifattura, l-ikel u x-xorb, u l-IT/telekomunikazzjonijiet);

L.

billi l-ħlas tard għadu jirrappreżenta l-kawża ta' falliment wieħed minn kull erba' fl-UE;

M.

billi l-ħlasijiet tard joħolqu spejjeż addizzjonali għal kumpaniji billi jridu jinvestu r-riżorsi tagħhom biex jiġru wara dawk li jħallsu tard jew ikollhom iħallsu l-imgħax fuq il-kreditu kuntrattat sabiex ikomplu bl-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom;

N.

billi l-ħlas tard jew il-biża' li jitħallsu tard għadu wieħed mill-ostakli ewlenin għall-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-kuntratti ta' akkwist pubbliku;

O.

billi għal kull jum ta' ħlas tard, jistgħu jiġu ffrankati EUR 158 miljun fl-ispejjeż finanzjarji, u l-fluss ta' flus addizzjonali jista' jappoġġa 6,5 miljun impjieg addizzjonali fl-Ewropa;

P.

billi l-Kummissjoni nediet proċeduri ta' ksur kontra erba' Stati Membri (il-Greċja, is-Slovakkja, Spanja u l-Italja) rigward l-applikazzjoni mhux adegwata tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard u rreferiet lill-Italja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

Q.

billi ċerti Stati Membri nedew inizjattivi biex ixerrdu kultura ta' ħlas fil-pront, permezz tal-Kodiċijiet ta' Ħlas fil-Ħin, impenn volontarju fil-livell tal-industrija jew sinerġiji aktar b'saħħithom mar-regoli tal-akkwist pubbliku;

R.

billi r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard ippubblikat fl-2016 ikkonkluda li l-fatt li l-kumpaniji kienu jafu dwar id-drittijiet tagħhom skont id-Direttiva ma jfissirx, madankollu, li kienu qed jieħdu vantaġġ minn dawk id-drittijiet, u li n-nuqqas ta' sistema komuni għall-monitoraġġ ta' perjodu ta' ħlas medji, in-nuqqas ta' ċarezza dwar xi kunċetti ewlenin tad-Direttiva u l-iżbilanċ tas-suq bejn kumpaniji akbar u dawk iżgħar jidher li huma l-fatturi ewlenin li jipprevjenu l-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva;

S.

billi l-ħlas tard huwa problema kumplessa, b'ħafna fatturi, ikkawżata minn motivaturi orizzontali u hija komuni fis-setturi kollha u fit-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet (bħal kwistjonijiet ta' flussi ta' flus, żbilanċi ta' poter u daqs bejn il-kumpaniji, l-istruttura tal-katina tal-provvista, l-ineffiċjenza amministrattiva, l-aċċess limitat għall-kreditu, in-nuqqas ta' għarfien dwar il-ġestjoni tal-fatturi u tal-kreditu) u bl-influwenza ta' fatturi esterni (jiġifieri s-sitwazzjoni ekonomika u l-kultura tan-negozji nazzjonali), mhuwiex possibbli li tinstab soluzzjoni waħda li ssolvi l-kwistjonijiet kollha;

T.

billi l-proposta għal direttiva dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel (COM(2018)0173) tinkludi dispożizzjonijiet rigward il-ħlas tard għal oġġetti li jitħassru u l-ħatra mill-Istati Membri ta' awtorità tal-infurzar biex timmonitorja l-konformità mar-regoli;

U.

billi l-problemi li jwasslu għall-ħlas tard iridu jiġu indirizzati permezz ta' kombinazzjoni ta' miżuri legali u volontarji, b'interventi mmirati li jinvolvu lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-assoċjazzjonijiet tan-negozji; billi tali kombinazzjoni tkun tinkludi miżuri preventivi li jimmiraw kwistjonijiet li jinħolqu qabel issir tranżazzjoni u soluzzjonijiet ta' rimedju li jindirizzaw kwistjonijiet wara li tkun saret tranżazzjoni; billi tali intervent, kemm jekk ikun regolatorju kif ukoll volontarju, għandu jqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur ekonomiku kkonċernat;

It-titjib tal-imġiba tal-ħlas fl-UE permezz ta' kombinazzjoni ta' miżuri legali u volontarji

1.

Jemmen li kemm id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard kif ukoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ħlas tard għandhom jiġu infurzati aħjar, fil-ħin u b'mod effettiv, permezz tar-rispett għal-limiti massimi stabbiliti biex jitħallsu l-fatturi u permezz ta' miżuri li jkollhom l-għan li jtejbu r-regoli dwar it-termini ta' ħlas u li jiskoraġġixxu prattiki inġusti; jinnota li dawn ir-regoli jistgħu jiġu kategorizzati skont in-natura tagħhom (legali jew volontarja), il-kamp ta' applikazzjoni (orizzontali jew speċifiku għas-settur) u l-objettiv (ta' prevenzjoni, rimedju jew bidla fil-kultura tan-negozju); jikkunsidra li b'mod parallel f'ċerti Stati Membri, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ u l-azzjoni għal ksur bdew joħolqu bidla fil-kultura fl-amministrazzjoni pubblika fl-UE kollha, ikkaratterizzata minn tnaqqis ġenerali tad-dewmien fil-ħlas;

2.

Isostni li m'hemmx approċċ universali għall-indirizzar tal-kwistjoni tal-ħlasijiet tard, peress li f'ċerti setturi B2B skadenzi itwal għall-ħlas, li f'kull każ ma jaqbżux it-termini stabbiliti fid-Direttiva 2011/7/UE, jistgħu f'ċerti każijiet ikunu konformi mal-ħtiġijiet tan-negozji, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet ta' kull settur; jenfasizza, madankollu, li għandhom isiru sforzi biex nersqu lejn skadenzi ta' ħlas ta' 30 jum u li l-iskadenzi tal-ħlas li jmorru lil hinn minn 60 jum, kif permess mid-Direttiva 2011/7/UE, huma lakuna li jistgħu jippermettu l-ftehim ta' termini twal li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-kumpaniji nfushom, speċjalment għall-SMEs, filwaqt li tiġi rispettata l-libertà kuntrattwali bejn l-impriżi fis-suq; jenfasizza l-importanza li dejjem jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-intrapriżi f'pożizzjonijiet dominanti u operaturi żgħar;

Miżuri preventivi

3.

Jemmen li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu termini ta' ħlas aktar stretti; jinnota li xi Stati Membri llimitaw it-terminu ta' ħlas standard għal 30 jum, filwaqt li ftit Stati Membri biss introduċew termini ta' ħlas massimi li l-partijiet ma jistgħux jiddevjaw minnhom; jinnota barra minn hekk li, fil-livell settorjali, l-introduzzjoni ta' termini ta' ħlas massimi hija aktar komuni; iqis li l-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi termini ta' ħlas aktar stretti tkun effettiva fit-tnaqqis ta' termini ta' ħlas sa ċertu punt u, dment li tiġi infurzata, toħloq kundizzjonijiet ekwi bejn kumpaniji kbar u żgħar; jirrimarka, f'dan il-kuntest, li sett ta' regoli aktar uniformi u simplifikat jiċċara dak li l-kredituri u d-debituri jistgħu jistennew fil-każ ta' ħlas tard u għaldaqstant itejjeb il-prevedibbiltà tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom;

4.

Iqis li l-introduzzjoni ta' trasparenza msaħħa dwar l-imġiba tal-ħlas tista' tiskoraġġixxi l-ħlas tard; jemmen li l-aċċess għal din l-informazzjoni jista' jaġixxi bħala inċentiv għall-entitajiet pubbliċi u n-negozji biex itejbu l-prattiki ta' ħlas tagħhom u jirrispettaw l-obbligi monetarji tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkunsidraw forom differenti possibbli ta' pubblikazzjoni obbligatorja ta' informazzjoni dwar imġiba ta' ħlas, bħal bażijiet ta' data jew reġistri, kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku;

5.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw l-istabbiliment ta' sistemi mandatorji li jipprovdu informazzjoni dwar imġiba tajba tal-ħlas (“semmi u faħħar”) u jrawmu kultura ta' ħlas fil-pront fir-relazzjonijiet tan-negozju, minħabba l-fatt, fost l-oħrajn, li ntwera li l-ħlas fil-pront huwa strateġija intelliġenti tan-negozju peress li pagaturi responsabbli jistgħu jinnegozjaw ftehimiet aħjar u jiddependu fuq fornituri affidabbli; jitlob lill-Kummissjoni twettaq studju dwar is-sistemi nazzjonali eżistenti li jipprovdu informazzjoni dwar imġiba tajba tal-ħlas (“semmi u faħħar”) kemm tan-negozji kif ukoll tal-awtoritajiet pubbliċi, u tesplora l-fattibbiltà li tistabbilixxi kriterji komuni għal dawn is-sistemi fil-livell tal-UE;

6.

Jenfasizza l-importanza li l-intraprendituri, partikolarment l-SMEs, jingħataw aktar informazzjoni u edukazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kreditu u tal-fatturi; ifakkar li ġestjoni effettiva tal-kreditu tqassar il-perjodu medju tal-ġbir u żżomm fluss ottimali tal-flus, u b'hekk tnaqqas ir-riskju ta' inadempjenza u żżid il-potenzjal għat-tkabbir; jemmen li l-uffiċjali fl-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom ukoll jirċievu t-taħriġ u li l-edukazzjoni u l-appoġġ jistgħu jżidu l-possibbiltà li l-SMEs jieħdu vantaġġ mir-rimedji tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard; jinnota li sfortunatament l-SMEs ta' spiss ma jkollhomx il-kapaċità li jinvestu fit-taħriġ u li bħalissa m'hemmx programmi fil-livell tal-UE jew fil-livell nazzjonali li jiffukaw fuq it-titjib tal-għarfien tan-negozji dwar il-ġestjoni tal-kreditu u tal-fatturi; jemmen li aktar fondi tal-UE għandhom possibbilment ikunu diretti lejn l-edukazzjoni finanzjarja tal-SMEs u għalhekk iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom fil-provvista ta' aktar taħriġ għall-SMEs fil-ġestjoni tal-kreditu; iqis, barra minn hekk, li t-taħriġ u l-appoġġ għandhom jinkludu wkoll linji gwida għall-irkupru ta' ħlas pendenti fi tranżazzjonijiet transfruntiera, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tkompli tintegra dawn il-linji gwida u informazzjoni utli oħra, bħad-drittijiet u l-istrumenti disponibbli għall-intraprendituri fi kwistjonijiet legali mad-debituri, fil-portal ta' informazzjoni “L-Ewropa Tiegħek” u tiżgura appoġġ għan-negozji permezz tan-Netwerk Enterprise Europe;

Miżuri ta' rimedju

7.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-assoċjazzjonijiet tan-negozji jikkunsidraw biex jistabbilixxu servizzi ta' medjazzjoni kunfidenzjali nazzjonali u reġjonali mingħajr ħlas (medjazzjoni, konċiljazzjoni, arbitraġġ u aġġudikazzjoni) li jkunu aċċessibbli għall-kumpaniji kollha, bħala alternattiva għall-proċedimenti tal-qorti, biex isolvu tilwim dwar ħlasijiet u jżommu relazzjonijiet ta' negozju, iżda wkoll biex jedukaw lill-kumpaniji dwar id-drittijiet tagħhom u r-rimedji kontra l-ħlas tard; jenfasizza li dawn is-servizzi ta' medjazzjoni jkunu partikolarment utli għall-SMEs, li spiss ma jkollhomx mezzi finanzjarji adegwati biex jindirizzaw tilwim legali u minħabba f'hekk jirrinunzjaw milli jinvokaw id-drittijiet tagħhom; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri biex iqisu kif xieraq il-possibbiltà li jiffinanzjaw pubblikament ombudsmen indipendenti responsabbli għall-investigazzjoni ta' tilwim dwar ħlas tard u nuqqas ta' ħlas, li jgħinu lil negozji żgħar biex isolvu t-tilwim dwar ħlas tard u nuqqas ta' ħlas, u jagħtu pariri dwar azzjoni fil-każ ta' arrettrati ta' ħlas u jirrakkomandaw soluzzjonijiet, b'mod partikolari għall-SMEs; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw aċċess effettiv għall-ġustizzja fi kwistjonijiet relatati mal-irkupru tad-dejn fi tranżazzjonijiet transfruntiera;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u jinkoraġġixxu u jtejbu kontrolli aktar stretti, b'mod partikolari fost kumpaniji kbar, u l-użu ta' sanzjonijiet amministrattivi li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u b'hekk jikkontribwixxu għat-titjib fl-imġiba tal-ħlas; isostni li intervent dirett mill-awtoritajiet pubbliċi, peress li huma jinfurzaw sanzjonijiet amministrattivi, jista' jgħin biex jingħeleb “il-fattur ta' biża'” u jeħles lill-kredituri mir-responsabbiltà li jieħdu azzjoni kontra debituri, peress li l-awtoritajiet jinfurzaw direttament il-liġi u jieħdu azzjoni ta' diskrezzjoni kontra intrapriżi involuti fi prattiki ta' ħlas ħżiena; jemmen li l-valur tas-sanzjonijiet amministrattivi u n-natura kumulattiva tagħhom jistgħu jiskoraġġixxu lill-kumpaniji milli jħallsu tard u jissottolinja li dan ir-reġim għandu jiġi applikat progressivament skont il-livell ta' konformità tal-kumpanija;

9.

Jirrimarka li, minkejja l-fatt li d-Direttiva dwar il-Ħlas Tard ġiet adottata fi Frar 2011 u minkejja l-mekkaniżmi l-ġodda għall-protezzjoni tal-intraprendituri li ċerti Stati Membri stabbilixxew riċentement, eluf ta' SMEs u negozji ġodda madwar l-Ewropa jfallu kull sena waqt li jistennew li l-fatturi tagħhom jitħallsu, anke mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw forom obbligatorji ta' kumpens adegwat, bħat-tpaċija u miżuri oħra ta' appoġġ, bħal pereżempju, fondi ta' garanzija għall-SMEs u fatturament għal kumpaniji li għandhom jingħataw flus minn awtorità pubblika, sabiex ma jkunux imġiegħla jfallu minħabba fiha;

10.

Jenfasizza li d-djun tat-taxxa, fiskali u tas-sigurtà soċjali tal-kumpaniji għandhom jiġu kkumpensati bi kwalunkwe ammont pendenti dovut mill-awtoritajiet pubbliċi;

11.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex joħolqu fondi ta' garanzija għall-SMEs li jagħtu garanzija tad-djun mal-banek tal-SMEs li għandhom jingħataw flus mill-awtoritajiet pubbliċi;

12.

Jinnota bi tħassib kbir is-sitwazzjoni f'xi Stati Membri, fejn l-awtoritajiet pubbliċi dewmu ħafna ħlasijiet għal oġġetti u/jew servizzi fornuti lilhom minn impriżi (is-settur tas-saħħa kien l-aktar wieħed affettwat), inkluż fi klawżoli ta' nonassenjazzjoni ta' kuntratti ta' provvista u pprevenew (permezz tal-liġi) lil fornituri milli jinfurzaw it-talbiet tagħhom fil-qrati, u dan wassal lil dawk in-negozji f'diffikultajiet finanzjarji estremi jew saħansitra falliment; jemmen li, sabiex jiġu appoġġati n-negozji li l-ġestjoni finanzjarja tagħhom hija kkumplikata minħabba dewmien fil-ħlas mill-awtoritajiet pubbliċi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' rifużjoni tal-VAT u tal-irkupru tal-flus aktar mgħaġġla u effiċjenti, speċjalment għall-SMEs;

13.

Jirrimarka li l-karti u l-kodiċijiet tal-ħlas fil-pront u l-miżuri ta' responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR), flimkien ma' awditjar intern u kriterji ta' infurzar interni, jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' kultura ta' ħlas responsabbli u għall-iżgurar ta' relazzjonijiet ġusti u fiduċja fost in-negozji;

14.

Isostni li ċerti kunċetti tad-Direttiva, bħat-terminu “inġust għall-aħħar” b'rabta mat-termini tal-ħlas fi ftehimiet kuntrattwali u prattiki kummerċjali, u meta t-termini kuntrattwali ta' ħlas jibdew u jispiċċaw għandhom jiġu ċċarati, permezz ta' gwida maħruġa mill-Kummissjoni; jinnota wkoll il-ġurisprudenza emerġenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta' ċerti kunċetti tad-Direttiva (pereżempju “impriża”, “tranżazzjoni kummerċjali” u “inġust għall-aħħar” fil-Kawżi C-256/15 u C-555/14);

15.

Iqis li huwa importanti li jiġi evitat li s-settur pubbliku jiddevja mir-regoli dwar l-iskadenzi tal-ħlas stabbiliti fid-Direttiva; Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (Kawża C-555/14), biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet pubbliċi jħallsu lill-fornituri tagħhom fil-ħin u li l-kredituri jirċievu l-ħlas awtomatiku tal-imgħax statutorju fuq ħlas tard u kumpens meta l-ħlasijiet jaslu tard mingħajr il-ħtieġa għal proċedimenti ta' ħlas pendenti, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi komputazzjoni awtomatika tal-imgħax;

16.

Jenfasizza li l-ħlasijiet malajr huma estremament importanti għas-sopravivenza u t-tkabbir tan-negozji, partikolarment l-SMEs; jinnota li t-teknoloġija finanzjarja u t-teknoloġiji diġitali qed jirrevoluzzjonaw il-mezzi u l-ħeffa tal-ħlasijiet; jistenna, għalhekk, żieda qawwija fil-fatturazzjoni elettronika u s-sostituzzjoni gradwali ta' tipi tradizzjonali ta' ħlasijiet b'tipi innovattivi (pereżempju l-finanzjament tal-katina tal-provvista, il-fatturament, eċċ.), sabiex il-kreditur ikun jista' jitħallas fil-ħin reali hekk kif tinħareġ il-fattura;

17.

Jinnota b'interess kbir il-proċeduri stabbiliti f'ċerti Stati Membri fil-każ ta' ħlas tard mill-awtoritajiet pubbliċi, li permezz tagħhom il-gvern ċentrali jista' joħroġ twissija lil awtorità lokali jekk din tal-aħħar ma tkunx ħallset lill-fornituri tagħha fil-ħin u, jekk il-ħlas tard jippersisti, tista' tħallas lill-fornituri direttament għall-oġġetti jew għas-servizzi pprovduti, tissospendi l-allokazzjonijiet tal-ħlas lill-baġit tal-awtorità lokali li ma tkunx konformi; iqis li sistema bħal din, li tikkombina monitoraġġ affidabbli tal-prestazzjonijiet tal-ħlas tal-korpi pubbliċi bi pjan ta' eskalazzjoni effettiv, ikkomunikat b'mod wiesa' meta attivat, tidher li pproduċiet riżultati li jistħoqqilhom analiżi ulterjuri u jenħtieġ li tiġi kkomunikata lill-Istati Membri bħala eżempju ta' prattika tajba;

18.

Jinnota bi tħassib il-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni, li jiddikjaraw li r-raġuni ewlenija għad-ditti kredituri li jonqsu milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard hija l-biża' li jagħmlu ħsara lir-relazzjonijiet tan-negozju tajbin; jemmen, f'dan ir-rigward, li għandha tittieħed azzjoni sabiex ikun aktar faċli għall-SMEs li jinfurzaw id-drittijiet mogħtija skont id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard; jitlob, f'dan il-kuntest, li tiġi eżaminata ulterjorment il-possibbiltà, stabbilita fl-Artikolu 7(5) tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard, għal organizzazzjonijiet li uffiċjalment jirrappreżentaw lill-impriżi biex jieħdu azzjoni quddiem il-qrati tal-Istati Membri fuq il-bażi li termini jew prattiki kuntrattwali huma inġusti għall-aħħar;

19.

Ifaħħar ċerti inizjattivi fil-livell tal-industrija f'xi Stati Membri li skonthom korporazzjonijiet parteċipanti impenjaw ruħhom li jiżguraw li l-fornituri iżgħar tagħhom jitħallsu aktar malajr għall-prodotti jew għas-servizzi li jfornu u ddeskrivew fid-detall il-passi konkreti li se jieħdu; jinnota li d-divulgazzjoni pożittiva tal-ismijiet (“semmi u faħħar”) tista' tipproduċi r-riżultati mistennija permezz tal-awtoregolamentazzjoni fil-livell industrijali u tipprovdi appoġġ sostanzjali għall-SMEs;

20.

Jenfasizza l-importanza tal-akkwist pubbliku bħala mezz biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku; jitlob biex jitqiesu s-sinerġiji mtejba bejn id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard u r-regoli dwar l-akkwist pubbliku, b'mod partikolari l-possibbiltà għall-awtoritajiet kontraenti li jieħdu azzjoni biex jippermettu l-esklużjoni ta' kuntratturi mhux produttivi minn akkwisti futuri jekk is-sottokuntratturi ma jitħallsux fil-ħin mill-kuntrattur ewlieni meta jkun meħtieġ li jagħmel hekk (id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku) (5), użu aktar mifrux tal-għażla stabbilita fl-Artikolu 71(3) tad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku li tippermetti ħlas dirett lil sottokuntratturi taħt ċerti kundizzjonijiet, u li l-imġiba tal-ħlas lejn is-sottokuntratturi ssir waħda mill-kriterji li fuqhom għandha ssir evalwazzjoni tal-kapaċità finanzjarja ta' kuntratturi potenzjali f'offerti pubbliċi; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw it-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-ħlas mill-awtoritajiet pubbliċi lill-kuntratturi u s-sottokuntratturi, u tal-ħlas mill-kuntrattur lis-sottokuntratturi jew lill-fornituri tiegħu;

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

21.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu r-responsabbiltà sħiħa fl-eżerċizzju tal-ħlas mill-amministrazzjoni pubblika u jtejbu l-leġiżlazzjoni tagħhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard fil-partijiet kollha tagħha, anke billi jeliminaw kwalunkwe liġi domestika, regolament jew prattika kuntrattwali mis-settur pubbliku li jkunu f'kunflitt mal-għanijiet tad-Direttiva, bħall-projbizzjonijiet fuq l-infurzar u l-assenjazzjoni għal riċevibbli tas-settur pubbliku; itenni, b'mod parallel, li l-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex tipprova tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u adegwata tal-obbligi eżistenti;

22.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jrawmu “tibdil deċiżiv lejn kultura ta' ħlas fil-pront” (6) billi jieħdu l-miżuri l-aktar xierqa, inklużi linji gwida dwar l-aħjar prattiki u, fejn meħtieġ, inizjattivi leġiżlattivi xierqa, filwaqt li jqisu l-proposti msemmija hawn fuq, bl-għan li joħolqu ambjent tan-negozju affidabbli għall-kumpaniji u kultura ta' ħlas puntwali;

23.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu l-proċeduri ta' ħlas aktar effiċjenti, filwaqt li jenfasizza, b'mod partikolari, li l-proċeduri ta' verifika biex jiġu kkontrollati l-fatturi jew il-konformità tal-oġġetti u s-servizzi mal-ispeċifikazzjonijiet kuntrattwali jenħtieġ li ma jintużawx sabiex il-perjodi tal-ħlas jiġu estiżi b'mod artifiċjali lil hinn mil-limiti imposti mid-Direttiva;

24.

Ifakkar lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni li l-ħlas fil-pront huwa rekwiżit ġenerali għal ambjenti tan-negozju vijabbli u li, bħala tali, għandu jiġi integrat fl-inizjattivi kollha ta' politika u dawk leġiżlattivi li jaffettwaw lin-negozji (pereżempju ir-relazzjonijiet CSR, negozji ġodda u relazzjonijiet bejn pjattaformi u negozji);

25.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jużaw pubblikazzjonijiet professjonali, kampanji ta' promozzjoni jew kull strument ieħor biex l-intrapriżi jsiru jafu aktar dwar ir-rimedji għall-ħlas tard.

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u tippromwovi l-aċċess għal linji ta' finanzjament xierqa għall-imprendituri Ewropej;

o

o o

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(1)  ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 76, 28.2.2018, p. 112.

(3)  ĠU C 204, 13.6.2018, p. 153.

(4)  Premessa 6 tad-Direttiva 2011/7/UE.

(5)  l-Artikolu 57(4)(g) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE.

(6)  Premessa 12 tad-Direttiva 2011/7/UE.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/137


P8_TA(2019)0043

Rapport Annwali dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (2018/2161(INI))

(2020/C 411/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività tal-2017 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bit-titolu “Impact into the Future” (L-Impatt fil-Futur),

wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju tal-2017 u r-Rapport Statistiku tal-2017 tal-BEI,

wara li kkunsidra r-rapport tal-BEI tal-2018 bit-titolu “EIB operations inside the European Union 2017: Results and impact” (L-operazzjonijiet tal-BEI fl-Unjoni Ewropea fl-2017: Riżultati u impatt),

wara li kkunsidra r-rapport tal-BEI tal-2018 bit-titolu “The EIB outside the European Union – 2017: Financing with global impact” (Il-BEI barra mill-Unjoni Ewropea – 2017: Finanzjament b'impatt globali),

wara li kkunsidra r-Rapport dwar is-Sostenibbiltà tal-Grupp tal-BEI tal-2017,

wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 175, 177, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-BEI anness miegħu,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 bit-titolu “Pjan ta' Investiment għall-Ewropa” (COM(2014)0903),

wara li kkunsidra l-Politika tal-BEI lejn ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef, mhux trasparenti u li ma jikkooperawx (Politika NCJ), ippubblikata fil-15 ta' Diċembru 2010, u l-addendum għall-Politika NCJ li ġie ppubblikat fit-8 ta' April 2014,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0415/2018),

A.

billi l-għan primarju tal-BEI huwa li jipprovdi finanzjament fit-tul u għarfien espert għal proġetti u li jattira aktar investiment biex jgħin fil-kisba tal-għanijiet tal-UE;

B.

billi l-BEI huwa l-uniku bank li huwa proprjetà tal-Istati Membri tal-UE u li jirrappreżenta l-interessi tagħhom;

C.

billi l-BEI huwa meqjus bħala l-fergħa finanzjarja tal-UE u l-istituzzjoni ewlenija għas-sostenn tal-investimenti pubbliċi u privati fl-UE, u li aktar minn 90 % tas-self tiegħu jseħħ fl-Unjoni;

D.

billi l-attivitajiet ta' self tal-BEI jiġu ffinanzjati prinċipalment permezz tal-ħruġ ta' bonds fis-swieq kapitali internazzjonali;

E.

billi l-programm ta' finanzjament annwali tal-BEI jammonta għal madwar EUR 60 biljun;

F.

billi 33 % u 37 % tal-bonds tal-BEI li ġew maħruġa fl-2017 u fl-2016 rispettivament ġew maħruġa f'dollari Amerikani;

G.

billi l-bonds tal-BEI huma tal-ogħla kwalità kreditizja u l-BEI huwa kklassifikat bħala triple-A mit-tliet aġenziji ewlenin tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fost l-oħrajn minħabba li huwa proprjetà tal-Istati Membri u l-ġestjoni tar-riskju konservattiv tiegħu li jirriżultaw fi ktieb tas-self affidabbli, b'0,3 % biss ta' self improduttiv;

H.

billi l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jistgħu jżidu l-impatt tal-baġit tal-UE;

I.

billi l-BEI huwa s-sieħeb naturali għall-UE biex timplimenta l-istrumenti finanzjarji, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet finanzjarji nazzjonali, reġjonali jew multilaterali;

J.

billi l-BEI għandu wkoll rwol importanti barra mill-UE permezz tal-attivitajiet tiegħu ta' self estern bħala l-akbar mutwatarju u sellief multilaterali fid-dinja;

K.

billi l-BEI qed ikompli jsaħħaħ l-integrazzjoni Ewropea u r-rwol tiegħu wera li huwa saħansitra aktar essenzjali sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja fl-2008;

L.

billi l-prijoritajiet tal-BEI kif stabbiliti fil-Pjan Korporattiv tal-Operat (PKO) għall-2017-2019 jiffokaw fuq il-miri tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u l-mobilità, is-saħħa, l-iżvilupp tal-infrastruttura rurali u l-appoġġ għan-negozji agrikoli, l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u l-intrapriżi ta' daqs medju, l-ambjent u l-innovazzjoni;

M.

billi l-Grupp tal-BEI għandu jżomm mertu tal-kreditu għoli bħala assi fundamentali tal-mudell kummerċjali tiegħu u portafoll ta' assi solidi, ta' kwalità għolja bi proġetti ta' investiment sod taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-istrumenti finanzjarji kollha fil-portafoll tiegħu;

Il-kisbiet tal-BEI matul dawn l-aħħar 60 sena

1.

Jifraħ lill-BEI fuq 60 sena ta' operazzjonijiet ta' suċċess, li matulhom investa EUR 1,1 triljun u ffinanzja 11 800 proġett f'160 pajjiż bħala l-akbar mutwatarju u sellief multilaterali fid-dinja;

2.

Jilqa' l-fatt li s-self tal-Grupp tal-BEI fl-UE li ġie approvat fil-perjodu bejn l-2015-2016 se jappoġġja EUR 544 biljun f'investiment, iżid 2,3 % għall-PDG u joħloq 2,25 miljun impjieg sal-2020; iħeġġeġ lill-BEI jkompli jsaħħaħ l-attivitajiet tiegħu biex jikkontribwixxi għal tkabbir fit-tul u sostenibbli;

3.

Jenfasizza l-opportunitajiet biex il-BEI jfassal is-swieq f'konformità mal-objettivi ta' politika tal-UE; jirrikonoxxi l-kapaċità tal-BEI li jinvesti b'mod kontroċikliku sabiex jindirizza n-nuqqas ta' żvilupp u r-reċessjoni li jirriżultaw mill-kriżi finanzjarja u d-diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament għall-finanzjament għall-SMEs u l-innovaturi;

4.

Jissottolinja r-rwol importanti tal-BEI bħala l-Bank tal-UE, li huwa l-uniku istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li hija kompletament il-proprjetà tal-Istati Membri tal-UE u ggwidat bis-sħiħ mill-politiki u l-istandards tal-UE;

5.

Jitlob li jissaħħu l-attivitajiet ta' konsulenza tal-BEI u biex hu, flimkien mal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet finanzjarji nazzjonali promozzjonali uffiċjali, jindirizzaw in-nuqqasijiet sistemiċi li jipprevjenu lil ċerti reġjuni jew pajjiżi milli jieħdu vantaġġ sħiħ mill-attivitajiet finanzjarji tal-BEI;

6.

Jenfasizza li 700 000 SME huma mistennija li jibbenefikaw minn aċċess imtejjeb għall-finanzjament, u jinnota li d-Dipartiment tal-Ekonomija tal-BEI u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni jistmaw li l-operazzjonijiet tal-FEIS diġà appoġġaw aktar minn 750 000 impjieg, ċifra li hija mistennija li tiżdied għal 1,4 miljun sal-2020, u li l-Pjan Juncker diġà żied il-PDG tal-UE b'0,6 % u mistenni li jżidu b'1,3 % oħra sal-2020;

7.

Jilqa' l-varar tal-Inizjattiva ta' Reżiljenza Ekonomika tal-BEI, li għandha l-għan li tgħin lill-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent u fil-Viċinat tan-Nofsinhar tal-UE jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw mill-migrazzjoni irregolari u miċ-ċaqliq sfurzat; jappella biex jiżdied il-finanzjament għal din l-inizjattiva u biex jissaħħaħ l-involviment tal-BEI f'dawn ir-reġjuni sabiex jappoġġaw l-azzjoni umanitarja, il-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku u t-titjib fl-infrastruttura; jilqa', f'dan ir-rigward, l-approvazzjoni tal-ewwel proġetti tal-Pjan ta' Investiment Estern Ewropew (EIP) fl-Afrika u jistenna b'interess li jissaħħaħ ir-rwol tal-BEI;

8.

Jinnota l-fatt li fl-2017 biss, ġie approvat numru rekord ta' 901 proġett, li jinkludi aktar minn EUR 78 biljun allokati għall-innovazzjoni, l-ambjent, l-infrastruttura, u l-SMEs;

9.

Jissottolinja l-attivitajiet tal-BEI b'appoġġ għall-koeżjoni ekonomika u soċjali, li jinvolvu finanzjament ta' aktar minn EUR 200 biljun għar-reġjuni f'dawn l-aħħar 10 snin;

Kummenti ġenerali

10.

Jilqa' l-passi li l-BEI ħa biex ikejjel aħjar l-impatt tal-investimenti tiegħu minflok ma jipprovdi biss data dwar il-volumi kwantitattivi tal-finanzjament;

11.

Ifakkar fil-fatt li l-BEI wieġeb għall-kriżi billi espanda l-attivitajiet tiegħu b'mod sinifikanti; jemmen li huwa kellu rwol pożittiv biex titnaqqas id-diskrepanza negattiva fl-investiment; iħeġġeġ lill-BEI jagħti attenzjoni akbar lir-riskju ta' esklużjoni tal-investiment privat issa li l-kundizzjonijiet ekonomiċi qed jerġgħu jiġu għan-normal;

12.

Jenfasizza li l-attivitajiet tal-BEI kienu essenzjali biex jindirizzaw il-livelli ta' rkupru u ta' investiment ta' wara l-kriżi, li għadhom żbilanċjati fl-Istati Membri u fir-reġjuni kif ukoll fis-setturi; jistieden lill-BEI jkompli jinvesti fl-Istati Membri sabiex jikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku tagħhom; jenfasizza li għandha ssir enfasi partikolari fuq il-finanzjament fis-setturi tal-innovazzjoni u tal-infrastruttura, fejn id-diskrepanza fl-investiment hija partikolarment serja;

13.

Jinnota li kważi terz tal-finanzjament tal-BEI huwa ddenominat f'dollaru Amerikan, li jesponi lill-bank għal sanzjonijiet potenzjali mill-Istati Uniti; jitlob lill-BEI biex jibda jnaqqas b'mod progressiv il-finanzjament tiegħu f'dollari;

14.

Jinnota li l-BEI jiġi awditjat kull sena mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jinnota d-dibattitu dwar il-possibbiltà li tiġi introdotta superviżjoni tal-operazzjoni ta' self tiegħu mill-BĊE; iwissi li dan jista' jkollu impatt kbir fuq in-natura, il-funzjonament u l-governanza tal-BEI;

Innovazzjoni u ħiliet

15.

Jirrikonoxxi li l-BEI jagħti prijorità lill-innovazzjoni u lill-ħiliet sabiex jiġi xprunat it-tkabbir u tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa, b'self li jammonta għal EUR 13,9 biljun fl-2017 għal, fost oħrajn, 7,4 miljun konnessjoni diġitali ta' veloċità għolja u l-installazzjoni ta' 36,8 miljun arloġġ intelliġenti;

Ambjent u sostenibbiltà

16.

Jilqa' l-fatt li fl-2017, il-BEI sellef EUR 16,6 biljun għal proġetti li jappoġġaw l-għanijiet tal-politika ambjentali tiegħu, il-proġetti ta' finanzjament fl-oqsma tal-protezzjoni ambjentali, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, il-bijodiversità, l-arja nadifa, l-ilma nadif, il-ġestjoni tal-ilma u tal-iskart, u t-trasport sostenibbli, u fir-rigward tas-self għall-klima impenja aktar minn 25 % tas-self totali fl-oqsma kollha tal-ordni pubbliku tiegħu, fejn qabeż l-impenn inizjali tiegħu bi 3,2 %;

17.

Jenfasizza r-rwol ta' eżempju li l-istituzzjonijiet tal-UE għandu jkollhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' finanzjament sostenibbli; jirrikonoxxi l-istatus tal-BEI bħala l-akbar emittent ta' bonds ħodor u li l-Bonds għal Kuxjenza Dwar il-Klima joffru lill-investituri rabta trasparenti ma' proġetti tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika li jibbenefikaw mir-rikavati tal-ħruġ ta' bonds ħodor tal-BEI, li jkunu bbażati fuq is-sistema tar-rappurtar tal-BEI dwar il-benefiċċji klimatiċi tal-proġetti, inklużi indikaturi tal-impatt bħall-emissjonijiet tal-gassijiet serra li ġew evitati, il-livelli assoluti tal-emissjonijiet, il-konsum tal-enerġija li ġie ffrankat u l-ġenerazzjoni addizzjonali tal-enerġija li ġiet installata;

18.

jilqa' f'dan ir-rigward l-ewwel ħruġ ta' Bonds għal Kuxjenza dwar is-Sostenibbiltà tal-BEI, li jammontaw għal EUR 500 miljun li se jkunu ddedikati għal proġetti b'impatt kbir b'appoġġ tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU filwaqt li jiżguraw il-fiduċja tal-investituri soċjalment responsabbli permezz ta' standards ta' trasparenza u tas-suq rigorużi;

19.

Jilqa' l-fatt li l-BEI laħaq l-objettiv ta' 25 % tiegħu fil-qasam tal-finanzjament għall-klima; jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni, għall-kuntrarju ta' dan, ma laħqitx il-mira ta' 20 %;

20.

Jilqa' l-ħolqien tal-inizjattiva Finanzjament Intelliġenti għall-Binjiet Intelliġenti, li l-għan tagħha huwa li l-investimenti fil-proġetti tal-effiċjenza enerġetika fil-binjiet residenzjali jsiru aktar attraenti għall-investituri privati permezz tal-użu intelliġenti tal-għotjiet tal-UE bħala garanzija; jilqa' l-fatt li l-BEI dan l-aħħar beda jinvesti fl-akkomodazzjoni soċjali;

21.

Jirrakkomanda li l-BEI jadotta strateġija tal-enerġija li tkun kompatibbli bis-sħiħ mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li jqis l-evidenza tar-riċerka u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar l-impatt tat-tisħin globali ta' 1,5 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra relatati, fil-kuntest tat-tisħiħ tar-rispons globali għat-theddid tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, u l-isforzi biex jinqered il-faqar;

22.

Jistieden lill-BEI jżomm self b'appoġġ għall-objettivi tal-politika Ewropea dwar l-enerġija;

23.

Jistieden lill-BEI jkompli jsaħħaħ il-proġetti marbuta mat-tibdil fil-klima u mal-protezzjoni ambjentali, peress li l-UE hija waħda mill-firmatarji tal-Ftehim ta' Pariġi u jfakkar fl-impenn li ħadet l-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha b'mill-inqas 40 % sal-2030;

24.

Jenfasizza l-importanza tal-finanzjament tal-BEI fl-iżvilupp tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli u t-titjib tal-effiċjenza enerġetika f'setturi bħall-industrija u t-trasport;

25.

Jistieden lill-BEI jaħdem ma' parteċipanti tas-suq żgħar u ma' kooperattivi tal-komunità sabiex iwettaq l-iggruppar ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira, biex b'hekk ikunu jistgħu jkunu eliġibbli għall-finanzjament tal-BEI;

Infrastruttura

26.

Jenfasizza l-appoġġ tal-BEI għal infrastruttura sigura u effiċjenti għall-provvista tal-enerġija, it-trasport u ż-żoni urbani, kif espress permezz tas-self iffirmat tiegħu b'valur ta' EUR 18-il biljun biex jappoġġa l-għan tal-politika tal-infrastruttura tiegħu u jipprovdi aktar minn EUR 22 biljun f'self urban fl-2017;

27.

Jistieden lill-BEI jżomm self b'appoġġ għall-objettivi tal-politika Ewropea dwar l-enerġija;

SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja

28.

Jilqa' l-appoġġ qawwi tal-Grupp tal-BEI għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja b'investiment totali ta' EUR 29,6 biljun, li kellu impatt pożittiv fuq 287 000 kumpanija li jimpjegaw 3,9 miljun persuna;

29.

Ifakkar li skont il-BEI, il-probabbiltà li d-ditti l-kbar ikunu innovaturi hija d-doppju minn dik tal-SMEs filwaqt li l-probabbiltà li d-ditti innovattivi ż-żgħar ikollhom restrizzjonijiet ta' kreditu hija 50 % ogħla minn dik ta' ditti oħra; iħeġġeġ lill-BEI jappoġġa kumpaniji iżgħar b'self iżgħar, sabiex ikollhom impatt akbar fuq sezzjoni trasversali usa' tal-ekonomija Ewropea;

30.

Minħabba r-rwol ewlieni tal-SMEs, jemmen li l-istrateġija tal-BEI fir-rigward tal-SMEs għandha tinkludi t-tisħiħ tal-funzjonijiet amministrattivi u konsultattivi tiegħu sabiex jingħataw informazzjoni u appoġġ tekniku lill-SMEs fir-rigward tal-iżvilupp u l-applikazzjoni għall-finanzjament;

31.

Jilqa' l-għaxar standards stabbiliti fil-Manwal Soċjali u Ambjentali tal-BEI, li jservu bħala prerekwiżit għall-parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet ta' self tal-BEI, inkluż fl-oqsma tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis, il-bijodiversità u l-ekosistemi, l-istandards relatati mal-klima, il-wirt kulturali, ir-risistemazzjoni involontarja, id-drittijiet u l-interessi ta' gruppi vulnerabbli, l-istandards tax-xogħol, is-saħħa okkupazzjonali u pubblika, is-sikurezza u s-sigurtà u l-involviment tal-partijiet konċernati;

Obbligu ta' rendikont, trasparenza u komunikazzjoni

32.

Iħeġġeġ lill-BEI u lill-partijiet ikkonċernati tagħha jirriflettu fuq ir-riformi meħtieġa sabiex tiġi żgurata d-demokratizzazzjoni tal-governanza tiegħu, u jkun hemm aktar trasparenza u sostenibbiltà fl-operazzjonijiet tiegħu;

33.

Jistieden lill-BEI jżid l-isforzi tiegħu f'termini ta' komunikazzjoni; jemmen li huwa fundamentali li l-BEI jikkomunika maċ-ċittadini tal-UE sabiex jispjega aħjar l-għanijiet tal-politiki tiegħu; jemmen f'dan ir-rigward li għandha ssir riflessjoni sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' finanzjament tal-BEI, fost oħrajn bħala mezz kif jintwera b'mod konkret il-kontribut tal-UE għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tiegħu;

34.

Jinnota bi tħassib iż-żieda kontinwa fl-ispejjeż amministrattivi ġenerali, primarjament xprunati miż-żieda fl-ispejjeż relatati mal-persunal; iwissi dwar ir-riskju ta' żieda ulterjuri fil-proporzjon tal-introjtu relatat mal-ispejjeż għall-bażi kapitali tal-BEI; jitlob lill-BEI jżomm id-dixxiplina fl-ispejjeż, iżomm l-istruttura ta' ġestjoni tiegħu effiċjenti, u jiżgura li din ma tiżviluppax għal struttura ta' ġestjoni b'ammont sproporzjonat ta' karigi tal-ogħla livell;

35.

Jinnota t-titjib riċenti tal-BEI fit-trasparenza, bħall-pubblikazzjoni tal-minuti tal-Bord tad-Diretturi tiegħu u l-pubblikazzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni ta' indikaturi għall-proġetti appoġġjati mill-garanzija tal-FEIS u tar-raġunament tal-Kumitat tal-Investiment indipendenti għad-deċiżjoni tiegħu, f'konformità mar-Regolament rivedut tal-FEIS; jifhem li bank ma jistax jiżvela informazzjoni kummerċjalment sensittiva;

36.

Ifakkar li l-politika ta' trasparenza tal-Grupp tal-BEI hija bbażata fuq preżunzjoni ta' divulgazzjoni u li kulħadd jista' jaċċessa d-dokumenti u l-informazzjoni tiegħu; jistieden lill-BEI jkompli jtejjeb it-trasparenza, eż. billi jippubblika l-minuti dettaljati u l-aċċess għall-informazzjoni kemm internament, għall-Parlament Ewropew u għall-istituzzjonijiet l-oħra, kif ukoll għall-pubbliku, speċjalment fir-rigward tas-sistema tal-kuntrattar u tas-sottokuntrattar, ir-riżultati tal-investigazzjonijiet interni u l-għażla, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet u tal-programmi;

37.

Jikkunsidra li fost l-isfidi li qed jiffaċċja l-BAI, superviżjoni xierqa hija kruċjali; jemmen li, minħabba r-rwol u l-istabbiliment istituzzjonali tal-bank, hija meħtieġa struttura superviżorja;

38.

Jieħu nota tar-reviżjoni tal-politika u tal-proċeduri tal-Mekkaniżmu għall-Ilmenti tal-BEI; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar il-Mekkaniżmu għall-Ilmenti tal-BEI kif espress fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar ir-rapport annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarja tal-BEI għall-2016 (1); iħeġġeġ lill-BEI jsaħħaħ l-indipendenza u l-effiċjenza tal-Uffiċċju tal-Mekkaniżmu għat-Trattament tal-Ilmenti u jieħu passi ulterjuri sabiex inaqqas il-burokrazija, iżid il-kapaċità tiegħu għall-analiżi makroekonomika u jtejjeb ir-rappreżentanza tas-sessi fl-ogħla pożizzjonijiet tiegħu;

39.

Jilqa' favorevolment il-fatt li d-dokumentazzjoni relatata mal-kejl tar-riżultati għall-proġetti ta' investiment koperti mill-garanzija tal-UE issa trid tintbagħat lill-Parlament fuq talba ta' dan tal-aħħar;

40.

Jenfasizza l-ħtieġa għal livell għoli ta' trasparenza min-naħa tal-intermedjarji finanzjarji użati mill-BEI (b'mod partikolari banek kummerċjali, iżda wkoll istituzzjonijiet mikrofinanzjarji u kooperattivi), sabiex jiġi żgurat li s-self intermedjat ikun soġġett għall-istess rekwiżiti ta' trasparenza bħal tipi oħra ta' self;

41.

Jilqa' l-Inizjattiva ta' Reżiljenza Ekonomika (ERI) tal-BEI bħala parti mir-rispons konġunt tal-UE għall-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati, b'enfasi fuq l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni; jinsisti fuq il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà mill-qrib mal-Pjan ta' Investiment Estern tal-UE; jinnota li s'issa s-26 proġett tal-ERI u EUR 2,8 biljun f'investiment huma mistennija li jkunu ta' benefiċċju għal aktar minn 1 500 negozju iżgħar u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, li jgħinu jsostnu aktar minn 100 000 impjieg;

42.

Jistieden lill-BEI jieħu l-miżuri kollha meħtieġa abbażi tat-tagħlimiet miksuba mill-esperjenza tal-FEIS, u jimmassimizza r-riżultati tal-programm InvestEU li jmiss, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari lill-inugwaljanzi reġjonali u soċjali u lill-Istati Membri li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi ekonomika;

43.

Jilqa' ż-żieda fil-finanzjament tal-ERI għall-Viċinat tan-Nofsinhar u l-Balkani tal-Punent ta' EUR 6 biljun fuq perjodu ta' ħames snin li jibda minn Ottubru 2016, flimkien mal-EUR 7,5 biljun diġà previsti, kif ukoll l-enfasi fuq infrastruttura sostenibbli u vitali;

44.

Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp tar-reżiljenza ekonomika fil-pajjiżi ospitanti u ta' tranżitu billi jappoġġa l-ħolqien ta' impjiegi u l-bini ta' infrastruttura meħtieġa għall-popolazzjoni lokali, kif ukoll il-popolazzjoni spostata; jilqa' l-fatt li l-komunitajiet tar-rifuġjati jistgħu jibbenefikaw ukoll minn opportunitajiet biex jiżviluppaw l-awtosuffiċjenza tagħhom u jgħixu b'dinjità; jissottolinja li l-investimenti fir-reżiljenza ekonomika għandhom jikkontribwixxu biex itejbu t-tħejjija tar-reġjuni għal xokkijiet esterni futuri, u biex ikun hemm aktar stabbiltà f'pajjiżi fraġli;

45.

Jinnota t-tielet anniversarju tal-FEIS u jirrikonoxxi l-kisbiet tiegħu, filwaqt li jilqa' l-EUR 335 biljun f'investiment li ġie mobilizzat fl-Unjoni kollha mill-approvazzjoni tar-Regolament FEIS (ir-Regolament (UE) 2015/1017) (2) mill-koleġiżlaturi, li taħtu ġew approvati 898 operazzjoni fit-28 Stat Membru, li żewġ terzi minnhom inġabru minn riżorsi privati, li qabżu l-għan oriġinali ta' EUR 315-il biljun li ġie stabbilit fl-2015; jiġbed l-attenzjoni lejn id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Parlament Ewropew li jestendu d-durata u l-kapaċità tal-FEIS għal EUR 500 biljun sat-tmiem tal-2020;

46.

Jissottolinja l-ħtieġa li jitħaffef ix-xogħol dwar il-bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali, biex b'hekk il-BEI verament ikun jista' jimla l-vojt fejn ikun hemm fallimenti tas-suq u jipprovdi finanzjament għal proġetti ta' riskju għoli;

47.

Ifakkar fir-rikonoxximent tiegħu tal-ħtieġa li tingħata kontinwità b'appoġġ għall-mekkaniżmi xprunati mid-domanda bħall-FEIS li jappoġġaw investiment fit-tul fl-ekonomija reali, jimmobilizzaw l-investiment privat u jiġġeneraw impatt makroekonomiku sostantiv u impjiegi fis-setturi li huma importanti għall-futur tal-Unjoni lil hinn mill-QFP attwali;

48.

Iħeġġeġ l-istabbiliment b'mod f'waqtu ta' inizjattiva ta' segwitu għall-perjodu ta' wara l-2020 sabiex tingħata l-kontinwità meħtieġa, li għandha tinkorpora t-tagħlimiet miksuba mill-FEIS, u żżomm il-fatturi ta' suċċess ewlenin;

49.

Jemmen li l-Grupp tal-BEI kien kruċjali fis-suċċessi tal-FEIS bħala l-uniku interlokutur għall-benefiċjarji u għall-intermedjarji u s-sieħeb esklussiv tal-implimentazzjoni; jemmen li fi kwalunkwe programm InvestEU futur, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-BEI għandu jkun is-sieħeb naturali għall-UE li jwettaq il-kompiti bankarji (teżor, immaniġġjar tal-assi, valutazzjoni tar-riskju) b'rabta mal-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji;

50.

Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni intensifikata min-naħa tal-Grupp tal-BEI mal-banek u mal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali (NPBIs) u jistieden lill-BEI jkompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu mal-NPBIs sabiex tiġi żgurata sensibilizzazzjoni u jiġu żviluppati aktar attivitajiet ta' konsulenza u assistenza teknika sabiex jiġi appoġġat bilanċ ġeografiku fit-tul; jinnota l-varjetà wiesgħa ta' esperjenzi li jeżistu f'termini tal-proġetti tal-FEIS; jappoġġa u jħeġġeġ l-iskambju ulterjuri tal-aħjar prattiki bejn il-BEI u l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata aktar effiċjenza ekonomika;

Self barra l-UE

51.

Jilqa' r-rwol importanti tal-BEI fil-finanzjament barra l-UE permezz tal-attivitajiet tiegħu ta' self estern; jenfasizza l-ġestjoni effiċjenti tal-BEI tal-Mandat ta' Self Estern, kif ikkonfermat minn evalwazzjoni indipendenti f'Ġunju 2018, li tirrikonoxxi r-rilevanza u l-effettività tiegħu fil-provvediment ta' finanzjament tal-UE lil pajjiżi terzi b'kost minimu għall-baġit tal-Unjoni; jitlob li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tipproduċi rapport speċjali dwar il-prestazzjoni u l-allinjament mal-politiki tal-UE tal-attivitajiet ta' self estern tal-BEI;

52.

jemmen li l-BEI għandu jkompli jkollu rwol ewlieni fl-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' finanzjament tal-UE futuri għal pajjiżi terzi, filwaqt li jiżgura li dan ikun fl-interess tal-intraprendituri lokali li jixtiequ jistabbilixxu intrapriżi lokali, li spiss ikunu mikro u żgħar, bil-għan li jikkontribwixxu l-ewwel u qabel kollox għall-ekonomija lokali li jingħataw prijorità fid-deċiżjonijiet ta' self tal-BEI;

53.

Jemmen li l-BEI għandu jżomm l-attivitajiet tal-politika estera eżistenti tiegħu, inkluż permezz ta' strumenti bħall-mandati ta' self lejn pajjiżi terzi; jilqa' l-ġestjoni tal-BEI tal-Faċilità ta' Investiment AKP, li prinċipalment tipprovdi proġetti li jippromwovu l-iżvilupp tas-settur privat; jissottolinja, f'dan ir-rigward, li huwa kruċjali li r-rwol ċentrali tal-BEI, bħala l-fergħa finanzjarja bilaterali tal-UE, jiġi rifless sew fl-arkitettura ta' wara l-2020 għall-finanzjament barra l-Unjoni;

54.

Jikkunsidra li l-attivitajiet tal-BEI jridu jiġu applikati f'konsistenza sħiħa mal-politiki u mal-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 7 tat-TFUE u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

55.

Jenfasizza l-importanza tar-rappurtar annwali mill-BEI dwar l-operazzjonijiet tiegħu barra l-Unjoni fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki li jmexxu l-azzjoni esterna tal-Unjoni, l-Aġenda tan-NU għall-2030 għall-iżvilupp sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;

56.

Ifakkar lill-BEI li jeħtieġ li jaġixxi f'koerenza mal-mandat ta' żvilupp tiegħu taħt il-Mandat ta' Self Estern sabiex jiġi żgurat li l-investimenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu qed iġibu d-dħul dovut lill-awtoritajiet lokali tat-taxxa;

57.

Jieħu nota tal-fatt li nofs l-operazzjonijiet kollha ta' self tal-BEI taħt il-Mandat ta' Self Estern imorru għand l-intermedjarji finanzjarji lokali bl-għan li tingħata spinta lill-mikrokrediti, u jitlob lill-BEI jipprovdi informazzjoni aktar kompluta u sistematika dwar is-self ta' fondi mislufa mill-intermedjarji finanzjarji;

58.

Ifakkar li l-attivitajiet tal-BEI jridu jirriflettu l-politiki interni u esterni tal-Unjoni; jissottolinja li l-kundizzjonijiet ta' self tiegħu għandhom jiffaċilitaw il-kisba tal-għanijiet ta' politika kkonċernati, u b'mod partikolari l-iżvilupp tar-reġjuni periferiċi tal-Unjoni, billi jippromwovu t-tkabbir u l-impjieg; jistieden lill-BEI jsaħħaħ b'mod konsiderevoli l-arranġamenti għall-għoti ta' assistenza teknika u għarfien espert finanzjarju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali qabel ma jiġu approvati l-proġetti, sabiex titjieb l-aċċessibbiltà u jiġu involuti l-Istati Membri kollha, speċjalment dawk b'rata ta' suċċess aktar baxxa f'termini ta' proġetti approvati;

59.

Jistieden lill-BEI jinvesti b'mod sinifikanti fit-tranżizzjoni ambjentali fil-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant;

60.

Jistieden lill-BEI jintensifika l-isforzi tiegħu biex jagħti finanzjamenti globali bil-għan li jiddiversifika l-investimenti tiegħu fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, tal-enerġija rinnovabbli u tal-ekonomija ċirkolari, li jirrikjedu risposta aktar estiża mill-ambitu nazzjonali, li tkopri diversi reġjuni, dipartimenti tal-gvern u impriżi iżgħar, u jitlob l-iżvestiment minn proġetti li jippreżentaw riskji serji għall-ambjent u għar-riżorsi naturali;

61.

Jenfasizza l-importanza tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant; jitlob lill-BEI jżid is-self tiegħu lill-Viċinat tal-Lvant sabiex jiġu appoġġati l-investimenti fil-pajjiżi li jkunu qed jimplimentaw ftehimiet ta' assoċjazzjoni mal-UE;

Konformità mar-Regoli tat-Taxxa

62.

Jilqa' l-Qafas tal-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu adottat mill-BEI f'Jannar 2018, li jistabbilixxi l-prinċipji ewlenin li jirregolaw l-AML-CFT u l-aspetti ta' integrità relatati fl-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI;

63.

Jilqa' l-progress li għamel il-BEI biex jadotta l-ogħla standards bl-għan li jipprevjeni l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, il-ħasil tal-flus, u l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, billi applika b'mod sħiħ il-politiki u l-istandards tal-UE, pereżempju l-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal skopijiet ta' taxxa; jistieden lill-BEI, f'dan ir-rigward, biex itemm il-kooperazzjoni mal-intermedjarji, il-pajjiżi u l-ġurisdizzjonijiet li huma elenkati fuq dik il-lista; jissottolinja l-ħtieġa assoluta li l-BEI jibqa' viġilanti kontinwament u li jadatta l-azzjonijiet tiegħu għar-realtà li qiegħda tevolvi b'mod permanenti fir-rigward ta' dawn il-prattiki;

64.

Iħeġġeġ lill-BEI biex ikompli jwettaq diliġenza dovuta msaħħa fuq kull operazzjoni b'fatturi ta' riskju ogħla identifikati, bħal rabta ma' Ġurisdizzjoni Mhux Konformi (NCJ), indikaturi tar-riskju tat-taxxa u operazzjonijiet bi strutturi multiġurisdizzjonali kumplessi irrispettivament mill-eżistenza ta' rabtiet NCJ;

65.

Jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata informazzjoni ta' kwalità għolja dwar il-benefiċjarji finali u li jiġu pprevenuti b'mod effettiv tranżazzjonijiet ma' intermedjarji finanzjarji bħal banek kummerċjali u ditti ta' investiment bi preċedenti negattivi f'termini ta' trasparenza, frodi, korruzzjoni, kriminalità organizzata u ħasil tal-flus;

66.

Jilqa' l-fatt li l-BEI jqis l-impatt tat-taxxa fil-pajjiżi fejn isir l-investiment u kif dan l-investiment jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis fl-inugwaljanza;

67.

Jistieden lill-BEI jżid l-isforzi tiegħu f'termini ta' komunikazzjoni; jemmen li huwa kruċjali li l-BEI jikkomunika maċ-ċittadini sabiex jispjega aħjar l-għanijiet tal-politiki tiegħu u b'hekk juri b'mod konkret il-kontribut tal-UE għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tagħha;

68.

Jistenna li l-BEI jallinja l-politiki interni tiegħu biex jirriflettu l-kuntest ġuridiku adottat dan l-aħħar bil-għan li jkun miġġieled l-evitar tat-taxxa, barra mill-evażjoni tat-taxxa, kif tindika fid-dettall il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2018 dwar ir-rekwiżiti l-ġodda kontra l-evitar tat-taxxa fil-leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola b'mod partikolari l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment C(2018)1756;

69.

Iħeġġeġ il-kooperazzjoni mill-BEI mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex jipprevjenu l-frodi u l-ħasil tal-flus;

Brexit

70.

Iħeġġeġ lin-negozjaturi tal-Brexit biex jaqblu dwar l-eliminazzjoni gradwali tar-Renju Unit mill-portafoll tal-BEI mibni bil-parteċipazzjoni tar-Renju Unit, ir-rimborż tal-kapital imħallas tar-Renju Unit u l-kontinwazzjoni tal-protezzjonijiet estiżi lill-BEI u l-assi tiegħu fir-Renju Unit; jenfasizza li l-klassifikazzjoni AAA tal-BEI ma tridx tiġi affettwata bl-irtirar tar-Renju Unit mill-UE;

71.

Jitlob biex tinstab soluzzjoni ġusta għall-membri tal-persunal Brittaniċi tal-BEI;

72.

Jilqa' l-iżvilupp ta' pjattaformi ta' investiment reġjonali biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fis-suq u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull pajjiż;

73.

Jenfasizza għal darb'oħra l-ħtieġa li titnaqqas id-distribuzzjoni ġeografika diżomoġenja tal-finanzjament tal-BEI, fid-dawl tal-fatt li fl-2017, 70 % minnu ġie allokat lil sitt Stati Membri, minkejja li wieħed mill-objettivi tal-BEI huwa l-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni; jitlob, minflok, distribuzzjoni ġeografika dinamika, ġusta u trasparenti tal-proġetti u tal-investimenti fost l-Istati Membri, b'attenzjoni speċjali għar-reġjuni l-anqas żviluppati;

o

o o

74.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2018)0198.

(2)  ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/145


P8_TA(2019)0044

Integrazzjoni differenzjata

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-integrazzjoni differenzjata (2018/2093(INI))

(2020/C 411/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-ġejjieni tal-Ewropa: riflessjonijiet u xenarji għall-UE27 sal-2025 (COM(2017)2025), u d-dokumenti ta' riflessjoni ta' akkumpanjament dwar il-ġejjieni tal-finanzi tal-UE, dwar il-ġejjieni tad-Difiża Ewropea, dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, dwar il-ġestjoni tal-globalizzazzjoni u dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar problemi kostituzzjonali ta’ governanza b’diversi livelli fl-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0402/2018),

A.

billi l-integrazzjoni differenzjata hija kunċett polisemiku li jista' jiddefinixxi diversi fenomeni mil-lat kemm politiku kif ukoll tekniku;

B.

billi l-proċessi tal-integrazzjoni fl-UE huma kkaratterizzati minn żieda qawwija fl-għadd u d-diversità ta' sitwazzjonijiet li jinvolvu integrazzjoni differenzjata, kemm fil-kuntest ta' leġiżlazzjoni primarja kif ukoll dik sekondarja;

C.

billi l-perċezzjonijiet politiċi tal-integrazzjoni differenzjata jvarjaw b'mod sinifikanti skont il-kuntest nazzjonali; billi f'xi Stati Membri li ilhom membri tal-Unjoni minn iżjed żmien, jista' jkollha konnotazzjonijiet pożittivi u tista' tiġi assoċjata mal-idea li jinħoloq “grupp pijunier” imfassal biex joħloq aktar progress rapidu fit-tisħiħ tal-integrazzjoni, filwaqt li fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fi żmien aktar reċenti, din ta' spiss tinħass bħala perkors li jwassal għall-ħolqien ta' Stati Membri tal-ewwel u tat-tieni klassi;

D.

billi l-integrazzjoni differenzjata tirreferi wkoll għal firxa wiesgħa ta' mekkaniżmi differenti, li kull wieħed minnhom għandu impatt differenti ħafna fuq l-integrazzjoni Ewropea; billi wieħed jista' jagħmel distinzjoni bejn id-differenzjazzjoni temporali, jew Ewropa b'veloċitajiet differenti, fejn l-għanijiet huma l-istess iżda ż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu jvarja, id-differenzjazzjoni tal-modi, jew Europe à la carte, u d-differenzjazzjoni spazjali, spiss iddefinita “ġeometrija varjabbli”;

E.

billi d-differenzjazzjoni kienet karatteristika stabbli tal-integrazzjoni Ewropea, mhux biss fl-oqsma li fihom l-UE għandha kompetenzi, iżda anke f'oqsma oħra, u xi kultant ippermettiet li t-tisħiħ u t-twessigħ tal-UE jiġu segwiti b'mod simultanju; billi, b'konsegwenza ta' dan, wieħed ma jistax jopponi d-differenzjazzjoni u l-integrazzjoni, u lanqas ma jista' jippreżenta d-differenzjazzjoni bħala triq innovattiva għall-ġejjieni tal-Unjoni;

F.

billi, jekk l-integrazzjoni differenzjata tista' tkun soluzzjoni pragmatika biex tixpruna 'l quddiem l-integrazzjoni Ewropea, din għandha tintuża b'kawtela u fi ħdan limiti ddefiniti b'mod strett, fid-dawl tar-riskju tal-frammentazzjoni tal-Unjoni u tal-qafas istituzzjonali tagħha; billi l-għan aħħari tal-integrazzjoni differenzjata għandu jkun li tiġi promossa l-inklużjoni u mhux l-esklużjoni tal-Istati Membri;

G.

billi l-esperjenza turi li filwaqt li l-interdipendenza tikkostitwixxi fattur ta' integrazzjoni, il-politiċizzazzjoni tagħmilha sikwit ta' ostakolu għaliha; billi, b'konsegwenza ta' dan, l-oqsma politiċi tal-UE bi grad akbar ta' integrazzjoni bħall-armonizzazzjoni u r-regolamentazzjoni tas-suq intern huma, fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawk l-inqas politiċizzati, filwaqt li l-integrazzjoni differenzjata tidher interessanti aktar għal dawk l-oqsma kkaratterizzati minn polarizzazzjoni politika għolja, bħall-politika monetarja, id-difiża, il-kontroll tal-fruntieri, id-drittijiet fundamentali jew it-tassazzjoni;

H.

billi l-istabbiliment ta' rabtiet politiċi u ta' interdipendenza bejn l-Istati Membri jagħti kontribut deċiżiv għall-integrazzjoni tagħhom fi ħdan l-Unjoni;

I.

billi t-Trattati jipprevedu l-possibbiltà għall-Istati Membri biex iwettqu perkorsi differenti ta' integrazzjoni, jiġifieri permezz ta' kooperazzjoni msaħħa (l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE)) u kooperazzjoni strutturata permanenti (l-Artikolu 46 tat-TUE) mingħajr, madankollu, ma jinkludu dispożizzjonijiet għal flessibbiltà permanenti jew integrazzjoni differenzjata bħala għan jew prinċipju fit-tul tal-integrazzjoni Ewropea; billi dawn il-perkorsi differenti tal-integrazzjoni għandhom jiġu applikati biss għal għadd limitat ta' politiki, għandhom ikunu inklużivi, sabiex l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jieħdu sehem, u ma għandhomx idgħajfu l-proċess tal-ħolqien ta' Unjoni dejjem eqreb kif preskritt fl-Artikolu 1 tat-TUE; billi, barra minn hekk, kooperazzjoni msaħħa skont il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni issa hija realtà, li tikkontribwixxi għall-bini ta' Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina;

J.

billi bl-eċċezzjoni tat-Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji, il-każijiet eżistenti kollha ta' integrazzjoni differenzjata setgħu ġew adottati fil-Kunsill permezz ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata kieku dan kien previst fl-Artikolu 329(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea minflok l-unanimità;

K.

billi xi forom ta' integrazzjoni differenzjata jista' jkollhom effetti ċentripeti, billi jattiraw aktar Stati Membri biex jissieħbu fl-inizjattiva fi stadju aktar tard;

L.

billi l-proċess tad-differenzazzjoni wassal għall-ħolqien ta' inizjattivi fi ħdan il-qafas ġuridiku tal-UE, iżda anke għal xi arranġamenti ġuridiċi intergovernattivi aktar flessibbli, li wasslu għall-ħolqien ta' sistema kumplessa inkomprensibbli għaċ-ċittadini;

M.

billi l-Istati Membri mhumiex l-uniċi atturi potenzjali tal-integrazzjoni differenzjata; billi r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar ir-raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) (4) diġà jippermetti l-kooperazzjoni transnazzjonali fuq il-bażi ta' interess komuni;

1.

Jinsisti fuq il-fatt li d-dibattitu dwar l-integrazzjoni differenzjata ma għandux ikun dwar l-argument favur id-differenzjazzjoni u dak kontra, iżda dwar l-aħjar mod għat-tħaddim tal-integrazzjoni differenzjata – li diġà hija realtà politika– fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-UE fl-aħjar interessi tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha;

2.

Ifakkar fil-konklużjonijiet tiegħu li l-istrutturi u l-proċessi deċiżjonali intergovernattivi jżidu l-kumplessità tar-responsabbiltà istituzzjonali, inaqqsu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont demokratiku u li, għall-funzjonament tal-Unjoni, il-metodu Komunitarju huwa l-aħjar wieħed;

3.

Iqis li l-integrazzjoni differenzjata għandha tirrifletti l-idea li l-Ewropa ma taħdimx abbażi ta' approċċ ta' universalità u għandha tadatta ruħha għall-ħtiġijiet u għax-xewqat taċ-ċittadini tagħha; jemmen li xi kultant id-differenzjazzjoni tista' tkun meħtieġa sabiex jinbdew proġetti Ewropej ġodda u jingħeleb l-impass li jirriżulta minn ċirkostanzi politiċi nazzjonali mhux relatati mal-proġett komuni; jemmen, barra minn hekk, li din għandha tintuża b'mod pragmatiku bħala għodda kostituzzjonali biex tiġi żgurata l-flessibbiltà mingħajr ma jiddgħajjef l-interess ġenerali tal-Unjoni u d-drittijiet u l-opportunitajiet ugwali taċ-ċittadini tagħha; itenni li d-differenzjazzjoni għandha titqies biss bħala pass temporanju fil-perkors lejn tfassil ta' politika aktar effettiv u integrat;

4.

Iqis li l-Kunsill tal-Ewropa għandu jieħu ż-żmien li jeħtieġ biex isawwar l-aġenda Ewropea billi juri l-benefiċċju ta' azzjonijiet komuni u jipprova jikkonvinċi lill-Istati Membri kollha biex jieħdu sehem fihom; jenfasizza li kwalunkwe tip ta' integrazzjoni differenzjata li jintlaħaq qbil dwarha hija għalhekk it-tieni l-aħjar għażla, u mhux prijorità strateġika;

5.

Itenni l-konvinzjoni tiegħu li, kif previst fl-Artikoli 20 u 46 tat-TUE, l-integrazzjoni differenzjata trid tibqa' miftuħa għall-Istati Membri kollha u trid tibqa' sservi bħala eżempju ta' integrazzjoni Ewropea aktar b'saħħitha fejn l-ebda Stat Membru ma jitħalla barra minn politika fit-tul, u ma għandhiex titqies bħala mezz biex jiġu ffaċilitati soluzzjonijiet à la carte li jheddu li jdgħajfu l-metodu tal-Unjoni u s-sistema istituzzjonali tal-UE;

6.

Jafferma li kwalunkwe forma ta' inizjattiva relatata mad-differenzjazzjoni li twassal għall-ħolqien ta' Stati Membri tal-Unjoni tal-ewwel u tat-tieni klassi, jew għall-perċezzjoni ta' dan, tkun falliment politiku kbir b'konsegwenzi detrimentali għall-proġett tal-UE;

7.

Jappella biex kwalunkwe mudell ta' integrazzjoni differenzjata jitfassal b'tali mod li jingħataw inċentivi u appoġġ lill-Istati Membri li jaspiraw għal “inklużjoni fakultattiva” fl-isforzi tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp u konverżjoni mil-lat ekonomiku bil-ħsieb li jissodisfaw il-kriterji meħtieġa fi żmien raġonevoli;

8.

Iqis li tweġiba xierqa għall-ħtieġa ta' għodod flessibbli hija li tiġi indirizzata waħda mill-kawżi tal-problema; jitlob, għalhekk, li ssir bidla ulterjuri fil-proċeduri tal-votazzjoni tal-Kunsill mill-unanimità għall-maġġoranza kwalifikata, billi tagħmel possibbli l-użu ta' “klawżola passerelle” (l-Artikolu 48(7) tat-TUE);

9.

Jemmen li l-integrazzjoni differenzjata għandha ssir dejjem fi ħdan id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, għandha żżomm l-għaqda tal-istituzzjonijiet tal-UE u ma għandhiex twassal għall-ħolqien ta' arranġamenti istituzzjonali paralleli jew arranġamenti li indirettament imorru kontra l-ispirtu u l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, iżda minflok għandha tippermetti li jiġu stabbiliti korpi speċifiċi fejn xieraq, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u għar-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE; jirrimarka li l-flessibbiltà u l-adattament għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali jistgħu jiġu żgurati wkoll permezz ta' dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni sekondarja;

10.

Jenfasizza li l-integrazzjoni differenzjata ma għandhiex twassal għal proċessi kumplessi ta' teħid tad-deċiżjonijiet li jdgħajfu l-obbligu ta' rendikont demokratiku tal-istituzzjonijiet tal-UE;

11.

Iqis il-Brexit bħala opportunità biex, minn mudelli ta' “esklużjoni fakultattiva”, nimxu lejn mudelli nondiskriminatorji u solidali ta' “inklużjoni fakultattiva”; jenfasizza li dawn il-mudelli ta' “inklużjoni fakultattiva” ma jillimitawx il-progress lejn “għaqda dejjem akbar” għall-aktar denominatur komuni baxx ta' soluzzjoni waħda għal kulħadd, iżda jippermettu l-flessibbiltà meħtieġa għall-progress filwaqt li jitħalla l-bieb miftuħ għall-Istati Membri li jkunu lesti u kapaċi jissodisfaw il-kriterji meħtieġa;

12.

Jitlob li r-reviżjoni li jmiss tat-Trattat iġġib ordni fil-proċess attwali tad-differenzjazzjoni billi ttemm il-prattika ta' nonparteċipazzjonijiet u eċċezzjonijiet permanenti mid-dritt primarju tal-Unjoni għal Stati Membri individwali, peress li dawn iwasslu għal differenzjazzjoni negattiva fid-dritt primarju tal-Unjoni, ixekklu l-omoġeneità tad-dritt tal-Unjoni b'mod ġenerali u jipperikolaw il-koeżjoni soċjali tal-UE;

13.

Jirrikonoxxi, madankollu, li xi perjodi tranżitorji jistgħu jkunu meħtieġa għal membri ġodda fuq bażi strettament eċċezzjonali, temporanja u ta' każ b'każ; jinsisti fuq il-fatt li għandhom jiġu introdotti ċerti dispożizzjonijiet legali ċari u infurzabbli sabiex tiġi evitata t-tkomplija ta' dawn il-perjodi;

14.

Jinsisti, għalhekk, li mbagħad is-sħubija tal-UE tkun tirrikjedi konformità sħiħa mad-dritt primarju tal-Unjoni fl-oqsma ta' politika kollha, filwaqt li dawk il-pajjiżi li jixtiequ relazzjoni mill-qrib mal-UE mingħajr ma jkunu lesti li jimpenjaw ruħhom biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-liġi primarja u li jew mhux se jissieħbu jew ma jistgħux jissieħbu fl-UE għandhom jiġu offruti xi forma ta' sħubija; iqis li din ir-relazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn obbligi li jikkorrispondu għad-drittijiet rispettivi, bħal kontribuzzjoni għall-baġit tal-UE, u għandha tkun kontinġenti fir-rigward tal-aderenza mal-valuri fundamentali tal-Unjoni, mal-istat tad-dritt u, fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq intern, mal-erba' libertajiet;

15.

Jissottolinja l-fatt li r-rispett u s-salvagwardja tal-valuri fundamentali tal-UE huma l-pedament tal-Unjoni Ewropea, komunità msejsa fuq il-valuri, u jgħaqqdu lill-Istati Membri flimkien; iqis, għalhekk, li d-differenzjazzjoni ma għandhiex tkun permissibbli fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet u l-valuri fundamentali eżistenti stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE; jinsisti, barra minn hekk, li d-differenzjazzjoni ma għandhiex tkun possibbli f'oqsma ta' politika fejn l-Istati Membri mhux parteċipanti jistgħu joħolqu esternalitajiet negattivi, bħal dumping ekonomiku u soċjali; jitlob li l-Kummissjoni teżamina bir-reqqa l-effetti ċentrifuġi potenzjali, inkluż fit-terminu twil, meta tressaq il-proposti tagħha għal kooperazzjoni msaħħa;

16.

Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu sabiex tiġi definita sħubija bil-għan li tiġi stabbilita għaqda ta' sħab madwar l-UE għall-istati li ma jistgħux jew mhux se jissieħbu fl-Unjoni, iżda li madankollu jixtiequ relazzjoni mill-qrib mal-UE (5);

17.

Jissuġġerixxi li, wara ċertu numru ta' snin, meta titnieda kooperazzjoni msaħħa minn għadd ta' stati li jirrappreżentaw maġġoranza kkwalifikata fil-Kunsill u wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament, tiġi stabbilita proċedura speċjali li tippermetti l-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni msaħħa fl-acquis tal-UE;

18.

Jissottolinja l-fatt li l-flessibbiltà u d-differenzjazzjoni għandhom jimxu id f'id mat-tisħiħ ta' regoli komuni f'oqsma ewlenin sabiex jiġi żgurat li d-differenzjazzjoni ma twassalx għal frammentazzjoni politika; iqis, għalhekk, li qafas istituzzjonali Ewropej ġejjieni għandu jinkludi Pilastri Ewropej inevitabbli dwar id-drittijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

19.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-kooperazzjoni reġjonali taqdi rwol importanti fit-tisħiħ tal-integrazzjoni Ewropea u jqis li l-iżvilupp ulterjuri tagħha għandu potenzjal b'saħħtu biex jikkonsolida u jsaħħaħ l-integrazzjoni billi din tiġi adattata għall-ispeċifiċitajiet lokali u għar-rieda ta' kooperazzjoni;

20.

Jissuġġerixxi li għandhom jiġu żviluppati għodod adattati fi ħdan id-dritt tal-Unjoni u baġit stabbilit għall-ittestjar ta' inizjattivi transkonfinali fi ħdan l-UE dwar kwistjonijiet ta' interess għall-UE kollha, li eventwalment ikunu jistgħu jinbidlu fi proposti leġiżlattivi jew f'każijiet ta' kooperazzjoni msaħħa;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.

(2)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.

(3)  ĠU C 468, 15.12.2016, p. 176.

(4)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.

(5)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 207.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/149


P8_TA(2019)0045

Inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE (2018/2096(INI))

(2020/C 411/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u d-dispożizzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3(7) tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (l-Artikolu 116(7) tar-Regoli ta' Proċedura) għas-snin 2014-2015 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5),

wara li kkunsidra l-Artikoli 2.6 u 2.7 tal-Kontribuzzjoni tal-LIX COSAC, adottata waqt il-laqgħa plenarja tiegħu f'Sofija fis-17-19 ta' Ġunju 2018,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew fuq l-investigazzjoni strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0420/2018),

A.

billi l-Artikolu 228 tat-TFUE u l-Artikolu 3 tal-Istatut tal-Ombudsman jipprevedu li l-Ombudsman tagħmel stħarriġ li taħseb li jkun ġustifikat, sew fuq inizjattiva tagħha stess sew abbażi ta' lmenti;

B.

billi l-Artikoli 1 u 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jistabbilixxu li d-deċiżjonijiet fil-livell tal-Unjoni jridu jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin;

C.

billi l-Parlament Ewropew, bħala l-istituzzjoni li tirrappreżenta direttament liċ-ċittadini, u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jirrappreżenta lill-Istati Membri, huma ż-żewġ komponenti tal-leġiżlatura Ewropea li jikkostitwixxu l-għajn dupliċi tal-leġittimità tal-Unjoni Ewropea;

D.

billi l-Parlament Ewropew jaħdem bi grad għoli ta' trasparenza fil-proċedura leġiżlattiva tiegħu, inkluż fil-fażi tal-kumitati, b'hekk liċ-ċittadini, lill-midja u lill-partijiet ikkonċernati jkunilhom possibbli jidentifikaw b'mod ċar id-diversi pożizzjonijiet fi ħdan il-Parlament u l-oriġini tal-proposti speċifiċi, kif ukoll isegwu l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet finali;

E.

billi skont l-Artikolu 16(8) tat-TUE, il-Kunsill jiltaqa' fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota dwar abbozz ta' att leġiżlattiv.

F.

billi l-Kunsill jieħu l-maġġoranza tad-deċiżjonijiet li jistgħu jsiru b'votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata (VMK) b'kunsens u mingħajr vot formali;

G.

billi l-Ombudsman tat bidu għal investigazzjoni fir-rigward tat-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill, u ressqet 14-il mistoqsija lill-Kunsill fl-10 ta' Marzu 2017 u nediet konsultazzjoni pubblika;

H.

billi b'segwitu għall-investigazzjoni, l-Ombudsman sabet li n-nuqqas ta' trasparenza mill-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti leġiżlattivi tiegħu u l-prattiki attwali tal-Kunsill fir-rigward tat-trasparenza fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet – speċifikament matul il-fażi preparatorja fil-livell tal-Coreper u fil-livell tal-grupp ta' ħidma – jikkostitwixxu amministrazzjoni ħażina;

I.

billi fid-9 ta' Frar 2018 l-Ombudsman għamlet sitt suġġerimenti għal titjib u fformulat tliet rakkomandazzjonijiet speċifiċi lill-Kunsill rigward it-trasparenza tal-korpi preparatorji tiegħu, u talbet tweġiba mingħand il-Kunsill;

J.

billi l-Kunsill ma tax tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet li jinstabu fir-rapport tal-Ombudsman fl-iskeda ta' żmien ta' tliet xhur preskritta b'mod legali u, fid-dawl tal-importanza tal-kwistjoni tat-trasparenza leġiżlattiva, l-Ombudsman iddeċidiet li ma tagħti l-ebda estensjoni lill-Kunsill lil hinn mill-iskadenza, u ppreżentat ir-rapport lill-Parlament Ewropew;

1.

Jinsab tassew imħasseb li l-Unjoni Ewropea qed tiġi kkritikata b'mod komuni li hija defiċjenti mill-aspett demokratiku; jenfasizza, għalhekk, li t-teħid ta' deċiżjonijiet minn waħda mit-tliet istituzzjonijiet ewlenin tagħha mingħajr it-trasparenza li hija mistennija minn stabbiliment demokratiku huwa ta' detriment għal dan il-proġett ambizzjuż Ewropew;

2.

Jinsab tassew konvint li t-teħid demokratiku u trasparenti ta' deċiżjonijiet fil-livell Ewropew huwa indispensabbli biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew u fl-istituzzjonijiet tal-UE, speċjalment fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju 2019, u għaldaqstant huwa determinat li jsaħħaħ l-obbligu ta' rendikont demokratiku tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE;

3.

Jaqbel mal-Ombudsman dwar il-fatt li l-garanzija li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jifhmu, isegwu fid-detall u jipparteċipaw fil-progress tal-leġiżlazzjoni huwa rekwiżit ġuridiku konformi mat-Trattati u rekwiżit bażiku għal demokrazija moderna;

4.

Jenfasizza li grad għoli ta' trasparenza tal-proċess leġiżlattiv huwa essenzjali biex iċ-ċittadini, il-midja u l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jżommu lir-rappreżentanti eletti tagħhom u lill-gvernijiet tagħhom responsabbli ta' għemilhom;

5.

Jemmen li livell għoli ta' trasparenza jagħmilha ta' garanzija kontra l-ħolqien ta' spekulazzjoni, aħbarijiet foloz u teoriji tal-konfoffa, billi jipprovdi bażi fattwali għar-rifjut pubbliku ta' dawn it-talbiet;

6.

Ifakkar li l-Parlament Ewropew jirrappreżenta l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b'mod miftuħ u trasparenti, kif ikkonfermat mill-Ombudsman, u jieħu nota tal-progress li sar mill-Kummissjoni fit-titjib tal-istandards ta' trasparenza tagħha; jiddispjaċih li l-Kunsill għadu ma jsegwix standards paragunabbli;

7.

Jindika li x-xogħol tal-korpi preparatorji tal-Kunsill, jiġifieri l-Kumitati tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper I + II) u 'l fuq minn 150 grupp ta' ħidma, huwa parti integrali tal-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill;

8.

Jiddeplora l-fatt li, bil-maqlub tal-laqgħat tal-kumitati fi ħdan il-Parlament Ewropew, il-laqgħat tal-korpi preparatorji tal-Kunsill kif ukoll il-maġġoranza tad-dibattiti fil-Kunsill isiru bil-magħluq; jemmen li ċ-ċittadini, il-midja u l-partijiet ikkonċernati għandu jkollhom aċċess b'mezzi xierqa għal-laqgħat tal-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu, anke permezz ta' livestreaming u xandir dirett fuq l-internet, kif ukoll li l-minuti ta' dawn il-laqgħat għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' trasparenza fil-proċess leġiżlattiv fiż-żewġ komponenti tal-leġiżlatura Ewropea; jenfasizza li, skont il-prinċipju tal-leġittimità demokratika, il-pubbliku jeħtieġlu jkun jista' jżomm iż-żewġ komponenti tal-leġiżlatura responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom;

9.

Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill ma jippubblikax b'mod proattiv il-biċċa l-kbira tad-dokumenti relatati mal-fajls leġiżlattivi, u dan jipprevjeni liċ-ċittadini milli jkunu jafu liema dokumenti fil-fatt jeżistu, u għaldaqstant jillimita l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom li jitolbu aċċess għad-dokumenti; jiddispjaċih li l-informazzjoni disponibbli dwar dokumenti leġiżlattivi hija ppreżentata mill-Kunsill f'reġistru li mhuwiex komplet u faċli biex jintuża; jistieden lill-Kunsill jelenka fir-reġistru pubbliku tiegħu d-dokumenti kollha relatati mal-fajls leġiżlattivi, irrispettivament mill-format u l-klassifikazzjoni tagħhom; jinnota, f'dan ir-rigward, l-isforzi li saru mill-Kummissjoni, mill-Parlament u mill-Kunsill biex tinħoloq bażi ta' data konġunta għall-fajls leġiżlattivi u jenfasizza li t-tliet istituzzjonijiet kollha għandhom responsabbiltà biex jiffinalizzaw malajr dan ix-xogħol;

10.

Iqis li l-prattika tal-Kunsill, skont liema d-dokumenti mqassma fil-korpi preparatorji tiegħu relatati ma' fajls leġiżlattivi jiġu kklassifikati sistematikament bħala “LIMITE”, hija ksur tal-ġurisprudenza (6) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u tar-rekwiżit ġuridiku li għandu jkun hemm l-aċċess pubbliku l-aktar wiesa' possibbli għad-dokumenti leġiżlattivi; jistieden lill-Kunsill jimplimenta bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-QĠUE u jabolixxi l-inkonsistenzi eżistenti u l-prattiki diverġenti; ifakkar li l-klassifikazzjoni ''LIMITE'' ma għandha l-ebda bażi ġuridika soda u jqis li l-linji gwida interni tal-Kunsill għandhom jiġu riveduti sabiex jiġi garantit li d-dokumenti jkunu kklassifikati biss bħala “LIMITE” f'każijiet debitament ġustifikati li jkunu konformi mal-ġurisprudenza tal-QĠUE;

11.

Jiddeplora l-fatt li wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Access Info Europe fl-2013, COREPER iddeċieda li bħala regola, l-awtur tad-dokument għandu jirreġistra l-ismijiet tal-Istati Membri fid-dokumenti relatati ma' proċeduri leġiżlattivi li jinsabu għaddejjin “fejn xieraq”; iqis bħala inaċċettabbli li l-pożizzjonijiet fil-korpi preparatorji tal-Kunsill li jieħdu l-Istati Membri individwali ma huma la ppubblikati u lanqas sistematikament irreġistrati, b'hekk ikun impossibbli għaċ-ċittadini, għall-mezzi tal-komunikazzjoni u għall-partijiet ikkonċernati jagħmlu skrutinju effikaċi tal-imġiba tal-gvernijiet eletti tagħhom;

12.

Jindika li dan in-nuqqas ta' informazzjoni jxekkel ukoll il-kapaċità tal-parlamenti nazzjonali li jikkontrollaw l-azzjonijiet tal-gvernijiet nazzjonali fil-Kunsill, li hija l-funzjoni essenzjali tal-parlamenti nazzjonali fil-proċedura leġiżlattiva tal-UE, u jippermetti lill-membri tal-gvernijiet nazzjonali jitbiegħdu, fl-isfera nazzjonali, mid-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu fil-livell Ewropew li jkunu sawru u ħadu huma stess; iqis li din il-prattika tmur kontra l-ispirtu tat-Trattati u huwa irresponsabbli li l-membri tal-gvernijiet nazzjonali jimminaw il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea billi “jwaħħlu fi Brussell” għad-deċiżjonijiet li huma stess kienu involuti fihom; jargumenta li rekord sistematiku tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri fil-korpi preparatorji tal-Kunsill jaġixxi bħala diżinċentiv għal din il-prattika u jrid jitwaqqaf immedjatament; jinnota li din il-prattika hija għall-vantaġġ ta' politikanti li jfittxu li jnaqqsu l-leġittimità tal-UE fl-għajnejn tal-pubbliku;

13.

Iqis bħala inkompatibbli mal-prinċipji demokratiċi l-fatt li, fin-negozjati interistituzzjonali bejn il-koleġiżlaturi, in-nuqqas ta' trasparenza fil-Kunsill iwassal għal żbilanċ fir-rigward tal-informazzjoni disponibbli u b'hekk għal vantaġġ strutturali tal-Kunsill fuq il-Parlament Ewropew; itenni l-appell tiegħu għat-titjib fl-iskambju tad-dokumenti u tal-informazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill u għall-għoti ta' aċċess lir-rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kunsill u tal-korpi tiegħu, partikolarment fil-każ tal-leġiżlazzjoni, b'mod ekwivalenti għal dak li bih il-Parlament jagħti aċċess lill-Kunsill għal-laqgħat tiegħu;

14.

Ifakkar li wara l-inkjesta strateġika mill-Ombudsman dwar it-trasparenza tat-trilogi, ir-rakkomandazzjonijiet ma ġewx adottati, l-aktar minħabba r-riluttanza tal-Kunsill; jemmen li, minħabba li t-trilogi saru prattika komuni biex jintlaħqu ftehimiet dwar fajls leġiżlattivi, għandu japplika għalihom livell għoli ta' trasparenza; iqis li dan għandu jinkludi pubblikazzjoni proattiva tad-dokumenti rilevanti, id-definizzjoni ta' kalendarju interistituzzjonali u regola ġenerali skont liema n-negozjati jistgħu jibdew biss wara l-adozzjoni ta' mandati pubbliċi, f'konformità mal-prinċipji ta' pubbliċità u trasparenza inerenti fil-proċess leġiżlattiv tal-UE;

15.

Jesiġi li l-Kunsill, bħala wieħed miż-żewġ komponenti tal-leġiżlatura Ewropea, jallinja l-metodi ta' ħidma tiegħu mal-istandards ta' demokrazija parlamentari u parteċipatorja kif meħtieġ skont it-Trattati, pjuttost milli jaġixxi ta' forum diplomatiku, li mhuwiex il-funzjoni maħsuba tiegħu;

16.

Huwa tal-opinjoni li l-gvernijiet tal-Istati Membri jċaħħdu liċ-ċittadini mid-dritt tagħhom għall-informazzjoni u jevitaw standards ta' trasparenza kif ukoll kontroll demokratiku xieraq billi jħejju jew jiddeterminaw minn qabel deċiżjonijiet ekonomiċi u finanzjarji estensivi f'formati informali bħall-Grupp tal-Euro u s-Summit taż-Żona tal-Euro; jinsisti li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti tiġi applikata mingħajr dewmien lill-korpi informali u lill-korpi preparatorji fi ħdan il-Kunsill, b'mod partikolari l-Grupp tal-Euro, il-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro, il-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju; jitlob li l-Grupp tal-Euro jiġi formalizzat b'mod sħiħ fir-reviżjoni li jmiss tat-Trattati sabiex jiġu ggarantiti aċċess pubbliku u skrutinju parlamentari xierqa;

17.

Itenni t-talba tiegħu li l-Kunsill jiġi ttrasformat f'kamra leġiżlattiva reali, biex b'hekk tinħoloq sistema leġiżlattiva ġenwinament bikamerali li tinvolvi lill-Kunsill u lill-Parlament, fejn il-Kummissjoni taġixxi bħala l-eżekuttiv; jissuġġerixxi l-involviment tal-konfigurazzjonijiet leġiżlattivi speċjalizzati tal-Kunsill bħala korpi preparatorji għal Kunsill leġiżlattiv wieħed, li jiltaqa' fil-pubbliku, b'mod simili għall-funzjonament tal-kumitati fil-Parlament Ewropew, u d-deċiżjonijiet leġiżlattivi finali kollha jittieħdu fil-Kunsill leġiżlattiv wieħed;

18.

Iqis il-vot pubbliku bħala karatteristika fundamentali tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod demokratiku; iħeġġeġ lill-Kunsill jirrikorri għall-possibbiltà tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata (VMK), u jastjeni, meta possibbli, mill-prattika skont liema jieħu d-deċiżjonijiet b'kunsens u mingħajr vot formali pubbliku;

19.

Japprova bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet li fformulat l-Ombudsman Ewropew lill-Kunsill u jħeġġeġ lill-Kunsill, almenu, jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jimplimenta mill-aktar fis possibbli r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, u speċifikament:

a)

jirreġistra b'mod sistematiku l-identità tal-gvernijiet tal-Istati Membri meta jesprimu pożizzjonijiet f'korpi preparatorji;

b)

jiżviluppa kriterji ċari u disponibbli pubblikament għal kif jikklassifika d-dokumenti tiegħu bħala “LIMITE”, f'konformità mad-dritt tal-UE;

c)

jirrevedi b'mod sistematiku l-istatus “LIMITE” tad-dokumenti fi stadju bikri, qabel l-adozzjoni finali ta' att leġiżlattiv, inkluż qabel ma jibdew in-negozjati informali fit-trilogi, f'liema punt il-Kunsill ikun laħaq pożizzjoni inizjali dwar il-proposta;

20.

Iqis li ma jistgħux jintużaw referenzi għal segretezza professjonali biex id-dokumenti jinżammu b'mod sistematiku milli jiġu rreġistrati jew ddivulgati;

21.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni li saret mill-Presidenza Awstrijaka lill-kumitat konġunt għall-Affarijiet Kostituzzjonali u għall-Petizzjonijiet, fejn indikat il-ħtieġa li l-Parlament Ewropew jinżamm infurmat dwar il-progress tar-riflessjonijiet li għaddejjin bħalissa tal-Kunsill dwar kif għandhom jitjiebu r-regoli u l-proċeduri tiegħu fir-rigward tat-trasparenza leġiżlattiva u fejn espremiet r-rieda tagħha li tinvolvi ruħha mal-Parlament fil-livell xieraq f'riflessjoni konġunta dwar dawn is-suġġetti li jeħtieġu koordinazzjoni interistituzzjonali u jiddispjaċih li sa issa ma ġie ppreżentat l-ebda kontribut lill-Parlament Ewropew.

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(2)  ĠU C 66, 21.2.2018, p. 23.

(3)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.

(4)  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 120.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2018)0225.

(6)  Għall-prinċipju tal-aċċess pubbliku l-aktar wiesa' possibbli, ara: Il-Kawżi Magħquda C-39/05 P u C-52/05 P L-Iżvezja u Turco vs Il-Kunsill [2008] ECLI:EU:C:2008:374, para. 34; il-Kawża C-280/77 P Il-Kunsill vs Access Info Europe [2013] ECLI:EU:C:2013:671, para. 27; u l-Kawża T-540/15 De Capitani vs Il-Parlament [2018] ECLI:EU:T:2018:167, para. 80.


Il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2019

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/153


P8_TA(2019)0054

Rapport Annwali 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – il-ġlieda kontra l-frodi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi (2018/2152(INI))

(2020/C 411/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 310(6) u 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-3 ta' Settembru 2018 intitolat “Id-29 Rapport Annwali dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-Frodi – 2017” (COM(2018)0553) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjawh ((SWD(2018)0381), (SWD(2018)0382), (SWD(2018)0383), (SWD(2018)0384), (SWD(2018)0385), u (SWD(2018)0386)),

wara li kkunsidra r-Rapport 2017 tal-OLAF (1) u r-Rapport ta' Attività 2017 tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF,

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 8/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-22 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2018 biex jiġi emendat ir-Regolament Nru 883/2013 dwar l-OLAF Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet,

wara li kkunsidra ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tiegħu, ippubblikata mill-Kummissjoni fit-2 ta’ Ottubru 2017 (COM(2017)0589),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/1371 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-Direttiva PIF),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1939 (4) tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-2015 ikkummissjonat mill-Kummissjoni u intitolat “Studju biex jikkwantifika u janalizza d-distakk tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE-27” u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' April 2016 dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT intitolata “Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu” (COM(2016)0148),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-105/14 (6), proċeduri kriminali kontra Ivo Taricco et,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-42/17 (7), proċeduri kriminali kontra M.A.S u M.B.,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-rwol tal-informaturi fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE (8),

wara li kkunsidra r-rapport ta' progress tat-12 ta' Mejju 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “L-intensifikar tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u forom oħra ta' kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk – strateġija komprensiva tal-UE ((COM(2013)0324) 6.6.2013))” (COM(2017)0235),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2011 bit-titolu “Nissieltu kontra l-Korruzzjoni fl-UE” (COM(2011)0308),

wara li kkunsidra r-rapport ikkoordinat mill-OLAF intitolat “Il-frodi fl-akkwist pubbliku – ġabra ta' senjalazzjonijiet ta' allarm u l-aħjar prattiki”, ippubblikat fl-20 ta' Diċembru 2017, u l-manwal tal-2017 tal-OLAF dwar “Ir-Rapportar ta' irregolaritajiet fil-ġestjoni konġunta”,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – L-irkupru ta' flus u assi minn pajjiżi terzi f'każijiet ta' frodi (10),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-UE Kontra l-korruzzjoni, maħruġ mill-Kummissjoni fit-3 ta' Frar 2014 (COM(2014)0038),

wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 19/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat “Proċeduri ta' importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE”,

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 9/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri rigward il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027” (COM(2018)0321),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-frodi doganali u l-protezzjoni tar-riżorsi proprji tal-UE (11),

wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 26/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-10 ta' Ottubru 2018 intitolat “Bosta dewmien fis-Sistemi tal-IT doganali: x'mar ħażin?”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0003/2019),

A.

billi de jure l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom responsabbiltà kondiviża għall-implimentazzjoni ta' 74 % tal-baġit tal-Unjoni għall-2017; billi de facto, madankollu, l-Istati Membri jonfqu dawk ir-riżorsi u l-Kummissjoni hija responsabbli għas-superviżjoni tagħhom permezz tal-mekkaniżmi ta' kontroll tagħha;

B.

billi l-infiq pubbliku bil-għaqal u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE għandhom ikunu elementi ewlenin tal-politika tal-UE biex iżidu l-fiduċja taċ-ċittadini billi jiżguraw li flushom jintużaw b'mod korrett u effikaċi;

C.

billi l-Artikolu 310(6) tat-TFUE jiddikjara li “L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 325, jiġġieldu l-frodi u kwalunkwe attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni”;

D.

billi l-kisba ta' prestazzjoni tajba permezz ta' proċessi ta' simplifikazzjoni tinvolvi valutazzjoni regolari ta' inputs, outputs, eżiti u impatti permezz ta' awditi tal-prestazzjoni;

E.

billi d-diversità fis-sistemi ġuridiċi u amministrattivi fl-Istati Membri għandha tiġi indirizzata b'mod adegwat biex jingħelbu l-irregolaritajiet u tiġi miġġielda l-frodi; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk iżżid l-isforzi tagħha biex tiżgura li l-ġlieda kontra l-frodi tiġi implimentata b'mod effettiv u tipproduċi riżultati aktar tanġibbli u sodisfaċenti;

F.

billi l-Artikolu 325(2) TFUE jiddikjara li “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-istess miżuri sabiex jikkumbattu l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni bħal ma jieħdu sabiex jikkumbattu l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tagħhom stess”;

G.

billi l-UE għandha dritt ġenerali li taġixxi fil-qasam tal-politiki kontra l-korruzzjoni fil-limiti stabbiliti mit-TFUE; billi l-Artikolu 67 tat-TFUE jistipula l-obbligu tal-Unjoni li tiżgura livell għoli ta' sigurtà, inkluż permezz tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-kriminalità u l-approssimazzjoni tal-liġijiet kriminali; billi l-Artikolu 83 tat-TFUE jelenka l-korruzzjoni bħala wieħed mir-reati partikolarment gravi b'dimensjoni transkonfinali;

H.

billi l-Artikolu 325(3) tat-TFUE jiddikjara li “l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom li tkun immirata sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni kontra l-frodi. Għal dan l-għan huma għandhom jorganizzaw, flimkien mal-Kummissjoni, koperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti”;

I.

billi l-korruzzjoni hija mifruxa fost l-Istati Membri u tirrappreżenta theddida serja għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li min-naħa tagħha thedded il-fiduċja fl-amministrazzjoni pubblika;

J.

billi l-VAT hija sors ta' dħul importanti għall-baġits nazzjonali u billi r-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT kienu jikkostitwixxu 12,1 % tal-baġit totali tal-UE fl-2017;

K.

billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 6902/05 tal-14 ta' April 2005 dwar politika komprensiva tal-UE kontra l-korruzzjoni stiednet lill-Kummissjoni tikkunsidra l-opzjonijiet kollha vijabbli, bħall-parteċipazzjoni fi GRECO jew mekkaniżmu ta' valutazzjoni u ta' monitoraġġ tal-istrumenti tal-UE b'rabta mal-iżvilupp ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ reċiproku;

L.

billi l-każijiet sistematiċi u istituzzjonalizzati ta' korruzzjoni f'ċerti Stati Membri jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-UE filwaqt li jirrappreżentaw ukoll theddida għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

M.

billi r-Rapport tal-Ewrobarometru Speċjali 470 dwar il-Korruzzjoni, ippubblikat f'Diċembru 2017, iddikjara li l-perċezzjonijiet tal-korruzzjoni u l-attitudnijiet ġenerali lejha baqgħu stabbli meta mqabbla mal-2013, li jindika li ma ntwera ebda riżultat konkret f'termini ta' titjib ta' fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fl-istituzzjonijiet tagħhom;

Identifikazzjoni u rapportar ta' irregolaritajiet

1.

Jinnota b'sodisfazzjoni li l-għadd totali ta' irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti rrapportati fl-2017 (15 213-il każ) kien 20,8 % anqas milli fl-2016 (19 080 każ) u li l-valur tagħhom naqas bi 13 % (minn EUR 2,97 biljun fl-2016 għal EUR 2,58 biljun fl-2017);

2.

Jindika li mhux l-irregolaritajiet kollha huma frawdolenti u li għandha ssir distinzjoni ċara bejn l-iżbalji mwettqa;

3.

Josserva li, meta mqabbel mas-sena preċedenti, l-għadd ta' irregolaritajiet irrapportati bħala frawdolenti niżel bi 19,3 %, fatt li kkonferma t-tendenza lejn 'l isfel li bdiet fl-2014; jittama li n-niżla tirrifletti tnaqqis reali tal-frodi u mhux tan-nuqqasijiet f'termini ta' detezzjoni;

4.

Jikkunsidra li jkun aħjar li l-Istati Membri jikkooperaw aktar mill-qrib fir-rigward tal-iskambji ta' informazzjoni, kemm biex itejbu l-ġbir ta' data kif ukoll biex itejbu l-effikaċja tal-kontrolli;

5.

Jiddeplora l-fatt li aktar minn nofs l-Istati Membri ma adottawx strateġiji nazzjonali kontra l-frodi (NAFS); jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri li fadal jipproċedu għall-adozzjoni ta' NAFS;

6.

Jistieden mill-ġdid lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi sistema uniformi għall-ġbir ta' data komparabbli dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet ta' frodi mill-Istati Membri sabiex tistandardizza l-proċess ta' rapportar u tiżgura l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta;

7.

Jirrimarka li ħafna Stati Membri m'għandhomx liġijiet speċifiċi kontra l-kriminalità organizzata, filwaqt li l-involviment tagħha f'attivitajiet u setturi transkonfinali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, bħall-kuntrabandu jew l-iffalsifikar tal-flus, qiegħed dejjem jikber;

8.

Jesprimi tħassib dwar il-kontrolli relatati mal-istrumenti finanzjarji ġestiti minn intermedjarji u d-dgħufiji misjuba fil-verifika tal-uffiċċji rreġistrati tal-benefiċjarji; jenfasizza l-ħtieġa li l-iżburżar ta' self dirett u indirett ikun kondizzjonali għall-pubblikazzjoni ta' data fiskali u kontabbiltà għal kull pajjiż, u fuq l-iżvelar ta' informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja mill-benefiċjarji u l-intermedjarji finanzjarji involuti fl-operazzjonijiet ta' finanzjament;

Dħul – riżorsi proprji

9.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li skont l-istatistika tal-Kummissjoni, id-distakk tal-VAT fl-2016 kien jammonta għal EUR 147 biljun, li jirrappreżenta aktar minn 12 % tad-dħul totali mistenni mill-VAT, u li l-Kummissjoni tistma li l-każijiet ta' frodi tal-VAT intra-Komunitarju jiswew lill-Unjoni madwar EUR 50 biljun fis-sena;

10.

Jilqa' l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-VAT tas-7 ta' April 2016 immirat biex jirriforma l-qafas tal-VAT, u t-13-il proposta leġiżlattiva adottati mill-Kummissjoni minn Diċembru 2016 'l hawn li jindirizzaw il-bidla lejn skema definittiva tal-VAT, li tneħħi l-ostakli tal-VAT għall-kummerċ elettroniku, tirrevedi l-iskema tal-VAT għall-SMEs, timmodernizza l-politika tar-rati tal-VAT u tindirizza d-distakk tal-VAT; jinnota li l-proposta ta' “sistema definittiva” tista' teqred il-Frodi Intra-Komunitarja b'Negozjant Nieqes (MTIC), iżda ma tidħolx fis-seħħ qabel l-2022; jistieden lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw malajr ir-riforma tas-sistema tal-VAT u jieħdu azzjonijiet aktar immedjati biex fil-frattemp jikkontrollaw il-ħsara, inkluż fil-qafas tal-Eurofisc, l-OLAF, l-EUROPOL u l-UPPE futur;

11.

Jilqa' s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża M.A.S. (C-42/17), li teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li pieni kriminali effettivi u ta' deterrent jiġu adottati f'każijiet ta' frodi serji li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE fir-rigward tal-VAT, skont l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 325(1) u (2) tat-TFUE;

12.

Jiddispjaċih li investigazzjoni mill-OLAF fil-frodi doganali fir-Renju Unit konkluża fl-2017 żvelat evażjoni sostanzjali tal-VAT b'konnessjoni ma' importazzjonijiet fir-Renju Unit permezz ta' abbuż tas-sospensjoni ta' ħlas tal-VAT, jew l-hekk imsejħa proċedura doganali 42 (CP42); jilqa' l-proċedura ta' qabel il-ksur kontra r-Renju Unit imnedija mill-Kummissjoni f'Mejju 2018; ifakkar li dan it-telf huwa stmat b'mod kumulattiv li huwa madwar EUR 3,2 biljun għall-perjodu 2013-2016, li jirrappreżenta wkoll telf għall-baġit tal-UE; huwa mħasseb li l-emendi adottati dan l-aħħar għar-Regolament (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri li jsaħħu l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT (12) jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jegħlbu l-frodi tas-CP42 u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra strateġiji ġodda sabiex tintraċċa oġġetti tas-CP42 fl-UE;

13.

Jilqa' l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/20108, adottata fit-2 ta' Ottubru 2018, u jispera li kooperazzjoni msaħħa se tindirizza b'mod effiċjenti aspetti ewlenin ta' frodi transkonfinali fis-suq uniku, bħall-frodi tal-MTIC;

14.

Jilqa' l-adozzjoni tad-Direttiva PIF, li tiċċara l-kwistjonijiet ta' kooperazzjoni transkonfinali u ta' assistenza legali reċiproka bejn l-Istati Membri, l-Eurojust, l-UPPE u l-Kummissjoni fl-indirizzar tal-frodi tal-VAT;

15.

Jenfasizza, f'dan ir-rigward, is-serjetà tas-sitwazzjoni attwali rigward il-frodi li tinvolvi n-nuqqas ta' ħlas tal-VAT, b'mod partikolari l-hekk imsejħa frodi karusell; jistieden lill-Istati Membri kollha jipparteċipaw f'kull wieħed mill-oqsma ta' attività tal-Eurofisc sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni bl-għan li tiġi megħjuna l-ġlieda kontra l-frodi;

16.

Ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat f'diversi okkażjonijiet li l-VAT hija interess finanzjarju tal-Unjoni, l-aktar reċenti fil-każ Taricco (C-105/14); jinnota madankollu li l-OLAF rarament jagħmel investigazzjonijiet ta' irregolaritajiet li jirrigwardaw il-VAT minħabba nuqqas ta' strumenti; jistieden lill-Istati Membri japprovaw il-proposta tal-Kummissjoni li tipprovdi strumenti ġodda lill-OLAF sabiex jittratta l-każijiet tal-VAT, bħal aċċess għall-Eurofisc, għall-VIES jew informazzjoni dwar il-kontijiet tal-bank;

17.

Josserva l-andament stabbli tal-għadd ta' każijiet frawdolenti u mhux frawdolenti rrapportati marbuta mar-riżorsi proprji tradizzjonali (4 647 fl-2016 u 4 636 fl-2017), kif ukoll l-ammonti involuti (EUR 537 miljun fl-2016 u EUR 502 miljun fl-2017); jinnota madankollu d-distribuzzjoni irregolari tal-irregolaritajiet fost l-Istati Membri, bil-Greċja (7,17 %), Spanja (4,31 %) u l-Ungerija (3,35 %) ferm ogħla mill-medja tal-UE ta' 1,96 % relatata mar-riżorsi proprji tradizzjonali mhux miġbura;

18.

Jinnota bi tħassib kbir li l-kuntrabandu tat-tabakk lejn l-UE intensifika f'dawn l-aħħar snin u, skont l-estimi, jirrappreżenta telf annwali ta' EUR 10 biljun fi dħul pubbliku għall-baġits tal-UE u tal-Istati Membri, filwaqt li fl-istess ħin huwa sors kbir ta' kriminalità organizzata, inkluż it-terroriżmu; jikkunsidra li huwa neċessarju li l-Istati Membru jżidu l-isforzi tagħhom sabiex jiġġieldu dawn l-attivitajiet illegali, pereżempju billi jtejbu l-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri;

19.

Jemmen li kombinazzjoni ta' metodi ta' detezzjoni differenti (kontrolli tar-rilaxx, kontrolli ta' wara r-rilaxx, spezzjonijiet minn servizzi ta' kontra l-frodi u oħrajn) hija l-aktar effiċjenti għad-detezzjoni tal-frodi u li l-effiċjenza ta' kull metodu tiddependi fuq l-Istat Membru kkonċernat, il-koordinazzjoni effiċjenti tal-amministrazzjoni tiegħu u l-abbiltà tas-servizzi rilevanti tal-Istati Membri li jikkomunikaw ma' xulxin;

20.

Iqis bħala inkwetanti l-fatt li ċerti Stati Membri regolarment ma jirrapportaw l-ebda każ ta' frodi; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga s-sitwazzjoni, inkwantu tqis pjuttost baxxa l-probabbiltà li tali Stati Membri huma ġenna tal-art fejn il-frodi ma teżistix; jistieden lill-Kummissjoni twettaq kontrolli fuq il-post f'dawn il-pajjiżi;

21.

Jinnota b'dispjaċir li r-rata medja ta' rkupru fil-każijiet irrapportati bħala frawdolenti fil-perjodu bejn l-1989 u l-2017 kienet biss 37 %; jistieden lill-Kummissjoni tfittex soluzzjonijiet biex ittejjeb din is-sitwazzjoni drammatika;

22.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrapporta ta' kull sena l-ammont tar-riżorsi proprji tal-UE rkuprati skont ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-OLAF, u tikkomunika l-ammonti li għad iridu jiġu rkuprati;

Programm ta' Kontra l-Frodi tal-UE

23.

Jilqa' pożittivament il-ħolqien tal-Programm ta' Kontra l-Frodi tal-UE, li se jkun implimentat mill-OLAF f'mod ta' ġestjoni diretta (COM(2018)0386), u jitlob li l-għotjiet ikunu ġestiti f'format elettroniku permezz tas-sistema ta' ġestjoni eGrants tal-Kummissjoni, minn Ġunju 2019;

L-UPPE u r-relazzjoni futura tiegħu mal-OLAF

24.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni ta' 22 Stat Membru li jipproċedu għall-istabbiliment tal-UPPE fil-qafas ta' kooperazzjoni msaħħa; jistieden lill-Kummissjoni tinċentiva lill-Istati Membri li s'issa sabuha bi tqila li jkunu parti mill-UPPE;

25.

Jirrimarka li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-UPPE għandhom jiżguraw li jkun hemm separazzjoni ċara tas-setgħat biex jiġu evitati strutturi doppji, kompetenzi konfliġġenti u lakuni legali li jinħolqu minn nuqqas ta' kompetenzi;

26.

Jilqa' l-fatt li l-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2019 jinkludi, għall-ewwel darba, approprjazzjonijiet għall-UPPE (EUR 4,9 miljun) u jinsisti fuq l-importanza ta' persunal u baġit suffiċjenti għall-UPPE; jinnota li hemm biss 37 kariga ppjanati, li jimplika li wara li jitnaqqsu l-karigi għal 23 Prosekutur Ewropew, 14-il kariga biss huma ppjanati għal kompiti amministrattivi; jikkunsidra li dan mhuwiex realistiku, b'mod partikolari fir-rigward taż-żewġ Stati Membri l-oħra li dan l-aħħar iddeċidew li jissieħbu fl-UPPE; jitlob, għalhekk, li ż-żieda ta' persunal ippjanata għall-2020 ssir minn qabel biex l-UPPE jkun jista' jopera b'mod sħiħ sa tmiem l-2020 kif previst mir-Regolament;

27.

Jilqa' l-proposta mmirata tal-Kummissjoni għal reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, primarjament xprunata mill-istabbiliment tal-UPPE; jenfasizza li l-kooperazzjoni futura bejn l-OLAF u l-UPPE għandha tkun ibbażata fuq kooperazzjoni mill-qrib, skambju effiċjenti ta' informazzjoni u komplementarjetà, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet jew kompetenzi konfliġġenti;

Ġlieda kontra l-korruzzjoni

28.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri; jenfasizza li sabiex tipprovdi valutazzjoni oġġettiva u sistematika, il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment valutazzjoni tat-theddid għall-istat tad-dritt, inklużi riskji ta' korruzzjoni sistemika, f'kull Stat Membru bbażata fuq sett ta' indikaturi u rapporti indipendenti;

29.

Jenfasizza li wara l-ħolqien tal-UPPE, l-OLAF se jibqa' l-uniku uffiċċju responsabbli għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE fl-Istati Membri li ddeċidew li ma jissiħbux fl-UPPE; jenfasizza li skont l-Opinjoni Nru 8/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament dwar l-OLAF ma ssolvix il-kwistjoni ta' nuqqas ta' effikaċja fl-investigazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-OLAF jibqa' sieħeb b'saħħtu u funzjonali għalkollox għall-UPPE;

30.

Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni m'għadhiex tqis li huwa neċessarju li tippubblika r-rapport kontra l-korruzzjoni; jiddeplora d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkludi l-monitoraġġ kontra l-korruzzjoni fil-proċess ta' governanza ekonomika tas-Semestru Ewropew; huwa tal-fehma li dan kompla naqqas il-monitoraġġ mill-Kummissjoni, b'data disponibbli għal ftit pajjiżi biss; jiddispjaċih ukoll li din il-bidla fl-approċċ tikkonċentra l-aktar fuq l-impatt ekonomiku tal-korruzzjoni u kważi tinjora għalkollox id-dimensjonijiet l-oħrajn li l-korruzzjoni tista' taffettwa, bħall-fiduċja taċ-ċittadini fl-amministrazzjoni pubblika u anki fl-istrutturi demokratiċi tal-Istati Membri; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tkompli tippubblika r-rapporti tagħha kontra l-korruzzjoni; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni sabiex timpenja ruħha f'politika aktar komprensiva u koerenti tal-UE kontra l-korruzzjoni, inkluża valutazzjoni fil-fond tal-politiki kontra l-korruzzjoni f'kull Stat Membru;

31.

Itenni li l-effett tal-“bieb idur” jista' jkun ta' detriment għar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tal-interess; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżviluppaw approċċ sistematiku u proporzjonat għal din l-isfida;

32.

Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma rawmitx il-parteċipazzjoni tal-UE fil-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO); jistieden lill-Kummissjoni terġa' tibda n-negozjati ma' GRECO mill-aktar fis possibbli sabiex tivvaluta fi żmien xieraq il-konformità tagħha mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC) u biex twaqqaf mekkaniżmu ta' valutazzjoni interna għall-istituzzjonijiet tal-UE;

33.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sistema ta' indikaturi stretti u kriterji uniformi applikabbli faċilment, ibbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Programm ta' Stokkolma, biex tkejjel il-livell ta' korruzzjoni fl-Istati Membri u biex tevalwa l-politiki tagħhom kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa indiċi ta' korruzzjoni sabiex tikklassifika lill-Istati Membri; huwa tal-fehma li indiċi ta' korruzzjoni jista' jipprovdi bażi soda li fuqha l-Kummissjoni tista' tistabbilixxi l-mekkaniżmu ta' kontroll speċifiku għall-pajjiż tagħha meta tikkontrolla l-infiq tar-riżorsi tal-UE;

34.

Ifakkar li l-Kummissjoni ma għandhiex aċċess għall-informazzjoni skambjata bejn l-Istati Membri bl-għan li jipprevjenu u jiġġieldu l-Frodi MTIC, magħrufa aħjar bħala l-frodi karusell; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-Eurofisc, sabiex tikkontrolla, tivvaluta aħjar u ttejjeb l-iskambju ta' data fost l-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jipparteċipaw fl-oqsma kollha ta' attività tal-Eurofisc biex jiffaċilitaw u jħaffu l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi bħalma huma l-Europol u l-OLAF, kif irrakkomandat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kunsill sabiex jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għal din id-data sabiex titrawwem il-kooperazzjoni, tissaħħaħ l-affidabbiltà tad-data u tiġi miġġielda l-kriminalità transkonfinali;

Akkwist pubbliku

Diġitalizzazzjoni

35.

Jinnota li parti konsiderevoli tal-investimenti pubbliċi tintefaq permezz tal-akkwist pubbliku (EUR 2 triljun fis-sena); jenfasizza l-benefiċċji tal-akkwist elettroniku fil-ġlieda kontra l-frodi, bħal iffrankar għall-partijiet kollha, żieda fit-trasparenza, u proċessi sempliċi u iqsar;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni telabora qafas għad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi kollha fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE (is-sejħiet għal proposti, l-applikazzjoni, l-evalwazzjoni, l-implimentazzjoni, il-pagamenti) li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri kollha;

37.

Jiddispjaċih għall-fatt li ftit Stati Membri biss qegħdin jużaw teknoloġiji ġodda għall-fażijiet ewlenin kollha tal-proċess tal-akkwist (notifika elettronika, aċċess elettroniku għad-dokumenti tal-offerti, sottomissjoni elettronika ta' offerti, evalwazzjoni elettronika, għoti elettroniku, ordni elettronika, fatturar elettroniku, pagament elettroniku); jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu l-formoli kollha tal-proċess tal-akkwist pubbliku, kif ukoll reġistri ta' kuntratti aċċessibbli għall-pubbliku, disponibbli online f'format li jinqara mill-magni sa Lulju 2019;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa inċentivi biex toħloq profil elettroniku tal-awtoritajiet kontraenti għall-Istati Membri li fihom dawn il-profili mhumiex disponibbli;

39.

Jilqa' l-iskeda ta' żmien tal-Kummissjoni għat-tnedija tal-akkwist elettroniku fl-UE u jistieden lill-Kummissjoni ssegwiha;

Prevenzjoni u fażijiet inizjali tal-proċedura tal-offerti

40.

Huwa tal-fehma li l-attivitajiet ta' prevenzjoni huma ferm importanti biex jonqos il-livell ta' frodi fl-infiq tal-flus tal-UE u li l-bdil għall-akkwist elettroniku jirrappreżenta pass importanti lejn il-prevenzjoni tal-frodi u l-promozzjoni tal-integrità u tat-trasparenza;

41.

Jilqa' pożittivament il-ħolqien tas-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni (EDES) u jemmen li kombinazzjoni ta' metodi ta' identifikazzjoni (kontrolli) differenti fil-fażijiet inizjali tal-proċedura tal-offerti hija l-aktar effiċjenti għall-prevenzjoni tal-frodi, billi tippermetti li l-fondi jiġu orjentati mill-ġdid lejn proġetti oħrajn;

42.

Jilqa' l-gwida mħejjija mill-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni tal-Prevenzjoni tal-Frodi (COCOLAF) dwar is-senjalazzjonijiet ta' allarm u l-aqwa prattiki fl-akkwist pubbliku u r-rapportar tal-irregolaritajiet;

43.

Jilqa' favorevolment is-simplifikazzjoni tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-UE u jemmen li simplifikazzjoni ulterjuri żżid l-effikaċja; jittama li benefiċjarji oħra ta' fondi tal-Unjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw aktar minn għażliet simplifikati f'termini ta' kostijiet;

Proċeduri ta' importazzjoni

44.

Josserva li d-dazji doganali jikkorrispondu għal 14 % tal-baġit tal-UE u jemmen li l-applikazzjoni ineffikaċi tagħhom u n-nuqqas ta' regoli armonizzati jolqtu negattivament l-interessi finanzjarji tal-UE;

45.

Josserva li s-servizzi tad-dwana tad-diversi Stati Membri jaqsmu bejniethom informazzjoni dwar il-każijiet suspetti ta' frodi, biex ikun żgurat ir-rispett tar-regolamentazzjoni doganali (assistenza reċiproka); jemmen li din il-komunikazzjoni hija aktar sempliċi fil-każijiet li fihom hija obbligatorja l-indikazzjoni tal-ispeditur fid-dikjarazzjoni dwar l-importazzjoni tad-dwana (SAD) u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel din l-indikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha sa Lulju 2019;

46.

Jesprimi tħassib fir-rigward tal-ispezzjonijiet doganali u l-ġbir relatat ta' dazji doganali, li huma riżorsa proprja għall-baġit tal-UE; jirrimarka li l-ispezzjonijiet biex jiġi vverifikat li l-importaturi qed jikkonformaw mar-regoli dwar it-tariffi u l-importazzjonijiet isiru mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri stess, u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-ispezzjonijiet fil-fruntieri tal-UE jkunu xierqa u armonizzati, u b'hekk tiggarantixxi l-interessi ta' sikurezza, sigurtà u dawk ekonomiċi tal-Unjoni, u biex timpenja ruħha fil-ġlieda kontra l-kummerċ ta' oġġetti illegali u ffalsifikati b'mod partikolari;

47.

Jiddispjaċih li l-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT ġodda għall-Unjoni Doganali batiet minn serje ta' dewmien, li jfisser li wħud mis-sistemi ewlenin mhux se jkunu disponibbli sal-iskadenzi tal-2020 li ġew stabbiliti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; jenfasizza li t-tranżizzjoni rapida għal ambjent doganali mingħajr karti hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-amministrazzjonijiet tad-dwana jaħdmu bħala entità waħda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu għat-tlestija u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta' informazzjoni doganali tal-UE;

48.

Jilqa' l-11-il operazzjoni doganali konġunta tal-OLAF li mmiraw b'suċċess diversi theddidiet bħall-frodi tad-dħul, movimenti illeċiti ta' flus, prodotti foloz, kuntrabandu ta' sigaretti u narkotiċi; jilqa' wkoll id-detezzjoni ta' irregolaritajiet wara avviżi ta' assistenza reċiproka maħruġa mill-OLAF, b'mod speċjali l-frodi fil-pannelli solari;

49.

Jenfasizza li huma meħtieġa kontrolli doganali armonizzati u standardizzati fil-punti kollha tad-dħul peress li żbilanċ fil-prestazzjoni tal-kontrolli doganali mill-Istati Membri jxekkel il-funzjonament effettiv tal-unjoni doganali.

Nefqa

50.

Jilqa' favorevolment it-tnaqqis sinifikanti tal-għadd ta' każijiet (minn 272 fl-2016 għal 133 fl-2017) irrapportati bħala frawdolenti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali, u t-tnaqqis konsegwenti tal-valur tal-frodi minn EUR 47 miljun għal EUR 20 miljun: jinnota, madankollu, it-tendenza bil-maqlub li hemm fil-qasam tal-appoġġ dirett għall-agrikoltura, fejn il-valur tal-irregolaritajiet irrapportati bħala frawdolenti żdied sew minn EUR 11-il miljun għal EUR 39 miljun, u l-valur finanzjarju medju għal kull każ żdied b'227 %; jittama li dan ma jirrappreżentax tendenza negattiva;

51.

Jistenna li s-simplifikazzjoni ta' regoli amministrattivi mitluba fid-dispożizzjonijiet komuni li jkopru l-perjodu 2014-2020 tgħin biex jonqos in-numru ta' irregolaritajiet mhux frawdolenti, jiġu identifikati l-każijiet frawdolenti u jittejjeb l-aċċess tal-benefiċjarji għall-fondi tal-UE;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-isforzi tagħha biex tistandardizza n-nomenklatura tal-iżbalji marbuta man-nefqa, peress li, skont dak li turi d-data, diversi Stati Membri jiddikjaraw l-istess żbalji f'kategoriji differenti (SWD(2018)0386);

53.

Jissottolinja l-fatt li l-kapaċità ta' identifikazzjoni tirrappreżenta element fundamentali fil-kuntest taċ-ċiklu tal-ġlieda kontra l-frodi, li tikkontribwixxi għall-effikaċja u għall-effiċjenza tas-sistema għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE; jilqa' għaldaqstant b'sodisfazzjon il-fatt li l-Istati Membri l-aktar attivi fl-identifikazzjoni u fir-rapportar ta' irregolaritajiet potenzjalment frawdolenti kienu l-Polonja, ir-Rumanija, l-Ungerija, l-Italja u l-Bulgarija, li lkoll f'daqqa rrappreżentaw 73 % tal-irregolaritajiet irrapportati bħala frawdolenti fil-politika agrikola komuni fis-snin bejn l-2013 u l-2017; jisħaq, f'dan ir-rigward, li valutazzjoni numerika waħda tar-rapporti magħmula tista' twassal għal perċezzjoni żbaljata tal-effikaċja tal-kontrolli; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tkompli tappoġġa lill-Istati Membri bl-għan li tiżgura titjib kemm fil-kwalità kif ukoll fl-għadd ta' kontrolli, u li taqsam l-aħjar prattika fil-ġlieda kontra l-frodi;

54.

Jinnota li l-għadd ta' irregolaritajiet mhux irrapportati bħala frawdolenti fil-politiki ta' koeżjoni u tas-sajd (5 129 każ fl-2017) reġa' lura għal-livelli tal-2013 u tal-2014 (4 695 u 4 825 każ rispettivament), wara li għal sentejn sħaħ il-livelli laħqu l-aqwa tagħhom;

55.

Jindika li hija essenzjali trasparenza totali fil-kontabbiltà tan-nefqa, speċjalment fir-rigward ta' xogħlijiet ta' infrastruttura ffinanzjati direttament minn fondi tal-UE jew minn strumenti finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi liċ-ċittadini tal-UE aċċess sħiħ għall-informazzjoni dwar il-proġetti kofinanzjati;

56.

Jikkonstata li l-għadd ta' irregolaritajiet irrapportati fl-ambitu tal-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (PAA) kompla naqas fl-2017 u li, bl-eliminazzjoni gradwali tal-programmi ta' qabel l-adeżjoni, l-għadd ta' irregolaritajiet irrapportati bħala frawdolenti qorob lejn iż-żero;

Problemi identifikati u miżuri meħtieġa

Kontrolli aħjar

57.

Jappoġġja l-programm Hercule III, li huwa eżempju tajjeb tal-approċċ “l-aħjar użu minn kull euro”; jistenna li l-programm suċċessur tiegħu wara l-2020 ikun saħansitra aktar effikaċi;

58.

Jittama li r-regolament mistenni l-ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, fl-ambitu tal-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir għall-kontroll doganali, se jkompli jtejjeb il-koordinament u jqawwi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi l-oħra fil-qasam tal-finanzjamenti permezz ta' sħubija aħjar fil-livell tal-UE;

Frodi transnazzjonali

59.

Jenfasizza li sistema li tippermetti lill-awtoritajiet jiskambjaw informazzjoni tiffaċilita l-kontroverifika ta' rekords kontabilistiċi għal tranżazzjonijiet bejn żewġ Stati Membri jew aktar biex tiġi evitata l-frodi transkonfinali fir-rigward tal-fondi strutturali u ta' investiment, u b'hekk jiġi żgurat approċċ trasversali u komprensiv għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Istati Membri; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f'dawk l-oqsma ta' nfiq ta' fondi tal-UE fejn ma sar ebda provvediment għal dan;

60.

Huwa inkwetat dwar iż-żieda fit-theddid u fl-okkorrenza ta' frodi transnazzjonali identifikata mill-OLAF; jilqa' l-adozzjoni tar-Rapport tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – L-irkupru ta' flus u assi minn pajjiżi terzi f'każijiet ta' frodi, u l-klawżola kontra l-frodi introdotta b'suċċess fil-ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Ġappun; jistieden lill-Kummissjoni tiġġeneralizza l-prattika li żżid klawżoli kontra l-frodi fil-ftehimiet iffirmati bejn l-UE u pajjiżi terzi;

Informaturi

61.

Jilqa' pożittivament il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (COM(2018)0218); jittama li din ittejjeb konsiderevolment is-sigurtà tal-informaturi fl-Unjoni, u b'hekk jinkiseb titjib kbir fil-protezzjoni finanzjarja tal-UE u fl-istat tad-dritt; jittama li din tidħol fis-seħħ fil-futur qarib; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE sabiex jimplimentaw malajr kemm jista' jkun l-istandards stabbiliti fid-direttiva fil-politiki interni tagħhom stess sabiex jiżguraw l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jimplimentawha fis-sistema legali nazzjonali tagħhom bl-aktar kamp ta' applikazzjoni wiesgħa possibbli;

62.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-informaturi fil-prevenzjoni tal-frodi, id-detezzjoni u r-rapportar u l-ħtieġa li jiġu protetti;

Ġurnaliżmu investigattiv

63.

Huwa tal-fehma li l-ġurnaliżmu investigattiv jaqdi rwol essenzjali fit-trawwim tal-livell meħtieġ ta' trasparenza fl-UE u fl-Istati Membri, u li jrid jiġi inkoraġġit u appoġġat kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-UE;

Tabakk

64.

Huwa mħasseb li skont l-estimi tal-OLAF, il-kummerċ illeċitu fis-sigaretti jikkawża telf finanzjarju annwali ta' aktar minn EUR 10 biljun għall-baġits tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

65.

Jilqa' d-dħul fis-seħħ, fil-25 ta' Settembru 2018, tal-Protokoll tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex jiġi eliminat il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk wara l-41 ratifika tiegħu, fis-27 ta' Ġunju 2018; jilqa' l-fatt li l-ewwel Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll saret bejn it-8 u l-10 ta' Ottubru 2018; madankollu, iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Protokoll biex jagħmlu dan malajr kemm jista' jkun; jistieden lill-Kummissjoni taqdi rwol attiv bl-għan li tipproduċi rapport komprensiv li jistabbilixxi prattiki tajbin u timplimenta esperimenti rigward is-sistemi ta' traċċar u rintraċċar fl-Istati Partijiet; jistieden lill-Istati Membri li ffirmaw il-Protokoll iżda li għadhom ma rratifikawhx, biex jagħmlu dan;

66.

Ifakkar fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma ġġeddidx il-ftehim PMI, li skada fid-9 ta' Lulju 2016; ifakkar li fid-9 ta' Marzu 2016, il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex ma ġġeddidx, testendi jew tinnegozjah mill-ġdid lil hinn mid-data tal-iskadenza tiegħu; jemmen li t-tliet ftehimiet l-oħrajn mal-kumpaniji tat-tabakk (BAT, JTI, ITL) m'għandhomx jiġu mġedda, estiżi jew innegozjati mill-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport sa tmiem l-2018 dwar il-fattibbiltà li jitwaqqfu t-tliet ftehimiet li fadal;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ malajr bil-pjan ta' azzjoni ġdid u strateġija komprensiva tal-UE għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tat-tabakk, li kienet ippjanata għall-aħħar tas-sajf 2018;

68.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistema ta' traċċar u l-miżuri ta' sigurtà li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri sal-20 ta' Mejju 2019 għas-sigaretti u t-tabakk tal-brim u sal-20 ta' Mejju 2024 għall-prodotti l-oħrajn kollha tat-tabakk (bħal sigarri, cigarillos u prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux) ikunu konsistenti mal-linji gwida ta' indipendenza tal-Protokoll tad-WHO biex jiġi eliminat il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk li l-Unjoni Ewropea rratifikat fl-24 ta' Ġunju 2016;

69.

Jistieden lill-Kummissjoni tantiċipa r-riskji moħbija tal-ikklonjar ta' marki individwali mill-industrija tat-tabakk għall-iskop ta' forniment lis-suq parallel;

70.

Jinnota bi tħassib li r-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji tal-OLAF ftit li xejn ġew implimentati fl-Istati Membri; huwa tal-fehma li din is-sitwazzjoni ma tistax tiġi ttollerata u jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF u jistabbilixxu regoli li jiffaċilitaw l-ammissibbiltà tal-evidenza misjuba mill-OLAF;

Investigazzjonijiet u r-rwol tal-OLAF

71.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tagħti s-setgħa lill-OLAF biex jinvestiga kwistjonijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi ċertu livell ta' trasparenza tar-rapporti u tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF wara l-għeluq tal-proċeduri Ewropej u nazzjonali kollha; huwa tal-fehma li wara l-adozzjoni tal-bidliet meħtieġa għar-Regolament dwar l-OLAF relatati mal-istabbiliment tal-UPPE, il-Kummissjoni għandha tħejji qafas tal-OLAF modern aktar dettaljat u komprensiv;

72.

Jiddeplora n-nuqqas ta' konsistenza fit-terminoloġija tar-rapporti tal-OLAF, bħal investigazzjonijiet magħluqa u konklużi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-OLAF jimplimentaw terminoloġija konsistenti biex tkun żgurata l-komparabbiltà matul is-snin b'rabta mar-rapportar u r-rimedjar ta' każijiet ta' frodi;

73.

Jieħu nota tal-kwistjonijiet li għaddejjin bħalissa bil-Bażi tad-Data l-ġdida tal-Ġestjoni tal-Kontenut (OCM) tal-OLAF; jiddeplora b'mod partikolari li ntilfu każijiet fil-bażi tad-data l-ġdida; jilqa' l-fatt li l-problema hija suġġett ta' prijorità ewlenija; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament b'evalwazzjoni dettaljata tal-proġett tal-IT tal-OCM, b'mod partikolari rigward id-disinn tal-proġett, il-kostijiet sħaħ, l-implimentazzjoni, l-esperjenza tal-utenti u lista tal-kwistjonijiet li nqalgħu, skont ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kumitat Superviżorju tal-OLAF (13);

74.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex b'mod konġunt jiżguraw li l-investigazzjonijiet mill-OLAF u mill-Istati Membri jikkomplementaw lil xulxin, li l-OLAF igawdi minn setgħat investigattivi ugwali f'kull Stat Membru, inkluż aċċess għal informazzjoni dwar kontijiet tal-bank, u li l-evidenza miġbura mill-OLAF tkun ammessa bħala evidenza kriminali mill-qrati tal-Istati Membri kollha, peress li hija essenzjali għas-segwitu effettiv tal-investigazzjonijiet tal-OLAF;

o

o o

75.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u lill-Kumitat Superviżorju tal-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi.

(1)  OLAF, “It-tmintax-il Rapport tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2017”, 5.10.2018.

(2)  ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29.

(4)  ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta' Settembru 2015, Proċeduri kriminali kontra Ivo Taricco et, 105/14, ECLI:EU:C:2015:555.

(7)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta' Diċembru 2017, Proċeduri kriminali kontra M.A.S u M.B., 42/17, ECLI:EU:C:2017:936.

(8)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 56.

(9)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2018)0419.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2018)0384.

(12)  ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.

(13)  Opinjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF dwar l-abbozz preliminari tal-baġit tal-OLAF għall-2019.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/163


P8_TA(2019)0057

Żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059688/02 – 2019/2521(RSP))

(2020/C 411/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059688/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li saret fit-3 ta' Diċembru 2018, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-25 ta' Ottubru 2017, u ppubblikata fit-28 ta' Novembru 2017 (3),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, 2017/0035(COD),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fl-20 ta' Mejju 2016, Bayer CropScience AG ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għad-dħul fis-suq tal-prodotti koperti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/232/KE (5) (“l-applikazzjoni għat-tiġdid”);

B.

billi d-Deċiżjoni 2007/232/KE awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift (OSR) ġenetikament modifikati (ĠM) Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3, u li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-awtorizzazzjoni jkun kopra wkoll prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OSR Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3, għal użi oħra għajr l-ikel jew l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

C.

billi, fit-25 ta' Ottubru 2017, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli b'rabta mal-applikazzjoni għat-tiġdid, skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

D.

billi l-Kummissjoni, fuq talba tal-applikant, iddeċidiet li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/327/UE (6) sabiex il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodotti koperti bid-Deċiżjoni 2007/232/KE jiġi inkorporat fiha; billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għalhekk jemenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE u jirrevoka d-Deċiżjoni 2007/232/KE; billi l-leġittimità ta' tali proposta hija dubjuża;

E.

billi tressqu diversi kummenti kritiċi mill-awtoritajiet kompetenti matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (7); billi, fost affarijiet oħra, l-Istati Membri kkritikaw il-fatt li l-approċċ ta' monitoraġġ adottat mill-applikant ma kienx konformi mar-rekwiżiti tal-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew mad-dokumenti ta' gwida tal-EFSA, li r-rapporti ta' monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq ippreżentati mill-applikant kellhom nuqqasijiet fundamentali, u li ma pprovdewx data tajba li tappoġġja l-konklużjoni li ma kien hemm l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent assoċjat mal-importazzjoni jew l-użu tal-OSR ĠM Ms8, Rf3 u Ms8 x Rf3;

F.

billi l-OSR ĠM Ms8, Rf3 u Ms8 x Rf3 ġew imfassla biex ikunu reżistenti għall-applikazzjoni tal-erbiċidi glufosinat;

G.

billi l-applikazzjoni ta' erbiċida komplementari hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi, u għalhekk jista' jkun mistenni li dawn l-impjanti se jkunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti, li mhux biss iwasslu għal ammont akbar ta' residwi fil-ħsad, u għalhekk fil-prodott importat, iżda jistgħu wkoll jinfluwenzaw il-kompożizzjoni tal-pjanta ĠM u l-karatteristiċi agronomiċi tagħha;

H.

billi l-użu tal-glufosinat mhuwiex permess aktar fl-Unjoni peress li ġie kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-kriterji ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

I.

billi r-residwi mill-bexx bl-erbiċidi huma kkunsidrati barra mill-mandat tal-Panel tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati; billi l-impatt ta' sprejjar tal-OSR ĠM Ms8, Rf3 u Ms8 x Rf3 mal-glufosinat ma ġiex ivvalutat; billi informazzjoni dwar il-livelli ta' residwi ta' erbiċidi u tal-metaboliti tagħhom hija essenzjali għal valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi;

J.

billi l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jkejlu r-residwi tal-glufosinat fuq l-importazzjonijiet tal-OSR sabiex jiżguraw il-konformità mal-livelli massimi ta' residwu bħala parti mill-programm ta' kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2019, l-2020 u l-2021 (10);

K.

billi, flimkien mal-possibbiltà li l-annimali u l-bnedmin fl-Unjoni se jkomplu jkunu esposti għal livelli għoljin ta' residwu ta' glufosinat preżenti f'din l-OSR ĠM, espert ta' awtorità kompetenti qajjem tħassib ukoll dwar il-metabolit N-aċetil-glufosinat, li huwa prodott fl-OSR ĠM Ms8xRf3, iżda mhux il-kontroparti tagħha li mhijiex ĠM (11); billi, minkejja l-fatt li studju tal-2013 jindika li N-Ac-GLF jista' jkollu effetti newrotossiċi, dan ma ġiex evalwat bħala parti mill-valutazzjoni tal-EFSA;

L.

billi l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li saret fit-3 ta' Diċembru 2018, ma wasslitx biex tingħata opinjoni, u għalhekk l-awtorizzazzjoni ma kenitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

M.

billi, fiż-żewġ memoranda ta' spjegazzjoni tal-proposti leġiżlattivi tagħha ppreżentati fit-22 ta' April 2015, rispettivament, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati fit-territorju tagħhom u fl-14 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ĠM; billi l-President Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika (12);

N.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari (13) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhuwiex kompatibbli ma' wieħed mill-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-ikel jew l-għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal erbiċida mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, f'dan il-każ il-glufosinat;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza ebda pjanta ĠM tolleranti għall-erbiċida mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi, metaboliti komplementari u formulazzjonijiet kummerċjali kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni għall-ikel u l-għalf;

7.

Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sa ma tiġi riveduta l-proċedura ta' awtorizzazzjoni b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għal użu bħala ikel u għalf;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Assessment of genetically modified oilseed rape MS8 × RF3 for renewal of authorisation under regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA-GMO-RX-004), (Valutazzjoni taż-żrieragħ tal-lift MS8 × RF3 ġenetikament modifikati għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-004)), https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2017.5067

(4)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2)(ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla modifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/232/KE tas-26 ta' Marzu 2007 dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodotti taż-żrieragħ tal-lift (Brassica napus L., linji Ms8, Rf3 u Ms8xRf3) immodifikati ġenetikament sabiex jittolleraw l-erbiċida ammonju tal-glufosinat (ĠU L 100, 17.4.2007, p. 20).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/327/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel li fih jew jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament li huma ż-żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3, jew ikel u għalf prodotti minn dawk l-organiżmi modifikati ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 57).

(7)  Il-kummenti tal-Istati Membri, l-Anness G, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2016-00569

(8)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/555 tad-9 ta' April 2018 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2019, l-2020 u l-2021 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 92, 10.4.2018, p. 6).

(11)  Il-kummenti tal-Istati Membri, l-Anness G, p. 18, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2016-00569

(12)  Ara, pereżempju, id-dikjarazzjoni ta' ftuħ tiegħu fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fil-15 ta' Lulju 2014, li aktar tard ġiet inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss, jew fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni li sar fl-14 ta' Settembru 2016.

(13)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel, (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/168


P8_TA(2019)0058

Qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D059689/02 – 2019/2522(RSP))

(2020/C 411/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D059689/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni tat-3 ta' Diċembru 2018 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-16 ta' April 2015 u ppubblikata fil-5 ta' Mejju 2015 (3), u d-dikjarazzjoni li takkumpanja l-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA dwar l-applikazzjoni (EFSA-GMO-DE-2011-95) għat-tqegħid fis-suq ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Syngenta Crop Protection AG li tqis studju addizzjonali dwar it-tossikoloġija, adottata mill-EFSA fis-7 ta' Marzu 2018 u ppubblikata fil-11 ta' April 2018 (4),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, 2017/0035(COD),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (5),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fis-7 ta' April 2011, Syngenta Crop Protection AG ippreżentat applikazzjoni, permezz tal-kumpanija affiljata tagħha Syngenta Crop Protection NV/SA, bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) 5307 (“l-applikazzjoni”) lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Ġermanja; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ĠM 5307 għal użi oħra apparti l-ikel u l-għalf, ħlief għall-kultivazzjoni.

B.

billi l-qamħirrum ĠM 5307 jipproduċi proteina insettiċida ġdida, eCry3.1Ab, li hija tossika għal ċerti ħanfus u bumunqar u li hija derivata minn fużjoni u arranġament mill-ġdid ta' tossini li jokkorru b'mod naturali f'batterji tal-ħamrija magħrufa bħala Bacillus thuringiensis (Bt); billi l-qamħirrum ĠM 5307 jesprimi wkoll il-Protein Phosphommanose Isomerase (PMI), li tintuża bħala markatur tal-għażla;

C.

billi, fl-opinjoni tagħha tal-2015, l-EFSA kkonkludiet li ma setgħetx tlesti l-valutazzjoni tagħha tar-riskji tal-ikel/tal-għalf minħabba nuqqasijiet fl-istudju dwar it-tossiċità ta' 28 jum mogħti mill-applikant, speċjalment minħabba li s-settijiet tad-data kienu minn żewġ esperimenti separati u minħabba li ntuża għadd insuffiċjenti ta' annimali (6);

D.

billi l-applikant aktar tard ipprovda studju ġdid dwar it-tossiċità ta' 28 jum; billi, madankollu, it-tieni studju ma ssodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar studji ta' tossiċità orali ta' doża ripetuta ta' 28 jum f'rodituri (7), kif talbet l-EFSA;

E.

billi, fid-dikjarazzjoni tagħha tal-2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli fir-rigward ta' din l-applikazzjoni;

F.

billi, minkejja l-fatt li l-proteini Cry (tossini Bt) ġew rikonoxxuti bħala li għandhom proprjetajiet aġġuvanti, li jfisser li jistgħu jsaħħu l-proprjetajiet allerġeniċi ta' oġġetti oħra tal-ikel, dan ma ġiex analizzat mill-EFSA; billi dan huwa problematiku, peress li t-tossini Bt jistgħu jitħalltu ma' allerġeni fl-ikel u fl-għalf bħall-fażola tas-sojja;

G.

billi fl-istudju dwar it-tossiċità ta' 28 jum li aċċettat l-EFSA, ġiet ittestjata biss il-proteina iżolata; billi, madankollu, intwera li t-tossiċità ta' tossini Bt tista' tissaħħaħ permezz ta' interazzjonijiet ma' komposti oħra bħall-enżimi tal-pjanti, tossini Bt oħrajn u residwi mill-bexx tal-erbiċidi; billi l-ittestjar tat-tossina Bt waħedha u f'forma iżolata ma jippermettix, għaldaqstant, li wieħed jasal għal xi konklużjonijiet dwar l-impatt tagħha fuq is-saħħa wara li tiġi kkonsmata (8);

H.

billi l-EFSA nnutat li “l-applikant identifika similaritajiet rilevanti bejn is-sekwenza tal-amino aċidi ta' eCry3.1Ab u l-parasporins, li jistgħu jaġixxu bħala proteini ċitotossiċi fuq iċ-ċelloli tal-mammiferi” (9); billi l-EFSA ma investigatx aktar minn dan;

I.

billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ressqu bosta kummenti kritiċi (10);

J.

billi, skont awtorità kompetenti waħda (11), il-livelli ta' espressjoni ta' eCry3.1Ab fil-qlub tal-qamħirrum ĠM 5307 jaqbżu l-livell massimu ta' residwu permess b'mod awtomatiku, li huwa ta' 0,01 mg/kg kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

K.

billi l-votazzjoni fit-3 ta' Diċembru 2018 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

L.

billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li hi verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika (13);

M.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari (14) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (15), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, u l-interessi ambjentali u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sa ma tiġi riveduta l-proċedura ta' awtorizzazzjoni b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għal użu bħala ikel u għalf;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Opinjoni Xjentifika dwar l-applikazzjoni (EFSA-GMO-DE-2011-95) għat-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Syngenta Crop Protection AG, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2015.4083

(4)  Dikjarazzjoni li tikkomplementa l-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA dwar l-applikazzjoni (EFSA-GMO-DE-2011-95) għat-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Syngenta Crop Protection AG filwaqt li jitqies l-istudju addizzjonali dwar it-tossikoloġija, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2015.4083

(5)  

Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikamenta MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2)(ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).

Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).

Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).

Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).

Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).

Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).

Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).

Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (OJ C 346, 27.9.2018, p. 122).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).

Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).

Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).

(6)  Opinjoni tal-EFSA, 2015, p. 15, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2015.4083

(7)  Dikjarazzjoni tal-EFSA, 2018, p. 4, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5233

(8)  Ara l-analiżi mill-Istitut għall-Valutazzjoni tal-Impatt Indipendenti fil-Bijoteknoloġija TESTBIOTECH, p. 3 għal aktar dettalji: https://www.testbiotech.org/sites/default/files/Testbiotech_Comment_Maize%205307.pdf

(9)  Opinjoni tal-EFSA, 2015, p. 9, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2015.4083

(10)  Ara l-Annex G, kummenti tal-Istati Membri, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2011-00310

(11)  Kummenti tal-Istati Membri, p. 95.

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(13)  Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

(14)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.

(15)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/173


P8_TA(2019)0059

Qamħirrum ġenetikament modifikata MON 87403 (MON-874Ø3-1)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikata MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059691/02 – 2019/2523(RSP))

(2020/C 411/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrun ġenetikament modifikata MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059691/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni tat-3 ta' Diċembru 2018 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-8 ta' Marzu 2018, u ppubblikata fit-28 ta' Marzu 2018 (3),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, 2017/0035(COD),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fis-26 ta' Ġunju 2015,il-Monsanto Europe SA/NV ippreżentat applikazzjoni, f'isem tal-kumpanija Monsanto, l-Istati Uniti, bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) MON 87403 (“l-applikazzjoni”) lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Belġju, u billi l-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jinkludu jew li jikkonsistu minn qamħirrum ĠM MON 87403 għal użi oħra għajr għall-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.

billi l-qamħirrum tat-tip MON 87403 huwa ġenetikament modifikat biex jiżdiedu l-bijomassa u r-rendiment tal-ispigi (li saru ċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum għall-ħsad) permezz ta' sekwenza ta' ġene maqtugħa li ġejja minn speċi oħra ta' pjanti (Arabidopsis thaliana); billi dan iwassal għall-espressjoni ta' proteina (ATHHB17Δ113) li hija maħsuba biex taġixxi f'kompetizzjoni ma' proteina naturali simili li tikkontrolla r-regolamentazzjoni tal-ġeni u t-tkabbir tal-pjanti;

C.

billi tressqu diversi kummenti kritiċi mill-awtoritajiet kompetenti matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (5); billi r-rimarki kienu jinkludu, fost l-oħrajn, l-osservazzjonijiet li d-data sperimentali ma ssostnix id-dikjarazzjoni ta' żieda fir-rendiment għall-qamħirrum ĠM MON 87403, li mhuwiex possibbli li tintlaħaq konklużjoni dwar is-sikurezza tal-effetti riproduttivi jew ta' żvilupp fuq terminu twil tal-ikel u/jew l-għalf sħiħ, li l-proposta tal-applikant għal pjan ta' monitoraġġ ambjentali ma tilħaqx l-objettivi definiti fl-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u, b'mod kruċjali, li l-evidenza pprovduta ma kinitx ikkunsidrata suffiċjenti biex tassigura lill-konsumaturi tas-sikurezza tal-qamħirrum ĠM MON 87403;

D.

billi minkejja l-EFSA tat l-approvazzjoni tagħha rigward is-sikurezza tal-qamħirrum ĠM MON 87403, analiżi indipendenti tal-evalwazzjoni tal-EFSA turi l-mekkaniżmi molekulari eżatti involuti fl-espressjoni AtHHB17Δ113, kif ukoll kif dawn iwasslu għal effetti mistennija previsti u kwalunkwe effett sekondarju possibbli, jibqgħu mhux mifhuma tajjeb u jeħtieġu aktar riċerka (7); billi mingħajr fehim komprensiv tal-modifika ġenetika mhuwiex possibbli li jiġu evalwati bis-sħiħ ir-riskji assoċjati;

E.

billi r-riżultati tal-provi fuq il-post imwettqa mill-applikant juri li l-effetti osservati tal-karatteristika maħsuba, jiġifieri żieda fil-bijomassa u r-rendiment tal-ispigi, mhux biss kienu żgħar ħafna iżda wkoll inkonsistenti; billi l-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati (il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM) irrikonoxxa li “l-bidla minħabba l-karatteristika maħsuba hija magħrufa li hija ta' amplitudni limitata… li tissuġġerixxi li l-manifestazzjoni tal-karatteristika tista' tiddependi fuq il-kundizzjonijiet ambjentali fil-provi fuq il-post” (8);

F.

billi t-testijiet fuq il-post twettqu biss fl-Istati Uniti; billi jekk jiġi awtorizzat għall-importazzjoni fl-Unjoni, il-qamħirrum ĠM MON 87403 jista' jiġi kkultivat f'firxa wiesgħa ta' pajjiżi produtturi tal-qamħirrum, b'kundizzjonijiet klimatiċi u agronomiċi ferm differenti u fatturi addizzjonali ta' pressjoni bħal limitazzjoni tal-ilma jew nixfa; billi l-impatt ta' dawn l-elementi ta' pressjoni u l-kundizzjonijiet, li l-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM jirrikonoxxi jistgħu jimpattaw il-manifestazzjoni tal-karatteristiċi (u għalhekk anke kwalunkwe effett mhux intenzjonat), għalhekk ma ġiex indirizzat b'mod adegwat;

G.

billi, paradossalment, filwaqt li l-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM ikkonkluda li l-analiżi ta' kompożizzjoni (tqabbil tal-kompożizzjoni ta' qamħirrum ĠM MON 87403 bi prodott kumparabbli mhux ĠM abbażi ta' riżultati fuq il-post) “ma ġewx identifikati kwistjonijiet li kienu jirrikjedu valutazzjoni ulterjuri rigward is-sikurezza tal-ikel u l-għalf u l-impatt ambjentali tagħha”, il-bord saqsa wkoll “jekk id-data ta' kompożizzjoni miksuba mit-testijiet fuq il-post kinitx tippermetti valutazzjoni ta' riskju dettaljata”;

H.

billi r-riskji potenzjali kkawżati minn dan il-qamħirrum ĠM għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent ma ġewx eżaminati b'mod adegwat mill-Panel tal-EFSA dwar l-OĠM; billi mhuwiex aċċettabbli li l-Kummissjoni tipproponi li tawtorizza dan il-qamħirrum ĠM abbażi tal-opinjoni tal-EFSA;

I.

billi wieħed mill-istudji msemmija fl-opinjoni tal-EFSA kien studju li kien miktub minn membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u minn xjenzat li ħadem ma' Syngenta (9); billi ġie nnutat li r-referenzi għal dan l-istudju aktar tard tneħħew mill-opinjoni tal-EFSA, filwaqt li l-EFSA nnutat li t-tneħħija tagħhom “ma taffettwax b'mod materjali l-kontenut jew l-eżitu” (10);

J.

billi l-Parlament jilqa' bi pjaċir il-fatt li d-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA impenja ruħu li jiżgura li, fil-futur, il-membri tal-persunal tal-EFSA ma jibqgħux koawturi ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi ma' xjentisti affiljati mal-industrija, sabiex jiġi evitat li jkun hemm perċezzjonijiet ta' viċinanza mhux xierqa mal-industrija u bil-għan li tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi fis-sistema tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel (11); billi huwa ta' importanza kbira li l-istudji kollha użati mill-EFSA fil-ħidma tagħha jiġu referenzjati b'mod ċar;

K.

billi l-votazzjoni fit-3 ta’ Diċembru 2018 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

L.

billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li hi verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika (12);

M.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari (13) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sa ma tiġi riveduta l-proċedura ta' awtorizzazzjoni b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għal użu bħala ikel u għalf;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-BE-2015–125), https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5225

(4)  

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2)(ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).

(5)  Kummenti tal-Istati Membri: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionDocumentsLoader?question=EFSA-Q-2018-00222

(6)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(7)  Kumment ta' Testbiotech dwar il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM, 2018, Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 għall-użu fl-ikel u fl-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar minn Monsanto: https://www.testbiotech.org/node/2210

(8)  Opinjoni tal-EFSA, p. 3. https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5225

(9)  Għal dettalji, ara l-kumment ta' Testbiotech dwar il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM, 2018, Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 għall-użu fl-ikel u fl-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar minn Monsanto: https://www.testbiotech.org/node/2210

(10)  Ara l-opinjoni tal-EFSA, p. 2 https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5225

(11)  Ittra ta' Lulju 2018 mill-EFSA lil Testbiotech: http://www.testbiotech.org/sites/default/files/EFSA_letter_Testbiotech_July_2018%20.pdf

(12)  Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

(13)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.

(14)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/178


P8_TA(2019)0060

Prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059692/02 – 2019/2524(RSP))

(2020/C 411/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059692/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni tat-3 ta' Diċembru 2018 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-7 ta' Marzu 2018, u ppubblikata fl-20 ta' April 2018 (3),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, 2017/0035(COD),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fil-11 ta' Frar 2011, Bayer CropScience AG ressqet applikazzjoni, bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 u s-subkombinazzjoni LLCotton25 × MON 15985 (“l-applikazzjoni”) lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq tal-qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 u s-sottokombinazzjoni LLCotton25 x MON 15985 fi prodotti li fihom jew li jikkonsistu minnu għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.

billi, fid-dikjarazzjoni tagħha tas-7 ta' Marzu 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli b'rabta ma' din l-applikazzjoni;

C.

billi l-qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 jesprimi l-proteina 2mEPSPS, li tagħti tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glifosat, il-proteina PAT, li tagħti tolleranza għall-erbiċidi abbażi tal-glufosinat tal-ammonju u l-proteini Cry1Ac u Cry1Ab2, li jagħtu protezzjoni kontra ċerti parassiti lepidotteri; billi, barra minn hekk, il-pjanta tipproduċi proteini (NPTII u AAD) li jagħtu reżistenza għall-antibijotiċi;

D.

billi, filwaqt li l-konsum taż-żejt taż-żerriegħa tal-qoton min-naħa tal-bniedem jista' jkun relattivament limitat fl-Ewropa, jista' jinstab f'varjetà wiesgħa ta' prodotti tal-ikel, inklużi t-taħwir tal-ikel, il-majoneż, prodotti fini tal-forn, krema u biċċiet taċ-ċikkulata (5);

E.

billi l-qoton jingħata lill-annimali prinċipalment fil-forma ta' kejk taż-żerriegħa tal-qoton jew bħala żerriegħa tal-qoton b'kontenut sħiħ ta' xaħam (6);

Residwi u komponenti tal-erbiċidi komplementari

F.

billi l-applikazzjoni ta' erbiċidi komplementari, f'dan il-każ il-glifosat u l-glufosinat, hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi, u għalhekk jista' jkun mistenni li dawn se jkunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti, li mhux biss iwasslu għal ammont akbar ta' residwi fil-ħsad, u għaldaqstant fil-prodott importat, iżda jistgħu wkoll jinfluwenzaw il-kompożizzjoni tal-pjanta ġenetikament modifikata u l-karatteristiċi agronomiċi tagħha;

G.

billi l-użu tal-glufosinat m'għadux permess aktar fl-Unjoni mill-1 ta' Awwissu 2018 peress li ġie kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-kriterji ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

H.

billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikkonkludiet li ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kklassifikat il-glifosat bħala probabbilment karċinoġeniku għall-bnedmin;

I.

billi, b'mod ġenerali, skont il-Bord tal-EFSA dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti u r-Residwi tagħhom, ma jistgħux isiru konklużjonijiet dwar is-sikurezza ta' residwi mill-bexx ta' għelejjel ġenetikament modifikati b'formazzjonijiet ta' glifosat (8); billi l-addittivi u t-taħlitiet tagħhom użati f'formulazzjonijiet kummerċjali tal-glifosat għall-bexx jistgħu juru tossiċità ogħla minn ingredjenti attivi waħedhom (9);

J.

billi l-Unjoni diġà neħħiet mis-suq addittiv tal-glufosinat magħruf bħala “POE tallowamine” minħabba tħassib dwar it-tossiċità tiegħu; billi addittivi u taħlitiet problematiċi jistgħu, madankollu, xorta waħda jiġu permessi f'pajjiżi fejn jiġi kkultivat il-qoton ġenetikament modifikat (attwalment il-Ġappun);

K.

billi informazzjoni dwar il-livelli ta' residwi ta' erbiċidi u tal-metaboliti tagħhom hija essenzjali għal valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa ta' pjanti ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi; billi r-residwi mill-bexx bl-erbiċidi huma kkunsidrati barra mill-mandat tal-Panel tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (Il-Panel tal-EFSA dwar l-OĠM); billi l-impatt tal-bexx tal-qoton ġenetikament modifikat bl-erbiċidi ma ġiex ivvalutat, u lanqas ma ġie vvalutat l-effett kumulattiv tal-bexx bil-glifosat u bil-glufosinat;

L.

billi l-Istati Membri mhumiex legalment meħtieġa jkejlu r-residwi tal-glifosat jew tal-glufosinat fuq l-importazzjonijiet tal-qoton bil-għan li jiżguraw il-konformità mal-livelli massimi ta' residwu bħala parti mill-programm kkoordinat ta' kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2019, l-2020 u l-2021 (10); billi fl-aħħar rapport tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel, ikkompilat mill-EFSA u abbażi tar-riżultati tal-programm pluriennali kkoordinat kif ukoll tal-programmi individwali tal-Istati Membri, m'hemm l-ebda informazzjoni dwar il-konformità tal-qoton ma' livelli massimi ta' residwi għall-ebda pestiċida (11); billi, skont l-aħħar data, għaldaqstant mhuwiex magħruf jekk ir-residwi tal-glifosat jew tal-glufosinat fuq il-qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 jikkonformawx mal-limiti massimi ta' residwi tal-Unjoni;

Preżenza tas-sustanza tossika “gossypol”

M.

billi l-gossypol huwa kostitwent tossiku li jokkorri b'mod naturali fil-qoton; billi l-preżenza tal-proteina EPSPS tista' twassal għal livelli ogħla ta' gossypol fi pjanti ġenetikament modifikati li fihom din il-proteina (12); billi l-panel tal-EFSA dwar l-OĠM innota li l-gossypol ħieles fiż-żrieragħ tal-qoton mhux maħduma ġenetikament modifikati GHB614 x LLCotton25 x MON15985 kien ogħla milli fil-komparatur tiegħu li mhuwiex immodifikat ġenetikament (7 200 mg/kg u 6 000 mg/kg rispettivament) (13), li t-tnejn li huma kienu ogħla mil-limitu legali ta' 5 000 stabbilit fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għalf tal-annimali (14);

N.

billi, skont studju tal-2014 dwar “It-Tossiċità tal-Gossypol mill-Prodotti taż-Żerriegħa tal-Qoton”, l-aktar effett tossiku komuni fl-annimali hija l-insuffiċjenza fil-kapaċitajiet riproduttivi maskili u femminili, u din ikkawżat telf ekonomiku serju għall-industrija tal-bhejjem, u barra minn hekk interferiet fil-funzjoni immunitarja, u b'hekk naqqset kemm ir-reżistenza tal-annimali għall-infezzjonijiet kif ukoll l-effiċjenza tat-tilqim (15); billi l-panel tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel iddeskriva l-gossypol bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (16);

O.

billi l-panel tal-EFSA dwar l-OĠM jiddikjara li l-kontenut ogħla ta' gossypol fiż-żerriegħa tal-qoton mill-qoton ġenetikament modifikat GHB614 x LLCotton25 x MON15985 meta mqabbel mal-komparatur mhux immodifikat ġenetikament “m'hu tal-ebda tħassib għas-sikurezza tal-annimali u tal-bniedem fil-prattika għaliex (i) il-kontenut massimu ta' gossypol ħieles huwa rregolat mil-leġiżlazzjoni Ewropea, u (ii) iż-żejt ibbliċjat u raffinat, kif ukoll id-dqiq miż-żerriegħa tal-qoton, li jistgħu jiġu kkunsmati direttament mill-bnedmin, essenzjalment m'għandhomx gossypol” (17); billi l-EFSA ma vvalutatx iż-żejt tal-qoton (għall-konsum mill-bniedem) u lanqas is-smida taż-żerriegħa tal-qoton (għall-għalf tal-annimali) kif rakkomandat fid-dokument ta' Kunsens tal-OECD attwali dwar kunsiderazzjonijiet ta' kompożizzjoni għal varjetajiet ġodda ta' qoton; billi d-dikjarazzjoni li l-gossypol huwa soġġett għal limiti legali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tipprovdix biżżejjed assigurazzjonijiet li l-qoton GHB614 x LLCotton25 x MON15985 ĠM jista' jiġi kkunsmat mingħajr riskji;

Proteini Cry u r-rabta mar-reazzjonijiet allerġiċi

P.

billi GHB614 x LLCotton25 x MON15985 jesprimi żewġ tossini Bt (il-proteini Cry1Ac u Cry1Ab2) li jagħtu protezzjoni kontra ċerti parassiti lepidotteri; billi, minkejja l-fatt li l-proteini Cry1 ġew rikonoxxuti bħala li proteini li għandhom proprjetajiet aġġuvanti, li jfisser li jistgħu jsaħħu l-proprjetajiet allerġeniċi ta' oġġetti oħra tal-ikel, dan ma ġiex analizzat min-naħa tal-EFSA;

Q.

billi studju xjentifiku fl-2017 dwar l-impatti possibbli fuq is-saħħa ta' tossini Bt u residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari jikkonkludi li għandha tingħata attenzjoni speċifika għar-residwi tal-erbiċidi u l-interazzjoni tagħhom ma' tossini Bt (18); billi l-EFSA ma eżaminatx tali kwistjonijiet;

Ir-reżistenza għall-antibijotiċi

R.

billi GHB614 x LLCotton25 x MON15985 jipproduċi proteini (NPTII u AAD) li jagħtu reżistenza għall-antibijotiċi; billi n-NPT11 jagħti reżistenza għan-neomiċina u l-kanamiċina; billi l-AAD jagħti reżistenza għall-istreptomiċina; billi dawn l-antimikrobiċi kollha huma klassifikati bħala “ta' importanza kritika” mid-WHO (19);

S.

billi l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) jirrikjedi li l-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) li jkun fihom ġeni li jesprimu reżistenza għall-antibijotiċi użati għat-trattament mediku jew veterinarju jitqiesu b'mod partikolari meta titwettaq valutazzjoni tar-riskju ambjentali u li l-għan ġenerali huwa li jiġu identifikati u eliminati b'mod gradwali l-ġeni li jimmarkaw ir-reżistenza għall-antibijotiċi OĠM li jaf ikollhom effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq is-sikurezza ambjentali;

T.

billi l-panel tal-EFSA dwar l-OĠM eżamina, f'opinjoni tal-2004, l-użu tal-ġeni li jimmarkaw ir-reżistenza għall-antibijotiċi fl-għażla ta' avvenimenti transġeniċi fil-pjanti minħabba tħassib li l-użu ta' tali ġeni markaturi jista' potenzjalment iwassal għal żieda fir-reżistenza għall-antibijotiċi fil-bnedmin u fl-annimali minħabba t-trasferiment tal-ġeni mill-pjanti ġenetikament modifikati għall-batterji;

U.

billi, skont din l-opinjoni tal-2004, il-ġene AAD jappartjeni għall-grupp II ta' ġeni ta' reżistenza għall-antibijotiċi li “għandu jkun ristrett għal skopijiet ta' prova u m'għandux ikun preżenti fi pjanti ġenetikament modifikati biex jitqiegħdu fis-suq” (21);

Kummenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri

V.

billi tressqu diversi kummenti kritiċi mill-awtoritajiet kompetenti matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, fosthom, iżda mhux biss, il-kwistjonijiet deskritti hawn fuq (22);

Nuqqas ta' demokrazija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet

W.

billi l-votazzjoni fit-3 ta' Diċembru 2018 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

X.

billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li hi verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika (23);

Y.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari (24) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-użu fl-ikel jew fl-għalf, ta' kwalunkwe pjanta ġenetikament modifikata li saret tolleranti għal erbiċida mhux awtorizzat għall-użu fl-Unjoni, f'dan il-każ il-glufosinat;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza ebda pjanta ĠM tolleranti għall-erbiċida mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi, metaboliti komplementari u formulazzjonijiet kummerċjali kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni għall-użu fl-ikel u l-għalf;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza l-ebda pjanta ġenetikament modifikata li jkun fiha ġeni reżistenti għall-antimikrobiċi;

7.

Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sa ma tiġi riveduta l-proċedura ta' awtorizzazzjoni b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għal użu bħala ikel u għalf;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Valutazzjoni tal-qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 għall-użi tal-ikel u l-għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-2011-94), https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213

(4)  

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2)(ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).

(5)  Opinjoni tal-EFSA, p. 17 https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213

(6)  Opinjoni tal-EFSA, p. 18 https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(8)  Konklużjoni tal-EFSA dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva glifosat. Il-Ġurnal tal-EFSA 2015, 13 (11):4302, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2015.4302/epdf

(9)  https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC3955666

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/555 tad-9 ta' April 2018 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2019, l-2020 u l-2021 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 92, 10.4.2018, p. 6).

(11)  Ir-rapport tal-2016 tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5348

(12)  https://www.testbiotech.org/node/2209 p. 2.

(13)  Opinjoni tal-EFSA, p. 14, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213

(14)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10) tistabbilixxi livell massimu ta' gossypol fiż-żerriegħa tal-qoton (bħala materjal tal-għalf) ta' 5 000 mg/kg

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02002L0032-20131227&from=ES

(15)  https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC4033412/

(16)  Opinjoni tal-EFSA, p. 15 https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213

(17)  Opinjoni tal-EFSA, p. 15 https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213

(18)  https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC5236067/

(19)  p21 http://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/255027/9789241512220-eng.pdf;jsessionid=11933F77EEEE4D6E7BD574889996C4E6?sequence=1

(20)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(21)  https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2004.48

(22)  ara l-Anness G, kummenti tal-Istati Membri, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionDocumentsLoader?question=EFSA-Q-2018-00147

(23)  Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

(24)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/185


P8_TA(2019)0061

Is-sitwazzjoni fil-Venezwela

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (2019/2543(RSP))

(2020/C 411/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela, b'mod partikolari dawk tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-elezzjonijiet fil-Venezwela (1), tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fuq il-fruntieri tal-art tagħha mal-Kolombja u l-Brażil (2) u tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Jannar 2019 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) f'isem l-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Jannar 2019 tal-VP/RGħ f'isem l-UE,

wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI),

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Venezwela, u b'mod partikolari l-Artikolu 233 tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-elezzjonijiet tal-20 ta' Mejju 2018 saru mingħajr ma kienu konformi mal-istandards minimi internazzjonali għal proċess kredibbli u naqsu milli jirrispettaw il-pluraliżmu politiku, id-demokrazija, it-trasparenza u l-istat tad-dritt; billi l-UE, flimkien ma' organizzazzjonijiet reġjonali u ma' pajjiżi demokratiċi oħra, ma rrikonoxxiet la l-elezzjonijiet u lanqas l-awtoritajiet li ħadu l-kariga permezz ta' dan il-proċess illeġittimu;

B.

billi, fl-10 ta' Jannar 2019, Nicolás Maduro ħa f'idejh b'mod illeġittimu l-poter presidenzjali quddiem il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja, bi ksur tal-ordni kostituzzjonali;

C.

billi fit-23 ta' Jannar 2019, il-President tal-Assemblea Nazzjonali elett b'mod leġittimu u demokratiku, Juan Guaidó, ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-president interim tal-Venezwela, f'konformità mal-Artikolu 233 tal-Kostituzzjoni tal-Venezwela;

D.

billi fil-Venezwela saru protesti u dimostrazzjonijiet massivi f'dawn l-aħħar jiem; billi qed jiġu rrappurtati għaxriet ta' mwiet u diversi mijiet ta' nies midruba fil-kuntest ta' dimostrazzjonijiet u taqlib; billi nies għadhom jinqatlu u jindarbu u għadhom iseħħu vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem, li jirriżultaw minn atti ta' vjolenza u repressjoni fil-konfront ta' protesti soċjali, tfittxijiet illegali, arresti arbitrarji, inklużi dawk ta' aktar minn 70 minorenni, flimkien ma' stigmatizzazzjoni u persekuzzjoni ta' attivisti tal-oppożizzjoni; billi ssejħu protesti ġodda għal din il-ġimgħa li għaddiet;

E.

billi l-UE ripetutament appellat biex il-Venezwela terġa' lura lejn id-demokrazija u l-istat tad-dritt permezz ta' proċess politiku kredibbli;

F.

billi, fl-2017, il-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov tal-Libertà tal-Ħsieb tiegħu lill-oppożizzjoni demokratika u lill-priġunieri politiċi fil-Venezwela;

G.

billi l-popolazzjoni Venezwelana qed tiffaċċja kriżi soċjali, ekonomika u demokratika bla preċedent, hekk li aktar minn 3 miljun persuna emigraw u r-rata tal-inflazzjoni qabżet il-1 650 000 %;

H.

billi s-sħab internazzjonali u reġjonali, fosthom l-UE, impenjaw ruħhom li jgħinu fil-ħolqien ta' kundizzjonijiet għal proċess politiku paċifiku, kredibbli u inklużiv fost l-atturi Venezwelani kollha rilevanti; billi l-UE tenniet ir-rieda tagħha li żżomm il-kanali tal-komunikazzjoni miftuħa;

I.

billi Nicolás Maduro ċaħad pubblikament il-possibbiltà li jsejjaħ elezzjonijiet presidenzjali ġodda b'risposta għat-talba tal-VP/RGħ f'isem l-UE għaż-żamma urġenti ta' elezzjonijiet presidenzjali ħielsa, trasparenti u kredibbli;

1.

Jirrikonoxxi lis-Sur Guaidó bħala l-president interim leġittimu tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela skont il-Kostituzzjoni Venezwelana, kif iddikjarat fl-Artikolu 233 tagħha, u jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-pjan direzzjonali tiegħu;

2.

Jitlob li l-VP/RGħ u l-Istati Membri jadottaw pożizzjoni soda u magħquda, u jirrikonoxxu lil Juan Guaidó bħala l-uniku president interim leġittimu tal-pajjiż sa ma jkunu jistgħu jissejħu elezzjonijiet ħielsa, trasparenti u kredibbli ġodda biex ireġġgħu lura d-demokrazija; jilqa' l-fatt li ħafna stati demokratiċi diġà rrikonoxxew il-presidenza interim il-ġdida;

3.

Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha, jekk din id-deċiżjoni tiġi approvata, jaġixxu f'dan ir-rigward u jakkreditaw l-ħatra ta' dawk ir-rappreżentanti mill-awtoritajiet leġittimi;

4.

Jikkundanna bil-qawwa r-repressjoni u l-vjolenza ħorox, li jwasslu biex persuni jinqatlu u jindarbu; jesprimi s-solidarjetà tiegħu man-nies tal-Venezwela kif ukoll il-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji u lill-ħbieb tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet de facto Venezwelani biex itemmu l-vjolazzjonijiet kollu tad-drittijiet tal-bniedem, u jiżguraw li dawk responsabbli jagħtu rendikont ta' għemilhom u li l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem kollha jiġu rispettati bis-sħiħ;

5.

Jikkundanna d-detenzjoni ta' bosta ġurnalisti li jkopru s-sitwazzjoni fil-Venezwela u jitlob li jinħelsu immedjatament;

6.

Jirrifjuta l-proposti jew tentattivi għal soluzzjoni tal-kriżi li jistgħu jimplikaw l-użu tal-vjolenza;

7.

Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Assemblea Nazzjonali, li hija l-uniku korp demokratiku leġittimu tal-Venezwela, u li l-poteri tagħha jeħtieġ li jitreġġgħulha u jiġu rispettati, inklużi l-prerogattivi u s-sikurezza tal-membri tagħha;

8.

Jappoġġja bil-qawwa t-talba tas-Segretarju Ġenerali tan-NU li ssir investigazzjoni indipendenti u sħiħa dwar il-każijiet ta' qtil li twettqu, f'konformità mar-riżoluzzjonijiet tiegħu adottati preċedentement;

9.

Jitlob li l-VP/RGħ taħdem mal-pajjiżi fir-reġjun u ma' kwalunkwe attur ewlieni ieħor bil-għan li jinħoloq grupp ta' kuntatt, kif iddikjarat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2018, li jista' jagħmilha ta' medjatur bil-ħsieb li jinbena ftehim dwar is-sejħa ta' elezzjonijiet presidenzjali ħielsa, trasparenti u kredibbli abbażi ta' kalendarju maqbul, kundizzjonijiet ugwali għall-atturi kollha, trasparenza u osservazzjoni internazzjonali;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President Interim leġittimu tar-Repubblika u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Grupp ta' Lima, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2018)0199.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2018)0313.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0436.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/187


P8_TA(2019)0062

Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (2018/2102(INI))

(2020/C 411/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 7, 8, 9, 11, 12, 39, 42, 101 sa 109, u 174 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 35, 37 u 38 tagħha,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2018 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2017 (COM(2018)0482) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikat bħala dokument ta' sostenn fl-istess data,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) (Regolament tal-KE dwar il-Fużjoni),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tad-9 ta' Lulju 2014 bit-titolu ''Lejn kontroll aktar effettiv tal-fużjonijiet tal-UE'' (COM(2014)0449),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2017 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (COM(2017)0142) (id-Direttiva NEK+),

wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2016 dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C(2016)2946),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2014 dwar ftehimiet ta' kooperazzjoni tal-UE dwar l-infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni – it-triq 'il quddiem (3),

wara li kkunsidra r-regoli, il-linji gwida, id-deċiżjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet, il-komunikazzjonijiet u d-dokumenti rilevanti tal-Kummissjoni dwar is-suġġett tal-kompetizzjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta' April 2018 (4) u tal-14 ta' Frar 2017 (5) dwar ir-rapporti annwali tal-2017 u tal-2016 dwar il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE,

wara li kkunsidra l-istudju tiegħu ta' Lulju 2018 bit-titolu “Competition issues in the area of financial technology (FinTech)” (Kwistjonijiet relatati mal-kompetizzjoni fil-qasam tat-teknoloġija finanzjarja (FinTech)), li ġie kkummissjonat mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-Kompetizzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

wara li kkunsidra t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-mistoqsijiet bil-miktub E-000344-16, E-002666-16 u E-002112-16,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2018 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2017,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni tal-10 ta' Mejju 2017 dwar l-inkjesta settorjali dwar il-kummerċ elettroniku (COM(2017)0229),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0474/2018),

A.

billi l-politika tal-kompetizzjoni issa ilha fis-seħħ għal aktar minn 60 sena u billi politika tal-kompetizzjoni tal-UE b'saħħitha u effettiva dejjem kienet bażi fundamentali tal-proġett Ewropew;

B.

billi l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa joħolqu kompetizzjoni inġusta, li taffettwa b'mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);

C.

billi l-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa jdgħajfu d-distribuzzjoni ġusta tad-dħul mit-taxxa fl-Istati Membri, u għalhekk ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern;

D.

billi l-evitar qawwi tat-taxxa minn individwi u intrapriżi b'valur nett għoli ma jippenalizzax biss lill-kontribwenti ordinarji, il-finanzi pubbliċi u l-infiq soċjali, iżda jhedded ukoll il-governanza tajba, l-istabbiltà makroekonomika, il-koeżjoni soċjali u l-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

E.

billi ċerti gvernijiet u ġurisdizzjonijiet, inkluż xi wħud fl-UE, speċjalizzaw jew involvew ruħhom fil-ħolqien ta' reġimi fiskali preferenzjali li jfixklu l-kompetizzjoni għall-benefiċċju ta' kumpaniji multinazzjonali u ta' individwi b'valur nett għoli, li fil-verità ma jkollhomx sustanza ekonomika f'dawn il-ġurisdizzjonijiet iżda huma sempliċement irrappreżentati minn kumpaniji tal-isem;

1.

Iqis li politika tal-kompetizzjoni bil-għan li tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-setturi kollha hija bażi fundamentali tal-ekonomija soċjali tas-suq Ewropew u fattur ewlieni fl-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern; jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2017 kif ukoll l-isforzi u l-attivitajiet tagħha biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni fl-Unjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-UE, speċjalment dawk f'pożizzjoni dgħajfa tal-konsumatur; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tkompli tiżgura l-infurzar sħiħ tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, billi tagħti attenzjoni partikolari lid-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-SMEs, u biex tevita l-applikazzjoni mhux uniformi tagħhom fl-Istati Membri;

2.

Jilqa' u jkompli jħeġġeġ id-djalogu strutturat mal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni u l-isforzi tal-Kummissjoni biex iżżomm kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tal-kumitat kompetenti tal-Parlament u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tiegħu; iqis li r-rapport annwali dwar il-politika tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni huwa eżerċizzju indispensabbli f'termini ta' skrutinju demokratiku; ifakkar li fis-snin reċenti, permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament kien involut fit-tfassil tal-qafas għar-regoli tal-kompetizzjoni, pereżempju fid-Direttiva NEK+ li ġiet proposta; jinnota li l-Parlament għandu jingħata setgħat ta' kodeċiżjoni biex ifassal il-qafas għar-regoli tal-kompetizzjoni u jiddispjaċih li d-dimensjoni demokratika ta' dan il-qasam tal-politika tal-Unjoni ma ġietx imsaħħa fl-emendi reċenti tat-Trattat;

3.

Jilqa' u jibqa' jappoġġja l-aġenda u l-prijoritajiet ambizzjużi tad-DĠ Kompetizzjoni tal-Kummissjoni, filwaqt li jinnota li għad fadal sfidi importanti, pereżempju fil-qasam tal-kontroll tal-fużjonijiet, fejn l-għadd kbir ta' fużjonijiet jikkostitwixxi sfida; jinnota li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-fużjonijiet, l-antitrust u l-għajnuna mill-Istat spiss ikunu soġġetti għal diskussjoni politika, u jissottolinja li, filwaqt li xi eżempji ta' deċiżjonijiet riċenti huma msemmija f'dan ir-rapport, l-istampa globali hija usa', u li l-intenzjoni tal-Parlament mhijiex li jieħu pożizzjoni dwar każijiet individwali, peress li huwa r-rwol tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar meta d-dritt tal-kompetizzjoni ma jkunx qed jiġi rispettat;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni tanalizza l-impatt dannuż potenzjali tal-fużjoni bejn Siemens u Alstom proposta fuq il-kompetittività tas-suq ferrovjarju Ewropew u l-effetti negattivi tagħha fuq l-utenti tal-ferroviji;

5.

Jinnota li fl-2018 il-Kummissjoni ressqet proposta leġiżlattiva biex jinħoloq Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP), li jkun fond ta' pensjoni privata;

6.

Jenfasizza li l-konsumatur huwa l-benefiċjarju ewlieni ta' kompetizzjoni effettiva fis-suq uniku Ewropew;

7.

Jilqa' l-investigazzjoni dwar il-kartell tat-trakkijiet; jieħu nota pożittiva tal-fatt li l-Kummissjoni ma qisitx biss l-impatt tal-kartell bejn il-produtturi tat-trakkijiet kbar fuq il-prezzijiet tat-trakkijiet iżda ssanzjonat ukoll il-fatt li huma ħadmu flimkien biex idewmu l-introduzzjoni ta' trakkijiet aktar nodfa;

8.

Jissottolinja l-fatt li r-regoli tal-kompetizzjoni huma bbażati fuq it-Trattat u, kif stipulat fl-Artikolu 7 tat-TFUE, għandhom jitqiesu fid-dawl tal-valuri Ewropej usa' li jirfdu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-affarijiet soċjali, l-ekonomija tas-suq soċjali, l-istandards ambjentali, il-politika dwar il-klima u l-ħarsien tal-konsumaturi; jemmen li l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE għandha tindirizza d-distorsjonijiet tas-suq kollha, inklużi dawk li jinħolqu minn esternalitajiet soċjali u ambjentali negattivi;

9.

Jemmen li l-politika tal-kompetizzjoni għandha taġixxi bħala katalizzatur biex tgħin tippromwovi t-tranżizzjoni tal-enerġija madwar l-UE, tistimola l-integrazzjoni ekonomika u soċjali fl-Ewropa, tħeġġeġ attivitajiet agrikoli ekoloġikament sostenibbli u tillimita l-kapaċità tal-intrapriżi kbar tal-enerġija li jgħollu l-prezzijiet tal-provvista tal-enerġija;

10.

Jirrimarka li anke meta l-prodotti jew is-servizzi jiġu fornuti b'xejn, b'mod partikolari fl-ekonomija diġitali, il-konsumaturi xorta waħda jistgħu jesperjenzaw imġiba inġusta, bħal degradazzjoni fil-kwalità, fl-għażla u fl-innovazzjoni jew prattiki ta' estorsjoni; jemmen li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u l-infurzar għandhom ikopru wkoll firxa ta' aspetti li jmorru lil hinn mill-approċċi li jiffukaw fuq il-prezzijiet u għandhom iqisu kunsiderazzjonijiet usa' bħall-kwalità tal-prodotti jew is-servizzi, anke fid-dawl tal-privatezza taċ-ċittadini;

11.

Jinnota l-bidliet enormi fis-swieq li jirriżultaw mill-iżvilupp teknoloġiku kontinwu, li jġibu magħhom kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol kruċjali tal-politika tal-kompetizzjoni fl-iżvilupp ulterjuri tas-suq uniku diġitali; jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal qafas li filwaqt li jippromwovi l-innovazzjoni tad-data u mudelli kummerċjali ġodda, jindirizza b'mod effettiv l-isfidi tal-ekonomija xprunata mid-data u tal-algoritmi; jissottolinja b'mod partikolari li diversi pjattaformi diġitali bil-kapaċità li jaċċessaw u jikkontrollaw il-flussi tad-data li dejjem qed jiżdiedu jistgħu jiġġeneraw ekonomiji ta' skala u esternalitajiet tan-netwerk konsiderevoli, u jistgħu jwasslu għal fallimenti tas-suq permezz ta' konċentrazzjoni eċċessiva u estrazzjoni ta' redditu minn saħħa abbużiva fis-suq; jilqa', f'dan il-kuntest, il-ħatra ta' konsulenti speċjali għall-Kummissarju li jiffukaw fuq l-isfidi futuri tad-diġitalizzazzjoni għall-politika tal-kompetizzjoni, u jistenna b'interess is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet għal azzjoni tagħhom; jissottolinja l-ħtieġa għal approċċ komuni mifrux mal-UE kollha dwar dawn il-kwistjonijiet;

12.

Jissottolinja l-fatt li ta' spiss l-utenti ma jkunux konxji tal-punt sa fejn tkun qed tintuża d-data tagħhom u tiġi ttrasferita lil partijiet terzi għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni jew kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (6) (id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika), tiżgura li l-kumpaniji diġitali jużaw id-data personali biss wara li l-abbonat jew l-utent ikkonċernat ikun ta l-kunsens espliċitu tiegħu, u li mingħajr dan il-kunsens, id-data ma tkunx tista' tiġi ttrasferita lil parti terza li magħha l-kumpanija jew il-pjattaforma jkollha ftehim; iqis, għalhekk, li s-swieq diġitali jeħtieġ li jiġu vvalutati minn perspettiva multidixxiplinarja, peress li mġiba antikompetittiva tista' tinvolvi ksur ta' oqsma oħra tal-liġi bħal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data u l-konsumatur; jenfasizza li rispons ta' infurzar xieraq jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti differenti jaħdmu flimkien, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, tal-konsumatur u tal-protezzjoni tad-data kif issuġġerit mill-inizjattiva dwar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għal mekkaniżmu ta' koordinament (7);

13.

Jistieden lill-Kummissjoni torganizza seduta ta' smigħ mal-kumpaniji tat-teknoloġija billi tistieden lis-CEOs ta' Google, Facebook u Apple sabiex tiddiskuti b'mod partikolari kif id-data personali tal-konsumaturi tinġabar u tintuża minn pajjiżi terzi; jinsab imħasseb dwar il-fatt l-utenti, ir-regolaturi u xi drabi anke l-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet u dawk li jirreklamaw mhumiex konxji tal-estent tal-fluss ta' data minn smartphones lejn gruppi ta' reklamar diġitali u partijiet terzi oħra; jinnota li d-data li tinġabar minn partijiet terzi permezz ta' apps tal-ismartphone tista' tinkludi kwalunkwe ħaġa minn informazzjoni dwar il-profil bħall-età u l-ġeneru għal dettalji tal-post, inkluża data dwar torrijiet tal-mowbajls jew routers tal-Wifi fil-qrib, u informazzjoni dwar kwalunkwe applikazzjoni oħra fuq mowbajl; jemmen li l-UE għandha tagħti s-setgħa lill-individwi biex jifhmu l-kwistjonijiet ta' monopolju u ta' konċentrazzjoni li jikkonċernaw dawn il-kumpaniji tal-intraċċar;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tiġġudika l-kontroll tad-data meħtieġa għall-ħolqien u l-forniment ta' servizzi bħala indikatur għall-eżistenza tas-saħħa fis-suq, inkluż taħt il-gwida tagħha dwar l-Artikolu 102 tat-TFUE, u biex tirrikjedi interoperabbiltà bejn il-pjattaformi online u l-fornituri tan-netwerks soċjali; jirrimarka wkoll l-evoluzzjoni tal-algoritmi ta' awtotagħlim u tal-intelliġenza artifiċjali, b'mod partikolari meta jingħataw lil kumpaniji minn partijiet terzi, u l-impatt tagħha fuq in-natura tal-attività tal-kartell; jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni ddettaljata dwar dawn il-kwistjonijiet fir-rapport annwali li jmiss tagħha dwar il-politika tal-kompetizzjoni;

15.

Iqis li huwa importanti li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv tal-Unjoni mfassla biex jiżguraw li l-konsumaturi affettwati minn prattiki antikompetittivi jirċievu kumpens xieraq;

16.

Iqis li huwa meħtieġ li jiġi ggarantit id-dritt għal portabbiltà transkonfinali sabiex jiġi evitat li l-limitazzjonijiet eżistenti għal dan id-dritt jiġu stabbiliti bħala prattiki tas-suq leġittimi; iqis li huwa importanti li jitneħħew ir-restrizzjonijiet abbużivi u mhux iġġustifikati imposti abbażi ta' raġunijiet ġeografiċi li jipprovdu livelli inkonsistenti tal-allegata protezzjoni għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

17.

Iqis li l-limiti ġuriżdizzjonali li jistabbilixxu l-punt ta' tluq għal rieżami ta' fużjoni tal-UE, li huma bbażati fuq il-fatturat tal-entitajiet destinatarji u dawk akkwirenti, mhumiex dejjem xierqa għall-ekonomija diġitali, li fiha l-valur ta' spiss jiġi rrappreżentat min-numru ta' viżitaturi fuq sit web, għal finijiet ta' reklamar; jissuġġerixxi li dawn il-limiti jiġu riveduti u adattati sabiex jinkludu, fost l-oħrajn, fatturi bħall-għadd ta' konsumaturi affettwati mill-fużjonijiet u l-valur tat-tranżazzjonijiet relatati;

18.

Jissottolinja l-fatt li l-ostakoli għad-dħul f'xi oqsma tal-ekonomija diġitali qed isiru dejjem aktar insuperabbli, peress li aktar ma titkompla l-imġiba inġusta, aktar ma jkun diffiċli li wieħed imur lura għall-effetti antikompetittivi tagħha; iqis li l-miżuri interim jistgħu jkunu għodda siewja biex jiġi żgurat li ma jsirx dannu lill-kompetizzjoni waqt li tkun għaddejja investigazzjoni; jafferma, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni għandha tagħmel użu effettiv minn miżuri interim, filwaqt li tiżgura li jkun hemm proċess xieraq u d-dritt ta' difiża tal-impriżi li jkunu qed jiġu investigati; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex twettaq analiżi ta' jekk hemmx mezzi biex tiġi ssimplifikata l-adozzjoni ta' miżuri interim fi żmien sentejn mid-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva NEK+; jirrakkomanda f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni titgħallem mill-aħjar prattiki f'ġurisdizzjonijiet oħra;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi aktar ambizzjużi biex telimina l-ostakoli illegali għall-kompetizzjoni online, sabiex jiġi żgurat xiri online mingħajr ostakoli fi ħdan l-UE, jiġu mmonitorjati l-limiti fuq il-prezzijiet f'setturi bħall-pjattaformi online għall-akkomodazzjoni u t-turiżmu u jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess transkonfinali għal firxa wiesgħa ta' oġġetti u servizzi online bi prezzijiet kompetittivi; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea twettaq inkjesta settorjali dwar is-suq tar-reklamar sabiex ikun hemm fehim aħjar tad-dinamika tar-reklamar online u jiġu identifikati l-prattiki antikompetittivi li jeħtieġ li jiġu indirizzati skont l-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni kif għamlu xi awtoritajiet nazzjonali;

20.

Jissottolinja l-fatt li d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija moderna twassal għal bidliet fil-loġika ekonomika tradizzjonali; jenfasizza għalhekk li kwalunkwe sistema għat-tassazzjoni trid tqis il-fatt li d-diġitalizzazzjoni hija r-realtà normali ġdida għall-partijiet kollha tal-ekonomija tagħna; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' regoli dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali (8); jenfasizza li t-tassazzjoni diġitali trid tindirizza l-asimmetriji bejn l-ekonomija tradizzjonali u l-prattiki ekonomiċi ġodda bbażati fuq id-diġitalizzazzjoni u tevita li xxekkel id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni jew toħloq ostakoli artifiċjali fl-ekonomija; jissottolinja l-importanza li jinstabu soluzzjonijiet internazzjonali u approċċi komuni għat-tassazzjoni fl-ekonomija diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-isforzi tagħha fil-fora internazzjonali, jiġifieri fl-OECD, biex jintlaħaq tali ftehim;

21.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar it-taxxa fuq is-servizzi diġitali (COM(2018)0148) bħala miżura kruċjali li tiżgura li s-settur diġitali jħallas is-sehem ġust tiegħu ta' taxxi sakemm tiġi adottata soluzzjoni permanenti li se tippermetti l-intaxxar tal-profitti fejn jinħoloq il-valur;

22.

Itenni li l-kompetizzjoni fis-settur tat-telekomunikazzjoni hija essenzjali biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u l-investiment fin-netwerks u li għandhom jiġu mħeġġa prezzijiet affordabbli u għażla fis-servizzi għall-konsumaturi; iqis li t-telefonati li jsiru fi ħdan l-UE għadhom jirrappreżentaw piż sinifikanti għan-negozji u l-klijenti u li l-passi lejn it-twaqqif tat-tariffi tal-konsumaturi għal roaming fl-UE mhumiex biżżejjed jekk is-suq uniku għandu jissaħħaħ aktar; jirrikonoxxi l-fatt li jridu jinħolqu inċentivi biex it-telefonati li jsiru fi ħdan l-UE jsiru konformi mat-telefonati lokali billi jiġu ffaċilitati l-investimenti f'netwerk kompletament Ewropew jew kondiviż; huwa tal-fehma li l-politiki għandhom jiffavorixxu investimenti effiċjenti f'netwerks ġodda, filwaqt li jqisu l-impatt fuq il-konsumaturi u permezz ta' dan jipprevjenu wkoll distakki diġitali ġodda bejn familji b'introjtu għoli u baxx; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-broadband billi jiġi promoss livell għoli ta' kompetizzjoni u tiżgura livell għoli ta' konnettività fl-UE u l-iskjerament rapidu tal-5G madwar l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-kompetittività globali tal-Unjoni u jiġu attirati l-investimenti; jemmen li fit-twettiq tal-kompitu t'hawn fuq, huwa importanti li l-politika tal-kompetizzjoni tqis l-ispeċifiċitajiet tal-iskjerament tal-broadband f'żoni rurali sabiex taqdi l-interess pubbliku u treġġa' lura t-tendenza lejn iż-żieda fid-disparitajiet teknoloġiċi bejn iż-żoni rurali u urbani fir-rigward tal-aċċess;

23.

Huwa tal-fehma li l-kontijiet kurrenti u ta' tfaddil ma għandhomx jiġġeneraw kummissjonijiet għall-utenti sakemm dawn ma jkunux marbuta ma' servizzi speċifiċi;

24.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-antitrust tal-Kummissjoni biex Google tiġi mmultata EUR 4,34 biljun għal prattiki illegali dwar l-apparati mobbli Android bil-għan li tissaħħaħ id-dominanza tal-magna tat-tiftix ta' Google; jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2019 tikkonkludi l-każ tal-antitrust ta' Google Shopping li tnieda f'Novembru 2010, tmien snin ilu; ifakkar lill-Kummissjoni biex tikkonkludi l-investigazzjoni tat-trattament ta' Google fir-riżultati tat-tiftix tagħha ta' servizzi tat-tiftix oħra speċjalizzati ta' Google, inklużi l-kwistjonijiet relatati mat-tiftix lokali li Yelp qajjem fl-aħħar ilment tiegħu; jirrakkomanda li d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni jirrifletti dwar it-tul tal-każijiet tal-antitrust diġitali u dwar l-aktar għodda xierqa biex dawn jiġu indirizzati; jitlob lill-Kummissjoni b'mod partikolari sabiex tqis il-possibbiltà li tistabbilixxi skadenzi għall-każijiet tal-antitrust, kif tagħmel fil-każijiet ta' fużjoni;

25.

Itenni l-ħtieġa li l-Kummissjoni tqis ukoll id-diżaggregazzjoni strutturali sħiħa tal-monopolji tat-teknoloġija diġitali bħala soluzzjoni possibbli biex tkun tista' tiġi rrestawrata l-kompetizzjoni u kundizzjonijiet ekwi fi ħdan is-suq diġitali Ewropew;

26.

Jenfasizza li l-effettività tal-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni tiddependi fuq it-tfassil u l-ittestjar ta' rimedji xierqa; jenfasizza li r-rimedji li jirrigwardaw il-konsumatur huma importanti biex tiġi rrestawrata l-kompetittività f'suq billi l-konsumaturi jiġu megħjuna jagħmlu deċiżjonijiet informati u jindirizzaw il-preġudizzji status quo; huwa tal-opinjoni li, meta l-Kummissjoni Ewropea tfassal rimedji tal-imġiba, hija għandha tinkorpora l-ekonomiji ta' mġiba bħala dixxiplina ta' sostenn kif għamlu xi awtoritajiet nazzjonali fis-snin reċenti;

27.

Jinnota li l-President tal-Kummissjoni impenja ruħu li jressaq proposti biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fiskali bejn l-Istati Membri permezz ta' obbligu li jwieġbu talbiet fi grupp dwar kwistjonijiet ta' taxxa, sabiex Stat Membru wieħed ikun jista' jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-oħrajn ikunu jistgħu jipproċedu kontra dawk li jevadu t-taxxa fuq livell transfruntier; jinnota li meta l-azzjonijiet ta' Stat Membru jkunu qed jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq intern, il-Parlament u l-Kunsill, taħt ċerti ċirkustanzi kif deskritti fl-Artikolu 116 tat-TFUE, jistgħu joħorġu direttivi sabiex tiġi eliminata d-distorsjoni;

28.

Jirrikonoxxi l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-Lussemburgu ta lil Engie benefiċċji tat-taxxa mhux dovuti ta' madwar EUR 120 miljun, u li l-proċedura ta' rkupru għadha għaddejja; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Gvern tal-Lussemburgu ddeċieda li jappella d-deċiżjoni tal-Kummissjoni;

29.

Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni, Margrethe Vestager, dwar l-investigazzjoni li tikkonċerna għajnuna mill-Istat lil McDonalds, li stqarret li n-nontassazzjoni ta' ċerti profitti ta' McDonalds fil-Lussemburgu ma tikkostitwixxux għajnuna mill-Istat illegali; huwa tal-fehma li r-regolament attwali tal-UE mhux adegwat biex jiġġieled in-nontassazzjoni doppja b'mod effettiv u biex iwaqqaf il-ġirja lejn l-aktar livell baxx fir-rigward tal-livelli tat-taxxa korporattiva;

30.

Jindika li f'żewġ każijiet reċenti, minkejja l-konklużjonijiet tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB) li r-riżoluzzjoni ma setgħetx tiġi ġġustifikata fuq il-bażi tal-interess pubbliku, il-Kummissjoni approvat l-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi li se ttaffi t-tfixkil ekonomiku fuq livell reġjonali, u b'hekk uriet żewġ interpretazzjonijiet distinti ta' interess pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni teżamina d-diskrepanzi bejn ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-għajnuna għal-likwidazzjoni u r-reġim tar-riżoluzzjoni skont id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD) u wara dan li tirrevedi l-Komunikazzjoni Bankarja tagħha tal-2013 kif xieraq;

31.

Josserva li għadd ta' studji (9) wrew l-ispiża soċjali moħbija u naqqsu l-kompetizzjoni tal-prodott li tikkorrispondi għal livelli ogħla ta' konċentrazzjoni ta' sjieda orizzontali; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, sabiex tqis li tirrevedi r-Regolament dwar il-fużjoni f'dan is-sens u tipprovdi linji gwida dwar l-użu tal-Artikolu 101 u 102 tat-TFUE f'tali każijiet;

32.

Jinnota li fin-nuqqas ta' għodod ta' riżoluzzjoni setgħet kienet meħtieġa għajnuna temporanja mill-Istat lis-settur finanzjarju għall-istabbilizzazzjoni tas-sistema finanzjarja globali iżda li madankollu issa trid tkun skrutinizzata u trid titneħħa; jiddispjaċih dwar in-natura insuffiċjenti ta' dan l-iskrutinju; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex teżamina jekk, minn mindu bdiet il-kriżi, l-istituzzjonijiet bankarji bbenefikawx minn sussidji impliċiti u minn għajnuna mill-Istat permezz tal-għoti ta' appoġġ ta' likwidità minn banek ċentrali; ifakkar fl-impenn meħud mill-Kummissarju Vestager fid-djalogu strutturat mal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament f'Novembru 2017 biex issir riflessjoni dwar distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-Programm ta' Xiri mis-Settur Korporattiv tal-BĊE u biex jingħata rapport bi tweġiba kwalitattiva; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-kunċett tas-selettività fl-għajnuna mill-Istat huwa kriterju essenzjali li jeħtieġ li jiġi investigat bir-reqqa u jinnota wkoll l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jinkludi l-hekk imsejjaħ prinċipju ta' lealtà;

33.

Iqis li hija prijorità li jiġi żgurat li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ikunu strettament u imparzjalment segwiti meta jiġu indirizzati kriżijiet bankarji fil-futur, sabiex il-kontribwenti jkunu protetti kontra l-piż ta' salvataġġ tal-banek;

34.

Jilqa' l-introduzzjoni mill-Kummissjoni ta' għodda ta' informaturi anonimi, li tippermetti r-rapportar ta' kartelli, jew tipi oħra ta' prattiki antikompetittivi illegali, sabiex b'hekk tiżdied il-probabbiltà li dawn jiġu identifikati u jitħarrku; jinnota ċ-ċifri pożittivi wara l-ewwel xhur ta' użu;

35.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li konċentrazzjoni dejjem tikber fis-settur finanzjarju tista' tnaqqas il-grad ta' kompetizzjoni fis-settur, u jinsab imħasseb ukoll dwar in-nuqqas ta' suq intern ġenwin fil-qasam bankarju u l-frammentazzjoni kontinwa fis-swieq nazzjonali;

36.

Jenfasizza li l-Ewropa teħtieġ qafas armonizzat b'saħħtu dwar ir-rapportar u t-tassazzjoni korporattiva għall-kumpaniji multinazzjonali, b'rapportar pubbliku għal kull pajjiż u bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK); ifakkar li, minbarra t-tnaqqis fl-ispejjeż għaż-żewġ ditti u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri, l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri ssolvi l-kwistjoni ta' pprezzar tat-trasferimenti u tiżgura kompetizzjoni aktar ġusta fi ħdan is-suq uniku;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tevalwa l-miżuri tat-taxxa dannużi fl-Istati Membri fis-Semestru Ewropew, u tivvaluta bis-sħiħ id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti kollaterali fuq ġurisdizzjonijiet oħra;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli u saħansitra tespandi l-isforzi tagħha fir-rigward tal-investigazzjonijiet dwar l-abbuż minn pożizzjonijiet dominanti tas-suq għad-detriment tal-konsumaturi fl-UE; jitlob li, fl-istess ħin, il-Kummissjoni timmonitorja monopolji tal-gvern eżistenti u l-legalità ta' offerti ta' konċessjoni sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni eċċessiva tal-kompetizzjoni;

39.

Jissottolinja l-effett distortiv li l-għajnuna mill-Istat jista' jkollha fuq il-funzjonament tas-suq intern; ifakkar fir-rekwiżiti stretti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE; jinnota li ħafna mid-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' antitrust u ta' għajnuna mill-Istat jittieħdu fil-livell nazzjonali; jemmen għalhekk li l-Kummissjoni għandha timmonitorja u tieħu miżuri sabiex tiżgura miżuri ta' politika konsistenti fi ħdan is-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni tniedi pjan direzzjonali għal għajnuna mill-Istat immirata aħjar; jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tiċċara l-aspetti differenti tad-definizzjoni ta' għajnuna mill-Istat, kif muri fl-Avviż tagħha dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE; jinnota b'mod partikolari l-isforzi biex jiġu ċċarati l-kunċetti ta' “impriża” u “attività eknomika”; josserva madankollu li l-ħolqien ta' distinzjoni ċara bejn l-attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi jibqa' diffiċli; jinnota wkoll li huwa r-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiżgura l-interpretazzjoni xierqa tat-Trattat; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħti attenzjoni partikolari lit-twassil tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SGEI) inklużi l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, meta tapplika r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari fil-kuntest tal-appoġġ mill-Istat iddedikat għal reġjuni iżolati, remoti jew periferiċi fl-Unjoni; jissottolinja li meta tiġi applikata l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu promossi s-servizzi ta' interess ġenerali, l-għan għandu jkun li din tkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi u għaċ-ċittadini, minflok li ssaħħaħ l-interessi personali;

40.

Jissottolinja l-fatt li t-tassazzjoni għadha primarjament kompetenza nazzjonali minħabba l-limitu tal-unanimità fil-Kunsill u li l-għażla tal-politika tiddependi għalhekk fuq il-perspettiva u l-orjentazzjoni politiċi tal-gvernijiet u tal-parlamenti nazzjonali rispettivi tal-Istati Membri; jinnota madankollu li l-istrument ta' tassazzjoni jista' jintuża biex jagħti għajnuna mill-Istat impliċita lill-kumpaniji, li jista' joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi fis-suq intern; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politiki tat-taxxa nazzjonali ma jfixklux il-kompetizzjoni ġusta u b'hekk li l-politika tat-taxxa u tal-kompetizzjoni tiġi applikata b'mod konsistenti fi ħdan is-suq intern; jilqa' l-fatt li t-Task Force dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' benefiċċju fuq it-taxxa ssir korp permanenti; jitlob li t-Task Force tkun mgħammra biżżejjed f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi umani u mal-għodod ta' investigazzjoni; jitlob sitwazzjoni attwali ċara fl-investigazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta' tali kwistjonijiet, inkluż l-għadd ta' każijiet li qed jiġu investigati; jenfasizza li, fi ħdan is-suq intern, il-parteċipanti u d-ditti ġodda, inklużi l-SMEs, li ma jużawx prattiki fiskali aggressivi jiġu ppenalizzati; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinvestiga fil-fond il-prattiki antikompetittivi bħalma huma vantaġġi selettivi tat-taxxa u reġimi deċiżjonali dwar qligħ eċċessiv; jilqa' b'mod partikolari l-gwida pprovduta fl-avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat li jkopri d-deċiżjonijiet tat-taxxa; jistieden lill-Istati Membri jabbandunaw il-prattiki ta' kompetizzjoni inġusti bbażati fuq inċentivi tat-taxxa inġusti; jitlob lill-Kunsill jadotta l-proposta dwar il-BKKTK; jiddispjaċih dwar il-fatt li skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, it-taxxi mhux imħallsa rkuprati mill-benefiċjarji ta' għajnuna tat-taxxa illegali jiġu rritornati lura fil-pajjiż li jkun ipprovda l-għajnuna; jistieden lill-Kummissjoni biex issib soluzzjoni għal din il-problema; jenfasizza li n-negozjati sussegwenti mar-Renju Unit għandhom jinkludu r-rispett ta' kompetizzjoni ġusta u garanzija li r-Renju Unit ma jkunx jista' jagħti għajnuna mill-Istat fil-forma ta' ftehimiet tat-taxxa li jintlaħqu privatament miż-żewġ naħat;

41.

Jissottolinja l-konċentrazzjoni estensiva tal-katina tal-provvista tal-ikel, fejn għadd ta' kumpaniji jiffurmaw oligopolju fuq is-suq globali taż-żrieragħ u tal-pestiċidi, għad-detriment tal-konsumaturi, il-bdiewa, l-ambjent u l-bijodiversità bl-istess mod; jindika li tali struttura se tagħmel lill-bdiewa saħansitra aktar dipendenti mil-lat teknoloġiku u ekonomiku fuq ftit pjattaformi b'one-stop-shop globalment integrati, jipproduċu diversità limitata ta' żrieragħ, jagħtu direzzjoni ġdida lit-tendenzi fl-innovazzjoni lil hinn mill-adozzjoni ta' mudell ta' produzzjoni li jirrispetta l-ambjent u l-bijodiversità u fl-aħħar mill-aħħar, minħabba tnaqqis fil-kompetizzjoni, jiġġeneraw inqas innovazzjoni u kwalità aktar baxxa tal-prodotti finali; Jistieden lill-Kummissjoni, meta jitqies it-tnaqqis fl-introjtu agrikolu, b'mod partikolari fost il-bdiewa żgħar, biex tidderieġi l-intervent tagħhom biex ikun jista' jkun hemm dħul diċenti għal produtturi agrikoli, speċjalment in-negozji żgħar u medji;

42.

Jikkunsidra li kontroll aktar eżawrjenti mill-Kummissjoni dwar l-użu tal-privattivi fil-qasam agrikolu huwa indispensabbli;;

43.

Jilqa' inizjattivi bħall-qafas ta' Bliet Intelliġenti, li jistimola l-insedjamenti biex isiru aktar aġili, jagħmlu użu aħjar mir-riżorsi tagħhom u jieħdu sehem b'mod aktar attiv fil-kompetizzjoni tas-suq uniku kif ukoll itejbu l-attraenza tagħhom u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti rurali;

44.

Jirrikonoxxi l-potenzjal tat-teknoloġija ta' katina ta' blokok għas-servizzi finanzjarji; iwissi madankollu li l-użu ta' din it-teknoloġija għall-ġbir ta' fondi jrid jiġi rregolat sabiex jiġu evitati dumping eċċessiv fil-konfront tas-swieq finanzjarji rregolati, riskji għall-investituri u riskji ta' ħasil tal-flus; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tipproponi qafas regolatorju għal offerti inizjali tal-muniti(ICOs);

45.

Jesprimi tħassib dwar l-approvazzjoni reċenti tal-fużjoni ta' Bayer u Monsanto mill-Kummissjoni u r-rikonoxximent tagħha li fl-għanijiet ta' deċiżjoni tagħha inkorporati fit-TFUE, hija injorat b'mod partikolari s-sikurezza alimentari, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ambjent u l-klima;

46.

Jemmen li huwa importanti li tittieħed azzjoni kontra l-kumpaniji involuti fis-setturi tal-kummerċjalizzazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-katina tal-produzzjoni agrikola li jxekklu s-suq agrikolu għad-detriment tal-introjtu tal-irziezet u l-prezzijiet tal-konsumaturi;

47.

Jilqa' l-approċċ li ħadet il-Kummissjoni meta vvalutat il-fużjonijiet orizzontali biex tiffoka dejjem aktar fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni, b'mod partikolari f'fużjonijiet li jinvolvu swieq li jagħmlu użu intensiv mir-R&Ż, u jinnota li l-fużjonijiet għandhom jiġu vvalutati mill-perspettiva tas-suq intern kollu; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tressaq rieżami tar-Regolament tal-KE dwar il-Fużjoni u tanalizza sa liema punt hija għandha tingħata s-setgħa, bħalma għandhom bħalissa ċerti Stati Membri, biex tadotta miżuri għall-protezzjoni tal-ordni pubbliku Ewropew u d-drittijiet u l-prinċipji tat-TFUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluża l-protezzjoni ambjentali;

48.

Itenni l-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni li Google abbużat mid-dominanza tas-suq tagħha bħala magna tat-tiftix billi tat vantaġġ illegali lill-prodotti tagħha; jenfasizza li hija meħtieġa separazzjoni strutturali kompluta bejn is-servizzi ta' tiftix ġenerali u speċjalizzati tal-kumpanija sabiex jintemm dan l-abbuż;

49.

Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tinterpeta l-Artikolu 101 tat-TFUE bħala li jqis l-għanijiet differenti tat-Tratatti; jissottolinja, madankollu, li l-interpetazzjoni limitata tal-Artikolu 101 tat-TFUE mil-linji gwida orizzontali tal-Kummissjoni tqieset dejjem aktar bħala ostakolu għall-kollaboazzjoni ta' atturi tas-suq iżgħar biex jiġu adottati standards ambjentali u soċjali ogħla; jemmen li l-Kummissjoni għandha toħloq ċertezza legali dwar il-kundizzjonijiet li bihom l-arranġamenti kollettivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi l-kooperattivi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali tagħhom li jsiru tul il-katina tal-provvista tal-ikel għall-fini tas-sostenibbiltà u ta' standards tax-xogħol ġusti, jiġu vvalutati skont id-dritt tal-kompetizzjoni, u tħeġġeġ tali inizjattivi fi ħdan il-politika tal-kompetizzjoni; jenfasizza li tali approċċ ma għandux ixekkel il-produzzjoni ta' oġġetti bi prezz aktar baxx, speċjalment f'setturi fejn il-konsumaturi huma aktar sensittivi għall-prezz; jenfasizza wkoll l-importanza tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jiġifieri li l-limitazzjoni tal-kompetizzjoni ma tistax tmur oltre minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-interess ġenerali;

50.

Jenfasizza l-għanijiet u l-miri maqbula b'mod komuni tal-unjoni tal-enerġija u jinnota speċifikament id-dimensjoni tas-sigurtà, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, is-solidarjetà u l-fiduċja; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li s-swieq tal-enerġija Ewropej ikunu mibnija fuq l-istat tad-dritt, il-kompetizzjoni, id-diversità tas-sorsi tal-enerġija u l-fornituri, il-prevedibbiltà u t-trasparenza u li kwalunkwe operatur tas-suq, stabbilit fl-Unjoni jew f'pajjiż terz, ma jitħalliex juża pożizzjoni dominanti għad-detriment tal-kompetituri u tal-konsumaturi; jitlob, f'dan ir-rigward, skrutinju akbar ta' tali operaturi tas-suq u, fejn meħtieġ, l-impożizzjoni ta' miżuri u obbligi kontrihom; jinnota, b'mod partikolari, li l-istrateġija użata minn ċerti kumpaniji tal-enerġija ta' tqassim tas-suq tal-gass tal-UE u b'estensjoni li potenzjalment tikser ir-regoli tal-antitrust tal-UE, jeħtieġ li tiġi indirizzata kif xieraq; jirrikonoxxi wkoll li l-impenji legalment vinkolanti meħuda mill-Istati Membri bħala parti mill-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima mhux se jitwettqu mingħajr miżuri konkreti tal-istat li jippromwovu u joħolqu inċentivi għall-enerġija rinnovabbli u li jippermettu l-produzzjoni u l-użu tagħha; jieħu nota tar-reviżjoni li jmiss tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat u l-enerġija, li mhux se jkomplu jeskludu tnejn mis-setturi li jibbenefikaw l-aktar minn sussidji statali, l-enerġija nukleari u l-estrazzjoni tal-fjuwils fossili, u li jipprevedu aktar flessibbiltà għall-enerġija rinnovabbli ġġenerata mill-konsumaturi; jenfasizza l-importanza li l-unjoni tal-enerġija tiġi kkompletata permezz tal-integrazzjoni tas-swieq, l-aktar billi jsir investiment f'interkonnetturi fejn ikun meħtieġ u abbażi tal-kundizzjonijiet tas-suq u tal-potenzjal kummerċjali, u billi tiżdied il-kapaċità negozjabbli fl-interkonnessjonijiet eżistenti; jenfasizza, għalhekk, li kwalunkwe approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-mekkaniżmi ta' kapaċità trid tkun soġġetta għal test tan-neċessità strett inkluż billi jiġu eżaminati miżuri alternattivi, b'mod partikolari użu aktar effiċjenti ta' interkonnetturi eżistenti; jissottolinja li l-mekkaniżmi ta' kapaċità spiss jirrappreżentaw spejjeż konsiderevoli għall-konsumaturi u jiffunzjonaw bħala “sussidju moħbi”, filwaqt li jappoġġjaw impjanti tal-enerġija li ma jrendux qligħ u li jniġġsu, u dan joħloq il-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-iskemi ma jkunux miftuħa għall-aktar assi li jniġġsu meta tiġi approvata kwalunkwe għajnuna mill-Istat li tingħata lilhom;

51.

Jissottolinja l-ħtieġa ta' trasparenza akbar meta jkunu qed jiġu previsti l-isħubiji pubbliċi-privati, sabiex tiġi eliminata l-possibbiltà li dawn jintużaw mis-sħab tas-settur privat sabiex jiżguraw vantaġġi kompetittivi fuq il-kompetituri tagħhom;

52.

Jilqa' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prattiki tal-ipprezzar għall-mediċini li jsalvaw il-ħajjiet, b'mod partikolari fil-każ li jinvolvi l-Aspen;

53.

Jenfasizza l-importanza li jingħataw l-istess drittijiet lit-trasportaturi tal-ajru kollha meta jtiru lejn jew mill-UE; jirrikonoxxi b'dispjaċir li dan mhux dejjem ikun il-każ għal-linji tal-ajru tal-UE li joperaw barra mill-UE li huma soġġetti għal prattiki inġusti li jaffettaw il-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-prattiki antikompetittivi li jdgħajfu wkoll il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi; jenfasizza mill-ġdid l-importanza li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-UE u t-rasportaturi tal-ajru tal-pajjiżi terzi;

54.

Jenfasizza l-importanza ta' settur tat-trasport kompetittiv; jinnota li s-suq uniku fit-trasport għad irid jiġi kkomplementat, filwaqt li s-settur ferrovjarju huwa l-aktar settur ifframmentat; jilqa' l-passi li ħadet il-Kummissjoni biex trawwem l-ikkompletar u operazzjoni mtejba fis-suq intern għat-trasport tal-passiġġieri bit-triq;

55.

Jafferma mill-ġdid li proġetti ġodda ta' infrastruttura, inklużi dawk li jgħaqqdu Stat Membru ma' pajjiż terz, iridu jkunu s-suġġett tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-aktar fir-rigward tar-regoli dwar id-diżaggregazzjoni u l-formazzjoni tal-prezzijiet tas-suq;

56.

Jissottolinja l-importanza u l-ħtieġa ta' riżorsi finanzjarji u umani xierqa fid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni u fl-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll tal-IT u tal-kompetenza diġitali meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi imposti minn ekonomija xprunata mid-data u bbażata fuq l-algoritmi; jappoġġja, f'dan ir-rigward, il-qasam propost tal-kompetizzjoni tal-programm tas-suq uniku skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 (QFP);

57.

Jissottolinja li meta tieħu deċiżjonijiet dwar il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni jeħtiġilha tqis is-suq intern bħala suq uniku, u mhux bħala għadd ta' swieq lokali jew nazzjonali indipendenti;

58.

Jenfasizza li l-kooperazzjoni internazzjonali hija essenzjali għall-infurzar effettiv tal-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni u l-prevenzjoni ta' inkonsistenzi fir-rimedji u l-eżiti tal-azzjonijiet ta' infurzar; jemmen f'dan ir-rigward li l-aħjar mod biex jittejbu r-regoli u l-prattiki tal-kompetizzjoni madwar id-dinja huwa billi jitwettqu diskussjonijiet ġusti u trasparenti; jappoġġja l-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni, tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u fejn applikabbli dawk reġjonali fin-Netwerk Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni;

59.

Jilqa' d-Direttiva NEK+ li se ttejjeb b'mod sinifikanti l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE madwar l-Unjoni billi tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom l-għodod, ir-riżorsi u s-salvagwardji meħtieġa għall-indipendenza, inkluż proċess trasparenti għall-elezzjoni jew il-ħatra tat-tmexxija tagħhom, filwaqt li tagħtihom is-setgħa biex jimponu multi dissważivi għall-ksur tal-kompetizzjoni; japprezza l-għajnuna bikrija tal-Kummissjoni mogħtija lill-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe ftehim kummerċjali futur jipprovdi kundizzjonijiet ekwi, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat; jisħaq li l-għajnuna mill-Istat għandha tingħata biss f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati li huma rregolati mil-liġi, biex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq, filwaqt li jiġu previsti eċċezzjonijiet u ġustifikazzjonijiet relatati mal-ksib tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima; ifakkar li peress li l-kumpaniji qed isiru globali, l-istess iridu jagħmlu dawk li jinfurzaw il-kompetizzjoni, mhux l-inqas minħabba li l-firxa tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) u l-ħolqien ta' ekonomija diġitali wasslu għal konċentrazzjoni eċċessiva ta' swieq u poteri f'ċerti setturi; jemmen li r-regoli globali dwar il-kompetizzjoni u l-ogħla livell ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, anke fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni matul proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, huma prekundizzjoni għall-iżvilupp globali tal-kummerċ ġust;

61.

Ifakkar li l-ftehimiet ta' kummerċ u investiment internazzjonali għandu jkollhom kapitlu speċifiku u b'saħħtu dwar il-kompetizzjoni;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex turi l-ambizzjoni li tiftaħ is-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u żżid l-aċċess tal-kumpaniji Ewropej għal sħubijiet pubbliċi-privati f'pajjiżi terzi; iqis li huwa meħtieġ li jitnaqqsu l-asimetriji fl-aċċess għal kuntratti ta' akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, jiġifieri l-Istati Uniti u ċ-Ċina; jistieden lis-sħab kummerċjali kollha tal-UE jippermettu aċċess nondiskriminatorju għan-negozji u għall-ħaddiema Ewropej fis-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom; jilqa' d-diskussjoni mġedda dwar l-Istrument ta' Akkwist Internazzjonali, li jistabbilixxi r-reċiproċità meħtieġa f'każijiet fejn is-sħab kummerċjali jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist tagħhom, u jistieden lill-Kunsill Ewropew jadottaha malajr; jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni fil-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi permezz ta' sħubiji kummerċjali bilaterali; ifakkar li l-kumpaniji li joperaw f'kundizzjonijiet mhux tas-suq u xprunati minn kunsiderazzjonijiet ġeopolitiċi jistgħu prattikament jegħlbu lil kull kompetitur fl-offerti Ewropej għall-akkwist pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-offerti għall-akkwist pubbliku, u twaqqaf lin-negozji Ewropej u lill-ħaddiema milli jbatu mill-kompetizzjoni inġusta li ġejja minn kumpaniji orkestrati mill-Istat;

63.

Jirrimarka li l-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali żleali, anke permezz tal-politika tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni fil-livell globali li minnhom jibbenefikaw il-ħaddiema, il-konsumaturi u n-negozji, u li din il-ġlieda hija waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija kummerċjali tal-UE; jenfasizza li d-dokument ta' riflessjoni dwar il-ġestjoni tal-globalizzazzjoni jiddikjara li l-Unjoni jeħtiġilha tieħu passi biex tistabbilixxi mill-ġdid il-kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni; jilqa' l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar il-politiki tal-kompetizzjoni fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika mal-Ġappun u fil-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv mal-Kanada; jiddispjaċih, madankollu, li dawn id-dispożizzjonijiet għadhom limitati fl-ambitu u ma jipprevedux infurzar effettiv u soluzzjoni għat-tilwim; jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza li jiġu inkorporati dispożizzjonijiet ambizzjużi dwar il-kompetizzjoni fil-ftehimiet kummerċjali kollha u li tiġi infurzata l-implimentazzjoni tagħhom bil-ħsieb li jiġu garantiti regoli ġusti;

64.

Jilqa' l-proposta għall-istabbiliment ta' qafas Ewropew għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani; iqis li hu strument utli għall-protezzjoni tan-negozju Ewropew ta' interess strateġiku minn prattiki kummerċjali inġusti li jistgħu jagħmlu ħsara lis-sigurtà u lill-ordni pubbliku, u għall-ħarsien tar-rispett għall-prinċipji ġusti tal-kompetizzjoni fl-UE;

65.

Jenfasizza l-importanza tal-istrument kontra s-sussidju fl-indirizzar tal-kompetizzjoni globali inġusta, u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwi b'regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li fl-2017 ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal darb'oħra ħolqot l-ogħla għadd ta' ostakli kummerċjali li kienu għadhom kif ġew kostitwiti għan-negozji u l-ħaddiema Ewropej u kienet involuta fil-maġġoranza tal-każijiet Ewropej kontra s-sussidju;

66.

Jinsab imħasseb dwar il-politika doganali tal-Istati Uniti u l-impatt tagħha fuq il-kompetittività tan-negozji Ewropej; jisħaq li l-isforzi tal-Kummissjoni biex tibbilanċja mill-ġdid il-kummerċ mal-Istati Uniti għandhom ikunu sodi, iżda bilanċjati, proporzjonati u kompatibbli mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO);

67.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-kompetizzjoni ġusta, inkluż billi tiġġieled kontra l-użu mhux ġustifikat tal-ostakli tariffarji u s-sussidji, fis-suq globali permezz ta' kooperazzjoni aktar b'saħħitha ma' pajjiżi oħra f'fora bħad-WTO, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD), il-G20 u l-Bank Dinji; ifakkar fil-ħidma li twettqet fid-WTO bejn l-1996 u l-2004 dwar l-interazzjoni bejn il-politika kummerċjali u l-politika tal-kompetizzjoni, u jiddispjaċih li din il-kwistjoni ma kinitx parti mill-programm ta' ħidma tad-WTO minn dakinhar 'l hawn; jisħaq li dispożizzjonijiet fil-ftehimiet tad-WTO bħall-Artikolu IX tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) jipprovdu bażi għal aktar kooperazzjoni fost il-membri tad-WTO dwar kwistjonijiet ta' kompetizzjoni; jitlob, għalhekk, li jsir progress ġdid fit-12-il Konferenza Ministerjali tad-WTO lejn il-garanzija ta' kompetizzjoni internazzjonali ġusta;

68.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li d-WTO allegatament mhijiex kapaċi tindirizza l-ekonomiji mhux tas-suq u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mis-sussidji u mill-intervent mill-Istat, minkejja li jemmen ħafna fir-rwol fundamentali tad-WTO; jilqa' l-azzjoni tripartitika tal-Istati Uniti, tal-Ġappun u tal-UE biex jirriformawha skont dan;

69.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ tagħha għall-SMEs fl-UE sabiex tippermettilhom jipproteġu u jinfurzaw id-drittijiet tagħhom f'każ ta' prattiki kummerċjali inġusti, jiġifieri d-dumping u s-sussidjar minn pajjiżi li mhumiex fl-UE; jirrikonoxxi f'dan il-kuntest l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġġieled il-kompetizzjoni inġusta f'każijiet ta' profil għoli kontra kumpaniji magħrufa sew, iżda jisħaq ukoll fuq l-importanza kbira li tkun garantita kompetizzjoni ġusta fil-każ tal-SMEs;

70.

Jisħaq li l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli ta' ftehimiet kummerċjali hija importanti għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-pajjiżi sħab u għall-protezzjoni tan-negozji Ewropej minn kompetizzjoni inġusta; jilqa' l-introduzzjoni ta' kriterji ambjentali u soċjali fir-riforma tal-miżuri antisussidji u antidumping.

71.

Jirrimarka li l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE mhux qed tikseb ir-riżultati mixtieqa għaliex, filwaqt li hija applikata bl-għan li tiddefendi l-kompetizzjoni ġusta bejn l-atturi kollha fis-suq intern, b'enfasi speċjali fuq l-interessi tal-konsumaturi, ir-realtà hija li minħabba l-inugwaljanzi fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel, il-produtturi agrikoli jħabbtu wiċċhom ma' grad ta' pressjoni inaċċettabbli; iqis li l-interessi kemm tal-konsumaturi u tal-produtturi agrikoli għandhom jitqiegħdu fuq l-istess livell;

72.

Huwa tal-fehma li l-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet agrikoli jagħmlu lill-organizzazzjonijiet kollettivi essenzjali biex isaħħu l-pożizzjoni tal-produtturi primarji fil-katina alimentari u jippermettu l-ilħuq tal-objettivi tal-PAK, kif definiti skont l-Artikolu 39 tat-TFUE, u li l-attivitajiet kollettivi mwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom — inklużi l-ippjanar tal-produzzjoni, in-negozjar tal-bejgħ u l-arranġamenti kuntrattwali — iridu għalhekk jiġu kkunsidrati bħala li huma kompatibbli mal-Artikolu 101 tat-TFUE; jenfasizza li l-fatt li l-bdiewa jinġiebu flimkien f'organizzazzjonijiet tal-produtturi jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista;

73.

Iqis li l-mudell tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkostitwixxi forma ta' ġestjoni settorjali ta' suċċess, peress li jipprovdi struttura għall-atturi kollha fis-settur u jorganizza skambji bejniethom, irrappreżentati b'mod ġust fl-istruttura tiegħu, billi jagħmilha possibbli li tiġi trażmessa informazzjoni ekonomika u teknika, tissaħħaħ it-trasparenza tas-suq u jiġu distribwiti aħjar ir-riskji u l-benefiċċji; iqis li mudelli differenti u strutturati sew ta' kooperazzjoni, bħal dik preżenti, għandhom jiġu ffaċilitati mill-PAK biex isir eħfef il-ħolqien ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali fil-livell Ewropew;

74.

Iqis li, f'konformità mat-tendenza attwali, il-kompetenzi tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jeħtieġ li jissaħħu aktar sabiex is-setgħa ta' negozjar tkun tista' tiġi bbilanċjata mas-setgħa ta' negozjar tal-bejjiegħa bl-imnut fil-katina tal-provvista tal-ikel; iqis li l-kofinanzjament tal-UE għat-twaqqif u t-tħaddim ta' dawn l-organizzazzjonijiet għandu jiżdied;

75.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-applikazzjoni ta' strumenti ta' mmaniġġjar kollettiv tas-suq fil-każ ta' kriżi, bl-użu ta' għodod li ma jeħtiġux fondi pubbliċi, bħall-irtirar tal-prodott imwettaq permezz ta' ftehimiet fost l-operaturi tal-katina alimentari; jirrimarka li tali miżura tista' tiġi applikata mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali nfushom;

76.

Iqis li d-dħul ta' prodotti fis-suq Ewropew minn pajjiżi terzi li ma jirrispettawx l-istess standards soċjali, sanitarji u ambjentali joħloq kompetizzjoni inġusta għall-produtturi Ewropej; jitlob, għalhekk, il-protezzjoni ta' setturi vulnerabbli u l-applikazzjoni b'mod sistematiku tal-prinċipji ta' reċiproċità u konformità f'dak li jikkonċerna prodotti agrikoli fin-negozjati kummerċjali attwali kif ukoll f'dawk futuri; jistieden lill-Kummissjoni tintegra dan l-aspett fin-negozjati tal-Brexit;

77.

Jenfasizza li l-aċċess għas-suq intern tal-UE għandu jkun bil-kundizzjoni tal-konformità mar-istandards dwar is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent; jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta, tippromwovi l-ekwivalenza tal-miżuri u l-kontrolli bejn il-pajjiżi terzi u l-UE fil-qasam tal-istandards ambjentali u tas-sikurezza tal-ikel; jinnota li l-ogħla standards ta' benessri ambjentali u tal-annimali jistgħu jfissru spejjeż ogħla u għalhekk li t-tnaqqis tal-istandards jista' jirriżulta f'imġiba antikompetittiva;

78.

Jirrimarka li d-diżastri klimatiċi, li jaffettwaw lill-bdiewa, għandhom impatt fuq is-suq u jdgħajfu l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel; ifakkar li r-regoli tal-antidumping tal-UE (10) li japplikaw, fost l-oħrajn, għas-settur agrikolu, iqisu li d-dumping ambjentali joħloq kompetizzjoni inġusta; jitlob li jitqiesu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej li jitolbu soċjetà sostenibbli u li tirrispetta l-ambjent; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni, biex filwaqt li tqis il-funzjonament tas-suq uniku u l-benefiċċji għas-soċjetà kollha kemm hi, tippermetti eżenzjonijiet mir-regoli tal-kompetizzjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni, kemm orizzontalment kif ukoll vertikalment, fil-kuntest ta' inizjattivi ta' sostenibbiltà;

79.

Jinsisti li l-kunċett ta' “prezz ġust” ma għandux jitqies bħala l-inqas prezz possibbli għall-konsumatur, iżda minflok irid ikun raġonevoli u jippermetti r-remunerazzjoni ġusta tal-partijiet kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel; jenfasizza li l-konsumaturi għandhom interessi oħra minbarra l-prezzijiet baxxi, inklużi l-benessri tal-annimali, is-sostenibbiltà ambjentali, l-iżvilupp rurali u inizjattivi biex jitnaqqas l-użu tal-antibijotiċi u r-reżistenza antimikrobika, eċċ.;

80.

Jilqa' l-fatt li r-Regolament Omnibus (11) joħloq proċedura li skontha grupp ta' bdiewa jista' jitlob opinjoni mhux vinkolanti mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta' azzjoni kollettiva mad-deroga ġenerali mir-regoli tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 209 Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (tar-Regolament dwar l-OKS Unika); jistieden lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar is-Swieq Agrikoli, tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga agrikola ġenerali u t-trikkib tagħha mad-derogi previsti taħt l-Artikoli 149 u 152, u b'hekk tiddefinixxi l-eċċezzjonijiet b'mod aktar preċiż, sabiex kwalunkwe sospensjoni meħtieġa tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE ssir applikabbli u li tista' tinkiseb;

81.

Jirrimarka li l-limitu massimu individwali għal għajnuna de minimis fis-settur agrikolu ġie rduppjat fl-2013 (minn EUR 7 500 għal EUR 15 000) sabiex tiġi indirizzata ż-żieda f'daqqa fil-kriżijiet klimatiċi, tas-saħħa u ekonomiċi; jirrimarka li, fl-istess ħin, il-limitu massimu nazzjonali de minimis ġie aġġustat marġinalment biss (minn 0.75 % għal 1 % tal-valur tal-produzzjoni agrikola nazzjonali), li naqqas is-setgħa tal-istati li jgħinu lill-azjendi agrikoli f'diffikultà; jappoġġa, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri u r-reġjuni jingħataw aktar flessibbiltà permezz tar-regoli agrikoli de minimis;

82.

Jilqa' l-iżviluppi dovuti għar-Regolament Omnibus, li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 222 tar-Regolament dwar l-OKS Unika, li jippermettu deroga temporanja mid-dritt tal-kompetizzjoni; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni tiċċara l-applikazzjoni tal-Artikoli 219 u 222 tar-Regolament dwar l-OKS Unika fir-rigward tat-teħid ta' passi f'każ ta' disturbi fis-suq u ta' żbilanċi severi fis-suq, minħabba li l-inċertezza legali li teżisti bħalissa fiż-żewġ Artikoli tfisser li ħadd ma qed japplikahom minħabba l-biża' li jonqos milli jikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri;

83.

Ifakkar li seħħ ristrutturar sinifikanti orizzontali u vertikali, li wassal għal aktar konsolidazzjoni fis-setturi diġà kkonċentrati taż-żerriegħa, l-agrokimika, il-fertilizzanti, il-ġenetika tal-annimali u s-setturi l-makkinarju tal-azjendi agrikoli, kif ukoll fl-ipproċessar u fil-bejgħ bl-imnut; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, f'dan il-kuntest u wara l-akkwist ta' Monsanto mill-grupp Bayer, li flimkien jikkontrollaw madwar 24 % tas-suq globali tal-pestiċidi u 29 % tas-suq globali taż-żrieragħ, li l-interessi tal-bdiewa, taċ-ċittadini u tal-ambjent tal-UE jkunu protetti, billi tivvaluta;

84.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u fejn applikabbli dawk reġjonali tal-Istati Membri, u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(3)  ĠU C 93, 24.3.2017, p. 71.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2018)0187.

(5)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 78.

(6)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(7)  “Privacy and competitiveness in the age of big data: The interplay between data protection, competition law and consumer protection in the Digital Economy” (Il-privatezza u l-kompetittività fl-era tal-big data: L-interazzjoni bejn il-protezzjoni tad-data, id-dritt tal-kompetizzjoni u l-ħarsien tal-konsumaturi fl-Ekonomija Diġitali), opinjoni preliminari tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Marzu 2014, https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/14-03-26_competitition_law_big_data_en.pdf

(8)  COM(2018)0147, COM(2018)0148 u C(2018)1650.

(9)  Common Ownership by Institutional Investors and its Impact on Competition (Sjieda Komuni mill-Investituri Istituzzjonali u l-Impatt tagħha fuq il-Kompetizzjoni), OECD, 5-6 ta' Diċembru 2017.

(10)  COM(2013)0192.

(11)  Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il- ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal- pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 15 ta’ Jannar 2019

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/199


P8_TA(2019)0004

Ftehim komprensiv bejn l-UE u l-Kirgiżistan

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim komprensiv bejn l-UE u r-Repubblika Kirgiża (2018/2118(INI))

(2020/C 411/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/… tad-9 ta' Ottubru 2017 li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jiftħu negozjati dwar, u jinnegozjaw, f'isem l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni ta' Ftehim Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra (11436/1/17 REV 1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2017, li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tiftaħ negozjati dwar, u tinnegozja, f'isem l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet li jaqgħu fil-kompetenzi tal-Istati Membri ta' Ftehim Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra (11438/1/17 REV 1),

wara li kkunsidra l-bażijiet legali proposti għall-ftehim komprensiv il-ġdid li huma l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Artikoli 91, 100(2), 207 u 209 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) eżistenti bejn l-UE u r-Repubblika Kirgiża li daħal fis-seħħ fl-1999,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali (1), u tat-13 ta' April 2016 dwar implimentazzjoni u rieżami tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kirgiżistan, inklużi dawk tal-15 ta' Jannar 2015 (3), tat-8 ta' Lulju 2010 (4) u tas-6 ta' Mejju 2010 (5),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fir-Repubblika Kirgiża tas-16 ta' Ottubru 2017,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet dwar l-elezzjonijiet presidenzjali tal-Parlament Ewropew, tal-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali (IEOM), tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni adottata fit-3 ta' Mejju 2018 mit-13-il Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni UE-Kirgiżistan,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta' Frar 2016 li tagħti status ta' arranġament ta' inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba lir-Repubblika Kirgiża,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika Kirgiża (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0450/2018),

A.

billi f'Diċembru 2017, l-UE u l-Kirgiżistan varaw negozjati dwar ftehim komprensiv, li se jissostitwixxi l-FSK attwali UE-Kirgiżistan, bil-għan li tissaħħaħ u tiġi approfondita l-kooperazzjoni f'oqsma ta' interess reċiproku, ibbażat fuq il-valuri kondiviżi tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, fi ħdan qafas legali ġdid;

B.

billi l-ftehim komprensiv jirrikjedi l-kunsens tal-Parlament sabiex jidħol fis-seħħ;

1.

Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà li:

Prinċipji ġenerali

(a)

jiġi nnegozjat u konkluż ftehim ambizzjuż, komprensiv u bbilanċjat bejn l-UE u l-Kirgiżistan li se jissostitwixxi l-FSK tal-1999 u jipprovdi l-bażi għal relazzjonijiet b'saħħithom u dejjiema u l-iżvilupp stabbli, sigur u sostenibbli għaż-żewġ partijiet;

(b)

jiġu identifikati prospetti strateġiċi fuq medda qasira u twila ta' żmien fil-ftehim komprensiv u jiġi stabbilit għadd ta' miri identifikati tajjeb u strutturati għall-kooperazzjoni mal-Kirgiżistan; isiru sforzi addizzjonali u tissaħħaħ ir-relazzjoni sabiex l-UE ssir aktar viżibbli u aktar effettiva fil-pajjiż u fir-reġjun;

(c)

titrawwem l-ekonomija orjentata lejn is-suq billi jingħataw benefiċċji soċjali u ekonomiċi tanġibbli liċ-ċittadini taż-żewġ naħat; jiġu rrispettati r-regoli tal-kompetizzjoni u ċ-ċertezza tad-dritt, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet indipendenti u trasparenti;

(d)

jiġi żgurat impenn sod miż-żewġ naħat sabiex jirrispettaw u jippromwovu l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt b'rispett sħiħ tal-kriterji meħtieġa għall-istatus GSP+ mogħti lir-Repubblika Kirgiża, inkluża r-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti u l-implimentazzjoni effettiva tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti stabbiliti taħt dawk il-konvenzjonijiet; jiġi ffaċilitat u jsir djalogu regolari u orjentat lejn ir-riżultati dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li jinteressaw liż-żewġ naħat u li għandhom jinkludu lill-awtoritajiet u lis-soċjetà ċivili, bl-għan li jissaħħu l-qafas istituzzjonali u l-politiki pubbliċi; tiġi enfasizzata s-sħubija kostruttiva tal-Kirgiżistan fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU matul il-perjodu 2016-2018 u jiġi mħeġġeġ l-involviment internazzjonali ulterjuri tiegħu;

(e)

jingħata kontribut lit-tisħiħ tal-multilateraliżmu u l-kooperazzjoni internazzjonali u lill-iżvilupp ta' approċċi komuni lejn il-kooperazzjoni ma' sħab Kirgiżi sabiex tiġi promossa s-sigurtà internazzjonali u jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi globali bħat-terroriżmu, it-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni u l-kriminalità organizzata, u jingħata kontribut lill-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Istrateġija Nazzjonali l-ġdida għall-Iżvilupp 2018-2040; u, b'mod aktar ġenerali, jingħata kontribut lill-istabbilizzazzjoni u t-tkabbir tal-Asja Ċentrali;

Djalogu politiku u kooperazzjoni internazzjonali

(f)

jissaħħu d-djalogu politiku u l-kooperazzjoni settorjali; jiġi pprovdut djalogu regolari u sinifikanti dwar il-kwistjonijiet kollha ta' rilevanza, li jibni fuq formati eżistenti;

(g)

tiżdied il-kooperazzjoni fil-ġestjoni ta' kriżijiet, il-prevenzjoni ta' konflitti, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti u l-kriminalità transfruntiera, u l-ġestjoni integrata tal-fruntieri, b'rispett sħiħ għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u f'konformità mal-emendi għall-Kodiċi Kriminali; u jiġi żgurat li l-Liġi nazzjonali Nru 150 tal-2005 dwar il-Ġlieda kontra l-Attività tal-Estremisti tkun kompletament konformi mal-istandards nazzjonali;

(h)

jittejbu d-dispożizzjonijiet relatati mar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi, li jtejbu l-klima tal-investiment u jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija Kirgiża, u jservu ta' vantaġġ reċiproku u jsaħħu ċ-ċertezza tad-dritt u t-trasparenza regolatorja; jingħata appoġġ għal governanza tajba, ġudikatura li tiffunzjona u titnaqqas il-burokrazija żejda, u jintużaw il-miżuri kollha disponibbli għall-promozzjoni ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli fl-interess tal-konsolidazzjoni u l-iżvilupp ta' sistema kummerċjali multilaterali u bbażata fuq ir-regoli; jingħata kontribut lill-appoġġ tal-istabbiliment u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju; jittejbu aktar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Kirgiżistan fir-rigward tal-istatus GSP+, u l-Kirgiżistan jitħeġġeġ jimplimenta l-impenji internazzjonali li joħorġu minn dan l-istatus, sabiex jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż;

(i)

tittejjeb il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa; jiġu inklużi taqsimiet speċifiċi li jiddeskrivu l-impenji u l-miżuri ċari u qawwija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-suriet kollha tagħha, u jiġu implimentati standards internazzjonali u konvenzjonijiet multilaterali kontra l-korruzzjoni; jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa kif ukoll standards ta' trasparenza li jaffermaw mill-ġdid l-impenn tal-partijiet li jimplimentaw standards internazzjonali fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;

(j)

jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sħubija Kirgiża fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ permezz ta' riformi adegwati dwar l-investiment barrani, l-awtoritajiet doganali u l-aċċess għas-swieq internazzjonali;

(k)

tittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Kirgiżistan f'fora internazzjonali;

(l)

jiżdied id-djalogu interparlamentari bejn il-Kirgiżistan u l-Parlament Ewropew;

(m)

tiġi żgurata attenzjoni kbira fil-ftehim dwar it-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tal-ilma u l-prevenzjoni tar-riskju ta' diżastri u t-tħejjija minħabba r-riskju għoli ta' diżastri naturali, inklużi terremoti; jingħata appoġġ lill-Kirgiżistan fl-isforzi tiegħu biex jipproteġi l-ambjent u l-isforzi qawwija tiegħu lejn l-iżvilupp sostenibbli;

Dispożizzjonijiet istituzzjonali

(n)

tiġi żgurata t-trażmissjoni tad-direttivi ta' negozjati lill-Parlament Ewropew, soġġetta għar-regoli ta' kunfidenzjalità, sabiex ikun jista' jsir skrutinju xieraq mill-Parlament tal-proċess ta' negozjar, u biex jiġu ssodisfati b'mod konsistenti l-obbligi interistituzzjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 218(10) tat-TFUE, li skonthom il-Parlament jeħtieġlu jkun infurmat minnufih u bis-sħiħ f'kull stadju tal-proċedura;

(o)

jiġu kondiviżi d-dokumenti kollha relatati man-negozjati, bħall-minuti, u l-abbozzi tat-testi negozjati, kif ukoll li l-Parlament jiġi infurmat b'mod perjodiku;

(p)

jiġi żgurat ir-rispett, fil-livelli kollha, għall-prattika stabbilita li l-ftehim il-ġdid ma jiġix applikat proviżorjament sakemm il-Parlament ma jkunx ta l-approvazzjoni tiegħu;

(q)

tissaħħaħ u tiġi estiża l-kooperazzjoni eżistenti minquxa fil-FSK attwali, li kien diġà stabbilixxa l-korpi li ġejjin għall-kooperazzjoni u d-djalogu:

il-Kunsill ta' Koperazzjoni fil-livell ministerjali;

il-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-livell ta' uffiċjali għolja, u Sottokumitati dwar il-Kummerċ u l-Investiment u dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp;

il-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni;

(r)

jissaħħaħ l-iskrutinju interparlamentari fi ħdan Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni b'aktar setgħa li se jiġi elaborat fil-ftehim il-ġdid, b'mod partikolari fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

(s)

jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà ċivili kemm waqt in-negozjati kif ukoll fil-fażi ta' implimentazzjoni tal-ftehim;

(t)

tkun żgurata l-inklużjoni ta' termini dwar is-sospensjoni potenzjali tal-kooperazzjoni f'każ ta' ksur ta' elementi essenzjali minn xi parti, inkluż il-konsultazzjoni tal-Parlament f'każijiet bħal dawn;

(u)

jiġu allokati riżorsi adegwati kemm fil-livell tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-ftehim komprensiv, biex tiġi żgurata l-kisba tal-objettivi ambizzjużi kollha stabbiliti waqt in-negozjati;

Tħassib u interessi komuni relatati mal-oqsma ta' kooperazzjoni indirizzati mill-ftehim

(v)

jitqies ir-rwol tal-Kirgiżistan bħala wieħed mill-ftit pajjiżi demokratiċi li għadhom jibdew fir-reġjun, li jeħtieġu l-appoġġ politiku, diplomatiku, finanzjarju u tekniku tal-UE fuq żmien twil;

(w)

jitkomplew l-isforzi biex tiġi kkonsolidata demokrazija parlamentari li tiffunzjona b'sistema multipartitika reali u kontrolli u bilanċi kostituzzjonali, kif ukoll biex tiġi żgurata s-sorveljanza parlamentari tal-fergħa eżekuttiva, bħala wieħed mill-pajjiżi pilota għall-appoġġ għad-demokrazija mill-UE; jitressaq it-tħassib tiegħu dwar l-emendi kostituzzjonali tal-2016, b'mod partikolari tisħiħ sostanzjali tas-setgħat tal-prim ministru, is-supremazija tad-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali fuq it-Trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-telf tal-indipendenza tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema; jiġi mħeġġeġ l-involviment tal-NGOs fl-iżvilupp u r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-pajjiż, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe strument jew mekkaniżmu li jaffettwa direttament l-azzjoni ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(x)

tiġi affermata mill-ġdid l-importanza tal-ħidma sistematika għall-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda u l-indipendenza tal-ġudikatura;

(y)

jiġi inkoraġġit ambjent favorevoli għall-ġurnalisti u għall-midja indipendenti; jiġi żgurat li l-Kirgiżistan jippermetti attivisti u ġurnalisti barranin fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem ipprojbiti biex jidħlu fil-pajjiż u jkomplu xogħolhom mingħajr tfixkil;

(z)

jiġi rikonoxxut il-progress li sar b'rabta mal-imġiba paċifika u t-trasparenza mtejba fl-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali, u li tiġi mħeġġa l-implimentazzjoni kontinwa tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-missjonijiet internazzjonali ta' osservazzjoni elettorali;

(aa)

il-Kirgiżistan jiġi mħeġġeġ ireġġa' lura x-xejriet awtoritarji negattivi kollha bħall-istrumentalizzazzjoni politika tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, il-pieni ġudizzjarji inġusti, il-proċessi inġusti u mhux trasparenti, l-interferenza fil-libertà tal-midja, l-impunità ta' aġenti tal-infurzar tal-liġi u l-allegat trattament ħażin u tortura tal-priġunieri, l-estradizzjonijiet lejn pajjiżi fejn il-persuni jiffaċċjaw riskju ta' tortura jew trattament ħażin, kif ukoll id-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi u l-limitazzjonijiet fuq il-libertà ta' għaqda u ta' espressjoni, u l-Kirgiżistan jiġi mħeġġeġ jinvestiga bir-reqqa kull allegazzjoni ta' tqegħid ta' evidenza, estorsjoni, tortura u trattament ħażin; jiġi espress it-tħassib li l-mexxejja politiċi kif ukoll kandidati presidenzjali potenzjali jkunu ntbagħtu l-ħabs fuq akkużi allegati ta' korruzzjoni;

(ab)

jiġi espress in-nuqqas ta' sodisfazzjoni, f'dan il-kuntest, dwar iż-żamma tas-sentenza ta' għomor il-ħabs mogħtija lill-attivist tad-drittijiet tal-bniedem Azimjon Askarov, li ddokumenta l-vjolenza interetnika fl-2010, u jintalab il-ħelsien immedjat tiegħu, tiġi annullata l-kundanna tiegħu, jiġi riabilitat u jingħatalu kumpens għad-danni;

(ac)

jiġi mfakkar li l-korruzzjoni ddgħajjef id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza, il-kummerċ u l-kompetizzjoni ġusta u tgerrex l-investiment barrani, u b'hekk tfixkel it-tkabbir ekonomiku, filwaqt li tnaqqas ukoll il-fiduċja u l-kunfidenza taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-gvern;

(ad)

jitħeġġeġ impenn b'saħħtu għal progress soċjali, governanza tajba, demokrazija u relazzjonijiet tajbin interetniċi u interreliġjużi, taħriġ u edukazzjoni, anke bħala mezz tat-tisħiħ tal-pedamenti tal-istabbiltà u s-sigurtà; jitkompla l-appoġġ tal-miżuri għall-bini tal-paċi u s-sigurtà, kif ukoll jiżdiedu l-isforzi biex il-minoranzi jiġu integrati b'mod sħiħ, wara l-ġlied etniku fil-Kirgiżistan fl-2010, sabiex jiġu evitati kunflitti futuri;

(ae)

tingħata għajnuna biex jiġu megħluba l-problemi u l-ostakli soċjoekonomiċi tat-tip imsemmija fir-Rakkomandazzjoni 202 tal-ILO; f'dan il-kuntest tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ bil-promozzjoni ta' skambji akkademiċi, taż-żgħażagħ u kulturali; tingħata attenzjoni partikolari għall-iżvilupp reġjonali b'enfasi speċjali fuq l-inugwaljanzi bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar;

(af)

tiġi appoġġata, promossa u ffaċilitata aktar il-kooperazzjoni fl-Asja Ċentrali, li huwa wieħed mir-reġjuni l-inqas integrati fid-dinja, skont id-dinamika pożittiva attwali, fost l-oħrajn bl-għan li jissaħħu l-istabbiltà u l-iżvilupp tal-Asja Ċentrali kollha kemm hi; jiġi rikonoxxut l-involviment tal-pajjiż fi programmi tal-UE mmirati f'din id-direzzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE u l-Asja Ċentrali fl-oqsma tal-enerġija, tal-ġestjoni tal-ilma u tal-isfidi ambjentali, u fi djalogi regolari mal-UE dwar il-politika u d-drittijiet tal-bniedem;

(ag)

jiġi żgurat li s-sħubija tal-Kirgiżistan fl-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika (EAEU) ma taffettwax it-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħha mal-UE, kif ippruvat mill-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni rratifikat dan l-aħħar bejn l-UE u l-Każakistan;

(ah)

jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Kirgiżistan maċ-Ċina u mar-Russja; il-Kirgiżistan jiġi mħeġġeġ jiddiversifika l-ekonomija tiegħu bl-għan li jnaqqas id-dipendenza politika tiegħu fuq dawn iż-żewġ atturi esterni; jitqies l-iżvilupp ta' dawn ir-relazzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-istrateġija taċ-Ċina ta' One Belt One Road (OBOR); jiġi żgurat li l-ġlieda kontra t-tixrid tal-propaganda mill-midja Russa fil-pajjiż titjieb b'mod sinifikanti;

(ai)

jingħata kontribut biex jissokta t-tnaqqis tat-tensjonijiet diplomatiċi u ekonomiċi riċenti fir-reġjun, inkluż bejn il-Każakistan u l-Kirgiżistan;

(aj)

jiġi appoġġjat it-titjib li jinsab għaddej fir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Użbekistan, kif ukoll djalogu kostruttiv dwar il-ġestjoni tar-riżorsi skarsi tal-ilma fir-reġjun;

(ak)

jiġi rikonoxxut it-tħassib dwar is-sigurtà tal-Kirgiżistan b'rabta mas-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tiddeterjora fl-Afganistan u b'reazzjoni għaż-żieda tar-radikalizzazzjoni fir-reġjun tal-Asja Ċentrali; tingħata assistenza b'rabta mar-ripatrijazzjoni tal-ġellieda barranin Iżlamisti u tal-membri tal-familja tagħhom minn barra l-pajjiż; tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali b'rabta mal-ġlieda kontra l-movimenti ġiħadisti u l-kriminalità transnazzjonali, permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kontroll tal-fruntieri legali, istituzzjonali u prattiki relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu u miżuri preventivi kontra ż-żieda fir-radikalizzazzjoni vjolenti reliġjuża;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Kirgiża.

(1)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 91.

(2)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 119.

(3)  ĠU C 300, 18.2.2016, p. 10.

(4)  ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 92.

(5)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 80.

(6)  ĠU C 208, 10.6.2016, p. 177.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2019

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/204


P8_TA(2019)0046

Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar emendi għar-Regoli ta' Proċedura li jaffettwaw:il-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XII: it-Titolu XIV u l-Anness II (2018/2170(REG))

(2020/C 411/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 226 u 227 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0462/2018),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Jiddeċiedi li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss bl-eċċezzjoni tal-emendi li jdaħħlu t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3e fl-Artikolu 11 u l-punti 6 u 7 tal-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom kif ukoll l-emendi għall-Artikoli 196 u 204, li jidħlu fis-seħħ mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew li se jsiru fl-2019;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Emenda 1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Interessi finanzjarji u standards ta' kondotta tal-Membri

Standards ta' kondotta

Emenda 2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.     Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, taħt forma ta' kodiċi ta' kondotta adottat mill-maġġoranza tal-Membri, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness  (4) .

imħassar

Dawk ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.

 

 

Emenda 3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.     Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jkunu rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza  (5) .

imħassar

Emenda 4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Il-kondotta tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku, għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, u b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u għandha tirrispetta d-dinjità tal-Parlament . Barra minn hekk, m'għandhiex tikkomprometti t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari, iż-żamma tas-sigurtà u tal-ordni fil-bini tal-Parlament jew il-funzjonament tal-apparat tiegħu.

Il-kondotta tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku u għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, u b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dinjità tal-Parlament m'għandhomx jagħmlu ħsara għar-reputazzjoni tiegħu.

Emenda 5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Fid-dibattiti parlamentari, il-Membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ jew imġiba malafamanti, razzisti jew ksenofobiċi, u lanqas ma għandhom jiftħu strixxuni.

imħassar

Emenda 6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali.

imħassar

Emenda 7

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

In-nuqqas ta' osservanza ta' dawn l-istandards u r-regoli jista' jwassal għall-applikazzjoni tal-miżuri skont l-Artikoli 165, 166 u 167.

imħassar

Emenda 8

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a.     Il-Membri m'għandhomx jikkompromettu t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari u m'għandhomx jikkompromettu ż-żamma tas-sigurtà u tal-ordni fil-bini tal-Parlament jew il-funzjonament tal-apparat tiegħu.

Emenda 9

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3b.     Il-Membri m'għandhomx ifixklu l-ordni tajba tal-Kamra u għandhom joqogħdu lura minn imġiba mhux xierqa. Huma m'għandhomx juru strixxuni.

Emenda 10

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3c (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3c.     Fid-dibattiti parlamentari fil-Kamra, il-Membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ offensiv.

Emenda 11

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3c (ġdid) – interpretazzjoni

Test fis-seħħ

Emenda

 

Il-valutazzjoni ta' jekk il-lingwaġġ użat minn Membru f'dibattitu parlamentari huwiex offensiv jew le għandha tqis, inter alia, l-intenzjonijiet identifikabbli tal-kelliem, il-perċezzjoni tad-dikjarazzjoni mill-pubbliku, il-punt sa fejn dan jikkostitwixxi ħsara għad-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament, u l-libertà tal-kelma tal-Membru kkonċernat. Pereżempju, lingwaġġ malafamanti, “diskors ta' mibegħda” u inċitament għal diskriminazzjoni bbażata, b'mod partikolari, fuq kwalunkwe kriterju msemmi fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, normalment jikkostitwixxu każijiet ta' “lingwaġġ offensiv” fis-sens ta' dan l-Artikolu.

Emenda 12

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3d (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3d.     Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali.

Emenda 13

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3e (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3e.     Il-Membri għandhom iżommu lura minn kull tip ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali u għandhom jirrispettaw il-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom li huma mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness  (1a) .

 

Il-Membri ma jistgħux jiġu eletti għal kariga fil-Parlament jew f'wieħed mill-korpi tiegħu, jinħatru bħala rapporteur, jew jipparteċipaw f'delegazzjonijiet uffiċjali jew f'negozjati interistituzzjonali, jekk ma jkunux iffirmaw id-dikjarazzjoni relatata ma' dak il-Kodiċi.

 

Emenda 14

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.     L-applikazzjoni ta' din ir-Regola m'għandhiex bi kwalunkwe mod ieħor tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari, u l-anqas m'għandha tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri.

imħassar

Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja tal-Unjoni u l-Istatut tal-Membri.

 

Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja tal-Unjoni u l-Istatut tal-Membri.

 

Emenda 15

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.   Meta persuna impjegata minn Membru, jew persuna oħra li għaliha Membru jkun irranġa biex ikollha aċċess għall-bini jew għal apparat tal-Parlament, ma tikkonformax mal-istandards ta' kondotta stabbiliti fil-paragrafu 3 , is-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 166 jistgħu , fejn ikun xieraq, jiġu imposti fuq il-Membru kkonċernat.

5.   Meta persuna li taħdem għal Membru, jew persuna oħra li għaliha Membru jkun irranġa biex ikollha aċċess għall-bini jew apparat tal-Parlament, ma tikkonformax mal-istandards ta' kondotta stabbiliti f'dan l-Artikolu , din l-imġiba tista' , fejn ikun xieraq, tkun imputabbli lill-Membru kkonċernat.

Emenda 16

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

5a.     L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu m'għandhiex bi kwalunkwe mod ieħor tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari, u l-anqas m'għandha tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri.

Emenda 17

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 5b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

5b.     Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis, għal korpi, kumitati u delegazzjonijiet tal-Parlament.

Emenda 18

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

6.     Il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw l-ikbar numru ta' assistenti li jista' jiġi akkreditati.

imħassar

Emenda 19

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 7

Test fis-seħħ

Emenda

7.     Il-kodiċi ta' kondotta u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex Membri.

imħassar

Emendi 20 u 75

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Interessi finanzjarji tal-Membri u Reġistru ta' trasparenza

 

1.     Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, fil-forma ta' Kodiċi ta' Kondotta adottat mill-maġġoranza tal-Membri tiegħu, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness  (1a) .

 

Dawk ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.

 

2.     Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jkunu rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza  (1b) .

 

3.     Il-Membri għandhom jippublikaw online il-laqgħat skedati kollha ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jidħlu fl-ambitu tar-Reġistru ta' Trasparenza. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6) tal-Anness I, ir-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati għandhom, għal kull rapport, jippubblikaw online il-laqgħat skedati kollha ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jidħlu fl-ambitu tar-reġistru ta' Trasparenza. Il-Bureau għandhu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-websajt tal-Parlament.

 

4.     Il-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-paġna web tal-Membri fuq il-websajt tal-Parlament għal dawk il-Membri li jixtiequ jippubblikaw awditjar volontarju jew konferma, kif previst fir-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, li l-użu minnhom tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali jikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

 

5.     Dawn ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.

 

6.     Il-kodiċi ta' kondotta u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex Membri.

 

Emenda 88

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 32 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.   Il-President għandu jkun mgħarraf permezz ta' stqarrija meta jitwaqqaf grupp politiku. Dik l-istqarrija għandha tispeċifika l-isem tal-grupp u l-ismijiet tal-membri tiegħu u tal-membri tal-Bureau tiegħu. Hija għandha tiġi ffirmata mill-Membri kollha tal-grupp.

5.    Il-President għandu jkun mgħarraf permezz ta' stqarrija meta jitwaqqaf grupp politiku. Dik l-istqarrija għandha tispeċifika:

 

l-isem tal-grupp,

 

dikjarazzjoni politika, li tiddeskrivi l-għan tal-grupp, u

 

l-ismijiet tal-membri itgeħu u tal-membri tal-Bureau tiegħu.

 

Il-membri kollha tal-grupp għandhom jiddikjaraw bil-miktub f'anness mal-istqarrija li jikkondividu l-istess affinità politika .

Emenda 21

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a.     L-intergruppi kif ukoll gruppi oħra mhux uffiċjali għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m'għandhomx jinvolvu ruħhom f'kwalunkwe attività li tista' tirriżulta f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Huma ma jistgħux jorganizzaw avvenimenti f'pajjiżi terzi li jikkoinċidu ma' missjoni ta' korp uffiċjali tal-Parlament, inkluża delegazzjoni uffiċjali għall-osservazzjoni ta' elezzjonijiet.

Emenda 22

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.    Dawn il-gruppi għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m'għandhomx jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli adottati mill-Bureau li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, jiġu rispettati, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet tagħhom billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku.

2.    Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi jiġu rispettati, grupp politiku jista' jiffaċilita l-attivitajiet ta' tali gruppi billi jipprovdilhom appoġġ loġistiku.

Emenda 23

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Gruppi mhux uffiċjali oħra għandhom ikunu wkoll meħtieġa jiddikjaraw, sa tmiem ix-xahar ta' wara, kull appoġġ, kemm jekk ikun fi flus jew in natura, li l-Membri ma jkunux iddikjaraw individwalment b'mod konformi mal-obbligi tagħhom previsti fl-Anness I.

Emenda 24

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 3a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a.     Ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li huma rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza biss jistgħu jipparteċipaw fl-intergrupp jew f'attivitajiet ta' gruppi mhux uffiċjali oħra organizzati fil-bini tal-Parlament, pereżempju billi jattendu laqgħat jew avvenimenti tal-intergrupp jew grupp mhux uffiċjali, billi joffru appoġġ għalih, jew billi jospitaw l-avvenimenti tiegħu b'mod konġunt.

Emenda 25

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.   Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fit-tielet paragrafu. Dan ir-reġistru għandu jkun ippubblikat fis-sit web tal-Parlament . Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u  għandhom jiżguraw l-infurzar effettiv ta' dan l-Artikolu .

4.   Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 . Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u  l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament .

Emenda 26

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34 – paragrafu 4a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a.     Il-kwesturi għandhom jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan l-Artikolu.

Emenda 27

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 128 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.    Wieħed mill-interpellanti jista' jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Id-destinatarju għandu jwieġeb.

4.    Membru maħtur minn qabel mill-interpellanti għandu jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Jekk dak il-Membru ma jkunx preżenti, il-mistoqsija għandha taqa'. Id-destinatarju għandu jwieġeb.

Emenda 28

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.   Kwalunkwe Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (27). L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.

1.   Kwalunkwe Membru , grupp politiku jew kumitat jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (27). L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.

Emenda 29

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.   Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President ma għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.

2.   Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President f'forma elettronika . Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President m'għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.

Emenda 30

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.    Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati f'format elettroniku. Kull Membru jista' jippreżenta massimu ta' 20 mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi.

3.    Kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' jippreżenta massimu ta' 20 mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi. Bħala regola ġenerali, id-destinatarju għandu jwieġeb il-mistoqsijiet fi żmien sitt ġimgħat minn meta jkun irċevihom. Madankollu, kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' kull xahar jinnomina waħda mill-mistoqsijiet tiegħu bħala “mistoqsija ta' prijorità” li d-destinatarju għandu jwieġeb fi żmien tliet ġimgħat minn mindu jkun irċeviha.

Emenda 31

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.   Jekk mistoqsija ma tkunx tista' titwieġeb mid-destinatarju fi żmien tliet ġimgħat (mistoqsija prijoritarja) jew sitt ġimgħat (mistoqsija mhux bi prijorità) minn meta tkun intbagħtet lid-destinatarju, tista' titqiegħed, fuq talba tal-interpellant, fl-aġenda tal-laqgħa ta' wara tal-kumitat responsabbli .

5.   Jekk mistoqsija ma titweġibx mid-destinatarju fi żmien l-iskadenza prevista fil-paragrafu 3, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li titqiegħed fuq l-aġenda għal-laqgħa tiegħu li jmiss .

Emenda 32

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

6.     Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija prijoritarja waħda fix-xahar.

imħassar

Emenda 33

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafu 7

Test fis-seħħ

Emenda

7.   Il-mistoqsijiet u  kwalunkwe tweġiba , inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.

7.   Il-mistoqsijiet u  t-tweġibiet , inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.

Emenda 34

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130a

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 130a

imħassar

Interpellanzi minuri għal tweġiba bil-miktub

 

1.     Fl-interpellanzi minuri, li jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jistgħu jintalbu minn kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament biex jagħtu informazzjoni lill-Parlament dwar kwistjonijiet li jkunu ntgħażlu b'mod speċifiku.

 

Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President li, sakemm il-mistoqsijiet ikunu skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura  (28) , għandu jitlob lid-destinatarju jirrispondi fi żmien ġimgħatejn; il-President jista' jestendi dan il-limitu ta' żmien b'konsultazzjoni mal-persuni interpellanti.

 

2.     Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.

 

 

Emenda 35

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu

Interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub

Emenda 36

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.   Fl-interpellanzi maġġuri, li jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu, dawk il-mistoqsijiet jistgħu jsiru lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà minn kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament. Il-mistoqsijiet jistgħu jinkludu stqarrija ta' spjegazzjoni qasira.

1.   L-interpellanzi maġġuri għandhom jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub li jsiru lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà minn grupp politiku.

Tali mistoqsijiet għandhom jitressqu bil-miktub lill-President li, sakemm il-mistoqsijiet ikunu skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura  (29) , għandu immedjatament jinforma lid-destinatarju tal-mistoqsija u jitlob lid-destinatarju jiddikjara jekk il-mistoqsija hijiex se tiġi mwieġba u, jekk iva, meta.

 

Emenda 37

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a.     L-interpellanza maġġuri għandha tkun ta' interess ġenerali u għandha tintbagħat bil-miktub lill-President. Din m'għandhiex taqbeż il-500 kelma. Dment li l-interpellanza maġġuri tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali, il-President għandu minnufih jittrażmettiha lid-destinatarju għal tweġiba bil-miktub.

Emenda 38

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 1b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1b.     Għandu jkun hemm massimu ta' 30 interpellanza maġġuri kull sena. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiżgura distribuzzjoni ġusta ta' dawn l-interpellazzjonijiet fost il-gruppi politiċi, u l-ebda grupp politiku m'għandu jibgħat iktar minn waħda kull xahar.

Emenda 39

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 1c (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1c.     Jekk id-destinatarju jonqos milli jwieġeb għall-interpellanza maġġuri fi żmien sitt ġimgħat minn meta tiġi trażmessa lilu, l-interpellanza għandha, fuq it-talba tal-awtur, titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda finali skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149 u soġġetta għall-paragrafu 3a.

Emenda 40

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.   Malli tasal ir-risposta bil-miktub, l-interpellanza maġġuri għandha titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda tal-Parlament skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149. Irid isir dibattitu jekk kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jitolbu dan.

2.   Malli tasal it-tweġiba bil-miktub, jekk il-Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jitolbu dan, l-interpellanza maġġuri għandha titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda finali tal-Parlament skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149 u soġġetta għall-paragrafu 3a .

Emenda 41

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.     Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jwieġeb il-mistoqsija jew jonqos milli jagħmel dan fi żmien tliet ġimgħat, il-mistoqsija għandha titqiegħed fl-abbozz tal-aġenda. Irid isir dibattitu jekk kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jitolbu dan. Qabel id-dibattitu wieħed mill-interpellanti jista' jitħalla jiddikjara r-raġunijiet supplimentari għal din il-mistoqsija.

imħassar

Emenda 42

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 3a

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a.     In-numru ta' interpellanzi maġġuri diskussi matul l-istess sessjoni parzjali m'għandux ikun aktar minn tlieta. Jekk jintalbu dibattiti għal aktar minn tliet interpellanzi maġġuri matul l-istess sessjoni parzjali, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinkludihom fl-abbozz finali tal-aġenda fl-ordni li tkun irċeviet dawk it-talbiet għal dibattitu.

Emenda 43

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.    Wieħed mill-interpellanti jista' jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Membru wieħed tal-istituzzjoni kkonċernata għandu jwieġeb.

4.    Membru nnominat minn qabel mill-awtur, jew minn dawk li jitolbu d-dibattitu skont il-paragrafu 2, għandu jiżviluppa l-interpellanza maġġuri fil-Parlament. Jekk dak il-Membru ma jkunx preżenti, l-interpellanza maġġuri għandha taqa'. Id-destinatarju għandu jwieġeb.

L-Artikolu 123(2) sa ( 5 ) li jikkonċerna t-tqegħid fuq il-Mejda u l-votazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu japplika mutatis mutandis.

L-Artikolu 123(2) sa ( 8 ) li jikkonċerna t-tqegħid fuq il-Mejda u l-votazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu japplika mutatis mutandis.

Emenda 44

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130b – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.   Tali mistoqsijiet kif ukoll it-tweġibiet għalihom għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.

5.   Tali interpellanzi kif ukoll it-tweġibiet għalihom għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.

Emenda 45

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 165 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.   Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jisfratta t-tmexxija bla xkiel tal-proċeduri jew li l-imġiba tiegħu tonqos milli tkun konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 11 .

1.   Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jikser l-istandards ta' kondotta definiti fl-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c .

Emenda 46

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 165 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.    F'każ ta' reċidivita' , il-President għandu jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni għat-tieni darba, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti.

2.    F'każ li ksur jiġi ripetut , il-President għandu jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni għat-tieni darba, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti.

Emenda 47

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 165 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.   Jekk it-tfixkil ikompli, jew f'każ ta' reċidivita' mill-ġdid , il-President jista' jċaħħad lill-Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. F'każijiet ta' serjetà eċċezzjonali, il-President jista' wkoll jirrikorri għal għat-tkeċċija tal-Membru kkonċernat għall-bqija tas-seduta minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna tal-uxxiera u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament.

3.   Jekk il-ksur ikompli, jew f'każ ta' ksur ulterjuri , il-President jista' jċaħħad lill-Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. F'każijiet ta' serjetà eċċezzjonali, il-President jista' wkoll jirrikorri għal għat-tkeċċija tal-Membru kkonċernat għall-bqija tas-seduta minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna tal-uxxiera u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament.

Emenda 48

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 165 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.   Il-President jista' jiddeċiedi li jinterrompi x-xandir dirett tas-seduta fil-każ ta' lingwaġġ jew aġir difamatorju , razzist jew ksenofobiku minn Membru.

5.   Il-President jista' jiddeċiedi li jinterrompi x-xandir dirett tas-seduta fil-każ ta' ksur minn Membru tal-Artikolu 11 , paragrafu 3b jew 3c minn Membru.

Emenda 49

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 165 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Il-President jista' jordna t-tħassir mir-rekords awdjoviżivi tal-proċedimenti dawk il-partijiet ta' diskors minn Membru li jkun fihom lingwaġġ difamatorju , razzist jew ksenofobiku .

Il-President jista' jordna t-tħassir mir-rekords awdjoviżivi tal-proċedimenti ta' dawk il-partijiet ta' diskors minn Membru li jiksru l-Artikolu 11 , paragrafu 3b jew 3c .

Emenda 50

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 166 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.   F'każijiet serji ta' diżordni jew sfrattar tal-Parlament bi ksur tal-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 11 , il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li tistipula s-sanzjoni xierqa.

1.   F'każijiet serji ta' ksur tal-Artikolu 11, paragrafi 3a sa 5b , il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li timponi fuq il-Membru kkonċernat is-sanzjoni xierqa , skont dan l-Artikolu .

 

Fir-rigward tal-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c, il-President jista' jadotta deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu irrispettivament minn jekk preċedentement tkunx ġiet imposta jew le miżura immedjata skont it-tifsira tal-Artikolu 165 fuq il-Membru kkonċernat.

 

Fir-rigward tal-Artikolu 11, paragrafu 3e, il-President jista' jadotta biss deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu wara li jiġi stabbilit li seħħ fastidju skont il-proċedura amministrattiva interna applikabbli dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu.

 

Il-President jista' jimponi sanzjoni fuq Membru f'każijiet fejn issir dispożizzoni, minn dawn ir-Regoli ta' Proċedura jew b'deċiżjoni adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 25, għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. F'każijiet eċċezzjonali, il-President jista' jsejjaħ seduta ta' smigħ tal-Membru kkonċernat.

 

Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta' ittra rreġistrata jew, f'każijiet ta' urġenza, permezz tal-uxxiera.

 

Wara li dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe sanzjoni imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati.

 

Ladarba s-sanzjoni ssir finali, hija għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament, u għandha tibqa' hemm għall-bqija tal-leġiżlatura parlamentari.

 

Emenda 51

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 166 – paragrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a.     Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. Il-President jista' jiddeċiedi li jsejjaħ seduta orali minflok kull meta dan ikun aktar xieraq.

 

Id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta' ittra rreġistrata jew, f'każijiet ta' urġenza, permezz tal-uxxiera.

 

Wara li dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe sanzjoni imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati.

 

Ladarba s-sanzjoni ssir finali, hija għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament, u għandha tibqa' hemm għall-bqija tal-leġiżlatura parlamentari.

Emenda 52

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 166 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.   Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha.

2.   Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha. Jekk ikun applikabbli għandu jitqies id-dannu possibbli fuq id-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament.

Għandha ssir distinzjoni bejn azzjonijiet viżivi, li jistgħu jkunu tollerati, dment li ma jkunux offensivi, difamatorji, razzisti jew ksenofobiċi, u jibqgħu f'limiti raġonevoli, u dawk li jisfrattaw b'mod attiv l-attività parlamentari.

 

Emenda 53

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 166 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.   Il-miżuri stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta' offiżi ripetuti , jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma' miżura meħuda skont l-Artikolu 165(3).

4.   Il-miżuri stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta' ksur ripetut , jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma' miżura meħuda skont l-Artikolu 165(3).

Emenda 54

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 174 – paragrafu 7

Test fis-seħħ

Emenda

7.   Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jkunux talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma. L-awturi ta' emendi ta' dan it-tip jistgħu jipproponu wkoll votazzjonijiet kollettivi meta l-emendi tagħhom ikunu kumplimentari .

7.   Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jkunux talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma. L-awturi ta' emendi jistgħu jipproponu wkoll votazzjonijiet kollettivi fuq l-emendi tagħhom.

Emenda 55

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 174 – paragrafu 10

Test fis-seħħ

Emenda

10.   Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandhom jiġu soġġett għal votazzjoni separate .

10.   Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandhom jiġu soġġetti għal votazzjoni separata minn emendi oħra .

Emenda 56

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 177 – interpretazzjoni

Test fis-seħħ

Emenda

Kull ksur ta' dan l-Artikolu jitqies bħala każ serju ta' diżordni kif stipulat fl-Artikolu 166 ( 1 ) u jkollu l-konsegwenzi legali stipulati f'dak l-Artikolu .

Kull ksur ta' dan l-Artikolu jitqies bħala ksur tal-Artikolu 11 ( 3b ).

Emenda 57

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 196

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 196

Artikolu 196

Twaqqif ta' Kumitati Permanenti

Twaqqif ta' Kumitati Permanenti

Il-Parlament għandu, fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabbiltajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (52). Dak l-Anness għandu jiġi adottat minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-membri tagħhom għandhom ikunu maħtura fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid u mill-ġdid sentejn u nofs wara .

Il-Parlament għandu, fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabbiltajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (52). Dak l-Anness għandu jiġi adottat minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-Membri tagħhom għandhom jiġu eletti fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid.

Ir-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti jistgħu wkoll jiġu stabbiliti f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf.

Ir-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti jistgħu wkoll jiġu definiti mill-ġdid f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf.

Emenda 58

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 204 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.   Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 199, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; ma għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-viċi presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru.

1.   Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 199, u sussegwentement sentejn u nofs wara, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; m'għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-viċi presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru.

Emenda 59

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 210a – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali milqugħa mill-Parlament

Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa tal-kumitat bil-magħluq.

Emenda 60

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 210a – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Ladarba l-president tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità hija applikata, l-aċċess għal-laqgħa għandu jingħata biss lill-membri tal-kumitat u lill-uffiċjali u l-esperti li jkunu ġew nominati minn qabel mill-president u li l-preżenza tagħhom tkun assolutament meħtieġa .

Ladarba l-President tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità għandha tiġi applikata, il-laqgħa għandha tkun bil-magħluq u l-aċċess għaliha jista' jingħata biss lill-membri tal-kumitat , inklużi membri sostituti. Il-Kumitat jista' jiddeċiedi, f'konformità mal-qafas legali interistituzzjonali applikabbli, li Membri oħra jistgħu jattendu għal-laqgħa skont l-Artikolu 206(3). L-aċċess għal-laqgħa jista' jingħata wkoll lill-persuni li jkunu ġew nominati minn qabel mill-President , li jeħtieġu li jkunu infurmati, b'rispett xieraq ta' kwalunkwe restrizzjoni li tirriżulta mir-regoli applikabbli li jirregolaw it-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament . Rigward il-konsultazzjoni ta' informazzjoni klassifikata fil-livell ta' CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla, jew fil-każ ta' limitazzjonijiet speċifiċi ta' aċċess li jirriżultaw mill-qafas legali interistituzzjonali, jistgħu japplikaw restrizzjonijiet addizzjonali.

Emenda 61

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 210a – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.   Għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 11 u 166.

4.    Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar il-ksur tal-kunfidenzjalità b'mod ġenerali, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 11 u 166.

Emenda 62

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 211 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Seduti ta' smigħ pubbliku dwar inizjattivi taċ-ċittadini

Seduti ta' smigħ pubbliku u dibattiti dwar inizjattivi taċ-ċittadini

Emenda 63

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 211 – paragrafu 7a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

7a.     Il-Parlament għandu jorganizza dibattitu dwar inizjattiva taċ-ċittadini ppubblikata fir-reġistru rilevanti skont il-punt (a) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, f'sessjoni parzjali wara s-seduta ta' smigħ pubbliku u għandu, meta jqiegħed id-dibattitu fuq l-aġenda tiegħu, jiddeċiedi jekk jagħlaqx id-dibattitu b'riżoluzzjoni jew le. M'għandux jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni jekk rapport fuq l-istess suġġett jew suġġett simili huwa skedat għall-istess seduta parzjali jew f'dik ta' wara, ħlief jekk il-President, għal raġunijiet eċċezzjonali, jipproponi mod ieħor. Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni. L-Artikolu 123(3) sa (8) rigward it-tqegħid fuq il-Mejda ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet u l-votazzjoni fuqhom għandu japplika mutatis mutandis.

Emenda 76

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 211 – paragrafu 8

Test fis-seħħ

Emenda

8.   Fil-każ li l-Kummissjoni tonqos milli tressaq proposta għal att legali dwar inizjattiva taċ-ċittadini li tkun ġiet riferuta lilha b'suċċess skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 fi żmien perjodu ta' tnax-il xahar wara li tkun ħarġet opinjoni pożittiva dwarha u spjegat f'komunikazzjoni l-azzjoni li għandha l-ħsieb li tieħu , il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista' jorganizza seduta ta' smigħ b'konsultazzjoni mal-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini u , jekk ikun meħtieġ, jattiva l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46 bil-ħsieb li jeżerċita d-dritt tal-Parlament li jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta xierqa .

8.    Wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha dwar inizjattiva taċ-ċittadini speċifika, il-Parlament għandu jivvaluta l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni bħala riżultat ta' tali komunikazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tonqos milli tippreżenta proposta xierqa dwar inizjattiva taċ-ċittadini, il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista' jorganizza seduta ta' smigħ b'konsultazzjoni mal-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini . Barra minn hekk, il-Parlament jista' jiddeċiedi jekk jorganizzax dibattitu plenarju u jekk jagħlaqx dan id-dibattitu b'riżoluzzjoni. Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 211(7a) għandha tapplika mutatis mutandis. Il-Parlament jista' wkoll jiddeċiedi li jeżerċita d-dritt mogħti lilu mill-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'hekk jattiva l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.

Emenda 64

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 223a – titolu – nota f'qiegħ il-paġna

Test fis-seħħ

Emenda

61

L-Artikolu 223a għandu japplika biss għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Ara wkoll in-noti ta' qiegħ il-paġna għall-Artikoli 224 u 225.

61

L-Artikolu 223a għandu japplika biss għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Emenda 65

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 223a – paragrafu 2a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a.     Abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, grupp ta' mill-inqas 50 ċittadin jista' jissottometti talba motivata fejn jistieden lill-Parlament jitlob il-verifika msemmija fil-paragrafu 2. Dik it-talba motivata m'għandhiex titnieda jew tiġi ffirmata mill-Membri. Għandha tinkludi evidenza fattwali sostanzjali li turi li l-partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

 

Il-President għandu jibgħat talbiet ammissibbli minn gruppi ta' ċittadini lill-kumitat responsabbli għal eżami ulterjuri.

 

Wara dak l-eżami, li għandu jseħħ fi żmien erba' xhur mir-riferiment tal-President, il-kumitat responsabbli jista', permezz ta' maġġoranza tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw mill-inqas tliet gruppi politiċi, jippreżenta proposta għas-segwitu tat-talba u jinforma lill-President dwar dan.

 

Il-grupp ta' ċittadini għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu tal-eżami tal-kumitat.

 

Malli jirċievi l-proposta tal-kumitat, il-President għandu jikkomunika t-talba lill-Parlament.

 

Wara din il-komunikazzjoni, il-Parlament għandu, b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jiddeċiedi jekk jippreżentax talba lill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

 

Il-kumitat għandu jadotta linji gwida għat-trattament ta' tali talbiet minn gruppi ta' ċittadini.

Emenda 89/rev

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 228a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 228a

Integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri

Il-Bureau għandu jadotta pjan ta' azzjoni dwar il-ġeneri li jkollu l-mira li jinkorpora l-perspettiva tal-ġeneri fl-attivitajiet kollha tal-Parlament, f'kull livell u f'kull stadju. Il-pjan ta' azzjoni dwar il-ġeneri għandu jiġi mmonitorjat darbtejn fis-sena u rivedut tal-anqas kull ħames snin.

Emenda 66

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 229 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal petizzjonijiet u komunikazzjonijiet li ma jeħtiġux deċiżjoni.

Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal petizzjonijiet , inizjattivi taċ-ċittadini u komunikazzjonijiet li ma jeħtiġux deċiżjoni.

Emenda 67

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness II – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

KRITERJI GĦALL-MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB SKONT L-ARTIKOLI 130, 130A, 130B, 131 U 131A

KRITERJI GĦALL-MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB SKONT L-ARTIKOLI 130, 131 U 131A


(4)   Ara l-Anness II

(5)   Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-persuni li jaħdmu għal rashom li huma involuti fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11).

(1a)   Il-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom, adottat mill-Bureau fit-2 ta' Lulju 2018, għandu jsir anness ma' dawn ir-Regoli.

(1a)   Ara l-Anness I.

(1b)   Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11).

(27)  Ara l-Anness II

(27)  Ara l-Anness II

(28)   Ara l-Anness II

(29)   Ara l-Anness II

(52)  Ara l-Anness V.

(52)  Ara l-Anness V.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 15 ta’ Jannar 2019

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/230


P8_TA(2019)0001

L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/30)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

L-2 140  uffiċċju doganali (2) li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea jridu jkunu mgħammra kif xieraq sabiex ikun żgurat li l-Unjoni Doganali taħdem sew . Hemm ħtieġa urġenti li jkun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti mhux biss minħabba l-funzjoni tradizzjonali tad-dwana li tiġbor id-dħul, iżda dejjem iktar ukoll minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ b'mod sinifikanti l-kontroll tal-oġġetti li jidħlu mill-fruntieri esterni tal-UE u li joħorġu minnhom biex ikunu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li dawn il-kontrolli marbutin mal-moviment tal-oġġetti fil-fruntieri esterni ma jfixklux il-kummerċ leġittimu mal-pajjiżi terzi, iżda jiffaċilitawh.

(1)

L-2 140  uffiċċju doganali (2) li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea jridu jkunu mgħammra kif xieraq sabiex ikun żgurat li l-Unjoni Doganali taħdem b'mod effiċjenti u effettiv . Hemm ħtieġa urġenti ta' kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti mhux biss minħabba l-funzjoni tradizzjonali tad-dwana li tiġbor id-dħul, iżda dejjem iktar ukoll minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ b'mod sinifikanti l-kontroll tal-oġġetti li jidħlu mill-fruntieri esterni tal-UE u li joħorġu minnhom biex ikunu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li dawn il-kontrolli marbutin mal-moviment tal-oġġetti fil-fruntieri esterni ma jfixklux il-kummerċ leġittimu mal-pajjiżi terzi, iżda jiffaċilitawh , f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà u tas-sikurezza .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

L-Unjoni Doganali hija waħda mill-elementi fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li hija waħda mill-akbar blokki kummerċjali fid-dinja, u hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018  (2a) , il-Parlament Ewropew esprima tħassib partikolari rigward il-frodi doganali, li ħolqot telf sinifikanti ta' introjtu għall-baġit tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew tenna li Ewropa aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss billi tingħata mezzi finanzjarji msaħħa u appella, għalhekk, biex tingħata għajnuna kontinwa lill-politiki eżistenti, jiżdiedu r-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni, u biex ir-responsabbiltajiet addizzjonali jiġu jikkorrispondu ma' mezzi finanzjarji addizzjonali.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ ġej kemm mid-differenzi ġeografiċi ta' bejniethom u kemm mid-differenzi fil-kapaċitajiet u fir-riżorsi rispettivi tagħhom. Il-ħila tal-Istati Membri li jwieġbu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà ta' tagħmir ta' kontroll doganali modern u affidabbli. Għalhekk, biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti għall-kontrolli doganali. Dan se jtejjeb l-ekwivalenza tat-twettiq tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri u b'hekk jevita li l-flussi tal-oġġetti jintbagħtu lejn l-iktar punti dgħajfa.

(2)

Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ ġej kemm mid-differenzi ġeografiċi ta' bejniethom u kemm mid-differenzi fil-kapaċitajiet u fir-riżorsi rispettivi tagħhom , kif ukoll minn nuqqas ta' kontrolli doganali standardizzati . Il-ħila tal-Istati Membri li jwieġbu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà u l-funzjonament xieraq ta' tagħmir ta' kontroll doganali modern u affidabbli. Sfidi oħrajn, bħaż-żieda f'daqqa tal-kummerċ elettroniku, id-diġitalizzazzjoni tar-rekords tal-kontrolli u tal-ispezzjonijiet, ir-reżiljenza għall-attakki ċibernetiċi, is-sabotaġġ, l-ispjunaġġ industrijali u l-użu ħażin tad-data, ukoll se jżidu d-domanda għal funzjonament aħjar tal-proċeduri doganali. Għalhekk, biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti għall-kontrolli doganali. Dan se jtejjeb l-ekwivalenza tat-twettiq tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri u b'hekk jevita li l-flussi tal-oġġetti jintbagħtu lejn l-iktar punti dgħajfa. L-oġġetti kollha li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kontrolli bir-reqqa sabiex jiġi evitat “xiri minn port għall-ieħor” minn dawk li jwettqu l-frodi doganali. Sabiex jiġi żgurat li tiżdied is-saħħa ġenerali kif ukoll il-konverġenza fil-prestazzjoni tal-kontroll doganali mill-Istati Membri, hija meħtieġa strateġija ċara relatata mal-aktar punti dgħajfa.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

L-Istati Membri kemm-il darba tennew li għandhom bżonn ta' appoġġ finanzjarju u talbu li ssir analiżi fil-fond tat-tagħmir meħtieġ. Fil-konklużjonijiet tiegħu (3) tat-23 ta' Marzu 2017 dwar il-finanzjament doganali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni “tevalwa l-possibbiltà tal-finanzjament tal-ħtiġijiet ta' tagħmir tekniku minn programmi finanzjarji futuri tal-Kummissjoni; (…) [u] ittejjeb il-koordinazzjoni, u (…) il-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Doganali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi għal skopijiet ta' finanzjament”.

(3)

Għadd ta' Stati Membri kemm-il darba tennew li għandhom bżonn ta' appoġġ finanzjarju u talbu li ssir analiżi fil-fond tat-tagħmir meħtieġ. Fil-konklużjonijiet tiegħu (3) tat-23 ta' Marzu 2017 dwar il-finanzjament doganali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni “tevalwa l-possibbiltà tal-finanzjament tal-ħtiġijiet ta' tagħmir tekniku minn programmi finanzjarji futuri tal-Kummissjoni; (…) [u] ittejjeb il-koordinazzjoni, u (…) il-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Doganali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi għal skopijiet ta' finanzjament”.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit strument ġdid ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali.

(6)

Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit strument ġdid ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali li jenħtieġ li jiżgura d-detezzjoni ta' prattiki, bħal pereżempju oġġetti ffalsifikati u prattiki oħra kummerċjali illegali. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati formuli ta' appoġġ finanzjarju li jeżistu diġà.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Minħabba li l-għadd ta' responsabbiltajiet li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jieħdu fuqhom qiegħed dejjem jiżdied, u ħafna drabi dawk ir-responsabbiltajiet jestendu għall-qasam tas-sigurtà u għandhom x'jaqsmu ma' kompiti li jitwettqu fil-fruntieri esterni, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kontrolli doganali u l-kontrolli ta' mal-fruntiera jitwettqu b'mod ekwivalenti fil-fruntieri esterni billi l-Istati Membri jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat min-naħa tal-Unjoni. Huwa daqstantieħor importanti li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-fruntieri tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli tal-oġġetti u tal-persuni fost l-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħrajn li jitwettqu mal-fruntieri.

(7)

Minħabba li l-għadd ta' responsabbiltajiet li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jieħdu fuqhom qiegħed dejjem jiżdied, u ħafna drabi dawk ir-responsabbiltajiet jestendu għall-qasam tas-sigurtà u għandhom x'jaqsmu ma' kompiti li jitwettqu fil-fruntieri esterni, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kontrolli doganali u l-kontrolli ta' mal-fruntiera jitwettqu b'mod ekwivalenti fil-fruntieri esterni billi l-Istati Membri jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat min-naħa tal-Unjoni. Huwa daqstant ieħor importanti li tiġi promossa l-kooperazzjoni , filwaqt li titqies iċ-ċibersigurtà, bejn l-aġenziji fil-fruntieri tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli tal-oġġetti u tal-persuni fost l-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħrajn li jitwettqu mal-fruntieri.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal dan l-istrument, li se jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (6), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(11)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal dan l-istrument, li se jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (6), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Sabiex tiġi żgurata dixxiplina baġitarja, il-kondizzjonijet dwar kif l-għotjiet se jingħataw prijorità jenħtieġ li jkunu ċari, definiti u bbażati fuq il-ħtiġijiet li jkunu ġew identifikati għall-kompiti li jitwettqu mill-punti doganali.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jissodisfa l-ogħla standards tas-sikurezza, inklużi dawk taċ-ċibersigurtà, tas-sigurtà, ambjentali u tas-saħħa.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)

Id-data li tiġi prodotta mit-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li tiġi aċċessata u pproċessata biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet, u jenħtieġ li tkun protetta b'mod adegwat kontra l-aċċess jew il-komunikazzjoni mhux awtorizzati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom kontroll sħiħ ta' din id-data.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c)

It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-forniment tal-ogħla livell ta' ġestjoni tar-riskju doganali.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 13d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13d)

Meta jkunu qed jissostitwixxu tagħmir ta' kontroll doganali qadim permezz ta' dan l-Istrument, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli għar-rimi ekoloġiku ta' tagħmir ta' kontroll doganali qadim.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Recital 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Ħafna mit-tagħmir ta' kontroll doganali jista' jintuża bl-istess mod jew b'kumbinazzjoni wkoll għall-kontrolli tal-konformità ma' leġiżlazzjoni oħra, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri nħaseb bħala żewġ strumenti kumplimentari li għandhom kamp ta' applikazzjoni differenti iżda koerenti b'rabta max-xiri tat-tagħmir. Minn naħa, l-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi stabbilit bir-Regolament [2018/XXX] (10) se jeskludi t-tagħmir li jista' jintuża kemm għall-ġestjoni tal-fruntieri u kemm għall-kontroll doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit b'dan ir-Regolament mhux biss se jagħti appoġġ finanzjarju lit-tagħmir li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jintuża għall-kontrolli doganali, iżda se jippermetti wkoll li dan jintuża wkoll għal skopijiet oħrajn bħall-kontrolli mal-fruntiera u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli se trawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent ta' approċ ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/1624 (11), u b'hekk jippermetti lil awtoritajiet doganali u tal-fruntiera biex jaħdmu flimkien u jimmassimmizzaw l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz ta' kondiviżjoni u interoperabbiltà tat-tagħmir ta' kontroll.

(15)

Ħafna mit-tagħmir ta' kontroll doganali jista' jintuża bl-istess mod jew b'kumbinazzjoni wkoll għall-kontrolli tal-konformità ma' leġiżlazzjoni oħra, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri nħaseb bħala żewġ strumenti kumplimentari li għandhom kamp ta' applikazzjoni differenti iżda koerenti b'rabta max-xiri tat-tagħmir. Minn naħa, l-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi stabbilit bir-Regolament [2018/XXX] (10) se jeskludi t-tagħmir li jista' jintuża kemm għall-ġestjoni tal-fruntieri u kemm għall-kontroll doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit b'dan ir-Regolament mhux biss se jagħti appoġġ finanzjarju lit-tagħmir li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jintuża għall-kontrolli doganali, iżda se jippermetti wkoll li dan jintuża wkoll għal skopijiet oħrajn relatati bħall-kontrolli mal-fruntiera , is-sikurezza u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli se jrawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent ta' approċ ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/1624 (11), u b'hekk jippermetti lil awtoritajiet doganali u tal-fruntiera biex jaħdmu flimkien u jimmassimmizzaw l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz ta' kondiviżjoni u interoperabbiltà tat-tagħmir ta' kontroll. Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe strument jew tagħmir iffinanzjat mill-fond ikun fil-kustodja permanenti tal-punt doganali magħżul li jkun is-sid tat-tagħmir, jenħtieġ li titħejja definizzjoni ċara tal-qsim konġunt u tal-interoperabbiltà bejn l-awtoritajiet doganali u dawk tal-fruntieri bħala li mhux sistematiku u mhux regolari.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

B'deroga mir-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li azzjoni tkun tista' tiġi ffinanzjata minn diversi programmi jew strumenti tal-Unjoni biex ikun jista' jkun hemm il-kooperazzjoni u l-interoperabbiltà bejn oqsma differenti u sabiex din il-kooperazzjoni u din l-interoperabbiltà jkunu jistgħu jiġu appoġġati meta dan ikun xieraq. Madankollu, fit-tali każijiet, il-kontribuzzjonijiet ma jistgħux ikopru l-istess kostijiet, skont il-prinċipju tal-projbizzjoni tal-finanzjament doppju stabbilit fir-Regolament Finanzjarju.

(16)

B'deroga mir-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li azzjoni tkun tista' tiġi ffinanzjata minn diversi programmi jew strumenti tal-Unjoni biex ikun jista' jkun hemm il-kooperazzjoni u l-interoperabbiltà bejn oqsma differenti u sabiex din il-kooperazzjoni u din l-interoperabbiltà jkunu jistgħu jiġu appoġġati meta dan ikun xieraq. Madankollu, fit-tali każijiet, il-kontribuzzjonijiet ma jistgħux ikopru l-istess kostijiet, skont il-prinċipju tal-projbizzjoni tal-finanzjament doppju stabbilit fir-Regolament Finanzjarju. Jekk Stat Membru jkun diġà ngħata jew irċieva kontribuzzjonijiet minn programm ieħor tal-Unjoni jew appoġġ minn fond tal-Unjoni biex jakkwista l-istess tagħmir, dik il-kontribuzzjoni jew dak l-appoġġ jenħtieġ li jiġi elenkat fl-applikazzjoni.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tinċentiva l-akkwist konġunt u l-ittestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Minħabba l-evoluzzjoni rapida tal-prijoritajiet doganali, tat-theddid fil-qasam doganali u tat-teknoloġiji, jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma ma jitħejjewx għal perjodi twal taż-żmien. Fl-istess ħin, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti programmi annwali ta' ħidma żżid il-piż amministrattiv kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri, mingħajr ma dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li, fil-prinċipju, il-programmi ta' ħidma jkunu jkopru iktar minn sena finanzjarja waħda.

(17)

Minħabba l-evoluzzjoni rapida tal-prijoritajiet doganali, tat-theddid fil-qasam doganali u tat-teknoloġiji, jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma ma jitħejjewx għal perjodi twal taż-żmien. Fl-istess ħin, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti programmi annwali ta' ħidma żżid il-piż amministrattiv kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri, mingħajr ma dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li, fil-prinċipju, il-programmi ta' ħidma jkunu jkopru iktar minn sena finanzjarja waħda. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li tinżamm l-integrità tal-interessi strateġiċi tal-Unjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jqisu bir-reqqa ċ-ċibersigurtà u r-riskji għall-esponiment potenzjali ta' data sensittiva barra mill-Unjoni meta jkunu qed iressqu offerti għal tagħmir ta' kontroll doganali ġdid.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (12) .

imħassar

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Għalkemm l-implimentazzjoni ċentrali hija essenzjali biex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żgurati kontrolli doganali ekwivalenti, minħabba n-natura teknika ta' dan l-Istrument, hemm bżonn ta' ħidma preparatorja fil-livell tekniku. Għalhekk jenħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi appoġġata minn valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet li jkunu jiddependu fuq l-għarfien espert u l-esperjenza fil-livell nazzjonali permezz tal-involviment tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jissejsu fuq metodoloġija ċara li tkun tinkludi għadd minimu ta' passi li jiżguraw li tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.

(19)

Għalkemm l-implimentazzjoni ċentrali hija essenzjali biex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żgurati kontrolli doganali ekwivalenti, minħabba n-natura teknika ta' dan l-Istrument, hemm bżonn ta' ħidma preparatorja fil-livell tekniku. Għalhekk jenħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi appoġġata minn valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet individwali li jkunu jiddependu fuq l-għarfien espert u l-esperjenza fil-livell nazzjonali permezz tal-involviment tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jissejsu fuq metodoloġija ċara li tkun tinkludi għadd minimu ta' passi li jiżguraw li tinġabar l-informazzjoni rilevanti meħtieġa.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Sabiex ikunu żgurati monitoraġġ u rapportar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati li jinkisbu permezz tal-Istrument u tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li t-tali monitoraġġ u r-rapportar jissejsu fuq indikaturi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tal-Istrument. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-rapportar ikunu jinkludu xi informazzjoni dwar it-tagħmir ta' kontroll doganali li jkun jaqbeż ċertu limitu tal-kostijiet .

(20)

Sabiex ikunu żgurati monitoraġġ u rapportar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati li jinkisbu permezz tal-Istrument u tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li t-tali monitoraġġ u r-rapportar jissejsu fuq indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tal-Istrument. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw proċedura ta' akkwist trasparenti u ċara. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-rapportar ikunu jinkludu informazzjoni dettaljata dwar it-tagħmir ta' kontroll doganali u l-proċedura ta' akkwist li jkun jaqbeż ċertu limitu , u ġustifikazzjoni tal-infiq .

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-iskopijiet tal-kontrolli doganali għall-azzjonijiet li huma eliġibbli skont l-Istrument u tal-emendar tal-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għanijiet speċifiċi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(22)

Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dan ir-Regolament sabiex jiġu adottati programmi ta' ħidma, tal-emendar tal-iskopijiet tal-kontrolli doganali għall-azzjonijiet li huma eliġibbli skont l-Istrument u tal-emendar tal-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għanijiet speċifiċi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u kompletament trasparenti , inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x'jaqsmu wkoll mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati b'rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE.

(24)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x'jaqsmu wkoll mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati b'rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE. Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jingħażlu abbażi tal-ħila tagħhom li jiksbu l-għan speċifiku tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità li mistenni jkun hemm. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom f'daqqa, ta' rati fissi u ta' kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(25)

Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jingħażlu abbażi tal-ħila tagħhom li jiksbu l-għan speċifiku tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità li mistenni jkun hemm. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom f'daqqa, ta' rati fissi u ta' kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq jenħtieġ li jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrument, filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-Unjoni Doganali u lill-awtoritajiet doganali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u sabiex l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali u inġust filwaqt li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet kummerċjali leġittimi.

1.   Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u bl-għan fit-tul li l-kontrolli doganali kollha fl-Unjoni jiġu standardizzati , l-Istrument għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-Unjoni Doganali u lill-awtoritajiet doganali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-fruntieri tal-Unjoni fir-rigward tal-kontroll tal-oġġetti u l-persuni, jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u sabiex l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali u inġust filwaqt li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet kummerċjali leġittimi.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istrument għandu l-għan speċifiku li jikkontribwixxi biex ikun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti permezz tax-xiri, tal-manutenzjoni u tal-aġġornament ta' tagħmir ta' kontroll doganali li jkun rilevanti, modern u affidabbli.

2.   L-Istrument għandu l-għan speċifiku li jikkontribwixxi biex ikun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti permezz tax-xiri kompletament trasparenti , tal-manutenzjoni u tal-aġġornament ta' tagħmir ta' kontroll doganali li jkun rilevanti, modern , sikur, reżiljenti għaċ-ċibernetika, sigur, ekoloġiku u affidabbli. Għan addizzjonali huwa li titjieb il-kwalità tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri sabiex l-oġġetti ma jintbagħtux lejn punti aktar dgħajfa fl-Unjoni.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-istrument għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri billi jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, il-qsim konġunt u l-interoperabbiltà ta' tagħmir ġdid akkwistat permezz tal-Istrument.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 1 300 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-Implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 1 149 175 000 fi prezzijiet tal-2018 [ EUR 1 300 000 000 fi prezzijiet kurrenti].

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk, dan jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Istrument, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż leġittimi u verifikati ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu u tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk, dan jista' jkopri bl-istess mod l-ispejjeż leġittimi u verifikati relatati mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, mal-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri involuti sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet speċifiċi tal-Istrument insostenn tal-objettiv ġenerali , kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi l-akkwist jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri ta' salvagwardja u ta' kontinġenza adegwati li jiżguraw li t-tagħmir kollu akkwistat bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni jintuża mill-awtoritajiet doganali rilevanti fil-każijiet rilevanti kollha.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi x-xiri jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza tat-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni u  l-interoperabbiltà tat-tali tagħmir .

3.   Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi x-xiri jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza u l-interoperabbiltà bejn it-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni , li għandu jippermetti l-konsultazzjoni l-parteċipazzjoni tal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jinkludi l-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi l-akkwist jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri ta' salvagwardja u ta' kontinġenza adegwati li jiżguraw li t-tagħmir kollu akkwistat bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni jissodisfaw l-istandards miftiehma dwar il-manutenzjoni regolari.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, l-azzjonijiet jistgħu jkopru wkoll ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ittestjar ta' unitajiet individwali ġodda tat-tagħmir jew ta' funzjonalitajiet ġodda f'kundizzjonijiet operattivi.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, l-azzjonijiet jistgħu jkopru wkoll ix-xiri kompletament trasparenti , il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ittestjar ta' unitajiet individwali ġodda tat-tagħmir jew ta' funzjonalitajiet ġodda f'kundizzjonijiet operattivi.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-iskopijiet tal-kontrolli doganali stabbiliti fil-paragrafu 1(b), kif ukoll l-Anness 1, meta t-tali reviżjoni titqies li tkun meħtieġa.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-iskopijiet tal-kontrolli doganali stabbiliti fil-paragrafu 1(b), kif ukoll l-Anness 1, meta t-tali reviżjoni titqies li tkun meħtieġa u biex tibqa' aġġornata mal-iżviluppi teknoloġiċi, mal-mudelli li dejjem jinbidlu fil-kuntrabandu tal-merkanzija u ma' soluzzjonijiet ġodda, intelliġenti u innovattivi għal skopijiet ta' kontroll doganali .

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat skont dan l-Istrument jista' jintuża għal skopijiet oħrajn minbarra l-kontrolli doganali, fosthom għall-kontroll tal-persuni biex jingħataw appoġġ l-awtoritajiet nazzjonali li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-fruntieri, u għall-investigazzjonijiet.

4.   It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat skont dan l-Istrument għandu primarjament jintuża għall-kontrolli doganali, imma jista' jintuża għal skopijiet oħrajn minbarra l-kontrolli doganali, fosthom għall-kontroll tal-persuni biex jingħataw appoġġ l-awtoritajiet nazzjonali li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-fruntieri, u għall-investigazzjonijiet bil-għan li jkun hemm konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Istrument deskritti fl-Artikolu 3 .

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinċentiva l-akkwist konġunt u l-ittestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-finanzjament li jaqbeż dak il-limitu jista' jingħata f'każ ta' akkwist konġunt u ta' ttestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu x-xiri ta' tagħmir ġdid ta' kontroll doganali u l-konsenja tiegħu fil-ġabra ta' tagħmir tekniku tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ammissibilità tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ġabra ta' tagħmir tekniku għandha tiġi aċċertata f'konformità mal-Artikolu 5(3).

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kostijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament skont l-Istrument:

Il-kostijiet kollha relatati mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt l-Istrument , bl-eċċezzjoni ta' :

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-kostijiet relatati mat-taħriġ jew mal-aġġornament tal-ħiliet meħtieġa biex jintuża t-tagħmir;

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-kostijiet marbutin mas-sistemi elettroniċi, ħlief għas-softwer li huwa meħtieġ b'mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta' kontroll doganali;

(c)

il-kostijiet marbutin mas-sistemi elettroniċi, ħlief għas-softwer u l-aġġornamenti tas-softwer li huwa meħtieġ b'mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta' kontroll doganali u ħlief għas-softwer elettroniku u għall-ipprogrammar li huwa meħtieġ biex is-softwer eżistenti jintrabat mat-tagħmir ta' kontroll doganali;

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-kostijiet tan-netwerks, bħall-mezzi ta' komunikazzjoni sikuri u mhux, jew tal-abbonamenti;

(d)

il-kostijiet tan-netwerks, bħall-mezzi ta' komunikazzjoni sikuri u mhux, jew tal-abbonamenti , ħlief għan-netwerks jew l-abbonamenti li huma meħtieġa b'mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta' kontroll doganali ;

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15 .

2.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14, billi temenda l-Anness 2a biex tistabbilixxi programmi ta' ħidma .

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tħejjija tal-programmi ta' ħidma msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn valutazzjoni tal-ħtiġijiet li għandha tkun magħmula tal-inqas mill-affarijiet li ġejjin:

It-tħejjija tal-programmi ta' ħidma msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn valutazzjoni individwali tal-ħtiġijiet li għandha tkun magħmula mill-affarijiet li ġejjin:

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

inventarju eżawrjenti tat-tagħmir ta' kontroll doganali disponibbli;

(b)

inventarju eżawrjenti tat-tagħmir ta' kontroll doganali disponibbli u funzjonali ;

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

definizzjoni komuni ta' standard minimu u tal-aqwa standard għat-tagħmir tal-kontroll doganali b'referenza għall-kategorija tal-punti tal-qsim tal-fruntiera; u

(c)

definizzjoni komuni ta' standard tekniku minimu għat-tagħmir tal-kontroll doganali b'referenza għall-kategorija tal-punti tal-qsim tal-fruntiera;

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

valutazzjoni tal-ogħla standard għat-tagħmir ta' kontroll doganali b'referenza għall-kategorija tal-punti tal-qsim tal-fruntiera; kif ukoll

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

stima ddettaljata tal-ħtiġijiet finanzjarji.

(d)

stima ddettaljata tal-ħtiġijiet finanzjarji li tiddependi fuq id-daqs tal-operazzjonijiet doganali u fuq l-ammont ta' xogħol relattiv .

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2 .

1.    F'konformità mar-rekwiżit ta' rapportar tagħha skont il-punt (e)(i) tal-Artikolu 38(3)tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Programm. Ir-rapportar tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni għandu jinkludi informazzjoni kemm dwar il-progress kif ukoll dwar in-nuqqasijiet .

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Sabiex ikun żgurat li jiġi vvalutat b'mod effettiv il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness 2 biex tirrevedi l-indikaturi jew biex tikkumplimentahom, meta dan jitqies li jkun meħtieġ, u biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni.

2.    L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2. Sabiex ikun żgurat li jiġi vvalutat b'mod effettiv il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness 2 biex tirrevedi l-indikaturi jew biex tikkumplimentahom, meta dan jitqies li jkun meħtieġ, u biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jingħataw informazzjoni aġġornata, kemm kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva, dwar il-prestazzjoni tal-Programm .

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Istrument tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati tar-rapportar fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni.

3.   Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Istrument tkun komparabbli u kompleta kif ukoll li tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati tar-rapportar fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni affidabbli dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni użata.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

il-preżenza u l-kondizzjoni ħames snin wara l-ikkummissjonar ta' oġġetti ta' tagħmir iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)

l-informazzjoni dwar l-istanzi ta' manutenzjoni ta' tagħmir ta' kontroll doganali;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)

informazzjoni dwar il-proċedura tal-akkwist;

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd)

ġustifikazzjoni tal-infiq.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet .

1.   L-evalwazzjonijiet ta' azzjonijiet iffinanzjati taħt l-Istrument u msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jivvalutaw ir-riżultati, l-impatt u l-effikaċja tal-Istrument, u għandhom jitwettqu f'waqthom biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tagħhom fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet .

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Istrument.

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Istrument.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-evalwazzjoni interim għandha tippreżenta s-sejbiet meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni dwar segwitu għall-Programm u l-għanijiet tiegħu lil hinn mill-2017.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u l-lezzjonijiet miksuba , lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-Kummissjoni għandha tinkludi evalwazzjonijiet parzjali annwali fir-rapport tagħha intitolat “Il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Il-ġlieda kontra l-frodi”.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3) u 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3) , 11(2) u 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(3) u 12(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(3) , 11(2) u 12(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(3) u 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u  kif ukoll il-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih . Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(3) , 11(2) u 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espress oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u  l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

imħassar

Proċedura ta' kumitat

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-“Kumitat tal-Programm Dwana” imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) [2018/XXX]  (23) .

 

2.     Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

 

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi , inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.    Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku , u b'hekk juru l-valur miżjud tal-Unjoni u jgħinu fl-isforzi marbuta mal-ġbir tad-data min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja .

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Istrument , u mal-azzjonijiet mar-riżultati tiegħu . Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni , sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu  3 .

2.    Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tipprovdi regolarment informazzjoni lill-pubbliku dwar l-Istrument , l-azzjonijiet r-riżultati tiegħu , filwaqt li tirreferi, inter alia , għall-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu  11 .

Emenda 65

Proposta għal regolament

Anness I – kolonna 3 – ringiela 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-kontejners, għat-trakkijiet u għall-vaguni tal-ferrovija

Għall-kontejners, għat-trakkijiet, għall-vaguni tal-ferrovija u għall-vetturi

Emenda 66

Proposta għal regolament

Anness I – kolonna 3 – ringiela 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-vetturi

Emenda 67

Proposta għal regolament

Anness I – kolonna 2 – ringiela 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Portal tar-retrodiffużjoni tar-raġġi X

Portal tar-retrodiffużjoni ibbażat fuq ir-raġġi X

Emenda 68

Proposta għal regolament

Anness 2 – kolonna 2 – ringiela 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Skanner tas-sikurezza bbażat fuq mewġ millimetriku

Emenda 69

Proposta għal regolament

Anness 2 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.

Sikurezza u Sigurtà

(a)

Grad ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha, inkluża ċ-ċibersigurtà

(b)

Grad ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha

Emenda 70

Proposta għal regolament

Anness 2 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.

Is-Saħħa u l-Ambjent

(a)

Grad ta' konformità mal-istandards tas-saħħa tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha

(b)

Grad ta' konformità mal-istandards ambjentali tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha

Emenda 71

Proposta għal regolament

Anness 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Emenda 72

Proposta għal regolament

Anness 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0460/2018).

(2)  L-Anness tar-Rapport annwali tal-2016 dwar il-prestazzjoni tal-Unjoni Doganali, li jinsab fis-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/info/publications/annual-activity-report-2016-taxation-and-customs-union_mt.

(2)  L-Anness tar-Rapport annwali tal-2016 dwar il-prestazzjoni tal-Unjoni Doganali, li jinsab fis-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/info/publications/annual-activity-report-2016-taxation-and-customs-union_mt.

(2a)   P8_TA(2018)0075: Il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020

(3)  https://www.consilium.europa.eu/media/22301/st09581en17-vf.pdf and http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-7586-2017-INIT/en/pdf.

(3)  https://www.consilium.europa.eu/media/22301/st09581en17-vf.pdf and http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-7586-2017-INIT/en/pdf.

(6)  Il-Ftehim interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).

(6)  Il-Ftehim interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).

(10)  COM(2018)0473.

(11)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

(10)  COM(2018)0473.

(11)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

(12)   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(23)   COM(2018)0442.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/256


P8_TA(2019)0002

Konklużjoni tal-ftehim ta' status bejn l-UE u l-Albanija dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta l-Albanija ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Albanija (10302/2018 – C8-0433/2018 – 2018/0241(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 411/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10302/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar l-Istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Albanija (10290/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 77(2)(b) u (d), l-Artikolu 79(2)(c) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0433/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0463/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Albanija.

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/257


P8_TA(2019)0003

Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kirgiżistan (adeżjoni tal-Kroazja) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12564/2017 – C8-0033/2018 – 2017/0185(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 411/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12564/2017),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12659/2017),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207, 209 u 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0033/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0443/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Kirgiża.

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/258


P8_TA(2019)0006

L-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (COM(2017)0282 – C8-0172/2017 – 2017/0113(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0282),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0172/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Diċembru 2017 (1)

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0193/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 129, 11.4.2018, p. 71.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta’ Ġunju 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0264).


P8_TC1-COD(2017)0113

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tipprevedi livell minimu ta’ ftuħ tas-suq għall-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

(2)

L-użu Dan l-użu ta’ vetturi mikrija jista’ jnaqqas l-ispejjeż ta’ impriżi li jittrasportaw merkanzija f’isimhom jew f'isem ħaddieħor, u fl-istess ħin iżid il-flessibbiltà operattiva. Għalhekk, dan Dan l-użu ta' vetturi mikrija jista’ għaldaqstant jagħti kontribut għal żieda fil-produttività u fil-kompetittività tal-impriżi kkonċernati. Barra minn hekk, peress li hemm it-tendenza li l-vetturi mikrija jkunu inqas antiki mill-flotta medja, jista' jkun li dawn dawn ukoll ikunu aktar sikuri u jniġġsu inqas. [Em. 1]

(3)

Id-Direttiva 2006/1/KE ma tippermettix li l-impriżi jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi li jġib miegħu l-użu ta’ vetturi mikrija. Dik id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jirrestrinġu l-użu mill-impriżi stabbiliti fit-territorji tagħhom ta’ vetturi mikrija b’piż mgħobbi permissibbli massimu ta’ mhux aktar minn sitt tunnellati għal operazzjonijiet tat-trasport f’isimhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri mhumiex meħtieġa obbligati jippermettu l-użu ta’ vettura mikrija fuq it-territorji fit-territorji rispettivi tagħhom jekk il-vettura tkun ġiet irreġistrata jew tkun iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura. [Em. 2]

(4)

Sabiex l-impriżi jkunu jistgħu jibbenefikaw b’mod aħjar mill-vantaġġi tal-użu ta’ vetturi mikrija, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jużaw vetturi mikrija fi kwalunkwe Stat Membru, u mhux biss f’dak li fih ikunu stabbiliti. Dan kieku jagħmilha aktar faċli għalihom biex b’mod partikolari jlaħħqu maż-żieda fid-domanda temporanja jew staġjonali, tul perjodu qasir, jew biex jissostitwixxu vetturi difettużi jew bil-ħsara.

(4a)

Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jitħallewx jillimitaw, fit-territorji rispettivi tagħhom, l-użu ta' vettura mikrija minn impriża stabbilita b'mod dovut fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, dment li l-vettura tkun reġistrata u konformi mal-istandards tal-operat u r-rekwiżiti tas-sikurezza, jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru u awtorizzata topera mill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża responsabbli. [Em. 3]

(5)

Il-livell ta' tassazzjoni fuq it-trasport bit-triq għadu jvarja b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Għaldaqstant, ċerti restrizzjonijiet, li jaffettwaw ukoll b’mod indirett il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-kiri ta’ vetturi, jibqgħu ġustifikati sabiex bl-iskop li jiġu evitati distorsjonijiet fiskali. Bħala riżultat ta’ dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jillimitaw , soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u fit-territorji rispettivi tagħhom, it-tul ta’ żmien li fih impriża stabbilita tista' tuża vettura mikrija fi rreġistrata jew imdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni f'xi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża tista’ tintuża fit-territorji rispettivi tagħhom ieħor. Jenħtieġ li dawn jitħallew jillimitaw ukoll l-għadd ta' tali vetturi li jkunu qegħdin jinkrew minn impriża stabbilita fit-territorji tagħhom . [Em. 4]

(5a)

Sabiex jiġu infurzati dawn il-miżuri, l-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura mikrija jenħtieġ li titniżżel fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (4) . L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment li qegħdin jiġu infurmati dwar l-użu ta' vettura li l-operatur ikun kera u li tkun irreġistrata jew iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru partikolari. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) għal dan il-għan. [Em. 5]

(6)

Sabiex l-operazzjonijiet tat-trasport f’isimhom jitwettqu b’mod aktar effiċjenti, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jitħallewx jirrestrinġu l-possibbiltà li vetturi mikrija jintużaw għal operazzjonijiet ta’ dan it-tip.

(6a)

Sabiex jinżammu l-istandards operattivi, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sikurezza u jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għas-sewwieqa, huwa importanti li t-trasportaturi jkollhom aċċess garantit għall-assi u infrastruttura ta' appoġġ dirett fil-pajjiż li fih iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom. [Em. 6]

(7)

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni u l-effetti ta’ din id-Direttiva jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni, u  hija tiddokumentahom f’rapport mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva . Jenħtieġ li r-rapport iqis b'mod dovut l-impatt fuq is-sikurezza fit-toroq, fuq id-dħul mit-taxxa u fuq l-ambjent. Jenħtieġ li r-rapport jivvaluta wkoll kull ksur ta' din id-Direttiva, inklużi l-każijiet ta' ksur transkonfinali. Jenħtieġ li l-bżonn ta' . Jenħtieġ li kull azzjoni futura f’dan il-qasam tiġi kkunsidrata jiġi kkunsidrat fid-dawl ta’ dak ir-rapport. [Em. 7]

(8)

Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħidhom iżda pjuttost jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, minħabba n-natura transfruntiera tat-trasport bit-triq u l-kwistjonijiet li din id-Direttiva ġiet maħsuba biex tindirizza, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà skont kif ġie stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(9)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttiva 2006/1/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/1/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

is-sentenza introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

“Kull Stat Membru għandu jippermetti li fit-territorju tiegħu jintużaw vetturi mikrija minn impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor sakemm:”;

(ii)

il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

il-vettura tkun irreġistrata jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe Stat Membru , inklużi l-istandards operatorji u r-rekwiżiti tas-sikurezza ;”; [Em. 8]

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Meta l-vettura ma tkunx irreġistrata jew ma tiddaħħalx fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet tal-Istat Membru li fih tkun ġiet stabbilita l-impriża li tikri l-vettura, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw iż-żmien tal-użu ta’ vettura mikrija fit-territorji rispettivi tagħhom. Madankollu, f’każijiet bħal dawn l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-vettura għal mill-inqas erba’ xhur fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari.” [Em. 9]

(2)

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

Artikolu 3

1.    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impriżi stabbiliti fit-territorji tagħhom ikunu jistgħu jużaw vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija bit-triq taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għall-vetturi li jkunu proprjetà tagħhom, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.”[Em. 10]

1a.     Meta l-vettura tkun irreġistrata jew titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-impriża jista':

(a)

jillimita ż-żmien ta' użu tal-vettura mikrija fit-territorju rispettiv tiegħu dment li jippermetti li l-vettura mikrija tintuża tal-inqas erba' xhur konsekuttivi fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari; f'dan il-każ jista' jiġi stipulat li l-kuntratt tal-kiri ma jdumx aktar mil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Istat Membru;

(b)

jillimita n-numru ta' vetturi mikrija li jistgħu jintużaw minn kwalunkwe impriża, dment li dawn jippermettu l-użu ta' tal-inqas għadd ta' vetturi li jikkorrispondi għal 25 % tal-flotta ġenerali tal-vetturi għat-trasport tal-merkanzija li jkunu proprjetà tal-impriża fil-31 ta' Diċembru tas-sena qabel it-talba għal awtorizzazzjoni; f'dan il-każ impriża li jkollha flotta ġenerali ta' aktar minn vettura waħda u inqas minn erba' vetturi, għandha tkun tista' tuża tal-inqas waħda minn dawn il-vetturi mikrija." [Em. 11]

1b.     L-Istati Membri jistgħu jeskludu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 l-operazzjonijiet tat-trasport proprji li jsiru minn vetturi ta' piż mgħobbi totali permissibbli ta' aktar minn 6 tunnellati. [Em. 28 u 34]

(2a)

jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

1.     L-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni ta' vettura mikrija għandha titniżżel fir-reġistru elettroniku nazzjonali kif definit fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009  (*1) .

2.     L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment ta' operatur li jiġu informati dwar l-użu ta' vettura li l-operatur ikun kera u li tkun irreġistrata jew iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru partikolari.

3.     Il-kooperazzjoni amministrattiva prevista fil-paragrafu 2 għandha ssir permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012  (*2) .

(*1)   B'riferiment għall-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 b'kont meħud tal-estensjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata kif propost mill-Kummissjoni. "

(*2)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1.” [Em. 12]"

(3)

jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Sa mhux aktar tard minn [OP: please insert the date calculated 5 years after the deadline for transposition of the Directive] [tliet snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva emendatorja] , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-użu tal-vetturi mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura. Ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-impatt fuq is-sikurezza fit-toroq u fuq id-dħul mit-taxxa, inklużi d-distorsjonijiet fiskali, u fuq l-infurzar tar-regoli tal-kabotaġġ f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1072/2009  (*3) . Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.”

(*3)   Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72) [Em. 13]"

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [OP: please insert the date calculated 18 months following the entry into force] mhux aktar tard minn [OP: please insert the date calculated 18 months following the entry into force] . Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet minnufih. [Em. 14]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Gћall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 129, 11.4.2018, p. 71.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2019.

(3)  Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (verżjoni kodifikata) (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82).

(4)   Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/263


P8_TA(2019)0007

L-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-UE u ċerti pajjiżi terzi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi (COM(2018)0206 – C8-0158/2018 – 2018/0101(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0206),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0158/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-5 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0330/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tkun ippubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2018)0101

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/287.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUMMISSJONI

Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jaqblu dwar l-importanza ta' kooperazzjoni mill-qrib dwar l-implementazzjoni tal-Ftehimiet elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Frar 2019 (1) li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, huma jaqblu li meta l-Parlament Ewropew jadotta rakkomandazzjoni biex jibda investigazzjoni ta' salvagwardja, il-Kummissjoni se teżamina bir-reqqa jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet skont ir-Regolament għal inizjazzjoni ex officio. F'każ li l-Kummissjoni tqis li dawk il-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfatti, hi ser tippreżenta rapport lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew li jkun jinkludi spjegazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti għall-inizjazzjoni ta' tali investigazzjoni.


(1)  ĠU L 53, 22.2.2019, p. 1.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/265


P8_TA(2019)0008

L-istabbiliment tal-programm “Dwana” għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm “Dwana” għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/35)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-programm Dwana 2020 stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 (18) u l-predeċessuri tiegħu, ikkontribwew b'mod sinifikanti biex jiffaċilitaw u  jtejbu l-kooperazzjoni doganali. Bosta mill-attivitajiet fil-qasam doganali huma ta' natura transfruntiera, jinvolvu u jaffettwaw lill-Istati Membri kollha, u għalhekk ma jistgħux jitwettqu b'mod effettiv u effiċjenti mill-Istati Membri individwali . Programm Dwana fil-livell tal-Unjoni , implimentat mill-Kummissjoni, joffri lill-Istati Membri qafas tal-Unjoni biex jiżviluppaw dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, li jkun aktar kosteffiċjenti milli kieku kull Stat Membru kellu jistabbilixxi oqfsa ta' kooperazzjoni individwali fuq bażi bilaterali jew multilaterali. Għaldaqstant jixraq li tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam, jiġifieri l-programm Dwana .

(1)

Il-programm Dwana 2020, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 (18), u l-predeċessuri tiegħu, ikkontribwew b'mod sinifikanti biex jiffaċilitaw u  jsaħħu l-kooperazzjoni doganali. Bosta mill-attivitajiet doganali huma ta' natura transfruntiera, jinvolvu u jaffettwaw lill-Istati Membri kollha, u għalhekk ma jistgħux jiġu implimentati b'mod effettiv u effiċjenti minn kull Stat Membru waħdu . Programm doganali għall-Unjoni kollha , implimentat mill-Kummissjoni, jipprovdi lill-Istati Membri qafas fil-livell tal-Unjoni biex jiżviluppaw dawn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, li jkun aktar kosteffikaċi milli kieku kull Stat Membru kellu jistabbilixxi l-qafas ta' kooperazzjoni individwali tiegħu fuq bażi bilaterali jew multilaterali. Il-programm doganali għandu wkoll rwol essenzjali fis-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri billi jiżgura l-ġbir effettiv tad-dazji doganali u b'hekk jirrappreżenta sors importanti ta' dħul għall-baġits tal-Unjoni u dawk nazzjonali, ukoll billi jiffoka fuq il-bini tal-kapaċità tal-IT u żieda fil-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana. Barra minn hekk, kontrolli armonizzati u standardizzati huma neċessarji sabiex jiġu segwiti l-flussi transfruntiera illegali tal-oġġetti u tiġi miġġielda l-frodi. Għaldaqstant ikun xieraq u fl-interess tal-effiċjenza li tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam, jiġifieri l-programm “Dwana” (“il-Programm”) .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

L-unjoni doganali, li ġiet implimentata mill-awtoritajiet doganali nazzjonali, ilha 50 sena sservi bħala pedament tal-Unjoni, waħda mill-akbar blokok kummerċjali fid-dinja. L-unjoni doganali hija eżempju sinifikanti ta' integrazzjoni ta' suċċess tal-Unjoni u hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 intitolata “Il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020”, esprima tħassib partikolari rigward il-frodi doganali. Unjoni aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss jekk tiġi pprovduta b'mezzi finanzjarji msaħħa, b'appoġġ kontinwu għall-politiki eżistenti, u b'aktar riżorsi.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

L-unjoni doganali evolviet b'mod konsiderevoli fl-aħħar ħamsin sena u l-amministrazzjonijiet doganali issa jwettqu b'suċċess varjetà wiesgħa ta' kompiti fil-fruntieri. Filwaqt li jaġixxu flimkien, huma jaħdmu biex jiffaċilitaw il-kummerċ u jnaqqsu l-burokrazija żejda , jiġbru d-dħul għall-baġits nazzjonali u tal-Unjoni u jipproteġu lill-pubbliku kontra theddid terroristiku, tas-saħħa, ambjentali u theddid ieħor. B'mod partikolari, bl-introduzzjoni ta' Qafas Komuni ta' Ġestjoni tar-Riskju fl-UE kollha u (19) kontrolli doganali tal-movimenti ta' ammonti kbar ta' flus kontanti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, id-dwana tkun minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u  l-kriminalità organizzata . Minħabba dak il-mandat wiesa' , id-dwana issa hija b'mod effettiv l-awtorità ewlenija għall-kontroll tal-oġġetti fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. F'dan l-isfond , jenħtieġ li Programm Dwana ma jkoprix biss il-kooperazzjoni doganali iżda jestendi l-appoġġ tiegħu għall-missjoni tal-awtoritajiet doganali ġenerali, kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jiġifieri , is-superviżjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tas-suq intern, tal-politika kummerċjali komuni u ta' politiki komuni oħra tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, kif ukoll is-sigurtà fil-katina tal-provvista. Għaldaqstant, il-bażi ġuridika se tkopri l-kooperazzjoni doganali (Artikolu 33 tat-TFUE), is-suq intern (Artikolu 114 tat-TFUE) u l-politika kummerċjali (Artikolu 207 tat-TFUE).

(2)

L-unjoni doganali evolviet b'mod konsiderevoli fl-aħħar ħamsin sena, u l-amministrazzjonijiet doganali issa qegħdin iwettqu b'suċċess firxa wiesgħa ta' kompiti fil-fruntieri. Filwaqt li jaħdmu flimkien, huma jistinkaw biex jiffaċilitaw il-kummerċ etiku u ġust u jnaqqsu l-burokrazija, jiġbru d-dħul għall-baġits nazzjonali u tal-Unjoni, u  jgħinu jipproteġu lill-popolazzjoni kontra theddid terroristiku, tas-saħħa u ambjentali , kif ukoll theddid ieħor. B'mod partikolari, bl-introduzzjoni ta' qafas komuni (19) għall-ġestjoni tar-riskju doganali fil-livell tal-Unjoni bil-kontroll fuq ammonti kbar ta' flussi ta' flus għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-awtoritajiet doganali huma minn ta' quddiem nett fil-ġlieda kontra t-terroriżmu , il-kriminalità organizzata l-kompetizzjoni inġusta . Minħabba l-mandat estensiv tagħhom , l-awtoritajiet doganali issa huma tassew l-awtoritajiet prinċipali għall-kontroll tal-merkanzija fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. F'dan il-kuntest , jenħtieġ li l-programm Dwana ma jkoprix biss il-kooperazzjoni doganali iżda jagħti wkoll appoġġ għall-missjoni doganali usa' prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jiġifieri s-sorveljanza tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tas-suq intern, tal-politika kummerċjali komuni u ta' politiki komuni oħra tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, kif ukoll is-sigurtà fil-katina tal-provvista. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-bażi ġuridika ta' dan ir-Regolament tkopri l-kooperazzjoni doganali (Artikolu 33 tat-TFUE), is-suq intern (Artikolu 114 tat-TFUE) u l-politika kummerċjali (Artikolu 207 tat-TFUE).

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Fl-isforz biex jipprovdi qafas għall-azzjonijiet li għandu l-għan li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali , jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi biex jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ; jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali filwaqt li jappoġġa attività kummerċjali leġittima; jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tal-Unjoni u tar-residenti tagħha; u jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, sabiex in-negozji u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-suq intern u tal-kummerċ globali .

(3)

Il-Programm jenħtieġ li, bħala objettiv ġenerali, jassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni billi jipprovdi qafas għall-azzjonijiet li għandu l-għan li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali bl-objettiv fit-tul li l-amministrazzjonijiet doganali kollha fl-Unjoni jaħdmu flimkien kemm jista' jkun mill-qrib ; jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali filwaqt li jappoġġa attività kummerċjali leġittima; jipproteġi lill-Unjoni minn prattiki kummerċjali illegali, filwaqt li jħeġġeġ lill-attivitajiet ta' negozju leġittimi, jiggarantixxi s-sigurtà u s-sikurezza tal-Unjoni u tar-residenti tagħha u b'hekk itejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur ; u jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, sabiex in-negozji u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-suq intern u tal-kummerċ dinji .

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Kif sar evidenti li xi wħud mis-sistemi msemmija fl-Artikolu 278 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jistgħu jintużaw biss parzjalment sal-31 ta' Diċembru 2020, u dan jimplika li s-sistemi mhux elettroniċi se jkomplu jintużaw wara dik id-data, u fin-nuqqas ta' emendi leġiżlattivi li jestendu dik l-iskadenza, il-kumpaniji u l-awtoritajiet doganali mhux se jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet u l-obbligi legali tagħhom fir-rigward tal-operazzjonijiet doganali, wieħed mill-objettivi speċifiċi ewlenin tal-Programm jenħtieġ li jkun li jassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu tali sistemi elettroniċi.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)

Il-ġestjoni u l-kontroll doganali huma qasam politiku dinamiku, li qed jiffaċċja sfidi ġodda ġġenerati minn mudelli ta' negozju u ktajjen ta' provvista globali li qed jevolvu b'mod kostanti, kif ukoll minn xejriet tal-konsum li qed jinbidlu u d-diġitalizzazzjoni, bħall-kummerċ elettroniku, inkluż l-internet tal-oġġetti, l-analitika tad-data, l-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġija blockchain. Il-Programm għandu jappoġġa l-ġestjoni doganali f'sitwazzjonijiet bħal dawn u jippermetti l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi. Sfidi bħal dawn ikomplu jenfasizzaw il-ħtieġa li tiġi infurzata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-ħtieġa għal interpretazzjoni u implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali. Meta l-finanzi pubbliċi jkunu taħt pressjoni, il-volum taż-żidiet fil-kummerċ dinji u l-frodi u l-kuntrabandu joħolqu tħassib dejjem akbar; Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiġu indirizzati dawk l-isfidi.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)

Sabiex tiġi żgurata l-ogħla effiċjenza u jiġu evitati duplikazzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoordina l-implimentazzjoni tal-Programm ma' programmi u fondi relatati tal-Unjoni. Dawn jinkludu, b'mod partikolari, il-Programm Fiscalis, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi u l-Programm tas-Suq Uniku, kif ukoll il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, il-Programm ta' Appoġġ għar-Riformi, il-Programm Ewropa Diġitali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-regolamenti u l-miżuri ta' implimentazzjoni.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 3d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d)

Fir-rigward tal-ħruġ potenzjali tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-pakkett finanzjarju ta' dan il-Programm ma jqisx il-kostijiet li jirriżultaw mill-iffirmar tal-ftehim dwar il-ħruġ imminenti tar-Renju Unit mill-Unjoni u r-relazzjoni futura potenzjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni. L-iffirmar ta' dak il-ftehim, id-diżimpenn tar-Renju Unit mis-sistemi doganali kollha u minn kull forma ta' kooperazzjoni doganali eżistenti, u l-iskadenza tal-obbligi legali f'dan il-qasam, jistgħu jwasslu għal kostijiet addizzjonali li ma jistgħux ikunu stmati bl-eżatt dakinhar li jinħoloq dan il-Programm. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li tirriżerva biżżejjed riżorsi biex tħejji għal dawk il-kostijiet potenzjali. Madankollu, jenħtieġ li dawk il-kostijiet ma jkunux koperti mill-pakkett tal-Programm, peress li l-baġit previst fil-Programm se jkun biżżejjed biss biex ikopri l-kostijiet li jistgħu jkunu previsti realistikament dakinhar li jinħoloq il-Programm.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Sabiex jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni u ta' assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni kemm tal-pajjiżi aderenti u tal-pajjiżi kandidati kif ukoll tal-kandidati potenzjali u tal-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Jista' jkun miftuħ ukoll għal pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi bejn l-Unjoni u  dawk il-pajjiżi li jkopru l-parteċipazzjoni tagħhom għal kwalunkwe programm tal-Unjoni.

(5)

Sabiex jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni u ta' assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni kemm tal-pajjiżi aderenti u tal-pajjiżi kandidati kif ukoll tal-kandidati potenzjali u tal-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Jista' jkun miftuħ ukoll għal pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet previsti fi ftehimiet speċifiċi bejn l-Unjoni u  l-pajjiżi kkonċernati dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fi kwalunkwe programm tal-Unjoni , jekk tali parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Unjoni u jkollha impatt pożittiv fuq is-suq intern mingħajr ma taffettwa l-ħarsien tal-konsumatur .

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Ir-Regolament (UE, Euratom) [2018/ XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan l-Istrument. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u rimborżi ta' esperti esterni.

(6)

Jenħtieġ li l-Programm ikun kopert mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/ 1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”) . Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u rimborżi ta' esperti esterni.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Dwana 2020 wrew li kienu adegwati u għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu. Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Jenħtieġ li l-programm Dwana jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tad-dwana, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.

(7)

L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Dwana 2020 u li wrew li kienu adegwati għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu , filwaqt li oħrajn li wrew li ma kinux adegwati jenħtieġ li jitwaqqfu . Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Jenħtieġ li l-Programm jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tad-dwana, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Ir-Regolament [2018/XXX] jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, Strument għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali (22) (“Strument CCE”). Sabiex tiġi ppreservata l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni kollha relatati mad-dwana u mat-tagħmir ta' kontroll doganali, jixraq li dawn kollha jiġu implimentati taħt att legali u sett ta' regoli wieħed, jiġifieri dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istrument CCE jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli filwaqt li dan il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet relatati l-oħra kollha, bħal azzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tat-tagħmir jew, fejn ikun xieraq, taħriġ fir-rigward tat-tagħmir mixtri.

(8)

Ir-Regolament [2018/XXX] jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, Strument għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali (22) (“Strument CCE”). Sabiex tiġi ppreservata l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni kollha relatati mad-dwana u mat-tagħmir ta' kontroll doganali, jixraq li dawn kollha jiġu implimentati taħt att legali u sett ta' regoli wieħed, liema att u regoli jkunu dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istrument CCE jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli, filwaqt li dan il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet relatati l-oħra kollha, bħal azzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tat-tagħmir jew, fejn ikun xieraq, taħriġ fir-rigward tat-tagħmir mixtri.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Meta titqies l-importanza tal-globalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-esperti esterni jenħtieġ li jkunu prinċipalment rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke minn pajjiżi terzi mhux assoċjati, kif ukoll rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, tal-operaturi ekonomiċi jew tas-soċjetà ċivili.

(10)

Meta titqies l-importanza tal-globalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprevedi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-esperti esterni jenħtieġ li jkunu prinċipalment rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke minn pajjiżi terzi mhux assoċjati, kif ukoll akkademiċi u rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, tal-operaturi ekonomiċi jew tas-soċjetà ċivili.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

B'konformità mal-impenn tal-Kummissjoni biex tiżgura l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta' finanzjament, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE (23)”, jenħtieġ li r-riżorsi jinqasmu ma' strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom għanijiet li huma komuni għal diversi strumenti ta' finanzjament, bl-esklużjoni tal-finanzjament doppju. Jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt il-Programm jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni li jappoġġaw l-unjoni doganali u l-awtoritajiet doganali.

(11)

B'konformità mal-impenn tal-Kummissjoni biex tiżgura l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta' finanzjament, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE (23), jenħtieġ li r-riżorsi jinqasmu ma' strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom għanijiet li huma komuni għal diversi strumenti ta' finanzjament , fid-dawl tal-fatt li l-ammont allokat għal dan il-programm huwa kkalkulat mingħajr ma jitqiesu l-ispejjeż mhux mistennija , bl-esklużjoni tal-finanzjament doppju. Jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt il-Programm jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni li jappoġġaw l-unjoni doganali u l-awtoritajiet doganali.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

Ix-xiri ta' softwer li jkun meħtieġ biex jitwettqu kontrolli stretti fuq il-fruntiera jenħtieġ li jkun eliġibbli għal finanzjament skont dan il-Programm; Barra minn hekk, jenħtieġ li jitħeġġeġ softwer li jkun jista' jintuża fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw il-biċċa l-kbira tal-baġit taħt il-Programm. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

(12)

L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw il-biċċa l-kbira tal-baġit taħt il-Programm. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet ta' bini tal-kapaċitajiet tal-IT, il-Programm jipprevedi li l-Kummissjoni tiżviluppa u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana (“MASP-C”), bl-għan li jinħoloq ambjent elettroniku li jiżgura l-konsistenza u l-interoperabbiltà tas-sistemi doganali fl-Unjoni.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

F'konformità mas-sejbiet li jinsabu fiż-żewġ rapporti speċjali adottati riċentement mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-qasam tad-dwana, jiġifieri r-rapport speċjali Nru 19/2017 tal-5 ta' Diċembru 2017 bit-titolu “Proċeduri ta' importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE”, u r-rapport speċjali Nru 26/2018 tal-10 ta' Ottubru 2018 bit-titolu “Bosta dewmien fis-Sistemi tal-IT doganali: x'mar ħażin?”, l-azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-programm “Dwana” għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana jenħtieġ li jkollhom l-għan li jindirizzaw in-nuqqasijiet indikati.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)

Fl-4 ta' Ottubru 2018, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi doganali u l-protezzjoni tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Il-konklużjonijiet li jinsabu f'dik ir-riżoluzzjoni jenħtieġ li jitqiesu matul l-azzjonijiet implimentati fil-qafas tal-Programm.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jilħqu r-riżultati , filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom sħaħ, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(20)

Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jilħqu l-aqwa riżultati , filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom sħaħ, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali , jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha , jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza fi ħdan l-Unjoni jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust illegali , filwaqt li jiffaċilita attività kummerċjali leġittima .

1.    Bil-għan li jintlaħaq l-għan fit-tul li l-amministrazzjonijiet doganali kollha fl-Unjoni jaħdmu flimkien kemm jista' jkun mill-qrib, u sabiex jiggarantixxu s-sigurtà u s-sikurezza tal-Istati Membri u jipproteġu l-Unjoni kontra l-frodi, il-prattiki kummerċjali inġusti illegali, u fl-istess ħin, jippromwovu attivitajiet kummerċjali leġittimi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur , l-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Programm għandu l-għan speċifiku li jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni u tal-politika doganali kif ukoll il-kooperazzjoni doganali u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej.

2.   Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

 

(1)

li jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni u tal-politika doganali kif ukoll il-kooperazzjoni doganali;

 

(2)

li jassisti fil-bini tal-kapaċità tal-IT, li jikkonsisti fl-iżvilupp, iż-żamma u l-operat tas-sistemi elettroniċi kif imsemmi fl-Artikolu 278 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u jippermetti tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn ambjent u kummerċ mingħajr karti skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;

 

(3)

li jiffinanzja azzjonijiet konġunti, li jikkonsistu f'mekkaniżmi ta' kooperazzjoni li jippermettu lill-uffiċjali jwettqu attivitajiet operattivi konġunti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet ewlenin tagħhom, jaqsmu l-esperjenza u jgħaqqdu l-isforzi biex iwasslu politika doganali;

 

(4)

li jsaħħaħ il-kompetenzi umani, jappoġġa l-ħiliet professjonali tal-uffiċjali tad-dwana u jingħataw is-setgħa li jwettqu r-rwol tagħhom fuq bażi uniformi;

 

(5)

li jappoġġa l-innovazzjoni fil-qasam tal-politika doganali.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-programm għandu jkun konsistenti ma' programmi ta' azzjoni u fondi oħra tal-Unjoni b'għanijiet simili f'oqsma relatati u jisfrutta kwalunkwe sinerġija magħhom.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     L-implimentazzjoni tal-Programm għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.     Il-Programm għandu jappoġġa wkoll l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali bl-għan li jidentifika nuqqasijiet u titjib possibbli.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR  950 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR  842 844 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 950 000 000 fi prezzijiet kurrenti).

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm.

2.    Fejn ikun meħtieġ u ġġustifikat b'mod xieraq, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu u tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni indirizzati lill-Istati Membri u lill-operaturi ekonomiċi min-naħa tal-Kummissjoni , sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm, dment li tali attivitajiet jkunu meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-Programm.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-programm ma għandux jintuża biex ikopri l-kostijiet relatati mal-ħruġ potenzjali tar-Renju Unit mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tirriżerva, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha stess, riżorsi sabiex tkopri l-kostijiet relatati mad-diżimpenn tar-Renju Unit mis-sistemi doganali u l-kooperazzjoni kollha tal-Unjoni, u l-iskadenza tal-obbligi legali tagħha f'dan il-qasam.

 

Qabel ma tirriżerva dawk ir-riżorsi, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-kostijiet potenzjali, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew ladarba d-data rilevanti għal dik l-istima tkun disponibbli.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu [ 21(5)] tar-Regolament [2018/XXX] [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid];

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b'konformità mal-Artikolu  21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-azzjonijiet li jikkomplementaw jew li jappoġġaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [strument CCE] għandhom ikunu wkoll eliġibbli għal finanzjament taħt dan il-Programm.

2.   L-azzjonijiet li jikkomplementaw jew li jappoġġaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [strument CCE] u/jew li jikkomplementaw jew jappoġġaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [Programm Kontra l-Frodi] għandhom ikunu wkoll eliġibbli għal finanzjament taħt dan il-Programm.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

kollaborazzjoni strutturata bbażata fuq il-proġetti;

(b)

kollaborazzjoni strutturata bbażata fuq il-proġetti , bħall-iżvilupp kollaborattiv tal-IT minn grupp ta' Stati Membri ;

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

azzjonijiet ta' bini tal-kompetenza u tal-kapaċità umana;

(d)

azzjonijiet ta' bini tal-kompetenza u tal-kapaċità umana , fosthom taħriġ u skambju tal-aħjar prattiki ;

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

attivitajiet ta' monitoraġġ;

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-azzjonijiet li jikkonsistu fl-iżvilupp u l-operat ta' adattamenti jew ta' estensjonijiet tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament meta jkunu ta' interess għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, li jistgħu jipprevedu għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-partijiet terzi kkonċernati minn dawn l-azzjonijiet.

4.   L-azzjonijiet li jikkonsistu fl-iżvilupp , l-iskjerament, iż-żamma u l-operat ta' adattamenti jew ta' estensjonijiet tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament meta jkunu ta' interess għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, li jistgħu jipprevedu għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-partijiet terzi kkonċernati minn dawn l-azzjonijiet.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Jekk ikunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke dawk minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm skont l-Artikolu 5, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet oħra rilevanti, tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, jistgħu jieħdu sehem bħala esperti esterni għall-azzjonijiet organizzati taħt il-Programm.

1.   Jekk ikunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke dawk minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm skont l-Artikolu 5, l-akkademiċi u r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet oħra rilevanti, tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, jistgħu jieħdu sehem bħala esperti esterni għall-azzjonijiet organizzati taħt il-Programm.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni abbażi tal-ħiliet , l-esperjenza u l-għarfien rilevanti tagħhom għall-azzjoni speċifika, u b'tali mod li jiġi evitat kull kunflitt ta' interess.

3.   L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni abbażi tal-kompetenza , l-esperjenza fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-għarfien rilevanti tagħhom fir-rigward tal-azzjoni speċifika li tkun qed tittieħed , u b'tali mod li jiġi evitat kull kunflitt ta' interess. Fl-għażla għandu jintlaħaq bilanċ bejn rappreżentanti tan-negozju u esperti oħra tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-lista tal-esperti esterni għandha tiġi ppubblikata u aġġornata regolarment.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

1.   L-għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju , u speċifikament skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza, il-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament indaqs .

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   B'deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, il-Programm jista' jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli ta' azzjoni.

1.   B'deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, il-Programm jista' jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli ta' azzjoni , skont ir-rilevanza tal-azzjoni u l-impatt stmat .

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-operat, inkluż it-tfassil, l-ispeċifikazzjoni, l-ittestjar tal-konformità, l-użu, iż-żamma, l-evoluzzjoni, is-sigurtà , l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità tas-sistemi elettroniċi Ewropej elenkati fil-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fl-Artikolu 12 .

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej elenkati fil-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fl-Artikolu 12 , inkluż it-tfassil tagħha , l-ispeċifikazzjoni, l-ittestjar tal-konformità, l-użu, iż-żamma, l-evoluzzjoni, il-modernizzazzjoni tas-sigurtà , l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-koordinazzjoni ġenerali tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb tal-operabbiltà, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni sinkronizzata tagħhom;

(b)

il-koordinazzjoni ġenerali tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb tal-operabbiltà, iċ-ċiberreżiljenza, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni sinkronizzata tagħhom;

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – pun ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

komunikazzjoni effiċjenti u rapida mal-Istati Membri u bejniethom, bl-għan li tiġi simplifikata l-governanza tas-sistemi elettroniċi tal-Unjoni;

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)

komunikazzjoni f'waqtha u trasparenti mal-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT fil-livelli tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari dwar dewmien fl-implimentazzjoni u l-infiq tal-komponenti tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-provvista regolari ta' informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex l-awtoritajiet jew l-operaturi ekonomiċi rispettivi tagħhom ikunu jistgħu jużaw bis-sħiħ is-sistemi elettroniċi Ewropej;

(d)

l-għoti ta' informazzjoni regolari lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex l-awtoritajiet jew l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ u effikaċi mis-sistemi elettroniċi Ewropej;

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana li jelenka l-kompiti kollha rilevanti għall-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej u  tikklassifika kull sistema jew parti minnha, bħala:

1.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali għall-qasam tad-dwana li jelenka l-kompiti kollha rilevanti għall-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej u  jikklassifika kull sistema jew parti minnha bħala:

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

komponent komuni: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell tal-Unjoni, li huwa disponibbli għall-Istati Membri kollha jew identifikat bħala komuni mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' effiċjenza, sigurtà u  razzjonalizzazzjoni ;

a)

komponent komuni: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell tal-Unjoni, li huwa disponibbli għall-Istati Membri kollha jew identifikat bħala komuni mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' effiċjenza, sigurtà tar-razzjonalizzazzjoni affidabbiltà ;

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

komponent nazzjonali: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell nazzjonali, li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq dan il-komponent jew li kkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu;

(b)

komponent nazzjonali: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell nazzjonali, li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq dan il-komponent jew li kkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu , bħal pereżempju fi proġett ta' żvilupp kollaborattiv tal-IT minn grupp ta' Stati Membri ;

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull darba li jlestu kompitu allokat lilhom taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fil-paragrafu 1. Dawn għandhom ukoll jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-kompiti tagħhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull darba li jlestu kompitu allokat lilhom taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fil-paragrafu 1. Dawn għandhom ukoll jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-kompiti tagħhom u, fejn ikun applikabbli, dwar dewmien previst fl-implimentazzjoni tagħhom .

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport konsolidat li jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 u tippubblika dak ir-rapport.

5.   Abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport konsolidat li jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 , filwaqt li jinkludi informazzjoni dwar l-adattamenti meħtieġa jew dewmien tal-pjan, u tippubblika dak ir-rapport.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu  108 tar-Regolament Finanzjarju.

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu  110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma b'mod partikolari għandhom jistabbilixxu l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta' finanzjament. Huma għandhom jistabbilixxu wkoll fid-dettall deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda taż-żmien indikattiva tal-implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew fejn applikabbli.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

2.   Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni u jiġu komunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jibni fuq it-tagħlimiet miksuba mill-programmi preċedenti.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, huma stabbiliti fl-Anness 2 .

1.    F'konformità mar-rekwiżit ta' rapportar tagħha skont il-punt (h) tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Programm . Ir-rapportar dwar il-prestazzjoni għandu jinkludi informazzjoni kemm dwar kemm il-progress kif ukoll dwar in-nuqqasijiet .

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ħalli temenda l-Anness 2, biex fejn jitqies meħtieġ jiġu riveduti jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

2.    L-indikaturi għar-rapportar dwar il-prestazzjoni tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2. Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ħalli temenda l-Anness 2, biex fejn jitqies meħtieġ jiġu riveduti jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jingħataw informazzjoni aġġornata, kemm kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva, dwar il-prestazzjoni tal-Programm .

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u  tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.

3.   Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u  r-riżultati tal-Programm ikunu komparabbli u kompluti kif ukoll miġbura b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat u rilevanti fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni affidabbli dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni użata.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm , iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq malli jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu , iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-evalwazzjoni interim għandha tippreżenta s-sejbiet meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni dwar segwitu għall-Programm lil hinn mill-2027 u l-għanijiet tiegħu.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni .

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Programm.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta u tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u l-lezzjonijiet miksuba , lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b'deċiżjoni taħt il-ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b'deċiżjoni taħt il-ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF u l-UPPE , dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1a) u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939  (1b) dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) 1b .

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà massima tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u  ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm , u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha . Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-Programm , l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u r-riżultati miksuba mill-azzjonijiet iffinanzjati . Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni istituzzjonali dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0464/2018).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209.

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209.

(19)  https://ec.europa.eu/taxation_customs/general-information-customs/customs-risk-management/measures-customs-risk-management-framework-crmf_en

(19)  https://ec.europa.eu/taxation_customs/general-information-customs/customs-risk-management/measures-customs-risk-management-framework-crmf_en

(21)   COM ( 2016 ) 605 final

(21)   Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, ( UE ) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(22)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tistabbilixxi l-istrument għal appoġġ finanzjarju għat-tagħmir tal-kontroll doganali

(22)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tistabbilixxi l-istrument għal appoġġ finanzjarju għat-tagħmir tal-kontroll doganali

(23)  COM(2010)0700 final

(23)  COM(2010)0700 final

(1a)   Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(1b)   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/291


P8_TA(2019)0009

Emenda tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018 – C8-0464/2018 – 2018/0811(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2020/C 411/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Kunsill biex jemenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0464/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0476/2018),

1.

Japprova l-proposta;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-parlamenti nazzjonali.

L-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2019

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/292


P8_TA(2019)0016

Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju (Riżoluzzjoni)

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (10593/2018 – C8-0463/2018 – 2018/0256M(NLE))

(2020/C 411/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10593/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0463/2018),

wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fir-rigward tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tas-sajd, magħruf ukoll bħala l-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Kawża T-512/12) tal-10 ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) (Kawża C-104/16 P) tal-21 ta' Diċembru 2016,

wara l-kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal SWD(2018)0346 tal-11 ta' Ġunju 2018, li jakkumpanja l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati tal-23 ta' Mejju 1969 u l-Artikoli 34 u 36 tagħha,

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar is-sitwazzjoni rigward is-Saħara tal-Punent lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (S/2018/277),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 2414(2018) dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna s-Saħara tal-Punent (S/RES/2414 (2018)),

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-Artikolu 73 fil-Kapitolu XI tagħha dwar it-Territorji mhux Awtonomi,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 fil-Kapitolu 1, Titolu V tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2019 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, kif ukoll il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0478/2018),

A.

billi l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk igawdu minn relazzjonijiet storiċi u jżommu kooperazzjoni mill-qrib żviluppata permezz ta' sħubija wiesgħa li tkopri aspetti politiċi, ekonomiċi u soċjali, kif imsaħħa mill-istatus avvanzat u mir-rieda taż-żewġ partijiet li jkomplu jiżviluppawha;

B.

billi l-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni bejn l-UE u l-Marokk daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013; billi fid-19 ta' Novembru 2012 il-Front Polisario rrefera l-ftehim quddiem il-QtĠ-UE minħabba ksur tad-dritt internazzjonali kif applikat għat-territorju tas-Saħara tal-Punent;

C.

billi fl-10 ta' Diċembru 2015 il-Qorti tal-ewwel istanza irrevokat id-deċiżjoni tal-Kunsill li jikkonkludi l-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni; billi l-Kunsill unanimament appella din is-sentenza fid-19 ta' Frar 2016;

D.

billi l-Qorti Ġenerali tal-QtĠ-UE, fis-sentenza tagħha tal-21 ta' Diċembru 2016, stabbiliet li l-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni ma kienx joffri bażi legali għall-inklużjoni tas-Saħara tal-Punent, u għalhekk ma setax japplika għal dan it-territorju;

E.

billi l-paragrafu 106 tas-sentenza jiddikjara li l-popli tas-Saħara tal-Punent għandhom jiġu kkunsidrati bħala “parti terza” għall-ftehim – skont it-tifsira tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati – u li għalhekk iridu japprovaw il-ftehim biex dan jiġi implimentat f'dan it-territorju; billi, għaldaqstant, dan il-ftehim ma setax jestendi l-applikazzjoni tiegħu għat-territorju tas-Saħara tal-Punent fin-nuqqas ta' ftehim ulterjuri;

F.

billi l-operaturi għadhom jistgħu jesportaw lejn l-Unjoni Ewropea mis-Saħara tal-Punent, iżda sa mill-21 ta' Diċembru 2016 il-preferenzi tariffarji għal prodotti li joriġinaw minn dan it-territorju m'għadhomx japplikaw;

G.

billi l-informazzjoni disponibbli mhijiex suffiċjenti biex tippermetti lill-awtoritajiet doganali tal-UE jistabbilixxu jekk il-prodotti esportati mill-Marokk joriġinawx mis-Saħara tal-Punent, u b'hekk tipprevjeni l-konformità mas-sentenza tal-QtĠ-UE;

H.

billi, wara s-sentenza tal-QtĠ-UE, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni biex timmodifika l-protokolli 1 u 4 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju sabiex ikunu jistgħu jiġu inklużi l-prodotti mis-Saħara tal-Punent; billi l-inklużjoni tagħhom minnha nfisha tirrikjedi xi forma ta' traċċabilità għall-identifikazzjoni ta' dawn il-prodotti;

I.

billi huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-Ftehim ikun konformi mas-sentenza tal-QtĠ-UE tal-21 ta' Diċembru 2016 fil-Kawża C-104/16 P,

J.

billi l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ikkonsultaw, fi Brussell u f'Rabat, ma' uffiċjali eletti u ma' diversi rappreżentanti u assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent;

K.

billi l-Parlament qies li kien jeħtieġ li huwa stess imur u jivvaluta s-sitwazzjoni direttament u jifhem il-fehmiet differenti tan-nies; billi fakkar fil-konklużjonijiet tal-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) fit-territorju fit-2 u t-3 ta' Settembru 2018;

L.

billi l-modifika tal-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni, qed issir f'kuntest politiku u ġeopolitiku usa';

M.

billi, wara tmiem il-kolonizzazzjoni Spanjola tas-Saħara tal-Punent, il-kunflitt fiż-żona ilu għaddej aktar minn erbgħin sena;

N.

billi s-Saħara tal-Punent titqies min-Nazzjonijiet Uniti bħala territorju mhux dekolonizzat;

O.

billi r-riżoluzzjoni 2440 (2018) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti estendiet il-mandat tal-MINURSO għal perjodu addizzjonali ta' sitt xhur;

P.

billi l-UE u l-Istati Membri tagħha ma jirrikonoxxux is-sovranità tal-Marokk fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent; billi n-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Afrikana jirrikonoxxu lill-Front Polisario bħala r-rappreżentant tal-poplu tas-Saħara tal-Punent;

Q.

billi n-Nazzjonijiet Uniti jelenkaw is-Saħara tal-Punent bħala Territorju mhux Awtonomu għall-finijiet tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU;

1.

Ifakkar li l-Marokk huwa sieħeb privileġġjat tal-UE fil-Viċinat tan-Nofsinhar, li miegħu l-UE bniet sħubija b'saħħitha, strateġika u dejjiema li tkopri aspetti politiċi, ekonomiċi u soċjali, kif ukoll is-sigurtà u l-migrazzjoni; jenfasizza li l-Marokk ingħata status avvanzat fi ħdan il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV);

2.

Jisħaq fuq l-importanza li dan il-ftehim jagħti garanziji rigward ir-rispett tad-dritt internazzjonali, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, u jikkonforma mad-deċiżjoni rilevanti tal-QtĠ-UE;

3.

Ifakkar fl-obbligu skont l-Artikolu 21 tat-TUE li l-UE u l-Istati Membri tagħha jirrispettaw il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-Artikolu 1(2) tal-Karta tan-NU jinkludi r-rispett tal-prinċipju tal-awtodeterminazzjoni tal-popli;

4.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 21 tat-TUE, l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali;

5.

Jenfasizza li dan il-ftehim ma jimplika l-ebda forma ta' rikonoxximent għas-sovranità tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent, li bħalissa hija elenkat min-Nazzjonijiet Uniti bħala territorju mhux awtonomu, li partijiet kbar minnha bħalissa huma amministrati mir-Renju tal-Marokk, u jinsisti li l-pożizzjoni tal-UE tibqa' dik li tappoġġja l-isforzi tan-NU biex tiżgura soluzzjoni ġusta, dejjiema u reċiprokament aċċettabbli għall-kunflitt fis-Saħara tal-Punent li se tipprovdi l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, skont id-dritt internazzjonali, il-Karta tan-NU u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU; itenni għalhekk, l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-Mibgħut Personali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għas-Saħara tal-Punent, is-Sur Horst Köhler, biex jgħin ħalli jġib lill-partijiet madwar il-mejda tan-negozjati tan-NU sabiex jiksbu din is-soluzzjoni; jistieden lill-partijiet jerġgħu jibdew dawn in-negozjati mingħajr prekundizzjonijiet u in bona fide; jenfasizza li r-ratifika tal-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni emendat bejn l-UE u l-Marokk trid tkun strettament mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-proċess ta' paċi dwar is-Saħara tal-Punent;

6.

Jirrimarka li fil-bidu ta' Diċembru f'Ġinevra saret għandha ssir laqgħa tal-partijiet involuti fil-kunflitt fuq l-inizjattiva tan-NU u bil-parteċipazzjoni tal-Alġerija u tal-Mauritania, u jittama li din il-laqgħa tgħin biex il-proċess ta' paċi jaqbad sewwa;

7.

Jirrikonoxxi ż-żewġ kondizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza tal-QtĠ-UE, jiġifieri li s-Saħara tal-Punent tissemma' b'mod espliċitu fit-test tal-Ftehim u li jinkiseb il-kunsens tal-poplu, flimkien mat-tielet kriterju li ġie miżjud mill-Kunsill, jiġifieri l-bżonn li jiġi żgurat li l-ftehim ikun ta' benefiċċju għall-popolazzjoni lokali;

8.

Jenfasizza, kif jiddikjara r-rapport tal-Kummissjoni, li ttieħdu l-passi raġonevoli u fattibbli kollha biex isir stħarriġ dwar il-kunsens tal-popolazzjoni kkonċernata, permezz ta' dawn il-konsultazzjonijiet inklussivi;

9.

Jissottolinja li, matul il-proċess ta' konsultazzjoni, il-Kummissjoni u s-SEAE żammew kuntatt regolari mat-tim tal-Mibgħut Personali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għas-Saħara tal-Punent;

10.

Jieħu nota tal-interessi leġittimi tan-nies fit-territorju, u jemmen li hemm bżonn li soluzzjoni rispettata u aċċettata tal-kunflitt li għadu għaddej hija meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku tat-territorju; huwa konvint, fl-istess waqt, li l-poplu Saħrawi għandu d-dritt li jiżviluppa huwa u jistenna soluzzjoni politika;

11.

Jinnota li, f'taħditiet ma' diversi atturi ekonomiċi lokali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, xi partijiet jesprimu l-approvazzjoni tagħhom għall-ftehim billi jiddefendu d-dritt tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku, filwaqt li oħrajn jikkunsidraw li s-soluzzjoni tal-kunflitt politiku għandha tasal qabel l-għoti tal-preferenzi kummerċjali; jinnota li, matul konsultazzjonijiet inklussivi mmexxija mill-Kummissjoni u mis-SEAE ma' firxa ta' organizzazzjonijiet tas-Saħara tal-Punent u ma' organizzazzjonijiet u korpi oħra, il-maġġoranza tal-partijiet li ħadu sehem esprimew appoġġ għall-benefiċċji soċjoekonomiċi li l-preferenzi tariffarji proposti jġibu magħhom;

12.

Ifakkar li, fis-sentenza tagħha, il-QtĠ-UE ma speċifikatx b'liema mod għandha tiġi espressa l-approvazzjoni tal-poplu, u għalhekk iqis li għad fadal xi ftit inċertezza rigward dan il-kriterju;

13.

Jirrikonoxxi li l-ftehim jista' jwassal għall-promozzjoni ta' żvilupp soċjali u sostenibbli li jagħti kontribut ewlieni għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali kurrenti u għall-ħolqien potenzjali ta' opportunitajiet ta' impjieg lokali kemm għal persuni b'livell baxx ta' ħiliet u kemm għal dawk b'ħiliet ta' livell għoli; jinnota li huwa stmat li madwar 59 000 impjieg huma dipendenti fuq l-esportazzjonijiet, li jikkorrispondu għal madwar 10 % tal-popolazzjoni li tgħix fit-territorju;

14.

Jemmen li l-preferenzi tariffarji tal-UE kellhom impatt pożittiv fuq is-setturi tal-prodotti agrikoli u tas-sajd u fuq il-livelli ta' esportazzjoni tagħhom fit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent; jitlob kawtela, madankollu, biex jiġi vverifikat li dawn jipproduċu valur miżjud lokali, jiġu investiti mill-ġdid lokalment, u jipprovdu opportunitajiet ta' xogħol deċenti għall-popolazzjoni lokali;

15.

Huwa konvint, li minkejja l-eżitu tal-proċess ta' paċi, il-popolazzjoni lokali se tgawdi mill-iżvilupp ekonomiku u mill-effetti sekondarji ġġenerati f'termini ta' investiment fl-infrastruttura, fl-impjiegi, fis-saħħa u fl-edukazzjoni;

16.

Jirrikonoxxi l-investiment eżistenti f'diversi setturi, kif ukoll l-isforzi biex jiġu żviluppati teknoloġiji ekoloġiċi bħalma huma s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-impjant ta' desalinizzazzjoni tal-ilma baħar, iżda jinsisti li hemm bżonn aktar sforzi biex tiġi żgurata inklużjoni akbar f'kull parti tal-ekonomija lokali;

17.

Jirrikonoxxi l-inizjattivi ta' negozju min-naħa ta' nies Saħrawi, speċjalment dawk minn żgħażagħ Saħrawi, li ħafna minnhom huma nisa, u jirrileva l-bżonn tagħhom għal opportunitajiet ta' esportazzjoni estiżi u ta' ċertezza legali li jippermettu aktar investiment f'setturi b'domanda kbira għal ħaddiema, bħalma huma l-agrikoltura, is-sajd u l-infrastruttura;

18.

Jirrikonoxxi l-potenzjal strateġiku tas-Saħara tal-Punent bħala ċentru ta' investiment għall-bqija tal-kontinent Afrikan;

19.

Iwissi dwar l-effetti negattivi ta' nuqqas ta' applikazzjoni tal-preferenzi tariffarji fuq prodotti mit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent, u dwar il-messaġġ li dan jibgħat lill-ġenerazzjoni żagħżugħa li tinvesti fit-territorju jew li hija lesta tinvesti fih u lill-potenzjal li din għandha biex tiżviluppa t-territorju; jissottolinja r-riskju li l-attivitajiet jiġu rilokati lejn reġjuni fil-Marokk fejn jibbenefikaw mill-preferenzi; jinnota li, skont il-Kummissjoni, in-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' preferenzi tariffarji jista' jgħarraq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-popolazzjoni lokali fit-territorji kkonċernati;

20.

Huwa konvint li preżenza tal-UE permezz tal-kummerċ u l-investiment, fost l-oħrajn, hija preferibbli mill-irtirar f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħidma ta' promozzjoni u monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet individwali, u jitlob valutazzjoni u djalogu rigorużi mal-parti Marokkina dwar dawn il-kwistjonijiet;

21.

Ifakkar li partijiet oħra tad-dinja li għandhom approċċ anqas ambizzjuż rigward l-iżvilupp sostenibbli, standards tax-xogħol u soċjali għoljin u d-drittijiet tal-bniedem qed iħabbtu l-bieb għal opportunitajiet kummerċjali ġodda u se jiksbu aktar influwenza kull fejn l-UE tirtira;

22.

Jirrileva li l-impenn kontinwu tal-UE fit-territorju se jkollu effett ta' lieva pożittiv fuq l-iżvilupp sostenibbli tiegħu;

23.

Jissottolinja li ċ-ċertezza legali hija essenzjali biex tattira investiment sostenibbli u fit-tul fit-territorju u għaldaqstant għad-dinamiżmu u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija lokali;

24.

Ifakkar li, mis-sentenza tal-QtĠ-UE 'l hawn, l-Istati Membri ma jistgħux legalment japplikaw preferenzi kummerċjali għal prodotti mit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent, u li l-inċertezza legali li taffettwa lill-operaturi ekonomiċi trid tispiċċa;

25.

Huwa konxju mill-fatt, u mħasseb ħafna dwaru, li sal-lum kien diffiċli għall-aħħar li dak li jkun jidentifika liema prodotti huma esportati mit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent;

26.

Jenfasizza li kriterju ewlieni għall-Parlament qabel ma jagħti l-kunsens tiegħu għall-ftehim huwa li jkun żgurat li mekkaniżmu jiġi implimentat biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom aċċess għal informazzjoni affidabbli dwar prodotti li joriġinaw fis-Saħara tal-Punent u li jiġu importati fl-UE, b'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE; jenfasizza li tali mekkaniżmu se jagħmel disponibbli data statistika dettaljata u diżaggregata li tkun ipprovduta f'waqtha dwar tali esportazzjonijiet; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni u l-Marokk ħadu żmien twil biex jaqblu dwar tali mekkaniżmu; jitlob li l-Kummissjoni tuża kull miżura korrettiva disponibbli f'każ li l-implimentazzjoni tal-ftehim ma tkunx sodisfaċenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament valutazzjoni annwali tal-konformità ta' dan il-mekkaniżmu mal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE;

27.

Jirrileva li, mingħajr dan il-ftehim fis-seħħ, inkluż il-mekkaniżmu li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodotti, se jkun impossibbli li wieħed ikun jaf jekk prodotti li joriġinaw fit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent jkunux qed jidħlu fis-suq Ewropew, u f'liema kwantità jkunu qed jidħlu fih;

28.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni maqbula bejn l-UE u l-Marokk dwar l-iskambju annwali reċiproku ta' informazzjoni u statistika dwar prodotti koperti mill-Iskambju ta' Ittri hija meħtieġa biex l-ambitu tal-Ftehim u l-impatt tiegħu fuq l-iżvilupp u l-popolazzjonijiet lokali jiġu evalwati;

29.

Jitlob li l-Kummissjoni u s-SEAE jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni u r-riżultat tal-ftehim u jirrapportaw il-konstatazzjonijiet tagħhom lill-Parlament b'mod regolari;

30.

Jitlob li l-Kummissjoni tesplora modi kif il-preferenzi kummerċjali jistgħu jingħataw b’mod effikaċi fil-futur lil dawk kollha li jgħixu fis-Saħara tal-Punent;

31.

Jirrimarka li l-UE u l-Marokk, kif kien previst fil-ftehim inizjali tal-2012, innegozjaw ftehim ambizzjuż u komprensiv dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, li jipprevedi l-protezzjoni mill-Marokk tal-lista sħiħa tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni; jirrimarka wkoll, barra minn hekk, li l-proċedura għall-konklużjoni tal-ftehim, li bdiet fl-2015, kienet ġiet sospiża wara s-sentenza tal-Qorti tal-21 ta' Diċembru 2016; jistieden lill-UE u lill-Marokk biex jissoktaw il-proċedura immedjatament u jerġgħu lura malajr għan-negozjati tad-DCFTA;

32.

Jenfasizza li t-trattament preferenzjali mogħti għal ċerti esportazzjonijiet ta' frott u ħaxix mill-Marokk lejn l-UE fl-ambitu tal-ftehim tat-8 ta' Marzu 2012 dwar il-miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproka fuq prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati, ħut u prodotti tas-sajd huwa kwistjoni partikolarment sensittiva għall-industrija tal-ortikultura Ewropea;

33.

Jenfasizza li l-aċċess għas-suq intern tal-UE mill-pajjiżi terzi kollha għandu jkun konformi mar-regoli u mal-istandards tal-UE dwar is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti, it-traċċabbiltà u l-ambjent;

34.

Jitlob li l-Kummissjoni tippromwovi ekwivalenza tal-miżuri u l-kontrolli bejn il-Marokk u l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-istandards dwar is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti, it-traċċabbiltà u l-ambjent, kif ukoll ir-regoli dwar it-tikkettar tal-oriġini, sabiex tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta bejn iż-żewġ swieq;

35.

Ifakkar li l-ftehim aġġornat ma jbiddilx il-kwoti tar-rata tariffarja u r-reġim ta' importazzjoni preferenzjali li kien ġie stabbilit qabel, u li lill-produtturi Ewropej jipprovdilhom biss kjarifika dwar l-ambitu ġeografiku tal-ftehim;

36.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li parti mill-frott u l-ħxejjex esportati bi preferenzi lejn l-Unjoni fl-ambitu tal-ftehim inkwistjoni (fosthom it-tadam u l-bettieħ) ġejja mit-territorju tas-Saħara tal-Punent, u jirrimarka li tfasslu proġetti ambizzjużi biex ikomplu jiżviluppaw din il-produzzjoni u dawn l-esportazzjonijiet;

37.

Jieħu nota, madankollu, tal-kjarifika li ġab miegħu dan il-ftehim il-ġdid, u jittama li minn hawn 'il quddiem ikun jista' jipprovdi qafas ċar u stabbli bejn il-partijiet f'dan il-ftehim u għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran;

38.

Jinnota li l-monitoraġġ ta' prodotti agrikoli sensittivi u l-applikazzjoni stretta tal-kwoti huma fundamentali għall-funzjonament ibbilanċjat tal-ftehim; jirrimarka li, fl-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 1 tal-Ftehim tal-2012, hemm klawsola ta' salvagwardja li tagħmilha possibbli li jittieħdu miżuri xierqa meta importazzjonijiet ta' kwantitajiet kbar ta' prodotti agrikoli sensittivi bis-saħħa tal-ftehim iwasslu għal taqlib serju tas-suq u/jew dannu serju lill-industrija kkonċernata; jittama li l-importazzjonijiet bi preferenzi ta' prodotti agrikoli sensittivi fl-UE mill-Marokk u mis-Saħara tal-Punent fl-Unjoni jkunu soġġetti għal monitoraġġ f'loku u wiesgħa mill-Kummissjoni, u li din tal-aħħar tibqa' tibqa' lesta li tattiva l-klawsola msemmija fejn tqum ħtieġa stabbilita;

39.

Jinnota l-fatt li l-bastimenti tas-sajd tal-UE li joperaw fl-ibħra kkonċernati huma obbligati legalment li jkollhom Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u li huwa obbligatorju li l-pożizzjoni ta' bastiment tiġi trażmessa lill-awtoritajiet Marokkini, li jagħmilha totalment possibbli li bastimenti jiġu ttraċċati u li jiġi rreġistrat fejn l-attivitajiet tas-sajd tagħhom ikunu saru;

40.

Jitlob li l-UE tintensifika l-isforzi biex trawwem il-kooperazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi tal-Magreb, li jista' jkollha biss implikazzjonijiet pożittivi enormi għar-reġjun u lil hinn minnu;

41.

Jirrimarka l-ħtieġa strateġika li l-UE taħdem ruħha aktar mill-qrib mal-pajjiżi tar-reġjun tal-Magreb u tiżviluppa r-rabtiet tagħha magħhom; iqis l-estensjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni f'dan il-kuntest bħala komponent loġiku ta' din l-istrateġija;

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2019)0017.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/298


P8_TA(2019)0017

Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (10593/2018 – C8-0463/2018– 2018/0256(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 411/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10593/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (10597/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0463/2018),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2019 (1) dwar l-abbozz għal deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0471/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Marrokk.

(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA-PROV(2019)0016.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/299


P8_TA(2019)0018

Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċina f'rabta mal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO – Miżuri li jaffettwaw il-konċessjonijiet tariffarji għal ċerti prodotti tal-laħam tal-pollam ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f'rabta ma' DS492: Unjoni Ewropea – Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (10882/2018 – C8-0496/2018 – 2018/0281(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 411/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10882/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: Unjoni Ewropea – Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (10883/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0496/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0472/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/300


P8_TA(2019)0019

Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) (COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0380),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 175(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0231/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta’ Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0445/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2018)0202

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fis-16 ta’ Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għat-Tranżizzjoni (FET) [Em. 1 Din l-emenda tapplika għat-test kollu]

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fl-implimentazzjoni tal-Fondi jenħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu fl-Artikoli 9 u  10 tat-TFUE tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) , inklużi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u tal-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. [Em. 2]

(2)

Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (4) ġie pproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala rispons għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Filwaqt li jitqiesu r-realtajiet li qed jinbidlu tad-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tkun lesta għall-isfidi attwali u futuri tal-globalizzazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni, billi tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u billi ttejjeb il-politiki tal-impjieg u dawk soċjali. L-għoxrin prinċipju ewlieni tal-Pilastru huma strutturati fuq tliet kategoriji: opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; protezzjoni u inklużjoni soċjali. Jenħtieġ li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jaġixxi bħala qafas gwida ġenerali tal-Fond Ewropew għat-Tranżizzjoni (FET), li jippermetti lill-Unjoni tistabbilixxi l-prinċipji fil-prattika fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar.

(3)

Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill approva t-tweġiba tal-Unjoni (5) għall-“Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU” (6) – futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-kisba tal-iżvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b’mod bilanċjat u integrat. Huwa essenzjali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fil-qasam ta’ politika tal-Unjoni, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi globali. Il-Kunsill laqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli” tat-22 ta’ Novembru 2016 bħala l-ewwel pass fl-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u fl-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament tagħha.

(4)

Fi Frar 2018, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020” (7). Il-Komunikazzjoni tenfasizza li jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-ekonomija soċjali tas-suq unika tal-Ewropa. Għalhekk, se jkun importanti ħafna li jitjiebu l-opportunitajiet ta’ xogħol u li jiġu indirizzati l-isfidi tal-ħiliet, speċjalment dawk marbutin mad-diġitalizzazzjoni , l-awtomatizzazzjoni u t-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, filwaqt li jiġi rispettat bis-sħiħ il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2015 wara l-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. Il-flessibbiltà baġitarja jenħtieġ li tkun prinċipju ewlieni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sabiex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi aktar malajr għal avvenimenti mhux previsti, u sabiex jiżguraw li r-riżorsi baġitarji jintużaw fejn ikun hemm l-aktar bżonn urġenti. [Em. 3]

(5)

Fil-“White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa” (8), il-Kummissjoni tesprimi tħassib dwar il-movimenti ta’ iżolazzjoni, dubji li jkomplu jikbru dwar il-benefiċċji tal-kummerċ miftuħ u l-ekonomija soċjali tas-suq tal-Unjoni b’mod ġenerali.

(6)

Fid-“Dokument ta’ riflessjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni” (9), il-Kummissjoni tidentifika l-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ flimkien mal-bidla teknoloġika bħala l-ixprunaturi ewlenin għaż-żieda fid-domanda għal ħiliet speċjalizzati u għat-tnaqqis fin-numru ta’ impjiegi li jeħtieġu livell aktar baxx ta’ kwalifiki. Minkejja l-vantaġġi kbar ġenerali ta’ kummerċ aktar miftuħ u aktar integrazzjoni tal-ekonomiji dinjija, dawn Filwaqt li wieħed jirrikonoxxi l-vantaġġi ta' kummerċ aktar miftuħ, hemm bżonn mezzi adegwati biex jiġu indirizzati l-effetti negattivi jenħtieġ li jiġu indirizzati. Peress li l-benefiċċji attwali tal-globalizzazzjoni diġà mhumiex imqassma b’mod ugwali fost in-nies u r-reġjuni, li jikkawża impatt sinifikanti fuq dawk li huma affettwati ħażin, hemm il-periklu li l-avvanzi l-bidliet teknoloġiċi li qed jevolvu b’ritmu rapidu se u ambjentali jkomplu jħeġġu dawn l-effetti. Għalhekk, b’konformità mal-prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ sostenibbiltà, se jkun jenħtieġ li jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jiġu kondiviżi b’mod aktar ġust. billi l-ftuħ Kwalunkwe effett negattiv simultanju tal-globalizzazzjoni u tat-tranżizzjonijiet teknoloġiċi u ambjentali għandu jiġi antiċipat b'mod aktar wiesa' mill-Fondi Strutturali rilevanti tal-Unjoni, bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), sabiex id-dinja tan-negozju u l-forza tax-xogħol jadattaw ruħhom aħjar billi t-tkabbir ekonomiku u l-avvanz teknoloġiku jiġu rrikonċiljati mal-protezzjoni ma' protezzjoni soċjali adegwata u appoġġ attiv għall-aċċess għal opportunitajiet ta' xogħol u impjieg indipendenti . [Em. 4]

(7)

Fid-“Dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE” (10), il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi u soċjali bejn l-Istati membri u fihom. Għalhekk, il-prijorità ewlenija hija li jsir investiment fl-iżvilupp sostenibbli, fl-ugwaljanza, fl-inklużjoni soċjali, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ kif ukoll fis-saħħa. [Em. 5]

(8)

fl-iżvilupp sostenibbli, il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika aktarx se jkomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji tad-dinja. Ir-riallokazzjoni tax-xogħol hija parti integrali u inevitabbli ta’ minn tali bidla ekonomika. Jekk Biex il-benefiċċji tal-bidla jkunu jistgħu jitqassmu b’mod ġust, l-għoti ta’ assistenza lil ħaddiema spostati u lil dawk mhedda bl-ispostament huwa ta’ importanza kbira. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-FSE+, li huwa maħsub biex joffri assistenza b'mod antiċipatorju, u l-FET, li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar b'mod reattiv. Il-“Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar” (11), huwa l-istrument ta’ politika tal-UE li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta’ aġġustament ekonomiku u ta’ ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjieg tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b’mezzi ta’ politika adegwati. Dan jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b’tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, ikunu jistgħu jittaffew b’mod aktar effettiv. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li huwa maħsub biex joffri assistenza b’mod antiċipatorju, u l-FEG li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar mhux mistennija b’mod reattiv. [Em. 6]

(9)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ( FEG) ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) għall-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013. L-FEG ġie stabbilit biex jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li tilfu l-impjiegi tagħhom b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni.

(10)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ġie estiż fl-2009 bir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) bħala parti mill-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku biex jinkludi l-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom bħala konsegwenza diretta tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(11)

Għat-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), estenda l-kamp ta’ applikazzjoni biex ma jkoprix biss l-ispostamenti tal-impjiegi li jirriżultaw minn taqlib ekonomiku serju kkawżat minn kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, iżda wkoll minn kwalunkwe kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida.

(11a)

Jenħtieġ li l-programm tal-FET ikun viżibbli u jirrikjedi aktar data u data ta' kwalità aħjar, sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni xjentifika xierqa tal-FET u jiġu evitati restrizzjonijiet amministrattivi fit-tħaddim tal-programm ta' assistenza għall-aġġustament tal-kummerċ. [Em. 7]

(12)

Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-FEG biex tivvaluta kif u kemm il-FEG jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-FEG wera li huwa effettiv, u jilħaq rata ta’ riintegrazzjoni ogħla ta’ ħaddiema spostati milli fil-perjodu ta’ programmar preċedenti. L-evalwazzjoni sabet ukoll li l-FEG iġġenera valur miżjud Ewropew. Dan huwa partikolarment minnu fit-termini tal-effetti tal-volum tiegħu, li jfisser li l-assistenza mill-FEG mhux biss iżid in-numru u l-varjetà ta’ servizzi offruti, iżda anki l-livell ta’ intensità tagħhom. Barra minn hekk, interventi tal-FEG ikollhom viżibbiltà għolja u juru l-valur miżjud tal-UE tal-intervent direttament lill-pubbliku ġenerali. Madankollu, ġew identifikati diversi sfidi. Min-naħa l-waħda, il-proċedura tal-mobilizzazzjoni ġiet meqjusa bħala twila wisq. Barra minn hekk, ħafna Stati Membri rrappurtaw problemi biex jiġbru l-analiżi estensiva tal-kuntest li fih seħħ l-avveniment li wassal għas-sensji. Ir-raġuni prinċipali li żżomm lill-Istati Membri li kieku kien ikollhom każ potenzjali tal-FEG milli japplikaw huma problemi finanzjarji u ta’ kapaċità istituzzjonali. Minn banda, dan jista’ jkun biss nuqqas ta’ ħaddiema — bħalissa l-Istati Membri jistgħu jitolbu għal assistenza teknika biss jekk dawn jimplimentaw każ tal-FEG. Billi s-sensji jistgħu jseħħu bla mistenni, ikun importanti li l-Istati Membri jkunu lesti biex jirreaġixxu immedjatament u jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni mingħajr ebda dewmien. Barra minn hekk, f’ċerti Stati Membri, jidher li jenħtieġu sforzi iktar pronfondi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-każijiet tal-FEG. Il-limitu ta’ 500 impjieg spostat kien ġie kkritikat bħala għoli wisq, speċjalment f’reġjuni inqas popolati (15).

(13)

Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza kontinwa tar-rwol tal-FEG tal-FET bħala fond flessibbli li jappoġġa lill-ħaddiema li jitilfu l-impjiegi tagħhom f’avvenimenti ta’ ristrutturar fuq skala kbira u li jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista’ jkun. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi, appoġġ speċifiku ta’ darba biex tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol f'impjiegi sostenibbli u ta' kwalità tal-ħaddiema spostati f’oqsma, f’setturi, f’territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ta’ taqlib ekonomiku serju. Meta titqies l-interazzjoni u l-effetti reċiproċi tal-kummerċ miftuħ, tal-bidla teknoloġika , tad-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni jew fatturi oħra bħall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jew bħat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju, u għalhekk meta jitqies il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli biex jiġi individwat fattur speċifiku li jikkawża l-ispostamenti tal-impjiegi, fil-futur jenħtieġ li l-mobilizzazzjoni tal-FEG tal-FET tkun ibbażata biss fuq l-impatt sinifikanti ta’ avveniment ta’ ristrutturar. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f’sitwazzjonijiet urġenti u f’ċirkostanzi mhux mistennija, filwaqt li jikkumplimenta assistenza iktar antiċipatorja offruta mill-FSE+, jenħtieġ li l-FEG l-FET jibqa’ strument flessibbli u speċjali barra mil-limiti massimi baġitarji tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. “Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi – Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027” u l-anness (16) tiegħu relattiv . [Em. 8 u 97]

(13a)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji, il-Parlament Ewropew reġa' kkonferma l-pożizzjoni soda tiegħu dwar il-livell ta' finanzjament meħtieġ għall-politiki ewlenin tal-Unjoni fil-QFP 2021-2027, sabiex dawn ikunu jistgħu jissodisfaw il-missjoni u l-objettivi tagħhom. Huwa saħaq b'mod partikolari fuq l-appell biex il-finanzjament speċifiku tal-QFP għall-SMEs jiġi rdoppjat u biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ; laqa' diversi proposti li jtejbu d-dispożizzjonijiet attwali, b'mod partikolari ż-żieda fl-allokazzjonijiet ta' strumenti speċjali; u stqarr l-intenzjoni tiegħu li jinnegozja titjib addizzjonali fejn ikun hemm bżonn. [Em. 9]

(14)

Kif intqal, sabiex tinżamm in-natura Ewropea tal-FEG FET , jenħtieġ li tiskatta applikazzjoni għal appoġġ meta avveniment ta’ ristrutturar kbir jikkawża impatt sinifikanti fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. Tali impatt jenħtieġ li jiġi ddefinit b’numru minimu ta’ spostamenti tal-impjiegi f’perjodu speċifiku ta’ referenza. Filwaqt li jitqiesu s-sejbiet tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, jenħtieġ li l-limitu jiġi stabbilit għal 250 200  spostament ta’ impjieg fi żmien perjodu fil-perjodi ta’ referenza ta’ erba’ xhur (jew 6 xhur f’każijiet settorjali). rispettivi. Filwaqt li jitqies il-fatt li l-mewġ l-mewġiet ta’ sensji f’setturi differenti, iżda fl-istess reġjun ikollhom impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol lokali, jenħtieġ li jkunu possibbli wkoll applikazzjonijiet reġjonali. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni remoti, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-applikazzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet fil-każ ta’ numru inqas iżgħar ta’ spostamenti tal-impjiegi. [Em. 10]

(14a)

Filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u filwaqt li titqies il-ħtieġa ta' impatt sinifikanti min-naħa tal-avveniment ta' ristrutturar bħala limitu minimu għal applikazzjoni fil-qafas tal-FET, jenħtieġ li l-Fond jagħmel ħiltu biex tintwera solidarjetà mal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja minn kull tip ta' intrapriża, irrispettivament mid-daqs tagħha. [Em. 11]

(14b)

Jenħtieġ li l-FET jibqa' strument speċjali tal-Unjoni li jirreaġixxi għal sitwazzjonijiet li jikkawżaw avvenimenti ta' ristrutturar importanti fis-suq tax-xogħol Ewropew. Madankollu, jenħtieġ li l-Unjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex issib modi aktar sostenibbli kif tittratta l-bidla strutturali u l-isfidi li jaffettwaw is-swieq tax-xogħol u jwasslu għal avvenimenti bħal dawn fl-Istati Membri. [Em. 12]

(15)

Sabiex tintwera s-solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema spostati u mal-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, jenħtieġ li r-rata ta’ kofinanzjament tal-ispiża tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati u l-implimentazzjoni tiegħu tkun daqs dik tal-FSE+ fl-Istat Membru rispettiv ikkonċernat.

(16)

Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall- FET tiġi implimentata mill-Kummissjoni permezz ta’ ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) [number of the new Financial Regulation] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) (“ir-Regolament Finanzjarju”). Għaldaqstant, meta jimplimentaw l- FET b’ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħal ġestjoni finanzjarja soda, trasparenza u nondiskriminazzjoni.

(17)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Bidla, li huwa bbażat fil-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) f’Dublin, jagħti assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’analiżijiet kwalitattivi u kwantitattivi sabiex jgħin fil-valutazzjoni tat-tendenzital-globalizzazzjoni, tar-ristrutturar u tal-użu tal-FEG , bħal fil-globalizzazzjoni , il-bidliet teknoloġiċi u ambjentali, ir-ristrutturar l-użu tal-FET . Jenħtieġ li dawn l-analiżijiet jinkludu data diżaggregata suffiċjenti, partikolarment mill-perspettiva tas-sessi, sabiex l-inugwaljanzi bejn is-sessi jiġu miġġielda b'mod aktar effiċjenti. . [Em. 13]

(17a)

L-Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar (ERM) tal-Eurofound josserva f'ħin reali r-rapportar ta' avvenimenti ta' ristrutturar fuq skala kbira madwar l-Unjoni, abbażi ta' netwerk ta' korrispondenti nazzjonali. L-ERM huwa rilevanti ħafna għall-FET u jenħtieġ li jassisti l-operat tiegħu partikolarment billi jgħin fl-identifikazzjoni ta' każijiet ta' intervent potenzjali fi stadju bikri. [Em. 14]

(18)

Il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtiep jenħtieġ li jkollhom aċċess ugwali għall-FEG għall-FET , ikun xi jkun it-tip ta’ kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg tagħhom. Għalhekk, ħaddiema il-ħaddiema spostati , irrispettivament mit-tip u t-tul tar-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji tal-FEG possibbli possibbli tal-FET għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 15]

(19)

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG mill-FET jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati u servizzi personalizzati mmirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f’impjieg sostenibbli u ta' kwalità f'settur orjentat lejn il-futur , fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu , iżda jenħtieġ li jfittxu wkoll li jippromwovu l-impjieg indipendenti u l-ħolqien ta' intrapriżi, inkluż bit-twaqqif ta' kooperattivi . Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija prospettivi fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali , u fuq il-ġlieda kontra l-istereotipi tas-sessi fl-impjieg, jekk ikun il-każ . L-inklużjoni ta’ allowances ta’ flus f’pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Il-kumpaniji jistgħu Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jikkomplementa – u mhux jissostitwixxi – kwalunkwe miżura li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri jew tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew skont ftehimiet kollettivi. Jenħtieġ li l-kumpaniji jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG. mill-FET .[Em. 16]

(19a)

Fl-implimentazzjoni u t-tfassil ta' pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, immirat biex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira, jenħtieġ li l-Istati Membri jisfruttaw u jimmiraw aħjar għall-objettivi tal-Aġenda Diġitali u l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali bil-ħsieb li tiġi indirizzata d-disparità serja bejn is-sessi fis-setturi tal-ICT u tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) permezz tal-promozzjoni tat-taħriġ mill-ġdid u r-rikwalifikazzjoni tan-nisa f'dawn is-setturi. Barra minn hekk, fl-implimentazzjoni u t-tfassil ta' pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, jenħtieġ li l-Istati Membri jevitaw li jipperpetwaw id-dominazzjoni ta' sess wieħed f'dawk l-industriji u s-setturi li fihom tradizzjonalment kien jiġri hekk. Iż-żieda fir-rappreżentanza tal-inqas sess rappreżentat f'setturi differenti, bħall-finanzi, l-ICT u l-iSTEM, tikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-differenza bejn is-sessi fl-ambitu tal-paga u l-pensjonijiet. [Em. 17]

(20)

Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pakkett ikkoordinat tal-miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li l-Istati Membri jiffavorixxu miżuri li jkunu se jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħabirku għar-riintegrazzjoni f’impjieg sostenibbli tal-akbar numru possibbli ta’ benefiċjarji u ta' kwalità – tal-benefiċjarji kollha li jkunu qed jipparteċipaw f’dawn il-miżuri mill-aktar fis possibbli fil-perjodu ta’ sitt xhur qabel ma jkun dovut ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Jenħtieġ li t-tfassil tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati jqis ir-raġunijiet sottostanti għas-sensji – meta rilevanti – u jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol fil-futur. Jenħtieġ li l-pakkett koordinat ikun kompatibbli bis-sħiħ mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u li ma tagħmilx ħsara lill-klima. [Em. 18]

(21)

Jenħtieġ Meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ l-persuni b'diżabilità, il-persuni li għandhom qraba dipendenti, iż-żgħażagħ qiegħda u dawk li huma aktar kbar fl-età kif ukoll dawk li jinsabu f’riskju ta’ faqar, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta’ miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol il-persuni b'livell baxx ta' kwalifiki , il-persuni li ġejjin minn kuntest migratorju kif ukoll il-persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar , peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat l-FEG l-FET . [Em. 19]

(21a)

Fil-perjodu bejn Marzu 2007 u Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet 148 applikazzjoni għal kofinanzjament mill-FEG minn 21 Stat Membru, għal total ta' kważi EUR 600 miljun biex jiġu megħjuna 138 888 ħaddiem spostat u 2 944 persuna barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEET). [Em. 20]

(22)

Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b’mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu b'urġenza applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-FET u li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħmlu l-almu tagħhom biex jivvalutawhom rapidament . F’każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien. [Em. 21]

(22a)

Biex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tingħata aktar pubbliċità lill-FET u l-possibbiltajiet tiegħu, b'mod partikolari fil-livell ta’ l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri. [Em. 22]

(22b)

Biex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tingħata aktar pubbliċità lill-FET u l-possibbiltajiet tiegħu, b'mod partikolari fil-livell ta’ l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri. [Em. 23]

(23)

Fl-interess tal-benefiċjarji u tal-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri, jenħtieġ li l-Istati Membri applikanti jżommu lill-atturi kollha li huma involuti fil-proċess tal-applikazzjoni mgħarrfa bil-progress tal-applikazzjoni u jinvolvuhom kontinwament matul il-proċess tal-implimentazzjoni . [Em. 24]

(24)

F’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG FET ma jissostitwixxux il-miżuri jistgħux jissostitwixxu l-miżuri ta’ appoġġ li huma disponibbli għall-benefiċjarji fi ħdan il-fondi tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni iżda fejn hu possibbli jenħtieġ li jikkomplementawhom. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FET lanqas ma tista' tieħu post miżuri nazzjonali jew miżuri li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kumpaniji li jagħtu s-sensja skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi u, minflok, jenħtieġ li toħloq valur Ewropew miżjud reali. [Em. 25]

(25)

Fid-dawl tal-prinċipju tal-ugwaljanza, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw aċċess effettiv għall-informazzjoni dwar il-FET fit-territorju tagħhom kollu, inkluż fiż-żoni rurali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi, b'mod partikolari, it-tixrid tal-aħjar prattiki eżistenti, tippubbliċizza l-kriterji ta' eliġibbiltà u l-proċeduri tal-applikazzjoni tal-FET u tinforma liċ-ċittadini tal-Unjoni – partikolarment lill-ħaddiema – dwar il-Fond. Jenħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FEG tal-FET u r-riżultati tagħhom. [Em. 26]

(26)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li n-nefqa tkun eliġibbli jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati jew mid-data li fiha Stat Membru jġarrab nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal- FET .

(27)

Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu b’mod speċjali matul l-ewwel xhur ta’ kull sena, fejn il-possibilitajiet għal trasferimenti minn linji baġitarji oħra jkunu partikolarment diffiċli, jenħtieġ li jkun disponibbli ammont adegwat ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-linja baġitarja tal- FET fil-proċedura baġitarja annwali.

(27a)

Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu b'mod speċjali matul l-ewwel xhur ta' kull sena, meta l-għażliet fir-rigward ta' trasferimenti minn linji baġitarji oħra jkunu partikolarment limitati, jenħtieġ li, fil-proċedura baġitarja annwali, jitqiegħed għad-dispożizzjoni ammont adegwat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-linja baġitarja tal-FET. [Em. 27]

(28)

[Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ta’ [future date] dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet tal-baġit u dwar ġestjoni finanzjarja soda (18)(“il-Ftehim Interistituzzjonali”) jiddeterminaw il-qafas baġitarju tal- FET ].

(29)

Fl-interess tal-benefiċjarji, jenħtieġ li l-assistenza ssir disponibbli malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG FET jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni rapida u bla xkiel tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG FET . Għalhekk, fil-futur jenħtieġ li l-Awtorità Baġitarja tiddeċiedi fuq it-talbiet għal trasferiment sottomessi mill-Kummissjoni, li ma jeħtieġx Proposta tal-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG. [Vot Separat]

(30)

Fil-każ li xi intrapriża tagħlaq, il-ħaddiema spostati jistgħu jiġu megħjuna jieħdu f’idejhom xi wħud mill-attivitajiet jew l-attivitajiet kollha ta’ min kien iħaddimhom qabel qabel u l-Istat Membru fejn tinsab l-intrapriża jista' jantiċipa l-fondi li jkunu meħtieġa b'urġenza biex dan ikun jista' jsir . [Em. 29]

(31)

Sabiex jippermettu skrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-assistenza tal-FEG tal-FET , jenħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG tal-FET li jenħtieġ li jirreaġixxi għal rekwiżiti ċari ta' monitoraġġ u jinkludi segwitu tal-benefiċjarji u valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi . [Em. 30]

(32)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja u għall-ġestjoni u l-kontroll tal-azzjonijiet appoġġati mill-finanzjament tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Finanzjarju”) (19), jew ir-Regolament suċċessur. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw l-użu li jkun sar mill-kontribuzzjoni finanzjarja li jkunu rċevew mill- FET . Minħabba l-perjodu ta’ implimentazzjoni qasir tal-operazzjonijiet tal- FET , jenħtieġ li l-obbligi ta’ rapportar jirriflettu n-natura partikolari tal-interventi tal- FET .

(32a)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw attivitajiet ta' komunikazzjoni effikaċi biex jippromwovu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FET, jenfasizzaw li l-finanzjament oriġina mill-Unjoni u jtejbu l-viżibbiltà tal-attivitajiet finanzjarji tal-Unjoni fl-ambitu tal-Fond. [Em. 31]

(33)

Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jipprevjenu, jidentifikaw u jindirizzaw b’mod effettiv kwalunkwe irregolarità, inkluż frodi mwettqa mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (20) u r-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/95 (21) u Nru 2185/96 (22), l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939 (23), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), lill-l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar is-sejba ta’ irregolaritajiet inkluża l-frodi, u dwar is-segwitu tagħhom kif ukoll dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF.

(34)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95[2], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[3] u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939[4], l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(35)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz tal-għotjiet, l-akkwist, il-premju, l-implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(36)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (25) , hemm il-ħtieġa li dan il-programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Fejn xieraq, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.

(37)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tappoġġa l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027 . Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-fond, se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu. [Em. 32]

(38)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(39)

Meta jitqies il-fatt li t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tirrikjedi ċertu livell ta’ kompetenza diġitali tal-forza tax-xogħol, it-tixrid tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali jenħtieġ li jkun element orizzontali obbligatorju ta’ kwalunkwe pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati offruti offruti u jenħtieġ li jinkorpora l-objettiv li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-professjonijiet STEM , [Em. 33]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew għat-Tranżizzjoni ( FET ).

Jistipula l-objettivi tal-FEG FET , il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli u l-kriterji għall-għoti ta’ tali finanzjament, inklużi l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG FET għal miżuri mmirati lejn il-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 7. [Em. 34]

Artikolu 2

Missjoni

L-FEG L-objettiv tal-FET għandu jikkontribwixxi għal distribuzzjoni aħjar tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jkun li jappoġġa trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni tal-avvanz teknoloġiku l-bidliet teknoloġiċi u ambjentali billi jgħin lill-ħaddiema spostati permezz tal-promozzjoni ta' impjieg alternattiv u sostenibbli. Il-FET għandu jkun fond ta' emerġenza li jopera b'mod reattiv u jikkontribwixxi jadattaw għal bidla strutturali tranżizzjoni ġusta . Bħala tali, l-FEG il-FET għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ddefiniti skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika fost ir-reġjuni u l-Istati Membri. [Em. 35]

Artikolu 3

Objettivi

1.   L-objettiv ġenerali tal-FEG tal-programm huwa li juri solidarjetà mal-ħaddiema spostati u l-persuni irrispettivament mit-tip jew it-tul tar-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, kif ukoll mal-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta’ ristrutturar kbar mhux mistennija, imsemmija fl-Artikolu  fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu  5, u joffrilhom joffri appoġġ finanzjarju għal miżuri biex dawn jerġgħu jsibu impjieg . [Em. 36]

2.   L-objettiv speċifiku tal-FEG tal-FET huwa li joffri assistenza f’avvenimenti u appoġġ lill-ħaddiema fir-rigward tar-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol fil-każ ta' avvenimenti ta’ ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, it-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm il-bidla teknoloġika . Għandha ssir enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati u fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi . [Em. 37 u 98]

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

(a)

“ħaddiem spostat” tfisser ħaddiem, irrispettivament mit-tip jew it-tul tar-relazzjoni tal-impjieg tiegħu, li l-impjieg tiegħu jintemm qabel iż-żmien minħabba l-għoti tas-sensja, jew li l-kuntratt tiegħu ma jiġġeddidx, minħabba raġunijiet ekonomiċi; [Em. 38]

(b)

“persuna li taħdem għal rasha” tfisser persuna li impjegat anqas minn 10 ħaddiema;

(c)

“benefiċjarju” tfisser persuna li tipparteċipa f’miżuri kofinanzjati tal- FET .

(d)

“irregolarità” tfisser kwalunkwe ksur tal-liġi applikabbli, li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku involut fl-implimentazzjoni tal- FET , li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni billi jimposta nefqa mhux ġustifikata f’dan il-baġit.

Artikolu 5

Kriterji ta’ intervent

1.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill- FET għal miżuri mmirati lejn il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Kontribuzzjoni finanzjarja mill- FET għandha tiġi pprovduta f’avvenimenti ta’ ristrutturar kbar li jirriżultaw f’dan li ġej:

(a)

il-waqfien ta’ attività tal-attività ta’ aktar minn 250  mill-inqas 200  ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ sitt xhur, f’intrapriża fi Stat Membru, inkluż fejn dak il-waqfien japplika fil-fornituri tagħha jew fil-produtturi downstream; [Em. 39]

(b)

il-waqfien ta’ attività tal-attività ta’ aktar minn 250  mill-inqas 200  ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta’ referenza ta’ sitt disa' xhur, partikolarment fl-SMEs, fejn kollha kemm huma joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkun jinsab f’reġjun wieħed jew f’żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 jew f’aktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 sakemm ikun hemm aktar minn 250  mill-inqas 200  ħaddiem jew persuni li jaħdmu għal rashom milqutin fi tnejn mir-reġjuni kombinati; [Em. 40]

(c)

il-waqfien ta’ attività tal-attività ta’ aktar minn 250  mill-inqas 200  ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta’ referenza ta’ erba’ disa' xhur, partikolarment fl-SMEs, li joperaw fl-istess setturi ekonomiċi jew f’setturi differenti ddefiniti fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkunu jinsabu fl-istess reġjun iddefinit fil-livell NUTS 2. [Em. 41]

3.   Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ li jinkludu applikazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru applikant, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu tista’ tiġi kkunsidrata ammissibbli anke jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi il-livelli tal-impjieg u fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali jew nazzjonali . L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 mhumiex issodisfati bis-sħiħ. L-ammont aggregat tal-kontribuzzjonijiet f’ċirkostanzi eċċezzjonali ma jistax jaqbeż il-15 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG FET . [Em. 42]

4.    Il-FET ma jistax jiġi mmobilizzat meta l-ħaddiema jingħataw is-sensja bħala riżultat ta’ tnaqqis fil-baġit li jittieħed minn Stat Membru, li jaffettwa lis-setturi li jiddependu primarjament mill-finanzjament pubbliku. [Em. 43]

Artikolu 6

Kalkolu tal-ispostamenti u tal-waqfien ta’ attività

1.   L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika l-metodu użat għall-kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom iddefinit fl-Artikolu 4, għall-fini tal-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 5. [Em. 44]

2.   L-Istat Membru applikant għandu jikkalkula n-numru msemmi fil-paragrafu 1 kif inhu, f’waħda mid-dati li ġejjin:

(a)

id-data meta l-impjegatur, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE (26), jgħarraf bil-miktub lill-awtorità pubblika kompetenti bis-sensji kollettivi pproġettati;

(b)

id-data tan-notifika individwali tal-impjegatur ta’ tkeċċija mix-xogħol jew ta’ tmiem tal-kuntratt tax-xogħol tal-ħaddiem;

(c)

id-data ta’ meta jintemm de facto l-kuntratt tax-xogħol jew tal-iskadenza tiegħu;

(d)

tmiem id-delega mal-impriża utenti; jew

(e)

għal persuna li taħdem għal rasha, id-data tal-waqfien tal-attivitajiet kif iddeterminat skont il-liġi nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a), l-Istat Membru applikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni addizzjonali dwar in-numru reali ta’ sensji li ngħataw skont l-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, qabel ma titlesta l-valutazzjoni mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Benefiċjarji eliġibbli

L-Istat Membru applikant jista’ jipprovdi pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati skont l-Artikolu 8 kofinanzjat mill- FET lill-benefiċjari eliġibbli, li jistgħu jinkludu:

(a)

ħaddiema spostati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, ikkalkolati skont l-Artikolu 6, fil-perjodi ta’ referenza previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 fl-Artikolu 5; [Em. 45]

(b)

ħaddiema spostati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, ikkalkolati skont l-Artikolu 6, barra l-perjodu ta’ referenza previst fl-Artikolu 5; jiġifieri 6 xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza jew bejn it-tmiem tal-perjodu ta’ referenza u l-aħħar jum qabel id-data meta titlesta l-valutazzjoni mill-Kummissjoni.

Il-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu eliġibbli diment li tkun tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li jkun skatta s-sensji waqt il-perjodu ta’ referenza.

B'deroga mill-Artikolu 5, l-Istati Membri applikanti jistgħu jipprovdu servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FET lil għadd ta' NEETs (barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ) taħt il-25 sena jew – jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk – taħt it-30 sena, fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, li jkun ugwali għall-għadd ta' benefiċjarji fil-mira, bħala prijorità lil persuni li jkunu ngħataw is-sensja jew li l-attività tagħhom tkun waqfet, dment li tal-inqas xi wħud mis-sensji jkunu seħħew f'reġjuni tal-livell NUTS 2. [Em. 46]

Artikolu 8

Miżuri eliġibbli

1.   Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-FET għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati, bl-involviment tal-organizzazzjonijiet trejdjunjonistiċi u/jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema, imfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati u, b’mod partikolari, dawk l-aktar żvantaġġati fost il-ħaddiema spostati, f’impjieg jew f’impjieg indipendenti sostenibbli u ta' kwalità . [Em. 47]

Id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u f'ekonomija effiċjenti fir-riżorsi hija element orizzontali obbligatorju ta’ kwalunkwe pakkett ta’ taħriġ u/jew servizzi personalizzati offruti. Il-livell ta’ taħriġ għandu jiġi adattat għall-kwalifiki, , il-ħiliet u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-benefiċjarju rispettiv. [Em. 48]

Il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati jista’ partikolarment jinkludi:

(a)

taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfasslin apposta, inkluż f’ħiliet ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u f’ħiliet oħrajn meħtieġa fl-era diġitali, iċ-ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, assistenza personalizzata għat-tfittix ta’ impjieg, gwida okkupazzjonali, servizzi konsultattivi, mentoraġġ, assistenza għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, assistenza għal impjieg indipendenti, gћall-ftuħ ta’ negozji u ta’ teħid ta’ kontroll mill-impjegati, u attivitajiet ta’ kooperazzjoni; [Em. 49]

(b)

miżuri speċjali b’limitu ta’ żmien, bħal allowances għat-tfittix ta’ impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ tal-impjegaturi allowances għall-indukrar tat-tfal , allowances għall-mobbiltà, allowances għat-taħriġ jew għas-sussistenza, inklużi allowances għall-persuni li jindukraw u inċentivi għar-reklutaġġ, fosthom inċentivi biex min iħaddem jipprovdi arranġamenti flessibbli tax-xogħol għall-ħaddiema spostati . [Em. 50]

L-ispejjeż tal-miżuri msemmija fil-punt (b) ma għandhomx jaqbżu l-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett għall-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati elenkati f’dan il-paragrafu. [Em. 51]

L-investimenti għal impjieg indipendenti, il-bidu ta’ negozju – li jista' jkun kooperattiva – jew it-teħid ta’ kontroll mill-impjegati ma għandhomx jaqbżu l-EUR 20 000 25 000 għal kull ħaddiem spostat. [Em. 52]

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi sostenibbli sostenibbli effiċjenti fir-riżorsi , u għandu jiffoka wkoll fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u jqis id-domanda fis-suq tax-xogħol lokali kif ukoll il-possibbiltà li l-ħaddiema jiġu riintegrati fis-settur okkupazzjonali tal-impjieg preċedenti tagħhom, meta avveniment ta' ristrutturar kbir ikun ħoloq ħtieġa ta' ħiliet ġodda jew supplementari u l-ħiliet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod effiċjenti . [Em. 53]

2.   Dawn il-miżuri li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill- FET :

(a)

miżuri speċjali b’limitu ta’ żmien imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, li mhumiex kundizzjonali fuq il-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati f’attivitajiet ta’ tfittxija tax-xogħol jew ta’ taħriġ;

(b)

miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ intrapriżi skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

(ba)

miżuri li jistimulaw partikolarment lill-ħaddiema żvantaġġati, lil dawk li qegħdin f'riskju ogħla ta' faqar jew lill-ħaddiema ta' età akbar biex jibqgħu jew jidħlu lura fis-suq tax-xogħol; [Em. 54]

(bb)

miżuri li huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi. [Em. 55]

Il-miżuri appoġġati mill-FEG mill-FET ma għandhomx għandhom – taħt l-ebda ċirkostanza – jissostitwixxu l-miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali passivi .’ [Em. 56]

3.   Il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi għandu jitfassal b’konsultazzjoni mal-benefiċjarji speċifikati jew mar-rappreżentanti tagħhom, jew u/jew mas-sħab soċjali. [Em. 57]

4.   Fuq inizjattiva tal-Istat Membru applikant, tista’ ssir kontribuzzjoni finanzjarja mill- FET għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar.

Artikolu 9

Applikazzjonijiet

1.   L-Istat Membru applikant għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien 12-il ġimgħa mid-data meta jkunu ġew issodisfati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(2) jew (3).

2.   Fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, jew, fejn applikabbli, mid-data li fiha l-Kummissjoni jkollha f’idejha t-traduzzjoni tal-applikazzjoni, tkun liema tkun l-aħħar waħda li tasal, il-Kummissjoni għandha tikkonferma li rċeviet l-applikazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollha bżonn sabiex tivvaluta l-applikazzjoni. [Em. 58]

3.    Fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika fl-istadji bikrija tal-proċedura. Fejn tali informazzjoni addizzjonali tkun rikjesta mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba. Din l-iskadenza għandha tiġi estiża mill-Kummissjoni b’għaxart ijiem ta’ xogħol, fuq talba debitament ġustifikata tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 59]

4.   Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet rekwiżiti biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja, fi żmien 60  40 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli mit-traduzzjoni tal-applikazzjoni. Fejn Jekk il-Kummissjoni, ma tkunx tista’ tirrispetta din l-iskadenza, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'20 jum dment li l-Kummissjoni, għandha tagħti spjegazzjoni minn qabel bil-miktub fejn tagħti li fiha tiġġustifika r-raġunijiet tad-dewmien għad-dewmien tagħha u tibgħat dik l-ispjegazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat . [Em. 60]

5.   Applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

valutazzjoni tan-numru ta’ sensji skont l-Artikolu 6, inkluż il-metodu ta’ kalkolu;

(b)

il-konferma li, fejn meta l-intrapriża li tat is-sensji kompliet għaddejja bl-attivitajiet tagħha wara li tkun tat is-sensji, hija tkun irrispettat l-obbligi ġuridiċi kollha tagħha li jirregolaw is-sensjar u tkun ipprovdiet għall-ħaddiema tagħha skont dawn l-obbligi ; [Em. 61]

(ba)

indikazzjoni ċara tal-attivitajiet diġà mwettqa mill-Istati Membri għall-assistenza tal-ħaddiema spostati u tan-natura komplementari tal-fondi mitluba mill-FET minħabba nuqqas ta' riżorsi għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali; [Em. 62]

(bb)

ħarsa ġenerali lejn il-fondi tal-Unjoni li diġà bbenefikat minnhom l-intrapriża li tkun tat is-sensji fil-ħames snin ta' qabel is-sensji kollettivi; [Em. 63]

(c)

deskrizzjoni qasira tal-avvenimenti li wasslu għall-ispostament tal-ħaddiema;

(d)

l-identifikazzjoni, fejn applikabbli, tal-intrapriżi li taw is-sensji, il-fornituri jew il-produtturi downstream, is-setturi, u l-kategoriji ta’ benefiċjarji speċifikati mqassma skont is-sess, il-grupp ta’ età u l-livell tal-edukazzjoni;

(e)

l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija u l-impjiegi fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali nazzjonali jew, fejn xieraq, dak transfruntier ; [Em. 64]

(f)

deskrizzjoni ddettaljata tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati u n-nefqa relatata, inkluż, b’mod partikolari, kwalunkwe miżura li tkun b’appoġġ għall-inizjattivi ta’ impjiegi għall-benefiċjarji żvantaġġati, , bi ftit ħiliet, ta’ età akbar u żgħażagħ u minn żoni żvantaġġati ; [Em. 65]

(g)

spjegazzjoni dwar kemm tqiesu r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta’ Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar, u kif il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati jikkomplementa l-azzjonijiet iffinanzjati minn fondi oħrajn nazzjonali jew tal-Unjoni, inkluż informazzjoni dwar miżuri li huma obbligatorji għall-intrapriżi li taw is-sensji kkonċernati skont il-liġi nazzjonali jew b’konformità mal-ftehimiet kollettivi;

(h)

il-baġit stmat għal kull wieħed mill-komponenti tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati b’appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati u għal kwalunkwe attività ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar;

(i)

għall-finijiet ta’ evalwazzjoni, miri speċifiċi għall-każ indikattivi ddefiniti mill-Istat Membru fir-rigward tar-rata ta’ impjieg mill-ġdid tal-benefiċjarji 6 xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni;

(j)

id-dati li fihom inbdew jew għad iridu jinbdew is-servizzi personalizzati għall-benefiċjarji speċifikati u l-attivitajiet biex jiġi implimentat l- FET , kif stabbilit fl-Artikolu 8;

(k)

il-proċeduri li ttieħdu biex jiġu kkonsultati l-benefiċjarji speċifikati jew ir-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra kif applikabbli;

(l)

stqarrija ta’ konformità tal-appoġġ mitlub mill- FET bir-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li tiddeskrivi r-raġuni għaliex il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati ma jiħux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

(m)

is-sorsi ta’ prefinanzjament jew ta’ kofinanzjament nazzjonali u kofinanzjament ieħor jekk applikabbli;

(ma)

dikjarazzjoni li l-azzjonijiet proposti se jkunu komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u li se jiġi evitat kwalunkwe finanzjament doppju. [Em. 66]

Artikolu 10

Komplementarjetà, konformità u koordinazzjoni

1.   Kontribuzzjoni finanzjarja mill- FET ma għandhiex tieħu post miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

2.   L-appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati għandu jikkomplementa l-miżuri tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali lokali u , fejn xieraq, transfruntier inklużi dawk kofinanzjati mill-fondi u l-programmi tal-Unjoni, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta’ Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar. [Em. 67]

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG FET għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tintwera solidarjetà, u tipprovdi appoġġ ta’ darba, b’mod temporanju, għall-benefiċjarji , lill-benefiċjarji speċifikati. Il-miżuri appoġġati mill-FEG FET għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat. [Em. 68]

4.   Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikant għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-assistenza mill-fondi tal-Unjoni.

5.   L-Istat Membru applikant għandu jiżgura li l-miżuri speċifiċi li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill- FET ma jirċivux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra u l-programmi tal-Unjoni. [Em. 69]

Artikolu 11

Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u n-nondiskriminazzjoni

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji xierqa kollha tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-FET u jiġu promossi matulha. [Em. 70]

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni msejsa fuq sess, identità sesswali, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali fl-aċċess għall- FET u matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

Artikolu 12

Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, perċentwal ta’ mhux aktar minn 0,5 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG tal-FET jista’ jintuża għall-assistenza biex jiffinanzja l-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tiegħu, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ ġbir ta' data, ta' kontroll, ta’ awditjar u evalwazzjoni, inkluż is-sistemi corporate tas-sistemi inklużi s-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet ta’ komunikazzjoni u dawk li jsaħħu l-viżibbiltà tal-FEG tal-FET u miżuri amministrattivi oħrajn u ta’ assistenza teknika. Is-sinerġiji ma' sistemi ta' monitoraġġ stabbiliti, bħall-ERM, għandhom jissaħħu. Tali miżuri jistgħu jkopru perjodi ta’ programmar futuri u preċedenti. [Em. 71]

2.   Suġġett għal-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti talba biex l-approprjazzjonijiet għall-assistenza teknika jiġi ttrasferiti għal-linji baġitarji rilevanti b’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

3.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza teknika fuq inizjattiva tagħha stess taħt ġestjoni diretta jew indiretta skont il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Jekk timplimenta l-assistenza teknika b'ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasparenza tal-proċedura għall-għażla tal-parti terza inkarigata mit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha u għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati kollha tal-FET, fosthom il-Parlament Ewropew, dwar is-sottokuntrattur magħżul għal dak l-iskop. [Em. 72]

4.   L-assistenza teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-għoti ta’ informazzjoni u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-FEG tal-FET, inkluż il-ħolqien ta' helpdesk . Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll informazzjoni flimkien ma’ gwida ċara dwar l-użu tal-FEG tal-FET lis-sħab soċjali Ewropej u nazzjonali. Il-miżuri ta’ gwida jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta’ task forces f’każijiet ta’ taqlib ekonomiku sever fi Stat Membru. [Em. 73]

Artikolu 13

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil udjenzi multipli, inklużi informazzjoni mmirata lill-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-midja u l-pubbliku. . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir enfasi fuq il-valur miżjud tal-Unjoni fuq il-finanzjament u għandhom jassistu fl-isforzi tal-Kummissjoni fil-ġbir tad-data sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja. [Em. 74]

L-Istati Membri għandhom jużaw l-emblema tal-UE skont l-[Anness VIII tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni] flimkien ma’ dikjarazzjoni sempliċi tal-finanzjament (“iffinanzjat/kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea”).

2.   Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-FEG il-FET , gwida dwar is-sottomissjoni tal- applikazzjonijiet u dwar l-azzjonijiet eliġibbli , lista ta' kuntatti fl-Istati Membri aġġornata regolarment , kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja. [Em. 75]

3.   Il-Kummissjoni għandha tippromwovi t-tixrid tal-aħjar prattiki eżistenti fil-qasam tal-komunikazzjoni, timplimenta attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-każijiet tal-FEG tal-FET u r-riżultati tagħhom abbażi ta’ esperjenzi bl-iskop li ttejjeb ttejjeb il-viżibbiltà tal-FET, tippubbliċizza l-kriterji ta' eliġibbiltà u l-proċeduri ta' applikazzjoni tiegħu, ittejjeb l-effikaċja tal-FEG tiegħu u tiżgura li ċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-Unjoni jkunu jafu bil-FEG bil-FET, inklużi ċ-ċittadini u l-ħaddiema f'żoni rurali li jkollhom diffikultajiet fl-aċċess għall-informazzjoni . [Em. 76]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà jkun disponibbli fuq talba għall-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-Unjoni, u l-Unjoni tingħata liċenzja mingħajr dritt dovut għall-użu ta' proprjetà, mhux esklussiva u irrevokabbli biex tuża dan il-materjal u kwalunkwe dritt preeżistenti marbut magħha. Il-liċenzja jagħti d-drittijiet li ġejjin lill-Unjoni:

użu intern, jiġifieri d-dritt li tirriproduċi, tikkopja u tagħmel disponibbli materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà għall-UE u għall-istituzzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE u l-aġenziji u l-impjegati tagħhom;

ir-riproduzzjoni ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà b’kull mezz u f’kull forma, bis-sħiħ jew parzjalment;

il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà bl-użu ta’ kwalunkwe u kull mezz ta’ komunikazzjoni;

id-distribuzzjoni lill-pubbliku ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà (jew kopji tiegħu) fi kwalunkwe u f’kull forma;

il-ħżin u l-arkivjar ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà

is-subliċenzjar tad-drittijiet ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà lil partijiet terzi

Jistgħu jingħataw drittijiet addizzjonali lill-Unjoni.

4.   Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll sabiex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm ikunu relatati mal-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 14

Determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9 u b’mod partikolari wara li tikkunsidra n-numru ta’ benefiċjarji speċifikati, il-miżuri proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis possibbli l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, jekk teżisti, li jista’ jsir fil-limiti tar-riżorsi disponibbli.

2.   Ir-rata ta’ kofinanzjament tal- FET għall-miżuri offruti għandha tkun allinjata mal-ogħla rata ta’ kofinanzjament tal-FSE+ fl-Istat Membru rispettiv.

3.   Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati, hija għandha tagħti bidu minnufih għall-proċedura spjegata fl-Artikolu 16 u għandha tinnotifika lill-Istat Membru applikant . [Em. 78]

4.   Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma jkunux ġew issodisfati taħt dan ir-Regolament, hija għandha immedjatament tinnotifika lill-Istat Membru applikant u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra, fosthom il-Parlament Ewropew . [Em. 79]

Artikolu 15

Perjodu ta ' eliġibbiltà

1.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill- FET mid-dati stabbiliti fl-applikazzjoni skont il-punt (j) tal-Artikolu 9(5) li fihom l-Istat Membru kkonċernat jibda, jew huwa mistenni li jibda jipprovdi s-servizzi personalizzati għall-benefiċjarji speċifikati jew iġarrab in-nefqa amministrattiva sabiex jiġi implimentat l- FET , skont l-Artikolu 8 (1) u (4).

2.   L-Istat Membru għandu jwettaq il-miżuri eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 8 mill-aktar fis possibbli. u Ikun xi jkun il-każ , dawn għandhom jiġu implimentati sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja u mwettqa mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja. [Em. 80]

3.   Il-perjodu ta’ implimentazzjoni huwa l-perjodu mid-dati stabbiliti fl-applikazzjoni skont il-punt (j) tal-Artikolu 9(5) li fih l-Istat Membru kkonċernat jibda s-servizzi personalizzati għall-benefiċjarji speċifikati u l-attivitajiet biex jiġi implimentat l- FET , kif stabbilit fl-Artikolu 8, u jintemm 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja.

4.   Fejn benefiċjarju jidħol għal kors edukattiv jew ta’ taħriġ li jdum sentejn jew aktar, in-nefqa għal tali kors għandha tkun eliġibbli għall-kofinanzjament tal- FET sad-data meta mistenni joħroġ ir-rapport finali msemmi fl-Artikolu 20(1), kemm-il darba n-nefqa rilevanti tkun iġġarrbet qabel dik id-data.

5.   In-nefqa skont l-Artikolu 8(4) għandha tkun eliġibbli sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali skont l-Artikolu 20(1).

Artikolu 16

Proċedura baġitarja u implimentazzjoni

1.   Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-FET ikunu ġew issodisfati, din għandha tissottometti talba proposta biex timmobilizzaha . Id-deċiżjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FET għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-proposta. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħames voti mitfugħa.

Fl-istess waqt li tippreżenta l-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FET, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil, għandha tinbeda proċedura ta' trilogu. It-trasferimenti relatati mal-FET għandhom isiru skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 81]

2.   It-talba ta’ trasferiment jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn sommarju tal-eżaminazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjoni. [Em. 82]

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kummissjoni tiġi nnotifikata bl-approvazzjoni tat-trasferiment baġitarju mill-Parlament l-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Din l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. biex jiġi mobilizzat il-FET . [Em. 83]

3a.     Proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FET skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9(4), flimkien ma' sommarju tal-informazzjoni li fuqha tkun ibbażata dik il-valutazzjoni;

(b)

evidenza li l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 5 u 10 jkunu ġew issodisfati; u

(c)

ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-ammonti proposti. [Em. 84]

Artikolu 16a

Każijiet eċċezzjonali

F'każijiet eċċezzjonali u jekk ir-riżorsi finanzjarji li jkunu għadhom disponibbli fil-Fond fis-sena tal-okkorrenza tal-avveniment ta' ristrutturar kbir ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ammont ta' assistenza meqjus neċessarju mill-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni tista' tipproponi li d-differenza tiġi ffinanzjata mill-Fond tas-sena ta' wara. Il-limitu massimu annwali baġitarju tal-Fond fis-sena tal-okkorrenza tal-avveniment ta' ristrutturar kbir u fis-sena ta' wara għandu jiġi rispettat f'kull ċirkostanza. [Em. 85]

Artikolu 17

Il-pagament u l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Wara d-dħul fis-seħħ ta’ deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat f’pagament uniku ta’ prefinanzjament ta’ 100 %, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol. Il-prefinanzjament għandu jiġi approvat ladarba l-Istat Membru jissottometti d-dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa skont l-Artikolu 20(1). L-ammont li ma jintefaqx għandu jiġi rimborżat lill-Kummissjoni.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi implimentata skont ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju.

3.   It-termini tekniċi ddettaljati tal-finanzjament għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 16(3).

4.   Meta jwettaq il-miżuri li jinsabu fil-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jissottometti proposta lill-Kummissjoni sabiex jemenda l-azzjonijiet inklużi biż-żieda ta’ miżuri eliġibbli oħrajn elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 8(1), sakemm dawk l-emendi jkunu debitament ġustifikati u ma jaqbżux il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 16(3). Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-emendi proposti u, jekk taqbel magħhom, għandha temenda d-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont dan.

5.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jkollu l-flessibbiltà li jalloka mill-ġdid l-ammonti bejn il-partiti tal-baġit stabbiliti fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 16(3). F’każ li riallokazzjoni taqbeż iż-żieda ta’ 20 % għal partita waħda jew aktar mill-partiti speċifikati, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni minn qabel.

Artikolu 18

Użu tal-euro

L-applikazzjonijiet, id-deċiżjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe dokument relatat ieħor, għandu jesprimi l-ammonti kollha f’euro.

Artikolu 19

Indikaturi

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness.

2.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati għall-Istati Membri.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25 biex temenda l-indikaturi fl-Anness fejn jitqies neċessarju biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-użu tal-fond.

Artikolu 19a

Mudell għall-istħarriġ tal-benefiċjarju

L-istħarriġ tal-benefiċjarju msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 20(1) għandu jkun ibbażat fuq il-mudell stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2) biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. [Em. 86]

Artikolu 20

Ir-rapport finali u l-għeluq

1.   Sa mhux aktar tard mit-tmiem tas-seba’ xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta rapport finali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż informazzjoni dwar:

(a)

it-tip ta’ miżuri u r-riżultati prinċipali miksuba , li jispjegaw l-isfidi, it-tagħlimiet meħuda, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma’ fondi oħra tal-UE, partikolarment il-FSE+, u li tindika, fejn ikun possibbli, il-komplementarjetà tal-miżuri ma’ dawk iffinanzjati minn programmi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni f’konformità mal-Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar; [Em. 87]

(b)

l-ismijiet tal-korpi li jwettqu l-pakkett ta’ miżuri fl-Istat Membru,

(c)

l-indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 19;

(d)

ir-riżultati ta’ stħarriġ tal-benefiċjarju mwettaq sitt xhur wara t-tmiem mit-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni, li għandu jkopri l-bidla perċepita fl-impjegabbiltà tal-benefiċjarji, jew għal dawk li diġà sabu impjieg, aktar informazzjoni dwar il-kwalità it-tip u l-kwalità tal-impjieg li jkun instab, bħall-bidla fis-sigħat tax-xogħol, il-livell ta’ responsabbiltà jew il-bidla fil-livell tas-salarju meta mqabbel mal-impjieg preċedenti, u s-settur li fih il-persuna tkun sabet impjieg u t-tqassim ta’ din l-informazzjoni skont is-sess, il-grupp ta’ età u l-livell tal-edukazzjoni; [Em. 88]

(e)

jekk l-impriża li tat is-sensji, bl-eċċezzjoni tal-mikrointrapriżi tal-istart-ups, il-mikrointrapriżi u l-SMEs, kienet kinitx benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat jew ta’ finanzjament preċedenti mill-fondi ta’ koeżjoni jew strutturali tal-Unjoni fil-ħames snin ta’ qabel; [Em. 89]

(f)

dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa.

2.   Sa mhux aktar tard mit-tmiem tad-dsatax-il xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti s-sett tad-data sempliċi, komplut u verifikat kif xieraq, li jinforma l-indikatur tar-riżultati fuq żmien itwal speċifikat fil-punt (3) tal-Anness. [Em. 90]

3.   Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafu 1, għandha tagħlaq il-kontribuzzjoni finanzjarja billi tiddetermina l-ammont finali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill- FET u, jekk ikun hemm, il-bilanċ li għandu jitħallas mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 24. L-għeluq għandu jkun jiddependi mill-provvdiment tal-indikatur tar-riżultati fuq żmien itwal skont il-paragrafu 2.

Artikolu 21

Rapport biennali

1.   Sal-1 ta’ Awwissu 2021 u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 li saru fis-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG FET u b’mod partikolari għandu jkun fih informazzjoni li għandha x’taqsam mal-applikazzjonijiet sottomessi, mad-deċiżjonijiet ir-rapidità tal-ipproċessar tagħhom u n-nuqqasijiet li jista' jkun hemm fir-regoli fis-seħħ, id-deċiżjonijiet adottati, mal-miżuri il-miżuri ffinanzjati, inkluża l-istatistika dwar l-indikaturi stabbiliti fl-Anness, u l-komplementarjetà ta’ tali miżuri ma’ miżuri ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-FSE+, u informazzjoni relatata mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru u għandu jiddokumenta wkoll dawk l-applikazzjoniijet l-applikazzjonijiet li jkunu ġew irrifjutati jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta’ approprjazzjonijiet suffiċjenti jew in-nuqqas ta’ eliġibbiltà. [Em. 91]

2.   Ir-rapport għandu jiġi trasmess għall-informazzjoni lill-Istati Membri, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali. [Em. 92]

Artikolu 22

Evalwazzjoni

1.   Kull erba’ snin, fuq inizjattiva tagħha stess u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FEG tal-FET, inkluża valutazzjoni tal-impatt sussegwenti tal-applikazzjoni tiegħu fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali .

Għall-fini tal-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiġbru d-data kollha disponibbli dwar il-każijiet tal-FET u l-ħaddiema megħjuna. [Em. 93]

2.   Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu trażmessi, għall-informazzjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet għandhom jitqiesu għat-tfassil ta’ programmi ġodda fil-qasam tal-impjiegi u tal-affarijiet soċjali jew l-iżvilupp ulterjuri ta’ programmi eżistenti.

3.   L-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu statistika rilevanti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjari finanzjarji , imqassma skont is-settur u l-Istat Membru. [Em. 94]

4.   Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal- FET biex jikseb l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 biex temenda l-Anness biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies neċessarju u biex tissuplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.

Artikolu 23

Ġestjoni u kontroll finanzjarju

1.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni biex timplimenta l-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-miżuri appoġġati mill- FET u l-kontroll finanzjarju tal-miżuri. Il-passi li jieħdu għandhom jinkludu:

(a)

il-verifika li ġew stabbiliti l-ftehimiet tal-ġestjoni u l-kontroll u li qed jiġu implimentati b’tali mod li jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni qed jintużaw b’mod effiċjenti u korrett, b’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;

(b)

l-iżgurar li t-twassil tad-data tal-monitoraġġ huwa rekwiżit obbligatorju f’kuntratti mal-korpi li jwettqu l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati;

(c)

il-verifika li l-miżuri ffinanzjati twettqu kif xieraq;

(d)

l-iżgurar li l-infiq iffinanzjat huwa bbażat fuq dokumenti ta’ ġustifikazzjoni verifikabbli, u huwa legali u regolari;

(e)

il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet inkluż il-frodi u l-irkupru ta’ ammonti li tħallsu mingħajr ma kienu dovuti flimkien mal-interessi fuq pagamenti tard fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-irregolaritajiet, inkluż il-frodi lill-Kummissjoni.

2.   Għall-għanijiet tal-Artikolu [63(3)?] tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-korpi responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll tal-miżuri appoġġati mill- FET . Dawk il-korpi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni stabbilita fl-[Artikolu 63(5), (6) u (7)?] tar-Regolament Finanzjarju dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja meta jissottomettu r-rapport finali msemmi fl-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn l-awtoritajiet maħtura skont ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jkunu pprovdew biżżejjed garanziji li l-pagamenti huma legali u regolari, u kkontabilizzati kif xieraq, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni li dawn l-awtoritajiet huma kkonfermati skont dan ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika liema awtoritajiet huma kkonfermati u li l-funzjoni tagħhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa fejn tkun aċċertata irregolarità. Il-korrezzjonijiet magħmula mill-Istati Membri għandhom jikkonsistu fit-tħassir ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja jew tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha. Fejn jirriżulta li kien hemm irregolarità l-Istati Membri għandhom jirkupraw kull ammont li tħallas indebitament, iħallsu lura lill-Kummissjoni u, meta l-ammont ma jitħallasx f’waqtu fil-limitu ta’ żmien mogħti mill-Istat Membru involut, għandu jitħallas l-imgħax.

4.   Il-Kummissjoni, fir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru applikant biex jiżgura li għandu sistemi ta’ maniġment u ta’ kontroll li qed jaħdmu tajjeb. Il-Kummissjoni għandha tivverifika hija stess l-eżistenza ta’ dawn is-sistemi.

Għal dak l-iskop, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Qorti tal-Awdituri jew għall-verifiki magħmulin mill-Istat Membru skont il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, l-uffiċjali jew impjegati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki fil-post, inklużi verifiki rappreżentattivi, dwar il-miżuri ffinanzjati mill- FET b’avviż li jintbagħat fiż-żmien minimu ta’ jum ta’ xogħol. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru applikant bl-iskop li takkwista l-assistenza neċessarja meħtieġa. Uffiċjali jew impjegati tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-verifiki.

5.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 biex tissupplimenta l-paragrafu 1(e) billi tistabbilixxi il-kriterji għad-determinazzjoni tal-każijiet ta’ irregolarità li jridu jiġu rrappurtati u d-data li trid tiġi pprovduta.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format li għandu jintuża għar-rappurtar tal-irregolaritajiet skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2) sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni li jirrigwardaw in-nefqa magħmula jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għal perjodu ta’ tliet snin wara l-għeluq ta’ kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta mill- FET .

Artikolu 24

Irkupru tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   F’każijiet fejn l-ispiża attwali tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tkun inqas mill-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha tirkupra l-ammont korrispondenti wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

2.   Jekk, wara li jkunu tlestew il-verifiki meħtieġa, il-Kummissjoni tikkonkludi li Stat Membru jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi ddikjarati fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja jew ma jkunx konformi mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 23(1), hija għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni biex tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha tal- FET għall-miżura inkwistjoni jew parti minnha. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien 12-il xahar wara li jkunu waslu l-osservazzjonijiet tal-Istat Membru. Fejn jirriżulta li kien hemm irregolarità l-Istat Membru kkonċernat għandu jirkupra kull ammont li tħallas indebitament, meta l-Istat Membru applikant ma jħallasx l-ammont fil-limitu ta’ żmien mogħti, għandu jitħallas l-imgħax moratorju.

Artikolu 25

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(3) u fl-Artikolu 23(5) għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 23(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 23(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 26

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 27

Dispożizzjoni tranżitorja

Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 għandu jibqa’ japplika għall-applikazzjonijiet sottomessi sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dan għandu japplika sal-għeluq tal-każijiet rispettivi.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-applikazzjonijiet sottomessi mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsillil

Il-President


(1)  OJ C …

(2)  OJ C …

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2019.

(4)  http://ec.europa.eu/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/towards-european-pillar-social-rights_mt.

(5)  http://eu-un.europa.eu/eu-response-2030-agenda-sustainable-development-sustainable-european-future/.

(6)  https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld.

(7)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1527774253584&uri=CELEX%3A52018DC0098

(8)  https://ec.europa.eu/commission/white-paper-future-europe-reflections-and-scenarios-eu27_mt.

(9)  https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-harnessing-globalisation_mt.

(10)  https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-future-eu-finances_mt.

(11)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Wwropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar, (COM(2013)0882 final, 13.12.2013)

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ aġġustament għall-globalizzazzjoni (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1)

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).

(15)  COM(2018)0297 final u SWD(2018)0192 final li jakkumpanjah.

(16)  SWD(2018)0171 final tal-Kummissjoni u l-anness tiegħu COM(2018)0321 final.

(17)  ĠU L […], […], p. […].

(18)  Ir-referenza trid tiġi aġġornata.

(19)  Ir-referenza trid tiġi aġġornata.

(20)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(24)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(25)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(26)  Ir-referenza għandha tiġi verifikata/aġġornata: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16).

(27)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

ANNESS

Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati għall-applikazzjonijiet tal-FET

Id-data personali (1) kollha għandha titqassam skont is-sess (mara, raġel, mhux binajru).

(1)

Indikaturi komuni tal-output dwar il-benefiċjarji

persuni qiegħda*,

persuni inattivi*,

persuni impjegati*,

persuni li jaħdmu għal rashom*,

persuni iżgħar minn 30 sena*,

persuni akbar minn 54 sena*,

persuni b’edukazzjoni sekondarja baxxa jew inqas (ISCED 0-2)*,

persuni b’edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew b’edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4)*,

persuni b’edukazzjoni terzjarja (ISCED 5-8)*,

persuni b'esperjenza professjonali ta' inqas minn sentejn,

persuni b'esperjenza professjonali ta' bejn sentejn u 10 snin,

persuni b'esperjenza professjonali ta' aktar minn 10 snin. [Em. 95]

It-total ta’ benefiċjarji għandu jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-output relatati mal-istatus tal-impjieg (2) .

Din id-data dwar il-benefiċjarji li jipparteċipaw f’miżuri kofinanzjati mill- FET se tiġi pprovduta fir-rapport finali kif speċifikat fl-Artikolu 20(1).

(2)

Indikaturi komuni tar-riżultat dwar il-benefiċjarji

il-perċentwal tal-benefiċjarji tal- FET f’impjieg (maqsuma skont it-tip ta’ kuntratt ta’ impjieg: full time/part time, fuq terminu fiss jew indefinit) u li jaħdmu għal rashom, 6 xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*,

il-perċentwal tal-benefiċjarji tal- FET li jiksbu kwalifika 6 xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*,

il-perċentwal tal-benefiċjarji tal- FET fl-edukazzjoni jew taħriġ 6 xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*.

Din id-data għandha tiġi pprovduta fir-rapport finali kif speċifikat fl-Artikolu 20(1) u għandha tinġabar permezz ta’ data pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kif ukoll minn stħarriġiet tal-benefiċjarji (kif speċifikat fl-Artikolu 20(1)d). Dik id-data għandha tkopri t-total ikkalkulat tal-benefiċjarji kif irrapportat skont l-indikaturi komuni tal-output (1). Għalhekk, il-perċentwali għandhom jirrelataw ukoll ma’ dan it-total ikkalkulat.

(3)

Indikaturi tar-riżultati komuni għall-benefiċjarji fuq żmien itwal

il-perċentwal tal-benefiċjarji tal- FET f’impjieg, inkluż persuni li jaħdmu għal rashom, 18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni speċifikat fid-deċiżjoni ta’ finanzjament*.

Din id-data għandha tkun disponibbli sa tmiem id-dsatax-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. Id-data għandha tkopri t-total ikkalkulat tal-benefiċjarji kif irrapportat skont l-indikaturi komuni tal-output (1). Għalhekk, il-perċentwali għandhom jirrelataw ukoll ma’ dan it-total ikkalkulat. Għal każijiet akbar, li jkopru aktar minn 1 000 benefiċjarju, id-data tista’ tinġabar ukoll abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv tat-total ta’ benefiċjarji kif irrapportat bħala indikatur tal-output (1).


(1)  L-awtoritajiet maniġerjali għandhom jistabbilixxu sistema li tirreġistra u taħżen id-data tal-parteċipanti individwali f'forma kompjuterizzata. L-arranġamenti għall-ipproċessar tad-data stabbiliti mill-Istati Membri għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1), b’mod partikolari l-Artikoli 4, 6 u 9 tiegħu. Id-data rrappurtata skont l-indikaturi mmarkati b’* hija data personali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar tagħha huwa meħtieġ għall-konformità mal-obbligu legali li għalih huwa suġġett il-kontrollur (l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679).

(2)  Persuna qiegħda, persuna inattiva, impjegata, persuna li taħdem għal rasha.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/324


P8_TA(2019)0020

Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (COM(2018)0382 – C8-0232/2018 – 2018/0206(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/41)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa - 1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

Skont l-Artikolu 3 tat-TUE, bit-twaqqif ta' Suq Intern, l-Unjoni qed taħdem favur ekonomija tas-suq soċjali ferm kompetittiva, bil-għan li tikseb impjiegi sħiħ u progress soċjali; tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal; kif ukoll tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni. Bi qbil mal-Artikolu 9 tat-TFUE, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta, fost l-oħrajn, mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Fis-17 ta' Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie pproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala risposta għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Dawn l-għoxrin prinċipju ewlieni huma strutturati madwar tliet kategoriji: l-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għas-suq tax-xogħol; il-kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol; u  il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali. L-għoxrin prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenħtieġ jiggwidaw l-azzjonijiet permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+). Biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-FSE+ jenħtieġ jappoġġa l-investimenti fin-nies u s-sistemi fl-oqsma ta' politika tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, u b'hekk jappoġġa l-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali skont l-Artikolu 174 tat-TFUE.

(1)

Fis-17 ta' Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie pproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala risposta għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Dawn l-għoxrin prinċipju ewlieni huma strutturati madwar tliet kategoriji: l-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għas-suq tax-xogħol; il-kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol; u  l-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali. L-għoxrin prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenħtieġ li jiggwidaw l-azzjonijiet permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+). Biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa l-investimenti fin-nies u s-sistemi fl-oqsma ta' politika tal-impjiegi, tas-servizzi pubbliċi, tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, u b'hekk jappoġġa l-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali skont l-Artikoli  174 u 175 tat-TFUE. L-azzjonijiet kollha skont l-FSE+ jenħtieġ li jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u jqisu l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità li tagħha l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha huma partijiet.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika hu l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet nazzjonali ta' riforma u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investimenti multiannwali nazzjonali tagħhom stess ħalli jappoġġaw dawn il-prijoritajiet ta' riforma. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn iservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b'mod koerenti u biex jimmassimizza l-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jasal b'mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, iċ-Ċentru Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Funzjoni u InvestEU, meta rilevanti.

(2)

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika hu l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet nazzjonali ta' riforma u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investimenti multiannwali nazzjonali tagħhom stess ħalli jappoġġaw dawn il-prijoritajiet ta' riforma. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu żviluppati bi sħubija bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluża perpsettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn iservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b'mod koerenti u biex jimmassimizza l-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jasal b'mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, iċ-Ċentru Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Funzjoni u InvestEU, meta rilevanti.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-Kunsill ta' […] adotta linji gwida riveduti għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri biex it-test jiġi allinjat mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, bil-ħsieb li titjieb il-kompetittività tal-Ewropa u ssir post aħjar għall-investiment , il-ħolqien tal-impjiegi u t-trawwim tal-koeżjoni soċjali . Biex jiżgura l-allinjament sħiħ tal-FSE+ mal-għanijiet ta' dawn il-linji gwida , b'mod partikolari fir-rigward tal-impjiegi, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, il-faqar u d-diskriminazzjoni, l-FSE+ jenħtieġ jappoġġa lill-Istati Membri, filwaqt li jqis il-Linji Gwida Integrati u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u l-Artikolu 148(4) tat-TFUE u,  meta xieraq, fil-livell nazzjonali, mal-programmi nazzjonali ta' riforma mirfuda bi strateġiji nazzjonali. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi wkoll għall-aspetti rilevanti tal-implimentazzjoni ta' inizjattivi u attivitajiet ewlenin tal-Unjoni, b'mod partikolari “l-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa” u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti u inizjattivi oħra bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-Perkors ta' Titjib tal-Ħiliet u dwar l-Integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul.

(3)

Il-Linji Gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri adottati mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 148(2) tat-TFUE, jiġifieri: l-għoti ta' spinta lid-domanda għax-xogħol; it-tisħiħ tal-provvista tal-ħaddiema: l-aċċess għall-impjiegi, il-ħiliet u l-kompetenzi; it-tisħiħ tal-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u l-effettività tad-djalogu soċjali u l-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd, it-trawwim tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inklużi servizzi pubbliċi mtejba fil-qasam tas-saħħa u f'oqsma oħrajn, flimkien mal-linji gwidi ekonomiċi wiesgħa adottati f'konformità mal-Artikolu 121(2) TFUE jifformaw parti mil-Linji Gwida Integrati li jsostnu l-istrateġija Ewropa 2020. Il-Kunsill ta' […] adotta linji gwida riveduti għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri biex jiġu allinjati mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, bil-ħsieb li jistimolaw il-ħolqien tal-impjiegi u jrawmu l-koeżjoni soċjali, sabiex b'hekk titjieb il-kompetittività tal-Ewropa u  l-Unjoni ssir post aħjar għall-investiment. Biex jiżguraw l-allinjament sħiħ tal-FSE+ mal-għanijiet tal-Linji Gwida għall-politiki dwar l-impjiegi, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprogrammaw l-appoġġ skont l-FSE+ li jkun rilevanti għalihom , filwaqt li jqisu dawk il-Linji Gwida , kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 148(4) u l-Artikolu 121(2) tat-TFUE u, fil-livell nazzjonali, mal-aspetti tal-impjieg u soċjali tal-programmi nazzjonali ta' riforma mirfuda bi strateġiji nazzjonali. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi wkoll għall-aspetti rilevanti tal-implimentazzjoni ta' inizjattivi u attivitajiet ewlenin tal-Unjoni, b'mod partikolari “l-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa” u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti oħrajn u inizjattivi oħra bħal L-Investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ, il-Perkors ta' Titjib tal-Ħiliet, dwar l-Integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul , Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships u l-Apprendistati u l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi .

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Fl-20 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill approva r-risposta tal-Unjoni għall-“Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU” – futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza li jinkiseb żvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b'mod bilanċjat u integrat. Hu vitali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fl-oqsma ta' politika interna u esterna tal-Unjoni kollha, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi dinjin. Il-Kunsill laqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli” tat-22 ta' Novembru 2016 bħala l-ewwel pass għall-integrazzjoni tal-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju ta' gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż bl-istrumenti finanzjarji tagħha.

(4)

Fl-20 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill approva r-risposta tal-Unjoni għall-“Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU” – futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza li jinkiseb żvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b'mod bilanċjat u integrat. Hu vitali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fl-oqsma ta' politika interna u esterna tal-Unjoni kollha, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi dinjin. Il-Kunsill laqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli” tat-22 ta' Novembru 2016 bħala l-ewwel pass għall-integrazzjoni tal-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju ta' gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż bl-istrumenti finanzjarji tagħha. L-FSE+ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli billi, fost l-oħrajn, jeqred il-forom estremi ta' faqar (għan 1); jippromwovi edukazzjoni ta' kwalità u inklużiva (għan 4); jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi (għan 5); jippromwovi tkabbir ekonomiku kontinwu, inklużiv u sostenibbli, impjieg sħiħ u produttiv u xogħol diċenti għal kulħadd (għan 8); u jnaqqas l-inugwaljanza (għan 10).

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

B'kont meħud tal-Karta Soċjali Ewropea ffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961, jenħtieġ li fl-għanijiet tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkollhom il-promozzjoni tal-impjiegi, kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol imtejba, bil-għan li jkun hemm livelli għolja ta' impjieg fit-tul u li tiġi miġġielda l-esklużjoni, f'konformità mal-Artikolu 151 tat-TFUE.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

Għad hemm bosta sfidi soċjali fis-soċjetà Ewropea. Aktar minn 100 miljun persuna qed jgħixu fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali, il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa aktar mid-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad u tinħtieġ integrazzjoni aħjar taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Dawn l-isfidi mhux biss jipperikolaw il-benesseri taċ-ċittadini milquta direttament, iżda jpoġġu pressjoni ekonomika u soċjali fuq is-soċjetà Ewropea kollha kemm hi.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

L-Unjoni qed tiffaċċja sfidi strutturali minħabba l-globalizzazzjoni ekonomika, il-ġestjoni tal-flussi migratorji , iż-żieda fit-theddid tas-sigurtà , it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, il-bidla teknoloġika, it-tixjiħ dejjem iżjed tal-forza tax-xogħol, u n-nuqqas dejjem aktar ta' ħiliet u ħaddiema f'xi setturi u reġjuni, imġarrba l-iżjed mill-SMEs. Filwaqt li tikkunsidra r-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tkun ippreparata għall-isfidi attwali u futuri billi tinvesti fil-ħiliet rilevanti, tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u ttejjeb il-politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali, inkluż fid-dawl tal-mobbiltà tal-ħaddiema .

(5)

L-Unjoni qed tiffaċċja sfidi strutturali minħabba l-globalizzazzjoni ekonomika, l-inugwaljanzi soċjali, il-ġestjoni tal-flussi migratorji u l-isfidi ta' integrazzjoni relatati , it-tranżizzjoni ġusta lejn enerġija nadifa, il-bidla teknoloġika , it-tnaqqis demografiku, il-qgħad b'mod ġenerali u l-qgħad fost iż-żgħażagħ , it-tixjiħ dejjem iżjed tas-soċjetà u tal-forza tax-xogħol, u n-nuqqas dejjem aktar ta' ħiliet u  ta' ħaddiema f'xi setturi u reġjuni, imġarrba l-iżjed mill-SMEs. Filwaqt li tikkunsidra r-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tkun ippreparata għall-isfidi attwali u futuri billi tinvesti fil-ħiliet rilevanti , l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja , tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u ttejjeb il-kompetenzi u l-għarfien, il-politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali, inkluż fid-dawl tal-mobbiltà professjonali taċ-ċittadini tal-Unjoni u tindirizza ż-żieda fl-inugwaljanzi tas-saħħa bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom .

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru […] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), u jistabbilixxi b'mod partikolari l-għanijiet ta' politika u r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati b'ġestjoni kondiviża. Għalhekk hemm bżonn jiġu speċifikati l-għanijiet ġenerali tal-FSE+, u jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta' attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE+.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru […] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), u jistabbilixxi b'mod partikolari l-għanijiet ta' politika u r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati b'ġestjoni kondiviża. Għalhekk hemm bżonn jiġu speċifikati l-għanijiet ġenerali tal-FSE+ u l-koordinazzjoni tiegħu ma' fondi oħrajn , u jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta' attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE+.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist, l-implimentazzjoni indiretta, l-assistenza finanzjarja, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji. Biex tkun żgurata koerenza fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni, ir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ jiġi applikat għall-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b'ġestjoni diretta jew indiretta permezz tal-FSE+.

(7)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist, l-implimentazzjoni indiretta, l-assistenza finanzjarja, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji u s-sinerġiji bejn l-istrumenti finanzjarji . Biex tkun żgurata koerenza fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni, ir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ jiġi applikat għall-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b'ġestjoni diretta jew indiretta permezz tal-FSE+. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-objettivi operattivi u jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-azzjonijiet eliġibbli li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE+ fi ħdan ġestjoni diretta u indiretta.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni permezz tar-Regolament jenħtieġ jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jilħqu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Għall-għotjiet, dan jenħtieġ iqis l-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju Biex jiġu implimentati miżuri marbuta mal-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, u skont l-Artikolu 88 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, il-Kummissjoni tista' tirrimborża lill-Istati Membri li jużaw alternattivi ssimplifikati tal-ispejjeż, inkluż l-użu ta' somom f'daqqa.

(8)

It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni permezz tar-Regolament jenħtieġ jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jilħqu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Għall-għotjiet, dan jenħtieġ iqis l-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju Biex jiġu implimentati miżuri marbuta mal-inklużjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, u skont l-Artikolu 88 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, il-Kummissjoni tista' tirrimborża lill-Istati Membri li jużaw alternattivi ssimplifikati tal-ispejjeż, inkluż l-użu ta' somom f'daqqa.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Biex jiġi razzjonalizzat u ssimplifikat ix-xenarju ta' finanzjament u jinħolqu opportunitajiet addizzjonali għal sinerġiji permezz ta' approċċi ta' finanzjament integrati, l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“FEAD”), mill-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea u mill-Programm għall-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa jenħtieġ jiġu integrati fl-FSE+. Għalhekk jenħtieġ li l-FSE+ ikun jinkludi tliet fergħat: il-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa. Dan jenħtieġ jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-piż finanzjarju marbut mal-ġestjoni ta' fondi differenti, b'mod partikolari għall-Istati Membri, filwaqt li jżomm regoli aktar sempliċi għal operazzjonijiet aktar sempliċi bħad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika.

(9)

Biex jiġi razzjonalizzat u ssimplifikat ix-xenarju ta' finanzjament u jinħolqu opportunitajiet addizzjonali għal sinerġiji permezz ta' approċċi ta' finanzjament integrati, l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“FEAD”), mill-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea u mill-Programm għall-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa jenħtieġ jiġu integrati fl-FSE+. Għalhekk jenħtieġ li l-FSE+ ikun jinkludi tliet fergħat: il-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa taħt ġestjoni diretta u indiretta . Dan jenħtieġ jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-piż finanzjarju marbut mal-ġestjoni ta' fondi differenti, b'mod partikolari għall-Istati Membri u l-benefiċjarji , filwaqt li jżomm regoli aktar sempliċi għal operazzjonijiet aktar sempliċi bħad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Fid-dawl ta' dan il-kamp ta' applikazzjoni usa' tal-FSE+, jixraq jiġi previst li l-għanijiet biex titjieb l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol u jkun promoss aċċess għal impjiegi ta' kwalità, biex jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ u jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u s-saħħa, u biex jonqos l-faqar , ma jkunux implimentati biss b'ġestjoni kondiviża, iżda anki b'ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għall-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-Unjoni.

(10)

L-Unjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri billi tħeġġeġ il-kooperazzjoni u billi tikkomplementa l-azzjoni tagħhom. Fid-dawl ta' dan il-kamp ta' applikazzjoni usa' tal-FSE+, jixraq jiġi previst li l-għanijiet biex tittejjeb l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol inklużivi, miftuħa u ġusti għall-ġeneri kollha u jkun promoss aċċess għal impjiegi ta' kwalità, biex jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ , tiġi megħjuna r-riintegrazzjoni fis-sistemi edukattivi u jitħeġġeġ it-tagħlim tul il-ħajja, u jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u s-saħħa, u biex jinqered il-faqar ikomplu jiġu implimentati prinċipalment b'ġestjoni kondiviża, u fejn xieraq, jiġu kkomplementati b'ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għall-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

L-integrazzjoni tal-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa mal-FSE+ se toħloq ukoll sinerġiji bejn l-iżviluppi u l-ittestjar ta' inizjattivi u politiki li jtejbu l-effikaċja, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa żviluppati mill-fergħa tas-Saħħa tal-Programm tal-FSE+ u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri bl-għodod provduti mill-fergħat l-oħra tar-Regolament dwar l-FSE+.

(11)

L-integrazzjoni tal-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa mal-FSE+ se toħloq ukoll sinerġiji bejn l-iżviluppi u l-ittestjar ta' inizjattivi u politiki li jtejbu l-effikaċja, l-aċċessibbiltà, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa żviluppati mill-fergħa tas-Saħħa tal-Programm tal-FSE+ u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali bl-għodod provduti mill-fergħat l-oħra tar-Regolament dwar l-FSE+.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-FSE+. Jenħtieġ li partijiet minn dan il-pakkett finanzjarju jintużaw għal azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b'ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa .

(12)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-FSE+. Dan għandu jispeċifika l-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża u l-allokazzjonijiet għal azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b'ġestjoni diretta u indiretta.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Jenħtieġ li l-FSE+ ikollu l-għan li jippromwovi l-impjiegi b'interventi attivi li jippermettu r-(ri)integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, speċjalment għaż-żgħażagħ, il-persuni qiegħda fit-tul u  l-persuni inattivi, kif ukoll permezz ta' promozzjoni tal-impjiegi indipendenti u l-ekonomija soċjali. Il-FSE+ jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-swieq tax-xogħol billi jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi ħalli jitjiebu l-kapaċitajiet tagħhom li jipprovdu pariri u gwida mmirati u intensifikati waqt it-tiftix tal-impjiegi u t-tranżizzjoni għax-xogħol u biex titjieb il-mobbiltà tal-ħaddiema. Il-FSE+ jenħtieġ jippromwovi s-sehem tan-nisa fis-suq tax-xogħol permezz ta' miżuri bil-għan li jiżguraw, fost l-oħrajn, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja u l-aċċess għall-indukrar tat-tfal. L-FSE+ jenħtieġ ukoll li jkollu l-għan li jipprovdi ambjent lavorattiv san u adattat sew biex iwieġeb għar-riskji tas-saħħa relatati ma' forom tax-xogħol li qed jinbidlu u l-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol li qed tixjieħ.

(13)

Jenħtieġ li l-FSE+ , f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, ikollu l-għan li jippromwovi l-impjiegi b'interventi attivi li jippermettu l-integrazzjoni u r-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol, speċjalment għaż-żgħażagħ, il-persuni qiegħda fit-tul , il-persuna li jipprovdu kura, l-kategoriji ekonomikament inattivi u żvantaġġati , kif ukoll permezz tal-promozzjoni tal-impjiegi indipendenti , tal-imprenditorjat, u l-ekonomija soċjali. Il-FSE+ jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb il-politiki dwar l-impjiegi u l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol billi jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi ħalli jitjiebu l-kapaċitajiet tagħhom li jipprovdu pariri u gwida mmirati, intensifikati u personalizzati, fejn ikun xieraq, waqt it-tiftix tal-impjiegi u t-tranżizzjoni għax-xogħol , b'attenzjoni speċjali għall-kategoriji żvantaġġati u biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-ħaddiema , u biex jipprovdu s-servizz tagħhom b'mod mhux diskriminatorju . Il-FSE+ jenħtieġ jippromwovi s-sehem tan-nisa fis-suq tax-xogħol permezz ta' miżuri bil-għan li jiżguraw, fost l-oħrajn, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja u l-aċċess faċli għall-indukrar tat-tfal , għall-kura tal-anzjani u għal servizzi oħra ta' kura ta' kwalità affordabbli jew bla ħlas jew appoġġ ta' kwalità għolja . L-FSE+ jenħtieġ ukoll li jkollu l-għan li jipprovdi ambjent tax-xogħol sikur, san u adattat sew biex iwieġeb għar-riskji tas-saħħa relatati max-xogħol kif ukoll ma' forom tax-xogħol li qed jinbidlu u l-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol li qed tixjieħ. L-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa wkoll miżuri li għandhom l-għan li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għall-impjieg.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Sabiex jappoġġa u jiġi sfruttat il-potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi fl-ekonomija soċjali, l-FSE+ jenħtieġ li jgħin biex itejjeb l-integrazzjoni tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fi pjanijiet nazzjonali għall-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali, kif ukoll il-programmi ta' riforma nazzjonali tiegħu. Id-definizzjoni ta' intrapriża tal-ekonomija soċjali jenħtieġ li ssegwi d-definizzjonijiet fil-liġijiet dwar l-ekonomija soċjali tal-Istati Membri kif ukoll fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni ta' żvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Jenħtieġ li l-FSE+ jipprovdi appoġġ biex jitjiebu l-kwalità, l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex tiġi ffaċilitata l-kisba ta' kompetenzi ewlenin, l-aktar b'rabta mal-ħiliet diġitali li kull individwu jeħtieġ għas-sodisfazzjon u l-iżvilupp personali, l-impjieg, l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva. L-FSE+ jenħtieġ jgħin fil-progressjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fit-tranżizzjoni għax-xogħol, jappoġġa t-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà, u jikkontribwixxi għall-kompetittività u l-innovazzjoni ekonomika u soċjetali billi jappoġġa inizjattivi skalabbli u sostenibbli f'dawn l-oqsma. Dan jista' jinkiseb pereżempju permezz ta' tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u apprendistati, iggwidar tul il-ħajja, antiċipazzjoni tal-ħiliet b'koperazzjoni mal-industrija , materjali aġġornati tat-taħriġ, previżjonijiet u monitoraġġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati, taħriġ tal-edukaturi, validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u rikonoxximent tal-kwalifiki.

(14)

Billi l-ESF+ huwa l-istrument ewlieni tal-Unjoni ddedikat għall-impjieg u l-ħiliet, u l-inklużjoni soċjali, huwa essenzjali li jkun jista' jikkontribwixxi għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, madwar l-Unjoni kollha. Għal dak il-għan, jenħtieġ li huwa jipprovdi appoġġ biex jitjiebu l-kwalità, in-natura mhux diskriminatorja, l-aċċessibbiltà, l-inklużività, l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex tiġi ffaċilitata l-kisba ta' kompetenzi ewlenin, l-aktar b'rabta mal-ħiliet lingwistiċi, ta' intraprenditorija u diġitali , inklużi ħiliet dwar il-protezzjoni tad-data u l-governanza tal-informazzjoni, li kull individwu jeħtieġ għas-sodisfazzjon u l-iżvilupp personali, l-impjieg, l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva . Fil-każ ta' persuni qiegħda fit-tul u ta' persuni bi sfond soċjali żvantaġġat, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali sabiex dawn jingħataw is-setgħa . L-FSE+ jenħtieġ li jgħin fil-progressjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fit-tranżizzjoni għax-xogħol u r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol , jappoġġa t-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà ta' kulħadd , u jikkontribwixxi għall-inklużività, il-kompetittività, it-tnaqqis tas-segregazzjoni orizzontali u vertikali u l-innovazzjoni ekonomika u soċjetali billi jappoġġa inizjattivi skalabbli u sostenibbli f'dawn l-oqsma. Dan jista' jinkiseb pereżempju permezz ta' investimenti fl-edukazzjoni vokazzjonali, tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u apprendistati , b'enfasi partikolari fuq is-sistema duwali ppruvata b'suċċess li tikkombina t-tagħlim mal-esperjenza tax-xogħol , l-iggwidar tul il-ħajja, l-antiċipazzjoni tal-ħiliet b'koperazzjoni mas-sħab soċjali , materjali aġġornati tat-taħriġ, previżjonijiet u monitoraġġ tal-perkorsi tal-gradwati, taħriġ tal-edukaturi, appoġġ għat-tagħlim formali u informali, validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u rikonoxximent tal-kwalifiki. L-FSE+ jenħtieġ li jippromwovi wkoll l-aċċess tal-minoranzi għall-professjoni tal-għalliema, filwaqt li jimmira lejn integrazzjoni aħjar tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma, il-minoranzi u l-migranti.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

L-FSE+ jenħtieġ li jipprovdi appoġġ għall-miżuri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom l-għan li jeradikaw il-faqar enerġetiku u li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika tal-bini fost unitajiet domestiċi vulnerabbli, inklużi dawk affettwati mill-faqar enerġetiku u, fejn xieraq, fl-akkomodazzjoni soċjali, f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali” u f'konformità mar-Regolament (XX/XX) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Unjoni tal-Enerġija fil-Governanza u d-Direttiva (XX/XX) tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)

Fil-ġejjieni jenħtieġ li l-fondi mill-FSE+ lill-Istati Membri jkunu marbuta mal-għoti ta' prova ta' parteċipazzjoni effikaċi fi proġetti relatati mal-introduzzjoni jew mat-tisħiħ, fil-kuntest tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, tas-sistema duwali ta' tagħlim li tikkombina t-tagħlim mal-esperjenza tax-xogħol.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

L-appoġġ permezz tal-FSE+ jenħtieġ jintuża biex jippromwovi l-aċċess indaqs għal kulħadd, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, inklużivi u mhux segregati, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija sal-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali u li jibqa' sejjer sal-livell terzjarju u l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, biex titrawwem il-permeabbiltà bejn is-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ikun evitat it-tluq bikri mill-iskola, jitjieb il-litteriżmu dwar is-saħħa, jissaħħu r-rabtiet mat-tagħlim mhux formali u informali, u tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd. F'dan il-kuntest jenħtieġ jiġu appoppati s-sinerġiji mal-programm Erasmus , l-aktar biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' studenti żvantaġġati fil-mobilità tat-tagħlim.

(15)

L-appoġġ permezz tal-FSE+ jenħtieġ jintuża biex jippromwovi l-aċċess indaqs għal kulħadd, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, inklużivi u mhux segregati, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija , b'attenzjoni speċjali għat-tfal bi sfond soċjali żvantaġġat, bħat-tfal f'kura istituzzjonali u t-tfal bla dar, sal-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali u li jibqa' sejjer sal-livell terzjarju u r-riintegrazzjoni fis-sistema edukattiva u l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, biex jiġi evitat li l-faqar jiġi trażmess minn ġenerazzjoni għall-oħra, biex titrawwem il-permeabbiltà bejn is-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jitnaqqas u jkun evitat it-tluq bikri mill-iskola u l-esklużjoni soċjali , jitjieb il-litteriżmu dwar is-saħħa, jissaħħu r-rabtiet mat-tagħlim mhux formali u informali, u tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd. Jenħtieġ li dawk il-forom ta' tagħlim informali ma jeħdux post l-aċċess għall-edukazzjoni regolari, b'mod partikolari l-edukazzjoni preprimarja u primarja. F'dan il-kuntest jenħtieġ li jiġu stabbiliti s-sinerġiji , il-komplementarjetà u l-koerenza tal-politiki mal-programm Erasmus sabiex l-istudenti żvantaġġati jkunu jistgħu jintlaħqu u jitħejjew b'mod xieraq u attiv għal esperjenzi ta' mobbiltà f'pajjiżi barranin u tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-mobilità tat-tagħlim transfruntiera .

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

L-appoġġ skont il-prijorità ta' investiment “żvilupp lokali mmexxi mill-komunità” jikkontribwixxi għall-objettivi kif stabbilit f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-istrateġiji ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità bl-appoġġ tal-FSE+ ikunu inklużivi fir-rigward ta' persuni żvantaġġati preżenti fit-territorju, kemm f'termini ta' governanza tal-grupp ta' azzjoni lokali u wkoll f'termini ta' kontenut tal-istrateġija. L-FSE jenħteiġ li jkun jista' jagħti appoġġ lill-istrateġiji ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità fiż-żoni urbani u rurali, kif ukoll lill-investimenti territorjali integrati (ITI).

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)

Il-valur miżjud tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni jinsab partikolarment fl-approċċ ta' dimensjoni territorjali bbażata fuq il-post, fil-governanza f'diversi livelli, fl-ippjanar pluriennali u fl-għanijiet kondiviżi u li jistgħu jitkejlu, fl-approċċ ta' żvilupp integrat u fil-konverġenza lejn l-istandards Ewropej fil-kapaċitajiet amministrattivi.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 15c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15c)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija prinċipju vinkolanti fil-fażijiet kollha ta' programmazzjoni, mit-tfassil tal-prijoritajiet tal-programmi operazzjonali sal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u li l-azzjonijiet ewlenin għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jirċievu appoġġ.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 15d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15d)

Il-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa skemi edukattivi li joffru lill-adulti livell baxx ta' ħiliet il-possibbiltà li jiksbu livell minimu ta' litteriżmu, numeriżmu u kompetenza diġitali f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti  (1a) .

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

L-FSE+ jenħtieġ jippromwovi opportunitajiet flessibbli ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd, l-aktar tal-ħiliet diġitali u teknoloġiji abilitanti ewlenin, biex il-persuni jiksbu l-ħiliet adattati għad-diġitalizzazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u l-bidla soċjali u ekonomika, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet u l-mobbiltà tal-karrieri , u jiġu appoġġati b'mod partikolari l-adulti b'livell baxx ta' ħiliet u/jew b'livell baxx ta' kwalifiki, b'konformità mal-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa.

(16)

L-FSE+ jenħtieġ jippromwovi opportunitajiet flessibbli ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd , filwaqt li jqis l-isfidi ta' gruppi soċjali żvantaġġati differenti, l-aktar tal-ħiliet intraprenditorjali u diġitali u teknoloġiji abilitanti ewlenin, biex il-persuni u l-komunitajiet lokali jiksbu l-ħiliet , il-kompetenzi u l-għarfien adattati għad-diġitalizzazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u l-bidla soċjali u ekonomika , bħal dawk ikkawżati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju , jiġu ffaċilitati t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg u l-mobbiltà, u jiġu appoġġati b'mod partikolari l-persuni b'livell baxx ta' ħiliet , il-persuni b'diżabilità u/jew l-adulti b'livell baxx ta' kwalifiki, b'konformità mal-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa u f'koordinazzjoni u komplementarjetà mal-Programm Ewropa Diġitali .

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Is-sinerġiji mal-programm Orizzont Ewropa jenħtieġ jiżguraw li l-FSE+ jkun jista' jintegra u jsaħħaħ il-kurrikuli innovattivi appoġġati mill-Orizzont Ewropa ħalli n-nies jingħataw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi tal-futur.

(17)

Is-sinerġiji mal-programm Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li l-FSE+ jkun jista' jintegra u jsaħħaħ il-kurrikuli innovattivi appoġġati mill-Orizzont Ewropa ħalli n-nies jingħataw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-iżvilupp personali u professjonali tagħhom u għall-impjiegi tal-futur u ħalli jiġu indirizzati l-isfidi attwali u futuri tas-soċjetà . Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura sinerġiji bejn il-Fergħa tas-Saħħa u l-programm Orizzont Ewropa sabiex tingħata spinta lir-riżultati miksuba fil-qasam tal-protezzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Is-sinerġiji mal-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jenħtieġ li jiżguraw li l-FSE+ ikun jista' jintegra u jintensifika l-azzjonijiet biex jiġu evitati u miġġielda d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-anti-Semitiżmu u l-iżlamofobija u forom oħra ta' intolleranza, kif ukoll li jiddedika azzjonijiet speċifiċi biex jiġu evitati l-mibegħda, is-segregazzjoni u l-istigmatizzazzjoni, inklużi l-bullying, il-fastidju u t-trattament intolleranti.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)

Is-sinerġiji maħluqa bis-saħħa tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, anke f'livell reġjonali u transfruntier, ħolqu wkoll proġetti ta' kooperazzjoni għat-titjib tal-impjiegi, l-inklużjoni tas-sezzjonijiet l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni, l-isfidi demografiċi, is-saħħa u l-edukazzjoni, mhux biss fl-Unjoni iżda wkoll ma' pajjiżi li jinsabu fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni u pajjiżi ġirien, fejn il-kooperazzjoni tal-Unjoni tagħti valur miżjud. L-FSE+ għandu jtejjeb il-finanzjament ta' dan it-tip ta' proġetti kif ukoll jiżgura t-trasferiment tal-għarfien bejniethom u l-proċess leġiżlattiv biex itejjeb il-qafas regolatorju Ewropew kif ukoll l-iskambju ta' prattiki tajbin bejn it-territorji tal-Unjoni.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-faqar ħalli jkissru ċ-ċiklu ta' żvantaġġi minn ġenerazzjoni għal oħra, u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jiżguraw opportunitajiet indaqs għal kulħadd, jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jindirizzaw l-inugwaljanzi tas-saħħa. Dan ifisser li tiġi mobilizzata firxa ta' politiki mmirati għall-aktar persuni fil-bżonn tkun xi tkun l-età tagħhom, fosthom it-tfal, il-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma, u l-ħaddiema foqra. Jenħtieġ li l-FSE+ jippromwovi l-inklużjoni attiva tal-persuni li mhumiex fis-suq tax-xogħol ħalli tkun żgurata l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom. Jenħtieġ li l-FSE+ jintuża wkoll biex jitjieb l-aċċess fil-ħin u indaqs għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja bħall-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, b'mod partikolari s-servizzi tal-kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali b'mod partikolari biex tiġi promossa l-aċċessibbiltà tagħhom.

(18)

Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri fil-livelli kollha tal-gvern inkluż fil-livell reġjonali u lokali biex jeqirdu l-faqar, inkluż il-faqar enerġetiku kif previst fir-regoli l-ġodda miftiehma dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija [issostitwixxi n-numru tar-Regolament ladarba jiġi ppubblikat] , ħalli jkissru ċ-ċiklu ta' żvantaġġi minn ġenerazzjoni għal oħra, u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jiżguraw opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inaqqsu l-ostakoli, jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjali u tas-saħħa. Dan ifisser ukoll, iżda mhux biss, li tiġi mobilizzata firxa ta' politiki u strateġiji proattivi u reattivi mmirati għall-aktar persuni fil-bżonn tkun xi tkun l-età tagħhom, fosthom it-tfal, il-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma , il-persuni b'diżabbiltà, il-persuni bla dar, iċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, inklużi l-migranti u l-ħaddiema foqra. Jenħtieġ li l-FSE+ jippromwovi l-inklużjoni attiva tal-persuni li mhumiex fis-suq tax-xogħol ħalli tkun żgurata l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom , inkluż permezz ta' appoġġ immirat għall-ekonomija soċjali . L-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-azzjonijiet tal-FSE+ li jikkomplementaw miżuri nazzjonali f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol  (1a) , inklużi miżuri ta' għajnuna għal introjtu adegwat. Jenħtieġ li l-FSE+ jintuża wkoll biex itejjeb l-aċċess fil-ħin u indaqs għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja bħall-kura tas-saħħa ffukata fuq il-persuni, il-kura relatata u l-kura fit-tul, b'mod partikolari s-servizzi tal-kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità u s-servizzi li jiggwidaw l-aċċess għal servizzi ta' akkomodazzjoni soċjali adegwata u affordabbli . Dan jinkludi servizzi ta' promozzjoni tas-saħħa u ta' prevenzjoni tal-mard bħala parti mis-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali b'mod partikolari biex tiġi promossa l-aċċessibbiltà , l-inklużività u l-effettività tagħhom fl-indirizzar tar-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol . L-FSE jenħtieġ li jindirizza wkoll il-faqar rurali li jirriżulta mill-iżvantaġġi speċifiċi taż-żoni rurali, bħal sitwazzjoni demografika mhux favorevoli, suq tax-xogħol dgħajjef, aċċess limitat għas-servizzi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jew servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi biex jonqos il-faqar billi jappoġġa l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ li għandhom l-għan li jtaffu l-privazzjoni alimentari u materjali u jippromwovu l-integrazzjoni soċjali tal-persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali u dawk l-aktar fil-bżonn. Bil-ħsieb li mill-inqas 4 % tar-riżorsi tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fil-livell tal-Unjoni jappoġġaw lill-aktar persuni fil-bżonn, l-Istati Membri jenħtieġ jallokaw għall-inqas 2 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jindirizzaw il-forom tal-faqar estrem bl-akbar impatt tal-esklużjoni soċjali, bħan-nuqqas ta' akkomodazzjoni, il-faqar tat-tfal u l-privazzjoni alimentari. Minħabba n-natura tal-operazzjonijiet u t-tip ta' riċevituri finali, jenħtieġ jiġu applikat regoli aktar sempliċi għall-appoġġ li jindirizzata l-privazzjoni materjali tal-aktar persuni fil-bżonn.

(19)

Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi biex jinqered il-faqar billi jappoġġa l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ li għandhom l-għan li jtaffu l-privazzjoni alimentari u materjali u jippromwovu l-integrazzjoni soċjali tal-persuni foqra jew fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali u dawk l-aktar fil-bżonn. L-Istati Membri jenħtieġ jallokaw għall-inqas 3 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jiġġieldu l-forom tal-faqar estrem bl-akbar impatt tal-esklużjoni soċjali, bħan-nuqqas ta' akkomodazzjoni, il-faqar tat-tfal , il-faqar fix-xjuħija u l-privazzjoni alimentari. Minħabba n-natura tal-operazzjonijiet u t-tip ta' riċevituri finali, jenħtieġ jiġu applikati l-aktar regoli sempliċi possibbli għall-appoġġ li jindirizza l-privazzjoni materjali tal-aktar persuni fil-bżonn.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)

L-FSE+ jenħtieġ li jkollu l-għan li jindirizza l-faqar fost in-nisa anzjani madwar l-Unjoni, filwaqt li jqis li d-diskrepanza fil-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa, li hija ta' 40 %, tikkostitwixxi riskju akut għal-livelli li qed jiħżienu tal-faqar fost in-nisa anzjani, speċjalment dawk li jgħixu mingħajr sieħeb, u b'hekk qed issegwi l-impenji li saru fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2015 dwar “Opportunitajiet ta' dħul ugwali għan-nisa u l-irġiel: Intemmu d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u l-irġiel”  (1a) . Il-faqar fost in-nisa anzjani huwa aggravat ukoll mill-ispejjeż li qed jiżdiedu għall-kura tas-saħħa u l-mediċini li l-pazjenti anzjani jkollhom iħallsu minn buthom, speċjalment nisa li jqattgħu proporzjon matul il-ħajja tagħhom morda akbar mill-irġiel l-aktar minħabba stennija tal-għomor itwal.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b)

Biex jiġġieled kontra l-faqar u sabiex itejjeb l-inklużjoni soċjali, l-FSE+ jenħtieġ li jippromwovi l-parteċipazzjoni attiva tal-NGOs speċjalizzati, kif ukoll ta' organizzazzjonijiet ta' persuni li jgħixu fil-faqar, kemm fit-tħejjija kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Fid-dawl tal-ħtieġa persistenti li jiżdiedu l-isforzi li jindirizzaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji fl-Unjoni kollha kemm hi u biex ikun żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għall-isforzi ta' solidarjetà u ta' qsim tar-responsabbiltà, l-FSE+ jenħtieġ jipprovdi appoġġ li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi b'mod kumplimentarju għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil.

(20)

Fid-dawl tal-ħtieġa persistenti li jiżdiedu l-isforzi li jindirizzaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji fl-Unjoni kollha kemm hi u biex ikun żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għall-isforzi ta' solidarjetà u ta' qsim ġust tar-responsabbiltà, l-FSE+ jenħtieġ jipprovdi appoġġ li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi , inklużi migranti, li jista' jinkludi inizjattivi fil-livell lokali, b'mod kumplimentarju għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil , mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dawk il-fondi li jista' jkollhom effett pożittiv fuq l-inklużjoni taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi .

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni tal-FSE+ jenħtieġ li jikkoordinaw mal-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri biex jimmaniġġjaw l-interventi tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil sabiex jippromwovu l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-livelli kollha bl-aħjar mod possibbli permezz ta' strateġiji implimentati l-aktar mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi u bl-aktar miżuri xierqa mfassla għas-sitwazzjoni partikolari taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' integrazzjoni jenħtieġ li jiffoka fuq ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru jew fejn ikun xieraq fil-proċess ta' akkwist ta' residenza legali fi Stat Membru, inklużi benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa riformi tal-politiki u tas-sistemi fl-oqsma tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, il-kura tas-saħħa u fit-tul, u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Biex jissaħħaħ l-allinjament mas-Semestru Ewropew, l-Istati Membri jenħtieġ jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-isfidi strutturali li jixraq jiġu indirizzati b'investimenti multiannwali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw koerenza, koordinazzjoni u kumplimentarjetà bejn il-fergħat b'ġestjoni kondiviża u tas-Saħħa tal-FSE+ u l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku. B'mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ jiżguraw li f'kull stadju tal-proċess issir koordinazzjoni effettiva ħalli jkunu żgurati l-konsistenza, il-koerenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija fost is-sorsi tal-finanzjament, inkluż l-assistenza teknika tagħha.

(21)

Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa riformi tal-politiki u tas-sistemi fl-oqsma tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, il-qerda tal-faqar, il-kura tas-saħħa u fit-tul, u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Biex jissaħħaħ l-allinjament mas-Semestru Ewropew, l-Istati Membri jenħtieġ jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-isfidi strutturali, li jixraq jiġu indirizzati b'investimenti multiannwali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiżguraw koerenza, koordinazzjoni u kumplimentarjetà bejn il-fergħat b'ġestjoni kondiviża u tas-Saħħa tal-FSE+ u l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku. B'mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ jiżguraw li f'kull stadju tal-proċess issir koordinazzjoni effettiva ħalli jkunu żgurati l-konsistenza, il-koerenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija fost is-sorsi tal-finanzjament, inkluż l-assistenza teknika tagħha , filwaqt li jitqiesu l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali skont is-Semestru Ewropew, l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO, u l-ispeċifiċitajiet reġjonali biex b'hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-TFUE fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali .

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)

B'kunsiderazzjoni tad-diversità tal-livell ta' żvilupp fir-reġjuni u r-realtajiet soċjali differenti madwar l-Unjoni, il-grad ta' flessibbiltà tal-FSE+ jenħtieġ li jkun biżżejjed biex iqis l-ispeċifiċitajiet reġjonali u territorjali.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Biex ikun żgurat li d-dimensjoni soċjali tal-Ewropa kif stabbilita fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tingħata spinta 'l quddiem kif xieraq u li ammont minimu tar-riżorsi jkun immirat għall-aktar persuni fil-bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jallokaw mill-inqas 25 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex irawmu l-inklużjoni soċjali.

(22)

Biex ikun żgurat li d-dimensjoni soċjali tal-Ewropa kif stabbilita fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tingħata spinta 'l quddiem kif xieraq u li ammont minimu tar-riżorsi jkun immirat għall-aktar persuni fil-bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jallokaw mill-inqas 27 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex irawmu l-inklużjoni soċjali u l-qerda tal-faqar . Dak il-perċentwal jenħtieġ li jkun komplementarji għar-riżorsi nazzjonali biex jiġi indirizzat il-faqar estrem.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)

L-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC), li tikkostitwixxi l-istandard fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. Il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal hija objettiv espliċitu tal-politiki tal-Unjoni (Artikolu 3 tat-Trattat ta' Lisbona), u l-Karta tirrikjedi li l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-ewwel kunsiderazzjoni fl-azzjonijiet kollha tal-Unjoni. L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu xieraq tal-FSE+ biex jiksru ċ-ċiklu ta' żvantaġġ għat-tfal li jgħixu fil-faqar u f'esklużjoni soċjali, kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-Investiment fit-Tfal. L-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet li jippromwovu interventi effettivi li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b)

Fid-dawl tal-livell persistentement għoli ta' faqar tat-tfal u tal-esklużjoni soċjali fl-Unjoni (26,4  % fl-2017), u tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jiddikjara li t-tfal għandhom id-dritt għal protezzjoni mill-faqar, u t-tfal bi sfond żvantaġġat għandhom id-dritt għal miżuri speċifiċi li jsaħħu l-opportunitajiet indaqs, l-Istati Membri jenħtieġ li jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ lill-iskema Garanzija Ewropea għat-Tfal sabiex jikkontribwixxu għall-aċċess ugwali tat-tfal għall-kura tas-saħħa mingħajr ħlas, edukazzjoni mingħajr ħlas, kura tat-tfal mingħajr ħlas, akkomadazzjoni diċenti u nutrizzjoni adegwata, għall-qerda tal-faqar tat-tfal u tal-esklużjoni soċjali. L-investiment bikri fit-tfal iwassal għal riżultati sinifikanti għat-tfal u s-soċjetà kollha kemm hi u huwa kruċjali biex jikser iċ-ċiklu ta' żvantaġġ fis-snin bikrija. L-għoti ta' appoġġ lit-tfal biex jiżviluppaw il-ħiliet u l-kapaċitajiet jippermettilhom jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, filwaqt li jġibilhom l-aqwa eżiti edukattivi u tas-saħħa, u jgħinhom isiru membri attivi tas-soċjetà u sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol bħala żgħażagħ.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Fid-dawl tal-livelli persistentement għoljin tal-qgħad u l-inattività fost iż-żgħażagħ f'għadd ta' Stati Membri u reġjuni, b'mod partikolari li jolqtu liż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ, hemm bżonn li l-Istati Membri jkomplu jinvestu biżżejjed riżorsi tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ f'azzjonijiet li jippromwovu l-impjiegi taż-żgħażagħ, inkluż bl-implimentazzjoni ta' skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Filwaqt li jsejsu fuq l-azzjonijiet appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 immirati għal persuni individwali, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu aktar il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol u tal-edukazzjoni u miżuri ta' kuntatt maż-żgħażagħ billi meta rilevanti jagħtu prijorità liż-żgħażagħ qiegħda, inattivi u żvantaġġati fit-tul , inkluż b'ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. L-Istati Membri jenħtieġ jinvestu wkoll f'miżuri mmirati li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol kif ukoll li jirriformaw u jadattaw is-servizzi tal-impjiegi ħalli jipprovdu appoġġ personalizzat liż-żgħażagħ. Għalhekk l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ jallokaw mill-inqas 10 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jappoġġaw l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ.

(23)

Fid-dawl tal-livelli persistentement għoljin tal-qgħad u l-inattività fost iż-żgħażagħ f'għadd ta' Stati Membri u reġjuni, b'mod partikolari li jolqtu liż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), liema livelli huma saħansitra ogħla fil-każ ta' żgħażagħ bi sfond soċjali żvantaġġat , hemm bżonn li l-Istati Membri jkomplu jinvestu riżorsi adegwati tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ f'azzjonijiet li jippromwovu l-impjiegi taż-żgħażagħ, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni ta' skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Filwaqt li jsejsu fuq l-azzjonijiet appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 immirati għal persuni individwali, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu aktar il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol u tal-edukazzjoni ta' kwalità għolja u miżuri effettivi ta' kuntatt maż-żgħażagħ billi meta rilevanti jagħtu prijorità liż-żgħażagħ qiegħda fit-tul , inattivi u żvantaġġati, żgħażagħ li huma l-aktar diffiċli li jintlaħqu u żgħażagħ f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż b'ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. L-Istati Membri jenħtieġ jinvestu wkoll f'miżuri mmirati li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol kif ukoll li jirriformaw u jadattaw is-servizzi tal-impjiegi ħalli jipprovdu appoġġ personalizzat liż-żgħażagħ u jipprovdu s-servizz tagħhom mingħajr l-ebda forma ta' diskriminazzjoni . L-Istati Membri jenħtieġ li jallokaw mill-inqas 3 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ biex jappoġġjaw politiki fil-qasam tal-impjegabbiltà taż-żgħażagħ , l-edukazzjoni kontinwata, l-impjiegi ta' kwalità, l-apprendistati u t-traineeships . L-Istati Membri b'rata tan-NEETs ogħla mill-medja tal-Unjoni, jew ta' aktar minn 15 %, jenħtieġ li jallokaw tal-inqas 15 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-FSE+ biex jappoġġaw politiki f'dan il-qasam, li jaġixxu fil-livell territorjali xieraq.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)

Billi d-disparitajiet fuq livell subreġjonali qed jiżdiedu, inkluż fir-reġjuni l-aktar għonja li għandhom żoni żgħar ta' faqar.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b)

Minħabba l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+, il-kompiti supplimentari jenħtieġ li jiġu akkoppjati b'baġit akbar sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm. Jinħtieġ aktar finanzjament sabiex jiġu miġġielda l-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-faqar u għall-appoġġ tal-iżvilupp professjonali u t-taħriġ, speċjalment fil-post tax-xogħol diġitali, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 23c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23c)

Il-EURES jenħtieġ li jissaħħaħ fuq bażi fit-tul, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp komprensiv tal-pjattaforma tal-internet u tal-parteċipazzjoni attiva tal-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu aktar effiċjenti mill-mudell eżistenti u jippubblikaw il-postijiet battala kollha li jkollhom fis-sistema tal-EURES.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati minn dawn il-Fondi .

(24)

Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà u jisfruttaw is-sinerġijai bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-FSE+ u mill-programmi u l-istrumenti l-oħrajn tal-Unjoni bħall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, l-Erasmus, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, Orizzont Ewropa, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Programm Ewropa Diġitali, u l-programmi InvestUE u Ewropa Kreattiva jew il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà .

Emenda 46

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

B'konformità mal-Artikolu  349 tat-TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994, ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tat-Tramuntana b'popolazzjoni baxxa huma intitolati għal miżuri speċifiċi skont politiki komuni u programmi tal-UE. Minħabba l-limitazzjonijiet permanenti, dawn ir-reġjuni jeħtieġu appoġġ speċifiku.

(25)

B'konformità mal-Artikoli  349 u 174 tat-TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994, ir-reġjuni ultraperiferiċi , ir-reġjuni tat-Tramuntana b'popolazzjoni baxxa u l-gżejjer huma intitolati għal miżuri speċifiċi skont politiki komuni u programmi tal-UE. Minħabba li jsofru minn żvantaġġi naturali gravi u permanenti, dawn ir-reġjuni jeħtieġu appoġġ speċifiku.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)

Skont l-Artikolu 174 tat-TFUE, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki speċifiċi li jindirizzaw ir-restrizzjonijiet u d-diffikultajiet esperjenzati mir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi demografiċi gravi u permanenti, bħar-reġjuni depopolati u r-reġjuni b'popolazzjoni baxxa.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Għal implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet appoġġati mill-FSE+ hemm bżonn governanza tajba u sħubija bejn l-atturi kollha fil-livelli territorjali rilevanti u l-atturi soċjoekonomiċi, b'mod partikolari s-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili. Għalhekk hu essenzjali li l-Istati Membri jħeġġu l-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-ferħga b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+.

(26)

Għal implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet appoġġati mill-FSE+ hemm bżonn governanza tajba u sħubija bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u l-atturi soċjoekonomiċi, b'mod partikolari s-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili. Għalhekk hu essenzjali li l-Istati Membri , fi sħubija mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, jiżguraw parteċipazzjoni sinifikanti tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili , l-organizzazzjonijiet, il-korpi responsabbli mill-ugwaljanza, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet rilevanti jew rappreżentattivi oħrajn fil-programmazzjoni u t-twettiq tal-FSE+ , mit-tfassil tal-prijoritajiet għall-programmi operazzjonali sal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati u l-impatt, f'konformità mal-Kodiċi tal-Kondotta Ewropew fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej stabbilit mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014  (1a). Barra minn hekk, sabiex jiġu ssalvagwardjati n-nondiskriminazzjoni u l-opportunitajiet indaqs, il-korpi tal-ugwaljanza u l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jenħtieġ li jkunu involuti wkoll f'kull stadju.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)

Governanza tajba u sħubija bejn l-awtoritajiet ta' ġestjoni u s-sħab jirrikjedu l-użu effettiv u effiċjenti tal-bini ta' kapaċità għall-partijiet ikkonċernati, li l-Istati Membri jenħtieġ li jallokaw lilhom ammont xieraq ta' riżorsi tal-FSE+. Peress li l-investiment fil-kapaċità istituzzjonali u fl-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali bil-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u governanza tajba, ma baqax inkluż bħala għan operazzjonali tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża, iżda ġie inkluż fil-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali, jeħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn iż-żewġ strumenti.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Biex il-politiki jkunu kapaċi aktar iwieġbu għall-bidla fis-soċjetà u biex jitħeġġu u jkunu appoġġati s-soluzzjonijiet innovattivi, l-appoġġ għall-innovazzjoni soċjali hu kruċjali. B'mod partikolari, l-ittestjar u l-evalwazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi qabel ma jiġu estiżi huma strumentali biex tittejjeb l-effiċjenza tal-politiki u b'hekk ikun iġġustifikat appoġġ speċifiku mill-FSE+.

(27)

Biex il-politiki jkunu kapaċi aktar iwieġbu għall-bidla fis-soċjetà u biex jitħeġġu u jkunu appoġġati s-soluzzjonijiet innovattivi , inkluż fil-livell lokali, l-appoġġ għall-innovazzjoni soċjali u għall-ekonomija soċjali hu kruċjali. B'mod partikolari, l-ittestjar u l-evalwazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi qabel ma jiġu estiżi huma strumentali biex tittejjeb l-effiċjenza tal-politiki u b'hekk ikun iġġustifikat appoġġ speċifiku mill-FSE+.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)

Bil-għan li jisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta' kooperazzjoni transsettorjali, u jittejbu s-sinerġiji u l-koerenza ma' oqsma ta' politika oħrajn biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tiegħu, l-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet innovattivi li jużaw l-isport, l-attività fiżika u l-kultura biex jippromwovu l-inklużjoni soċjali, jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, itejbu l-inklużjoni soċjali ta' gruppi marġinalizzati u jippromwovu s-saħħa tajba u l-prevenzjoni tal-mard.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ jiżguraw li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa b'konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE biex titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluż fejn jidħlu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi u l-progressjoni tal-karriera. Jenħtieġ jiżguraw ukoll li l-FSE+ jippromwovi opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni b'konformità mal-Artikolu 10 tat-TFUE u jippromwovi l-inklużjoni tal-persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà b'mod ugwali bħall-oħrajn u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà. Jenħtieġ li dawn il-prinċipji jitqiesu fid-dimensjonijiet kollha u fl-istadji kollha tat-tħejjija, il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi, fil-ħin u b'mod konsistenti filwaqt li jkun żgurat li jittieħdu azzjonijiet speċifiċi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs. L-FSE+ jenħtieġ ukoll jippromwovi t-tranżizzjoni mill-kura residenzjali/ istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità, b'mod partikolari għal dawk li jġarrbu diskriminazzjoni multipla. Jenħtieġ li l-FSE+ ma jappoġġax azzjonijiet li jikkontribwixxu għal segregazzjoni jew esklużjoni soċjali. Ir-Regolament (UE) Nru [CPR futur] jistipula li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa jridu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, b'ċerti eċċezzjonijiet li għalihom jeħtieġ jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+.

(28)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ jiżguraw li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa b'konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE biex titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluż fejn jidħlu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi u l-progressjoni tal-karriera. L-aspetti tal-ġeneru jenħtieġ li jiġu kkunsidrati fil-programmi kollha implimentati, tul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-FSE+ jenħtieġ li b'mod partikolari jikkonforma mal-Artikolu 21 tal-Karta li jistipula li għandha tkun ipprojbita kull diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi bħall-ġeneru, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali; barra minn hekk, kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq il-karatteristiċi tas-sess jew l-identità tal-ġeneru u fuq il-bażi tan-nazzjonalità jenħtieġ li tkun ipprojbita wkoll. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-FSE+ jippromwovi l-inklużjoni tal-persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà b'mod ugwali bħall-oħrajn u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà , fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-edukazzjoni, ix-xogħol, l-impjieg u l-aċċessibilità universali . Jenħtieġ li dawn il-prinċipji jitqiesu fid-dimensjonijiet kollha u fl-istadji kollha tat-tħejjija, il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi, fil-ħin u b'mod konsistenti filwaqt li jkun żgurat li jittieħdu azzjonijiet speċifiċi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs. L-FSE+ jenħtieġ ukoll jippromwovi t-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità, b'mod partikolari għal dawk li jġarrbu diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali . Jenħtieġ li l-FSE+ ma jappoġġax azzjonijiet li jikkontribwixxu għal segregazzjoni jew esklużjoni soċjali. Ir-Regolament (UE) Nru [CPR futur] jistipula li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa jridu jkunu konformi mal-Karta u jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, b'ċerti eċċezzjonijiet li għalihom jeħtieġ jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)

L-użu ta' indikaturi reġjonali għandu jiġi kkunsidrat sabiex id-differenzi subreġjonali jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati aħjar.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)

L-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa l-istudju tal-lingwi fit-trawwim ta' fehim reċiproku u għall-bini ta' soċjetà inklużiva, anke permezz ta' adozzjoni usa' mill-Istati Membri tas-sett ta' għodod għal appoġġ lingwistiku għar-rifuġjati żviluppat mill-Kunsill tal-Ewropa.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Biex jonqos il-piż amministrattiv tal-ġbir tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li meta din id-data tkun disponibbli fir-reġistri, l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkunu jistgħu jiġbru d-data mir-reġistri.

(29)

Biex jonqos il-piż amministrattiv tal-ġbir tad-data, meta din id-data , possibilment maqsuma skont is-sess, tkun disponibbli fir-reġistri, l-Istati Membri jenħtieġ li jħallu lill-awtoritajiet ta' ġestjoni jiġbru d-data mir-reġistri filwaqt li jirrispettaw il-protezzjoni tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a). Huwa rakkomandabbli li tkun inċentivizzata l-kontinqazzjoni tat-trażmissjoni elettronika tad-data minħabba li tgħin biex jonqos il-piż amministrattiv.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

L-esperimentazzjoni soċjali hi ttestjar ta' proġett fuq skala żgħira li jippermetti l-ġbir ta' evidenza dwar il-fattibbiltà tal-innovazzjonijiet soċjali. Jenħtieġ ikun possibbli li l-ideat fattibbli jitwettqu fuq skala usa' jew f'kuntesti oħra b'appoġġ finanzjarju mill-FSE+ , kif ukoll minn sorsi oħrajn.

(31)

L-esperimentazzjoni soċjali hi ttestjar ta' proġett fuq skala żgħira li jippermetti l-ġbir ta' evidenza dwar il-fattibbiltà tal-innovazzjonijiet soċjali. Jenħtieġ ikun possibbli u jitħeġġeġ li l-ideat jiġu ttestjati fil-livell lokali u li dawk l-ideat li jkunu fattibbli jitwettqu fuq skala usa' - fejn ikun xieraq - jew jiġu ttrasferiti lejn kuntesti oħra f'reġjuni jew Stati Membri differenti b'appoġġ finanzjarju mill-FSE+ jew f'kombinazzjoni ma' sorsi oħrajn.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)

L-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet maħsuba biex jiksbu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema b'mod nondiskriminatorja billi jiżguraw il-koperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi ċentrali tal-impjiegi tal-Istati Membri u mal-Kummissjoni . In-netwerk Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi jenħtieġ jippromwovi funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol billi jiffaċilita l-mobbiltà transfruntiera tal-ħaddiema u aktar trasparenza tal-informazzjoni fis-swieq tax-xogħol. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+ jinkludi wkoll l-iżvilupp ta' skemi mmirati tal-mobbiltà, u l-appoġġ għalihom, ħalli jimtlew il-postijiet battala meta jiġu identifikati skarsezzi fis-suq tax-xogħol.

(32)

L-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet maħsuba biex jiksbu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema b'mod nondiskriminatorja billi jiżguraw il-koperazzjoni mill-qrib tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tal-Istati Membri , tal-Kummissjoni u tas-sħab soċjali . In-netwerk Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi , bl-involviment tas-sħab soċjali, jenħtieġ jippromwovi funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol billi jiffaċilita l-mobbiltà transfruntiera tal-ħaddiema taħt kundizzjonijiet ġusti u aktar trasparenza tal-informazzjoni fis-swieq tax-xogħol. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+ jinkludi wkoll l-iżvilupp ta' skemi mmirati tal-mobbiltà, u l-appoġġ għalihom, ħalli jimtlew il-postijiet battala meta jiġu identifikati skarsezzi fis-suq tax-xogħol. L-FSE+ ikopri s-sħubiji transfruntiera bejn is-sevizzi pubbliċi tal-impjiegi reġjonali u s-sħab soċjali u l-attivitajiet tagħhom biex jippromwovu l-mobbiltà, kif ukoll trasparenza u integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol transfruntiera permezz ta' informazzjoni, pariri u kollokament. F'ħafna reġjuni periferiċi huma għandhom rwol importanti x'jaqdu fl-iżvilupp ta' suq tax-xogħol Ewropew ġenwin.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

In-nuqqas ta' aċċess għal finanzi għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali hu wieħed mill-ostakli ewlenin għall-ftuħ tan-negozji, speċjalment fost l-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol. Ir-Regolament dwar l-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex tinħoloq ekosistema tas-suq ħalli tiżdied il-provvista tal-finanzi u l-aċċess għalihom għall-intrapriżi spċjali u biex titwieġeb id-domanda ta' dawk li l-aktar jeħtiġuhom, u b'mod partikolari l-persuni qiegħda, in-nisa u  l-persuni vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża. Dan l-għan se jiġi indirizzat ukoll bi strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja permezz tat-tieqa ta' politika tal-investiment soċjali u l-ħiliet tal-Fond InvestEU.

(33)

In-nuqqas ta' aċċess għal finanzi għall-mikrointrapriżi, l-ekonomija soċjali u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali hu wieħed mill-ostakli ewlenin għall-ftuħ tan-negozji, speċjalment fost l-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol. Ir-Regolament dwar l-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex tinħoloq ekosistema tas-suq ħalli tiżdied il-provvista tal-finanzi u tas-servizzi ta' appoġġ, u l-aċċess għalihom, għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali , inkluż fis-settur kulturali u kreattiv, u biex titwieġeb id-domanda ta' dawk li l-aktar jeħtiġuhom, u b'mod partikolari l-persuni qiegħda, in-nisa u  l-gruppi żvantaġġati li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża. Dan l-għan se jiġi indirizzat ukoll bi strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja permezz tat-tieqa ta' politika tal-investiment soċjali u l-ħiliet tal-Fond InvestEU.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)

Jistiednu lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tintroduċi “tikketta tal-ekonomija soċjali Ewropea” fil-livell tal-Unjoni, applikabbli għall-intrapriżi soċjali u solidali u msejsa fuq kriterji ċari mfassla biex tenfasizza l-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn l-intrapriżi u l-impatt soċjali tagħhom, iżżid il-viżibilità tagħhom, tħeġġeġ l-investiment, tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u għas-suq uniku għal dawk li jixtiequ jespandu fil-livell nazzjonali jew fi Stati Membri oħra, u fl-istess ħin tirrispetta l-varjetà ta' forom ġuridiċi u oqfsa eżistenti fis-settur u fl-Istati Membri;

Emenda 60

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)

L-atturi tas-suq tal-investiment soċjali, inkluż l-atturi filantropiċi, jistgħu jaqdu rwol ewlieni biex jintlaħqu diversi għanijiet tal-FSE+, għax dawn joffru finanzjament u approċċi innovattivi u kumplimentari għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, biex jonqos il-qgħad u jingħata kontribut għall-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU. Għaldaqstant jenħtieġ li l-atturi filantropiċi bħall-fondazzjonijiet u d-donaturi jkunu involuti kif xieraq f'azzjonijiet tal-FSE+ b'mod partikolari dawk immirati biex jiżviluppaw l-ekosistema tas-suq tal-investiment soċjali.

(34)

L-atturi tas-suq tal-investiment soċjali, inkluż l-atturi filantropiċi, jistgħu jaqdu rwol ewlieni biex jintlaħqu diversi għanijiet tal-FSE+, għax dawn joffru finanzjament u approċċi innovattivi u kumplimentari għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, biex jonqos il-qgħad u jingħata kontribut għall-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU. Għaldaqstant jenħtieġ li l-atturi filantropiċi bħall-fondazzjonijiet u d-donaturi jkunu involuti kif xieraq u sakemm ma jkollhomx aġenda politika jew soċjali konfliġġenti mal-ideali tal-Unjoni, f'azzjonijiet tal-FSE+ b'mod partikolari dawk immirati biex jiżviluppaw l-ekosistema tas-suq tal-investiment soċjali.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a)

Il-kooperazzjoni transnazzjonali għandha valur miżjud sinifikanti u għalhekk jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni ta' każijiet iġġustifikati kif xieraq filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. Jeħtieġ ukoll li jissaħħaħ ir-rwol tal-Kummissjoni fl-iffaċilitar ta' skambji ta' esperjenza u fil-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni ta' inizjattivi rilevanti.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżid il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet mhux irrappreżentati biżżejjed billi tnaqqas kemm jista' jkun l-ostakli għall-parteċipazzjoni, inkluż il-piż amministrattiv biex japplikaw għall-finanzjament u biex jirċevuh.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Premessa 35b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35b)

Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni huwa li ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa billi tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura tal-pazjent billi tiżviluppa sistema ta' informazzjoni tas-saħħa sostenibbli kif ukoll billi tappoġġa l-proċessi nazzjonali ta' riforma għal sistemi ta' saħħa aktar effettivi, aċċessibbli u reżiljenti.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)

Jekk in-nies jinżammu f'saħħithom u attivi aktar fit-tul u jitħeġġu biex jieħdu rwol attiv fit-tmexxija ta' saħħithom, dan iħalli effetti pożittivi fuq is-saħħa, l-inugwaljanzi fis-saħħa, il-kwalità tal-ħajja, il-produttività, il-kompetittività u l-inklużività, filwaqt li jonqsu l-pressjonijiet fuq il-baġits nazzjonali. Il-Kummissjoni ilha impenjata li tgħin lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom tal-iżvilupp sostenibbli (SDG), b'mod partikolari l-SDG 3 “Jiġu żgurati ħajjiet f'saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f'kull età” (17).

(36)

Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 168 tat-TFUE jinħtieġ sforz kontinwu. Jekk in-nies kollha jinżammu f'saħħithom u attivi b'mod mhux diskriminatorju u jitħeġġu biex jieħdu rwol attiv fit-tmexxija ta' saħħithom, dan iħalli effetti pożittivi fuq is-saħħa, l-inugwaljanzi fis-saħħa, il-kwalità tal-ħajja, il-produttività, il-kompetittività u l-inklużività, filwaqt li jonqsu l-pressjonijiet fuq il-baġits nazzjonali. L-appoġġ favur l-innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni soċjali, li għandha impatt fuq is-saħħa, u r-rikonoxximent tagħha, jgħin biex tiġi ffaċċjata l-isfida tas-sostenibbiltà fis-settur tas-saħħa fil-kuntest tal-indirizzar tal-isfidi tal-bidla demografika. Barra minn hekk, l-azzjoni biex jonqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa hija importanti għall-fini għan li jinkiseb “tkabbir inklużiv”. Il-Kummissjoni ilha impenjata li tgħin lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom tal-iżvilupp sostenibbli (SDG), b'mod partikolari l-SDG 3 “Jiġu żgurati ħajjiet f'saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f'kull età” (17).

Emenda 65

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)

Skont id-definizzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), “Is-saħħa hija stat ta' benesseri fiżiku, mentali u soċjali sħiħ u mhux sempliċiment in-nuqqas ta' mard jew infermità”. Biex saħħet il-popolazzjoni fl-Unjoni titjieb, huwa fundamentali li tingħata attenzjoni mhux biss lis-saħħa fiżika u lill-benesseri soċjali. Skont id-WHO, il-problemi tas-saħħa mentali jammontaw għal kważi 40 % tas-snin ta' ħajja b'diżabbiltà. Il-problemi ta' saħħa mentali huma wkoll varjati, idumu fit-tul u huma sors ta' diskriminazzjoni, u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-inugwaljanzi fis-saħħa. Barra minn hekk, il-kriżi ekonomika taffettwa fatturi li jiddeterminaw is-saħħa mentali, peress li l-fatturi protettivi jiddgħajfu u l-fatturi ta' riskju jiżdiedu.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

Jenħtieġ li l-evidenza kif ukoll il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2006 jappoġġaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-ippjanar u l-ġestjoni ta' sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u reżiljenti, għal promozzjoni ta' għodod li jiżguraw aċċess universali għal kura tas-saħħa ta' kwalità, u għal implimentazzjoni volontarja fuq skala usa' tal-aqwa prattiki.

(37)

Jenħtieġ li l-evidenza kif ukoll il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2006 jappoġġaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-ippjanar u l-ġestjoni ta' sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u reżiljenti, għal promozzjoni ta' għodod li jiżguraw aċċess universali għal kura tas-saħħa ffukata fuq il-persuna u kura relatata ta' kwalità, u għal implimentazzjoni volontarja fuq skala usa' tal-aqwa prattiki. Dan jinkludi servizzi ta' promozzjoni tas-saħħa u ta' prevenzjoni tal-mard bħala parti mis-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a)

Il-programmi preċedenti ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) u fil-qasam tas-saħħa (2008-2013 u 2014-2020), stabbiliti rispettivament bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE  (1a) u d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE  (1b) u bir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1c) (“il-programmi tas-saħħa preċedenti”), ġew ivvalutati b'mod pożittiv fis-sens li wasslu għal għadd ta' żviluppi u titjib importanti. Jenħtieġ li l-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ tibni fuq ir-riżultati miksuba mill-programm tas-saħħa preċedenti.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Premessa 37b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37b)

Il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ li tkun mezz biex jiġu promossi azzjonijiet f'oqsma fejn hemm valur miżjud tal-Unjoni li jista' jintwera fuq il-bażi ta' dan li ġej: l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni; l-appoġġ ta' netwerks għall-kondiviżjoni tal-għarfien jew it-tagħlim reċiproku; l-appoġġ tal-kwalifiki tal-professjonisti tas-saħħa; l-indirizzar tat-theddid transfruntier biex jitnaqqsu r-riskji tagħhom u jittaffew il-konsegwenzi tagħhom; l-indirizzar ta' ċerti kwistjonijiet relatati mas-suq intern fejn l-Unjoni għandha leġittimità sostanzjali sabiex tiżgura soluzzjonijiet ta' kwalità għolja fl-Istati Membri; l-isfruttament tal-potenzjal tal-innovazzjoni fis-saħħa; azzjonijiet li jistgħu jwasslu għal sistema għall-valutazzjoni komparattiva sabiex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet informati fil-livell tal-Unjoni; it-titjib tal-effiċjenza billi tiġi evitata ħela ta' riżorsi minħabba d-duplikazzjoni, u l-ottimizzazzjoni tal-użu ta' riżorsi finanzjarji.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)

Jenħtieġ li l-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard tul il-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju għas-saħħa fosthom l-użu tat-tabakk u t-tipjip passiv, l-użu dannuż tal-alkoħol, il-konsum ta' drogi illeċiti u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa relatata mad-drogi, id-drawwiet ta' dieta ħażina għas-saħħa u n-nuqqas ta' attività fiżika u t-trawwim ta' ambjenti li jappoġġaw stili ta' ħajja tajbin biex tikkumplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri b'konformità mal-istrateġiji rilevanti. Il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ tintegra mudelli effettivi tal-prevenzjoni, teknoloġiji innovattivi, u mudelli u soluzzjonijiet ġodda tan-negozju biex tikkontribwixxi għal sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u sostenibbli tal-Istati Membri u tiffaċilita l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini Ewropej .

(38)

Jenħtieġ li l-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard , għad-dijanjożi bikrija tul il-ħajja tal-persuni li jgħixu fl-Unjoni u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju għas-saħħa fosthom l-użu tat-tabakk , it-tipjip u t-tipjip passiv, l-użu dannuż tal-alkoħol, il-fatturi ta' riskju ambjentali, il-konsum ta' drogi illeċiti u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa relatata mad-drogi, l-obeżità u d-drawwiet ta' dieta ħażina għas-saħħa , anki relatati mal-faqar u n-nuqqas ta' attività fiżika u t-trawwim ta' ambjenti li jappoġġaw stili ta' ħajja tajbin , sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika dwar il-fattur ta' riskju, interventi ta' saħħa pubblika mfassla tajjeb biex jonqsu l-piż u l-impatt tal-infezzjonijiet u tal-mard infettiv li jista' jiġi evitat permezz ta' tilqim, fis-saħħa ġenerali matul il-ħajja kollha biex tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri b'konformità mal-istrateġiji rilevanti. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni tas-saħħa peress li din tgħin lill-individwi u lill-komunitajiet itejbu s-saħħa tagħhom, iżidu l-għarfien tagħhom u jinfluwenzaw l-attitudnijiet tagħhom. L-isfidi tas-saħħa attwali jistgħu jiġu indirizzati b'mod effikaċi biss permezz ta' kollaborazzjoni fil-livell tal-Unjoni u ta' azzjoni kontinwa tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa. Il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ tappoġġa l-implimentazzjoni tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, ixxerred mudelli effettivi tal-prevenzjoni u tas-sensibilizzazzjoni , teknoloġiji innovattivi, u mudelli u soluzzjonijiet ġodda tan-negozju biex tikkontribwixxi għal sistemi tas-saħħa innovattivi , aċċessibbli , effiċjenti u sostenibbli tal-Istati Membri u tiffaċilita l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għall-persuni li jgħixu fl-Unjoni kemm f'żoni urbani kif ukoll f'dawk rurali .

Emenda 70

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)

Sabiex jiġu implimentati l-azzjonijiet fil-fergħa tas-Saħħa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa l-ħolqien ta' Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi modi u metodoloġiji biex l-attivitajiet relatati mas-saħħa jiġu allinjati mal-proċess tas-Semestru Ewropew, li issa huwa awtorizzat jirrakkomanda riformi għas-sistemi tas-saħħa (u fil-fatt fatturi determinanti soċjali oħra tas-saħħa) lejn aktar aċċessibbiltà u sostenibbiltà tad-dispożizzjonijiet tal-kura tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali fl-Istati Membri.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)

Il-mard mhux komunikabbli jikkawża aktar minn 80 % tal-mortalità prematura fl-Unjoni, u l-prevenzjoni effettiva tinvolvi diversi dimensjonijiet transfruntieri. B'mod parallel, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill enfasizzaw il-ħtieġa li jonqsu kemm jista' jkun il-konsegwenzi tat-theddid transfruntier serju tas-saħħa pubblika, bħall-mard komunikabbli u theddid bijoloġiku, kimiku, ambjentali u mhux magħruf ieħor, billi jiġi sostnut it-tiswir tal-kapaċitajiet fit-tħejjija u r-rispons.

(39)

Il-mard mhux komunikabbli jikkawża aktar minn 80 % tal-mortalità prematura fl-Unjoni, u l-prevenzjoni effettiva tinvolvi diversi azzjonijiet transsettorjali u dimensjonijiet transfruntieri. B'mod parallel, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill enfasizzaw il-ħtieġa li jonqsu kemm jista' jkun il-konsegwenzi tat-theddid transfruntier serju tas-saħħa pubblika, bħall-emissjonijiet u t-tniġġis ambjentali f'daqqa u kumulattivi, il-mard komunikabbli u theddid bijoloġiku, kimiku, ambjentali u mhux magħruf ieħor, billi jiġi sostnut it-tiswir tal-kapaċitajiet fit-tħejjija u r-rispons.

Emenda 72

Proposta għal regolament

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a)

Investimenti kontinwi f'approċċi innovattivi bbażati fuq il-komunità sabiex jiġi indirizzat il-mard transfruntier bħall-epidemiji tal-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite virali huma vitali peress li d-dimensjoni soċjali tal-mard hija fattur ewlieni li jaffettwa l-abbiltà biex dawn jiġu indirizzati bħala epidemiji fl-Unjoni u fil-pajjiżi ġirien. Biex jintlaħqu l-objettivi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli dwar dan il-mard se tkun strumentali tmexxija politika aktar ambizzjuża u mezzi tekniċi u finanzjarji adegwati biex jiġi pprovdut rispons reġjonali sostenibbli għall-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite fl-Ewropa.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)

Għall-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u għas-saħħa taċ-ċittadini hi essenzjali li jonqos il-piż tal-infezzjonijiet reżistenti u l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u tkun żgurata d-disponibbiltà ta' antimikrobjali effettivi.

(40)

Għall-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u għas-saħħa taċ-ċittadini hi essenzjali li jonqos il-piż tal-infezzjonijiet reżistenti u l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u tkun żgurata d-disponibbiltà ta' antimikrobjali effettivi , filwaqt li madankollu jonqos l-użu tagħhom sabiex tkun tista' tiġi indirizzata r-reżistenza antimikrobjali .

Emenda 74

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)

Minħabba n-natura speċifika ta' wħud mill-għanijiet koperti mill-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u mit-tip ta' azzjonijiet permezz ta' dik il-fergħa, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom, jiġu kkunsidrati bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu [195] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid] u l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għal proposti.

(42)

Minħabba n-natura speċifika ta' wħud mill-għanijiet koperti mill-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u mit-tip ta' azzjonijiet permezz ta' dik il-fergħa, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati bl-appoġġ attiv tas-soċjetà ċivili . Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom , u barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif xieraq , jiġu kkunsidrati bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu [195] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid] u l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għal proposti.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Premessa 42a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42a)

Sabiex tiżdied il-prestazzjoni tal-ineffiċjenzi u l-inadegwatezzi fil-monitoraġġ tal-programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li timplimenta u tuża l-indikaturi ta' monitoraġġ speċifiċi għall-programmi u għall-azzjonijiet sabiex tiżgura li jintlaħqu l-objettivi tal-programm.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Premessa 42b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42b)

Il-programm FSE+ jenħtieġ li jindirizza l-ostakli eżistenti għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, pereżempju permezz tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' applikazzjoni, il-faċilitazzjoni tal-kriterji finanzjarji billi f'xi każijiet jiġi rinunzjat il-perċentwal ta' kofinanzjament, iżda wkoll permezz tal-bini ta' kapaċità tal-pazjenti, l-organizzazzjonijiet tagħhom u partijiet ikkonċernati oħra permezz tat-taħriġ u l-edukazzjoni. Il-programm għandu jkollu wkoll l-għan li jippermetti l-funzjonament tan-netwerks u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tiegħu, inklużi l-organizzazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 77

Proposta għal regolament

Premessa 42c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42c)

L-implimentazzjoni tal-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ li tkun tali li jkunu rrispettati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, għad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom u għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u tal-kura medika. Filwaqt li jirrispettaw l-obbligi tat-Trattat u r-rwol tal-Istati Membri bħala l-interlokutur primarju fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti fil-livell subnazzjonali jenħtieġ li jkunu involuti sabiex jiżguraw impatt effettiv u dejjiemi tal-politika tas-saħħa tal-Unjoni permezz tal-integrazzjoni tagħhom mal-politiki soċjali fil-prattika.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq ħajjet iċ-ċittadini, fuq l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (prodotti mediċinali, tagħmir mediku u sustanzi ta' oriġini umana), kif ukoll dwar il-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju tas-saħħa hu essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-UE. Ir-Regolament , kif ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu, jenħtieġ jimxu paripassu mal-innovazzjoni u l-avvanzi fir-riċerka mal-bidliet soċjetali f'dan il-qasam , filwaqt li jitwettqu l-għanijiet tas-saħħa . Għalhekk hemm bżonn żvilupp kontinwu tal-bażi tal-evidenza meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' natura xjentifika bħal din .

(44)

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq ħajjet iċ-ċittadini, fuq l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (prodotti mediċinali, tagħmir mediku u sustanzi ta' oriġini umana), kif ukoll dwar il-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju tas-saħħa hu essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-UE. Barra minn hekk , ħafna liġijiet oħra tal-Unjoni għandhom impatti sinifikanti fuq is-saħħa bħal dawk relatati mal-ikel mat-tikkettar tal-ikel, it-tniġġis tal-arja , l-interferenti endokrinali u l-pestiċidi . F'xi każijiet, l-impatti kumulattivi tal-fatturi ta' riskju ambjentali ma jinftehmux b'mod ċar, filwaqt li potenzjalment iwasslu għal riskju inaċċettabbli għas-saħħa taċ-ċittadini .

Emenda 79

Proposta għal regolament

Premessa 44a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44a)

Regolament b'implikazzjonijiet tas-saħħa, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu, jenħtieġ li jimxi pari passu mal-innovazzjoni u l-avvanzi fir-riċerka u mal-bidla soċjetali f'dan il-qasam, filwaqt li jibqgħu sostnuti mill-prinċipju ta' prekawzjoni, kif minqux fit-Trattati tal-UE. Għalhekk huwa meħtieġ żvilupp kontinwu tal-bażi tal-evidenza meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' natura xjentifika bħal din u, sabiex tiġi żgurata l-possibbiltà ta' skrutinju indipendenti sabiex b'hekk terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-pubbliku fil-proċessi tal-Unjoni u minħabba li, min-natura tagħha stess il-kondiviżjoni ta' din l-evidenza hija fl-interess pubbliku, jenħtieġ li jiġi ggarantit l-ogħla livell ta' trasparenza.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Premessa 44b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44b)

L-iffaċċjar tal-isfidi tas-saħħa ma jistax isir mis-settur tas-saħħa biss, peress li s-saħħa hija ddeterminata minn diversi fatturi barra minnha. Għaldaqstant, kif stipulat fit-Trattati ta' Maastricht u ta' Amsterdam, is-saħħa fil-politiki kollha hija importanti biex l-Unjoni tkun tista' tiffaċċja sfidi futuri. Madankollu, is-sensibilizzazzjoni tas-setturi l-oħra dwar l-impatti tas-saħħa tad-deċiżjonijiet tagħhom u l-integrazzjoni tas-saħħa fil-politiki tagħhom jikkostitwixxu waħda mill-akbar sfidi li bħalissa qed jiffaċċja s-settur tas-saħħa Ewropew. S'issa avvanzi importanti fis-saħħa ġew irreġistrati permezz ta' politiki fis-setturi bħall-edukazzjoni, it-traffiku, in-nutrizzjoni, l-agrikoltura, ix-xogħol, jew l-ippjanar. Pereżempju, is-saħħa tal-qalb irreġistrat titjib sinifikanti permezz ta' bidliet fil-politiki u fir-regolamenti dwar il-kwalità tal-ikel, iż-żieda fl-attività fiżika u t-tnaqqis fit-tipjip.

Emenda 81

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni li jimplimentaw il-Ftehim ta' Pariġi u  l-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-UE u biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet tal-klima. Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni nofsana.

(46)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u  l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027 . Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni nofsana.

Emenda 82

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)

Skont l-Artikolu 94 tad-[Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (19)], il-persuni u l-entitatijiet stabbiliti fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (OCTs) jenħtieġ ikunu eliġibbli għal finanzjament soġġetti għar-regoli u l-għanijiet tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom l-OCTs rilevanti huma marbuta.

(47)

Skont l-Artikolu 94 tad-[Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (19)], il-persuni u l-entitatijiet stabbiliti fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (OCTs) jenħtieġ ikunu eliġibbli għal finanzjament soġġetti għar-regoli u l-għanijiet tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom l-OCTs rilevanti huma marbuta. Il-programm irid jikkunsidra r-restrizzjonijiet partikolari li persuni u entitajiet stabbiliti f'dawn it-territorji qed jiffaċċjaw, sabiex ikollhom aċċess xieraq għall-elementi msemmija hawn fuq.

Emenda 83

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)

Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-koperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-ŻEE, li jipprovdi għall-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Jenħtieġ tiddaħħal dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(48)

Soġġetti għal konformità mar-regoli u r-regolamenti rilevanti, il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-ŻEE, li jipprovdi għall-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Jenħtieġ tiddaħħal dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Emenda 84

Proposta għal regolament

Premessa 50a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(50a)

Huwa importanti li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda u ġusta tal-Fond sabiex tiġi ggarantita l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod ċar, effettiv u faċli għall-utent possibbli, filwaqt li jiġu żgurati ċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċessibbiltà tal-parteċipanti kollha għalih. Peress li l-attivitajiet tal-FSE+ jitwettqu b'ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu lura milli jżidu regoli addizzjonali jew jemendaw ir-regoli maż-żmien, għaliex dan kieku jikkomplika l-użu tal-fondi għall-benefiċjarji u jista' joħloq dewmien fil-ħlas tal-fatturi.

Emenda 85

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)

Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li titjieb l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol u jiġi promoss aċċess għal impjiegi ta' kwalità, jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni u  t-taħriġ , jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u  tas-saħħa u jonqos il-faqar kif ukoll l-azzjonijiet permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir- Regolament ma jmurx lil hinn minn huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(51)

Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jittejbu l-effikaċja u l-ekwità tas-swieq tax-xogħol u jiġi promoss aċċess għal impjiegi ta' kwalità, jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni , it-taħriġ l-indukrar , jiġu promossi l-inklużjoni soċjali , l-opportunitajiet indaqs s-saħħa u jinqered il-faqar kif ukoll l-azzjonijiet permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir- Regolament ma jmurx lil hinn minn huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) Il-FSE+ jikkonsisti fi tliet fergħat: il-fergħa b'ġestjoni kondiviża, il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa.

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-FSE+, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-metodi tal-implimentazzjoni, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan il-finanzjament.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-FSE+, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-metodi tal-implimentazzjoni, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan il-finanzjament , u jikkomplementa r-regoli ġenerali li japplikaw għall-FSE+ skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] .

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“miżuri ta' akkumpanjament” tfisser attivitajiet mogħtija flimkien mad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew ta' assistenza materjali bażika bil-għan li tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali, pereżempju r-referenzjar għal servizzi soċjali jew pariri dwar il-ġestjoni tal-baġit tal-familja , u l-għoti tagħhom ;

(1)

“miżuri ta' akkumpanjament” tfisser attivitajiet mogħtija flimkien mad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew ta' assistenza materjali bażika bil-għan li tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali u jinqered il-faqar , pereżempju r-referenzjar għal servizzi soċjali u appoġġ psikoloġiku jew li tiġi provduta informazzjoni rilevanti dwar is-servizzi pubbliċi jew pariri dwar il-ġestjoni tal-baġit tal-familja;

(2)

“pajjiż assoċjat” tfisser pajjiż terz li hu parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa tal-FSE+ skont l-Artikolu 30;

(2)

“pajjiż assoċjat” tfisser pajjiż terz li hu parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa tal-FSE+ skont l-Artikolu 30;

(3)

“assistenza materjali bażika” tfisser oġġetti li jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuna għal ħajja dinjituża, bħal ħwejjeġ, prodotti iġjeniċi u materjal tal-iskola;

(3)

“assistenza materjali bażika” tfisser oġġetti li jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuna għal ħajja dinjituża, bħal ħwejjeġ, prodotti iġjeniċi , inklużi prodotti tal-iġjene tan-nisa, u materjal tal-iskola;

(4)

“operazzjoni ta' taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk fi ħdan il-faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkumbinaw forom ta' appoġġ li mhux rimborżabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma' forom ta' appoġġ rimborżabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;

(4)

“operazzjoni ta' taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk fi ħdan il-faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkumbinaw forom ta' appoġġ li mhux rimborżabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma' forom ta' appoġġ rimborżabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;

(5)

“indikaturi komuni tar-riżultati immedjati” tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti fi żmien erba' ġimgħat mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni (id-data tal-ħruġ);

(5)

“indikaturi komuni tar-riżultati immedjati” tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti fi żmien erba' ġimgħat mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni (id-data tal-ħruġ);

(6)

“indikaturi komuni ta' riżultati aktar fit-tul” tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti wara sitt xhur mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni;

(6)

“indikaturi komuni ta' riżultati aktar fit-tul” tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti wara sitt xhur u tnax-il xhar mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni;

(7)

“spejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika” tfisser l-ispejjeż effettivi marbuta max-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika mill-benefiċjarju u mhux limitati għall-prezz tal-ikel u/jew tal-assistenza materjali bażika;

(7)

“spejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika” tfisser l-ispejjeż effettivi marbuta max-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika mill-benefiċjarju u mhux limitati għall-prezz tal-ikel u/jew tal-assistenza materjali bażika;

 

(7a)

“sħubijiet transfruntieri” fil-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tfisser strutturi permanenti ta' kooperazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, is-soċjetà ċivili jew is-sħab soċjali li jinsabu f'tal-inqas żewġ Stati Membri;

(8)

“riċevitur finali” tfisser l-aktar persuna jew persuni fil-bżonn li jirċievu l-appoġġ kif stabbilit fil-punt (xi) tal-Artikolu 4(1);

(8)

“riċevitur finali” tfisser l-aktar persuna jew persuni fil-bżonn li jirċievu l-appoġġ kif stabbilit fil-punt (xi) tal-Artikolu 4(1);

(9)

“kriżi tas-saħħa” tfisser kwalunkwe kriżi li ġeneralment titqies bħala theddida, li għandha dimensjoni tas-saħħa u li teħtieġ azzjoni urġenti min-naħa tal-awtoritajiet f'kundizzjonijiet ta' inċertezza;

(9)

“kriżi tas-saħħa” tfisser kwalunkwe kriżi li ġeneralment titqies bħala theddida, li għandha dimensjoni tas-saħħa u li teħtieġ azzjoni urġenti min-naħa tal-awtoritajiet f'kundizzjonijiet ta' inċertezza;

(10)

“entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali mil-liġi nazzjonali, mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li, meta taġixxi f'isimha stess, tista' teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;

(10)

“entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali mil-liġi nazzjonali, mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li, meta taġixxi f'isimha stess, tista' teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;

(11)

“mikrofinanzjament” tinkludi garanziji, mikrokreditu, ekwità u kważi ekwità, akkoppjati ma' servizzi tal-żvilupp kummerċjali ta' akkumpanjament bħalma huma dawk fil-forma ta' konsulenza individwali, taħriġ u mentoraġġ, estiżi għal persuni u mikrointrapriżi li jsibu diffikultajiet biex jaċċessaw il-kreditu għall-finijiet ta' attivitajiet professjonali u/jew li jiġġeneraw dħul;

(11)

“mikrofinanzjament” tinkludi garanziji, mikrokreditu, ekwità u kważi ekwità, akkoppjati ma' servizzi tal-żvilupp kummerċjali ta' akkumpanjament bħalma huma dawk fil-forma ta' konsulenza individwali, taħriġ u mentoraġġ, estiżi għal persuni u mikrointrapriżi li jsibu diffikultajiet biex jaċċessaw il-kreditu għall-finijiet ta' attivitajiet professjonali u/jew li jiġġeneraw dħul;

(12)

“mikrointrapriża” tfisser intrapriża b'anqas minn 10 impjegati u b'fatturat annwali jew b'karta bilanċjali inqas minn EUR 2 000 000 ;

(12)

“mikrointrapriża” tfisser intrapriża b'anqas minn 10 impjegati u b'fatturat annwali jew b'karta bilanċjali inqas minn EUR 2 000 000 ;

(13)

“l-aktar persuni fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi magħmula minn persuni bħal dawn, li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta' interess, u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li jistgħu jinkludu elementi li jippermettu li jiġu mmirati l-aktar persuni fil-bżonn f'ċerti żoni ġeografiċi;

(13)

“l-aktar persuni fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi magħmula minn persuni bħal dawn , inklużi t-tfal u l-persuni bla dar , li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta' interess, u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li jistgħu jinkludu elementi li jippermettu li jiġu mmirati l-aktar persuni fil-bżonn f'ċerti żoni ġeografiċi;

(14)

“valur ta' referenza” tfisser valur biex jiġu stabbiliti miri għal indikaturi komuni tar-riżultati u għal indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm, li jkun ibbażat fuq interventi simili eżistenti jew preċedenti;

(14)

“valur ta' referenza” tfisser valur biex jiġu stabbiliti miri għal indikaturi komuni tar-riżultati u għal indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm, li jkun ibbażat fuq interventi simili eżistenti jew preċedenti;

(15)

“intrapriża soċjali” tfisser impriża, irrispettivament mill-forma legali tagħha, jew persuna fiżika li

(15)

“intrapriża soċjali” tfisser impriża tal-ekonomija soċjali , irrispettivament mill-forma legali tagħha, jew persuna fiżika li:

 

(a)

b'konformità mal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tagħha, l-Istatuti tagħha u xi dokument legali ieħor li jistgħu jwasslu għal responsabbiltà skont ir-regoli tal-Istat Membri fejn tkun stabbilita, ikollha bħala l-għan soċjali primarju tagħha li tikseb impatti soċjali li jistgħu jitkejlu pożittivi minflok li tiġġenera qligħ għal finijiet oħrajn, u li tipprovdi servizzi jew oġġetti li jiġġeneraw redditu soċjali, u/jew tuża metodi tal-produzzjoni ta' oġġetti jew servizzi li jinkorporaw għanijiet soċjali;

 

(a)

b'konformità mal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tagħha, l-Istatuti tagħha u xi dokument legali ieħor li jistgħu jwasslu għal responsabbiltà skont ir-regoli tal-Istat Membri fejn tkun stabbilita, ikollha bħala l-għan soċjali primarju tagħha li tikseb impatti soċjali , inkluż ambjentali, pożittivi li jistgħu jitkejlu minflok li tiġġenera qligħ għal finijiet oħrajn, u li tipprovdi servizzi soċjali jew oġġetti li jiġġeneraw redditu soċjali, u/jew tuża metodi tal-produzzjoni ta' oġġetti jew servizzi li jinkorporaw għanijiet soċjali;

 

(b)

qabelxejn tinvesti l-qligħ tagħha biex tilħaq l-għan soċjali primarju tagħha, u jkollha proċeduri u regoli predefiniti li jkopru kwalunkwe distribuzzjoni tal-qligħ li jiżguraw li din id-distribuzzjoni ma timminax l-għan soċjali primarju;

 

(b)

qabelxejn tinvesti mill-ġdid il-biċċa l-kbira tal-qligħ tagħha biex tilħaq l-għan soċjali primarju tagħha, u jkollha proċeduri u regoli predefiniti li jkopru kwalunkwe distribuzzjoni tal-qligħ li jiżguraw li din id-distribuzzjoni ma timminax l-għan soċjali primarju;

 

(c)

tkun ġestita b'mod intraprenditorjali, responsabbli u trasparenti, l-aktar b'involvimen tal-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet konċernati milquta bl-attivitajiet kummerċjali tagħha;

 

(c)

tkun ġestita b'mod intraprenditorjali, demokratika, parteċipatorja, responsabbli u trasparenti, l-aktar b'involvimen tal-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet konċernati milquta bl-attivitajiet kummerċjali tagħha;

 

(15a)

“intrapriża tal-ekonomija soċjali” tfisser tipi differenti ta' intrapriżi u entitajiet li jaqgħu fi ħdan l-ekonomija soċjali, bħall-kooperattivi, l-impriżi mutwi, l-assoċjazzjonijiet, il-fondazzjonijiet, l-intrapriżi soċjali u forom oħra ta' intrapriżi rregolati bil-liġijiet tal-Istati Membri individwali u bbażati fuq il-preminenza tal-għanijiet individwali u soċjali fuq il-kapital, il-governanza demokratika, is-solidarjetà u r-reinvestiment tal-biċċa l-kbira tal-qligħ jew tas-surpluses;

(16)

“innovazzjonijiet soċjali” tfisser attivitajiet li huma soċjali kemm għall-finijiet tagħhom kif ukoll għall-mezzi tagħhom, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' ideat ġodda (dwar prodotti, servizzi u mudelli) li fl-istess ħin jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjali u joħolqu relazzjonijiet jew kollaborazzjonijiet soċjali ġodda, biex b'hekk jagħmlu l-ġid fis-soċjetà u jixprunaw il-kapaċità tagħha li taġixxi;

(16)

“innovazzjonijiet soċjali” tfisser attivitajiet , inklużi attivitajiet kollettivi, li huma soċjali kemm għall-finijiet tagħhom kif ukoll għall-mezzi tagħhom, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' ideat ġodda (dwar prodotti, servizzi , prattiki u mudelli) li fl-istess ħin jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjali u joħolqu relazzjonijiet jew kollaborazzjonijiet soċjali ġodda, inkluż bejn il-pubbliku, l-organizzazzjonijiet tas-settur terz bħal organizzazzjonijiet volontarji u komunitarji u intrapriżi tal-ekonomija soċjali, biex b'hekk jagħmlu l-ġid fis-soċjetà u jixprunaw il-kapaċità tagħha li taġixxi;

(17)

“esperimentazzjonijiet soċjali” tfisser interventi politiċi li jagħtu rispons innovattiv għall-ħtiġijiet soċjali, implimentati fuq skala żgħira u f'kundizzjonijiet li jippermettu li l-impatt tagħhom jitkejjel, qabel ma jiġu implimentati f'kuntesti oħra jew fuq skala akbar, jekk ir-riżultati jkunu konvinċenti;

(17)

“esperimentazzjonijiet soċjali” tfisser interventi politiċi li jagħtu rispons innovattiv għall-ħtiġijiet soċjali, implimentati fuq skala żgħira u f'kundizzjonijiet li jippermettu li l-impatt tagħhom jitkejjel, qabel ma jiġu implimentati f'kuntesti oħra , inklużi dawk ġeografiċi u settorjali, jew fuq skala akbar, jekk ir-riżultati jkunu konvinċenti;

(18)

“kompetenzi ewlenin” tfisser l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġ kull individwu, f'kwalunkwe stadju ta' ħajtu, għas-sodisfazzjoni u l-iżvilupp personali, għal impjieg, għall-inklużjoni soċjali u għal ċittadinanza attiva. Il-kompetenzi ewlenin huma: fil-litteriżmu ; multilingwi ; fil-matematika , fix-xjenza , fit-teknoloġija fl-inġinerija ; diġitali; personali, soċjali u  fit-tagħlim dwar kif wieħed jitgħallem; taċ-ċittadinanza ; intraprenditorjali ; fil-kuxjenza u l-espressjoni kulturali.

(18)

“kompetenzi ewlenin” tfisser l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġ kull individwu, f'kwalunkwe stadju ta' ħajtu, għas-sodisfazzjoni u l-iżvilupp personali, għal impjieg, għall-inklużjoni soċjali u għal ċittadinanza attiva. Il-kompetenzi ewlenin huma: il-litteriżmu ; il-multilingwiżmu ; il-matematika , ix-xjenza , it-teknoloġija, l-arti l-inġinerija ; il-kompetenza diġitali; il-kompetenza medjatika; il-kompetenza personali u soċjali u  t-tagħlim dwar kif wieħed jitgħallem; il-kompetenza ċivika ; l-intraprenditorjalità ; il-kuxjenza u l-espressjoni (inter) kulturali u l-ħsieb kritiku;

(19)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhux Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

(19)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhux Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

 

(19a)

“gruppi żvantaġġati” tfisser gruppi mmirati b'livell għoli ta' persuni li qed jesperjenzaw jew huma f'riskju ta' faqar, diskriminazzjoni jew esklużjoni soċjali, inkluż fost oħrajn minoranzi etniċi bħar-Roma, ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi migranti, anzjani, tfal, ġenituri singoli, persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mard kroniku;

 

(19b)

“tagħlim tul il-ħajja” tfisser tagħlim fil-forom kollha tiegħu (tagħlim formali, mhux formali u informali) li jseħħ fl-istadji kollha tal-ħajja, inklużi edukazzjoni bikrija tat-tfal, edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għolja u tagħlim għall-adulti, u li jirriżulta f'titjib fl-għarfien, il-ħiliet, il-kompetenzi u l-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni fis-soċjetà;

2.   Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu [2] tas-[CPR futur] għandhom japplikaw għall-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ .

2.   Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu [2] tas-[CPR futur] japplikaw għall-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża.

 

2a.     Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni  (1a) , japplikaw ukoll għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa fi ħdan ġestjoni diretta u indiretta.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

L-għanijiet ġenerali u l-metodi tal-implimentazzjoni

L-għanijiet ġenerali u l-metodi tal-implimentazzjoni

L-FSE+ għandu l-għan li tappoġġa lill-Istati Membri biex jiksbu livelli għoljin ta' impjiegi, protezzjoni soċjali ġusta , u  forza tax-xogħol tas-sengħa reżiljenti li tkun lesta għad-dinja futura tax-xogħol , b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li pproklamaw il-Parlament Ewropew , il-Kunsill l-Kummissjoni fis-17 ta' Novembru 2017 .

L-FSE+ għandu jappoġġa lill-Istati Membri , fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-Unjoni biex jiksbu soċjetajiet inklużivi, livelli għoljin ta' impjiegi ta' kwalità , il-ħolqien ta' impjiegi , edukazzjoni taħriġ inklużivi ta' kwalità, opportunitajiet indaqs, il-qirda tal-faqar , inkluż il-faqar tat-tfal, inklużjoni u lntegrazzjoni soċjali , koeżjoni soċjali, protezzjoni soċjali ġusta , u forza tax-xogħol tas-sengħa reżiljenti li tkun lesta għad-dinja futura tax-xogħol .

 

L-FSE + għandu jkun konformi mat-Trattati tal-Unjoni Ewropea u l-Karta, u jimplimenta l-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamati mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-17 ta' Novembru 2017, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali skont l-Artikolu 174 tat-TFUE u l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jiksbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-impenji li saru skont il-Ftehim ta' Pariġi.

L-FSE+ għandu jappoġġa, jikkumplimenta u jżid il-valur tal-politiki tal-Istati Membri li jiżguraw opportunitajiet indaqs, aċċess għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti , protezzjoni u inklużjoni soċjali , u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

L-FSE+ għandu jappoġġa, jikkumplimenta u jżid il-valur tal-politiki tal-Istati Membri li jiżguraw opportunitajiet indaqs, aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, tagħlim tul il-ħajja, kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità għolja , protezzjoni soċjali, integrazzjoni u inklużjoni , il-qerda tal-faqar , investiment fit-tfal u fiż-żgħażagħ, in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, aċċess għas-servizzi bażiċi u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Dan għandu jiġi implimentat:

Dan għandu jiġi implimentat:

a)

b'ġestjoni kondiviża, għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi mal-għanijiet speċifiċi indikati fl-Artikolu 4(1) (“il-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ ”), u

a)

b'ġestjoni kondiviża, għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi mal-għanijiet speċifiċi indikati fl-Artikolu 4(1) (“il-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża”), u

b)

b'ġestjoni diretta u indiretta għal dik il-parti mill-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u 23 (“il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali”) u għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u (3) u 26 (“il-fergħa tas-Saħħa”).

b)

b'ġestjoni diretta u indiretta għal dik il-parti mill-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u 23 (“il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali”) u għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u (3) u 26 (“il-fergħa tas-Saħħa”).

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

L-għanijiet speċifiċi

L-għanijiet speċifiċi

1.   L-FSE+ għandu jappoġġa dawn l-għanijiet speċifiċi li ġejjin fl-oqsma ta; politika tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali u s-saħħa u b'hekk jikkontribwixxi wkoll għall-għan ta' politika ta' “Ewropa aktar soċjali – Implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” kif stabbilit fl-Artikolu [4] tas-[CPR futur]:

1.   L-FSE+ għandu jappoġġa dawn l-għanijiet speċifiċi li ġejjin fl-oqsma ta' politika tal-impjiegi, l-edukazzjoni , il-mobbiltà, l-inklużjoni soċjali , il-qerda tal-faqar u s-saħħa u b'hekk jikkontribwixxi wkoll għall-għan ta' politika ta' “Ewropa aktar soċjali – Implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” kif stabbilit fl-Artikolu [4] tas-[CPR futur]:

(i)

jitjieb l-aċċess għall-impjiegi għall-persuni kollha li qed ifittxu impjieg, b'mod partikolari ż-żgħażagħ u l-persuni qiegħda fit-tul, u  l-persuni inattivi , u jiġu promossi l-impjiegi indipendenti u l-ekonomija soċjali;

(i)

jitjieb l-aċċess għall-impjiegi ta' kwalità u l-miżuri ta' attivazzjoni għall-persuni kollha li qed ifittxu impjieg, b'mod partikolari miżuri speċifiċi għaż-żgħażagħ, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija taż-Żgħażagħ, il-persuni qiegħda fit-tul, il-persuni ekonomikament inattivi l-gruppi żvantaġġati , b'fokus fuq il-persuni l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol u jiġu promossi l-impjieg, l-impjieg indipendenti , l-intraprenditorija u l-ekonomija soċjali;

(ii)

jiġu modernizzati l-istituzzjonijiet u s-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħtiġijiet fil-ħiliet u jkunu żgurati assistenza u appoġġ fil-ħin u personalizzati għal tqabbil, tranżizzjonijiet u mobbiltà fis-suq tax-xogħol;

(ii)

jiġu modernizzati l-istituzzjonijiet u s-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħtiġijiet fil-ħiliet u jkunu żgurati assistenza u appoġġ fil-ħin u personalizzati għal tqabbil, tranżizzjonijiet u mobbiltà fis-suq tax-xogħol;

(iii)

jitħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, inkluż l-aċċess għall-indukrar tat-tfal, ambjent tax-xogħol san u adattat sew li jindirizza r-riskji tas-saħħa, l-adattament tal-ħaddiema, tal-intrapriżi u tal-intraprendituri għall-bidla, u t-tixjiħ san u attiv;

(iii)

jitħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-avvanz tal-karriera tan-nisa, jiġu promossi l-prinċipju ta' paga ugwali għall-istess xogħol , bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, b'enfasi partikolari fuq il-ġenituri singoli, inkluż l-aċċess għall-indukrar tat-tfal inklużiv , ta' kwalità u għal but ta' kulħadd, l-edukazzjoni bikrija tat-tfal, il-kura tal-anzjani u servizzi oħra ta' kura u appoġġ; u ambjent tax-xogħol san u adattat sew li jindirizza r-riskji tas-saħħa u tal-mard , l-adattament tal-ħaddiema , tar-riorjentazzjoni professjonali , tal-intrapriżi u tal-intraprendituri għall-bidla, u t-tixjiħ san u attiv;

(iv)

jitjiebu l-kwalità, l-aċċessibbiltà , l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ħalli jappoġġaw il-kisba tal-kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet diġitali;

(iv)

jitjiebu l-kwalità, l-inklużività , l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ħalli jappoġġaw il-kisba tal-kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet intraprenditorjali u diġitali u jiġi rikonoxxut t-tagħlim mhux formali u informali, ħalli tiġi promossa l-inklużjoni diġitali u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mill-istudju għas-sejbien ta' impjieg, ħalli jiġu riflessi r-rekwiżiti soċjali u ekonomiċi ;

(v)

jiġu promossi l-aċċess ugwali għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużivi, u t-tlestija tagħhom, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tul l-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali sal-livell terzjarju, kif ukoll l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, inkluż li tiġi faċilitata l-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd;

(v)

jiġu promossi l-aċċess ugwali għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja, għal but ta' kulħadd u inklużivi, u t-tlestija tagħhom, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati u l-persuni li jipprovdu kura , mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tul l-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali sal-livell terzjarju, kif ukoll l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, jiġi indirizzat it-tluq bikri mill-iskola, tiġi promossa l-introduzzjoni ta' sistemi ta' taħriġ doppju, apprendistati, il-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd u l-aċċessibbiltàgħall-persuni b'diżabbiltà ;

(vi)

jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja, notevolment opportunitajiet flessibbli ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd filwaqtli jitqiesu l-ħiliet diġitali, jiġu antiċipati aħjar it-tibdil u l-ħtiġijiet il-ġodda fil-ħiliet abbażi tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet tal-karrieri u  tiġi promossa l-mobbiltà professjonali;

(vi)

jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja, notevolment opportunitajiet flessibbli ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd filwaqt li jitqiesu l-ħiliet intraprenditorjali u diġitali, jiġu antiċipati aħjar it-tibdil u l-ħtiġijiet il-ġodda fil-ħiliet abbażi tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet tal-karrieri u  jiġu promossi l-mobbiltà professjonali u l-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà ;

(vii)

titrawwem l-inklużjoni attiva ħalli jiġu promossi opportunitajiet indaqs u  parteċipazzjoni attiva, u  titjieb l-impjegabbiltà;

(vii)

titrawwem l-inklużjoni attiva ħalli jiġu promossi l-opportunitajiet indaqs , in-nondiskriminazzjoni l-parteċipazzjoni attiva, u  tittejjeb l-impjegabbiltà , b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati ;

(viii)

titħeġġeġ l-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi u tal-persuni minn komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma ;

(viii)

titħeġġeġ l-integrazzjoni soċjoekonomika fit-tul taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi utal-persuni, inklużi l-migranti ;

 

(viiia)

tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra l-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma u titħeġġeġ l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom;

(ix)

jitjieb l-aċċess ugwali u fil-ħin għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli u affordabbli; jiġu modernizzati s-sistemi tal-protezzjoni soċjali , inkluż jiġi promoss l-aċċess għall-protezzjoni soċjali; jitjiebu l-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi tal-kura fit-tul;

(ix)

jitjieb l-aċċess ugwali u fil-ħin għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli , aċċessibbli u affordabbli , inklużi servizzi għall-aċċess għall-akkomadazzjoni u kura tas-saħħa ċċentrata fuq il-persuna u kura relatata ; jiġu modernizzat l-istituzzjonijiet tas-sigurtà, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, is-sistemi tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali u jiġi promoss l-aċċess għall-protezzjoni soċjali ugwali, b'enfasi partikolari fuq it-tfal u l-gruppi żvantaġġati u l-persuni l-aktar fil-bżonn ; jitjiebu l-aċċessibbiltà , anki għall-persuni b'diżabbiltà , l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi tal-kura fit-tul;

 

(ixa)

tiżdied l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità bil-għan li tittejjeb l-inklużjoni tagħhom fl-impjieg, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ;

(x)

tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali tal-persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali, inkluż l-aktar persuni fil-bżonn u t-tfal;

(x)

tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali tal-persuni li qed jesperjenzaw faqar u/ jew esklużjoni soċjali jew jinsabu f'riskju ta' dan , inklużi l-aktar persuni fil-bżonn u t-tfal;

(xi)

tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali permezz ta' ikel u /jew assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn, inkluż miżuri ta' akkumpanjament.

(xi)

tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali permezz ta' ikel u assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn, inkluż miżuri ta' akkumpanjament , bl-għan li tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali tagħhom b'enfasi fuq it-tfal f'sitwazzjonijiet vulnerabbli .

2.   Bl-azzjonijiet implimentati permezz tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-FSE+ għandu jikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet l-oħra ta' politika msemmija fl-Artikolu [4] tas-[CPR futur], b'mod partikolari dawk marbuta ma':

2.   Bl-azzjonijiet implimentati permezz tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-FSE+ għandu l-għan li jikkontribwixxi wkoll għal għanijiet oħra ta' politika msemmija fl-Artikolu [4] tas-[CPR futur], b'mod partikolari dawk marbuta ma':

1.

Ewropa aktar intelliġenti bl-iżvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, ħiliet għal teknoloġiji abilitanti essenzjali, tranżizzjoni industrijali, koperazzjoni settorjali b'rabta mal-ħiliet u l-intraprenditorjali, it-taħriġ tar-riċerkaturi, l-attivitajiet ta' netwerking u sħubijiet bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali u edukattiv (VET), iċ-ċentri tar-riċerka u t-teknoloġija, u l-intrapriżi u l-gruppi, l-appoġġ għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u medji u l-ekonomija soċjali;

1.

Ewropa aktar intelliġenti bl-iżvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, ħiliet għal teknoloġiji abilitanti essenzjali, tranżizzjoni industrijali, kooperazzjoni settorjali b'rabta mal-ħiliet u l-intraprenditorjali, it-taħriġ tar-riċerkaturi, l-attivitajiet ta' netwerking u sħubijiet bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali u edukattiv (VET), iċ-ċentri tar-riċerka u t-teknoloġija, iċ-ċentri mediċi u tal-kura tas-saħħa u l-intrapriżi u l-gruppi, l-appoġġ għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u medji u l-ekonomija soċjali filwaqt li jitqiesu l-liġijiet u l-oqsfa tal-ekonomija soċjali stabbiliti fl-Istati Membri ;

2.

Ewropa aktar ekoloġika, b'sistemi aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ li hemm bżonn għall-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, it-titjib tal-ħiliet għal kulħadd, inkluż tal-forza tax-xogħol, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda f'setturi relatati mal-ambjent, il-klima u l-enerġija, u l-bijoekonomija.

2.

Ewropa aktar ekoloġika, b'sistemi aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ li hemm bżonn għall-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, sensibilizzazzjoni fost il-popolazzjoni dwar żvilupp u stili ta' ħajja sostenibbli, it-titjib tal-ħiliet għal kulħadd, inkluż tal-forza tax-xogħol, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda f'setturi relatati mal-ambjent, il-klima u l-enerġija, u l-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija;

 

2a.     Unjoni eqreb lejn iċ-ċittadini permezz ta' miżuri favur it-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet taż-żoni urbani, rurali u kostali bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi fil-bliet u r-reġjuni.

 

2b.     fil-qafas tat-Taqsima tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali, l-FSE + għandu jappoġġa l-iżvilupp, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrumenti, il-politiki u l-liġi rilevanti tal-Unjoni u jippromwovi t-tfassil ta' politika bbażata fuq l-evidenza, l-innovazzjoni soċjali u l-progress soċjali fi sħubija mas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-korpi pubbliċi u privati (objettiv speċifiku 1); għandu jippromwovi l-mobbiltà ġeografika volontarja tal-ħaddiema fuq bażi ġusta u jagħti spinta lill-opportunitajiet ta' impjieg (l-objettiv speċifiku 2); għandu jippromwovi l-impjieg u l-inklużjoni soċjali billi jżid id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-mikrofinanzjament għall-intrapriżi mikro u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, b'mod partikolari għal persuni vulnerabbli (objettiv speċifiku 3);

3.   Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, l-FSE+ għandu jappoġġa l-promozzjoni tas-saħħa u  l-prevenzjoni tal-mard, jikkontribwixxi għall-effikaċja, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, jagħmel il-kura tas-saħħa aktar sikura, inaqqas l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, u jħares liċ-ċittadini mit-theddid transfruntier tas-saħħa, u jappoġġa l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa.

3.   permezz tal-fergħa tas-Saħħa, l-FSE+ għandu jikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem ta' prevenzjoni tal-mard, anki permezz tal-promozzjoni tal-attività fiżika u tal-edukazzjoni dwar is-saħħa, jikkontribwixxi għall-effikaċja, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, jagħmel il-kura tas-saħħa aktar sikura, inaqqas l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, iżid l-istennija ta' tul tal-ħajja fit-twelid, iħares liċ-ċittadini mit-theddid transfruntier tas-saħħa, irawwem il-prevenzjoni tal-mard u d-djanjożi bikrija, u l-promozzjoni tas-saħħa tul il-ħajja kif ukoll isaħħaħ u jappoġġa l-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mas-saħħa, anki fil-qasam tas-saħħa ambjentali, u jrawwem is-Saħħa fil-politiki kollha tal-unjoni. Il-politika tas-saħħa tal-Unjoni għandha tkun iggwidata mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni u l-Istati Membri jilħqu l-objettiv tal-SDG 3 “Jiġu żgurati ħajjiet f'saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f'kull età”.

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Baġit

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju totali għall-FSE+ tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR  101 174 000 000 bi prezzijiet attwali.

1.   Il-pakkett finanzjarju totali għall-FSE+ tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 106 781 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 120 457 000 000 bi prezzijiet attwali).

2.   Il-parti tal-pakkett finanzjarju għall-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ skont il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir għandha tkun EUR 100 000 000 000 bi prezzijiet attwali jew EUR 88 646 194 590 bi prezzijiet tal-2018 li EUR 200 000 000 minnhom bi prezzijiet attwali jew EUR 175 000 000 minnhom bi prezzijiet tal-2018 għandhom jiġu allokati għall-koperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi kif imsemmi fl-Artikolu 23(i) u EUR 400 000 000 bi prezzijiet attwali jew EUR 376 928 934 bi prezzijiet tal-2018 bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.

2.   Il-parti tal-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża skont il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir għandha tkun EUR 105 686 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 119 222 000 000 f'prezzijiet attwali) li EUR 200 000 000 minnhom bi prezzijiet attwali jew EUR 175 000 000 minnhom bi prezzijiet tal-2018 għandhom jiġu allokati għall-koperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi kif imsemmi fl-Artikolu 23(i) , EUR 5 900 000 000 għandhom jiġu allokati għall-miżuri li jidħlu fil-Garanzija Ewropea għat-Tfal imsemmija fl-Artikolu 10a, u EUR 400 000 000 bi prezzijiet attwali jew EUR 376 928 934 bi prezzijiet tal-2018 bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.

3.   Il-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u għall-fergħa tas-Saħħa tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 1 174 000 000 bi prezzijiet attwali.

3.   Il-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u għall-fergħa tas-Saħħa tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 1 095 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 234 000 000 bi prezzijiet attwali).

4.   Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 għandha tkun:

4.   Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 għandha tkun:

(a)

EUR 761 000 000 għall-implimentazzjoni tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali;

(a)

EUR 675 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 761 000 000 bi prezzijiet attwali) għall-implimentazzjoni tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali;

(b)

EUR 413 000 000 għall-implimentazzjoni tal-fergħa tas-Saħħa.

(b)

EUR 420 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 473 000 000 bi prezzijiet attwali; jew 0,36  % tal-QFP 2021-2027) għall-implimentazzjoni tal-fergħa tas-Saħħa.

5.   L-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 u 4 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programmi, bħall-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, inkluż sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

5.   L-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 u 4 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programmi, bħall-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, inkluż sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni

Ugwaljanza bejn is-sessi u opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni

1.   Il-programmi kollha implimenati permezz tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ , u  l-operazzjonijiet appoġġati permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn l-irġiel n-nies matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ l-evalwazzjoni tagħhom. Għandhom jippromwovu wkoll opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru , oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità , l-età jew l-orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom.

1.   Il-programmi kollha implimentati fl-ambitu tal-FSE+ għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi matul it-tħejjija , l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ l-evalwazzjoni tagħhom. Huma għandhom jappoġġaw ukoll azzjonijiet speċifiċi mmirati biex iżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja tax-xogħol l-iżvilupp professjonali tagħhom kif ukoll il-konċiljazzjoni bejn ix-xogħol l-ħajja personali, jippromwovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' sess , ta' oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta' diżabbiltà jew ta' kundizzjoni ta' saħħa , età jew orjentazzjoni sesswali , inkluża l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà anki f'termini tal-ICT, matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom , u b'hekk tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali u jitnaqqsu l-inugwaljanzi .

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġaw ukoll azzjonijiet immirati speċifiċi li jippromwovu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 f'xi wieħed mill-għanijiet tal-FSE+, inkluż it-tranżizzjoni minn kura residenzjali/ istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġaw ukoll azzjonijiet immirati speċifiċi li jippromwovu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 f'xi wieħed mill-għanijiet tal-FSE+, inkluż it-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità u t-titjieb tal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà .

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Konsistenza u konċentrazzjoni tematika

Konsistenza u konċentrazzjoni tematika

1.   L-Istati Membri għandhom jikkonċentraw ir-riżorsi b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fuq interventi li jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom, fis-Semestru Ewropew kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u mal-Artikolu 148(4) tat-TFUE, u jqisu l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

1.   L-Istati Membri għandhom jikkonċentraw ir-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża fuq interventi li jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom, fis-Semestru Ewropew kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u mal-Artikolu 148(4) tat-TFUE, u jqisu l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali , it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali skont is-Semestru Ewropew u speċifiċitajiet reġjonali u b'hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-TFUE fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jkunu konformi b'mod sħsiħ tal-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU .

L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni, kumplimentarjetà u koerenza bejn l-FSE+ u fondi, programmi u strumenti oħra tal-Unjoni bħal Erasmus , il-Fond għall-Migrazzjoni u  l-Ażil u l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni. L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni, għandhom itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tkun żgurata l-koperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni, biex jagħmu azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u ssimplifikati.

L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni, kumplimentarjetà u koerenza bejn l-FSE+ u fondi, programmi u strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, InvestEU, l-Ewropa Kreattiva, l-Istrument tad-Drittijiet u l-Valuri, l-Erasmus , il-Fond għall-Migrazzjoni u  l-Asil, il-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom ta' wara l-2020 u l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni. L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni, għandhom itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tkun żgurata l-koperazzjoni mill-qrib bejn dawk l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni responsabbli għall-implimentazzjoni, biex jagħmlu approċċi integrati u azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u ssimplifikati.

2.   L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u l-Artikolu 148(4) tat-TFUE u fis-Semestru Ewropew li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+ kif stabbilit fl-Artikolu 4.

2.   L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża biex jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u l-Artikolu 148(4) tat-TFUE u fis-Semestru Ewropew li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+ kif stabbilit fl-Artikolu 4.

3.   L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-anqas 25  % tar-riżorsi tagħhom b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-għanijiet speċifiċi fil-qasam tal-politika tal-inklużjoni soċjali stabbiliti fil-punti (vii) u ( xi ) tal-Artikolu 4(1), inkluż il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini minn pajjiżi terzi.

3.   L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-anqas 27 % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għall-għanijiet speċifiċi fil-qasam tal-politika tal-inklużjoni soċjali stabbiliti fil-punti (vii) u ( x ) tal-Artikolu 4(1), inkluż il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini minn pajjiżi terzi.

 

3a.     Fil-qafas ta; l-objettivi speċifiċi tal-qasam ta' politika tal-inklużjoni soċjali stabbiliti fil-punti (vii) sa (x) tal-Artikolu 4(1), l-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża biex jimplimentaw il-Garanzija Ewropea għat-Tfal ħalli jgħin sabiex it-tfal jingħataw aċċess ugwali għal kura tas-saħħa, edukazzjoni u indukrar bla ħlas, akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata.

4.    L-Istati Membri għandhom jallokaw tal-anqas 2  % tar-riżorsi tagħhom b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-għan speċifiku li jindirizza l-privazzjoni materjali stabbilit fil-punt (xi) tal-Artikolu 4(1).

4.    Minbarra l-allokazzjoni minima ta' mill-inqas 27 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (vii) sa (x) tal-Artikolu 4(1), l-Istati Membri għandhom jallokaw tal-anqas 3  % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għall-objettiv speċifiku li tiġi indirizzata l-inklużjoni soċjali tal-aktar persuni fil-bżonn u/jew il-privazzjoni materjali stabbilit fil-punti (x) u (xi) tal-Artikolu 4(1).

F'każijiet ġustifikati kif xieraq, ir-riżorsi allokati għall-għan speċifiku stabbilit fil-punt (x) tal-Artikolu 4(1) u mmirat għall-aktar persuni fil-bżonn jistgħu jiġu kkunsidrati waqt il-verifika tal-konformità mal-allokazzjoni minima ta' mill-inqas 2 % stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta# dan il-paragrafu.

 

5.   L-Istati Membri li għandhom rata taż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u d-29 sena barra mill-impjieg, l-edukazzjoni, jew it-taħriġ li taqbeż il-medja tal-Unjoni fl-2019, abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 10  % tar-riżorsi tagħhom b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għas-snin 2021 sa 2025 għal azzjonijiet immirati u riformi strutturali li jappoġġaw l-impjiegi taż-żgħażagħ u t-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ, u l-edukazzjoni kumpensatorja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

5.   L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 3 % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għal azzjonijiet immirati u riformi strutturali li jappoġġaw l-impjiegi taż-żgħażagħ u t-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ, u l-edukazzjoni kumpensatorja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

 

L-Istati Membri li għandhom rata ta' żgħażagħ bejn il-15-il sena u d-29 sena li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) 'l fuq mill-medja tal-Unjoni fl-2019 jew fejn ir-rata tan-NEET hija 'l fuq minn 15 % abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE + b'ġestjoni kondiviża għas-snin 2021 sa 2025 fil-perjodu ta' programmazzjoni għall-azzjonijiet imsemmija hawn fuq u għal miżuri ta' riforma strutturali, filwaqt li jagħti attenzjoni speċjali lil dawk ir-reġjuni aktar affettwati billi jitqiesu d-diverġenzi li jeżistu bejniethom.

Meta jipprogrammaw ir-riżorsi b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-2026 u l-2027 f'nofs it-terminu skont l-Artikolu [14] tas-[CPR futur], l-Istati Membri li għandhom rata taż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u d-29 sena barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew it-taħriġ li taqbeż il-medja tal-Unjoni fl-2024, abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 10 % tar-riżorsi tagħhom b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għas-snin 2026 sa 2027 għal dawn l-azzjonijiet.

Meta jipprogrammaw ir-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għall-2026 u l-2027 f'nofs it-terminu skont l-Artikolu [14] tas-[CPR futur], l-Istati Membri li għandhom rata taż-żgħażagħ ta' bejn il-15 -il sena u d-29 sena barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew it-taħriġ li taqbeż il-medja tal-Unjoni fl-2024, jew fejn ir-rata tan-NEET hija 'l fuq minn 15 % abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għas-snin 2026 sa 2027 għal dawn l-azzjonijiet jew għal miżuri ta' riforma strutturali .

Ir-reġjuni ultraperiferiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel fit-tieni subparagrafi għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fil-programmi tagħhom għall-azzjonijiet immirati stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Din l-allokazzjoni għandha titqies fil-verifika tal-konformità mal-persentaġġ minimu fil-livell nazzjonali stabbilit fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni fit-tielet subparagrafi għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża fil-programmi tagħhom għall-azzjonijiet immirati stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Din l-allokazzjoni għandha titqies fil-verifika tal-konformità mal-persentaġġ minimu fil-livell nazzjonali stabbilit fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi. Dik l-allokazzjoni ma għandhiex tissostitwixxi l-finanzjament meħtieġ għall-infrastruttura u l-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Meta jimplimentaw dawn l-azzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità liż-żgħażagħ inattivi u qiegħda fit-tul u jistabbilixxu miżuri mmirati ta' kuntatt.

Meta jimplimentaw dawn l-azzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità liż-żgħażagħ inattivi u qiegħda fit-tul u jistabbilixxu miżuri mmirati ta' kuntatt.

6.   Il-paragrafi 2 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika li jirċievu r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.

6.   Il-paragrafi 2 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika li jirċievu r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.

7.   Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-assistenza teknika.

7.   Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-assistenza teknika.

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali

Fl-implimentazzjoni tal-fondi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta.

Kwalunkwe spiża li ssir għal xi azzjoni li ma tkunx konformi mal-Karta ma għandhiex tkun eliġibbli skont l-Artikolu 58(2) tar-Regolament xx/xx dwar Dispożizzjonijiet Komuni u r-Regolament Delegat (UE) Nru 240/2014.

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Sħubija

Sħubija

1.    Kull Stat Membru għandu jiżgura parteċipazzjoni xierqa ta' sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-twettiq tal-politiki tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali appoġġati mill-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ .

1.    F'konformità mal-Artikolu 6 tas-[CPR futur] u mar-Regolament Delegat (UE) Nru 240/2014, kull Stat Membru għandu jiżgura , fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, parteċipazzjoni sinifikanti tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili , il-korpi tal-ugwaljanza, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet rilevanti jew rappreżentattivi oħra fl-ipprogrammar u t-twettiq tal-politiki tal-impjiegi, l-edukazzjoni , in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni soċjali u inizjattivi appoġġati mill-fergħa tal-FSE + b'ġestjoni kondiviża . Tali parteċipazzjoni sinifikanti għandha tkun inklużiva u aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

2.   L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq ta' riżorsi b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ f'kull programm tat-tiswir tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

2.   L-Istati Membri għandhom jallokaw tal-inqas 2 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għat-tiswir tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni fl-għamla ta' taħriġ, miżuri ta' netwerking, u tisħiħ tad-djalogu soċjali, u għal attivitajiet imwettqa b'mod konġunt mis-sħab soċjali .

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Nindirizzaw il-privazzjoni materjali

Nindirizzaw il-privazzjoni materjali

Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 7(4) għandhom jiġu pprogrammati fi prijorità jew programm apposta .

Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 7(4) li jirrigwardaw l-inklużjoni soċjali ta' dawk l-aktar fil-bżonn u jew il-provazzjoni materjali għandhom jiġu pprogrammati fi prijorità jew programm speċifiċi . Ir-rata ta' kofinanzjament għal tali prijorità jew programm hija stabbilita għal, tal-inqas, 85 %.

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ

Appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ

L-appoġġ skont l-Artikolu 7(5) għandu jiġi pprogrammat fi prijorità apposta u din għandha tappoġġa l-għan speċifiku stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 4(1).

L-appoġġ skont l-Artikolu 7(5) għandu jiġi pprogrammat fi prijorità jew programm speċifiċi u din għandha tappoġġa l-għan speċifiku stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 4(1).

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

Appoġġ lill-Garanzija Ewropea għat-Tfal

F'konformità mal-Artikolu 7(3a), għandu jiġi pprogrammat appoġġ, fil-qafas ta' prijorità jew programm speċifiċi, li jirrifletti r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-2013 dwar l-investiment fit-tfal; Dan għandu jappoġġa l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal fil-kuntest tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (vii) sa (x) tal-Artikolu 4(1).

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

Appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi

Appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi

L-azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi u fis-Semestru Ewropew imsemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom jiġu pprogrammati fi prijorità apposta waħda jew bosta .

L-azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi u fis-Semestru Ewropew imsemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom jiġu pprogrammati fl-ambitu ta' kwalunkwe objettiv speċifiku msemmi fl-artikolu 4(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-komplementarjetà, il-koerenza, il-koordinazzjoni u s-sinerġiji mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

 

Għandha tiġi żgurata biżżejjed flessibbiltà fil-livell tal-Awtorità ta' Ġestjoni biex jiġu identifikati l-prijoritajiet u l-oqsma għall-investimenti tal-FSE+ bi qbil mal-isfidi lokali u reġjonali speċifiċi.

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

Żvilupp territorjali integrat

1.     L-FSE+ jista' jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] bi qbil mal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament [is-CPR il-ġdid].

2.     L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, appoġġat mill-FSE+, esklussivament permezz tal-formoli msemmija fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11b

Kooperazzjoni transnazzjonali

1.     L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw azzjonijiet ta' kooperazzjoni transnazzjonali fil-qafas ta' prijorità speċifika.

2.     Azzjonijiet ta' kooperazzjoni transnazzjonali jistgħu jiġu pprogrammati fi ħdan kwalunkwe wieħed mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1).

3.     Ir-rata ta' kofinanzjament massima għal din il-prijorità tista' tizdied għall-90 % għall-allokazzjoni ta' massimu ta' 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għal dawn il-prijoritajiet.

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Kamp ta' applikazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għall-appoġġ tal-FSE+ skont il-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1) meta jiġi implimentat b'ġestjoni kondiviża (“l-appoġġ ġenerali permezz tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+”).

Dan il-Kapitolu japplika għall-appoġġ tal-FSE+ skont il-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1) meta jiġi implimentat b'ġestjoni kondiviża (“l-appoġġ ġenerali permezz tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+”). Barra minn hekk, l-Artikolu 13 japplika wkoll għall-appoġġ tal-FSE+ skont il-punt (xi) tal-Artikolu 4(1).

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Azzjonijiet innovattivi

Azzjonijiet soċjali innovattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw azzjonijiet ta' innovazzjoni soċjali u esperimentazzjonijiet soċjali, jew isaħħu approċċi minn isfel għal fuq ibbażati fuq sħubijiet li jinvolvu awtoritajiet pubbliċi, is-settur privat u s-soċjetà ċivili bħall-Gruppi ta' Azzjoni Lokali li jfasslu jimplimentaw strateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità .

1.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw azzjonijiet ta' innovazzjoni soċjali u /jew esperimentazzjonijiet soċjali, inklużi dawk b'komponent soċjokulturali, bl-użu ta' approċċi minn isfel għal fuq ibbażati fuq sħubijiet li jinvolvu l-awtoritajiet pubbliċi, is-sħab soċjali, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali , is-settur privat u s-soċjetà ċivili.

 

1a.     L-Istati Membri għandhom jidentifikaw, fil-programmi operazzjonali tagħhom jew fi stadju aktar tard matul l-implimentazzjoni, l-oqsma għall-innovazzjoni soċjali u l-esperimentazzjonijiet soċjali li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw it-titjib ta' approċċi innovattivi ttestjati fuq skala żgħira (esperimentazzjonijiet soċjali) żviluppati permezz tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u ta' programmi oħra tal-Unjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw it-titjib ta' approċċi innovattivi ttestjati fuq skala żgħira ( innovazzjoni soċjali u esperimentazzjonijiet soċjali , inklużi dwak b'komponent soċjokulturali ) żviluppati permezz tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u ta' programmi oħra tal-Unjoni.

3.   Azzjonijiet u approċċi innovattivi jistgħu jiġu pprogrammati f'xi wieħed mill-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1).

3.   Azzjonijiet u approċċi innovattivi jistgħu jiġu pprogrammati f'xi wieħed mill-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1).

4.   Kull Stat Membru għandu jiddedika mill-inqas prijorità waħda għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 jew 2 jew tat-tnejn. Ir-rata ta' kofinanzjament massima għal dawn il-prijoritajiet tista' tiġi miżjuda għall-95 % għall-allokazzjoni ta' massimu ta' 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għal dawn il-prijoritajiet .

4.   Kull Stat Membru għandu jiddedika mill-inqas prijorità waħda għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 jew 2 jew tat-tnejn. Ir-rata ta' kofinanzjament massima għal dawn il-prijoritajiet tista' tiġi miżjuda għall-95 % għall-allokazzjoni ta' massimu ta' 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża .

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

Eliġibbiltà

Eliġibbiltà

1.   Minbarra l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu [58] tas-[CPR futur], l-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ :

1.   Minbarra l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu [58] tas-[CPR futur], l-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża:

(a)

ix-xiri ta' art u proprjetà immobbli, u  l-forniment ta' infrastruttura, u

(a)

ix-xiri ta' art u proprjetà immobbli, u  x-xiri ta' infrastruttura, u

(b)

ix-xiri ta' għamara, tagħmir u vetturi għajr meta x-xiri jkun meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-operazzjoni, jew dawn l-oġġetti jiġu deprezzati għalkollox, jew ix-xiri ta' dawn l-oġġetti jkun l-aktar alternattiva ekonomika.

(b)

ix-xiri ta' għamara, tagħmir u vetturi għajr meta x-xiri jkun assolutament meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-operazzjoni, jew dawn l-oġġetti jiġu deprezzati għalkollox, jew ix-xiri ta' dawn l-oġġetti jkun l-aktar alternattiva ekonomika.

2.   Il-kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta' għotjiet jew salarji żburżati minn parti terza għall-benefiċċju tal-parteċipanti f'operazzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ , diment li dawn il-kontribuzzjonijiet in natura jiġġarrbu skont ir-regoli nazzjonali, inkluż ir-regoli tal-kontabbiltà, u ma jaqbżux l-ispiża mġarrba mill-parti terza.

2.   Il-kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta' għotjiet jew salarji żburżati minn parti terza għall-benefiċċju tal-parteċipanti f'operazzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża, diment li dawn il-kontribuzzjonijiet in natura jiġġarrbu skont ir-regoli nazzjonali, inkluż ir-regoli tal-kontabbiltà, u ma jaqbżux l-ispiża mġarrba mill-parti terza.

3.   L-allokazzjoni addizzjonali speċifika li rċivew ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell tan-NUTS 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994 għandha tintuża biex tappoġġa l-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4.

3.   L-allokazzjoni addizzjonali speċifika li rċivew ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell tan-NUTS 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994 għandha tintuża biex tappoġġa l-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4.

4.   L-ispejjeż diretti tal-persunal għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ , diment li l-livell tagħhom ma jkunx iżjed minn 100 % tar-remunerazzjoni abitwali għall-professjoni kkonċernata fl-Istat Membru kif turi d-data tal-Eurostat.

4.   L-ispejjeż diretti tal-persunal għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża . Jekk japplika ftehim kollettiv, dawn għandhom jiġu determinati skont dak il-ftehim. Jekk ma jkun japplika l-ebda ftehim kollettiv, il-livell tagħhom ma għandux ikun ogħla minn 100 % tar-remunerazzjoni abitwali għall-professjoni jew l-għarfien espert speċifiku kkonċernat fl-Istat Membru jew fir-reġjun kif muri mill-ġustifikazzjoni dokumentata rilevanti pprovduta mill-Awtorità ta' Ġestjoni rispettiva u/jew mid-data tal-Eurostat.

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

Artikolu 15

Indikaturi u rappurtar

Indikaturi u rappurtar

1.   Il-programmi li jibbenefikaw mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament biex jiġi sorveljat il-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi.

1.   Il-programmi li jibbenefikaw mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness  1 jew l-Anness IIa għall-azzjonijiet li jirrigwardaw l-inklużjoni soċjali tal-aktar nies fil-bżonn fil-punt (x) tal-Artikolu 4( 1) ta' dan ir-Regolament biex jiġi sorveljat il-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi u indikaturi speċifiċi għall-azzjonijiet .

2.   Il-linja bażi għall-indikaturi komuni tal-outputs u dawk speċifiċi għal kull programm għandha tiġi ffissata bħala żero. Meta rilevanti għan-natura tal-operazzjonijiet appoġġati, it-tappi kwantifikati kumulattivi u l-valuri ta' mira għal dawk l-indikaturi għandhom jiġu ffissati f'numri assoluti. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi tal-outputs għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.

2.   Il-linja bażi għall-indikaturi komuni tal-outputs u dawk speċifiċi għal kull programm għandha tiġi ffissata bħala żero. Meta rilevanti għan-natura tal-operazzjonijiet appoġġati, it-tappi kwantifikati kumulattivi u l-valuri ta' mira għal dawk l-indikaturi għandhom jiġu ffissati f'numri assoluti. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi tal-outputs għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.

3.   Il-valur ta' referenza tal-indikaturi komuni tal-output u ta' dawk speċifiċi għal kull programm li għalihom ġew stabbiliti tappi kwantifikati kumulattivi għall-2024 u valuri ta' mira għall-2029, għandu jiġi ffissat skont l-aħħar data disponibbli jew sorsi rilevanti oħra tal-informazzjoni. Il-miri tal-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu ffissati f'numri assoluti jew bħala persentaġġ. L-indikaturi tar-riżultati speċifiċi għal kull programm u l-miri relatati jistgħu jiġu espressi f'termini kwantitattivi jew kwalitattivi. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.

3.   Il-valur ta' referenza tal-indikaturi komuni tal-output u ta' dawk speċifiċi għal kull programm li għalihom ġew stabbiliti tappi kwantifikati kumulattivi għall-2024 u valuri ta' mira għall-2029, għandu jiġi ffissat skont l-aħħar data disponibbli jew sorsi rilevanti oħra tal-informazzjoni. Il-miri tal-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu ffissati f'numri assoluti jew bħala persentaġġ. L-indikaturi tar-riżultati speċifiċi għal kull programm u l-miri relatati jistgħu jiġu espressi f'termini kwantitattivi jew kwalitattivi. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.

4.    Id-data dwar l-indikaturi għall-parteċipanti għandha tintbagħat biss meta tkun disponibbli d-data kollha mitluba fil-punt (1a) tal-Anness 1 relatata ma' dak il-parteċipant.

4.    Id-data dwar l-indikaturi għall-parteċipanti għandha tintbagħat biss meta tkun disponibbli d-data kollha mitluba fil-punt (1a) tal-Anness 1 relatata ma' dak il-parteċipant.

 

4a.     Id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq is-sessi biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-programmi FSE + fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tkun diżaggregata skont is-sess.

5.   Meta d-data tkun disponibbli fir-reġistri jew f'sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni u korpi oħra fdati bil-ġbir tad-data meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ , jiksbu din id-data mir-reġistri tad-data jew minn sorsi ekwivalenti, b'konformità mal-punti (c) u (e) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679,

5.   Meta d-data tkun disponibbli fir-reġistri jew f'sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni u korpi oħra fdati bil-ġbir tad-data meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża, jiksbu din id-data mir-reġistri tad-data jew minn sorsi ekwivalenti, b'konformità mal-punti (c) u (e) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679,

6.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness I, meta jitqies meħtieġ, biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi.

6.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness I  u l-Anness IIa , meta jitqies meħtieġ, biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi.

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

Artikolu 17

Prinċipji

Prinċipji

1.   L-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali jista' jintuża biss biex jappoġġa t-tqassim tal-ikel u l-prodotti konformi mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur.

1.   L-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali jista' jintuża biss biex jappoġġa t-tqassim tal-ikel u l-prodotti konformi mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur.

2.   L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħżlu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika skont kriterji oġġettivi relatati mal-ħtiġijiet tal-aktar persuni fil-bżonn. Il-kriterji tal-għażla għall-prodotti alimentari, u meta xieraq għall-oġġetti, għandhom iqisu wkoll aspetti klimatiċi u ambjentali, b'mod partikolari ħalli jonqos il-ħela tal-ikel. Meta xieraq, l-għażla tat-tip ta' prodotti alimentari li jridu jitqassmu għandha ssir wara li jitqies il-kontribut tagħhom għal dieta bilanċjata tal-aktar persuni fil-bżonn.

2.   L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħżlu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika skont kriterji oġġettivi relatati mal-ħtiġijiet tal-aktar persuni fil-bżonn. Il-kriterji tal-għażla għall-prodotti alimentari, u meta xieraq għall-oġġetti, għandhom iqisu wkoll aspetti klimatiċi u ambjentali, b'mod partikolari ħalli jonqos il-ħela tal-ikel u l-plastik li jintuża darba biss . Meta xieraq, l-għażla tat-tip ta' prodotti alimentari li jridu jitqassmu għandha ssir wara li jitqies il-kontribut tagħhom għal dieta bilanċjata tal-aktar persuni fil-bżonn.

L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika jistgħu jingħataw direttament lill-aktar persuni fil-bżonn jew indirettament permezz ta' vawċers jew kards, diment li dawn jissarrfu biss f'ikel u/jew assistenza materjali bażika kif stabbilit fl-Artikolu 2(3).

L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika jistgħu jingħataw direttament lill-aktar persuni fil-bżonn jew indirettament permezz ta' vawċers jew kards, diment li dawn jissarrfu biss f'ikel u/jew assistenza materjali bażika kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) u ma jkunux qed jissostitwixxu xi benefiċċju soċjali eżistenti.

L-ikel mogħti lill-aktar persuni fil-bżonn jista' jinkiseb mill-użu, l-ipproċessar jew il-bejgħ tal-prodotti li jkun sar disponiment minnhom skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, diment li din tkun l-aktar alternattiva favorevoli mil-lat ekonomiku u ma ddewwimx bla bżonn it-twassil tal-prodotti alimentari lill-aktar persuni fil-bżonn.

L-ikel mogħti lill-aktar persuni fil-bżonn jista' jinkiseb mill-użu, l-ipproċessar jew il-bejgħ tal-prodotti li jkun sar disponiment minnhom skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, diment li din tkun l-aktar alternattiva favorevoli mil-lat ekonomiku u ma ddewwimx bla bżonn it-twassil tal-prodotti alimentari lill-aktar persuni fil-bżonn.

Kull ammont derivat minn din it-tranżazzjoni għandu jintuża għall-benefiċċju tal-aktar persuni fil-bżonn, b'żieda mal-ammonti diġà disponibbli għall-programm.

Kull ammont derivat minn din it-tranżazzjoni għandu jintuża għall-benefiċċju tal-aktar persuni fil-bżonn, b'żieda mal-ammonti diġà disponibbli għall-programm.

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali tkun tirrispetta d-dinjità u tevita l-istigmatizzazzjoni tal-aktar persuni fil-bżonn.

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali tkun tirrispetta d-dinjità u tevita l-istigmatizzazzjoni tal-aktar persuni fil-bżonn.

4.   It-twassil tal-ikel u/jew assistenza materjali jista' jiġi kkumplimentat b'riorjentazzjoni lejn servizzi kompetenti u miżuri ta' akkumpanjament oħra mmirati lejn l-inklużjoni soċjali tal-aktar persuni fil-bżonn.

4.   It-twassil tal-ikel u/jew assistenza materjali għandu jiġi kkomplementat b'riorjentazzjoni lejn servizzi kompetenti u miżuri ta' akkumpanjament oħra mmirati lejn l-inklużjoni soċjali tal-aktar persuni fil-bżonn.

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20

Artikolu 20

Eliġibbiltà tan-nefqa

Eliġibbiltà tan-nefqa

1.   L-ispejjeż eliġibbli għall-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali għandhom ikunu:

1.   L-ispejjeż eliġibbli għall-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali għandhom ikunu:

(a)

l-ispejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika, inkluż l-ispejjeż relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lir-riċevituri finali;

(a)

l-ispejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika, inkluż l-ispejjeż relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lir-riċevituri finali;

(b)

meta l-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jqassmuhom lir-riċevituri finali ma jkunx kopert bil-punt (a), l-ispejjeż imġarrba mill-korp tal-akkwisti relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lejn l-imħażen u/jew għand il-benefiċjarji u l-ispejjeż tal-ħażna b'rata fissa ta' 1 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) jew, f'każijiet ġustifikati kif xieraq, l-ispejjeż effettivament imġarrba u mħallsa;

(b)

meta l-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jqassmuhom lir-riċevituri finali ma jkunx kopert bil-punt (a), l-ispejjeż imġarrba mill-korp tal-akkwisti relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lejn l-imħażen u/jew għand il-benefiċjarji u l-ispejjeż tal-ħażna b'rata fissa ta' 1 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) jew, f'każijiet ġustifikati kif xieraq, l-ispejjeż effettivament imġarrba u mħallsa;

(c)

l-ispejjeż amministrattivi, tal-ġarr u tal-ħażna li jġarrbu l-benefiċjarji involuti fit-tqassim tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b'rata fissa ta' 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a); jew 5 % tal-ispejjeż tal-valur tal-prodotti alimentari li jkun sar disponiment minnhom b'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(c)

l-ispejjeż amministrattivi, tal-ġarr u tal-ħażna li jġarrbu l-benefiċjarji involuti fit-tqassim tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b'rata fissa ta' 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a); jew 5 % tal-ispejjeż tal-valur tal-prodotti alimentari li jkun sar disponiment minnhom b'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(d)

l-ispejjeż għall-ġbir, il-ġarr, il-ħażna u t-tqassim ta' donazzjonijiet tal-ikel u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni direttament relatati;

(d)

l-ispejjeż għall-ġbir, il-ġarr, il-ħażna u t-tqassim ta' donazzjonijiet tal-ikel u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni direttament relatati;

(e)

l-ispejjeż tal-miżuri ta' akkumpanjament imwettqa mill-benefiċjarji jew f'isimhom u ddikjarati mill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b'rata fissa ta' 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a).

(e)

l-ispejjeż tal-miżuri ta' akkumpanjament imwettqa mill-benefiċjarji jew f'isimhom u ddikjarati mill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b'rata fissa ta' 5,5  % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a).

2.   It-tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 minħabba nuqqas ta' konformità mal-liġi applikabbli mill-korp responsabbli għax-xiri tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika, ma għandux iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1.

2.   It-tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 minħabba nuqqas ta' konformità mal-liġi applikabbli mill-korp responsabbli għax-xiri tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika, ma għandux iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1.

3.   L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:

3.   L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:

(a)

l-imgħax fuq id-dejn;

(a)

l-imgħax fuq id-dejn;

(b)

il-forniment ta' infrastruttura;

(b)

ix-xiri ta' infrastruttura;

(c)

l-ispejjeż ta' oġġetti użati (second-hand).

(c)

l-ispejjeż ta' oġġetti użati (second-hand) ta' kwalità inferjuri .

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 21

Artikolu 21

Indikaturi u rappurtar

Indikaturi u rappurtar

1.   Il-prijoritajiet li jindirizzaw il-privazzjoni materjali għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament biex isegwu l-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi.

1.   Il-prijoritajiet li jindirizzaw il-privazzjoni materjali għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament biex isegwu l-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti l-valuri ta' referenza għall-indikaturi komuni tar-riżultati u għal dawk speċifiċi għal kull programm.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti l-valuri ta' referenza għall-indikaturi komuni tar-riżultati u għal dawk speċifiċi għal kull programm. Ir-rekwiżiti tar-rappurtar għandhom jinżammu sempliċi kemm jista' jkun.

3.   Sat-30 ta' Ġunju 2025 u sat-30 ta' Ġunju 2028, l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri finali mwettaq tul is-sena preċedenti. Dan l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq il-mudell li għandha tistabbilixxi l-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

3.   Sat-30 ta' Ġunju 2025 u sat-30 ta' Ġunju 2028, l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-istħarriġ anonimu strutturat dwar ir-riċevituri finali mwettaq tul is-sena preċedenti , filwaqt jiffukaw ukoll fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom u n-natura tad-deprivazzjoni materjali tagħhom . Dan l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq il-mudell li għandha tistabbilixxi l-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell li għandu jintuża għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri finali skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2) biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell li għandu jintuża għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri finali skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2) biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness II meta jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi.

5.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness II meta jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awditjar tal-operazzjonijiet jista' jkopri l-istadji kollha tal-implimentazzjoni tagħhom u l-livelli kollha tal-katina tad-distribuzzjoni, għajr biss għall-kontroll tar-riċevituri finali, diment li valutazzjoni tar-riskju ma tistabbilixxix riskju speċifiku ta' irregolarità jew frodi.

L-awditjar tal-operazzjonijiet jista' jkopri l-istadji kollha tal-implimentazzjoni tagħhom u l-livelli kollha tal-katina tad-distribuzzjoni, għajr biss għall-kontroll tar-riċevituri finali, diment li valutazzjoni tar-riskju ma tistabbilixxix riskju speċifiku ta' irregolarità jew frodi. L-awditjar tal-operazzjonijiet għandu jinkludi aktar kontrolli fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni sabiex fil-każ ta' riskju ta' frodi l-fondi jkunu jistgħu jiġu ridiretti lejn proġetti oħra.

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 23

Artikolu 23

Għanijiet operazzjonali

Għanijiet operazzjonali

Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandha l-għanijiet operazzjonali li:

Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandha l-għanijiet operazzjonali li:

a)

tiżviluppa għarfien analitiku komparattiv ta' kwalità għolja ħalli jkun żgurat li l-politiki intiżi biex jilħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Arikolu 4 ikunu bbażati fuq evidenza soda u jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kundizzjonijiet fil-pajjiżi assoċjati;

a)

tiżviluppa għarfien analitiku komparattiv ta' kwalità għolja ħalli jkun żgurat li l-politiki intiżi biex jilħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4 jkunu bbażati fuq evidenza soda u jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kundizzjonijiet fil-pajjiżi assoċjati;

b)

tiffaċilita skambju effettiv u inklużiv tal-informazzjoni, tagħlim reċiproku, evalwazzjonijiet bejn il-pari u djalogu fuq il-politiki fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 biex il-pajjiżi assoċjati jingħataw l-għajnuna ħalli jieħdu l-miżuri ta' politika xierqa;

b)

tiffaċilita skambju effettiv u inklużiv tal-informazzjoni, tagħlim reċiproku, evalwazzjonijiet bejn il-pari u djalogu fuq il-politiki fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 biex il-pajjiżi assoċjati jingħataw l-għajnuna ħalli jieħdu l-miżuri ta' politika xierqa;

c)

tappoġġa l-esperimentazzjonijiet soċjali fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u ssawwar il-kapaċità tal-partijiet konċernati biex jimplimentaw, jittrasferixxu jew itejbu l-innovazzjonijiet ittestjati tal-politika soċjali;

c)

tappoġġa l-esperimentazzjonijiet soċjali fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u ssawwar il-kapaċità tal-partijiet konċernati biex iħejju, ifasslu u jimplimentaw, jittrasferixxu jew itejbu l-innovazzjonijiet ittestjati tal-politika soċjali b'enfasi speċjali fuq il-promozzjoni tat-tkabbir ta' proġetti lokali żviluppati mill-bliet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi soċjoekonomiċi fil-qasam tal-akkoljenza u l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ;

d)

tagħti servizzi speċifiċi ta' appoġġ lil dawk li jħaddmu u lil persuni li qed ifittxu impjieg ħalli jiġu żviluppati swieq tax-xogħol Ewropej integrati, li jvarjaw mit-tħejjija ta' qabel ir-reklutaġġ sal-għajnuna għal wara l-kollokament f'impjieg biex jimtlew postijiet battala f'ċerti setturi, professjonijiet, pajjiżi, reġjuni periferiċi jew għal gruppi partikolari (eż. il-persuni vulnerabbli);

d)

tiżviluppa u tagħti servizzi speċifiċi ta' appoġġ lil dawk li jħaddmu u lil persuni li qed ifittxu impjieg ħalli jiġu żviluppati swieq tax-xogħol Ewropej integrati, li jvarjaw mit-tħejjija ta' qabel ir-reklutaġġ sal-għajnuna għal wara l-kollokament f'impjieg biex jimtlew postijiet battala f'ċerti setturi, professjonijiet, pajjiżi, reġjuni tal-fruntiera jew għal gruppi partikolari (eż. il-persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli);

 

(da)

tappoġġa s-sħubijiet transfruntieri bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, is-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali biex tippromwovi suq tax-xogħol transfruntier u mobbiltà transfruntiera b'kundizzjonijiet adegwati;

 

(db)

tappoġġa l-provvista ta' servizzi EURES għar-reklutaġġ u l-kollokament ta' ħaddiema f' impjieg ta' kwalità u sostenibbli permezz tal-ikklerjar ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol, anke permezz ta' sħubijiet transfruntieri;

 

dc)

tiffaċilita l-mobbiltà ġeografika volontarja ta' ħaddiema b'kundizzjonijiet soċjali adegwati u żżid l-opportunitajiet ta' impjieg permezz tal-iżvilupp ta' swieq tax-xogħol ta' kwalità għolja u inklużivi fl-Unjoni, li jkunu miftuħa u aċċessibbli għal kulħadd, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-ħaddiema fl-Unjoni kollha;

e)

tagħti appoġġ għall-iżvilupp tal-ekosistema tas-suq relatata mal-provvista ta' mikrofinanzjament għall-mikrointrapriżi fil-fażijiet tal-bidu u tal-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari lil dawk li jħaddmu persuni vulnerabbli;

e)

tagħti appoġġ għall-iżvilupp tal-ekosistema tas-suq relatata mal-provvista ta' mikrofinanzjament , kif ukoll id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tagħha għall-mikrointrapriżi , l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-persuni vulnerabbli fil-fażijiet tal-bidu u tal-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari lil dawk li jħaddmu persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli inklużi l-gruppi żvantaġġati ;

f)

tiżviluppa netwerking fil-livell tal-UE u d-djalogu mal-partijiet konċernati rilevanti u bejniethom fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u tagħti kontribut biex tissawwar il-kapaċità istituzzjonali ta' dawn il-partijiet konċernati, inkluż is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES), l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, l-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u l-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi soċjali u  lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali;

f)

tiżviluppa netwerking fil-livell tal-UE u d-djalogu mal-partijiet konċernati rilevanti u bejniethom fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u tagħti kontribut biex tissawwar il-kapaċità istituzzjonali tal-partijiet konċernati involuti , inkluż is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES), l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, is-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u l-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u  lill-ekonomija soċjali;

g)

issostni l-iżvilupp ta' intrapriżi soċjali u l-formazzjoni ta' suq tal-investiment soċjali, filwaqt li tiffaċilita l-interazzjonijiet pubbliċi u privati u l-parteċipazzjoni tal-fondazzjonijiet u tal-atturi filantropiċi f'dak is-suq;

g)

issostni l-iżvilupp ta' intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-formazzjoni ta' suq tal-investiment soċjali, filwaqt li tiffaċilita l-interazzjonijiet pubbliċi u privati u l-parteċipazzjoni tal-fondazzjonijiet u tal-atturi filantropiċi f'dak is-suq;

h)

tipprovdi gwida għall-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali (inkluż djar, indukrar tat-tfal, edukazzjoni u taħriġ, kura tas-saħħa u kura fit-tul) li hemm bżonn għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

h)

tipprovdi gwida għall-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali (inkluż djar, edukazzjoni u indukrar bikrija tat-tfal, kura tal-anzjani, rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u tranżizzjoni mis-servizzi istituzzjonali għal dawk ibbażati fil-familja u l-komunità, inklużi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà, indukrar tat-tfal, edukazzjoni u taħriġ, kura tas-saħħa u kura fit-tul) li hemm bżonn għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

i)

tappoġġa l-koperazzjoni transfruntiera biex tħaffef it-trasferiment ta' soluzzjonijiet innovattivi u  tiffaċilità l-iskalar tagħhom, b'mod partikolari fil-qasam tal-impjiegi , il-ħiliet u l-inklużjoni soċjali, madwar l-Ewropa;

i)

tappoġġa l-koperazzjoni transfruntiera biex tħaffef it-trasferiment ta' soluzzjonijiet innovattivi u  tiffaċilita t-tisħiħ tagħhom, b'mod partikolari fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-faqar, l-impjiegi , il-ħiliet u l-inklużjoni soċjali, madwar l-Ewropa;

j)

tappoġġa l-implimentazzjoni ta' standards soċjali u tax-xogħol internazzjonali rilevanti fil-kuntest tal-isfruttar għaqli tal-globalizzazzjoni u d-dimensjoni esterna tal-politiki tal-Unjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4.

j)

tappoġġa l-implimentazzjoni ta' standards soċjali u tax-xogħol internazzjonali rilevanti fil-kuntest tal-isfruttar għaqli tal-globalizzazzjoni u d-dimensjoni esterna tal-politiki tal-Unjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4.

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23a

Konċentrazzjoni tematika u finanzjament

Il-parti tal-pakkett finanzjarju tal-FSE+ għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) għandha tiġi allokata fuq il-perjodu kollu għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(2b) skont dawn il-perċentwali indikattivi li ġejjin:

(a)

55 % għall-għan speċifiku 1;

(b)

18 % għall-għan speċifiku 2;

(c)

18 % għall-għan speċifiku 3.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24

Artikolu 24

Azzjonijiet eliġibbli

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4.

1.   Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4.

2.   Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tista' tappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:

2.   Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tista' tappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

Attivitajiet analitiċi, inkluż b'rabta ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari:

(a)

Attivitajiet analitiċi, inkluż b'rabta ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari:

 

(i)

stħarriġiet, studji, data statistika, metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, mikrosimulazzjonijiet, indikaturi, appoġġ għal osservatorji u punti ta' riferiment fil-livell Ewropew;

 

(i)

stħarriġiet, studji, data statistika, metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, mikrosimulazzjonijiet, indikaturi, appoġġ għal osservatorji u punti ta' riferiment fil-livell Ewropew;

 

(ii)

esperimentazzjonijiet soċjali li jevalwaw l-innovazzjonijiet soċjali;

 

(ii)

esperimentazzjonijiet soċjali li jevalwaw l-innovazzjonijiet soċjali;

 

(iii)

monitoraġġ u valutazzjoni tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;

 

(iii)

monitoraġġ u valutazzjoni tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;

(b)

L-implimentazzjoni tal-politiki, b'mod partikolari:

(b)

L-implimentazzjoni tal-politiki, b'mod partikolari:

 

(i)

sħubijiet transfruntieri u servizzi ta' appoġġ f'reġjuni transfruntieri;

 

(i)

sħubijiet transfruntieri u servizzi ta' appoġġ f'reġjuni transfruntieri;

 

(ii)

skema ta' mobbiltà mmirata għax-xogħol mifruxa mal-UE kollha biex jimtlew il-postijiet battala meta jkunu ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol;

 

(ii)

skema ta' mobbiltà mmirata għax-xogħol mifruxa mal-UE kollha biex jimtlew il-postijiet battala meta jkunu ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol;

 

(iii)

appoġġ għall-mikrofinanzjament u għall-intrapriżi soċjali, inkluż b'operazzjonijiet ta' taħlit bħall-kondiviżjoni tar-riskji asimetrika jew tnaqqis fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, kif ukoll appoġġ għall-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali u tal-ħiliet;

 

(iii)

appoġġ għall-mikrofinanzjament u għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, inkluż b'operazzjonijiet ta' taħlit bħall-kondiviżjoni tar-riskji asimetrika jew tnaqqis fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, kif ukoll appoġġ għall-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali u tal-ħiliet;

 

(iv)

appoġġ għall-koperazzjoni u s-sħubijiet transnazzjonali għal trasferiment u titjib tas-soluzzjonijiet innovattivi;

 

(iv)

appoġġ għall-koperazzjoni u s-sħubijiet transnazzjonali għal trasferiment u titjib tas-soluzzjonijiet innovattivi;

(c)

It-tiswir tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari:

(c)

It-tiswir tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari:

 

(i)

tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

 

(i)

tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

 

(ii)

tal-punti ta' kuntatt nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u assistenza relatati mal-implimentazzjoni tal-fergħa;

 

(ii)

tal-punti ta' kuntatt nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u assistenza relatati mal-implimentazzjoni tal-fergħa;

 

(iii)

tal-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi parteċipanti, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u s-servizzi tal-impjiegi responsabbli biex jippromwovu l-mobbiltà tal-ħaddiema, tal-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u tal-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi soċjali u lil atturi oħra tal-investiment soċjali, kif ukoll netwerking;

 

(iii)

tal-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi parteċipanti, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u s-servizzi tal-impjiegi responsabbli biex jippromwovu l-mobbiltà tal-ħaddiema, tal-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u tal-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u lil atturi oħra tal-investiment soċjali, kif ukoll netwerking;

 

(iv)

tal-partijiet konċernati fid-dawl tal-koperazzjoni transfruntiera;

 

(iv)

tas-sħab soċjali u tal-partijiet konċernati fid-dawl tal-koperazzjoni transfruntiera;

(d)

Attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni, b'mod partikolari:

(d)

Attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni, b'mod partikolari:

 

(i)

tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajba, approċċi innovattivi, riżultati ta' attivitajiet analitiċi, evalwazzjonijiet bejn il-pari, u t-tqegħid ta' punti ta' riferiment;

 

(i)

tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajba, approċċi innovattivi, riżultati ta' attivitajiet analitiċi, evalwazzjonijiet bejn il-pari, u t-tqegħid ta' punti ta' riferiment;

 

(ii)

gwidi, rapporti, materjal informattiv u rappurtar fil-midja ta' inizjattivi relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

 

(ii)

gwidi, rapporti, materjal informattiv u rappurtar fil-midja ta' inizjattivi relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

 

(iii)

sistemi tal-informazzjoni li jqassmu evidenza relatata mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

 

(iii)

sistemi tal-informazzjoni li jqassmu evidenza relatata mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

 

(iv)

avvenimenti, konferenzi u seminars tal-Presidenza tal-Kunsill.

 

(iv)

assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni, inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

(b)

Kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew organizzazzjoni internazzjonali rilevanti ;

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 25a

Governanza

1.     Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati fl-Unjoni, partikolarment is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dwar il-programmi ta' ħidma tal-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali, il-prijoritajiet u l-orjentazzjonijiet strateġiċi tagħhom u l-implimentazzjoni tagħhom.

2.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rabtiet meħtieġa mal-Kumitat tal-Impjiegi, il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-Grupp tad-Diretturi Ġenerali għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema sabiex tiżgura li dawn ikunu informati regolarment u b'mod xieraq fir-rigward tal-progress fl-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lil kumitati oħra li jittrattaw il-politiki, l-istrumenti u l-azzjonijiet dwar ir-rilevanza għall-Fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali.

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)

Tappoġġa strateġija tal-Unjoni dwar is-saħħa pubblika li jkollha l-għan li:

(i)

tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jipproteġu u jsaħħu s-saħħa pubblika; and

(ii)

isir progress fil-missjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa skont l-Artikolu 168 tat-TFUE, li jistipula li għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni.

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Issaħħaħ l-istat ta' tħejjija, il-ġestjoni u r-rispons fl-UE f'każ ta' kriżijiet ħalli ċ-ċittadini jitħarsu mit-theddid transfruntier tas-saħħa .

(a)

Issaħħaħ l-istat ta' tħejjija, il-ġestjoni u r-rispons fl-UE f'każ ta' kriżijiet biex jiġi indirizzat it-theddid transfruntier għas-saħħa .

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a – subpunt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iva)

Interventi fis-saħħa pubblika mfassla tajjeb għat-tnaqqis tal-piż u tal-impatt tal-infezzjonijiet u ta' mard infettiv li jista' jiġi evitat

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a – punt ivb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ivb)

tappoġġa l-iżvilupp ta' ħiliet u għodod għall-komunikazzjoni effettiva tar-riskji

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

tinvesti fil-promozzjoni tas-saħħa u fil-prevenzjoni tal-mard

(i)

tinvesti fil-promozzjoni tas-saħħa u fil-prevenzjoni tal-mard , inkluż permezz tal-litteriżmu fis-saħħa u ta' programmi edukattivi, u permezz tal-promozzjoni tal-attività fiżika

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

tinvesti fid-dijanjożi bikrija u fl-iscreening

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura

(ii)

tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura li jaqdu l-bżonnijiet u jindirizzaw it-tħassib tal-pazjenti u taċ-ċittadini, b'mod partikolari billi jistabbilixxu rabtiet mal-programmi li jappoġġaw il-litteriżmu medjatiku u l-ħiliet diġitali

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)

tippromwovi servizzi pubbliċi diġitali f'oqsma bħas-saħħa

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt iib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iib)

issaħħaħ is-sigurtà u l-kwalità tal-informazzjoni dwar is-saħħa

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

tappoġġa l-iżvilupp ta' sistema sostenibbli tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa

(ii)

tappoġġa l-iżvilupp ta' sistema sostenibbli , trasparenti u aċċessibbli tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa , filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tad-data privata.

(Fil-proposta COM in-numerazzjoni tal-punti fl-Artikolu 26, punt b mhijiex korretta peress li hemm żewġ punti nnumerati bħala (ii).)

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

tappoġġa lill-Istati Membri b'trasferiment ta' għarfien utli għall-proċessi ta' riforma nazzjonali għal aktar sistemi tas-saħħa effettivi , aċċessibbli u  reżiljenti u biex il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard jiġu indirizzati aħjar, b'mod partikolari l-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew

(iii)

tappoġġa lill-Istati Membri bi trasferiment ta' għarfien u appoġġ għall-implimentazzjoni, utli għall-proċessi ta' riforma nazzjonali għal aktar sistemi tas-saħħa effikaċi , aċċessibbli , reżiljenti, mhux diskriminatorji ekwi li jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjali, u biex il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard jiġu indirizzati aħjar, b'mod partikolari l-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew . Dan jinkludi wkoll l-appoġġ favur reġistri nazzjonali tal-mard ta' kwalità għolja li jfornu wkoll data komparabbli.

Emenda 125

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iva)

tappoġġa t-tranżizzjoni lejn kura ċċentrata fuq il-persuna, servizzi tas-saħħa u soċjali fil-qrib, u kura integrata bbażata fuq il-komunità, b'mod partikolari l-promozzjoni ta' mudelli organizzattivi bbażati fuq xogħol f'tim interprofessjonali u netwerking ta' bosta partijiet ikkonċernati

Emenda 126

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt ivb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ivb)

tiżgura l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fl-azzjonijiet t'hawn fuq, fil-livell tal-Unjoni u/jew nazzjonali kif xieraq

Emenda 127

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt ivc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ivc)

tiżviluppa u timplimenta għodod u strateġiji biex jiġu evitati u indirizzati l-inugwaljanzi tas-saħħa u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, l-awtonomizzazzjoni taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni tal-komunità

Emenda 128

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali u t-tagħmir mediku

(i)

tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali , l-aċċess għal tali prodotti fl-Unjoni kollha u t-tagħmir mediku

Emenda 129

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c – punt vi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi)

tappoġġa lill-kumitati xjentifiċi tal-Kummissjoni dwar “Is-Sikurezza tal-Konsumaturi” u dwar “Ir-Riskji tas-Saħħa , Ambjentali u Emerġenti”

(vi)

tappoġġa l-iżvilupp tas-Saħħa fil-Politiki Kollha u tistabbilixxi proċessi li permezz tagħhom l-implikazzjonijiet tas-saħħa jistgħu jitqiesu fil-politiki kollha

Emenda 130

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

tappoġġa l-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u t-tisħiħ ta' leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni b'implikazzjonijiet tas-saħħa sabiex tgħin biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, inkluż iżda mhux limitat għal dawk relatati ma':

(i)

it-tniġġis tal-arja

(ii)

l-interferenti endokrinali u sustanzi kimiċi oħra bi proprjetajiet dannużi

(iii)

ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel, l-ilma u l-arja

(iv)

l-ikel u t-tikkettar tal-ikel, inklużi l-aċidi tax-xaħam trans, it-tikkettar tal-alkoħol, l-addittivi u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

issostni l-iżvilupp ta' koperazzjoni dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) waqt it-tħejjija ta' regoli armonizzati ġodda

(ii)

issostni l-iżvilupp ta' koperazzjoni u l-bini ta' kapaċità fil-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) waqt it-tħejjija ta' regoli armonizzati ġodda

Emenda 132

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia)

tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u tal-aħjar prattiki dwar l-edukazzjoni u l-kampanji tas-saħħa sesswali u riproduttiva għaż-żgħażagħ

Emenda 133

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d – punt iiib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiib)

tappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-qasam tas-saħħa u kwistjonijiet relatati mas-saħħa fil-livell tal-Unjoni

Emenda 134

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d – punt iiic (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiic)

tappoġġa l-ħolqien ta' Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa, biex jimplimenta l-azzjonijiet fl-ambitu tal-fergħa tas-Saħħa

Emenda 135

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 26.

1.   Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet relatati mas-saħħa li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 , 4 u 26.

Emenda 136

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

attivitajiet imfassla biex jimmonitorjaw l-impatti tas-saħħa kumulattivi ta' fatturi ta' riskju ambjentali, inklużi dawk li jirriżultaw minn kontaminanti fl-ikel, l-ilma, l-arja u sorsi oħra;

Emenda 137

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib)

attivitajiet li jimmonitorjaw l-impatti tas-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, bħall-farmakoviġilanza u oħrajn simili;

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-riżultati ta' attivitajiet analitiċi, ladarba jiġu ffinalizzati, għandhom isiru disponibbli pubblikament.

Emenda 139

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

kollaborazzjoni u sħubijiet transfruntieri, inkluż fir-reġjuni transfruntieri;

(i)

kollaborazzjoni u sħubijiet transfruntieri, inkluż fir-reġjuni transfruntieri u inkluż b'rabta mat-tniġġis tal-arja u kontaminazzjoni ambjentali transfruntiera oħra ;

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

bi trasferiment, adattament u introduzzjoni tal-aqwa prattiki b'valur miżjud fil-livell tal-UE stabbilit bejn l-Istati Membri;

(i)

bi skambju, trasferiment, adattament u introduzzjoni tal-aqwa prattiki b'valur miżjud fil-livell tal-UE stabbilit bejn l-Istati Membri;

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 26;

(ii)

tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 26 , b'mod kontinwu u sostenibbli, filwaqt li tiġi żgurata l-preżenza ta' soċjetà ċivili attiva fil-livell tal-Unjoni ;

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)

tal-punti ta' kuntatt nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u għajnuna relatati mal-implimentazzjoni tal-programm;

(iv)

tal-punti ta' kuntatt reġjonali, subnazzjonali u nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u għajnuna relatati mal-implimentazzjoni tal-programm;

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, tal-Ġestjoni u l-Kontroll tal-Mard li ma jitteħidx jew fi gruppi ta' esperti oħra rilevanti tal-Kummissjoni jew f'entitajiet simili fuq il-pjanijiet ta' ħidma stabbiliti għall-fergħa tas-Saħħa, u dwar il-prijoritajiet u orjentazzjonijiet strateġiċi u l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll fuq il-perspettiva tal-politika tas-saħħa ta' politiki oħra u mekkaniżmi tal-appoġġ, biex b'hekk jiżdiedu l-koordinazzjoni ġenerali u l-valur miżjud tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, tal-Ġestjoni u l-Kontroll tal-Mard li ma jitteħidx jew fi gruppi ta' esperti oħra rilevanti tal-Kummissjoni jew f'entitajiet simili bħal korpi professjonali fil-qasam tas-saħħa, fuq il-pjanijiet ta' ħidma annwali stabbiliti għall-fergħa tas-Saħħa, u dwar il-prijoritajiet u orjentazzjonijiet strateġiċi u l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll fuq il-perspettiva tal-politika tas-saħħa ta' politiki oħra u mekkaniżmi tal-appoġġ, biex b'hekk jiżdiedu l-koordinazzjoni ġenerali u l-valur miżjud tagħhom. Tmexxija politika b'saħħitha u struttura ta' governanza adegwata ddedikata għas-saħħa se jiżguraw li l-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa jiġu ggarantiti fil-portafolli kollha tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 168(1) tat-TFUE.

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 29a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29a

 

Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa (“il-Bord ta' Tmexxija”) għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont il-fergħa tas-Saħħa.

 

2.     Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiffoka fuq il-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-fergħa tas-Saħħa u programmi oħra fejn dimensjoni tas-saħħa hija integrata, permezz ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni, il-promozzjoni tal-involviment tal-pazjenti u tas-soċjetà, u l-għoti ta' pariri u rakkomandazzjonijiet xjentifiċi. Dawk l-azzjonijiet għandhom jipprovdu valur orjentat lejn l-azzjonijiet tas-saħħa, sostenibbiltà, soluzzjonijiet tas-saħħa aħjar, irawmu aċċess u jnaqqsu l-inugwaljanzi.

 

3.     Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi strateġija komprensiva u tmexxija fl-iżvilupp tal-pjanijiet ta' ħidma skont il-fergħa tas-Saħħa.

 

4.     Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun grupp ta' partijiet ikkonċernati indipendenti, magħmul minn atturi mis-setturi rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika, tal-benessri u tal-protezzjoni soċjali, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tar-reġjuni u tal-awtoritajiet tas-saħħa lokali, rappreżentanti tal-pazjenti u ċittadini.

 

5.     Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn 15-il individwu sa 20 individwu ta' livell għoli li jkunu ġejjin minn dixxiplini u attivitajiet differenti msemmija fil-paragrafu 4. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara sejħa miftuħa għal nomini jew għal espressjonijiet ta' interess jew it-tnejn li huma.

 

6.     Il-President tal-Bord ta' Tmexxija għandu jinħatar mill-Kummissjoni minn fost il-membri tiegħu.

 

7.     Il-Bord ta' Tmexxija għandu:

 

(i)

jipprovdi input għal pjanijiet ta' ħidma annwali għall-fergħa tas-Saħħa, wara proposta mill-Kummissjoni;

 

(ii)

jelabora pjan ta' azzjoni għat-tmexxija tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni bejn il-fergħa tas-Saħħa u programmi oħra fejn tiġi integrata d-dimensjoni tas-saħħa.

 

Il-pjan ta' azzjoni għandu jiffaċilita l-iżgurar tal-viżibbiltà u tal-koordinazzjoni tal-mekkaniżmi finanzjarji eżistenti kollha rilevanti għas-saħħa, u għandu jgħin fit-tmexxija tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni.

Emenda 145

Proposta għal regolament

Artikolu 29b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29b

Kooperazzjoni internazzjonali

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħhom, b'mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kif ukoll il-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) biex timplimenta l-fergħa tas-Saħħa, bil-għan li timmassimizza l-effikaċja u l-effiċjenza tal-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali.

Emenda 146

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

Artikolu 31

Forom ta' finanzjament tal-UE u metodi tal-implimentazzjoni

Forom ta' finanzjament tal-UE u metodi tal-implimentazzjoni

1.   Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet, akkwist u pagamenti volontarji lil Organizzazzjonijiet Internazzjonali li l-Unjoni hi membru tagħhom jew li tieħu sehem fil-ħidma tagħhom.

1.   Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet, akkwist , kontribuzzjonijiet u pagamenti volontarji lil Organizzazzjonijiet Internazzjonali li l-Unjoni hi membru tagħhom jew li tieħu sehem fil-ħidma tagħhom.

2.   Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiġu implimentati direttament kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju jew indirettament mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiġu implimentati direttament kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju jew indirettament mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.

Fl-għoti ta' għotjiet, il-kumitat ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu [150] tar-Regolament Finanzjarju jista' jkun kompost minn esperti esterni.

Fl-għoti ta' għotjiet, il-kumitat ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu [150] tar-Regolament Finanzjarju jista' jkun kompost minn esperti esterni.

3.   L-operazzjonijiet ta' taħlit skont il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[Regolament dwar InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

3.   L-operazzjonijiet ta' taħlit skont il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[Regolament dwar InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

4.   Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet b'valur miżjud tal-Unjoni ċar kofinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-saħħa fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, jew minn korpi tas-settur pubbliku u korpi nongovernattivi, li jaġixxu individwalment jew bħala netwerk, bil-mandat ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.

4.   Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet b'valur miżjud tal-Unjoni ċar kofinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-saħħa fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, jew minn korpi tas-settur pubbliku u korpi nongovernattivi, li jaġixxu individwalment jew bħala netwerk, bil-mandat ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.

5.   Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti lil Netwerks Ewropej ta' Referenza approvati bħala Netwerks mill-Bord tal-Istati Membri tan-Netwerks Ewropej ta' Referenza, skont il-proċedura tal-approvazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta' Marzu 2014 li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta' Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u tal-għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta' Netwerks bħal dawn.

5.   Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti lil Netwerks Ewropej ta' Referenza approvati bħala Netwerks mill-Bord tal-Istati Membri tan-Netwerks Ewropej ta' Referenza, skont il-proċedura tal-approvazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta' Marzu 2014 li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta' Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u tal-għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta' Netwerks bħal dawn.

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 32

Artikolu 32

Programm ta' ħidma u koordinazzjoni

Programm ta' ħidma u koordinazzjoni

Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiġu implimentati bil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, meta applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 sabiex tissupplementa l-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u  l-fergħa tas-Saħħa billi tistabbilixxi programmi ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Dawk il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, meta applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.

Il-Kummissjoni għandha trawwem sinerġiji u tiżgura koordinazzjoni effettiva bejn il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

Il-Kummissjoni għandha trawwem sinerġiji u tiżgura koordinazzjoni effettiva bejn il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

Emenda 148

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 33

Artikolu 33

Monitoraġġ u rappurtar

Monitoraġġ u rappurtar

1.   Għandhom jiġu stabbiliti indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-fergħat biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-għanijiet operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 23 u 26.

1.   Għandhom jiġu stabbiliti indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-fergħat biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-għanijiet operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 23 u 26.

2.   Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-fergħat u r-riżultati jinġabru b'mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti tar-rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-UE u, meta rilevanti, fuq l-Istati Membri.

2.   Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-fergħat u r-riżultati jinġabru b'mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti tar-rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-UE u, meta rilevanti, fuq l-Istati Membri.

3.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 38 biex tissupplimenta jew temenda l-indikaturi fl-Anness  III meta jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-fergħat.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 biex tissupplementa jew temenda l-indikaturi fl-Annessi IIb u III meta jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-fergħat.

 

3a.     Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-fergħat u li jsir kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-politika u l-prijoritajiet ta' finanzjament tagħhom, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' monitoraġġ kwalitattiv u kwantitattiv li jkopri l-ewwel sena, segwit minn tliet rapporti li jkopru perjodi konsekuttivi ta' sentejn u għandha tissottometti dawk ir-rapporti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi wkoll, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rapporti għandhom jinkludu r-riżultati tal-fergħat u l-punt sa fejn il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-integrazzjoni tal-ġeneru ġew applikati kif ukoll kif il-kunsiderazzjonijiet tal-antidiskriminazzjoni, inklużi kwistjonijiet tal-aċċessibbiltà, ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tagħhom. Ir-rapporti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku biex tittejjeb it-trasparenza tal-fergħat.

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 35

Artikolu 35

Evalwazzjoni

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom isiru biżżejjed fil-ħin biex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom isiru biżżejjed fil-ħin biex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.    L-evalwazzjoni interim tal-fergħat tista' ssir ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tagħhom, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-fergħat.

2.    Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-fergħat sabiex:

 

(a)

tivvaluta, fuq bażi kwalitattiva u kwantitattiva, il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet tal-fergħa;

 

(b)

tindirizza l-ambjent soċjali fl-Unjoni u kwalunkwe bidla maġġuri introdotta mid-dritt tal-Unjoni;

 

(c)

tiddetermina jekk ir-riżorsi tal-fergħat ġewx użati b'mod effiċjenti u tivvaluta l-valur miżjud tagħhom għall-Unjoni.

 

Ir-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-fergħat.

3.   Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-fergħat.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 37

Artikolu 37

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni relatati mal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, diment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 23 u 26.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni relatati mal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, diment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 23 u 26.

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38

Artikolu 38

Eżerċizzju tad-delega

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(6), fl-Artikolu 21(5) u fl-Artikolu 33(3) għal perjodu taż-żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(6), fl-Artikolu 21(5) , fl-Artikolu 32 u fl-Artikolu 33(3) għal perjodu taż-żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 15(6), l-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 33(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 15(6), l-Artikolu 21(5) , l-Artikolu 32 u l-Artikolu 33(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (28).

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (28).

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 33(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.   Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 21(5) , l-Artikolu 32 u l-Artikolu 33(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 152

Proposta għal regolament

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 40

Artikolu 40

Kumitat skont l-Artikolu 163 tat-TFUE

Kumitat skont l-Artikolu 163 tat-TFUE

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 163 tat-TFUE (“il-Kumitat tal-FSE+”).

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 163 tat-TFUE (“il-Kumitat tal-FSE+”).

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant wieħed tal-gvern, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u supplent wieħed għal kull membru għal perjodu massimu ta' seba' snin. Fl-assenza ta' xi membru, is-supplent għandu jkun intitolat awtomatikament li jieħu sehem fil-proċedimenti.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant wieħed tal-gvern, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, rappreżentant wieħed tas-soċjetà ċivili, rappreżentant wieħed tal-korpi tal-ugwaljanza jew istituzzjonijiet oħra indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem b'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 6(1) tas-[CPR futur] u supplent wieħed għal kull membru għal perjodu massimu ta' seba' snin. Fl-assenza ta' xi membru, is-supplent għandu jkun intitolat awtomatikament li jieħu sehem fil-proċedimenti.

3.   Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jinkludi rappreżentant wieħed minn kull organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u lill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem fil-livell tal-Unjoni.

3.   Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jinkludi rappreżentant wieħed minn kull organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, lill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-Unjoni.

 

3a.     Il-Kumitat tal-FSE+ jista' jistieden lir-rappreżentanti tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-Fond Ewropew tal-Investiment.

 

3b.     Fil-Kumitat FSE+ għandhom jiġu ssalvagwardjati l-bilanċ bejn is-sessi u r-rappreżentanza xierqa tal-minoranzi u ta' gruppi esklużi oħra.

4.   Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jiġi kkonsultat dwar l-użu ppjanat tal-assistenza teknika fil-każ ta' appoġġ mill-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, kif ukoll fuq kwistjonijiet oħra li jħallu impatt fuq l-implimentazjoni tal-istrateġiji fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-FSE+;

4.   Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jiġi kkonsultat dwar l-użu ppjanat tal-assistenza teknika fil-każ ta' appoġġ mill-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, kif ukoll fuq kwistjonijiet oħra li jħallu impatt fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġiji fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-FSE+;

5.   Il-Kumitat tal-FSE+ jista' jagħti opinjoni dwar:

5.   Il-Kumitat tal-FSE+ jista' jagħti opinjoni dwar:

(a)

mistoqsijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet tal-FSE+ għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inklużi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u prijoritajiet relatati mas-semestru (programmi nazzjonali ta' riforma, eċċ.);

(a)

mistoqsijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet tal-FSE+ għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inklużi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u prijoritajiet relatati mas-semestru (programmi nazzjonali ta' riforma, eċċ.);

(b)

kwistjonijiet relatati mas-[CPR futur] rilevanti għall-FSE+;

(b)

kwistjonijiet relatati mas-[CPR futur] rilevanti għall-FSE+;

(c)

kwistjonijiet relatati mal-FSE+ riferuti lilu mill-Kummissjoni, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4.

(c)

kwistjonijiet relatati mal-FSE+ riferuti lilu mill-Kummissjoni, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4.

L-opinjonijiet tal-Kumitat tal-FSE+ għandhom jiġu adottati minn maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa b'mod validu, u għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għal informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat tal-FSE+ dwar kif tkun qieset l-opinjonijiet tiegħu.

L-opinjonijiet tal-Kumitat tal-FSE+ għandhom jiġu adottati minn maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa b'mod validu, u għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għal informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat tal-FSE+ bil-miktub dwar kif tkun qieset l-opinjonijiet tiegħu.

6.   Il-Kumitat tal-FSE+ jista' jwaqqaf gruppi ta' ħidma għal kull tal-fergħa differenti tal-FSE+.

6.   Il-Kumitat tal-FSE+ jista' jwaqqaf gruppi ta' ħidma għal kull tal-fergħa differenti tal-FSE+.

Emenda 153

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Indikaturi komuni għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+

Indikaturi komuni għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+

Id-data personali kollha għandha tinqasam skont il-ġeneru (mara, raġel, “mhux binarju”). Jekk xi riżultati ma jkunux possibbli , id-data għal dawk ir-riżultati ma għandhiex tinġabar u tiġi rrappurtata.

Id-data personali kollha għandha tinqasam skont il-ġeneru (mara, raġel, “mhux binarju”). Jekk xi riżultati ma jkunux disponibbli , id-data għal dawk ir-riżultati ma għandhiex tinġabar u tiġi rrappurtata. Data personali sensittiva tista' tiġi mistħarrġa b'mod anonimu.

(1)

Indikaturi komuni tal-outputs relatati mal-operazzjonijiet immirati lejn il-persuni:

(1)

Indikaturi komuni tal-outputs relatati mal-operazzjonijiet immirati lejn il-persuni:

 

(1a)

Indikaturi komuni tal-outputs għall-parteċipanti

 

(1a)

Indikaturi komuni tal-outputs għall-parteċipanti

 

 

L-indikaturi komuni tal-outputs għall-parteċipanti huma:

 

 

L-indikaturi komuni tal-outputs għall-parteċipanti huma:

 

 

 

persuni qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul*,

 

 

 

persuni qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul*,

 

 

 

persuni qiegħda fit-tul*,

 

 

 

persuni qiegħda fit-tul*,

 

 

 

persuni inattivi*,

 

 

 

persuni inattivi*,

 

 

 

persuni impjegati, inkluż dawk li jaħdmu għal rashom*,

 

 

 

persuni impjegati, inkluż dawk li jaħdmu għal rashom*,

 

 

 

 

persuni barra mill-edukazzjoni jew it-taħriġ (NEET)*,

 

 

 

persuni iżgħar minn 30  sena*,

 

 

 

tfal taħt l-età ta' 18-il  sena*,

 

 

 

 

żgħażagħ bejn it-18-il sena u d-29 sena*,

 

 

 

persuni akbar minn 54 sena*,

 

 

 

persuni akbar minn 54 sena*,

 

 

 

persuni b'edukazzjoni sekondarja baxxa jew inqas (ISCED 0-2)*,

 

 

 

persuni b'edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell jew inqas (ISCED 0-2)*,

 

 

 

persuni b'edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew b'edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4)*,

 

 

 

persuni b'edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew b'edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4)*,

 

 

 

persuni b'edukazzjoni terzjarja (ISCED 5 sa 8)*.

 

 

 

persuni b'edukazzjoni terzjarja (ISCED 5 sa 8)*.

 

 

It-total ta' parteċipanti se jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-outputs relatati mal-istatus tal-impjieg.

 

 

It-total ta' parteċipanti se jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-outputs relatati mal-istatus tal-impjieg.

 

(1b)

Indikaturi komuni oħra tal-outputs

 

(1b)

Indikaturi komuni oħra tal-outputs

 

 

Jekk id-data għal dawn l-indikaturi ma tinġabarx mir-reġistri tad-data, il-valuri ta' dawn l-indikaturi jistgħu jiġu ddeterminati abbażi ta' stima informata mill-benefiċjarju.

 

 

Jekk id-data għal dawn l-indikaturi ma tinġabarx mir-reġistri tad-data, il-valuri ta' dawn l-indikaturi jistgħu jiġu ddeterminati abbażi ta' stima informata mill-benefiċjarju. Id-data dejjem tiġi pprovduta mill-parteċipanti fuq bażi volontarja.

 

 

persuni b'diżabbiltà**,

 

 

persuni b'diżabbiltà**,

 

 

 

persuni taħt l-età ta' 18-il sena*,

 

 

ċittadini ta' pajjiżi terzi*,

 

 

ċittadini ta' pajjiżi terzi*,

 

 

persuni bi sfond barrani*,

 

 

persuni bi sfond barrani*,

 

 

minoranzi ( inkluż il-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma )**,

 

 

minoranzi ( ħlief mill-komunità Rom )**,

 

 

 

persuni mill-komunità Rom**,

 

 

persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni*,

 

 

persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni*,

 

 

persuni minn żoni rurali*.

 

 

persuni minn żoni rurali*,

 

 

 

persuni minn żoni ġeografiċi b'livelli għoljin ta' faqar u esklużjoni soċjali*,

 

 

 

persuni li jkunu għaddejjin mit-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għall-kura bbażata fil-familja u l-komunità**,

(2)

Indikaturi komuni tal-outputs għall-entitajiet huma:

(2)

Indikaturi komuni tal-outputs għall-entitajiet huma:

 

l-għadd ta' amministrazzjonijiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi appoġġati fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali,

 

l-għadd ta' amministrazzjonijiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi appoġġati fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali,

 

l-għadd ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji appoġġati (inkluż l-intrapriżi koperattivi u l-intrapriżi soċjali).

 

l-għadd ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji appoġġati (inkluż l-intrapriżi koperattivi u l-intrapriżi soċjali).

(3)

L-indikaturi komuni tar-riżultati immedjati għall-parteċipanti huma:

(3)

L-indikaturi komuni tar-riżultati immedjati għall-parteċipanti huma:

 

parteċipanti li qed ifittxu impjieg wara li telqu*,

 

parteċipanti li qed ifittxu impjieg wara li telqu*,

 

parteċipanti li qed jieħdu edukazzjoni jew taħriġ wara li telqu*,

 

parteċipanti li qed jieħdu edukazzjoni jew taħriġ wara li telqu*,

 

parteċipanti li kisbu kwalifika wara li telqu*,

 

parteċipanti li kisbu kwalifika wara li telqu*,

 

parteċipanti li kisbu kwalifika wara li telqu*,

 

parteċipanti li kisbu kwalifika wara li telqu*,

(4)

Indikaturi komuni tar-riżultati aktar fit-tul għall-parteċipanti:

(4)

Indikaturi komuni tar-riżultati aktar fit-tul għall-parteċipanti:

 

parteċipanti b'impjieg, inkluż għal rashom, fi żmien sitt xhur wara li telqu*,

 

parteċipanti b'impjieg, inkluż għal rashom, fi żmien sitt xhur u tnax-il xahar wara li telqu*,

 

parteċipanti b'sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol aħjar, fi żmien sitt xhur wara li telqu*.

 

parteċipanti b'sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol aħjar, fi żmien sitt xhur u tnax-il xahar wara li telqu*.

Bħala rekwiżit minimu, din id-data għandha tinġabar abbażi ta' kampjun rappreżentattiv ta' parteċipanti f'kull għan speċifiku. Il-validità interna tal-kampjun għandha tiġi żgurata b'tali mod li d-data tkun tista' tiġi ġeneralizzata fil-livell tal-għan speċifiku.

Bħala rekwiżit minimu, din id-data għandha tinġabar abbażi ta' kampjun rappreżentattiv ta' parteċipanti f'kull għan speċifiku. Il-validità interna tal-kampjun għandha tiġi żgurata b'tali mod li d-data tkun tista' tiġi ġeneralizzata fil-livell tal-għan speċifiku.

Emenda 154

Proposta għal regolament

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Indikaturi komuni għall-appoġġ tal-FSE+ biex tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali

Indikaturi komuni għall-appoġġ tal-FSE+ biex tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali

(1)

Indikaturi tal-outputs

(1)

Indikaturi tal-outputs

 

(a)

Il-valur monetarju totali tal-oġġetti u l-ikel imqassma.

 

(a)

Il-valur monetarju totali tal-oġġetti u l-ikel imqassma.

 

 

(i)

il-valur totali tal-għajnuna alimentari;

 

 

(i)

il-valur totali tal-għajnuna alimentari;

 

 

(ia)

il-valur monetarju totali tal-ikel għat-tfal;

 

 

(ia)

il-valur monetarju totali tal-ikel għat-tfal;

 

 

(ib)

il-valur monetarju totali tal-ikel għall-persuni bla saqaf;

 

 

(ib)

il-valur monetarju totali tal-ikel għall-persuni bla saqaf;

 

 

(ic)

il-valur monetarju totali tal-ikel għal gruppi oħra fil-mira.

 

 

(ic)

il-valur monetarju totali tal-ikel għal gruppi oħra fil-mira.

 

 

(ii)

il-valur tal-oġġetti mqassma

 

 

(ii)

il-valur tal-oġġetti mqassma

 

 

(iia)

il-valur monetarju totali tal-oġġetti għat-tfal;

 

 

(iia)

il-valur monetarju totali tal-oġġetti għat-tfal;

 

 

(iib)

il-valur monetarju totali tal-oġġetti għall-persuni bla dar;

 

 

(iib)

il-valur monetarju totali tal-oġġetti għall-persuni bla dar;

 

 

(iic)

il-valur monetarju totali tal-oġġetti għal gruppi oħra fil-mira.

 

 

(iic)

il-valur monetarju totali tal-oġġetti għal gruppi oħra fil-mira.

 

(b)

Il-kwantità totali ta' għajnuna alimentari mqassma (f'tunnellati).

 

(b)

Il-kwantità totali ta' għajnuna alimentari mqassma (f'tunnellati).

 

 

Li minnhom (2):

 

 

Li minnhom (2):

 

 

(a)

is-sehem tal-ikel li għalih tħallsu biss it-trasport, it-tqassim u l-ħżin mill-programm (bħala %);

 

 

(a)

is-sehem tal-ikel li għalih tħallsu biss it-trasport, it-tqassim u l-ħżin mill-programm (bħala %);

 

 

(b)

il-proporzjon ta' oġġetti tal-ikel kofinanzjati mill-FSE+ fil-volum totali tal-ikel imqassam lill-benefiċjarji (bħala %).

 

 

(b)

il-proporzjon ta' oġġetti tal-ikel kofinanzjati mill-FSE+ fil-volum totali tal-ikel imqassam lill-benefiċjarji (bħala %).

(3)

Indikaturi komuni tar-riżultati (3)

(3)

Indikaturi komuni tar-riżultati (3)

 

L-għadd tar-riċevituri aħħarija li jirċievu l-għajnuna alimentari

 

L-għadd tar-riċevituri aħħarija li jirċievu l-għajnuna alimentari

 

L-għadd ta' tfal taħt it-18-il sena,

 

L-għadd ta' tfal taħt it-18-il sena,

 

L-għadd ta' żgħażagħ bejn it-18 u d-29 sena,

 

L-għadd ta' żgħażagħ bejn it-18 u d-29 sena,

 

L-għadd ta' persuni akbar minn 54 sena,

 

L-għadd ta' persuni akbar minn 54 sena,

 

L-għadd ta' persuni b'diżabbiltà,

 

L-għadd ta' persuni b'diżabbiltà,

 

L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi,

 

L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi,

 

L-għadd ta' persuni bi sfond barrani u l-minoranzi ( inkluż il-komunitajiet emarġinati bħar-Roma ),

 

L-għadd ta' persuni bi sfond barrani u l-minoranzi ( ħlief mill-komunità Rom ),

 

 

persuni mill-komunità Rom,

 

L-għadd persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni.

 

L-għadd ta' persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni,

L-għadd tar-riċevituri aħħarija li jirċievu l-għajnuna materjali

L-għadd ta' persuni li jirċievu l-għajnuna materjali,

 

L-għadd ta' tfal taħt it-18-il sena,

 

L-għadd ta' tfal taħt it-18-il sena,

 

L-għadd ta' żgħażagħ bejn it-18 u d-29 sena,

 

L-għadd ta' żgħażagħ bejn it-18 u d-29 sena,

 

L-għadd ta' persuni akbar minn 54 sena,

 

L-għadd ta' persuni akbar minn 54 sena,

 

L-għadd ta' persuni b'diżabbiltà,

 

L-għadd ta' persuni b'diżabbiltà,

 

L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi,

 

L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi,

 

L-għadd ta' persuni bi sfond barrani u l-minoranzi ( inkluż il-komunitajiet emarġinati bħar-Roma ),

 

L-għadd ta' persuni bi sfond barrani u l-minoranzi ( ħlief mill-komunità Rom ),

 

 

persuni mill-komunità Rom,

 

L-għadd persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni.

 

L-għadd ta' persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni.

Emenda 155

Proposta għal regolament

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Indikaturi tal-outputs

(1)

L-għadd totali ta' persuni li jirċievu għajnuna favur l-inklużjoni soċjali.

Li minnhom:

(a)

l-għadd ta' tfal li għandhom 15-il sena jew inqas;

(b)

l-għadd ta' persuni li għandhom 65 sena jew iktar;

(c)

l-għadd ta' nisa;

(d)

l-għadd ta' persuni bi sfond barrani u l-minoranzi (ħlief mill-komunità Rom);

(e)

persuni mill-komunità Rom;

(f)

l-għadd ta' persuni bla dar.

Emenda 156

Proposta għal regolament

Anness IIb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

1.

Il-livell ta' kisba ddikjarata ta' fehim aħjar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

(1)

L-għadd ta' attivitajiet analitiċi,

(2)

L-għadd ta' attivitajiet ta' tagħlim reċiproku, għarfien u disseminazzjoni,

(3)

Appoġġ lill-atturi ewlenin

 

2.

Il-livell ta' kollaborazzjoni u sħubija attiva bejn l-istituzzjonijiet governattivi tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati

(1)

L-għadd ta' attivitajiet analitiċi,

(2)

L-għadd ta' attivitajiet ta' tagħlim reċiproku, għarfien u disseminazzjoni,

(3)

Appoġġ lill-atturi ewlenin

 

3.

Użu ddikjarat tal-innovazzjoni fil-politika soċjali għall-implimentazzjoni tas-CSRs soċjali u r-riżultati tal-esperimentazzjoni ta' politiki soċjali għat-tfassil tal-politika

(1)

L-għadd ta' attivitajiet analitiċi,

(2)

L-għadd ta' attivitajiet ta' tagħlim reċiproku, għarfien u disseminazzjoni,

(3)

Appoġġ lill-atturi ewlenin

 

4.

L-għadd ta' viżitaturi tal-pjattaforma EURES

 

5.

L-għadd ta' kollokamenti f'impjieg għaż-żgħażagħ miksuba jew appoġġati fl-ambitu tal-Azzjoni Preparatorja “L-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek” (YfEJ) kif ukoll fi ħdan Skemi Partikolari ta' Mobilità

 

6.

L-għadd ta' kuntatti personali individwali tal-konsulenti tal-EURES mal-persuni li jfittxu impjieg, mal-persuni li jbiddlu l-impjieg u ma' min iħaddem

 

7.

L-għadd ta' negozji maħluqa jew konsolidati li bbenefikaw mill-appoġġ tal-Unjoni

 

8.

Il-proporzjon ta' benefiċjarji li ħolqu jew żviluppaw aktar il-kummerċ permezz tal-mikrofinanzjament tal-Unjoni meta mqabbla ma' dawk li huma qiegħda jew li jappartjenu għal gruppi żvantaġġati

Emenda 157

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

L-għadd ta' valutazzjonijiet kliniċi konġunti tat-teknoloġija tas-saħħa

2.

L-għadd ta' benefiċjarji (professjonisti, ċittadini, pazjenti) affettwati mir-riżultati tal-programm

Emenda 158

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.

L-għadd tal-aqwa prattiki trasferiti

3.

L-għadd ta' valutazzjonijiet kliniċi konġunti tat-teknoloġija tas-saħħa

Emenda 159

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.

Il-grad tal-użu tar-riżultati tal-programm fil-politika nazzjonali tas-saħħa kif imkejjel bil-kwestjonarju ta' "qabel u wara2

4.

L-għadd tal-aqwa prattiki trasferiti

Emenda 160

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.

Il-grad tal-użu tar-riżultati tal-programm fil-politiki jew l-għodod reġjonali u nazzjonali tas-saħħa kif imkejjel mill-metodi vvalidati

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0461/2018).

(1a)   ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.

(1a)   Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11).

(1a)   http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9302-2015-INIT/mt/pdf

(1a)   Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(1a)   Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(17)  COM(2016)0739

(17)  COM(2016)0739

(1a)   Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1).

(1b)   Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13), ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

(1c)   Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).

(19)  d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(1a)   Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(28)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.

(28)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.

(1)  Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b'asterisk (*) hi data personali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b'żewġ asterisks (**) hi kategorija speċjali tad-data skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(1)  Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b'asterisk (*) hi data personali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b'żewġ asterisks (**) hi kategorija speċjali tad-data skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(2)  Il-valuri ta' dawn l-indikaturi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-istima informata mill-benefiċjarji

(2)  Il-valuri ta' dawn l-indikaturi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-istima informata mill-benefiċjarji

(3)  Ibid

(3)  Ibid


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/425


P8_TA(2019)0021

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/42)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti kategoriji ta' reġjuni, fosthom ir-reġjuni transkonfinali elenkati b'mod espliċitu .

(1)

L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) huwa intiż sabiex jgħin jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, iż-żoni rurali, iż-żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, żoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa, gżejjer u reġjuni muntanjużi .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar jikkoopera minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta' programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja.

(2)

Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar u r-reġjuni tagħhom jikkooperaw minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta' programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

(3)

Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp kooperattiv u armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, u sabiex jitnaqqsu d-diverġenzi eżistenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Fil-proċess, il-prinċipji dwar il-governanza u s-sħubija f'diversi livelli jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni, u jenħtieġ li jissaħħu l-approċċi bbażati fuq il-post.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Il-komponenti differenti tal-Interreg jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) kif deskritti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata f'Settembru 2015.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE (23) (“Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri”). Konsegwentement , il-komponent transfruntier jenħtieġ li jkun limitat għal kooperazzjoni fil-fruntieri fuq l-art u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jenħtieġ li tkun integrata fil-komponent transnazzjonali .

(4)

Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE (23) (“Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri”). Għaldaqstant , il-komponent transfruntier jenħtieġ li jinkludi kooperazzjoni kemm fuq l-art kif ukoll fil-fruntieri marittimi , mingħajr preġudizzju għall-komponent il-ġdid għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi .

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f'simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

(5)

Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar jew ir-reġjuni tagħhom, u pajjiż jew reġjun wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f'simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta' azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, u jenħtieġ li jinkludi wkoll il-kooperazzjoni transfruntiera marittima . Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji akbar fuq l-art kontinentali tal-Unjoni , filwaqt li l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li tkopri territorji madwar il-baċiri tal-baħar u tintegra l-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri marittimi matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà massima biex titkompla l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima preċedenti f'qafas ta' kooperazzjoni marittima akbar, b'mod partikolari billi jkunu definiti t-territorju kopert, l-objettivi speċifiċi għal tali kooperazzjoni, ir-rekwiżiti għal proġett ta' sħubija u t-twaqqif ta' sottoprogrammi u kumitati ta' tmexxija speċifiċi.

(6)

Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta' azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, b'rispett sħiħ tas-sussidjarjetà . Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji transnazzjonali akbar u, fejn xieraq , territorji madwar il-baċiri tal-baħar li ġeografikament jestendu lil hinn minn dawk tal-programmi transfruntiera.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta' kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet tal-programm u għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw mal-pajjiżi tal-viċinat t-territorji tagħhom bl-aktar mod effettiv u sempliċi.

(7)

Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta' kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet u għall-benefiċjarji tal-programm , jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw ma' pajjiżi terzi, pajjiżi territorji extra-Ewropej (PTEE), jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali bl-aktar mod effettiv u sempliċi li jqis il-karatteristiċi individwali tagħhom .

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta' Interreg u n-nuqqas ta' tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 , il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b'mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta' koeżjoni. Dan il-komponent għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal żewġ programmi , wieħed li jippermetti kull tip ta' esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali (“REKT”) stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew  (24) u tal-Kunsill u ieħor li jtejjeb l-analiżi tax-xejriet ta' żvilupp . Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponent il-ġdid dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli”  (25) , b'mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar oqsma bħall-enerġija, l-immodernizzar tal-industrija jew il-qasam agroalimentari. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp territorjali integrat li jiffoka fuq żoni urbani funzjonali jew żoni urbani jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fil-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u fi strument wieħed li jakkumpanja, l-“Inizjattiva Urbana Ewropea”. Iż-żewġ programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi .

(8)

Fuq il-bażi tal-esperjenza pożittiva bil-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta' Interreg minn naħa waħda u n-nuqqas ta' tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 min-naħa l-oħra, il-kooperazzjoni interreġjonali, permezz ta' skambju ta' esperjenzi, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet għall-programmi fil-qafas taż-żewġ għanijiet (il-kooperazzjoni territorjali Ewropea u l-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi) fost il-bliet u r-reġjuni, hija komponent importanti li għandha l-għan li ssib soluzzjonijiet komuni fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni u li tibni sħubiji dejjiema. Jenħtieġ li għaldaqstant jitkomplew il-programmi eżistenti u, b'mod partikolari, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġetti, inkluża l-promozzjoni ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali (“REKT”), kif ukoll l-istrateġiji makroreġjonali.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

L-inizjattiva l-ġdida dwar l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, u tintuża biex tappoġġa pjattaformi tematiċi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti f'oqsma bħall-enerġija, il-modernizzazzjoni industrijali, l-ekonomija ċirkolari, l-innovazzjoni soċjali, l-ambjent jew is-settur agroalimentari, u biex tgħin lil dawk involuti fi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti biex jingħaqdu flimkien, sabiex tiżdied l-innovazzjoni u jinġiebu prodotti, proċessi u ekosistemi innovattivi fis-suq Ewropew. L-evidenza tissuġġerixxi li għad hemm falliment sistemiku persistenti fl-istadju tal-ittestjar u l-validazzjoni tad-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji ġodda (pereżempju, Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti), speċjalment meta l-innovazzjoni tkun riżultat tal-integrazzjoni tal-ispeċjalizzazzjonijiet reġjonali komplementari li joħolqu ktajjen ta' valur innovattivi. Dak il-falliment huwa partikolarment kritiku fil-fażi bejn il-pilotaġġ u l-adozzjoni sħiħa fis-suq. F'xi oqsma teknoloġiċi u industrijali strateġiċi, l-SMEs attwalment ma jistgħux iserrħu fuq infrastruttura ta' dimostrazzjoni pan-Ewropea eċċellenti, miftuħa u konnessa. Il-programmi taħt l-inizjattiva ta' kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni Ewropea kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni tal-PTEE, pajjiżi terzi, ir-reġjuni tagħhom, u organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, inklużi r-reġjuni ġirien l-aktar imbiegħda. Is-sinerġiji bejn l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali u programmi rilevanti oħra tal-UE bħal dawk taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020, is-Suq Diġitali Ewropa u l-programm tas-suq uniku jenħtieġ li jiġu mħeġġa, peress li dawn se jamplifikaw l-impatt tal-investimenti u jipprovdu valur aħjar għaċ-ċittadini.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).

(9)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi komuni għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta' benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA (27), l-NDICI (28) u l-OCTP (29), jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima , il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u  lNDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkumplementat b'tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv , jiġifieri, sa 3 % tal-pakkett finanzjarju skont l-IPA III u sa 4 % tal-pakkett finanzjarju tal-programm ġeografiku tal-Viċinat skont lArtikolu 4(2)(a) tal-NDICI .

(10)

Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta' benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA (27), l-NDICI (28) u l-OCTP (29), jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u  l-NDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkomplementat b'tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil reġjuni li jsiru fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata kontinwità adegwata tal-programmi ta' kooperazzjoni li għaddejjin bħalissa.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.

(11)

L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni kif ukoll l-iżvilupp reġjonali u lokali . L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

L-iżvilupp ta' sinerġiji mal-azzjoni esterna u l-programmi ta' żvilupp tal-Unjoni jenħtieġ ukoll li jgħinu biex jiġi żgurat impatt massimu filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp previst fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-kisba tal-koerenza fil-politiki kollha tal-Unjoni hija kruċjali għall-kisba tal-SDGs.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista' jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni mal-viċinat tagħhom , filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (31).

(14)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw it-titjib tal-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista' jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni tagħhom ma' pajjiżi terzi u PTEE , filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (31).

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-possibbiltà li l-PTEE jipparteċipaw fil-programmi Interreg. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-isfidi tal-PTEE sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u l-parteċipazzjoni effettivi tagħhom.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta' Interreg, inkluż is-sehem ta' kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti. Meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, is-sehem għall-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jitnaqqas, filwaqt li s-sehem għall-kooperazzjoni transnazzjonali l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jiżdied minħabba l-integrazzjoni tal-kooperazzjoni marittima, u jenħtieġ li jinħoloq komponent ġdid tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi .

(15)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta' Interreg, inkluż is-sehem ta' kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti. Minħabba l-globalizzazzjoni, il-kooperazzjoni mmirata biex tagħti spinta lill-investimenti f'aktar impjiegi u tkabbir u investimenti konġunti ma' reġjuni oħra jenħtieġ li madankollu tiġi determinata wkoll mill-karatteristiċi u l-ambizzjonijiet komuni tar-reġjuni mhux neċessarjament mill-fruntieri, u għalhekk jenħtieġ li jkunu disponibbli fondi addizzjonali suffiċjenti għall-inizjattiva l-ġdida dwar investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni biex iwieġbu għall-kundizzjoni tas-suq globali .

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Fil-kuntest ta' ċirkostanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u fid-dawl li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, programm transfruntier ġdid “PEACE-PLUS” jenħtieġ li jkompli u jibni fuq il-ħidma ta' programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntieri tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza prattika tiegħu, hu meħtieġ li jiġi żgurat li, fejn il-programm jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà soċjali, ekonomika u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm huwa jenħtieġ li jiġi ġestiti b'mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-programm bħala dħul assenjat estern. Barra minn hekk, ċerti regoli dwar l-għażla ta' operazzjonijiet f'dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplikaw għal dan il-programm b'rabta mal-operazzjonijiet favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni.

(18)

Fil-kuntest ta' ċirkostanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u fid-dawl li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, programm transfruntier ġdid “PEACE-PLUS” għandu jitkompla u jibni fuq il-ħidma ta' programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntieri tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza prattika tiegħu, hu meħtieġ li jiġi żgurat li, fejn il-programm jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni soċjali, ekonomiċi u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm huwa jenħtieġ li jiġi ġestiti b'mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-programm bħala dħul assenjat estern. Barra minn hekk, ċerti regoli dwar l-għażla ta' operazzjonijiet f'dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplikaw għal dan il-programm b'rabta mal-operazzjonijiet favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Il-parti l-kbira tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta' objettivi ta' politika sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta' Interreg.

(20)

Il-parti l-kbira tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta' objettivi ta' politika sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta' Interreg. Jenħtieġ li jissaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet bejn il-komponenti tal-INTERREG.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid].

(21)

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jinżammu sempliċi u ċari biex tkun evitata regolamentazzjoni żejda u piżijiet amministrattivi addizzjonali għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għal operazzjonijiet li jridu jitqiesu bħala awtentikament konġunti u kooperattivi, dwar sħubija fil-qafas tal-operazzjoni ta' Interreg u dwar l-obbligi tas-sieħeb ewlieni kif stabbiliti matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 jenħtieġ li jitkomplew. Madankollu, is-sħab ta' Interreg jenħtieġ li jikkooperaw fl-erba' dimensjonijiet kollha (l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta' persunal u l-finanzjament) u, fil-qafas tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, fi tlieta minn erbgħa minnhom, billi jenħtieġ li jsir aktar faċli li jkun ikkombinat appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fuq il-livell tal-programmi u tal-operazzjonijiet.

(22)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għal operazzjonijiet li jridu jitqiesu bħala awtentikament konġunti u kooperattivi, dwar sħubija fil-qafas tal-operazzjoni ta' Interreg u dwar l-obbligi tas-sieħeb ewlieni kif stabbiliti matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 jenħtieġ li jitkomplew. Is-sħab ta' Interreg jenħtieġ li jikkooperaw fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni kif ukoll fil-ħatra ta' persunal jew fil-finanzjament, jew it-tnejn li huma, u, fil-qafas tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, fi tlieta minn erbgħa minnhom, billi jenħtieġ li jsir aktar faċli li jkun ikkombinat appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fuq il-livell tal-programmi u tal-operazzjonijiet.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)

Strument importanti u ta' suċċess fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera huma l-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira, sabiex jiġu eliminati l-ostakli relatati mal-fruntieri u dawk transfruntiera, jitrawmu l-kuntatti bejn il-persuni lokali u b'hekk ir-reġjuni tal-fruntiera u ċ-ċittadini tagħhom jinġiebu aktar qrib xulxin. Il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira jitwettqu f'bosta oqsma, bħal fost l-oħrajn il-kultura, l-isport, it-turiżmu, l-edukazzjoni ġenerali u t-taħriġ vokazzjonali, l-ekonomija, ix-xjenza, il-ħarsien tal-ambjent u l-ekoloġija, il-kura tas-saħħa, it-trasport u proġetti infrastrutturali fuq skala żgħira, il-kooperazzjoni amministrattiva u r-relazzjonijiet pubbliċi. Kif stabbilit ukoll fl-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni magħrufa bħala “Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera”  (32) , il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira għandhom valur miżjud Ewropew għoli u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-objettiv globali tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar li ilhom implimentati mill-ħolqien ta' Interreg , iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi. Kif stabbilit ukoll fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proġetti bejn il-persuni proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera”  (32) , dawn il-fondi għal proġetti żgħar għandhom rwol importanti fil-bini ta' fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, joffru valur miżjud kbir Ewropew jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-objettiv ġenerali tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera billi jegħlbu l-ostakli tal-fruntieri jintegraw iż-żoni tal-fruntieri ċ-ċittadini tagħhom. Sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta' proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta' kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta' opzjonijiet simplifikati ta' kostijiet u ta' ammonti f'daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.

(23)

Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira ilhom mill-ħolqien ta' Interreg jiġu appoġġati permezz ta' fondi ta' proġetti żgħar jew strumenti simili, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi, għalhekk huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar . Sabiex jiġu ppreservati l-valur miżjud u  l-benefiċċji tal-proġetti bejn il-persuni u tal-proġetti fuq skala żgħira, anke fir-rigward tal-iżvilupp lokali reġjonali, biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta' proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta' kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta' opzjonijiet simplifikati ta' kostijiet u ta' ammonti f'daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Minħabba l-involviment ta' iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f'assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b'appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta' assistenza teknika effettivi.

(24)

Minħabba l-involviment ta' iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, inkluż għal punti ta' kuntatt reġjonali (jew “antenni”), li huma punti ta' kuntatt importanti għal dawk li jipproponu u jimplimentaw proġetti, u għaldaqstant jiffunzjonaw bħala linja diretta lejn is-segretarjati konġunti jew l-awtoritajiet rilevanti, iżda b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f'assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b'appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta' assistenza teknika effettivi.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)

Bħala parti mit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni jaħdmu flimkien mill-qrib, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-arranġamenti proporzjonati u msaħħa għas-sistema ta' ġestjoni u kontroll ta' programm Interreg li huma msemmija fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) …/… [CPR ġdid].

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jassenjaw il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni lil REKT jew li jagħmlu raggruppament bħal dan, bħal entitajiet legali transfruntieri oħra, responsabbli għall-ġestjoni ta' sottoprogramm, investiment territorjali integrat jew fond wieħed jew aktar għal proġetti żgħar , jew li jaġixxu bħala sieħeb uniku.

(27)

L-Istati Membri , fejn xieraq, jenħtieġ li jiddelegaw il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni lil REKT ġdid jew, fejn applikabbli, li jeżisti jew li jagħmlu raggruppament bħal dan, bħal entitajiet legali transfruntieri oħra, responsabbli għall-ġestjoni ta' sottoprogramm, investiment territorjali integrat, jew li jaġixxu bħala sieħeb uniku. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lil korpi pubbliċi oħra minn Stati Membri differenti jistabbilixxu tali raggruppamenti ta' kooperazzjoni ma' personalità ġuridika u jenħtieġ li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-funzjonament tagħhom.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Sabiex titkompla l-katina tal-pagament stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jiġifieri mill-Kummissjoni għas-sieħeb prinċipali permezz tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, dik il-katina tal-pagament jenħtieġ li titkompla fil-qafas tal-funzjoni ta' kontabbiltà. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitħallas lis-sieħeb prinċipali, sakemm dan ikun jirriżulta f'tariffi doppji għall-konverżjoni f'euro u f'muniti oħra jew vice versa bejn is-sieħeb ewlieni u sħab oħra.

(28)

Sabiex titkompla l-katina tal-pagament stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jiġifieri mill-Kummissjoni għas-sieħeb prinċipali permezz tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, dik il-katina tal-pagament jenħtieġ li titkompla fil-qafas tal-funzjoni ta' kontabbiltà. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitħallas lis-sieħeb prinċipali, sakemm dan ikun jirriżulta f'tariffi doppji għall-konverżjoni f'euro u f'muniti oħra jew vice versa bejn is-sieħeb ewlieni u sħab oħra. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, is-sieħeb ewlieni jenħtieġ li jiżgura li s-sħab l-oħrajn jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni mill-fond rispettiv tal-Unjoni bis-sħiħ u fil-limitu ta' żmien maqbul mis-sħab kollha u skont l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b'mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikat u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.

(29)

Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b'mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikati u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta' irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta' ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jenħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f'każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta' ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. B'mod partikolari , l-awtorità ta' ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f'pajjiż differenti.

(30)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta' irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta' ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jeħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f'każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta' ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-proċeduri relatati mal-irkupri jiġu stabbiliti u miftiehma mill-kumitat ta' monitoraġġ. Minkejja dan , l-awtorità ta' ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f'pajjiż differenti.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)

Huwa xieraq li tiġi mħeġġa d-dixxiplina finanzjarja. Fl-istess ħin, arranġamenti għad-diżimpenn tal-impenji baġitarji jenħtieġ li jqisu l-kumplessità tal-programmi Interreg u l-implimentazzjoni tagħhom.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)

Għalkemm il-programmi Interreg bil-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jenħtieġ li jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi tista' tiġi implimentata b'ġestjoni indiretta. Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar kif jiġu implimentati dawn il-programmi fl-intier tagħhom jew parzjalment b'ġestjoni indiretta.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna , fejn applikabbli , jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.

(35)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, fejn applikabbli, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)

Il-promozzjoni tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea hija prijorità ewlenija tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni. L-appoġġ tal-SMEs għall-ispejjeż tal-proġetti ETC diġà huwa eżentat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014  (1a) (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER)). Dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-għajnuna reġjonali għall-investimenti li jsiru minn intrapriżi ta' kull daqs huma wkoll inklużi fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020  (2a) u fit-taqsima dwar l-għajnuna reġjonali tal-GBER. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, l-għajnuna għall-proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea jenħtieġ li jkollha biss effetti limitati fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u b'hekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tiddikjara li tali għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern u li l-finanzjament ipprovdut bħala appoġġ għall-proġetti tal-ETC jista' jiġi eżentat.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kontigwi , pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej (“PTEE”) rispettivament.

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri , ir-reġjuni tagħhom u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej (“PTEE”) , jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali, rispettivament.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

“entità legali transfruntiera” tfisser entità legali stabbilita skont il-liġijiet ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.

(4)

“entità legali transfruntiera” tfisser entità legali , inkluż Ewroreġjun, stabbilita skont il-liġijiet ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

“organizzazzjoni dwar l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni reġjonali” tfisser grupp ta' Stati Membri jew reġjuni fl-istess żona ġeografika li għandhom l-għan li jikkooperaw mill-qrib dwar kwistjonijiet ta' interess komuni.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

il-kooperazzjoni transfruntiera bejn reġjuni kontigwi għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat (il-komponent 1):

(1)

il-kooperazzjoni transfruntiera bejn reġjuni kontigwi għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat u armonjuż (il-komponent 1):

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); or

(a)

il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); or

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(b)

il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u  fi Greenland , bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' integrazzjoni territorjali (“il-komponent 2” ; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni transnazzjonali: “il-komponent 2A”; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni marittima: “il-komponent 2B”);

(2)

il-kooperazzjoni transnazzjonali fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u  f'PTEE , bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' integrazzjoni territorjali;

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali tagħhom fil-viċinat tagħhom (“il-komponent 3”);

(3)

il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp armonjuż tagħhom fil-viċinat tagħhom (“il-komponent 3”);

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

l-implimentazzjoni ta' proġetti komuni għall-iżvilupp interreġjonali;

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib)

l-iżvilupp ta' kapaċitajiet bejn is-sħab fl-Unjoni b'rabta ma':

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)

l-identifikazzjoni u t-tixrid ta' prattiki tajbin bil-għan li jiġu ttrasferiti l-aktar fi programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir;

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iib)

l-iskambju ta' esperjenzi dwar l-identifikazzjoni, it-trasferiment u t-tixrid tal-aħjar prattika dwar l-iżvilupp urban sostenibbli, inklużi konnessjonijiet bejn żoni urbani u rurali;

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia)

it-twaqqif, il-funzjonament u l-użu tal-Mekkaniżmu Transkonfinali Ewropew kif imsemmi fir-Regolament (UE) …/… [il-Mekkaniżmu Transkonfinali Ewropew il-ġdid];

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali permezz tal-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta' innovazzjoni interreġjonali bil-potenzjal li jħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta' valur Ewropej (“il-komponent 5”).

imħassar

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri fuq l-art kollha interni u esterni ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab.

1.   Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri kollha fuq l-art jew fil-baħar interni u esterni ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab , mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe aġġustament sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità tal-oqsma tal-programmi ta' kooperazzjoni stabbiliti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 .

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Ir-reġjuni fuq il-fruntieri marittimi li huma konnessi fuq il-baħar b'kollegament fiss għandhom ikunu appoġġati wkoll fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera.

imħassar

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista' tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra u Monaco.

3.   Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista' tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra, Monaco u San Marino .

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.

4.   Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5 Kopertura ġeografika għal kooperazzjoni transnazzjonali u kooperazzjoni marittima

Kopertura ġeografika għal kooperazzjoni transnazzjonali

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima , ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali kontigwi, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar.

1.   Għall-kooperazzjoni transnazzjonali, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali kontigwi, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti potenzjali biex jiżguraw il-koerenza u l-kontinwità ta' din il-kooperazzjoni f'oqsma koerenti akbar abbażi tal-perjodu ta' tħejjija ta' programmazzjoni 2014-2020 u filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima tal-programmi Interreg tista' tkopri:

Il-kooperazzjoni transnazzjonali tal-programmi Interreg tista' tkopri:

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Greenland ;

(b)

PTEE jibbenefikaw mill-appoġġ ipprovdut mill-programm tal-PTEE ;

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Ir-reġjuni, pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.

3.   Ir-reġjuni, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab , jew PTEE elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-programmi Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkopru pajjiżi sħab tal-viċinat appoġġati mill-NDICI jew PTEE appoġġati mill-OCTP, jew it-tnejn li huma.

2.   Il-programmi Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkopru pajjiżi sħab tal-viċinat appoġġati mill-NDICI, PTEE appoġġati mill-OCTP, organizzazzjonijiet ta' kooperazzjoni reġjonali, jew kombinazzjoni tat-tnejn jew it-tlieta li huma.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali u l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4 jew għal investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni skont il-komponent 5, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR.

1.   Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4 it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR , inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi .

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-programmi Interreg tal-komponent 4 jistgħu jkopru kompletament jew parti mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, territorji jew PTEE oħra msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux appoġġati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

2.   Il-programmi Interreg tal-komponent 4 jistgħu jkopru kompletament jew parti mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, territorji jew PTEE oħra msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux appoġġati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni. Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem f'dawk il-programmi, dment li jikkontribwixxu għall-finanzjament fil-forma ta' dħul allokat esternament.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri interni kollha u dawk il-fruntieri esterni koperti mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni kif ukoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta' allokazzjoni skont il-komponent 2B imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(3) .

2.   L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri interni kollha u dawk il-fruntieri esterni koperti mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Ir-reġjuni ta' pajjiżi terzi jew sħab jew territorji barra mill-Unjoni li ma jirċevux appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jissemmew ukoll fil-lista msemmija fil-paragrafu 1.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ir-riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal EUR  8 430 000 000 tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021- 2027 u stabbiliti fl-Artikolu [ 102(1) ] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

1.   Ir-riżorsi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal EUR  11 165 000 000 (prezzijiet tal-2018) mir-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 u stabbiliti fl-Artikolu [ 103(1) ] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:

2.    EUR 10 195 910 000 (91,31  %) tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

52,7  % (jiġifieri, total ta' EUR 4 440 000 000 ) għall-kooperazzjoni transkonfinali;

(a)

EUR 7 500 000 000 (67,16  % ) għall-kooperazzjoni transkonfinali (il-komponent 1) ;

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

31,4  % (jiġifieri, total ta' EUR 2 649 900 000 ) għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima (il-komponent 2);

(b)

EUR 1 973 000 000 (17,68  % ) għall-kooperazzjoni transnazzjonali (il-komponent 2);

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

3,2  % (jiġifieri, total ta' EUR 270 100 000 ) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);

(c)

EUR 357 309 120 (3,2  %) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

1,2  % (jiġifieri, total ta' EUR 100 000 000 ) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4);

(d)

EUR 365 000 000 (3,27  %) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4);

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

11,5  % (jiġifieri, total ta' EUR 970 000 000 ) għall-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni (il-komponent 5);

imħassar

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 u dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 2B elenkati fl-att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2);

(a)

ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 elenkati fl-att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2);

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponenti 2A u 3 .

(b)

ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponent 2 .

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 u 3 għall-komponent 3.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     EUR 970 000 000 (8,69  %) tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-inizjattiva l-ġdida dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15a (ġdid).

Jekk sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni ma tkunx wettqet ir-riżorsi kollha disponibbli msemmija fil-paragrafu 1 dwar il-proġetti magħżula skont dik l-inizjattiva, il-bilanċi mhux impenjati li jifdal għandhom jiġu allokati mill-ġdid fost il-komponenti 1 sa 4.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta' programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik l-ekwivalenza għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI.

L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm tal-inqas ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta' programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-programm Interreg ma jkunx jista' jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti.

(b)

f'każijiet debitament iġġustifikati, meta l-programm Interreg ma jkunx jista' jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti.

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta' pajjiż sieħeb jew ta' Greenland għandha titwaqqaf, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.

Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta' pajjiż sieħeb jew ta' PTEE għandha titwaqqaf, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b'mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' Greenland ;

(a)

li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b'mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' PTEE ;

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' Greenland .

(c)

li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' PTEE .

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Jekk pajjiż terz jew pajjiż sieħeb li jikkontribwixxi għal programm Interreg b'riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta' appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

6.   Jekk pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE li jikkontribwixxi għal programm Interreg b'riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta' appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu .

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70  %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.

Ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 80  %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej:

3.   Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom ukoll jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej:

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u  2B :

(a)

fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2:

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

it-tisħiħ ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f'reġjuni tal-fruntieri;

(ii)

it-tisħiħ ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini , inklużi l-proġetti bejn il-persuni, l-atturi tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f'reġjuni tal-fruntieri;

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern “Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà”, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti.

5.   Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 1, 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern “Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà”, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti , il-protezzjoni ekonomika u soċjali tagħhom u r-rifuġjati taħt protezzjoni internazzjonali .

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Ħmistax fil-mija (15 %) addizzjonali tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg “governanza aħjar ta' Interreg” jew għall-objettiv speċifiku għal Interreg estern “Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà”.

2.    Mill-FEŻR u, fejn applikabbli, mill-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, sa 15 % għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg “governanza aħjar ta' Interreg” u sa 10 % jistgħu jiġu allokati għall-objettiv speċifiku għal Interreg “Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà”.

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Jekk programm Interreg tal-komponent 2A jappoġġa strateġija makroreġjonali, it-total tal-FEŻR u, fejn applikabbli, it-total tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandu jkun programmat fuq l-objettivi ta' dik l-istrateġija.

3.   Jekk programm Interreg tal-komponent 1 jew 2 jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċiri tal-baħar , tal-inqas 80 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, parti mill-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandha tikkontribwixxi għall-objettivi ta' dik l-istrateġija.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 15 — paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Jekk programm Interreg tal-komponent 2B jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċiri tal-baħar, tal-anqas 70 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandhom ikunu allokati lill-objettivi ta' dik l-istrateġija.

imħassar

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali

 

1.     Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 9(5a) (ġdid) għandhom jiġu allokati għal inizjattiva ġdida dwar investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni li hija allokata għal:

 

(a)

il-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta' innovazzjoni komuni li aktarx iħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta' valur Ewropej;

 

(b)

it-tlaqqigħ flimkien ta' riċerkaturi, negozji, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fl-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u ta' innovazzjoni soċjali fil-livell nazzjonali jew reġjonali;

 

(c)

il-proġetti pilota mmirati lejn l-identifikazzjoni jew l-ittestjar ta' soluzzjonijiet ta' żvilupp ġodda fil-livell reġjonali u lokali li huma bbażati fuq strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; jew

 

(d)

il-qsim tal-esperjenzi ta' innovazzjoni bil-għan li jibbenefikaw mill-esperjenza miksuba fl-iżvilupp reġjonali jew lokali.

 

2.     Sabiex jinżamm il-prinċipju ta' koeżjoni territorjali Ewropea, b'sehem indaqs approssimattiv tar-riżorsi finanzjarji, dawk l-investimenti għandhom jiffukaw fuq il-ħolqien ta' rabtiet bejn ir-reġjuni inqas żviluppati ma' dawk fir-reġjuni ewlenin billi jżidu l-kapaċità ta' ekosistemi ta' innovazzjoni reġjonali f'reġjuni anqas żviluppati biex jintegraw u jmexxu l-valur eżistenti jew emerġenti tal-UE kif ukoll il-kapaċità li jipparteċipaw fi sħubiji ma' reġjuni oħra.

 

3.     Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk l-investimenti b'ġestjoni diretta jew indiretta. Għandha tkun appoġġata minn grupp ta' esperti fid-definizzjoni ta' programm ta' ħidma fit-tul u sejħiet relatati.

 

4.     Fir-rigward tal-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR. Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem f'dawk l-investimenti, dment li jikkontribwixxu għall-finanzjament fil-forma ta' dħul allokat esternament.

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista' jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b'ġestjoni indiretta u tal-komponent 5 li għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta jew indiretta .

1.   Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista' jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b'ġestjoni indiretta wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati .

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membriu , fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

2.   L-Istati Membri u , fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab , PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f'kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f'kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Fit-tħejjija tal-programmi Interreg, li jkopru strateġiji makroreġjonali jew tal-baċiri tal-baħar, l-Istati Membri u s-sħab tal-programm għandhom iqisu l-prijoritajiet tematiċi tal-istrateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar rilevanti u jikkonsultaw lill-atturi rilevanti. L-Istati Membri u s-sħab tal-programmi għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ex ante biex jiżguraw li l-atturi kollha fil-livell makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, l-awtoritajiet tal-programm ETC, ir-reġjuni u l-pajjiżi jinġiebu flimkien fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni biex jiddeċiedu flimkien dwar il-prijoritajiet għal kull programm. Dawk il-prijoritajiet għandhom ikunu allinjati mal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali jew tal-baċiri tal-baħar kull fejn ikun rilevanti.

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus disa' xhur ;] f'isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u  PTEE parteċipanti .

L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg wieħed jew aktar lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus tnax-il xahar ;] f'isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab , PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonaliparteċipanti .

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta' strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.

Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta' strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    F'każijiet debitament ġustifikati u bi qbil mal-Kummissjoni, sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm u biex jinkisbu operazzjonijiet fuq skala akbar, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jittrasferixxi lejn il-programmi Interreg sa [x]  % tal-ammont tal-FEŻR allokat lill-programm korrispondenti fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-istess reġjun. L-ammont trasferit għandu jikkostitwixxi prijorità separata jew prijoritajiet separati.

3.    Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm u biex jinkisbu operazzjonijiet fuq skala akbar, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jittrasferixxi lejn il-programmi Interreg sa 20  % tal-ammont tal-FEŻR allokat lill-programm korrispondenti fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-istess reġjun . Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni minn qabel li beħsiebu jagħmel użu minn din il-possibbiltà ta' trasferiment u għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. L-ammont trasferit għandu jikkostitwixxi prijorità separata jew prijoritajiet separati.

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

taqsira tal-isfidi konġunti ewlenin, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni:

(b)

taqsira tal-isfidi konġunti ewlenin, billi jittieħdu partikolarment inkunsiderazzjoni:

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

il-ħtiġijiet ta' investiment konġunt u l-komplementarjetà ma' forom oħrajn ta' appoġġ;

(ii)

il-ħtiġijiet ta' investiment konġunt u l-komplementarjetà ma' forom oħrajn ta' appoġġ u sinerġiji potenzjali li jridu jinkisbu ;

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – sottopunt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat;

(iii)

il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat u kif tqiesu fil-programm ;

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

ġustifikazzjoni għall-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi għal Interreg magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, l-objettivi speċifiċi l-forom ta' appoġġ , li jindirizzaw , fejn xieraq, il-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera;

(c)

ġustifikazzjoni għall-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi għal Interreg magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, u,  l-indirizzar , fejn xieraq, tal-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera;

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom lejn dawk l-objettivi speċifiċi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;

(i)

it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom lejn dawk l-objettivi speċifiċi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq , kif ukoll il-ġabra ta' kriterji u l-kriterji ta' għażla trasparenti korrispondenti għal din l-operazzjoni rispettivament ;

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

il-gruppi mira ewlenin;

imħassar

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)

l-użu ppjanat ta' strumenti finanzjarji;

imħassar

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta' finanzjament (“FEŻR” u  “OCTP Greenland” );

(iii)

għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta' finanzjament (“FEŻR” u  “OCTP” );

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

fir-rigward tat-tabella msemmija fil-punt (g)(ii) ta' paragrafu 4, din għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2025 biss.

imħassar

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt;

(b)

jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt u, fejn applikabbli, ta' strutturi ta' appoġġ maniġerjali fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi ;

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u, fil-każ ta' appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta' strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) jew il-qafas ta' pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att bażiku rispettiv ta' wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti.

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bi trasparenza sħiħa kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u, fil-każ ta' appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta' strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament jew il-qafas ta' pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att bażiku rispettiv ta' wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti.

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

3.   L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab , il-PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni li japprova kull programm Interreg mhux aktar tard wara d-data ta' preżentazzjoni ta' dak il-programm mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni li japprova kull programm Interreg mhux aktar tard wara tliet xhur wara d-data ta' preżentazzjoni tal-verżjoni riveduta ta' dak il-programm mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva.

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jista' jippreżenta talba motivata għal emenda ta' programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta' dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.

1.    Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE)…/… [CPR ġdid], l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jista' jippreżenta talba motivata għal emenda ta' programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta' dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u tista' tagħmel kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm li jemenda.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u tista' tagħmel kummenti fi żmien xahar mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm li jemenda.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi , pajjiżi sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

3.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab , il-PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta' programm Interreg sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta' programm Interreg sa mhux aktar tard minn tliet  xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru jista' jittrasferixxi matul il-perjodu ta' programmazzjoni ammont sa 5  % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 3  % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.

Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE)…/… [CPR ġdid], l-Istat Membru jista' jittrasferixxi matul il-perjodu ta' programmazzjoni ammont sa 10  % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 5  % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jistabbilixxi wieħed jew, b'mod partikolari fil-każ ta' sottoprogrammi, aktar kumitati ta' tmexxija li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet.

Dak il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jistabbilixxi wieħed jew, b'mod partikolari fil-każ ta' sottoprogrammi, aktar kumitati ta' tmexxija li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet. Il-Kumitati ta' Tmexxija għandhom japplikaw il-prinċipju tas-sħubija kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE)…/… [CPR ġdid] u għandhom jinvolvu sħab mill-Istati Membri parteċipanti kollha.

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni u tikkunsidra l-kummenti tagħha qabel l-ewwel preżentazzjoni tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.

3.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tinnotifika lill-Kummissjoni qabel l-ewwel preżentazzjoni tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.    Fl-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija għandu :

4.    Qabel ma l-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija jagħżel l-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha :

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan id-dokument għandu wkoll jistipula l-obbligi tas-sieħeb ewlieni fir-rigward tal-irkupri skont l-Artikolu 50. Dawn l-obbligi għandhom ikunu definiti mill-kumitat ta' monitoraġġ. Madankollu, sieħeb ewlieni lokalizzat fi Stat Membru, pajjiż terz jew pajjiż imsieħeb jew f'PTEE differenti mis-sieħeb ma għandux ikun obbligat li jirkupra permezz ta' proċedura ġudizzjarja.

Dan id-dokument għandu wkoll jistipula l-obbligi tas-sieħeb ewlieni fir-rigward tal-irkupri skont l-Artikolu 50. Proċeduri relatati mal-irkupri għandhom ikunu definiti u miftiehma mill-kumitat ta' monitoraġġ. Madankollu, sieħeb ewlieni lokalizzat fi Stat Membru, pajjiż terz jew pajjiż sieħeb jew f'PTEE differenti mis-sieħeb ma għandux ikun obbligat li jirkupra permezz ta' proċedura ġudizzjarja.

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operazzjonijiet magħżula taħt il-komponenti 1, 2 u 3 għandhom jinvolvu atturi tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti, fejn mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun benefiċjarju minn Stat Membru.

L-operazzjonijiet magħżula taħt il-komponenti 1, 2 u 3 għandhom jinvolvu atturi tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew PTEE , fejn mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun benefiċjarju minn Stat Membru.

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Operazzjoni Interreg tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed, dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.

2.   Operazzjoni Interreg tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed jew PTEE , dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sħab għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp , l-implimentazzjoni, il-ħatra ta' persunal u  l-finanzjament ta' operazzjonijiet Interreg.

Is-sħab għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni kif ukoll fil-ħatra ta' persunal u /jew fil-finanzjament ta' operazzjonijiet Interreg. Għandu jsir sforz biex jiġi limitat l-għadd ta' sħab għal kull operazzjoni Interreg sa mhux aktar minn għaxra.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tlieta mill-erba' dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.

Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tnejn mill-erba' dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Entità legali transfruntiera jew REKT jista' jkun l-uniku sieħeb ta' operazzjoni Interreg taħt il-programmi Intereg komponenti 1, 2 u 3, dment li l-membri tiegħu jinvolvu sħab tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti.

Entità legali transfruntiera jew REKT jista' jkun l-uniku sieħeb ta' operazzjoni Interreg taħt il-programmi Intereg komponenti 1, 2 u 3, dment li l-membri tiegħu jinvolvu sħab tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew PTEE .

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-uniku sieħeb jista' jkun reġistrat fi Stat Membru mhux parteċipanti fil-programm, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 jiġu ssodisfatti.

imħassar

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, għal fond ta' proġett żgħir fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż EUR 20 000 000 jew 15  % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg, tkun liema tkun l-anqas minnhom .

Il-kontribuzzjoni totali mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, għal fondi ta' proġett żgħir wieħed jew aktar fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż 20  % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg u , fil-każ ta' programm Interreg għal kooperazzjoni transfruntiera, għandha tkun għall-inqas 3 % tal-allokazzjoni totali .

Emenda 125

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-benefiċjarju ta' fond ta' proġett żgħir għandu jkun entità legali jew REKT transfruntier .

2.   Il-benefiċjarju ta' fond ta' proġett żgħir għandu jkun korp tal-liġi pubblika jew privata, entità b'personalità ġuridika jew mingħajrha jew persuna fiżika, li hija responsabbli biex tibda l-operazzjonijiet jew kemm biex tibdihom kif ukoll biex timplimentahom .

Emenda 126

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Spejjeż tal-persunal u indiretti ġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni ta' fond għal proġett żgħir ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiza totali eliġibbli tal-fond għal proġett żgħir rispettiv.

5.   Spejjeż tal-persunal u  spejjeż oħra diretti li jikkorrispondu mal-kategoriji tal-ispejjeż fl-Artikoli 39 sa 42, kif ukoll spejjeż indiretti ġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni ta' fond jew fondi għal proġett żgħir, ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiża totali eliġibbli tal-fond jew fondi għal proġett żgħir rispettiv.

Emenda 127

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000 , il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta' kost unitarju jew somom f'daqqa jew jinkludi rati fissi , minbarra proġetti li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat .

Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000 , il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta' kost unitarju jew somom f'daqqa jew jinkludi rati fissi.

Emenda 128

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-ispejjeż totali ta' kull operazzjoni ma jaqbżux il-EUR 100 000 , l-ammont ta' appoġġ għal proġett żgħir wieħed jew aktar jista' jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' abbozz ta' baġit li huwa stabbilit fuq bażi ta' każ b'każ u miftiehem ex ante mill-korp li jagħżel l-operazzjoni.

Emenda 129

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti stipulati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, is-sieħeb prinċipali għandu jiżgura li s-sħab l-oħra jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni minn fond rispettiv tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli u b'mod sħiħ . L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b'effett ekwivalenti li se tkun qed tnaqqas dak l-ammont għas-sħab l-oħra.

2.   Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti stipulati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, is-sieħeb prinċipali għandu jiżgura li s-sħab l-oħra jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni minn fond rispettiv tal-Unjoni b'mod sħiħ u fiż-żmien miftiehem mis-sħab kollha u wara l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni . L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b'effett ekwivalenti li se tkun qed tnaqqas dak l-ammont għas-sħab l-oħra.

Emenda 130

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe benefiċjarju fi Stat Membru , f'pajjiż terz, f'pajjiż sieħeb jew f'PTEE parteċipanti fi programm Interreg jista' jinħatar bħala sieħeb ewlieni.

Kwalunkwe benefiċjarju fi Stat Membru parteċipanti fi programm Interreg jista' jinħatar bħala sieħeb ewlieni.

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jaqblu li sieħeb li mhux qed jirċievi appoġġ mill-FEŻR jew strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni jista' jintgħażel ukoll bħala s-sieħeb ewlieni.

imħassar

Emenda 132

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa bl-applikazzjoni tal-perċentwali stabbilit fil-paragrafu 2 għal nefqa eliġibbli inkluża f'kull applikazzjoni għal pagament skont il-[punti (a) jew (c) tal-Artikolu 85(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] kif xieraq.

1.   Assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa billi jiġu applikati l-perċentwali stabbiliti fil-paragrafu 2 għall-2021 u l-2022 għall-pagamenti fis-sena tal-prefinanzjament skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 49(2) ta' dan ir-Regolament u mbagħad għal nefqa eliġibbli inkluża f'kull applikazzjoni għal pagament skont il-[punti (a) jew (c) tal-Artikolu 85(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] kif xieraq għas-snin sussegwenti .

Emenda 133

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

għal programmi Interreg ta' kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 6 % ;

(a)

għal programmi Interreg ta' kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 7 % ;

Emenda 134

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni: 7 % .

(c)

għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni: 8 % .

Emenda 135

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u  l-PTEE parteċipanti f'dan il-programm għandhom jistabbilixxu, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv (aktar 'il quddiem il-“kumitat ta' monitoraġġ”) fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm Interreg,

1.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab , il-PTEE jew l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni kooperazzjoni reġjonali parteċipanti f'dan il-programm għandhom jistabbilixxu, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv (aktar 'il quddiem il-“kumitat ta' monitoraġġ”) fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm Interreg,

Emenda 136

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jew tal-awtorità ta' ġestjoni.

imħassar

Fejn ir-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ jistabbilixxu presidenza b'rotazzjoni, il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jkun ippresedut minn rappreżentant ta' pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, u kopresedut minn rappreżentant tal-Istat Membru jew tal-awtorità ta' ġestjoni, u viċi versa.

 

Emenda 137

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni kollha kondiviżi mal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

6.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ , is-sinteżi tad-data u l-informazzjoni kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha kondiviżi mal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm Interreg għandha tkun miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f'dak il-programm u  tiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm Interreg tista' tkun miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f'dak il-programm u  għandha timmira lejn rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.

Emenda 139

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ għandha tikkunsidra n-numru ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fil-programm Interreg ikkonċernat.

imħassar

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kumitat ta' monitoraġġ għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta' korpi mwaqqfa b'mod konġunt fuq iż-żona kollha tal-programm jew li tkopri parti minnha, inklużi r-REKT.

Il-Kumitat ta' monitoraġġ għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta' reġjuni u gvernijiet lokali kif ukoll korpi mwaqqfa b'mod konġunt fuq iż-żona kollha tal-programm jew li tkopri parti minnha, inklużi r-REKT.

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika lista tal-membri tal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

2.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika lista ta' awtoritajiet jew korpi maħtura bħala membri tal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.

3.   Rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Rappreżentanti ta' korpi stabbiliti matul il-qasam tal-programm jew li jkopru parti minnu, inklużi r-REKT, jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti.

(g)

il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti u jipproponi kwalunkwe miżura ta' appoġġ jekk meħtieġ .

Emenda 145

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kwalunkwe bidla fihom, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(2), mingħajr preġudizzju għall-[punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

(a)

il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kwalunkwe bidla fihom, wara li jinnotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(2), mingħajr preġudizzju għall-[punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

Emenda 146

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   B'talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni għandha, fi żmien xahar , tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 29(1):

2.   B'talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni għandha, fi żmien tliet xhur , tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 29(1):

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data kumulattiva tal-programm Interreg rispettiv sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Marzu, il-31 ta' Mejju, il-31 ta' Lulju, it-30 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru ta' kull sena f'konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data tal-programm Interreg rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Mejju u t-30 ta' Settembru ta' kull sena kif ukoll data skont il-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament darba f'sena f'konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Emenda 148

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-trażmissjoni tad-data għandha ssir permezz tas-sistemi ta' rapportar tad-data eżistenti dment li dawk is-sistemi jkunu taw prova tal-affidabbiltà tagħhom matul il-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti.

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għal operazzjonijiet Interreg magħżula u l-valuri mwettqa minn operazzjonijiet Interreg.

(b)

il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għal operazzjonijiet Interreg magħżula u l-valuri mwettqa minn operazzjonijiet Interreg finalizzati .

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], u, fejn neċessarju, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom ikunu użati f'konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt ( d )(ii) tal-Artikolu 17( 3 ) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament.

1.   L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], li jirriżulta li jkunu l-aktar adatti biex ikejlu l-progress lejn l-għanijiet tal-programm tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), għandhom ikunu użati f'konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt ( e )(ii) tal-Artikolu 17( 4 ) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament.

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Meta neċessarju u f'każijiet debitament ġustifikati mill-awtorità ta' ġestjoni, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom jintużaw flimkien mal-indikaturi li ntgħażlu f'konformità mal-paragrafu 1.

Emenda 152

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta' kull programm Interreg. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta' kull programm Interreg , mhux aktar minn darba fis-sena . Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

Emenda 153

Proposta għal regolament

Artikolu 34 — paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura l-proċeduri neċessarji biex tipproduċi u tiġbor id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.

4.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha l-għan li tiżgura l-proċeduri neċessarji biex tipproduċi u tiġbor id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.

Emenda 154

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Artikolu [44 minn (2) sa ( 7 )] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta' ġestjoni għandu japplika.

3.   L-Artikolu [44 minn (2) sa ( 6 )] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta' ġestjoni għandu japplika.

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi EUR 100 000 ;

(c)

juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi l-EUR 50 000 ;

Emenda 156

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat jew f'forma elettronika ta' daqs minimu ta' A3 b'informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg;

(d)

għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat u, fejn applikabbli, f'forma elettronika ta' daqs minimu ta' A2 b'informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg;

Emenda 157

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

għal operazzjonijiet ta' importanza strateġika u operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR  10 000 000 li jorganizzaw avveniment ta' komunikazzjoni u li jinvolvi l-Kummissjoni u l-awtorità ta' ġestjoni responsabbli b'mod f'waqtu .

(e)

għal operazzjonijiet ta' importanza strateġika u operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR  5 000 000 li jorganizzaw avveniment ta' komunikazzjoni u li jinvolvi l-Kummissjoni u l-awtorità ta' ġestjoni responsabbli f'ħin xieraq .

Emenda 158

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jew il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu japplika korrezzjoni finanzjarja billi jikkanċella sa 5 % tal-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni kkonċernata.

6.   Meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jew il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, jew ma jirrimedjax l-ommissjoni tiegħu f'ħin xieraq, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tapplika korrezzjoni finanzjarja billi tikkanċella sa 5 % tal-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni kkonċernata.

Emenda 159

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

bħala rata fissa f'konformità mal-Artikolu [50(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] .

(c)

L-ispejjeż diretti marbuta mal-persunal ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 20 % tal-ispejjeż diretti minbarra l-ispejjeż marbuta mal-persunal ta' dik l-operazzjoni, mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli .

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

tiġi diviża l-ispiża gross tal-impjieg ta' kull xahar bil-ħin tax-xogħol ta' kull xahar stabbilit fid-dokument ta' impjieg u  espress f'sigħat ; or

(a)

jinqasmu l-ispejjeż gross tal-impjieg ta' kull xahar li ġew iddokumentati l-aħħar bil-ħin tax-xogħol ta' kull xahar tal-persuna kkonċernata skont il-liġi applikabbli kif imsemmi fil-kuntratt ta' impjieg u  l-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) …/…[CPR ġdid] ; or

Emenda 161

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-ispejjeż marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li, skont id-dokument ta' impjieg, jaħdmu fuq bażi ta' kull siegħa, ikunu eliġibbli billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni mar-rata fis-siegħa miftiehma fid-dokument ta' impjieg, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol.

6.   L-ispejjeż marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li, skont id-dokument ta' impjieg, jaħdmu fuq bażi ta' kull siegħa, ikunu eliġibbli billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni mar-rata fis-siegħa miftiehma fid-dokument ta' impjieg, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol. Jekk ma jkunux għadhom ġew inklużi fir-rata fis-siegħa miftiehma, l-ispejjeż tas-salarji kif imsemmija fl-ambitu tal-punt (b) tal-Artikolu 38(2) jistgħu jiġu miżjuda ma' dik ir-rata fis-siegħa, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

Emenda 162

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi għandhom ikunu limitati għall-elementi li ġejjin:

L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi għandhom ikunu limitati għal 15 % tal-ispejjeż diretti totali ta' operazzjoni u għall-elementi li ġejjin:

Emenda 163

Proposta għal regolament

Artikolu 40 — paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-pagament dirett ta' nefqa għal spejjeż skont dan l-Artikolu min-naħa ta' impjegat tal-benefiċjarju għandu jkun appoġġat bi prova ta' rimborż mill-benefiċjarju lil dak l-impjegat.

4.   Il-pagament dirett ta' nefqa għal spejjeż skont dan l-Artikolu min-naħa ta' impjegat tal-benefiċjarju għandu jkun appoġġat bi prova ta' rimborż mill-benefiċjarju lil dak l-impjegat. Dik il-kategorija tal-ispejjeż tista' tintuża għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-persunal tal-operazzjoni u partijiet ikkonċernati oħra għall-fini tal-implimentazzjoni u l-promozzjoni tal-operazzjoni u l-Programm Interreg.

Emenda 164

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-ispejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkommodazzjoni ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 15 % tal-ispejjeż diretti ħlief l-ispejjeż diretti tal-persunal ta' dik l-operazzjoni.

5.   L-ispejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkommodazzjoni ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 15 % tal-ispejjeż diretti ta' dik l-operazzjoni.

Emenda 165

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni għandhom ikun limitati għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp legali pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, ħlief il-benefiċjarju tal-operazzjoni:

L-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni għandhom ikunu magħmula iżda mhux limitati għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp legali pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, ħlief il-benefiċjarju tal-operazzjoni , inklużi s-sħab kollha tagħha :

Emenda 166

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)

l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni , il-kelliema, il-presidenti tal-laqgħat u l-fornituri tas-servizz ;

(o)

l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni;

Emenda 167

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-ispejjeż tat-tagħmir mixtri, mikri jew imwelli mill-benefiċjarju tal-operazzjoni ħlief dawk koperti bl-Artikolu 39, għandhom ikunu limitati għal li ġejjin:

1.   L-ispejjeż tat-tagħmir mixtri, mikri jew imwelli mill-benefiċjarju tal-operazzjoni ħlief dawk koperti bl-Artikolu 39, għandhom ikunu magħmula iżda mhux limitati għal li ġejjin:

Emenda 168

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

ix-xiri tal-art f'konformità mal-[punt (c) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

(a)

ix-xiri tal-art f'konformità mal-[punt (b) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

Emenda 169

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u  l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw, għall-finijiet tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], awtorità ta' ġestjoni unika u awtorità ta' awditjar waħda.

1.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab , il-PTEE, l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw, għall-finijiet tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], awtorità ta' ġestjoni unika u awtorità ta' awditjar waħda.

Emenda 170

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' awditjar għandhom ikunu lokalizzati fl-istess Stat Membru.

2.   L-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' awditjar jistgħu jkunu lokalizzati fl-istess Stat Membru.

Emenda 171

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Fir-rigward ta' programm Interreg taħt il-komponent 2B, u taħt il-komponent 1, fejn dan tal-aħħar ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta' żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm.

5.   Fir-rigward ta' programm Interreg taħt il-komponent 1, fejn dan tal-aħħar ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta' żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm.

Emenda 172

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tidentifika korp intermedju taħt programm Interreg f'konformità mal-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], il-korp intermedju għandu jwettaq dawk il-kompiti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed jew, fejn applikabbli, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE.

6.   Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tidentifika korp intermedju wieħed jew aktar taħt programm Interreg f'konformità mal-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], il-korp intermedju jew il-korpi kkonċernati għandhom iwettqu dawk il-kompiti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed jew fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, jew , fejn applikabbli, f'aktar minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE wieħed .

Emenda 173

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     B'deroga mill-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) …/… [CPR ġdid], il-Kummissjoni għandha tirrimborża bħala pagamenti interim 100 % tal-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal ħlas li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament tal-programm għan-nefqa eliġibbli totali jew għall-kontribuzzjoni pubblika, kif xieraq.

Emenda 174

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Meta l-awtorità ta' ġestjoni ma twettaqx verifika fl-ambitu tal-punt (a) tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) …/… [CPR ġdid] fuq iż-żona kollha tal-programm, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew persuna responsabbli mit-twettiq ta' tali verifika fir-rigward tal-benefiċjarji preżenti fit-territorju tiegħu.

Emenda 175

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     B'deroga mill-Artikolu 92 tar-Regolament (UE)…/… [CPR ġdid], il-programmi Interreg mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. Il-kontijiet jiġu approvati fi tmiem programm, abbażi tar-rapport finali dwar il-prestazzjoni.

Emenda 176

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Jekk ir-rata ta' żball globali estrapolata msemmija fil-paragrafu 6 tkun ogħla minn 2 % tan-nefqa totali ddikjarata għall-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rata tal-iżball globali residwu, billi tikkunsidra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg rispettiv għal irregolaritajiet individwali identifikati permezz ta' awditjar ta' operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1.

7.   Jekk ir-rata ta' żball globali estrapolata msemmija fil-paragrafu 6 tkun ogħla minn 3,5  % tan-nefqa totali ddikjarata għall-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rata tal-iżball globali residwu, billi tikkunsidra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg rispettiv għal irregolaritajiet individwali identifikati permezz ta' awditjar ta' operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1.

Emenda 177

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   Jekk ir-rata tal-iżball residwu globali msemmi fil-paragrafu 7 tkun ogħla minn 2 % tan-nefqa dikjarata tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk hux neċessarju li titlob lill-awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg speċifiku jew grupp ta' programmi Interreg l-iżjed milquta biex twettaq xogħol ta' awditjar addizzjonali sabiex tkompli tiġi evalwata r-rata ta' żball u jiġu vvalutati l-miżuri korrettivi meħtieġa għall-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba.

8.   Jekk ir-rata tal-iżball residwu globali msemmi fil-paragrafu 7 tkun ogħla minn 3,5  % tan-nefqa dikjarata tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk hux neċessarju li titlob lill-awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg speċifiku jew grupp ta' programmi Interreg l-iżjed milquta biex twettaq xogħol ta' awditjar addizzjonali sabiex tkompli tiġi evalwata r-rata ta' żball u jiġu vvalutati l-miżuri korrettivi meħtieġa għall-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba.

Emenda 178

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

2021: 1 % ;

(a)

2021: 3 % ;

Emenda 179

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

2022: 1 % ;

(b)

2022: 2,25  % ;

Emenda 180

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

2023: 1 % ;

(c)

2023: 2,25  % ;

Emenda 181

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

2024: 1 % ;

(d)

2024: 2,25  % ;

Emenda 182

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

2025: 1 % ;

(e)

2025: 2,25  % ;

Emenda 183

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

2026: 1 % .

(f)

2026: 2,25  % .

Emenda 184

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk programmi Intereg transfuntieri esterni jkunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, il-prefinanzjament għal kull fond li jappoġġa tali programm Interreg għandu jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [IPA III] jew [NDICI] jew ta' xi att adottat taħtu.

Jekk programmi Intereg esterni jkunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, il-prefinanzjament għal kull fond li jappoġġa tali programm Interreg għandu jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [IPA III] jew [NDICI] jew ta' xi att adottat taħtu.

Emenda 185

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat ebda applikazzjoni għal pagament permezz tal-programm Interreg transfruntier fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament. Tali rimborż għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programm.

L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat ebda applikazzjoni għal pagament permezz tal-programm Interreg transfruntier fi żmien 36 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament. Tali rimborż għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programm.

Emenda 186

Proposta għal regolament

Kapitolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE fi programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab , PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni jew kooperazzjoni reġjonali fi programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża

Emenda 187

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kapitoli minn I sa VII u l-Kapitolu X għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE fi programmi Interreg soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Il-Kapitoli minn I sa VII u l-Kapitolu X għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab , PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni jew kooperazzjoni reġjonali fi programmi Interreg soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Emenda 188

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jiddelegaw lill-persunal tas-segretarjat konġunt ta' dak il-programm jew għandhom jistabbilixxu fergħa fit-territorju rispettiv tiegħu, jew jagħmlu t-tnejn li huma.

3.   Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddelegaw lill-persunal tas-segretarjat konġunt ta' dak il-programm jew , bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, għandhom jistabbilixxu fergħa tas-Segretarjat Konġunt fit-territorju rispettiv tiegħu, jew jagħmlu t-tnejn li huma.

Emenda 189

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-awtorità nazzjonali jew korp ekwivalenti għall-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-programm Interreg kif previst fl-Artikolu 35(1), għandha tappoġġa l-awtorità ta' ġestjoni u s-sħab, fil-pajjiż terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-kompiti previsti fl-Artikolu 35 minn (2) sa (7).

4.   L-awtorità nazzjonali jew korp ekwivalenti għall-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-programm Interreg kif previst fl-Artikolu 35(1), tista' tappoġġa l-awtorità ta' ġestjoni u s-sħab, fil-pajjiż terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-kompiti previsti fl-Artikolu 35 minn (2) sa (7).

Emenda 190

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'xi pajjiżi terzi jew pajjiż sħab parteċipanti jew, f'dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe TPEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

2.   Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'xi pajjiżi terzi, pajjiż sħab parteċipanti, PTEE parteċipanti jew, f'dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe PTEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

Emenda 191

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'kull pajjiż terz parteċipanti jew PTEE;

a)

b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'kull pajjiż terz parteċipanti jew PTEE jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali ;

Emenda 192

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)

b'ġestjoni kondiviża biss fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti fir-rigward ta' nefqa tal-FEŻR barra mill-Unjoni għal operazzjoni waħda jew aktar, mentri l-kontribuzzjonijiet minn wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni huma ġestiti b'ġestjoni indiretta;

b)

b'ġestjoni kondiviża biss fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE , jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali parteċipanti fir-rigward ta' nefqa tal-FEŻR barra mill-Unjoni għal operazzjoni waħda jew aktar, mentri l-kontribuzzjonijiet minn wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni huma ġestiti b'ġestjoni indiretta;

Emenda 193

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)

b'ġestjoni indiretta kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti;

c)

b'ġestjoni indiretta kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali parteċipanti;

Emenda 194

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk it-totalità jew parti minn programm Interreg tal-komponent 3 hija implimentata b'ġestjoni indiretta, għandu japplika l-Artikolu 60.

Jekk it-totalità jew parti minn programm Interreg tal-komponent 3 hija implimentata b'ġestjoni indiretta, hemm bżonn ta' qbil minn qabel bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati u għandu japplika l-Artikolu 60.

Emenda 195

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Jistgħu jiġu varati sejħiet konġunti għal proposti li jimmobilizzaw il-fondi minn programmi NDICI u programmi ETC bilaterali jew multinazzjonali jekk l-awtoritajiet ta' ġestjoni rispettivi jiddeċiedu li jagħmlu dan. Il-kontenut tas-sejħa għandu jispeċifika l-ambitu ġeografiku tagħha, u l-kontribuzzjoni mistennija għall-objettivi tal-programmi rispettivi. L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiddeċiedu jekk ir-regoli NDICI jew ETC humiex applikabbli għas-sejħa. Jistgħu jiddeċiedu li jaħtru awtorità ta' ġestjoni ewlenija responsabbli għall-kompiti ta' ġestjoni u ta' kontroll relatati mas-sejħa.

Emenda 196

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Jekk l-għażla ta' proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar minn wieħed tkun fuq l-aġenda ta' kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, fil-laqgħa tal-kumitat ta' tmexxija, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti dokument kunċettwali għal proġett bħal dan lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa. Id-dokument kunċettwali għandu jkun ta' massimu ta' tliet paġni u għandu jindika l-isem, il-post, il-baġit, is-sieħeb ewlieni u s-sħab kif ukoll l-objettivi ewlenin u r-riżultati tagħhom. Jekk dokument kunċettwali dwar proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar ma jiġix trażmess lill-Kummissjoni sa dik l-iskadenza, il-Kummissjoni tista' titlob li l-president tal-kumitat ta' monitoraġġ jew lill-kumitat ta' tmexxija sabiex jitneħħew il-proġetti kkonċernati minn fuq l-aġenda tal-laqgħa.

3.   Jekk l-għażla ta' proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar minn wieħed tkun fuq l-aġenda ta' kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, fil-laqgħa tal-kumitat ta' tmexxija, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti dokument kunċettwali għal proġett bħal dan lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa. Id-dokument kunċettwali għandu jkun ta' massimu ta' ħames paġni u għandu jindika l-isem, il-post, il-baġit, is-sieħeb ewlieni u s-sħab kif ukoll l-objettivi ewlenin u r-riżultati tagħhom , filwaqt li jinkludi wkoll pjan ta' negozju kredibbli li juri li l-proġett jew it-tkomplija tal-proġett huma siguri saħansitra mingħajr id-dispożizzjoni tal-fondi Interreg . Jekk dokument kunċettwali dwar proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar ma jiġix trażmess lill-Kummissjoni sa dik l-iskadenza, il-Kummissjoni tista' titlob li l-president tal-kumitat ta' monitoraġġ jew lill-kumitat ta' tmexxija sabiex jitneħħew il-proġetti kkonċernati minn fuq l-aġenda tal-laqgħa.

Emenda 197

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Jekk parti jew it-totalità ta' programm Interreg tal-komponent 3 tkun implimentata taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c), rispettivament, tal-Artikolu 53(3), il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu fdati lil wieħed mill-korpi elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], b'mod partikolari għal tali korp li jinsab fl-Istat Membru parteċipanti, inkluża l-awtorità ta' ġestjoni ta' programm Interreg ikkonċernat.

1.   Jekk , wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, parti jew it-totalità ta' programm Interreg tal-komponent 3 tkun implimentata taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c), rispettivament, tal-Artikolu 53(3) ta' dan ir-Regolament , il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu fdati lil wieħed mill-korpi elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], b'mod partikolari għal tali korp li jinsab fl-Istat Membru parteċipanti, inkluża l-awtorità ta' ġestjoni ta' programm Interreg ikkonċernat.

Emenda 198

Proposta għal regolament

Artikolu 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 61

imħassar

Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali

 

B'inizjattiva tal-Kummissjoni, il-FEŻR jista' jappoġġa investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Artikolu 3, li jlaqqgħu flimkien ir-riċerkaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, stabbiliti fil-livell nazzjonali jew reġjonali.

 

Emenda 199

Proposta għal regolament

Artikolu 61 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 61 a

Deroga mill-obbligu ta' rapportar skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE

Il-Kummissjoni tista' tiddikjara li l-għajnuna favur proġetti sostnuti minn kooperazzjoni territorjali Ewropea tal-UE hija kompatibbli mas-suq intern u mhijiex soġġetta għar-rekwiżiti tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0470/2018).

(21)  [Referenza]

(22)  [Referenza]

(21)  [Referenza]

(22)  [Referenza]

(23)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017)0534), 20.9.2017.

(23)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017)0534), 20.9.2017.

(24)   Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(25)   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli” – COM(2017)0376 final, 18.7.2017.

(26)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(26)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(27)  Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).

(28)  Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).

(29)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta' Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).

(27)  Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).

(28)  Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).

(29)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta' Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).

(31)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”, – COM(2017)0623, 24.10.2017.

(31)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”, – COM(2017)0623, 24.10.2017.

(32)   Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni “Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera” tat-12 ta' Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).

(32)   Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni “Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera” tat-12 ta' Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).

(1a)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(2a)   Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.07.2013, p. 1).


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/492


P8_TA(2019)0022

It-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (COM(2018)0312 – C8-0202/2018– 2018/0158(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0312),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0202/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0361/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġislattiv finali;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġislattiv finali;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2018)0158

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/216.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jagħti importanza kbira ħafna lill-fatt li jiġi infurmat bis-sħiħ matul it-tħejjija tal-atti delegati u, b'mod partikolari, lill-paragrafu 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, li jiddisponi li, sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-informazzjoni kollha, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni taderixxi bis-sħiħ għall-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar u għall-impenji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Għalhekk, se tagħmel ħilitha biex, mal-ewwel opportunità li jkollha, tressaq proposta leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, bil-għan li tallinja r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 mal-qafas ġuridiku introdott mit-Trattat ta' Lisbona.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/494


P8_TA(2019)0024

L-istabbiliment ta' programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 (COM(2018)0467 – C8-0314/2018 – 2018/0252(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2020/C 411/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0467),

wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0314/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0441/2018),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Programm finanzjarju ta' nfiq apposta jista' jġib valur miżjud tal-Unjoni addizzjonali billi jsir parametru referenzjarju fl-Unjoni għall-ġestjoni sikura tal-kwistjonijiet teknoloġiċi fid-dekummissjonar nukleari u għad-disseminazzjoni tal-għarfien. Assistenza finanzjarja ta' dan it-tip jenħtieġ li tiġi provduta abbażi ta' evalwazzjoni ex ante li tidentifika l-ħtiġijiet speċifiċi u li turi l-valur miżjud tal-Unjoni bl-għan li tappoġġa d-dekummissjonar ta' faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv.

(2)

Programm finanzjarju ta' nfiq speċifiku jista' jġib valur miżjud tal-Unjoni addizzjonali billi jsir parametru referenzjarju fl-Unjoni għall-ġestjoni sikura tal-kwistjonijiet teknoloġiċi fid-dekummissjonar nukleari u għad-disseminazzjoni tal-għarfien. Assistenza finanzjarja ta' dan it-tip jenħtieġ li tiġi provduta abbażi ta' evalwazzjoni ex ante li tidentifika l-ħtiġijiet speċifiċi u li turi l-valur miżjud tal-Unjoni bl-għan li tappoġġa d-dekummissjonar ta' faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv. Madankollu, jenħtieġ li din l-assistenza finanzjarja ma tistabbilix preċedent li jiddefinixxi l-finanzjament tad-dekummissjonar nukleari futur fil-livell ta' Unjoni. Jenħtieġ li l-inizjattiva li jitwettaq u jiġi ffinanzjat id-dekummissjonar ta' faċilitajiet nukleari tibqa' primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien dwar il-proċess ta' dekummissjonar fl-Unjoni, billi dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali.

(15)

Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-esperjenzi miksuba bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-proċess ta' dekummissjonar fl-Unjoni, billi dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali , kif ukoll għall-protezzjoni tal-ambjent .

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Jenħtieġ li l-JRC imexxi inizjattiva speċifika sabiex tagħti struttura lill-ġbir, l-iżvilupp u l-kondiviżjoni tal-għarfien fil-qasam tad-dekummissjonar fil-livell tal-Unjoni, mingħajr ma tiġi eskluża l-kooperazzjoni internazzjonali. L-inizjattiva jenħtieġ li tqis l-isfidi multidimensjonali, inkluż fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-istandardizzazzjoni, ir-regolamentazzjoni, it-taħriġ flimkien mal-edukazzjoni, u l-industrija.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Id-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq b'rikors għall-aqwa għarfien espert tekniku disponibbli, u b'kunsiderazzjoni xierqa għan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li għandhom jiġu dekummissjonati, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u l-ogħla effiċjenza possibbli, u b'hekk jitqiesu l-aħjar prattiki internazzjonali.

(16)

Id-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq b'rikors għall-aqwa għarfien espert tekniku disponibbli , inkluż minn pajjiżi terzi , u b'kunsiderazzjoni xierqa għan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li għandhom jiġu dekummissjonati, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u l-ogħla effiċjenza possibbli, u b'hekk jitqiesu l-aħjar prattiki internazzjonali.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

L-azzjonijiet taħt il-programmi Kozloduy u Bohunice jenħtieġ li jitmexxew bi sforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u l-Bulgarija u s-Slovakkja rispettivament . Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu ta' kofinanzjament tal-Unjoni b'konformità mal-prattika ta' kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri.

(20)

L-azzjonijiet taħt il-programmi Kozloduy u Bohunice jenħtieġ li jitmexxew bi sforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u l-Bulgarija u s-Slovakkja. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell minimu ta' kofinanzjament tal-Unjoni b'konformità mal-prattika ta' kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Finanzjarju Speċifiku għad-“Dekummissjonar tal-Faċilitajiet Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv” (il-“Programm”), bl-enfasi fuq il-ħtiġijiet identifikati fuq bażi attwali. Għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, se jappoġġa lill-Bulgarija u lis-Slovakkja biex jiddekummissjonaw b'mod sikur ir-reatturi nukleari tal-ewwel ġenerazzjoni tagħhom u biex jimplimentaw il-proċess ta' dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni stess fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Finanzjarju Speċifiku għad-“Dekummissjonar tal-Faċilitajiet Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv” (il-“Programm”), bl-enfasi fuq il-ħtiġijiet identifikati fuq bażi attwali. Għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, se jappoġġa lill-Bulgarija u lis-Slovakkja biex jiddekummissjonaw b'mod sikur ir-reatturi nukleari li ngħalqu b'mod prematur u biex jimplimentaw il-proċess ta' dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni stess fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) , filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħaddiema, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatti fuq is-saħħa, il-pubbliku ġenerali u l-ambjent .

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Komunità) u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit ġenerali għall-perjodu 2021 – 2027, inkluża d-distribuzzjoni preċiża tal-ammont fost it-tliet programmi, il-forom ta' finanzjament tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Komunità) u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

“pjan ta' dekummissjonar” tfisser id-dokument li fih informazzjoni dettaljata dwar id-dekummissjonar propost u li jkopri dan li ġej; l-istrateġija magħżula tad-dekummissjonar; l-iskeda, it-tip u s-sekwenza tal-attivitajiet tad-dekummissjonar; l-istrateġija tal-ġestjoni tal-iskart applikata, inkluż ir-rilaxx; l-istat aħħari propost; il-ħżin u r-rimi tal-iskart mid-dekummissjonar; il-perjodu ta' żmien speċifikat għad-dekummissjonar; l-istimi tal-kostijiet għat-tlestija tad-dekummissjonar; l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-istadji importanti, id-dati ta' mira, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin korrispondenti, inklużi l-indikaturi bbażati fuq il-valur gwadanjat. Dan il-pjan jitħejja mid-detentur tal-liċenzja tal-faċilità nukleari u huwa rifless fil-programmi ta' ħidma pluriennali tal-Programm;

(2)

“pjan ta' dekummissjonar” tfisser id-dokument li fih informazzjoni dettaljata dwar id-dekummissjonar propost u li jkopri dan li ġej: l-istrateġija magħżula tad-dekummissjonar; l-iskeda, it-tip u s-sekwenza tal-attivitajiet tad-dekummissjonar; l-istrateġija tal-ġestjoni tal-iskart applikata, inkluż ir-rilaxx , u l-programm għall-protezzjoni tal-ħaddiema ; l-istat aħħari propost; il-ħżin u r-rimi tal-iskart mid-dekummissjonar; il-perjodu ta' żmien speċifikat għad-dekummissjonar; l-istimi tal-kostijiet għat-tlestija tad-dekummissjonar; l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-istadji importanti, id-dati ta' mira, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin korrispondenti, inklużi l-indikaturi bbażati fuq il-valur gwadanjat. Dan il-pjan jitħejja mid-detentur tal-liċenzja tal-faċilità nukleari u huwa rifless fil-programmi ta' ħidma pluriennali tal-Programm;

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru tal-Unjoni.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Abbażi tal-ħitġijiet attwali tal-perjodu 2021-2027, il-Programm għandu l-għan partikolari li jassisti lill-Bulgarija u lis-Slovakkja fl-implimentazzjoni tal-programm għad-dekummissjonar ta' Kozloduy u tal-programm għad-dekummissjonar ta' Bohunice rispettivament, bl-enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta' sikurezza radjoloġika tagħhom u li jappoġġa l-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC, filwaqt li jiżgura d-disseminazzjoni wiesgħa tal-għarfien b'hekk iġġenerat fuq id-dekummissjonar nukleari lill-Istati Membri kollha tal-UE .

Abbażi tal-ħitġijiet attwali tal-perjodu 2021-2027, il-Programm għandu l-għan partikolari li jassisti lill-Bulgarija u lis-Slovakkja fl-implimentazzjoni tal-programm għad-dekummissjonar ta' Kozloduy u tal-programm għad-dekummissjonar ta' Bohunice rispettivament, bl-enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta' sikurezza radjoloġika tagħhom u li jappoġġa l-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC, filwaqt li jiżgura d-disseminazzjoni wiesgħa u l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aħjar prattiki b'hekk iġġenerati fuq id-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni tal-iskar nukleari fost l-Istati Membri kollha.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

li jiżviluppa rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni dwar id-dekummissjonar nukleari, bl-għan li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.

(c)

li jiżviluppa rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni , b'mod partikolari l-industrija, dwar id-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni u r-rimi tal-iskart rajduattiv , bl-għan li jiġu żgurati d-disseminazzjoni tal-għarfien u l-iskambji tal-esperjenzi fl-oqsma kollha rilevanti bħar-riċerka u l-innovazzjoni, ir-regolamentazzjoni, it-taħriġ u li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

2.   Id-distribuzzjoni tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm jista' jiffinanzja kostijiet eliġibbli ta' attività sa rata massima kif stabbilita fl-Annessi I u II. Ir-rata massima ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli taħt il-programm Kozloduy jew il-programm Bohunice ma għandhiex tkun aktar minn 50 %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jiġi pprovdut mill-Bulgarija u mis-Slovakkja rispettivament.

Il-Programm jista' jiffinanzja kostijiet eliġibbli ta' attività kif stabbilit fl-Annessi I u II. Ir-rata minima ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli taħt il-programm Kozloduy jew il-programm Bohunice ma għandhiex tkun inqas minn 50 %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jiġi pprovdut mill-Bulgarija u mis-Slovakkja rispettivament.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata massima ta' kofinanzjament tal-UE ta' 50 % .

2.

Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata minima ta' kofinanzjament tal-Unjoni ta' 50 % .

Emenda 15

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata massima ta' kofinanzjament tal-UE ta' 50 % .

2.

Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata minima ta' kofinanzjament tal-Unjoni ta' 50 % .


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/500


P8_TA(2019)0026

L-istabbiliment tal-Programm InvestEU***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU (COM(2018)0439 – C8-0257/2018 – 2018/0229(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/45)

Emenda 1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)

għall-proposta tal-Kummissjoni

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm InvestEU

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 173 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(-1)

Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi wera li huwa għodda siewja għall-mobilizzazzjoni ta' investimenti privati permezz tal-użu tal-garanzija tal-UE u r-riżorsi proprji tal-Grupp tal-BEI;

(1)

B'1,8 % tal-PDG tal-UE, jiġifieri perċentwal inqas mit-2,2 % tal-2009, l-attivitajiet ta' investiment fl-infrastruttura fl-Unjoni fl-2016 kienu madwar 20 % inqas mir-rati tal-investiment ta' qabel il-kriżi finanzjarja globali. Għalhekk, filwaqt li jista' jiġi osservat irkupru fil-proporzjonijiet ta' bejn l-investiment u l-PDG fl-Unjoni, dan għadu taħt dak li jista' jkun mistenni f'perjodu ta' rkupru qawwi u mhuwiex biżżejjed biex jikkumpensa għal snin ta' nuqqas ta' investiment. Aktar importanti minn hekk, il-livelli u t-tbassir attwali tal-investiment pubbliku u privat ma jkoprux il-ħtiġijiet ta' investiment strutturali għas-sostenn tat-tkabbir fit-tul tal-Unjoni quddiem il-bidla teknoloġika u l-kompetittività globali, inklużi l-innovazzjoni, il-ħiliet, l-infrastruttura, l-intrapriżi żgħar u medji (l-“SMEs”) u l-ħtieġa li jiġu indirizzati sfidi soċjetali ewlenin bħas-sostenibbiltà jew it-tixjiħ demografiku. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jitkompla l-appoġġ biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali biex titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment f'setturi mmirati sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni.

(2)

L-evalwazzjonijiet enfasizzaw li l-varjetà ta' strumenti finanzjarji mogħtija matul il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 wasslet għal xi duplikazzjonijiet. Din il-varjetà pproduċiet ukoll kumplessità għall-intermedjarji u r-riċevituri finali li ġew iffaċċjati b'regoli ta' eliġibbiltà u rappurtar differenti. L-assenza ta' regoli kompatibbli xekklet ukoll il-kombinazzjoni ta' bosta fondi tal-Unjoni, għalkemm kombinazzjoni bħal din kienet tkun ta' benefiċċju għall-appoġġ ta' proġetti li kienu jeħtieġu tipi differenti ta' finanzjament. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit fond uniku, jiġifieri l-Fond InvestEU, sabiex jinkiseb appoġġ li jiffunzjona b'mod aktar effiċjenti għar-riċevituri finali billi l-offerta finanzjarja tiġi integrata u ssimplifika taħt skema waħda ta' garanzija baġitarja, u b'hekk jittejjeb l-impatt tal-intervent tal-Unjoni filwaqt li titnaqqas l-ispiża għall-baġit tal-Unjoni.

(3)

Fl-aħħar snin, l-Unjoni adottat strateġiji ambizzjużi biex tlesti s-Suq Uniku u biex tistimula t-tkabbir u l-impjiegi sostenibbli u inklużivi , bħall-istrateġija tal-Ewropa 2020, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali , l-Aġenda Ewropea għall-Kultura , il-Pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha, il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija tal-Mobilità b'Emissjonijiet Baxxi, l-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa u l-Pilastru Ewropew għad-Drittijiet Soċjali . Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jisfrutta u jsaħħaħ is-sinerġiji bejn dawn l-istrateġiji li jsaħħu lil xulxin permezz tal-għoti ta' appoġġ għall-investiment u l-aċċess għall-finanzjament.

(4)

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet nazzjonali ta' riforma u li jissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri , f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investimenti multiannwali nazzjonali tagħhom stess ħalli jappoġġaw dawn il-prijoritajiet ta' riforma. L-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod kif jiġu deskritti u kkoordinati proġetti prijoritarji ta' investiment li għandhom jiġu appoġġati minn fondi nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-fondi tal-Unjoni jintużaw b'mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jingħata, b'mod speċjali mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, il-Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investiment u l-Fond InvestEU, fejn ikun rilevanti.

(5)

Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi biex tittejjeb il-kompetittività u l-konverġenza soċjoekonomika tal-Unjoni, inkluża fil-qasam tal-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-użu effiċjenti tar-riżorsi fil-kuntest ta' ekonomija ċirkolari, is-sostenibbiltà u l-inklużività tat-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni u r-reżiljenza u l-integrazzjoni tas-swieq kapitali tal-Unjoni, inklużi soluzzjonijiet li jindirizzaw il-frammentazzjoni tagħhom u d-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' finanzjament għall-intrapriżi tal-Unjoni. Dan jagħmel l-ekonomija tal-Unjoni u s-sistema finanzjarja aktar reżiljenti u jżid il-kapaċità tagħha li tirreaġixxi għal riċessjonijiet ċikliċi. Għal dan il-għan, il-Fond InvestEU jenħtieġ li jappoġġa proġetti teknikament, ekonomikament u soċjalment vijabbli billi jipprovdi qafas għall-użu ta' strumenti ta' dejn, ta' kondiviżjoni tar-riskju u ta' ekwità msejsa fuq garanzija mill-baġit tal-Unjoni u minn kontribuzzjonijiet finanzjarji minn sħab inkarigati mill-implimentazzjoni kif rilevanti . Dan jenħtieġ li jkun immexxi mid-domanda filwaqt li l-appoġġ permezz tal-Fond InvestEU fl-istess waqt jenħtieġ li jiffoka fuq l-għoti ta' benefiċċji strateġiċi fit-tul fl-oqsma ewlenin tal-politika tal-Unjoni li nkella ma jiġux iffinanzjati jew ma jkunux iffinanzjati biżżejjed u b'hekk jikkontribwixxi favur l-ilħiq tal-għanijiet tal-politika tal-Unjoni.

(5a)

Il-Kummissjoni u s-sħab inkarigati mill-implimentazjoni jenħtieġ li jiżguraw li l-Programm InvestEU jisfrutta l-komplementarjetajiet u s-sinerġiji kollha mal-finanzjament tal-għotjiet u azzjonijiet oħra taħt l-oqsma ta' politika li jappoġġa, f'konformità mal-għanijiet tal-programmi l-oħra tal-UE, bħall-Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm tas-Suq Uniku, il-Programm Spazjali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew+, l-Ewropa Kreattiva u l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE).

(5b)

Is-setturi kulturali u kreattivi huma fost l-aktar setturi ekonomiċi reżiljenti u li jikbru malajr fl-UE, filwaqt li jiġġeneraw valur ekonomiku u kulturali mill-proprjetà intellettwali u l-kreattività individwali. Madankollu, in-natura intanġibbli tal-assi tagħhom tillimita l-aċċess tagħhom għall-finanzjament privat, li huwa essenzjali sabiex jinvestu, jespandu u jikkompetu fil-livell internazzjonali. Il-faċilità ta' garanzija ddedikata maħluqa taħt Ewropa Kreattiva rnexxielha ssaħħaħ il-kapaċità finanzjarja u l-kompetittività ta' kumpaniji kulturali u kreattivi. Għalhekk, il-Programm InvestEU jenħtieġ li jkompli jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u l-organizzazzjonijiet mis-setturi kulturali u kreattivi.

(6)

Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jappoġġa investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli , inkluż il-wirt kulturali, biex irawwem it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, l-investiment u l-impjiegi, u b'hekk jikkontribwixxi għal titjib fil-benesseri u għal distribuzzjoni aktar ġusta tal-introjtu u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali akbar fl-Unjoni. Il-proġetti ffinanzjati mill-Fond InvestEU jenħtieġ li jissodisfaw l-istandards soċjali u ambjentali tal-Unjoni, bħar-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema u l-użu tal-enerġija u l-ġestjoni tal-iskart li ma jagħmlux ħsara lill-klima. L-intervent permezz tal-Fond InvestEU jenħtieġ li jikkumplimenta l-appoġġ tal-Unjoni li jitwassal permezz ta' għotjiet.

(7)

L-Unjoni approvat l-għanijiet stabbiliti fl-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti 2030 u fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha u l-Ftehim ta' Pariġi fl-2015 kif ukoll il-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030. Biex jintlaħqu l-għanijiet miftiehma, inklużi dawk inkorporati fil-politiki ambjentali tal-Unjoni, l-azzjoni favur l-iżvilupp sostenibbli għandha tiżdied b'mod sinifikanti. Għalhekk, il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u s-sikurezza jenħtieġ li jkunu l-bażi fit-tfassil tal-Fond InvestEU , u l-investimenti relatati mal-fjuwils fossili jenħtieġ li ma jkunux appoġġati dment li jkunu debitament iġġustifikati abbażi tal-fatt li l-investiment jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija .

(8)

Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-bini ta' sistema ta' finanzjament sostenibbli fl-Unjoni li tappoġġa r-riorjentazzjoni tal-kapital privat lejn investimenti soċjali u sostenibbli skont l-għanijiet stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għall-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli (4).

(8a)

Fl-ispirtu li jitrawmu finanzjament fit-tul u tkabbir sostenibbli, l-istrateġiji għall-investimenti fit-tul tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni jenħtieġ li jiġu mħeġġa permezz ta' reviżjoni tar-rekwiżiti tas-solvenza dwar il-kontribuzzjonijiet għall-finanzjament ta' proġetti ta' investiment sostnuti mill-Garanzija tal-UE fil-qafas tal-Programm InvestEU. Sabiex l-inċentivi tal-assiguraturi jiġu allinjati mal-għan tal-Unjoni ta' tkabbir sostenibbli fit-tul u jiġu eliminati l-ostakoli għall-investimenti taħt il-Programm InvestEU, jenħtieġ li għalhekk il-Kummissjoni tqis din ir-reviżjoni bħala parti mir-rieżami msemmi fl-Artikolu 77f(3) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) .

(9)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm InvestEU se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta' azzjonijiet klimatiċi ewlenin u għall-kisba ta' mira ġenerali fejn 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE jappoġġa għanijiet relatati mal-klima matul il-perjodu 2021-2027 tal-QFP u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mill-2027. Azzjonijiet fil-qafas tal-Programm InvestEU huma mistennija jikkontribwixxu mill-inqas 40 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm InvestEU għall-għanijiet tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.

(10)

Il-kontribut tal-Fond InvestEU għall-kisba tal-mira tal-klima u l-miri settorjali inklużi fil-Qafas dwar il-Klima u l-Enerġija 2030 se jiġi traċċat permezz ta' sistema tal-UE tal-intraċċar tal-klima żviluppata mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, u bl-użu xieraq tal-kriterji stabbiliti bir-[Regolament dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-iffaċilitar tal-investiment sostenibbli (5)] biex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tkunx ambjentalment sostenibbli. Il-programm InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni ta' dimensjonijiet oħra tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs).

(11)

Skont ir-Rapport dwar ir-Riskji Globali tal-2018 maħruġ mill-Forum Ekonomiku Dinji, nofs l-aktar għaxar riskji kritiċi li jheddu l-ekonomija globali huma relatati mal-ambjent. Dawn ir-riskji jinkludu t-tniġġis tal-arja, tal-ħamrija, ▌tal-ilma intern u t-tniġġis tal-oċeani , l-avvenimenti klimatiċi estremi, it-telf tal-bijodiversità u l-fallimenti fil-mitigazzjoni u fl-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-prinċipji ambjentali huma integrati bis-sħiħ fit-Trattati u f'ħafna mill-politiki tal-Unjoni. Għalhekk, l-integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali jenħtieġ li tiġi promossa f'operazzjonijiet relatati mal-Fond InvestEU. Il-protezzjoni ambjentali u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati jenħtieġ li jkunu integrati fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-investimenti. L-UE jenħtieġ ukoll li tintraċċa n-nefqa tagħha relatata mal-bijodiversità u t-tniġġis tal-arja relatati mal-kontroll tan-nefqa sabiex tissodisfa l-obbligi tar-rappurtar skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u d-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Investiment allokat għal għanijiet tas-sostenibbiltà ambjentali jenħtieġ għalhekk jiġi segwit permezz ta' metodoloġiji komuni koerenti ma' dik żviluppata fil-qafas ta' programmi oħra tal-Unjoni applikabbli għall-klima, il-bijodiversità u t-tniġġis tl-arja sabiex tkun possibbli l-valutazzjoni tal-impatt individwali u kkombinat tal-investimenti fuq komponenti ewlenin tal-kapital naturali, inklużi l-arja, l-ilma, l-art u l-bijodiversità.

(12)

Proġetti ta' investiment li jirċievu appoġġ sostanzjali mill-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tal-infrastruttura, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-verifika tas-sostenibbiltà skont il-linji gwida ta' investiment li jenħtieġ li jiġu żviluppati mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni fil-qafas tal-Programm InvestEU wara li jitwettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa u, bl-użu b'mod xieraq tal-kriterji stabbiliti mir-[Regolament dwar l-istabbiliment ta' qafas li jiffaċilita l-investiment sostenibbli] sabiex jiġi determinat jekk attività ekonomika tkunx ambjentalment sostenibbli u koerenti mal-linji gwida ta' investiment żviluppati għal programmi oħra tal-Unjoni. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, tali gwida jenħtieġ li tinkludi dispożizzjonijiet adegwati biex jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ u proġetti taħt ċertu daqs definit fil-gwida jenħtieġ li jiġu esklużi mill-verifika tas-sostenibbiltà.

(13)

Ir-rati baxxi ta' investiment fl-infrastruttura fl-Unjoni matul il-kriżi finanzjarja dgħajfu l-kapaċità tal-Unjoni li tagħti spinta lit-tkabbir sostenibbli, lill-kompetittività u lill-konverġenza. L-investimenti kbar fl-infrastruttura Ewropea , partikolarment fir-rigward tal-interkonnessjoni u l-effiċjenza enerġetika u biex tinħoloq Żona Unika Ewropea tat-Trasport, huma fundamentali biex jintlaħqu l-miri tas-sostenibbiltà tal-Unjoni, inklużi l-impenji tal-Unjoni fir-rigward tal-SDGs, u l-miri għall-enerġija u għall-klima tal-2030. Għaldaqstant, l-appoġġ mill-Fond InvestEU jenħtieġ li jkollu fil-mira tiegħu investimenti fit-trasport, fl-enerġija, inkluża l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli, l-azzjoni ambjentali, l-azzjoni klimatika u l-infrastruttura marittima u diġitali , b'appoġġ, pereżempju, għall-iżvilupp u l-użu tas-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (ITS) . Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jipprijoritizza oqsma b'nuqqas ta' investiment, u li fihom jeħtieġ investiment addizzjonali, inklużi mobbiltà sostenibbli, effiċjenza enerġetika, u azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-miri tal-klima u tal-enerġija fit-tul u tal-2030. Biex jiġu mmassimizzati l-impatt u l-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi promoss proċess tal-investiment simplifikat li jippermetti l-viżibbiltà tar-riżerva tal-proġetti u li jimmassimizza s-sinerġiji fost il-programmi rilevanti tal-Unjoni f'oqsma bħat-trasport, l-enerġija u d-diġitalizzazzjoni . B'kont meħud tat-theddid għas-sigurtà, proġetti ta' investiment li jirċievu l-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jqisu l-prinċipji għall-ħarsien taċ-ċittadini fi spazji pubbliċi. Dan jenħtieġ li jkun kumplimentari għall-isforzi magħmula minn fondi oħra tal-Unjoni bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali li jipprovdi appoġġ għal komponenti ta' sigurtà ta' investimenti fl-ispazji pubbliċi, it-trasport, l-enerġija u infrastrutturi kritiċi oħra.

(13a)

Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jagħti s-setgħa liċ-ċittadini u lill-komunitajiet li jridu jinvestu f'soċjetà aktar sostenibbli u dekarbonizzata, inkluża t-tranżizzjoni tal-enerġija. Billi [id-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli] u [id-Direttiva riveduta dwar l-Elettriku] issa jirrikonoxxu u jipprovdu appoġġ lill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u taċ-ċittadini, u l-awtokonsumaturi tal-enerġija rinnovabbli bħala atturi essenzjali fit-tranżizzjoni tal-enerġija tal-Unjoni, InvestEU jenħtieġ li jgħin jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' dawk l-atturi fis-suq. [Em. 3]

(13b)

Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi, fejn xieraq, għall-objettivi tad-[Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli] u tar-[Regolament dwar il-Governanza], kif ukoll jippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija f'deċiżjonijiet ta' investiment. Jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-istrateġija fit-tul tar-rinnovazzjoni tal-bini fit-tul li l-Istati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu skont id-[Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija]. Il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ is-suq uniku diġitali, u jikkontribwixxi biex inaqqas id-distakk diġitali filwaqt li jżid il-kopertura u l-konnettività madwar l-Unjoni.

(13c)

L-iżgurar tas-sikurezza tal-utenti tat-toroq hija sfida enormi fl-iżvilupp tas-settur tat-trasport, u l-azzjoni li qed tittieħed u l-investimenti li qed isiru qed jgħinu biss biex jinkiseb tnaqqis limitat fin-numru ta' nies li jmutu jew li jġarrbu korrimenti serji fit-toroq. Il-programm InvestEU jenħtieġ li jgħin biex tingħata spinta lill-isforzi favur it-tfassil u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji li jgħinu biex titjieb is-sikurezza tal-vetturi u tal-infrastruttura tat-toroq.

(13d)

Il-multimodalità ġenwina hija opportunità biex jinħoloq netwerk tat-trasport effiċjenti u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, li juża l-potenzjal massimu tal-mezzi kollha tat-trasport u li jiġġenera sinerġija bejniethom. Il-Programm InvestEU jista' jsir għodda importanti ta' appoġġ għal investiment f'ċentri tat-trasport multimodali, li – minkejja l-argument favur il-vijabbiltà u l-potenzjal ekonomiku sinifikanti tagħhom – iġorru riskju sinifikanti għall-investituri privati.

(14)

Billi l-livell ta' investiment ġenerali fl-Unjoni qed jiżdied, l-investiment f'attivitajiet ta' riskju ogħla bħar-riċerka u l-innovazzjoni għadu mhuwiex adegwat. Minħabba li l-finanzjament pubbliku għall-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jixpruna t-tkabbir tal-produttività u huwa kruċjali biex jagħti spinta lill-attivitajiet privati ta' riċerka u innovazzjoni, in-nuqqas ta' investiment li rriżulta fir-riċerka u fl-innovazzjoni qiegħed iġib ħsara fuq il-kompetittività industrijali u ekonomika tal-Unjoni u fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħha. Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jipprovdi l-prodotti finanzjarji xierqa biex ikopru l-istadji differenti fiċ-ċiklu tal-innovazzjoni u l-firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, b'mod partikolari biex jippermetti t-tkabbir u l-iskjerament ta' soluzzjonijiet fuq skala kummerċjali fl-Unjoni sabiex dawn is-soluzzjonijiet ikunu kompetittivi fis-swieq dinjija, u biex jippromwovi l-eċċellenza tal-UE f'teknoloġiji sostenibbli f'livell globali . Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa li jiġi appoġġat investiment f'attivitajiet ta' riskju ogħla bħar-riċerka u l-innovazzjoni, huwa essenzjali li Orizzont Ewropa, b'mod partikolari l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), jaħdem f'sinerġija mal-prodotti finanzjarji li għandhom jiġu skjerati taħt InvestEU. Barra minn hekk, SMEs u negozji ġodda innovattivi jiffaċċjaw diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzi, speċjalment dawk li jiffokaw fuq assi intanġibbli, għalhekk huwa meħtieġ li l-EIC jaħdem f'komplementarjetà mill-qrib mal-prodotti finanzjarji ddedikati taħt InvestEU sabiex tiġi żgurata kontinwità ta' appoġġ għal tali SMEs. F'dan ir-rigward, l-esperjenza li nkisbet mill-istrumenti finanzjarji skjerati taħt Orizzont 2020 bħal InnovFin u l-garanzija ta' self għall-SMEs taħt COSME jenħtieġ li jservu bħala bażi b'saħħitha biex jingħata dan l-appoġġ immirat.

(14a)

It-turiżmu huwa settur importanti fl-ekonomija tal-Unjoni u l-Programm InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi biex isaħħaħ il-kompetittività fit-tul tas-settur billi jappoġġa azzjonijiet immirati lejn bidla favur turiżmu sostenibbli, innovattiv u diġitali.

(15)

Jeħtieġ sforz sinifikanti biex isir investiment u tingħata spinta lit-trasformazzjoni diġitali u biex jitqassmu l-benefiċċji tagħha maċ-ċittadini u n-negozji kollha tal-Unjoni , f'żoni urbani u rurali . Il-qafas b'saħħtu ta' politika tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali llum jenħtieġ li jkun ibbilanċjat b'investiment ta' ambizzjoni komparabbli, inkluż fl-intelliġenza artifiċjali f'konformità mal-Programm Ewropa Diġitali, b'mod partikolari fir-rigward tal-etika, it-tagħlim awtomatiku, l-internet tal-oġġetti, il-bijoteknoloġija u l-Fintech, li jistgħu jżidu l-effiċjenzi fil-mobilizzazzjoni tal-kapital għal inizjattivi intraprenditorjali .

(16)

L-SMEs jirrappreżentaw aktar minn 99 % tan-negozji fl-Unjoni u l-valur ekonomiku tagħhom huwa sinifikanti u kruċjali ▌. Madankollu, huma jiffaċċjaw sfidi biex ikollhom aċċess għall-finanzi minħabba r-riskju għoli pperċepit tagħhom u minħabba li ma jkollhomx biżżejjed kapital ta' garanzija. Sfidi addizzjonali jirriżultaw mill-ħtieġa li tinżamm il-kompetittività tal-SMEs u tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali permezz tad-diġitalizzazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni , it-trasformazzjoni f'loġika tal-ekonomija ċirkulari u l-attivitajiet ta' innovazzjoni u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom. Minbarra dan, apparagun ma' intrapriżi akbar, dawn għandhom aċċess għal sett aktar limitat ta' sorsi ta' finanzjament: tipikament ma joħorġux bonds u jkollhom biss aċċess limitat għall-boroż jew għall-investituri istituzzjonali kbar. In-nuqqas ta' aċċess għall-kapital għall-SMEs huwa intensifikat ukoll mid-dgħufija komparattiva tal-ekwità privata u tal-industrija tal-kapital ta' riskju fl-Ewropa. L-isfida għall-aċċess għall-finanzjament hija saħansitra akbar għal dawk l-SMEs li l-attivitajiet tagħhom jiffokaw fuq assi intanġibbli. L-SMEs fl-Unjoni jiddependu ħafna mill-banek u mill-finanzjament b'dejn fil-forma ta' self kurrenti (overdrafts) bankarji, self bankarju jew kiri. Li l-SMEs li jiffaċċjaw l-isfidi msemmija hawn fuq billi jiġi ssimplifikat l-aċċess tagħhom għall-finanzi u jiġu appoġġati u pprovduti b'sorsi ta' finanzjament aktar diversifikati huwa meħtieġ biex tiżdied il-kapaċità tal-SMEs biex jiffinanzjaw il-ħolqien, it-tkabbir , l-innovazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tagħhom , tiġi żgurata l-kompetittività tagħhom u biex jifilħu għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, u biex l-ekonomija u s-sistema finanzjarja jsiru aktar reżiljenti matul perjodi ta' tnaqqis fir-ritmu jew ta' skossijiet fl-ekonomija u kapaċi joħolqu impjiegi u benesseri soċjali . Dan hu kumplimentari wkoll għall-inizjattivi li diġà ttieħdu fil-kuntest tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Programmi bħal COSME kienu importanti għall-SMEs fis-sens li dawn iffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-SMEs, u dan ġie kkomplementat mill-FEIS li għalih kien hemm adozzjoni rapida mill-SMEs. Il-Fond InvestEU għalhekk jenħtieġ li jibni fuq dawk is-suċċessi u jipprovdi l-kapital operatorju u l-investiment tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' kumpanija, il-finanzjament għal tranżazzjonijiet ta' kiri u opportunità biex tinxteħet attenzjoni fuq prodotti finanzjarji speċifiċi u aktar immirat

(16a)

L-intrapriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ġenerali jiżvolġu rwol essenzjali u strateġiku f'setturi ewlenin b'industriji kbar tan-netwerks (enerġija, ilma, skart, ambjent, servizzi postali, trasport u telekomunikazzjoni), fis-saħħa, fl-edukazzjoni u fis-servizzi soċjali. L-Unjoni Ewropea, billi tappoġġa lil dawn l-intrapriżi, tissalvagwardja l-benesseri taċ-ċittadini tagħha u l-għażliet demokratiċi, inter alia, rigward il-kwalità tas-servizzi;

(17)

Kif stabbilit fid-dokument ta' riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa (7) u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (8) u l-qafas tal-Unjoni għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, il-bini ta' Unjoni iktar inklużiva u aktar ġusta huwa prijorità ewlenija għall-Unjoni biex tindirizza l-inugwaljanza u trawwem politiki ta' inklużjoni soċjali fl-Ewropa. L-inugwaljanza tal-opportunitajiet taffettwa b'mod partikolari l-aċċess għall-edukazzjoni, it-taħriġ , il-kultura, l-impjieg, is-saħħa u s-servizzi soċjali . L-investiment fl-ekonomija soċjali, tal-ħiliet u tal-kapital uman relatat kif ukoll fl-integrazzjoni ta' popolazzjonijiet vulnerabbli fis-soċjetà jista' jtejjeb l-opportunitajiet ekonomiċi, speċjalment jekk ikkoordinat fil-livell tal-Unjoni. Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jintuża biex jappoġġa l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi t-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, fost l-oħrajn f'reġjuni li jiddependu fuq ekonomija b'użu intensiv tal-karbonju u affettwati mit-tranżizzjoni strutturali lejn ekonomija b'użu baxx tal-karbonju, jgħin fiż-żieda fl-impjieg, b'mod partikolari fost dawk bla sengħa u bla xogħol fit-tul, u fit-titjib tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-opportunitajiet indaqs, is-solidarjetà interġenerazzjonali, is-settur tas-saħħa u s-servizzi soċjali, l-akkomodazzjoni soċjali , in-nies mingħajr dar, l-inklużività diġitali, l-iżvilupp komunitarju, ir-rwol u l-post taż-żgħażagħ fis-soċjetà kif ukoll dak ta' persuni vulnerabbli, inklużi ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-appoġġ tal-kultura u l-kreattività Ewropea. Biex jiġu kkumpensati t-trasformazzjonijiet profondi tas-soċjetajiet fl-Unjoni u s-suq tax-xogħol matul id-deċennju li ġej, huwa meħtieġ li jsir investiment fil-kapital uman, l-infrastruttura soċjali, il-finanzjament sostenibbli u soċjali, il-mikrofinanzjament, il-finanzjament tal-intrapriżi soċjali u mudelli tan-negozju ġodda tal-ekonomija soċjali, inkluż l-investiment tal-impatt soċjali u l-ikkuntrattar tal-eżiti soċjali. Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jsaħħaħ l-ekosistema tal-ekonomija soċjali tas-suq naxxenti, u jżid il-provvista tal-finanzi u l-aċċess għall-finanzi għal mikrointrapriżi u intrapriżi soċjali u l-istituzzjonijiet ta' solidarjetà soċjali , biex tiġi ssodisfata d-domanda ta' dawk li l-aktar għandhom bżonnha. Ir-rapport tal-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar l-Investiment fl-Infrastruttura Soċjali fl-Ewropa (9) identifika diskrepanza totali fl-investiment ta' mill-inqas EUR 1,5 triljun għall-perjodu bejn l-2018 u l-2030 fl-infrastruttura soċjali u fis-servizzi, inkluż f'dawk relatati mal-edukazzjoni, mat-taħriġ, mas-saħħa u mal-akkomodazzjoni, li jeħtieġu appoġġ, inkluż fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-isfruttar tal-poter kollettiv tal-kapital pubbliku, kummerċjali u filantropiku, kif ukoll l-appoġġ minn tipi alternattivi ta' fornituri finanzjarji bħal atturi etiċi, soċjali u sostenibbli, u mill-fondazzjonijiet jenħtieġ li jiġi utilizzat biex jappoġġa l-iżvilupp tal-katina tal-valur tas-suq soċjali u Unjoni aktar reżiljenti.

(18)

Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jopera taħt erba' sezzjonijiet ta' politika, li jirriflettu l-prijoritajiet ewlenin tal-politika tal-Unjoni, jiġifieri l-infrastruttura sostenibbli: ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; l-SMEs; u l-investiment soċjali u l-ħiliet.

(19)

Kull sezzjoni ta' politika jenħtieġ li tkun magħmula minn żewġ kompartimenti, jiġifieri kompartiment tal-UE u kompartiment tal-Istati Membri. Il-kompartiment tal-UE jenħtieġ li jindirizza fallimenti tas-suq fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali inklużi dawk relatati mal-għanijiet tal-politika tal-Unjoni. Il-kompartiment tal-Istati Membri jenħtieġ li jindirizza fallimenti tas-suq speċifiċi jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali fi Stat Membru wieħed jew aktar. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jikkontribwixxu għall-kompartiment tal-Istati Membri fil-forma ta' garanziji jew flus kontanti. Il-kompartimenti tal-UE u tal-Istati Membri jenħtieġ li jintużaw, fejn xieraq, b'mod komplementari biex isostnu operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment, inkluż billi jgħaqqdu l-appoġġ miż-żewġ kompartimenti. L-awtoritajiet reġjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jittrasferixxu fil-Fond InvestEU permezz tal-Istati Membri sehem tal-fondi taħt ġestjoni kondiviża li huma jiġġestixxu, li jkun delimitat għall-proġetti InvestEU fl-istess reġjun. Azzjonijiet appoġġati mill-Fond InvestEU permezz tal-kompartiment tal-UE jew dak tal-Istat Membru jenħtieġ li ma jiddupplikawx u ma jeskludux il-finanzjament privat u ma jfixklux il-kompetizzjoni fis-suq intern.

(20)

Il-kompartiment tal-Istat Membru jenħtieġ li jkun imfassal speċifikament sabiex jippermetti l-użu ta' fondi b'ġestjoni kondiviża għall-proviżjonament ta' garanzija maħruġa mill-Unjoni. Din il-possibbiltà żżid il-valur miżjud tal-garanzija baġitarja sostnuta mill-Unjoni billi tipprovdiha għal firxa usa' ta' benefiċjarji u proġetti finali u tiddiversifika l-mezzi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-fondi b'ġestjoni kondiviża, filwaqt li tiżgura ġestjoni konsistenti tar-riskju tar-responsabbiltajiet kontinġenti billi timplimenta l-garanzija mogħtija mill-Kummissjoni b’ġestjoni indiretta. L-Unjoni jenħtieġ li tiggarantixxi l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment previsti mill-ftehim(iet) ta' garanzija konklużi bejn il-Kummissjoni u l-partijiet inkarigati mill-implimentazzjoni fil-kompartiment tal-Istat Membru, il-Fondi b'ġestjoni kondiviża jenħtieġ li jipprovdu l-proviżjonament tal-garanzija, abbażi ta' rata ta' proviżjonament determinata mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Istat Membru fid-dawl tan-natura tal-operazzjonijiet u tat-telf mistenni riżultanti, u l-Istat Membru u/jew l-isħab inkarigati mill-implimentazzjoni jew investituri privati jġarrbu it-telf li jkun ogħla mit-telf mistenni billi joħroġ garanzija dahar ma' dahar favur l-Unjoni. Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jiġu konklużi fi ftehim ta' kontribuzzjoni waħdieni ma' kull Stat Membru li jagħżel din l-għażla b'mod volontarju. Il-ftehim ta' kontribuzzjoni jenħtieġ li jinkludi ftehim ta' garanzija speċifiku wieħed (jew aktar) li jkun se jiġi implimentat fl-Istat Membru kkonċernat. L-iffissar tar-rata ta' proviżjonament fuq bażi ta' każ b'każ jeħtieġ deroga mill-[Artikolu 211(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-“Regolament Finanzjarju”). Dan id-disinn jipprovdi wkoll sett uniku ta' regoli għal garanziji baġitarji appoġġati minn fondi ġestiti b'mod ċentrali jew minn fondi b'ġestjoni kondiviża, u dan għandu jiffaċilita l-kombinazzjoni tagħhom

(21)

Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jkun miftuħ għal kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi li huma membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, għal pajjiżi aderenti, għal kandidati u kandidati potenzjali, għal pajjiżi koperti mill-politika tal-Viċinat u għal pajjiżi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bejn Unjoni u dawk il-pajjiżi. Dan mistenni li jippermetti li titkompla l-kooperazzjoni mal-pajjiżi rilevanti, fejn ikun xieraq, b'mod partikolari fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll l-SMEs.

(22)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-miżuri tal-Programm Invest UE li ma jaqgħux taħt il-proviżjonament tal-garanzija tal-UE, li għandha tikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarju, fis-sens tal-[ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq f'konformità mal-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (10)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali].

(23)

Il-garanzija tal-UE ta' EUR 40 817 500 000 (fi prezzijiet kurrenti) fil-livell tal-Unjoni hija mistennija li timmobilizza aktar minn EUR 698 194 079 000 f'investiment addizzjonali madwar l-Unjoni u jenħtieġ li tiġi allokata b'mod indikattiv bejn is-sezzjonijiet ta' politika.

(23a)

L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-kompartiment ta' Stat Membru fil-forma ta' garanziji jew flus kontanti. Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Kunsill fl-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST), kontribuzzjonijiet minn Stati Membri fil-forma ta' garanziji jew flus kontanti fil-kompartiment tal-Istati Membri, jew kontribuzzjonijiet minn Stat Membru jew minn banek promozzjonali nazzjonali kklassifikati fis-settur tal-gvern ġenerali jew li jaġixxu f'isem Stat Membru fi pjattaformi ta' investiment, jenħtieġ li jikkwalifikaw bħala miżuri ta' darba biss skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97  (1a) u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97  (1b) .

(24)

Il-garanzija tal-UE li ssejjes il-Fond InvestEU jenħtieġ li tiġi implimentata indirettament mill-Kummissjoni fejn din tistrieħ fuq is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li jkollhom aċċess għall-intermedjarji finanzjarji, fejn applikabbli, u għar-riċevituri finali. L-għażla tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jenħtieġ li tkun trasparenti u ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess. Ftehim ta' garanzija li jalloka l-kapaċità ta' garanzija mill-Fond InvestEU jenħtieġ li jiġi konkluż mill-Kummissjoni ma' kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, biex jappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tiegħu li jilħqu l-għanijiet tal-Fond InvestEU u l-kriterji tal-eliġibbiltà. Il-ġestjoni tar-riskju tal-garanzija ma għandhiex tfixkel l-aċċess dirett għall-garanzija mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni. Ladarba tingħata l-garanzija taħt il-kompartament tal-UE lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, dawn jenħtieġ li jkunu kompletament responsabbli għall-proċess ta' investiment kollu u d-diliġenza dovuta tal-operazzjonijiet ta' finanzjament jew investiment. Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jappoġġa proġetti li tipikament ikollhom profil ta' riskju ogħla mill-proġetti appoġġati minn operazzjonijiet normali tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u li ma setgħux jitwettqu matul il-perjodu li fih tista' tintuża l-garanzija tal-UE, jew mhux fl-istess miżura, mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni mingħajr l-appoġġ tal-Fond InvestEU.

(24a)

Il-Fond InvestEU jenħtieġ li jkollu struttura xierqa ta' governanza li l-funzjoni tagħha jenħtieġ li tkun konformi mal-iskop uniku tagħha li tiżgura l-użu xieraq tal-garanzija tal-UE, filwaqt li tiżgura indipendenza politika tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment u, fejn applikabbli, tkun konformi man-natura xprunata mis-suq tal-Fond InvestEU. Dik l-istruttura ta' governanza jenħtieġ li tkun magħmula minn Bord ta' Tmexxija, Bord Konsultattiv u Kumitat tal-Investiment kompletament indipendenti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-kompatibbiltà mal-liġi u l-politiki tal-Unjoni tal-operazzjonijiet ta' investiment u ta' finanzjament preżentati mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni filwaqt li d-deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment jenħtieġ li, fl-aħħar mill-aħħar, jittieħdu minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Il-bilanċ bejn il-ġeneri jenħtieġ li jiġi żgurat fil-kompożizzjoni ġenerali tal-istruttura ta' governanza.

(25)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit Bord Konsultattiv li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u f'rappreżentanti tal-Istati Membri u f'espert wieħed għal kull waħda mill-erba' sezzjonijiet tal-politika maħtura mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u espert maħtur mill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex jiskambja informazzjoni u għal skambji dwar l-adozzjoni tal-prodotti finanzjarji skjerati taħt il-Fond InvestEU u biex jiddiskuti dwar il-ħtiġijiet li qed jevolvu u prodotti ġodda, inklużi lakuni fis-suq speċifiċi territorjali.

(26)

Il-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jistabbilixxi l-orjentazzjonijiet strateġiċi tal-Fond InvestEU u r-regoli meħtieġa għall-funzjonament tiegħu, u jenħtieġ li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-operazzjonijiet b'pjattaformi ta' investiment. Il-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jkun magħmul minn sitt membri, kif ġej: Tliet membri maħtura mill-Kummissjoni, membru wieħed maħtur mill-Bank Ewropew tal-Investiment, membru wieħed maħtur mill-Korp Konsultattiv fost ir-rappreżentanti tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, li jenħtieġ li ma jkunx rappreżentant tal-Grupp tal-BEI u espert wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew, li jenħtieġ li ma jitlobx jew jaċċetta istruzzjonijiet mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern ta' Stat Membru jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor u jenħtieġ li jaġixxi b'indipendenza sħiħa. L-espert jenħtieġ li jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'mod imparzjali u fl-interess tal-Fond InvestEU; Il-minuti ddettaljati tal-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jiġu ppubblikati malli jiġu approvati mill-Bord ta' Tmexxija u l-Parlament Ewropew jenħtieġ li jiġi nnotifikat b'mod immedjat dwar il-pubblikazzjoni tagħhom.

(27)

Qabel ma proġett jiġi sottomess lill-Kumitat tal-Investiment, segretarjat ospitat mill-Kummissjoni u li jagħti rendikont lill-President tal-Kumitat tal-Investiment jenħtieġ li jivverifika l-kompletezza tad-dokumentazzjoni pprovduta mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u jassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-operazzjonijiet ta' investiment u ta' finanzjament mad-dritt u l-politiki tal-Unjoni. Is-Segretarjat jenħtieġ li jappoġġa wkoll lill-Bord ta' Tmexxija .

(28)

Kumitat tal-Investiment magħmul minn esperti indipendenti jenħtieġ li jiddeċiedi jekk jagħtix jew le l-appoġġ mill-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà, u b'hekk jipprovdi kompetenza esterna f'valutazzjonijiet ta' investiment konnessi ma' proġetti. Il-Kumitat tal-Investiment jenħtieġ li jkollu konfigurazzjonijiet differenti biex ikopri bl-aħjar mod oqsma u setturi ta' politika differenti.

(29)

Fl-għażla tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għall-iskjerament tal-Fond InvestEU, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-kapaċità tal-kontroparti li tissodisfa l-għanijiet tal-Fond InvestEU u li tikkontribwixxi għalih , sabiex tiżgura kopertura u diversifikazzjoni ġeografika, tħeġġeġ investituri privati u tipprovdi diversifikazzjoni suffiċjenti tar-riskji kif ukoll soluzzjonijiet ġodda li jindirizzaw il-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali , u tiżgura koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Minħabba r-rwol tiegħu skont it-Trattati, il-kapaċità tiegħu li jopera fl-Istati Membri kollha u l-esperjenza eżistenti taħt l-istrumenti finanzjarji attwali u l-FEIS, il-Grupp tal-BEI jenħtieġ li jibqa' sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni privileġġjat taħt il-kompartiment tal-UE tal-Fond InvestEU. Minbarra l-Grupp tal-BEI, il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu joffru firxa ta' prodotti finanzjarji kumplimentari, billi l-esperjenza u l-kapaċitajiet tagħhom fil-livell reġjonali jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-massimizzazzjoni tal-impatt tal-fondi pubbliċi fit-territorju kollu tal-Unjoni u sabiex jiġi żgurat bilanċ ġeografiku ġust tal-proġetti, li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali. Ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni ta' banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, fil-Programm InvestEU jenħtieġ li jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tal-kumplessità, id-daqs u r-riskju tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni kkonċernati sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għal banek jew istituzzjonijiet promozzjonali iżgħar jew li jkunu twaqqfu aktar reċentement. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li jkun hemm istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħala sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, b'mod partikolari meta jippreżentaw vantaġġ komparattiv f'termini ta' kompetenza u ta' esperjenza speċifika f'ċerti Stati Membri. Jenħtieġ li jkun ukoll possibbli għal entitajiet oħra li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju sabiex jaġixxu bħala sħab inkarigati mill-implimentazzjoni.

(29a)

Il-pjattaformi ta' investiment għandhom, fejn xieraq, jiġbru flimkien il-koinvestituri, l-awtoritajiet pubbliċi, l-esperti, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-istituzzjonijiet ta' riċerka, is-sħab soċjali rilevanti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u atturi rilevanti oħra fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali.

(30)

Sabiex jiġi żgurat li l-interventi taħt il-kompartiment tal-UE tal-Fond InvestEU jiffokaw fuq fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali fil-livell tal-Unjoni iżda fl-istess waqt jissodisfaw l-għanijiet tal-aqwa firxa ġeografika possibbli, il-garanzija tal-UE jenħtieġ li tiġi allokata lil sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, li waħedhom jew flimkien ma' sħab inkarigati mill-implimentazzjoni oħra jistgħu jkopru Stat Membru wieħed jew aktar . Fil-każ tal-aħħar, ir-responsabbiltà kuntrattwali tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tibqa' limitata mill-mandati nazzjonali rispettivi tagħhom. Bil-għan li tiġi promossa diversifikazzjoni ġeografika mtejba, jistgħu jiġu stabbiliti pjattaformi ddedikati għall-investiment reġjonali ffukati fuq il-gruppi interessati tal-Istati Membri, li jikkombinaw l-isforzi u l-għarfien espert tal-istituzzjonijiet finanzjarji vvalutati mill-pilastru ma' banek promozzjonali nazzjonali b'esperjenza limitata fl-użu tal-istrumenti finanzjarji. Tali strutturi jenħtieġ li jiġu mħeġġa, inkluż bl-appoġġ disponibbli miċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU. Mill-inqas 75 % tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-UE jenħtieġ li tiġi allokata lill-Grupp tal-BEI. Ammonti li jaqbżu l-75 % tal-garanzija tal-UE jistgħu jsiru disponibbli għall-Grupp tal-BEI fil-każ li l-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali ma jkunux jistgħu jużaw bis-sħiħ is-sehem li jifdal tal-garanzija. Bl-istess mod, ammonti li jaqbżu 25 % tal-garanzija tal-UE jistgħu jsiru disponibbli għal sħab inkarigati mill-implimentazzjoni oħra fil-każ li l-Grupp tal-BEI ma jkunx jista' juża bis-sħiħ is-sehem tiegħu tal-garanzija. Il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-garanzija tal-UE anki f'każ li jiddeċiedu li jkollhom aċċess għaliha permezz tal-BEI jew il-Fond Ewropew tal-Investiment.

(31)

Il-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru jenħtieġ li tiġi allokata lil kwalunkwe sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni eliġibbli skont [l-Artikolu 62(1)(c)] tar-[Regolament Finanzjarju], inklużi banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali jew reġjonali, il-BEI, il-Fond Ewropew tal-Investiment u banek ta' żvilupp multilaterali oħrajn. Meta tagħżel sħab inkarigati mill-implimentazzjoni taħt il-kompartiment tal-Istat Membru, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-proposti magħmula minn kull Stat Membru. Skont [l-Artikolu 154] tar-[Regolament Finanzjarju], il-Kummissjoni trid twettaq valutazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni sabiex tiżgura li dan ikun qed jipprovdi livell ta' protezzjoni għall-interess finanzjarju tal-Unjoni li jkun ekwivalenti għal dak provdut mill-Kummissjoni.

(32)

L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fl-aħħar mill-aħħar jenħtieġ li jiġu deċiżi minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni f'ismu stess, u għandhom ikunu implimentati skont ir-regoli u l-proċeduri interni tiegħu u kontabilizzati fir-rapporti finanzjarji tiegħu stess. Għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi esklużivament għal kwalunkwe obbligazzjoni finanzjarja li tirriżulta mill-garanzija tal-UE u tiżvela l-ammont massimu ta' garanzija, inkluża l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-garanzija provduta.

(33)

Il-Fond InvestEU jenħtieġ li, fejn xieraq, jippermetti taħlita bla xkiel u effiċjenti ta' għotjiet u/jew strumenti finanzjarji, iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni jew minn fondi oħra, bħall-Fond ta' Innovazzjoni tas-Sistema tan-Negozjar tal-Emissjonijiet tal-UE (ETS) b’dik il-garanzija f'sitwazzjonijiet fejn dan ikun neċessarju biex jiġu sostnuti l-aħjar l-investimenti li jistgħu jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali.

(34)

Proġetti ppreżentati minn sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għal appoġġ fil-qafas tal-Programm InvestEU li jinkludu taħlit ma' appoġġ minn programmi oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li b'mod ġenerali jkunu wkoll konsistenti mal-għanijiet u l-kriterji ta' eliġibbiltà li jinsabu fir-regoli tal-programmi rilevanti tal-Unjoni. L-użu tal-garanzija tal-UE jenħtieġ li jkun deċiż skont ir-regoli tal-Programm InvestEU.

(35)

Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta' riżerva b'saħħitha ta' proġetti ta' investiment f'kull sezzjoni ta' politika , filwaqt li jipprevedi implimentazzjoni effettiva ta' diversifikazzjoni ġeografika bil-għan li jikkontribwixxi għall-għan tal-Unjoni ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u tat-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali. Iċ-Ċentru tal-Konsulenza jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari lill-ħtieġa li jiġu aggregati proġetti żgħar u li dawn jiġu raggruppati f'portafolji akbar. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffirma ftehimiet mal-Grupp tal-BEI u mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni oħra sabiex tinnominahom bħala sħab taċ-Ċentru ta' Konsulenza. Il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni l-oħra jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib bil-għan li jiżguraw l-effiċjenza, is-sinerġiji u l-kopertura ġeografika effettiva tal-appoġġ madwar l-Unjoni, filwaqt li jqisu l-għarfien espert u l-kapaċità lokali tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni kif ukoll l-istrutturi eżistenti, bħaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti . Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi previst komponent transsettorjali fil-qafas tal-Programm InvestEU biex jiżgura punt tad-dħul wieħed u għajnuna transpolitika għall-iżvilupp ta' proġetti għall-programmi tal-Unjoni ġestiti b'mod ċentrali. [Em. 5]

(36)

Sabiex tiġi żgurata firxa ġeografika wiesgħa tas-servizzi ta' konsulenza madwar l-Unjoni u biex jiġi sfruttat b'suċċess l-għarfien lokali dwar il-Fond InvestEU, jenħtieġ li tiġi żgurata preżenza lokali tal-Konsulenza tal-InvestEU, fejn tkun meħtieġa, billi tikkomplementa l-iskemi ta' appoġġ eżistenti u l-preżenza tas-sħab lokali , bl-għan li tiġi pprovduta assistenza tanġibbli, proattiva u mfassla apposta fil-post. Sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti ta' appoġġ konsultattiv fil-livell lokali u biex jiġu żgurati effiċjenza, sinerġiji u kopertura ta' appoġġ ġeografiku effettiv, iċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU jenħtieġ li jikkoopera ma' banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u l-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, kif ukoll jibbenefika u jagħmel użu mill-għarfien espert tagħhom. Fl-Istati Membri fejn il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali ma jeżistux, iċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU jenħtieġ li jipprovdi, fejn xieraq, u fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, appoġġ konsultattiv proattiv dwar l-istabbiliment ta' tali bank jew istituzzjoni.

(36a)

Iċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU jenħtieġ li jipprovdi appoġġ konsultattiv lil proġetti żgħar u proġetti għal negozji ġodda, speċjalment meta n-negozji l-ġodda jfittxu li jipproteġu r-riċerka u l-investimenti ta' innovazzjoni tagħhom billi jiksbu titli ta' proprjetà intellettwali (PI), bħal privattivi.

(37)

Fil-kuntest tal-Fond InvestEU, hemm il-ħtieġa li jiġi pprovdut l-iżvilupp tal-proġetti u jinbena appoġġ għall-bini tal-kapaċità sabiex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet organizzazzjonali u l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni tas-suq meħtieġa biex jiġu oriġinati proġetti ta' kwalità. Minbarra dan, l-għan huwa li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-espansjoni tal-għadd potenzjali ta' riċevituri eliġibbli f'segmenti kummerċjali emerġenti u lokali , b'mod partikolari meta d-daqs żgħir ta' proġetti individwali jgħolli b'mod konsiderevoli l-ispiża tat-tranżazzjoni fil-livell tal-proġett, bħall-każ tal-ekosistema tal-finanzi soċjali. L-appoġġ għall-bini tal-kapaċità għalhekk jenħtieġ li jkun kumplimentari u addizzjonali għall-azzjonijiet imwettqa skont programmi oħra tal-Unjoni li jkopru qasam ta' politika speċifiku. Jenħtieġ li jsir sforz ukoll biex jappoġġa l-bini tal-kapaċità ta' promoturi ta' proġetti potenzjali, b'mod partikolari organizzazzjonijiet u awtoritajiet ta' fornituri tas-servizzi lokali.

(38)

Il-portal InvestEU jenħtieġ li jkun stabbilit sabiex jipprovdi għal bażi ta' data tal-proġetti aċċessibbli faċilment u faċli għall-utent biex jippromwovi l-viżibbiltà ta' proġetti ta' investiment li jkunu qed ifittxu finanzjament b'enfasi akbar fuq il-forniment ta' riżerva possibbli ta' proġetti ta' investiment, kompatibbli mad-dritt u l-politiki tal-Unjoni, lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni.

(39)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (11), hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tal-Programm InvestEU abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm InvestEU fil-prattika.

(40)

Jenħtieġ li jiġi implimentat qafas sod ta' monitoraġġ li jkun ibbażat fuq il-produzzjoni, l-eżiti u l-indikaturi tal-impatt biex jissorvelja l-progress lejn l-għanijiet tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà lejn iċ-ċittadini Ewropej, il-Kummissjoni u l-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jirrapportaw kull sena għand il-Parlament Ewropew u il-Kunsill dwar il-progress, l-impatt u l-operazzjonijiet tal-Programm InvestEU.

(41)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b'mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, filwaqt li jipprevedu t-twettiq ta' verifiki rigward ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(42)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF l-ġdid] japplika għall-Programm InvestEU. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-garanziji baġitarji.

(43)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (12) (Euratom, KE) Nru 2988/95 (13) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (14) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (15), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. b'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(44)

Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jiġu esklużi kumpaniji offshore u kumpaniji bbażati f'pajjiżi “li ma jikkooperawx” u biex jingħataw id-drittijiet u l-aċċess meħtieġa, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv u jiggarantixxu d-drittijiet tal-Unjoni biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda u jiġu protetti l-interessi finanzjarji tagħha .

(45)

Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 88 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(46)

Sabiex l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament jiġu ssupplimentati b'linji gwida dwar l-investiment , li jenħtieġ li jiġu żviluppati mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni wara li jitwettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa, u li magħhom l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment jenħtieġ li jikkonformaw, sabiex jiġi ffaċilitat adattament fil-pront u flessibbli tal-indikaturi tal-prestazzjoni u sabiex tiġi aġġustata r-rata ta' proviżjonament, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tfassil tal-linji gwida dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment taħt sezzjonijiet ta' politika differenti, l-emenda tal-Anness III ta' dan ir-Regolament biex jiġu reveduti jew ikkumplimentati l-indikaturi u l-aġġustament tar-rata ta' proviżjonament. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, tali linji gwida dwar l-investiment jenħtieġ li jinkludu dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. b'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(47)

Il-Programm InvestEU jenħtieġ li jindirizza l-fallimenti tas-suq speċifiċi u s-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali madwar l-Unjoni u/jew tal-Istati Membri u jipprovdi għal ittestjar għas-suq fl-Unjoni ta' prodotti finanzjarji innovattivi u sistemi għat-tixrid tagħhom, għal fallimenti tas-suq ġodda jew kumplessi. Għalhekk, azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija ġustifikata,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond InvestEU li jipprovdi garanzija tal-UE għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment imwettqa mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni b'appoġġ għall-politiki interni tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ta' appoġġ konsultattiv biex jappoġġa l-iżvilupp ta' proġetti investibbli u sostenibbli u l-aċċess għall-finanzjament u biex jipprovdi bini ta' kapaċità relatat (“iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU”). Huwa jistabbilixxi wkoll bażi ta' data li tagħti viżibbiltà lill-proġetti li l-promoturi tal-proġetti jkunu qed ifittxu finanzjament għalihom u li tipprovdi lill-investituri b’informazzjoni dwar opportunitajiet ta' investiment (“il-Portal tal-InvestEU”).

Dan jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm InvestEU, il-baġit għall-perjodu mill-2021 sal-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(-1)

“addizzjonalità” tfisser addizzjonalità kif definita fl-Artikolu 7a ta' dan ir-Regolament u kif imsemmi fl-Artikolu 209(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju;

(-1a)

“Sieħeb taċ-Ċentru ta' Konsulenza” tfisser il-kontroparti eliġibbli li magħha l-Kummissjoni tiffirma ftehim biex timplimenta servizz ipprovdut miċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU;

(1)

“operazzjoni ta' taħlit” tfisser operazzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-UE li jikkumbinaw forom ta' appoġġ li mhuwiex rimborsabbli u/jew appoġġ rimborsabbli mill-baġit tal-Unjoni ma' forom ta' appoġġ rimborsabbli minn istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll minn istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u tal-investituri; għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, programmi tal-Unjoni ffinanzjati minn sorsi oħra minbarra l-baġit tal-Unjoni, bħal pereżempju l-Fond tal-Innovazzjoni tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (Emissions Trading System, ETS), jista' jiġi assimilat ma' programmi tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

(1a)

“ftehim ta' kontribuzzjoni” tfisser l-istrument legali li bih il-Kummissjoni u l-Istati Membri jispeċifikaw il-kundizzjonijiet tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-Istat Membru, speċifikat fl-Artikolu 9;

(1b)

“Grupp tal-BEI” tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment u s-sussidjarji tiegħu;

(2)

“garanzija tal-UE” tfisser garanzija ġenerali pprovduta mill-baġit tal-Unjoni li taħtu l-garanziji baġitarji skont [l-Artikolu 219(1) tar-[Regolament Finanzjarju] jidħlu fis-seħħ permezz tal-iffirmar ta' ftehimiet individwali ta' garanzija ma’ sħab inkarigati mill-implimentazzjoni;

(2a)

“kontribuzzjoni finanzjarja” tfisser kontribuzzjoni minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fil-forma ta' kapaċità ta' teħid ta' riskji u/jew appoġġ finanzjarju tagħhom stess għal operazzjoni koperta minn dan ir-Regolament;

(3)

“prodott finanzjarju” tfisser mekkaniżmu jew arranġament finanzjarju miftiehem bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li skont it-termini tiegħu s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jipprovdi finanzjament dirett jew intermedjat lil riċevituri finali f’xi waħda mill-forom imsemmija fl-Artikolu 13;

(4)

“finanzjament u/jew operazzjonijiet ta' investiment” tfisser operazzjonijiet li jipprovdu finanzi b'mod dirett jew indirett lil riċevituri finali fil-forma ta' prodotti finanzjarji, imwettqa minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni f'ismu stess, ipprovdut minnu skont ir-regoli interni tiegħu u li jiġu kontabilizzati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu stess;

(5)

“Fondi b'ġestjoni kondiviża” tfisser il-fondi li jipprevedu l-possibbiltà li jiġi allokat ammont minnhom għall-provvediment ta' garanzija baġitarja fil-kompartiment tal-Istat Membru tal-Fond InvestEU, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew+ (FSE+), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);

(6)

“ftehim ta' garanzija” tfisser l-istrument legali li permezz tiegħu l-Kummissjoni u sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jispeċifikaw il-kundizzjonijiet biex jipproponu operazzjonijiet ta' finanzjament jew ta' investiment li għandhom jingħataw il-benefiċċju tal-garanzija tal-UE, biex jipprovdu l-garanzija baġitarja għal dawk l-operazzjonijiet u biex jimplimentawhom skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

(7)

“sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni” tfisser kontroparti eliġibbli bħal istituzzjoni finanzjarja jew intermedjarju ieħor li magħhom il-Kummissjoni tiffirma ftehim ta' garanzija▌;

(8)

“Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU” tfisser l-assistenza teknika definita fl-Artikolu 20;

(9)

“Portal tal-InvestEU” tfisser il-bażi ta' data definita fl-Artikolu 21;

(10)

“il-Programm InvestEU” tfisser il-Fond InvestEU, iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU, u l-operazzjonijiet ta' taħlit, b'mod kollettiv;

(10a)

“Linji gwida ta' investiment” tfisser sett ta' kriterji, ibbażati fuq il-prinċipji stabbiliti minn dan ir-Regolament fir-rigward ta' għanijiet ġenerali, kriterji ta' eliġibbiltà u strumenti eliġibbli, użati mill-Kumitat tal-Investiment biex jiddeċiedu b'mod trasparenti u indipendenti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE;

(10b)

“pjattaformi ta' investiment” tfisser vetturi b'għan speċjali, kontijiet ġestiti, kofinanzjament ibbażat fuq kuntratti jew arranġamenti ta' kondiviżjoni tar-riskji jew arranġamenti stabbiliti b'mezzi oħra li permezz tagħhom entitajiet jgħaddu kontribuzzjoni finanzjarja sabiex jiffinanzjaw numru ta' proġetti ta' investiment, u li jistgħu jinkludu:

(a)

pjattaformi nazzjonali jew subnazzjonali li jiġbru flimkien diversi proġetti ta' investiment fit-territorju ta' Stat Membru partikolari;

(b)

pjattaformi multinazzjonali jew reġjonali li jiġbru flimkien sħab minn diversi Stati Membri jew pajjiżi terzi interessati fi proġetti f'żona ġeografika partikolari;

(c)

pjattaformi tematiċi li jiġbru flimkien proġetti ta' investiment f'settur partikolari;

(11)

“mikrofinanzjament” tfisser il-mikrofinanzjament kif definit fir-Regolament [[FSE+] number];

(12)

“kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja” tfisser entitajiet li għandhom sa 3 000 impjegat u li mhumiex SMEs jew kumpaniji b'kapitalizzazzjoni żgħira/medja;

(13)

“banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali” (“NPBI”) tfisser l-entitajiet legali impenjati f'attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali, li għalihom Stat Membru, jew entità ta' Stat Membru f'livell ċentrali, reġjonali jew lokali, jingħataw mandat biex itwettqu attivitajiet ta' żvilupp jew ta' promozzjoni;

(14)

“intrapriżi żgħar u medji” jew “SMEs” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u medji kif definiti fl-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (17);

(15)

“kumpaniji b'kapitalizzazzjoni żgħira/medja” tfisser entitajiet li għandhom sa 499 impjegat u li mhumiex SMEs;

(16)

“intrapriża soċjali” tfisser intrapriża soċjali kif definita fir-Regolament [[FSE+] number];

(16a)

“finanzi sostenibbli” tfisser il-proċess li permezz tiegħu jitqiesu b'mod xieraq il-kunsiderazzjonijiet ambjentali u soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-investiment, li jwassal għal aktar investimenti f'attivitajiet aktar fit-tul u sostenibbli;

(17)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni.

Artikolu 3

L-għanijiet tal-Programm InvestEU

1.   L-għan ġenerali tal-Programm InvestEU huwa li jappoġġa l-għanijiet ta' politika tal-Unjoni permezz ta' operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li jikkontribwixxu:

(a)

għall-kompetittività tal-Unjoni, inklużi r-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni;

(aa)

żieda fir-rata tal-impjieg tal-Unjoni u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja fl-Unjoni;

(b)

għat-tkabbir tal-ekonomija tal-Unjoni u  għas-sostenibbiltà tagħha biex b'hekk l-Unjoni tkun tista' tikseb l-SDGs u l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima ;

(c)

għall-innovazzjoni, għar-reżiljenza soċjali u għall-inklużività tal-Unjoni;

(ca)

għall-promozzjoni tal-avvanz xjentifiku u teknoloġiku, tal-kultura, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

(cb)

għall-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali;

(d)

għall-integrazzjoni tas-swieq kapitali tal-Unjoni u għat-tisħiħ tas-Suq Uniku, inklużi soluzzjonijiet li jindirizzaw il-frammentazzjoni tas-swieq kapitali tal-Unjoni, għad-diversifikazzjoni ta' sorsi ta' finanzjament għal intrapriżi tal-Unjoni u għall-promozzjoni ta' finanzi sostenibbli.

2.   Il-Programm InvestEU għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

jappoġġa operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fl-infrastruttura sostenibbli fl-oqsma msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1);

(b)

jappoġġa operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fid-diġitalizzazzjoni f'kull sezzjoni tal-politika, inkluż appoġġ għat-tkabbir ta' kumpaniji innovattivi u għall-introduzzjoni ta' teknoloġiji fis-suq ;

(c)

iżid u jissimplifika l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzi u jsaħħaħ il-kompetittività globali tan-negozji żgħar innovattivi, l-SMEs inklużi l-mikrointrapriżi u, f'każijiet debitament iġġustifikati, għal kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja;

(d)

iżid l-aċċess għall-mikrofinanzjament u għall-finanzjament għal SMEs, intrapriżi soċjali, setturi kulturali u kreattivi u edukattivi, u d-disponibbiltà tagħhom u jappoġġa operazzjonijiet ta' finanzjamenti u ta' investiment relatati mal-investimenti soċjali , mal-kompetenzi u mal-ħiliet u jiżviluppa u jikkonsolida swieq ta' investiment soċjali, fl-oqsma msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1).

Artikolu 4

Il-baġit u l-ammont tal-garanzija tal-UE

1.   Il-garanzija tal-UE għall-finijiet tal-kompartiment tal-UE msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) għandha tkun EUR  40 817 500 000 (prezzijiet attwali). Din għandha tkun provduta bir-rata ta' 40 %.

Ammont addizzjonali tal-garanzija tal-UE jista' jiġi pprovdut għall-finijiet tal-kompartiment tal-Istat Membru msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1), suġġett għall-allokazzjoni mill-Istati Membri, skont [l-Artikolu 10(1)] tar-Regolament [[CPR] number] u l-Artikolu [75(1)] tar-Regolament [[CAP plan] number] tal-ammonti korrispondenti.

Minbarra l-kontribuzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-kompartiment tal-Istati Membri fil-forma ta' garanziji jew flus kontanti.

Il-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 5 għandhom iżidu wkoll il-garanzija tal-UE msemmija fl-ewwel subparagrafu, billi jipprovdu proviżjonament fi flus kontanti b'mod sħiħ skont [l-Artikolu 218(2)] tar-[Regolament Finanzjarju].

2.   Id-distribuzzjoni ▌tal-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hija mniżżla fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi timmodifika l-ammonti msemmija fl-Anness I, fejn xieraq, sa 15 % għal kull sezzjoni .

3.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-Kapitoli V u VI għandu jkun EUR 525 000 000 (prezzijiet attwali).

4.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 jista' jintuża wkoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU, bħal attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Fond InvestEU

Il-kompartiment tal-UE tal-Fond InvestEU msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) u kull waħda mit-twieqi politiċi msemmija fl-Artikolu 7(1) jistgħu jirċievu kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi terzi li ġejjin sabiex jipparteċipaw f’ċerti prodotti finanzjarji skont [l-Artikolu 218(2)] tar-[Regolament Finanzjarju]:

(a)

Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(b)

pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u b'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejnhom u bejn l-Unjoni;

(c)

pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)

pajjiżi terzi, skont il-kundizzjonijiet stipulati fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni ta' pajjiż terz għal kull programm tal-Unjoni, sakemm il-ftehim:

(i)

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(ii)

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul b'konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju];

(iii)

ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

(iv)

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-Unjoni

1.   Il-garanzija tal-UE għandha tiġi implimentata fil-ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-[Artikolu 62(1)(c)(ii) sa (vii)] tar-[Regolament Finanzjarju]. Forom oħra ta' fondi tal-UE skont dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati f'ġestjoni diretta jew indiretta skont ir-[Regolament Finanzjarju], inklużi għotjiet implimentati skont it-[Titolu VIII] tiegħu.

2.   L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti mill-garanzija tal-UE li jiffurmaw parti mill-operazzjoni ta' taħlit li jikkombinaw appoġġ skont dan ir-Regolament ma' appoġġ ipprovdut skont xi programm jew programmi oħra tal-Unjoni jew mill-Fond ta' Innovazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE (ETS) għandhom:

(a)

ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-politika u jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-regola dwar il-programm tal-Unjoni skont liema l-appoġġ ikun ingħata;

(b)

jimxu skont dan ir-Regolament.

2a.     Operazzjonijiet ta' taħlit li jikkombinaw l-appoġġ skont dan ir-Regolament għandhom ikunu kemm jista' jkun bla xkiel.

3.   L-operazzjonijiet ta' taħlit inkluż strument finanzjarju ffinanzjat kompletament minn programmi oħrajn tal-Unjoni jew mill-Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS mingħajr l-użu tal-garanzija tal-UE skont dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-għanijiet ta' politika u l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-regoli tal-programm tal-Unjoni skont liema tingħata l-għajnuna.

4.   Skont l-Artikolu 6(2), forom mhux ripagabbli ta' appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni li jifformaw parti mill-operazzjoni ta' taħlit imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu deċiżi skont ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni u għandhom jiġu implimentati f’operazzjoni ta' taħlit skont dan ir-Regolament u skont [it-Titolu X] tar-[Regolament Finanzjarju].

Ir-rappurtar għandu jinkludi wkoll l-elementi dwar il-konsistenza mal-għanijiet ta' politika u l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fir-regoli tal-programm tal-Unjoni li bihom l-appoġġ jingħata kif ukoll dwar il-konformità ma' dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

Il-Fond InvestEU

Artikolu 7

Sezzjonijiet ta' politika

1.   Il-Fond InvestEU għandu jopera permezz tal-erba' sezzjonijiet ta' politika li ġejjin li għandhom jindirizzaw il-fallimenti tas-suq u/ jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali fil-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tagħhom:

(a)

is-sezzjoni ta' politika tal-infrastruttura sostenibbli: tinkludi investiment fl-oqsma tat-trasport, inklużi tat-trasport multimodali, tas-sikurezza tat-toroq, tar-rinnovazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-toroq, tat-turiżmu, tal-enerġija, b'mod partikolari ż-żieda fl-iskjerament tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika f'konformità mal-oqfsa tal-enerġija għall-2030 u l-2050, proġetti ta' rinnovazzjoni tal-binjiet b'enfasi fuq l-iffrankar tal-enerġija u l-integrazzjoni tal-binjiet f'sistema konnessa f'dak li għandu x'jaqsam mal-enerġija, il-ħżin, id-diġitalizzazzjoni u t-trasport, it-titjib tal-livell tal-interkonnessjoni, tal-konnettività diġitali u tal-aċċess inkluż fiż-żoni rurali, tal-provvista u tal-ipproċessar tal-materja prima, tal-ispazju, tal-oċeani, tal-ilma intern , tal-evitar tal-iskart u tal-ekonomija ċirkolari , tan-natura u ta' infrastruttura ambjentali oħra, tat-tagħmir, tal-assi mobbli u tal-iskjerar ta' teknoloġiji innovattivi li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-sostenibbiltà ambjentali u/jew soċjali tal-Unjoni u li jissodisfaw l-istandards ta' sostenibbiltà ambjentali jew soċjali tal-Unjoni;

(b)

is-sezzjoni ta' politika tar-riċerka, l-innovazzjoni u d-djalogu: tinkludi attivitajiet ta' riċerka , żvilupp tal-prodott u innovazzjoni, it-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka u tat-teknoloġiji għas-suq, l-appoġġ għall-faċilitaturi tas-suq u l-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi, tad-dimostrazzjoni u tal-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi u ta' appoġġ għat-tkabbir ta' kumpaniji innovattivi inklużi n-negozji ż-żgħar u l-SMEs kif ukoll id-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni , abbażi tal-esperjenzi miksuba, b'mod partikolari permezz tal-InnovFin ;

(c)

is-sezzjoni ta' politika tal-SMEs: tinkludi l-aċċess u d-disponibbiltà ssimplifikati tal-finanzi għan-negozji ż-żgħar, l-SMEs , inklużi dawk innovattivi, u, f'każi debitament iġġustifikati, għal kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja , b'mod partikolari biex jittejbu l-kompetittività, l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà globali ;

(d)

is-sezzjoni ta' politika tal-investiment soċjali u tal-ħiliet: tinkludi l-finanzjament etiku u sostenibbli, il-mikrofinanzjament, l-akkwiżizzjonijiet tal-ħaddiema, il-finanzjament tal-intrapriżi soċjali u l-ekonomija soċjali u l-miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa u ta' gruppi vulnerabbli ; il-ħiliet, l-edukazzjoni, it-taħriġ u servizzi relatati; l-infrastruttura soċjali (inklużi l-akkomodazzjoni soċjali u tal-istudenti); l-innovazzjoni soċjali; il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul; l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà; l-attivitajiet kulturali b'għan soċjali; is-setturi kulturali u kreattivi, inklużi dawk bi djalogu interkulturali u b'għanijiet ta' koeżjoni soċjali; l-integrazzjoni tal-persuni vulnerabbli, inklużi ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi.

2.   Fejn operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment proposta lill-Kumitat ta' Investiment imsemmi fl-Artikolu 19 taqa' taħt aktar minn sezzjoni politika waħda, din għandha tiġi attribwita lis-sezzjoni li taħtha jaqa' l-għan prinċipali jew l-għan prinċipali tal-biċċa l-kbira tas-sottoproġetti tagħha, sakemm il-linji gwida dwar l-investiment ma jiddefinixxux mod ieħor.

3.   L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fil-qafas tas-sezzjonijiet kollha tal-politika msemmija ▌ fil-paragrafu (1) għandhom , fejn applikabbli, ikunu soġġetti għall-ittestjar tas-sostenibilità klimatika, ambjentali u soċjali bil-ħsieb li jiġu mminimizzati l-impatti negattivi u jiġu mmassimizzati l-benefiċċji fuq il-klima, l-ambjent u d-dimensjoni soċjali. Għal dak il-għan, il-promoturi li jitolbu finanzjament għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata bbażata fuq gwida li għandha tiġi żviluppata mill-Kummissjoni , fil-forma ta' att delegat u jqisu l-kriterji stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru …/… dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiffaċilita l-investiment sostenibbli (COM(2018)0353) biex jiddeterminaw jekk attività ekonomika hijiex ambjentalment sostenibbli . Meta jkun xieraq, proġetti taħt ċertu daqs definit fil-linji gwida jistgħu jiġu eżentati mill-ittestjar.

Il-gwida tal-Kummissjoni għandha tippermetti li:

a)

rigward l-adattament, tiġi żgurata r-reżiljenza għall-impatti negattivi potenzjali tat-tibdil fil-klima permezz ta' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u r-riskju tal-klima, inklużi miżuri ta' adattament rilevanti u, rigward il-mitigazzjoni, jiġu integrati l-kost tal-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra u l-effetti pożittivi ta' miżuri għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u tiġi żgurata konformità mal-għanijiet u l-istandards ambjentali tal-Unjoni ;

b)

tirrapporta dwar impatti konsolidati tal-proġetti f'termini tal-komponenti ewlenin tal-kapital naturali relatati mal-arja, mal-ilma, mal-art u mal-bijodiversità;

ba)

jiġi stmat l-impatt fuq l-impjiegi u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità;

c)

tistima l-impatt fuq l-inklużjoni soċjali ta' ċerti żoni jew popolazzjonijiet.

4.   Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu t-traċċar ta' investiment li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent, abbażi ta' gwida li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni u jivvalutaw fejn meħtieġ il-konformità tal-operazzjonijiet mar-Regolament (UE) …/… [dwar it-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli] .

4a.     Is-sezzjoni ta' politika tal-SMEs għandha toffri appoġġ ukoll lill-benefiċjarji li kienu ġew appoġġati minn faċilitajiet ta' garanzija differenti tal-UE amalgamati fil-qafas ta' InvestEU, b'mod partikolari l-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi tal-Programm Ewropa Kreattiva.

5.   Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jimmiraw li:

(a)

mill-inqas 65 % tal-investiment taħt is-sezzjoni ta' politika tal-infrastruttura sostenibbli jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent , f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi;

(b)

fil-qasam tat-trasport, mill-inqas 10 % tal-investiment taħt is-sezzjoni ta' politika tal-infrastruttura sostenibbli jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan tal-UE li jiġu eliminati l-inċidenti tat-traffiku fatali u l-korrimenti serji sal-2050 u biex jiġu rinnovati l-pontijiet u l-mini ferrovjarji u tat-toroq għall-finijiet ta' sikurezza tagħhom;

(c)

mill-inqas 35 % tal-investiment fil-qafas tas-sezzjoni ta' politika “Riċerka, Innovazzjoni u Diġitalizzazzjoni” jikkontribwixxi għall-Għanijiet ta' Orizzont Ewropa;

(d)

sehem sinifikanti tal-garanzija offruta lill-SMEs u lill-kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja fil-qafas tas-sezzjoni ta' politika tal-SMEs tappoġġa lill-SMEs innovattivi.

Il-Kummissjoni flimkien mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jirsistu li jiżguraw li l-parti tal-garanzija baġitarja użata għas-sezzjoni ta' politika tas-sostenibbiltà tiġi distribwita bil-għan ta' bilanċ bejn l-azzjonijiet fl-oqsma differenti.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tiddefinixxi l-linji gwida dwar l-investiment għal kull sezzjoni ta' politika.

6a.     Meta tipproduċi informazzjoni dwar l-interpretazzjoni tal-linji gwida ta' investiment, il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, għall-Kumitat tal-Investiment u għaċ-Ċentru ta' Konsulenza għall-InvestEU.

Artikolu 7a

Addizzjonalità

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “addizzjonalità” tfisser appoġġ mill-Fond InvestEU għal operazzjonijiet li jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali madwar l-Unjoni kollha u/jew speċifiċi għall-Istati Membri u li ma setgħux jitwettqu matul il-perjodu li fih tista' tintuża l-garanzija tal-UE, jew le bl-istess mod, mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni mingħajr l-appoġġ tal-Fond InvestEU.

Artikolu 8

Kompartimenti

1.   Kull waħda mis-sezzjonijiet ta' politika msemmija fl-Artikolu 7(1) għandha tikkonsisti f'żewġ kompartimenti li jindirizzaw fallimenti tas-suq ▌jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali kif ġej:

(a)

il-kompartiment tal-UE għandu jindirizza kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i)

fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali relatati mal-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni ▌;

(ii)

fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta' investiment mal-Unjoni kollha u/jew speċifiċi għall-Istati Membri ; jew

(iii)

fallimenti tas-suq ġodda jew kumplessi jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali bil-għan li jiġu żviluppati soluzzjonijiet finanzjarji u strutturi tas-suq ġodda;

(b)

il-kompartiment tal-Istat Membru għandu jindirizza fallimenti tas-suq speċifiċi jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali fi Stat Membru wieħed jew aktar sabiex iwettaq l-għanijiet tal-Fondi kontribwenti b'ġestjoni kondiviża.

2.   Il-kompartimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw , fejn xieraq, b'mod komplementari biex isostnu operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment, inkluż billi jgħaqqdu l-appoġġ miż-żewġ kompartimenti.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-kompartiment tal-Istat Membru

1.   Għandhom jintużaw ammonti allokati minn Stat Membru skont l-Artikolu [10(1)] tar-Regolament [[CPR] number] jew l-Artikolu [75(1)] tar-Regolament [[CAP plan] number] għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-Istat Membru li tkopri operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fl-Istat Membru kkonċernat.

1a.     L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-kompartiment ta' Stat Membru fil-forma ta' garanziji jew flus kontanti. Dawn il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintalbu biss għal ħlasijiet ta' sejħiet ta' garanzija wara l-finanzjament skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1).

2.   L-istabbiliment ta' dik il-parti tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-Istat Membru għandu jkun soġġett għall-konklużjoni ta' ftehim ta' kontribuzzjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni.

Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkonkludu ftehim ta' kontribuzzjoni konġunta mal-Kummissjoni.

B'deroga mill-[Artikolu 211(1)] tar-[Regolament Finanzjarju], ir-rata ta' proviżjonament tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru għandha tiġi ffissata għal 40 % u forsi aġġustata 'l isfel jew 'il fuq f'kull ftehim ta' kontribuzzjoni sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji marbuta mal-prodotti finanzjarji maħsuba biex jintużaw.

3.   Il-ftehim ta' kontribuzzjoni għandu tal-anqas jinkludi dawn l-elementi li ġejjin:

a)

l-ammont totali tal-parti tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-Istat Membru li jappartjeni lill-Istat Membru, ir-rata ta' proviżjonament tiegħu, l-ammont tal-kontribuzzjoni minn Fondi b'ġestjoni kondiviża, il-fażi ta' kostituzzjoni tal-proviżjonament skont pjan finanzjarju annwali u l-ammont tal-obbligazzjoni kontinġenti riżultanti li għandu jkun kopert minn garanzija back-to-back provduta mill-Istat Membru kkonċernat u/jew mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ;

b)

l-istrateġija li tikkonsisti fil-prodotti finanzjarji u fl-ingranaġġ minimu tagħhom, il-kopertura ġeografika, il-perjodu ta' investiment u, fejn applikabbli, il-kategoriji tar-riċevituri finali u tal-intermedjarji eliġibbli;

c)

▌is-sieħeb jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni magħżula fi ftehim mal-Istat Membru ;

d)

il-kontribuzzjoni possibbli mill-Fondi b'ġestjoni kondiviża għall-pjattaformi ta' investiment u għaċ-Ċentru tal-Konsulenza għall-InvestEU;

e)

l-obbligi ta' rappurtar annwali lejn l-Istat Membru, inkluż ir-rappurtar skont l-indikaturi msemmija fil-ftehim ta' kontribuzzjoni;

f)

dispożizzjonijiet dwar ir-rimunerazzjoni tal-parti tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru;

g)

kombinazzjoni possibbli ma' riżorsi fil-kompartiment tal-UE, inkluż fi struttura msaffa biex tinkiseb kopertura tar-riskju aħjar skont l-Artikolu 8(2).

Il-kontribuzzjonijiet minn Fondi taħt ġestjoni kondiviża jistgħu jintużaw, fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri bi ftehim mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, biex jiggarantixxu kwalunkwe parti tal-istrumenti finanzjarji strutturati.

4.   Il-ftehimiet ta' kontribuzzjoni għandhom jiġu implimentati mill-Kummissjoni permezz ta' ftehimiet ta' garanzija ffirmati ma' sħab inkarigati mill-implimentazzjoni skont l-Artikolu 14.

Meta, fi żmien disa' xhur mill-iffirmar tal-ftehim ta' kontribuzzjoni, l-ebda ftehim ta' garanzija ma jkun ġie konkluż jew l-ammont tal-ftehim ta' kontribuzzjoni ma jkunx kompletament impenjat permezz ta' ftehim jew ftehimiet ta' garanzija, il-ftehim ta' kontribuzzjoni għandu jintemm fl-ewwel każ jew jiġi emendat kif meħtieġ fit-tieni każ u l-ammont mhux użat tal-proviżjonament jiġi użat mill-ġdid skont [l-Artikolu 10(5)] tar-Regolament [[CPR] number] u l-Artikolu [75(5)] tar-Regolament [[CAP plan] number].

Fejn il-ftehim ta' garanzija ma ġiex implimentat kif xieraq fi żmien perjodu speċifikat fl-Artikolu [10(6)] tar-Regolament [[CPR] number] jew l-Artikolu [75(6)] tar-Regolament [[CAP plan] number], il-ftehim ta' kontribuzzjoni għandu jiġi emendat u l-ammont mhux użat ta' proviżjonament użat mill-ġdid skont [l-Artikolu 10(6)] tas-[CPR] number] u l-Artikolu [75(6)] tar-Regolament [[CAP plan]] number].

5.   Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-proviżjonament għall-parti tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-Istat Membru stabbilit bi ftehim ta' kontribuzzjoni:

(a)

wara l-fażi ta' kostituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, kull bilanċ annwali ta' dispożizzjonijiet, ikkalkulat billi jitqabbel l-ammont ta' dispożizzjonijiet meħtieġa mir-rata ta' proviżjonament u d-dispożizzjonijiet attwali, għandu jerġa' jintuża skont l-[Artikolu 10(6)] tas-[CPR] u l-Artikolu [75(6)] tal-[[CAP plan] number];

(b)

b'deroga mill-[Artikolu 213(4)] [tar-Regolament Finanzjarju], wara l-fażi tal-kostituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-proviżjonament ma għandux joħloq rifornimenti annwali matul id-disponibbiltà ta' dik il-parti tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru;

(c)

il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma lill-Istat Membru fejn, b'riżultat ta' sejħiet għal dik il-parti tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru, il-livell ta' proviżjonamenti għal dik il-parti tal-garanzija tal-UE jaqa' taħt 20 % tal-proviżjonament inizjali;

(d)

KAPITOLU III

Il-garanzija tal-UE

Artikolu 10

Il-garanzija tal-UE

1.   Il-garanzija tal-UE taħt il-Fond InvestEU għandha tingħata lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni skont l-[Artikolu 219(1)] tar-[Regolament Finanzjarju] u tiġi ġestita skont it-[Titolu X] tar-[Regolament Finanzjarju]. Il-garanzija tal-UE għandha tkun irrevokabbli, inkondizzjonata u pprovduta mal-ewwel talba lil kontropartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament u l-ipprezzar tagħha għandu jkun esklussivament marbut mal-karatteristiċi u l-profil tar-riskju tal-operazzjonijiet sottostanti, filwaqt li titqies b'mod xieraq in-natura tal-operazzjonijiet sottostanti u t-twettiq tal-objettivi ta' politika fil-mira, inkluża, jekk debitament ġustifikat, l-applikazzjoni possibbli ta' termini u inċentivi konċessjonali speċifiċi kif meħtieġ, b'mod partikolari:

(a)

f'sitwazzjonijiet fejn il-kundizzjonijiet tas-suq finanzjarju enfasizzati jipprevjenu t-twettiq ta' proġett vijabbli;

(b)

fejn meħtieġ biex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta' pjattaformi ta' investiment jew il-finanzjament ta' proġetti f'setturi jew oqsma li jesperjenzaw falliment sinifikanti tas-suq u/jew sitwazzjoni ta' investiment subottimali;

Barra minn hekk, il-garanzija tal-UE għandha tipprevedi:

(a)

mekkaniżmu robust għall-utilizzazzjoni fil-pront tiegħu;

(b)

tul konsistenti mal-maturità finali tal-aħħar riċevibbli mill-benefiċjarju finali;

(c)

monitoraġġ xieraq tal-portafoll tar-riskju u tal-garanzija;

(d)

mekkaniżmu affidabbli għall-istima tal-flussi ta' flus kontanti mistennija fil-każ li dawn jiġu użati;

(e)

dokumentazzjoni adegwata dwar deċiżjonijiet ta' ġestjoni tar-riskji;

(f)

flessibbiltà adegwata dwar il-mod kif tintuża l-garanzija, li tippermetti lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jibbenefikaw direttament mill-garanzija meta/jekk ikun hemm bżonn, b'mod partikolari fin-nuqqas ta' skema addizzjonali ta' garanzija;

(g)

it-twettiq tar-rekwiżiti addizzjonali kollha mitluba mis-superviżur regolatorju rilevanti, jekk ikun hemm, talli ġie meqjus bħala mitigazzjoni effettiva tar-riskju sħiħ.

1a.     Il-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-UE għandha tiġi allokata lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni. Mill-anqas 75 % tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-UE għandha tiġi allokata lill-Grupp tal-BEI. Ammonti li jaqbżu l-75 % tal-garanzija tal-UE jistgħu jsiru disponibbli għall-Grupp tal-BEI fil-każ li l-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali ma jkunux jistgħu jużaw bis-sħiħ is-sehem li jifdal tal-garanzija. Bl-istess mod, ammonti li jaqbżu 25 % tal-garanzija tal-UE jistgħu jsiru disponibbli għal sħab inkarigati mill-implimentazzjoni oħra fil-każ li l-Grupp tal-BEI ma jkunx jista' juża bis-sħiħ is-sehem tiegħu tal-garanzija. Il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-garanzija tal-UE anki f'każ li jiddeċiedu li jkollhom aċċess għaliha permezz tal-Grupp tal-BEI jew il-Fond Ewropew tal-Investiment.

2.   L-appoġġ tal-garanzija tal-UE jista' jingħata għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti minn dan ir-Regolament għal perjodu ta' investiment li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2027. Kuntratti bejn is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u r-riċevitur finali jew l-intermedjarju finanzjarju jew entità oħra msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) għandhom jiġu ffirmati sal-31 ta' Diċembru 2028.

Artikolu 11

Operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment eliġibbli

1.   Il-Fond InvestEU għandu jappoġġa biss operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment pubbliċi u privati li:

(a)

jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-[punti (a) sa (e) tal-Artikolu 209(2)] tar-[Regolament Finanzjarju], u bir-rekwiżit tal-addizzjonalità stabbilit ▌fl-Artikolu  7a ta' dan ir-Regolament, u, fejn xieraq, jimmassimizzaw l-investiment privat f'konformità mal-[punt (d) tal-Artikolu 209(2)] tar-[Regolament Finanzjarju];

(b)

jikkontribwixxu , jikkomplementaw u huma konsistenti mal-għanijiet ta' politika tal-Unjoni u jinsabu fil-kamp ta' applikazzjoni taż-żoni eliġibbli għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment taħt is-sezzjoni xierqa skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament; kif ukoll

(c)

ikunu konsistenti mal-linji gwida dwar l-investiment.

2.   Minbarra l-proġetti li jkunu jinsabu fl-Unjoni, il-Fond InvestEU jista' jappoġġa l-proġetti u l-operazzjonijiet li ġejjin permezz ta' finanzjament u investiment:

(a)

proġetti ▌bejn entitajiet ibbażati jew stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew aktar u li jestendu għal pajjiż terz wieħed jew aktar, inklużi pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali, pajjiżi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika tal-Viċinat, miż-Żona Ekonomika Ewropea jew mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, jew għal pajjiż jew territorju extra-Ewropew kif stabbilit fl-Anness II tat-TFUE, jew għal pajjiż terz assoċjat, kemm jekk ikun hemm sieħeb u kemm jekk le f'dawk il-pajjiżi jew territorji extra-Ewropej;

(b)

operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment f'pajjiżi msemmija fl-Artikolu 5 li jkunu kkontribwew għal prodott finanzjarju speċifiku.

3.   Il-Fond InvestEU jista' jappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li jipprovdu finanzi lil riċevituri li huma entitajiet legali stabbiliti f'xi wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

(a)

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(b)

pajjiż terz jew territorju assoċjat mal-Programm InvestEU skont l-Artikolu 5;

(c)

pajjiż terz imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, fejn applikabbli;

(d)

pajjiżi oħra fejn meħtieġ għall-finanzjament ta' proġett f'pajjiż jew territorju msemmi fil-punti (a) sa (c).

Artikolu 12

L-għażla tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħżel f'konformità mal-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jew grupp minnhom, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, minn fost il-kontropartijiet eliġibbli.

Għall-kompartiment tal-UE, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom ikunu esprimew l-interess tagħhom u għandhom ikunu kapaċi jkopru operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fi Stat Membru jew reġjun wieħed jew aktar . Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jistgħu wkoll ikopru flimkien l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment fi Stat Membru jew reġjun wieħed jew aktar billi jiffurmaw grupp. Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, li r-responsabbiltà kuntrattwali tagħhom hija limitata bil-mandati nazzjonali rispettivi tagħhom, jistgħu jindirizzaw ukoll il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali bl-istrumenti rispettivi, adattati lokalment u komparabbli .

Fuq il-bażi tal-grad ta' maturità tal-proġett, il-grupp ta' sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jista' jiġi ffurmat fi kwalunkwe mument u b'konfigurazzjonijiet differenti, sabiex jissodisfa b'mod effiċjenti r-rekwiżiti tas-suq.

Għall-kompartiment tal-Istat Membru, l-Istat Membru kkonċernat jista' jipproponi kontroparti jew kontropartijiet eliġibbli bħala sħab inkarigati mill-implimentazzjoni minn fost dawk li jkunu wrew l-interess tagħhom skont l-Artikolu 9(3)(c).

Fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jipproponix sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproċedi skont it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu fost dawk is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li jkunu kapaċi jkopru operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment fiż-żoni ġeografiċi kkonċernati.

2.   Meta tagħżel is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-portafoll ta' prodotti finanzjarji taħt il-Fond InvestEU:

(a)

jimmassimizza l-kopertura tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3;

(b)

jimmassimizza l-impatt tal-garanzija tal-UE permezz tar-riżorsi proprji impenjati mis-sieħeb ta' implimentazzjoni;

(c)

jimmassimizza, fejn xieraq, l-investiment privat;

(d)

jikseb diversifikazzjoni ġeografika , u jippermetti finanzjament ta' proġetti iżgħar ;

(e)

jipprovdi diversifikazzjoni tar-riskji b'mod suffiċjenti;

(f)

jippromwovi soluzzjonijiet finanzjarji u tar-riskji innovattivi biex jindirizza fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali;

(fa)

jikseb addizzjonalità.

3.   Meta tkun qed tagħżel is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll:

(a)

l-ispiża u r-rimunerazzjoni possibbli għall-baġit tal-Unjoni;

(b)

il-kapaċità tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li jimplimenta bir-reqqa r-rekwiżiti tal-[ Artikoli 155(2) u 155(3) ] tar-[Regolament Finanzjarju] relatati mal-evitar tat-taxxa, mal-frodi tat-taxxa, mal-evażjoni tat-taxxa, mal-ħasil tal-flus, mal-finanzjament tat-terroriżmu u mal-ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx.

(ba)

il-kapaċità tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li jevalwa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment skont standards internazzjonali rikonoxxuti ta' klassifikazzjoni soċjali, b'attenzjoni partikolari għall-impatt soċjali u ambjentali;

(bb)

il-kapaċità tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li jagħti evidenza pubblika u jiżgura trasparenza u aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar kull operazzjoni ta' finanzjament u ta' investiment;

(bc)

fejn ikun rilevanti, il-kapaċità tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li jimmaniġġja strumenti finanzjarji, filwaqt li titqies l-esperjenza tal-passat ma' strumenti finanzjarji u awtoritajiet ta' ġestjoni msemmija fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) .

4.   Il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali jistgħu jintgħażlu bħala sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, bil-kundizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu u fit-tieni subparagrafu u tal-Artikolu 14(1).

Artikolu 13

Tipi eliġibbli ta' finanzjament

1.   Il-garanzija tal-UE tista' tintuża għall-kopertura tar-riskji għat-tipi ta' finanzjament li ġejjin ipprovduti mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni:

(a)

self, garanziji, kontrogaranziji, strumenti tas-suq tal-kapital, kwalunkwe forma oħra ta' finanzjament jew tisħiħ fil-kreditu, inkluż dejn subordinat, jew parteċipazzjonijiet f'ekwità jew kważi ekwità, pprovduti direttament jew indirettament permezz ta' intermedjarji finanzjarji, fondi, pjattaformi tal-investiment jew mezzi oħra li jkunu se jiġu mgħoddija lil riċevituri finali;

(b)

finanzjament jew garanziji minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lil istituzzjoni finanzjarja oħra li tippermetti lil dan tal-aħħar li jwettaq attivitajiet ta' finanzjament imsemmija fil-punt (a).

Sabiex jiġi kopert mill-garanzija tal-UE, il-finanzjament imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jingħata, jinkiseb jew jinħareġ għall-benefiċċju tal-operazzjonijiet ta' finanzjament jew ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 11(1), fejn il-finanzjament mis-sieħeb ta' implimentazzjoni jkun ingħata f'konformità ma' ftehim jew tranżazzjoni ta' finanzjament iffirmati jew sottoskritti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni wara li jiġi ffirmat il-ftehim ta' garanzija bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u li ma jkunx skada jew ġie kkanċellat.

2.   L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment permezz ta' fondi jew strutturi intermedjarji simili oħra għandhom ikunu koperti mill-garanzija tal-UE skont id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida tal-investiment anki jekk tali struttura tinvesti minoranza tal-ammonti investiti tagħha barra l-Unjoni u fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 11(2) jew f'assi għajr dawk eliġibbli skont dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Ftehim ta' garanzija

1.   Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta' garanzija ma' kull sieħeb ta' implimentazzjoni dwar l-għoti tal-garanzija tal-UE, b'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament sa ammont li jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni.

F'każ li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jiffurmaw grupp imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1), għandu jiġi konkluż ftehim ta' garanzija uniku bejn il-Kummissjoni u kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fil-grupp jew ma' sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni wieħed f'isem il-grupp.

2.   Il-ftehimiet ta' garanzija għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dispożizzjonijiet rigward:

(a)

l-ammont u t-termini tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tiġi pprovduta mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(b)

it-termini tal-finanzjament jew tal-garanziji li għandhom jiġu pprovduti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lil entità legali oħra li tipparteċipa fl-implimentazzjoni, kull meta dan ikun il-każ;

(c)

f'konformità mal-Artikolu 16, regoli dettaljati dwar il-provvediment tal-garanzija tal-UE, inkluża l-kopertura ta' portafolli ta' tipi speċifiċi ta' strumenti u l-avvenimenti rispettivi li joħolqu sejħiet possibbli għall-garanzija tal-UE;

(d)

ir-rimunerazzjoni għat-teħid tar-riskji li għandha tiġi allokata fi proporzjon mas-sehem rispettiv fit-teħid tar-riskji tal-Unjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(e)

il-kundizzjonijiet tal-ħlas;

(f)

l-impenn tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li jaċċetta d-deċiżjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat tal-Investiment fir-rigward tal-użu tal-garanzija tal-UE għall-benefiċċju ta' operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment li tiġi proposta, mingħajr preġudizzju għat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni dwar l-operazzjoni mingħajr il-garanzija tal-UE;

(g)

dispożizzjonijiet u proċeduri relatati mal-irkupru ta' pretensjonijiet li għandhom jiġu fdati lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(h)

ir-rappurtar finanzjarju u operattiv u l-monitoraġġ tal-operazzjonijiet taħt il-garanzija tal-UE;

(i)

indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-garanzija tal-UE, it-twettiq tal-għanijiet u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 3, 7 u 11 kif ukoll il-mobilizzazzjoni tal-kapital privat;

(j)

fejn applikabbli, dispożizzjonijiet u proċeduri relatati ma' operazzjonijiet ta' taħlit;

(k)

dispożizzjonijiet rilevanti oħra f'konformità mar-rekwiżiti tat-[Titolu X] tar-[Regolament Finanzjarju].

3.   Ftehim ta' garanzija għandu wkoll jipprovdi li r-remunerazzjoni attribwibbli lill-Unjoni minn operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti minn dan ir-Regolament għandha tiġi pprovduta wara t-tnaqqis ta' pagamenti dovuti fir-rigward ta' sejħiet fuq il-garanzija tal-UE.

4.   Barra minn hekk, ftehim ta' garanzija għandu jipprovdi li kull ammont dovut lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni relatat mal-garanzija tal-UE għandu jitnaqqas mill-ammont globali tar-rimunerazzjoni, tad-dħul u tal-ħlasijiet lura dovuti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lill-Unjoni minn operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti minn dan Regolament. Meta dan l-ammont ma jkunx suffiċjenti biex ikopri l-ammont dovut lil sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni skont l-Artikolu 15(3), l-ammont pendenti għandu jittieħed mill-proviżjonament tal-garanzija tal-UE.

5.   Fejn il-ftehim ta' garanzija jiġi konkluż taħt il-kompartiment tal-Istat Membru, dan jista' jipprovdi għall-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti mill-Istat Membru jew mir-reġjuni kkonċernati fil-monitoraġġ fuq l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' garanzija.

Artikolu 15

Rekwiżiti għall-użu tal-garanzija tal-UE

1.   L-għoti tal-garanzija tal-UE għandu jkun soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta' garanzija mas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni rilevanti.

2.   L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment għandhom ikunu koperti mill-garanzija tal-UE biss fejn jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament u fil-linji gwida tal-investiment rilevanti u fejn l-Kumitat tal-Investiment ikun ikkonkluda li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jibbenefikaw mill-appoġġ tal-garanzija tal-UE. Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jibqgħu responsabbli biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment ma' dan ir-Regolament u mal-linji gwida ta' investiment rilevanti.

3.   Ebda nefqa amministrattiva jew tariffa relatata mal-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment taħt il-garanzija tal-UE ma għandha tkun dovuta lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni mill-Kummissjoni, sakemm in-natura tal-għanijiet ta' politika mmirati mill-prodott finanzjarju li jkollu jiġi implimentat tkun tippermetti lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni juri l-ħtieġa li ssir eċċezzjoni. Il-kopertura ta' dawn l-ispejjeż għandha tiġi stabbilita fil-ftehim ta' garanzija u għandha tkun konformi mal-[Artikolu 209(2)(g)] tar-[Regolament Finanzjarju].

4.   Barra minn hekk, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista' juża l-garanzija tal-UE biex jissodisfa s-sehem rilevanti minn kwalunkwe spiża ta' rkupru, sakemm dan ma jitnaqqasx mid-dħul mill-irkupru, skont l-Artikolu 14(4).

Artikolu 16

Il-kopertura u t-termini tal-garanzija tal-UE

1.   Ir-remunerazzjoni għat-teħid tar-riskji għandha tiġi allokata bejn l-Unjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fi proporzjon mas-sehem rispettiv tagħhom fit-teħid tar-riskji ta' portafoll ta' operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment jew, fejn ikun rilevanti, ta' operazzjonijiet individwali u għandha tkun esklussivament relatata mal-karatteristiċi u l-profil tar-riskju tal-operazzjonijiet sottostanti . Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jkollu skopertura xierqa għar-riskji tiegħu stess għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment appoġġati mill-garanzija tal-UE, sakemm eċċezzjonalment l-għanijiet tal-politika mmirati mill-prodott finanzjarju li jkollu jiġi implimentat ikunu ta' tali natura li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni ma jkunx jista' jikkontribwixxi b'mod raġonevoli l-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji fiha.

2.   Il-garanzija tal-UE għandha tkopri:

(a)

prodotti tad-dejn imsemmija fl-Artikolu 13(1)(a):

(i)

il-kapital u l-imgħax kollu u l-ammonti dovuti lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni iżda mhux riċevuti f'konformità mat-termini tal-operazzjonijiet ta' finanzjament sal-avveniment ta' inadempjenza; id-dejn subordinat, id-differiment, ir-ribass jew iċ-ċessjoni mitluba għandhom jitqiesu bħala każ ta' inadempjenza;

(ii)

it-telf fuq ir-ristrutturar;

(iii)

it-telf li jirriżulta minn fluttwazzjonijiet ta' muniti barra mill-euro fi swieq fejn il-possibilitajiet għall-iħħeġġjar fit-tul ikunu limitati;

(b)

investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità msemmija fl-Artikolu 13(1)(a), l-ammonti investiti u l-ispejjeż tal-finanzjament assoċjati tagħhom u telf li jirriżulta minn fluttwazzjonijiet ta' muniti barra mill-euro;

(c)

finanzjament jew garanziji minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lil entità legali oħra msemmija fl-Artikolu 13(1)(b), l-ammonti użati u l-ispejjeż tal-finanzjament assoċjati magħhom.

3.   Fejn l-Unjoni tagħmel pagament lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fuq sejħa fuq il-garanzija tal-UE, dan għandu jiġi surrogat fid-drittijiet rilevanti, safejn jibqgħu jeżistu, tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni relatat ma' kwalunkwe operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment koperta mill-garanzija tal-UE.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu, f'isem l-Unjoni, isegwi l-irkupru ta' pretensjonijiet għall-ammonti surrogati u jirrimborża lill-Unjoni mis-somom irkuprati.

KAPITOLU IV

GOVERNANZA

Artikolu 16a

Bord ta' Tmexxija

1.     Il-Fond InvestEU għandu jkun irregolat minn Bord ta' Tmexxija li, għall-fini tal-użu tal-garanzija tal-UE, għandu jiddetermina, f'konformità mal-għanijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3:

(a)

l-orjentazzjoni strateġika tal-Fond InvestEU;

(b)

il-politiki u l-proċeduri operattivi meħtieġa għall-funzjonament tal-Fond InvestEU;

(c)

ir-regoli applikabbli għall-operazzjonijiet bi pjattaformi ta' investiment.

2.     Il-Bord ta' Tmexxija għandu:

(a)

jinkludi sitt membri kif ġej:

(i)

tliet membri maħtura mill-Kummissjoni;

(ii)

membru maħtur mill-Grupp tal-BEI;

(iii)

membru wieħed maħtur mill-Bord Konsultattiv minn fost ir-rappreżentanti tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni; dak il-membru ma għandux ikun rappreżentant tal-Grupp tal-BEI;

(iv)

espert wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew. Dak l-espert ma għandux ifittex jew isegwi struzzjonijiet minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni Ewropea, minn kwalunkwe gvern ta' Stat Membru jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor u għandu jaġixxi b'indipendenza sħiħa. L-espert għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'mod imparzjali u fl-interess tal-Fond InvestEU;

(b)

jeleġġi President fost it-tliet Membri maħtura mill-Kummissjoni għal terminu fiss ta' tliet snin, li jista' jiġġedded darba;

(c)

jiddiskuti u jqis kemm jista' jkun il-pożizzjonijiet tal-membri kollha. Jekk il-membri ma jistgħux jikkonverġu fil-pożizzjonijiet tagħhom, il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza tal-membri tiegħu. Il-minuti tal-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija għandhom iqisu b'mod sostantiv il-pożizzjonijiet tal-membri kollha.

3.     Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipproponi lill-Kummissjoni modifiki għad-distribuzzjoni tal-ammonti msemmija fl-Anness I.

4.     Il-Bord ta' Tmexxija għandu jorganizza b'mod regolari konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, b'mod partikolari l-koinvestituri, l-awtoritajiet pubbliċi, l-esperti, l-istituzzjonijiet edukattivi, ta' taħriġ u riċerka, l-organizzazzjonijiet filantropiċi, is-sħab soċjali rilevanti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, dwar l-orjentazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika ta' investiment mwettqa skont dan ir-Regolament.

5.     Il-minuti ddettaljati tal-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jiġu ppubblikati mill-aktar fis possibbli wara li jiġu approvati mill-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 17

Il-Bord Konsultattiv

1.   Il-Kummissjoni u l-Bord ta' Tmexxija għandhom ikunu megħjuna minn bord konsultattiv ▌.

1a. Il-bord konsultattiv għandu jagħmel ħiltu biex jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri u għandu jinkludi:

(a)

rappreżentant wieħed minn kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(b)

rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru;

(c)

rappreżentant wieħed mill-Grupp tal-BEI;

(d)

rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni;

(e)

espert wieħed għal kull sezzjoni ta' politika, maħtur mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

(f)

espert wieħed maħtur mill-Kumitat tar-Reġjuni.

2.   ▌

3.   ▌

4.   Il-laqgħa tal-bord konsultattiv ▌għandha tkun ippreseduta minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Ir-rappreżentant tal-Grupp tal-BEI għandu jkun il-Viċi President .

Il-bord konsultattiv għandu jiltaqa' regolarment u mill-inqas darbtejn fis-sena fuq talba tal-President. ▌

Il-minuti ddettaljati tal-laqgħat tal-Bord Konsultattiv għandhom jiġu ppubblikati mill-aktar fis possibbli wara li jiġu approvati mill-Bord Konsultattiv.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri operattivi u tamministra s-segretarjat tal-bord konsultattiv.

5.   Il-bord konsultattiv għandu:

(a)

jipprovdi pariri dwar it-tfassil ta' prodotti finanzjarji li għandhom jiġu implimentati skont dan ir-Regolament;

(b)

jagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-Bord ta' Tmexxija dwar il-fallimenti tas-suq u dwar is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u l-kundizzjonijiet tas-suq;

(c)

jinforma lill-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni tal-Fond InvestEU taħt kull sezzjoni ta' politika ;

(d)

jiskambja opinjonijiet mal-Istati Membri rigward żviluppi tas-suq u jaqsam l-aħjar prattiċi.

Artikolu 17a

Metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju. Din il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi żviluppata f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp tal-BEI u mas-sħab l-oħra inkarigati mill-implimentazzjoni u għandha tinkludi:

(a)

klassifikazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju, biex jiġi żgurat trattament konsistenti u standard tal-operazzjonijiet kollha indipendenti mill-istituzzjoni intermedjarja;

(b)

metodoloġija biex jiġi vvalutat il-valur f'riskju u l-probabbiltà ta' inadempjenza bbażata fuq metodi statistiċi ċari, inklużi kriterji ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG);

(c)

metodu biex tiġi vvalutata l-iskopertura fl-inadempjenza u t-telf fil-każ ta' inadempjenza, billi jitqiesu l-valur tal-finanzjament, ir-riskju tal-proġett, it-termini tal-ħlas lura, il-kollateral, u indikaturi rilevanti oħra.

Artikolu 17b

Tabella ta' valutazzjoni

1.     Tabella ta' valutazzjoni fir-rigward tal-indikaturi (“it-Tabella ta' valutazzjoni”) għandha tintuża minn kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jevalwa l-kwalità u s-solidità tal-investimenti potenzjalment appoġġati mill-garanzija tal-UE. It-tabella ta' valutazzjoni għandha tiżgura valutazzjoni indipendenti, trasparenti u armonizzata tal-użu potenzjali u attwali tal-garanzija tal-UE.

2.     Kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jimla t-tabella ta' valutazzjoni dwar l-operazzjonijiet proposti ta' finanzjament u ta' investiment tiegħu. Jekk l-operazzjoni ta' investiment tkun proposta minn bosta sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, it-tabella ta' valutazzjoni għandha timtela b'mod konġunt mid-diversi sħab inkarigati mill-implimentazzjoni involuti.

3.     It-tabella ta' valutazzjoni għandha, b'mod partikolari, tinkludi valutazzjoni ta':

(a)

il-profil tar-riskju tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment proposti kif jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 17a;

(b)

il-benefiċċju għar-riċevituri finali;

(c)

il-konformità mal-impenji tal-Unjoni dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

(d)

ir-rispett tal-kriterji ta' eliġibbiltà;

(e)

il-kwalità u l-kontribut tal-operazzjoni ta' investiment għat-tkabbir sostenibbli u l-impjieg;

(f)

il-kontribut tal-operazzjoni ta' investiment għat-twettiq tal-għanijiet tal-Programm InvestEU;

(g)

il-kontribuzzjoni teknika u finanzjarja għall-proġett;

(h)

jekk l-operazzjoni proposta tindirizzax il-fallimenti tas-suq jew l-operazzjonijiet ta' investiment subottimali identifikati.

4.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dettaljati għat-tabella ta' valutazzjoni biex jintużaw mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni.

5.     Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tipprovdi assistenza lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni fl-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju u fil-kumpilazzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni. Huma għandhom jiżguraw li l-metodoloġija tal-punteġġi tiġi applikata kif suppost u li t-tabelli ta' valutazzjoni ppreżentati lill-Kumitat tal-Investiment ikunu ta' kwalità għolja.

Artikolu 18

Artikolu 19

Il-Kumitat tal-Investiment

1.   Għandu jiġi stabbilit Kumitat tal-Investiment għalkollox indipendenti . Huwa għandu:

(a)

jeżamina l-proposti għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment ippreżentati minn sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għal kopertura taħt il-garanzija tal-UE , li għaddew minn kontroll tal-konformità mal-liġi u l-politiki tal-Unjoni mwettaq mill-Kummissjoni ;

(b)

jivverifika l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament u mal-linji gwida ta' investiment rilevanti, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari għar-rekwiżit ta' addizzjonalità msemmi fl-Artikolu  7a ta' dan ir-Regolament u l-ħtieġa , fejn xieraq, li jiġi attratt l-investiment privat imsemmi fl-[Artikolu 209(2)(d)] tar-[Regolament Finanzjarju]; kif ukoll

(c)

jivverifika jekk l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li jitressqu biex jibbenefikaw mill-appoġġ tal-garanzija tal-UE jikkonformawx mar-rekwiżiti rilevanti kollha.

2.   Il-Kumitat tal-Investiment għandu jiltaqa' f'erba' konfigurazzjonijiet differenti, li jikkorrispondu mas-sezzjonijiet ta' politika msemmija fl-Artikolu 7(1).

Kull konfigurazzjoni tal-Kumitat tal-Investiment għandha tkun magħmula minn sitt esperti esterni rimunerati. L-esperti għandhom jintgħażlu f'konformità mal-[Artikolu 237] tar-[Regolament Finanzjarju] u jinħatru mill-Kummissjoni għal terminu fiss li ma jaqbiżx l-erba' snin. It-terminu tagħhom għandu jkun jista' jiġġedded iżda b'kollox ma għandux jaqbeż is-seba' snin. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jiddeċiedi li jġedded il-mandat ta' membru stabbilit tal-Kumitat tal-Investiment mingħajr ma juża l-proċedura stabbilita f'dan il-paragrafu.

L-esperti għandu jkollhom livell għoli ta' esperjenza rilevanti fis-suq fl-istrutturar u fil-finanzjament tal-proġetti jew fil-finanzjament ta' SMEs jew ta' korporazzjonijiet.

Il-kompożizzjoni tal-Kumitat tal-Investiment għandha tiżgura li jkollu għarfien wiesa' tas-setturi koperti mis-sezzjonijiet ta' politika msemmija fl-Artikolu 7(1) u tas-swieq ġeografiċi fl-Unjoni u li kumplessivament ikollu bilanċ bejn il-ġeneri.

Erba' membri għandhom ikunu membri permanenti tal-erba' konfigurazzjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment. Barra minn hekk, l-erba' konfigurazzjonijiet għandu jkollhom żewġ esperti kull wieħed b'esperjenza fl-investiment fis-setturi koperti minn dik is-sezzjoni ta' politika. Mill-inqas wieħed mill-membri permanenti għandu jkollu kompetenza fl-investiment sostenibbli. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jassenja l-membri tal-Kumitat tal-Investiment għall-konfigurazzjoni jew konfigurazzjonijiet xierqa tiegħu. Il-Kumitat tal-Investiment għandu jaħtar president minn fost il-membri permanenti tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli ta' proċedura u  tospita s-segretarjat għall-Kumitat tal-Investiment. Is-Segretarjat għandu jappoġġa wkoll lill-Bord ta' Tmexxija.

3.   Meta jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Kumitat tal-Investiment, il-membri tiegħu għandhom iwettqu d-doveri tagħhom imparzjalment u fl-interess uniku tal-Fond InvestEU. Huma ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mill-Istati Membri, jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.

Is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess ta' kull membru tal-Kumitat tal-Investiment għandhom ikunu ppubblikati u aġġornati kostantement. Kull membru tal-Kumitat tal-Investiment għandu jikkomunika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Bord ta' Tmexxija l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jibqa' jiġi vverifikat fuq bażi kontinwa li ma jkun hemm ebda kunflitt ta' interessi.

Il-Bord ta' Tmexxija jista' jneħħi membru mill-funzjonijiet tiegħu jew tagħha jekk hu jew hi ma jirrispettax ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu jew minħabba raġunijiet oħra debitament ġustifikati.

4.   Meta jaġixxi skont dan l-Artikolu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jkun appoġġat minn segretarjat ospitat mill-Kummissjoni u responsabbli għall-president tal-Kumitat tal-Investiment. Is-segretarjat għandu jivverifika l-kompletezza tad-dokumentazzjoni pprovduta mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li tinvolvi formola ta' talba standardizzata, it-tabella ta' valutazzjoni u kull dokument ieħor li l-Kumitat tal-Investiment iqis rilevanti. Il-Kumitat tal-Investiment jista' jfittex kjarifiki mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni matul il-laqgħat tiegħu jew billi jitlob li tiġi ppreżentata informazzjoni addizzjonali għal laqgħa sussegwenti. Kwalunkwe valutazzjoni tal-proġett imwettqa minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni ma għandhiex tkun vinkolanti fuq il-Kumitat tal-Investiment għall-finijiet ta' operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment li tibbenefika mill-kopertura mill-garanzija tal-UE.

Il-Kumitat tal-Investiment għandu juża fil-valutazzjoni u l-verifika tiegħu tal-proposti tabella ta' valutazzjoni fir-rigward tal-indikaturi msemmija fl- Artikolu 17b .

5.   Il-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment għandhom jiġu adottati b'maġġoranza sempliċi mill-membri tiegħu , fejn tali maġġoranza sempliċi tinkludi mill-anqas wieħed mill-esperti . F'każ ta' parità, il-President tal-Kumitat tal-Investiment ikollu l-vot deċiżiv.

Il-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment li japprovaw l-appoġġ tal-garanzija tal-UE għal operazzjoni ta' finanzjament jew ta' investiment għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku u għandhom jinkludu r-raġuni għall-approvazzjoni. Għandhom jirreferu wkoll għall-valutazzjoni globali li toħroġ mit-tabella ta' valutazzjoni. Fejn applikabbli, il-Kumitat tal-Investiment għandu jinkludi fil-lista tal-konklużjonijiet li japprovaw l-appoġġ tal-informazzjoni tal-garanzija tal-UE dwar l-operazzjonijiet, b'mod partikolari d-deskrizzjoni tagħhom, l-identità tal-promoturi jew intermedjarji finanzjarji u l-għanijiet tal-proġett. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tinkludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Fil-każ ta' deċiżjonijiet kummerċjalment sensittivi, il-Kumitat tal-Investiment għandu jippubblika dawn id-deċiżjonijiet u informazzjoni dwar promoturi jew intermedjarji finanzjarji fid-data tal-għeluq tal-finanzjament rilevanti jew f'data aktar kmieni meta tintemm is-sensittività kummerċjali .

It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku qabel l-iffirmar ta' operazzjoni jew sottoproġett ta' finanzjament jew ta' investiment ▌. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex ikun fiha informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew data personali li ma għandhiex tiġi żvelata skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Darbtejn fis-sena, ▌il-Kumitat tal-Investiment ▌għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill lista tal-konklużjonijiet kollha kif ukoll it-tabelli ta' valutazzjoni relatati ma' dawk id-deċiżjonijiet kollha. Dik is-sottomissjoni għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità.

Konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment li jirrifjutaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom ikunu disponibbli fil-ħin lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni ikkonċernat.

6.   Fejn il-Kumitat tal-Investiment jintalab japprova l-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjoni ta' finanzjament jew investiment li tkun faċilità, programm jew struttura b'sottoproġetti sottostanti, dik l-approvazzjoni għandha tinkludi s-sottoproġetti sottostanti, sakemm il-Kumitat tal-Investiment , f'każijiet debitament ġustifikati, ma jiddeċidix li jżomm id-dritt li japprovahom separatament.

6a.     Il-Kumitat tal-Investiment jista', meta jqis li jkun meħtieġ, jissottometti lill-Kummissjoni proposti għal emendi tal-linji gwida dwar l-investiment.

KAPITOLU V

Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU

Artikolu 20

Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU

1.   Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu jipprovdi appoġġ konsultattiv għall-identifikazzjoni, għat-tħejjija, għall-iżvilupp, għall-istrutturar, għall-akkwist u għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' investiment, jew itejjeb il-kapaċità ta' promoturi u intermedjarji finanzjarji biex jimplimentaw operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment. L-appoġġ tiegħu jista' jkopri kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja ta' proġett jew ta' finanzjament ta' entità appoġġata, kif xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehimiet mal-Grupp tal-BEI u ma' sħab ta' implimentazzjoni oħra sabiex tinnominahom bħala msieħba tal-Konsulenza u tiċċarġjahom bl-għoti ta' appoġġ konsultattiv, kif imsemmi fis-subparagrafu preċedenti, u s-servizzi msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-punt ta' aċċess uniku għaċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU u talloka t-talbiet għal appoġġ konsultattiv għas-sieħeb xieraq taċ-Ċentru ta' Konsulenza. Il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u s-sħab implimentattivi l-oħra għandhom jikkooperaw mill-qrib bil-għan li jiżguraw l-effiċjenza, is-sinerġiji u l-kopertura ġeografika effettiva tal-appoġġ madwar l-Unjoni, filwaqt li jqisu l-istrutturi u x-xogħol eżistenti.

Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu jkun disponibbli bħala komponent taħt kull sezzjoni ta' politika msemmija fl-Artikolu 7(1) u jkopri s-setturi kollha ta' dik is-sezzjoni. Barra minn hekk, servizzi konsultattivi transsettorjali u li jibnu l-kapaċità għandhom ikunu disponibbli.

2.   Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu b'mod partikolari jipprovdi s-servizzi li ġejjin:

(a)

jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-għajnuna rigward l-iżvilupp tal-proġetti lill-awtoritajiet u lill-promoturi tal-proġetti għal programmi tal-Unjoni mmaniġġati ċentralment;

(aa)

tixrid lill-awtoritajiet u lill-promoturi tal-proġetti tal-informazzjoni addizzjonali disponibbli kollha li tirrigwarda l-linji gwida dwar l-investiment u l-interpretazzjoni ta' dawk il-linji gwida.

(b)

jgħin lill-promoturi tal-proġetti, fejn xieraq, fl-iżvilupp tal-proġetti tagħhom sabiex jissodisfaw l-għanijiet u l-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 3, 7 u 11 u jiffaċilita l-iżvilupp ta' aggregaturi għal proġetti fuq skala żgħira; madankollu, din l-għajnuna ma tippreġudikax il-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment dwar il-kopertura tal-appoġġ tal-garanzija tal-UE għal tali proġetti;

(ba)

juża l-potenzjal li jattira u jiffinanzja proġetti fuq skala żgħira, inkluż permezz ta' pjattaformi ta' investiment;

(c)

jappoġġa l-azzjonijiet u jqawwi l-għarfien lokali biex jiffaċilita l-użu tal-appoġġ tal-Fond InvestEU madwar l-Unjoni u jikkontribwixxi b'mod attiv fejn possibbli għall-għan tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-Fond InvestEU billi jappoġġa s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni biex joriġinaw u jiżviluppaw operazzjonijiet potenzjali ta' finanzjament u ta' investiment;

(d)

jiffaċilita l-istabbiliment ta' pjattaformi kollaborattivi għal skambju bejn il-pari u għal skambju ta' data, ta' kompetenzi u tal-aħjar prattiki biex jappoġġa r-riżerva tal-proġetti u l-iżvilupp tas-settur, inkluż l-għoti ta' għajnuna biex tiġi promossa l-kollaborazzjoni bejn, min-naħa l-waħda, l-organizzazzjonijiet filantropiċi u, min-naħa l-oħra, investituri potenzjali oħra u promoturi ta' proġetti, b'mod partikolari fir-rigward tat-tieqa tal-politika dwar l-investiment soċjali u l-ħiliet ;

(e)

jipprovdi appoġġ konsultattiv proattiv dwar l-istabbiliment ta' pjattaformi ta' investiment, b'mod partikolari pjattaformi ta' investiment transfruntiera u makroreġjonali kif ukoll pjattaformi li jaggruppaw flimkien proġetti ta' daqs żgħir u medju fi Stat Membru wieħed jew aktar skont it-tema jew skont ir-reġjun ;

(ea)

jiffaċilita u jappoġġa l-użu ta' blending permezz ta' għotjiet jew strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni jew minn sorsi oħra sabiex jissaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn l-istrumenti tal-Unjoni u jiġu mmassimizzati l-ingranaġġ u l-impatt tal-Programm InvestEU;

(f)

jappoġġa azzjonijiet għall-bini tal-kapaċità sabiex jiġu żviluppati kapaċitajiet, ħiliet u proċessi organizzattivi u biex tiġi aċċellerata l-prontezza għall-investiment tal-organizzazzjonijiet sabiex il-promoturi u l-awtoritajiet jibnu riżervi ta' proġetti ta' investiment , jiżviluppaw strumenti finanzjarji u pjattaformi ta' investiment, u jimmaniġġjaw proġetti u sabiex l-intermedjarji finanzjarji jimplimentaw operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment għall-benefiċċju ta' entitajiet li jkunu qed jaffaċċjaw diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-finanzi, inkluż permezz ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' kapaċità ta' valutazzjoni tar-riskji jew ta' għarfien speċifiku għas-settur , b'enfasi partikolari fuq is-setturi kulturali u kreattivi .

(fa)

jipprovdi appoġġ konsultattiv proattiv għan-negozji ġodda, speċjalment meta jfittxu li jipproteġu r-riċerka u l-investimenti ta' innovazzjoni tagħhom billi jiksbu titli ta' proprjetà intellettwali, bħal privattivi.

3.   Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu jkun disponibbli għal promoturi ta' proġetti pubbliċi u privati , inklużi banek promozzjonali nazzjonali, pjattaformi ta' investiment, SMEs u negozji ġodda, għal awtoritajiet pubbliċi kif ukoll għal intermedjarji finanzjarji u intermedjarji oħrajn.

4.   Jistgħu jitħallsu tariffi għas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2 biex ikopru parti mill-ispejjeż fuq il-provvista ta' dawk is-servizzi, ħlief għal servizzi pprovduti lil promoturi ta' proġetti pubbliċi u lil istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, li għandhom ikunu mingħajr ħlas . It-tariffi għas-servizzi lil SMEs imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu limitati għal terz tal-ispiża tal-provvista ta' dawk is-servizzi .

5.   Sabiex jinkiseb l-għan imsemmi fil-paragrafu 1 u biex tiġi ffaċilitata l-provvista ta' appoġġ konsultattiv, iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu jibni fuq il-kompetenza tal-Kummissjoni, tal-Grupp tal-BEI u tas-sħab l-oħra inkarigati mill-implimentazzjoni.

6.   Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu jkollu preżenza lokali, fejn meħtieġ. Din għandha tiġi stabbilita b'mod partikolari fi Stati Membri jew f'reġjuni li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet fl-iżvilupp ta' proġetti taħt il-Fond InvestEU. Iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għandu jgħin fit-trasferiment ta' għarfien fil-livell reġjonali u lokali bil-għan li jissaħħu l-kapaċità u l-għarfien espert reġjonali u lokali għall-appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 , u biex jiġu implimentati u akkomodati proġetti żgħar .

6a.     Sabiex jipprovdi l-appoġġ konsultattiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex jiffaċilita l-għoti ta' dak l-appoġġ konsultattiv fil-livell lokali, iċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU għandu jikkoopera u jibbenefika mill-għarfien espert tal-banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali. Il-kooperazzjoni bejn, min-naħa waħda, iċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU u, min-naħa l-oħra, bank jew istituzzjoni promozzjonali nazzjonali, jistgħu jieħdu l-forma ta' sħubija kuntrattwali. Iċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU għandu jipprova jikkonkludi mill-inqas ftehim ta' kooperazzjoni wieħed ma' bank jew istituzzjoni nazzjonali promozzjonali għal kull Stat Membru. Fi Stati Membri fejn il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali ma jeżistux, iċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU għandu jipprovdi, fejn xieraq, u fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, appoġġ konsultattiv proattiv dwar l-istabbiliment ta' tali bank jew istituzzjoni.

7.   Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipproponu lill-promoturi tal-proġetti li japplikaw għal finanzjament, inklużi b'mod partikolari l-proġetti fuq skala iżgħar, biex jitolbu l-appoġġ taċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU sabiex itejbu, fejn xieraq, it-tħejjija tal-proġetti tagħhom u biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tal-possibbiltà tar-raggruppament tal-proġetti.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom ukoll jinfurmaw lill-promoturi, fejn rilevanti, dwar il-possibbiltà li jelenkaw il-proġetti tagħhom fuq il-Portal tal-InvestEU msemmi fl-Artikolu 21.

KAPITOLU VI

Artikolu 21

Il-Portal tal-InvestEU

1.   Il-Portal tal-InvestEU għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. Dan għandu jkun bażi ta' data aċċessibbli faċilment u faċli biex tintuża, li tipprovdi informazzjoni rilevanti dwar kull proġett.

2.   Il-Portal tal-InvestEU għandu jipprovdi kanal għal promoturi ta' proġetti biex iressqu l-proġetti tagħhom li għalihom huma jkunu qegħdin ifittxu finanzjament viżibbli u b'hekk jipprovdi informazzjoni dwarhom lill-investituri. L-inklużjoni ta' proġetti fil-Portal tal-InvestEU għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet dwar il-proġetti finali magħżula għas-sostenn skont dan ir-Regolament, skont kwalunkwe strument ieħor tal-Unjoni, jew għall-finanzjament pubbliku.

3.   Il-proġetti li jkunu kompatibbli mal-liġi u mal-politiki tal-Unjoni biss għandhom jiġu elenkati fil-Portal.

4.   Proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom jiġu trażmessi mill-Kummissjoni lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni rilevanti , u liċ-Ċentru ta' Konsulenza tal-InvestEU, kif xieraq .

5.   Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jeżaminaw proġetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku u tal-attività tagħhom.

KAPITOLU VII

L-OBBLIGU TA' RENDIKONT, IL-MONITORAĠĠ U R-RAPPURTAR, L-EVALWAZZJONI U L-KONTROLLI

Artikolu 21a

Obbligu ta' rendikont

1.     Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-President tal-Bord ta' Tmexxija għandu jirrapporta dwar il-prestazzjoni tal-Fond tal-InvestEU lill-istituzzjoni rikjedenti, inkluż billi jipparteċipa f'seduta quddiem il-Parlament Ewropew.

2.     Il-President tal-Bord ta' Tmexxija għandu jwieġeb bil-fomm jew bil-miktub għal mistoqsijiet indirizzati lill-Fond tal-InvestEU mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, fi kwalunkwe każ fi żmien ħames ġimgħat mid-data tal-wasla ta' mistoqsija.

3.     Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Monitoraġġ u rappurtar

1.   L-indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU lejn l-ilħuq tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

2.   Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm InvestEU biex jikseb l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex temenda l-Anness III ta' dan ir-Regolament biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies neċessarju u biex tissuplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.

3.   Is-sistema ta' rappurtar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rappurtar proporzjonat fuq is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u fuq parteċipanti oħra tal-fondi tal-Unjoni, kif ikun xieraq.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU skont l-[Artikoli 241 u 250] tar-[Regolament Finanzjarju]. Għal dan il-għan, il-Grupp tal-BEI u s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipprovdu kull sena l-informazzjoni meħtieġa , inkluża dik dwar il-funzjonament tal-garanzija, biex tippermetti li l-Kummissjoni tikkonforma mal-obbligi ta' rappurtar tagħha.

5.   Barra minn hekk, kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jissottometti rapport kull sitt xhur lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti minn dan ir-Regolament, imqassam skont il-kompartiment tal-UE u l-kompartiment tal-Istat Membru, kif xieraq. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll data operazzjonali, statistika, finanzjarja u ta' kontabilità , sa fejn ikun l-aktar possibbli filwaqt li jipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni privata u kummerċjalment sensittiva, dwar kull operazzjoni ta' finanzjament u ta' investiment u fil-livell tal-kompartiment, tas-sezzjoni ta' politika u tal-livell tal-Fond InvestEU. Wieħed minn dawn ir-rapporti għandu jkun fih l-informazzjoni li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipprovdu skont l-[Artikolu 155(1)(a)] tar-[Regolament Finanzjarju]. Il-Kummissjoni għandha tikkompila u tivvaluta r-rapporti tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u tippreżenta sommarju fil-forma ta' rapporti annwali pubbliċi, li jipprovdu informazzjoni dwar il-livell ta' implimentazzjoni tal-programm skont l-għanijiet u l-indikaturi ta' prestazzjoni tagħha, li jindikaw ir-riskji u l-opportunitajiet għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment appoġġati mill-Programm InvestEU.

Artikolu 23

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.   Sat-30 ta' Settembru  2024 , il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim dwar il-Programm InvestEU, b'mod partikolari dwar l-użu tal-garanzija tal-UE.

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Programm InvestEU, b'mod partikolari dwar l-użu tal-garanzija tal-UE.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati bl-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

5.   L-imsieħba għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex twettaq l-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

6.   Skont l-[Artikolu 211(1)] tar-[Regolament Finanzjarju], il-Kummissjoni għandha tinkludi kull tliet snin fir-rapport annwali msemmi fl-[Artikolu 250] tar-[Regolament Finanzjarju] rieżami tal-adegwatezza tar-rata ta' proviżjonament stabbilita fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament apparagun mal-profil tar-riskju attwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti mill-garanzija tal-UE. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 sabiex taġġusta, abbażi ta' dak ir-rieżami, ir-rata ta' proviżjonament stabbilita fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament b'mhux aktar minn 15 %.

Artikolu 24

Awditi

L-awditi dwar l-użu tal-finanzjament tal-Unjoni mwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri flimkien ma' dawk imwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inklużi oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-[Artikolu 127] tar-[Regolament Finanzjarju].

Artikolu 25

Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm InvestEU permezz ta' deċiżjoni taħt ftehim internazzjonali jew permezz ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa mill-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni responsabbli, mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF).

Artikolu 26

Eżerċizzju ta' delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. L-atti delegati li jikkonċernaw attivitajiet li jitwettqu mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, jew li jinvolvuhom, għandhom jitfasslu fi djalogu mill-qrib ma' dawk is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni.

2.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli  4(2), 7(3) u (6), 17a,  17b, 22(2) u 23(6) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-[dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli  4(2), 7( 3) u (6),  17a, 17b,  22(2) u 23(6) tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli  4(2), 7( 3) u (6),  17a, 17b,  22(2) u 23(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU VIII

TRASPARENZA U VIŻIBILITÀ

Artikolu 27

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku , billi jiffokaw ukoll fuq l-impatti soċjali u ambjentali.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm InvestEU, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm InvestEU għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Id-dħul, il-ħlas lura u l-irkupri minn strumenti finanzjarji stabbiliti mill-programmi msemmija fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw għall-proviżjonament tal-garanzija tal-UE skont dan ir-Regolament.

2.   Id-dħul, il-ħlasijiet lura u l-irkupri mill-garanzija tal-UE stabbiliti bir-Regolament (UE) 2015/1017 jistgħu jintużaw għall-proviżjonament tal-garanzija tal-UE skont dan ir-Regolament, sakemm ma jintużawx għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 9 u 12 tar-Regolament (UE) 2015/1017.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

Ammonti għal kull objettiv speċifiku

Id-distribuzzjoni▌msemmija fl-Artikolu 4(2) b'risq operazzjonijiet finanzjarji u ta' investiment għandha tkun kif ġej:

(a)

▌EUR 11 500 000 000 għall-għanijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2);

(b)

▌EUR 11 250 000 000 għall-għanijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2);

(c)

▌EUR  12 500 000 000 għall-għanijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2);

(d)

▌EUR  5 567 500 000 għall-għanijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2).

ANNESS II

Oqsma eliġibbli għal operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment

L-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment jistgħu jaqgħu taħt qasam wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

1.

L-iżvilupp tas-settur tal-enerġija f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u l-impenji li saru taħt l-Aġenda 2030 u tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari permezz ta':

(a)

l-espansjoni tal-ġenerazzjoni, l-aċċelerazzjoni tal-iskjerament, tal-provvista jew l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' enerġija rinnovabbli nadifa u sostenibbli;

(b)

l-effiċjenza fl-enerġija, it-tranżizzjoni tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija (b'enfasi fuq it-tnaqqis tad-domanda permezz ta' ġestjoni tad-domanda u r-rinnovazzjoni tal-bini);

(c)

l-iżvilupp, l-istallazzjoni ta' sistemi intelliġenti, u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli (fil-livell tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, it-teknoloġiji tal-ħżin u l-grilji intelliġenti); u ż-żieda fil-livell ta' interkonnessjoni tal-elettriku bejn l-Istati Membri;

(d)

il-produzzjoni u l-provvista ta' fjuwils sintetiċi sostenibbli minn sorsi rinnovabbli/mingħajr emissjonijiet ta' karbonju u fjuwils alternattivi , skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-[Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli 2009/28/KE] ;

(e)

infrastruttura għall-ġbir tal-karbonju, għall-ħżin tal-karbonju fi proċessi industrijali, impjanti tal-bijoenerġija u faċilitajiet tal-manifattura lejn it-tranżizzjoni tal-enerġija .

2.

L-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' mobilità u infrastrutturi tat-trasport sostenibbli u sikuri, u ta' tagħmir u teknoloġiji innovattivi f'konformità mal-prijoritajiet tat-trasport tal-Unjoni u l-impenji li saru taħt il-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari permezz ta':

(a)

proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp tal-infrastruttura TEN-T, inklużi n-nodi urbani u l-portijiet marittimi u interni tagħha, l-ajruporti tagħha, it-terminals multimodali tagħha u l-konnessjoni tagħhom man-netwerks prinċipali , u l-applikazzjonijiet telematiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 ;

(aa)

proġetti infrastrutturali tat-TEN-T li jipprevedu l-użu ta' mill-inqas żewġ modi tat-trasport differenti, b'mod partikolari terminals tat-trasport tal-merkanzija multimodali u ċentri tat-trasport tal-passiġġieri;

(b)

proġetti ta' mobilità urbana intelliġenti u sostenibbli , inklużi l-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport bl-ajru (li jindirizzaw mezzi ta' trasport urban b'emissjonijiet baxxi, l-aċċessibbiltà mhux diskriminatorja, it-tniġġis tal-arja u l-istorbju, il-konsum tal-enerġija u  t-tisħiħ tas-sikurezza, inkluż għaċ-ċiklisti u l-persuni bil-mixi );

(c)

l-appoġġ għat-tiġdid u l-modifiki retrospettivi ta' assi mobbli tat-trasport bil-għan li jiġu skjerati soluzzjonijiet ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi , inkluż l-użu ta' fjuwils alternattivi u fjuwils sintetiċi minn sorsi rinnovabbli/newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju fil-vetturi tal-mezzi kollha tat-trasport ;

(d)

infrastruttura ferrovjarja, proġetti ferrovjarji oħra , infrastrutturi tal-ilmijiet interni u portijiet marittimi u awtostradi tal-baħar ;

(e)

infrastruttura tal-fjuwils alternattivi għall-mezzi kollha tat-trasport, inkluża l-infrastruttura tal-iċċarġjar elettriku;

(ea)

proġetti ta' mobilità intelliġenti u sostenibbli, li jkollhom fil-mira:

(i)

is-sikurezza fit-toroq (inkluż it-titjib tas-sikurezza tas-sewwieq u tal-passiġġieri u t-tnaqqis tal-għadd ta' inċidenti fatali u ta' persuni li jġarrbu korrimenti serji),

(ii)

l-aċċessibbiltà (inkluż f'żoni rurali),

(iii)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet,

(iv)

l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji u servizzi ġodda tat-trasport, b'mod partikolari mill-SMEs u b'rabta ma' mezzi tat-trasport konnessi u awtonomi, kif ukoll ma' sistemi ta' bejgħ ta' biljetti integrati;

(eb)

proġetti għaż-żamma jew it-titjib tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti, inklużi l-awtostradi fuq it-TEN-T fejn neċessarju għall-ammeljorament, iż-żamma jew it-titjib tas-sikurezza fit-toroq, għall-iżvilupp ta' servizzi tal-ITS jew għall-iżgurar tal-integrità u l-istandards tal-infrastruttura, b'mod partikolari faċilitajiet u żoni ta' parkeġġ sikuri, pompi tal-fjuwils alternattivi u sistemi ta' ċċarġjar bl-elettriku;

(ec)

infrastruttura tat-triq għal trasport fil-pajjiżi tal-koeżjoni, f'reġjuni inqas żviluppati jew fi proġetti ta' trasport transfruntiera.

3.

L-ambjent u r-riżorsi, b'mod partikolari permezz ta':

(a)

l-ilma, inkluża l-provvista u s-sanitazzjoni, u l-infrastruttura tal-kosta u infrastruttura ekoloġika oħra relatata mal-ilma;

(b)

l-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart;

(c)

proġetti u intrapriżi fl-oqsma tal-ġestjoni tar-riżorsi ambjentali u t-teknoloġija sostenibbli ;

(d)

it-titjib u r-restawr tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom;

(e)

l-iżvilupp u riġenerazzjoni urbani , rurali u kostali sostenibbli;

(f)

azzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima, inkluż it-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri naturali , l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(g)

proġetti u intrapriżi li jimplimentaw l-ekonomija ċirkolari billi jintegraw aspetti tal-effiċjenza fir-riżorsi fil-produzzjoni u fil-ħajja tal-prodott, inkluża l-provvista sostenibbli ta' materja prima u materja prima sekondarja;

(h)

id-dekarbonizzazzjoni u t-tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet ta' industriji intensivi fl-enerġija, inkluż id-dimostrazzjoni fuq skala kbira u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi b'emissjonijiet baxxi.

(ha)

proġetti li jippromwovu l-wirt kulturali sostenibbli, b'mod partikolari strateġiji u strumenti biex jissalvagwardjaw il-wirt kulturali Ewropew, tanġibbli u intanġibbli.

4.

L-iżvilupp ta' infrastruttura ta' konnettività diġitali, b'mod partikolari permezz ta' proġetti li jappoġġaw l-istallazzjoni ta' netwerks diġitali b'kapaċità għolja ħafna , il-konnettività 5G u t-titjib tal-konnettività diġitali u l-aċċess, b'mod partikolari għaż-żoni rurali u r-reġjuni periferiċi .

5.

Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, partikolarment permezz ta':

(a)

l-appoġġ għall-infrastruttura tar-riċerka u għall-proġetti ta' innovazzjoni fl-oqsma tematiċi kollha u ddefiniti f'Orizzont Ewropa , u li jikkontribwixxu għall-objettivi tiegħu ;

(b)

proġetti korporattivi , li jinkludu taħriġ u promozzjoni tal-ħolqien ta' raggruppamenti u netwerks tan-negozji ;

(c)

proġetti u programmi ta' dimostrazzjoni kif ukoll it-tixrid ta' infrastrutturi, teknoloġiji u proċessi relatati;

(d)

proġetti ta' kollaborazzjoni ta' riċerka u innovazzjoni kollaborattiva bejn l-akkademja, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni u l-industrija; sħubijiet pubbliċi-privati u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(e)

trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija;

(f)

prodotti tas-saħħa effettivi u aċċessibbli ġodda, inklużi l-mediċini, l-apparat mediku , id-dijanjostiċi u prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata , antimikrobiċi ġodda u proċess ta' żvilupp innovattiv li jevita t-testijiet fuq l-annimali .

6.

L-iżvilupp,▌l-implimentazzjoni u ż-żieda fit-teknoloġiji u servizzi diġitali, b'mod partikolari permezz ta':

(a)

l-intelliġenza artifiċjali f'konformità mal-Programm Ewropa Diġitali, partikolarment fir-rigward tal-etika;

(aa)

it-teknoloġija tal-kwantum;

(b)

ċibersigurtà u infrastrutturi tal-protezzjoni tan-netwerk;

(c)

l-internet tal-oġġetti;

(d)

teknoloġiji tal-blokok ta' transazzjonijiet u teknoloġiji tar-reġistru distribwit oħrajn;

(e)

ħiliet diġitali avvanzati;

(f)

teknoloġiji u servizzi diġitali avvanzati oħrajn li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u għall-integrazzjoni tal-ħiliet, is-servizzi u t-teknoloġiji diġitali fis-settur tat-trasport tal-Unjoni ;

(fa)

ir-robotika u l-awtomatizzazzjoni.

7.

Is-sostenn finanzjarju lil entitajiet li ma jimpjegawx iktar minn 3 000 impjegat . It-tieqa għall-SMEs għandha tiffoka biss fuq l-SMEs u  fuq kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja żgħar u intrapriżi soċjali li huma SMEs , partikolarment permezz ta':

(a)

l-għoti ta' kapital u investiment operatorji , b'mod partikolari relatati ma' azzjonijiet li jixprunaw kultura u ambjent intraprenditorjali u jippromwovu l-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju ;

(b)

l-għoti ta' finanzjament ta' riskju mill-istadju inizjali sal-espansjoni biex tiġi żgurata l-pożizzjoni ta' tmexxija fis-setturi innovattivi u sostenibbli, inkluż it-tisħiħ tad-diġitalizzazzjoni u l-kapaċità ta' innovazzjoni tagħhom, u biex tiġi żgurata l-kompetittività globali tagħhom .

8.

Is-setturi kulturali u kreattivi; il-midja, is-settur awdjoviżiv u l-ġurnaliżmu , b'mod partikolari permezz iżda mhux limitat għal:

(a)

teknoloġiji ġodda bħal teknoloġiji ta' assistenza applikati għal prodotti u servizzi kulturali u kreattivi;

(b)

użu ta' teknoloġiji diġitali għall-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali Ewropew, tanġibbli u intanġibbli;

(c)

industriji u setturi kulturali u kreattivi, pereżempju r-realtà awmentata/ir-realtà virtwali, l-ambjenti immersivi, l-interfaċċi tal-kompjuters umani, il-protokoll tal-internet u l-infrastrutturi cloud, in-netwerks 5G, midja ġdida;

(d)

il-ġestjoni teknoloġika tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

9.

Is-settur tat-turiżmu .

10.

L-agrikultura, il-forestrija, is-sajd, l-akkwakultura sostenibbli u elementi oħra tal-bijoekonomija sostenibbli inġenerali.

11.

L-investimenti soċjali, fosthom dawk li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'mod partikolari permezz ta':

(a)

il-finanzjament etiku u sostenibbli, il-mikrofinanzjament, il-finanzjament tal-intrapriża soċjali u l-ekonomija soċjali;

(b)

id-domanda u l-provvista tal-ħiliet;

(c)

l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u servizzi relatati;

(d)

l-infrastruttura soċjali, b'mod partikolari

(i)

l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluża l-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, il-faċilitajiet edukattivi, l-akkomodazzjoni tal-istudenti u t-tagħmir diġitali;

(ii)

akkomodazzjoni soċjali;

(iii)

is-saħħa u l-kura fit-tul, inklużi l-kliniki, l-isptarijiet, il-kura tas-saħħa primarja, is-servizzi fid-djar u l-kura bbażata fil-komunità;

(e)

l-innovazzjoni soċjali, inklużi soluzzjonijiet u skemi soċjali innovattivi bil-mira li jippromwovu impatti u riżultati soċjali fl-oqsma msemmija f'dan il-punt;

(f)

attivitajiet kulturali b'għan soċjali;

(fa)

miżuri li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa;

(g)

l-integrazzjoni ta' nies vulnerabbli, inklużi ċittadini ta' pajjiżi terzi;

(h)

soluzzjonijiet tas-saħħa innovattivi, fosthom is-saħħa elettronika, is-servizzi tas-saħħa u mudelli ġodda tal-kura;

(i)

l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà għal nies b'diżabilità.

12.

L-iżvilupp tal-industrija tad-difiża, biex b’hekk tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għal:

(a)

il-katina ta’ provvista tad-difiża tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz tal-appoġġ finanzjarju għall-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja;

(b)

kumpaniji li jieħdu sehem fi proġetti ta’ innovazzjoni rivoluzzjonarji fis-settur tad-difiżi u teknoloġiji b'użu doppju relatati mill-qrib;

(c)

il-katina tal-provvista tas-settur tad-difiża matul il-parteċipazzjoni fi proġetti ta’ riċerka u żvilupp kollaborattivi, inklużi dawk appoġġati mill-Fond Ewropew għad-Difiża;

(d)

l-infrastruttura ta' riċerka u taħriġ għad-difiża.

13.

L-ispazju, partikolarment permezz tal-iżvilupp tas-settur spazjali f'konformità mal-objettivi tal-Istrateġija Spazjali:

(a)

biex jiġu massimizzati l-benefiċċji għas-soċjetà u l-ekonomija tal-Unjoni;

(b)

biex titrawwem il-kompetittività tas-sistemi u t-teknoloġiji spazjali, billi tiġi indirizzata b'mod partikolari l-indipendenza tal-ktajjen ta' provvista;

(c)

għall-irfid tal-intraprenditorija spazjali , inkluż l-iżvilupp downstream ;

(d)

biex titrawwem l-awtonomija tal-Unjoni għall-aċċess sigur għall-ispazju, inklużi aspetti ta' użu doppju.

13a.

Ibħra u Oċeani, permezz tal-iżvilupp ta' Ekonomija Blu sostenibbli f'konformità mal-għanijiet tal-Politika Marittima Integrata partikolarment permezz ta':

(a)

l-intraprenditorija marittima;

(b)

l-industrija marittima innovattiva u kompetittiva;

(c)

il-litteriżmu tal-oċeani u l-karrieri blu;

(d)

l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, partikolarment l-SDG 14 (Il-Ħajja Taħt l-Ilma).

(e)

l-enerġija marittima rinnovabbli u l-ekonomija ċirkolari [Em. 2 u 16/rev]

ANNESS III

Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni

1.    Il-volum ta' finanzjament ta' InvestEU (imqassam skont il-punti u s-subpunti tal-oqsma eliġibbli għal operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment kif stabbilit fl-Anness II)

1.1

Volum ta' operazzjonijiet iffirmati

1.2

Investiment immobilizzat

1.3

Ammont ta' finanzjament privat immobilizzat

1.4

L-ingranaġġ u l-effett multiplikatur miksuba

1.4a

Sinerġiji ma' programmi oħra tal-Unjoni

2.    Il-kopertura ġeografika ta' InvestEU (imqassma skont il-punti u s-subpunti tal-oqsma eliġibbli għal operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment kif stabbilit fl-Anness II)

2.1

Għadd ta' pajjiżi koperti mill-proġetti

2.1a

Għadd ta' reġjuni koperti minn proġetti

2.1b

Għadd u volum ta' operazzjonijiet għal kull Stat Membru u għal kull reġjun

3.   L-impatt tal-finanzjament ta' InvestEU

3.1

Għadd ta' impjiegi maħluqa jew appoġġati

3.2

Investiment li jappoġġa objettivi marbutin mal-klima u l-enerġija, u, fejn applikabbli, dettaljati skont is-sezzjoni ta' politika u l-kategorija, kif ukoll is-sehem tar-rilevanza klimatika.

3.3

Investiment li jappoġġa d-diġitalizzazzjoni

3.3a

Investiment li jappoġġa l-għanijiet soċjali

4.   Infrastruttura sostenibbli

4.1

Enerġija: Kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli addizzjonali installata (f'MW) skont is-sors

4.2

Enerġija: Għadd ta' unitajiet domestiċi , għadd ta' bini pubbliku u kummerċjali bi klassifikazzjoni mtejba tal-konsum tal-enerġija , inkluż il-grad ta' titjib fil-klassifikazzjoni jew iċ-ċifra ekwivalenti, jew l-għadd ta' unitajiet domestiċi rinnovati skont l-istandards ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija (NZEB) u ta' djar passivi

4.3

Diġitali: Unitajiet domestiċi addizzjonali , kummerċjali u/jew bini pubbliku b'aċċess għall-broadband ta' mill-inqas 100 Mbps, li jista' jiġi aġġornat għal veloċità ta' Gigabits , jew b'għadd ta' hotspots tal-WiFi maħluqa

4.4

Trasport: Investiment immobilizzat f'TEN-T li minnu: ▌

netwerk ewlieni u netwerk komprensiv fil-partijiet komponenti identifikati fl-Anness tar-[Regolament Nru XXX, daħħal ir-referenza għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa l-ġdida];

infrastruttura multimodali;

soluzzjonijiet innovattivi li jikkontribwixxu għal taħlita bbilanċjata ta' mezzi ta' trasport, inkluż għal trasport fuq l-ilmijiet interni u bl-ajru;

għadd ta' punti użati għall-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi

4.5

Ambjent: Investiment li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet u l-programmi meħtieġa mill-acquis tal-Unjoni relatati mal-kwalità tal-arja, l-ilma, l-iskart, u n-natura.

4.5a

Għadd ta' punti użati għall-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi

4.6

Tnaqqis tal-emissjonijiet: ammont ta' emissjonijiet ta' CO2 imnaqqsa

5.   Riċerka, Innovazzjoni u Diġitalizzazzjoni

5.1

Kontribuzzjoni għall-objettiv ta' 3 % tal-PDG tal-Unjoni investiti fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni matul il-programm

5.2

Għadd ta' intrapriżi appoġġati li jagħmlu proġetti ta' riċerka u innovazzjoni matul il-programm

5.2a

Għadd ta' proġetti li qabel kienu jiksbu appoġġ permezz tal-Orizzont Ewropa u/jew il-Programm Ewropa Diġitali

6.   SMEs

6.1

Għadd ta' intrapriżi appoġġati, skont id-daqs (mikro, żgħar, ta' daqs medju, u  b'kapitalizzazzjoni medja żgħar)

6.2

Għadd ta' intrapriżi appoġġati skont l-istadju li qegħdin fih (bikri, tkabbir/espansjoni) b'mod partikolari SMEs innovattivi

6.3

Numru ta' intrapriżi appoġġati skont is-settur

7.   Investiment Soċjali u Ħiliet

7.1

Infrastruttura soċjali: Il-kapaċità u lħuq tal-infrastruttura soċjali appoġġata skont is-settur: abitazzjoni, edukazzjoni, saħħa, ieħor

7.2

Mikrofinanzjament u l-finanzjament tal-intrapriżi soċjali: L-għadd ta' intrapriżi tal-ekonomija soċjali appoġġati

7.2a

Mikrofinanzjament u l-finanzjament tal-intrapriżi soċjali: Għadd ta' intrapriżi tal-ekonomija soċjali maħluqa

7.2b

Mikrofinanzjament u l-finanzjament tal-intrapriżi soċjali: Għadd ta' intrapriżi tal-ekonomija soċjali appoġġati skont l-istadju (bikri, ta' tkabbir/espansjoni)

7.5

Ħiliet: Għadd ta' individwi li qed jiksbu ħiliet ġodda jew li qed ikollhom il-ħiliet ivvalidati : kwalifiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ formali , informali, u mhux formali

ANNESS IV

Il-Programm InvestEU – Strumenti predeċessuri

A.   Strumenti ta' ekwità:

Il-Faċilità Teknoloġika Ewropea (ETF98): Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 98/347/KE tad-19 ta' Mejju 1998 dwar miżuri ta' assistenza finanzjarja għal impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) innovattivi u li joħolqu l-impjiegi – l-inizjattiva tkabbir u impjiegi (ĠU L 155, 29.5.1998, p. 43).

TTP Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni ta' finanzjament kumplimentari li tikkonċerna l-finanzjament ta' azzjonijiet tal-attività “Suq intern għall-oġġetti u l-politiki settorjali” tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriżi u l-Industrija għall-2007 u li tadotta d-deċiżjoni qafas dwar il-finanzjament tal-azzjoni preparatorja “L-UE tassumi r-rwol tagħha f'dinja globalizzata” u ta' erba' proġetti pilota “Intraprendituri Żgħażagħ Erasmus”, “Miżuri li jippromwovu l-kooperazzjoni u s-sħubijiet bejn il-mikrointrapriżi u l-SMEs”, “Trasferiment Teknoloġiku” u “Destinazzjonijiet Ewropej ta' eċċellenza” tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriżi u l-Industrija għall-2007 (C(2007)531).

Il-Faċilità Teknoloġika Ewropea (ETF01): Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/819/KE tal-20 ta' Diċembru 2000 dwar programm multi-annwali għall-intrapriża u l-intraprenditorija, u partikolarment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (IŻM) (2001-2005) (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 84).

GIF: Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15).

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE): Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129) kif modifikat mir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

Il-Faċilità ta' Ekwità għat-Tkabbir ta' COSME: Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

Ekwità InnovFin:

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104);

Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

Tieqa tal-EaSI għall-Investimenti ta' Bini ta' Kapaċità: Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).

B.   Strumenti ta' Garanzija:

Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs '98 (SMEG98): Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 98/347/KE tad-19 ta' Mejju 1998 dwar miżuri ta' assistenza finanzjarja għal impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) innovattivi u li joħolqu l-impjiegi – l-inizjattiva tkabbir u impjiegi (ĠU L 155, 29.5.1998, p. 43).

Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs '01 (SMEG01): Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/819/KE tal-20 ta' Diċembru 2000 dwar programm multi-annwali għall-intrapriża u l-intraprenditorija, u partikolarment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (IŻM) (2001-2005) (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 84).

Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs '07 (SMEG07): Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15).

Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress – Garanzija (EPMF-G): Id-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2010 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 87, 7.4.2010, p. 1).

RSI:

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007 sa 2013)” (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/974/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku: Kapaċitajiet li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299).

Il-Garanzija EaSI: Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).

Il-Faċilità ta' Garanzija għal Self COSME (COSME LGF): Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

Dejn InnovFin:

Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81);

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

Il-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi (CCS GF): Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).

Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti (SLGF): Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi 'Erasmus+': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).

Finanzjament Privat għall-Effiċjenza Enerġetika (PF4EE): Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).

C.   Strumenti tal-kondiviżjoni tar-riskju:

Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF): Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

InnovFin:

Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81);

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

Strument ta' Dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF DI): Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF): Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).

D.   Vejikoli ta' investiment dedikati:

Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress – Fonds commun de placements – fonds d'investissements spécialisés (EPMF FCP-FIS): Id-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2010 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 87, 7.4.2010, p. 1).

Marguerite:

Ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 25.2.2010 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Fond Ewropew tal-2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura (il-Fond Marguerite) (C(2010)0941).

Il-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika (EEEF): Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 663/2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija (ĠU L 346, 30.12.2010, p. 5).


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitati responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0482/2018).

(*1)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa ; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)  ĠU C […], […], p. […].

(3)  ĠU C […], […], p. […].

(4)  COM(2018)0097.

(1a)   Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(5)  COM(2018)0353.

(6)  Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).

(7)  COM(2017)0206.

(8)  COM(2017)0250.

(9)  Ippubblikat bħala Dokument ta' Diskussjoni dwar l-Ekonomija Ewropea 074 f'Jannar 2018.

(10)  Ir-referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Ir-rapport jinsab disponibbli hawn: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ:C:2013:373:TOC

(1a)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1).

(1b)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

(11)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292,15.11.1996, p. 2).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(16)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(17)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(1a)   Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/548


P8_TA(2019)0027

Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/CFSP (COM(2018)0358 – C8-0386/2018 – 2018/0186(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2020/C 411/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0358),

wara li kkunsidra l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0386/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0433/2018),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

F'konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (24), jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' arranġamenti ta' monitoraġġ speċifiċi, biex tivvaluta l-effetti reali tad-Direttiva u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri.

(19)

F'konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (24), jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' arranġamenti ta' monitoraġġ speċifiċi, biex tivvaluta l-effetti reali tad-Direttiva , inkluż l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew, għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u għall-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mwettaq mill-Istati Membri meta jimplimentaw din id-Direttiva. Is-sistema tal-ETD tal-UE teħtieġ l-ipproċessar ta' data personali neċessarja għall-fini ta' verifika tal-identità tal-applikant, ta' stampar tal-istiker tal-ETD tal-UE u għall-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar tas-suġġett ikkonċernat. Hu neċessarju li jiġu speċifikati b'mod ulterjuri s-salvagwardji applikabbli għad-data personali pproċessata, bħall-perjodu massimu ta' żamma tad-data personali miġbura. Perjodu massimu ta' żamma ta' tliet snin hu neċessarju biex jiġu evitati abbużi possibbli. Jenħtieġ li t-tħassir ta' data personali tal-applikanti ma jaffettwax il-kapaċità tal-Istati Membri li jwettqu monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(20)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mwettaq mill-Istati Membri meta jimplimentaw din id-Direttiva. Is-sistema tal-ETD tal-UE teħtieġ l-ipproċessar ta' data personali neċessarja għall-fini ta' verifika tal-identità tal-applikant, ta' stampar tal-istiker tal-ETD tal-UE u għall-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar tas-suġġett ikkonċernat. Hu neċessarju li jiġu speċifikati b'mod ulterjuri s-salvagwardji applikabbli għad-data personali pproċessata, bħall-perjodu massimu ta' żamma tad-data personali miġbura. Perjodu massimu ta' żamma hu neċessarju biex jiġu prevenuti l-abbużi possibbli. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun proporzjonat u jenħtieġ li ma jaqbiżx id-90 jum wara t-tmiem tal-validità tal-ETD tal-UE maħruġ. Jenħtieġ li l-anonimizzazzjoni jew it-tħassir tad-data personali tal-applikanti ma jaffettwawx lill-Istati Membri fil-kapaċità tagħhom li jwettqu monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fi żmien 36  siegħa mir-riċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandu jwieġeb għall-konsultazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2015/637 u għandu jikkonferma jekk l-applikant għandux in-nazzjonalità tiegħu. Mal-konferma tan-nazzjonalità tal-applikant, l-Istat Membru li jassisti għandu jipprovdi lill-applikant bl-ETD tal-UE mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jaħbat wara dak li fih tiġi riċevuta t-tweġiba mingħand l-Istat Membru tan-nazzjonalità.

3.   Fi żmien 24  siegħa mir-riċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandu jwieġeb għall-konsultazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2015/637 u għandu jikkonferma jekk l-applikant għandux in-nazzjonalità tiegħu. Mal-konferma tan-nazzjonalità tal-applikant, l-Istat Membru li jassisti għandu jipprovdi lill-applikant bl-ETD tal-UE mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jaħbat wara dak li fih tiġi riċevuta t-tweġiba mingħand l-Istat Membru tan-nazzjonalità.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   F'każijiet ta' eċċezzjoni debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jieħdu aktar mil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3.

4.   F'każijiet ta' eċċezzjoni debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jieħdu inqas jew aktar mil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

karatteristiċi u  ħtiġiet oħra ta' sigurtà inklużi standards imsaħħa ta' protezzjoni kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni;

(b)

karatteristiċi u  rekwiżiti ta' sigurtà mhux bijometriċi addizzjonali inklużi standards imsaħħa ta' protezzjoni kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni;

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandhom iżommu d-data personali ta' applikant għal mhux aktar minn tliet snin . Malli jiskadi l-perjodu ta' żamma, id-data personali ta' applikant għandha titħassar.

4.   L-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandhom iżommu d-data personali ta' applikant għal mhux aktar minn 90 jum wara t-tmiem tal-validità tal-ETD tal-UE maħruġ . Malli jiskadi l-perjodu ta' żamma, id-data personali ta' applikant għandha titħassar. Id-data anonimizzata tista' tinżamm, jekk ikun meħtieġ, għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mhux qabel ħames snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż dwar l-adegwatezza tal-livell ta' sigurtà tad-data personali.

1.   Mhux qabel tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż dwar l-adegwatezza tal-livell ta' sigurtà tad-data personali u l-impatt possibbli fuq id-drittijiet fundamentali .


(24)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(24)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/552


P8_TA(2019)0028

Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2021-2025 *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2018)0437 – C8-0380/2018 – 2018/0226(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2020/C 411/47)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0437),

wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0380/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0406/2018),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jiġi kkonsultat matul il-passi kollha rilevanti fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Programm. Il-Kunsill talab lill-Parlament Ewropew biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025. Madankollu, peress li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja ma tapplikax skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Parlament Ewropew mhuwiex meqjus li huwa fl-istess livell mal-Kunsill meta jadotta leġiżlazzjoni relatata mal-enerġija atomika. Minħabba r-rwol tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur fir-rigward ta' kwistjonijiet baġitarji u sabiex jiġu żgurati disinn u implimentazzjoni koerenti tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni, il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ ta' Euratom jenħtieġ li jiġi adottat ukoll permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Ir-riċerka nukleari tista' tikkontribwixxi għall-benesseri soċjali , il-prosperità ekonomika u s-sostenibbiltà ambjentali billi ttejjeb is-sikurezza u s-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari. Ir-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni wasslet għal titjib fit-teknoloġiji mediċi li minnhom jibbenefikaw bosta ċittadini u dik ir-riċerka issa tista' twassal għal titjib f'setturi oħra bħall-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà. Daqstant importanti huwa l-kontribut potenzjali tar-riċerka nukleari għad-dekarbonizzazzjoni fuq perjodu fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

(2)

Ir-riċerka nukleari tista' tikkontribwixxi għall-benesseri soċjali u l-prosperità ekonomika billi ttejjeb is-sikurezza u s-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari. Ir-riċerka nukleari tagħti kontribut importanti lis-sostenibbiltà ambjentali u lill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima billi tnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-enerġija importata, filwaqt li r-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni wasslet għal titjib fit-teknoloġiji mediċi li minnhom jibbenefikaw bosta ċittadini u dik ir-riċerka issa tista' twassal għal titjib f'setturi oħra bħall-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà. Daqstant importanti huwa l-kontribut tar-riċerka nukleari għad-dekarbonizzazzjoni fuq perjodu fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ ta' Euratom 2014-18 (COM(2017)0697) jipprovdi sett ta' prinċipji gwida għall-Programm. Dawn jinkludu: li tkompli tiġi appoġġata r-riċerka nukleari ffokata fuq is-sikurezza, is-salvagwardji, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-iskart, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-fużjoni nukleari; li jkomplu jittejbu, flimkien mal-benefiċjarji, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Programmi Konġunti Ewropej fil-qasam nukleari; li jkomplu u jissaħħu l-azzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ ta' Euratom sabiex jiġu żviluppati l-kompetenzi rilevanti li fuqhom huma msejsa l-aspetti kollha tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari; li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn il-programm Euratom u oqsma tematiċi oħrajn tal-Programm Qafas tal-Unjoni; u li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-programm Euratom.

(4)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ ta' Euratom 2014-18 (COM(2017)0697) jipprovdi sett ta' prinċipji gwida għall-Programm. Dawn jinkludu: li tkompli tiġi appoġġata r-riċerka nukleari ffokata fuq is-sikurezza, il-prestazzjoni, is-salvagwardji, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv , il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-fużjoni nukleari; li jkomplu jittejbu, flimkien mal-benefiċjarji, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Programmi Konġunti Ewropej fil-qasam nukleari; li jkomplu u jissaħħu l-azzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ ta' Euratom sabiex jiġu żviluppati l-kompetenzi rilevanti li fuqhom huma msejsa l-aspetti kollha tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' ħiliet b'mod partikolari fil-ġenerazzjoni l-ġdida tal-inġiniera ; li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn il-programm Euratom u oqsma tematiċi oħrajn tal-Programm Qafas tal-Unjoni; u li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-programm Euratom , li jgħin jiżgura l-konsistenza u l-effettività tul il-Programm Euratom .

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Il-proġetti tal-ġestjoni tal-iskart tal-Euratom jikkontribwixxu għal fehim aħjar tal-kwistjonijiet tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv fl-Unjoni, bħas-sikurezza tal-faċilitajiet tad-disponiment ġeoloġiku futuri, il-kundizzjonament tal-iskart radjuattiv u l-imġiba fit-tul tal-fjuwil użat ġewwa landfill.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Il-kunċett u d-disinn tal-Programm huwa determinat skont il-ħtieġa li tiġi stabbilita massa kritika tal-attivitajiet appoġġati. Dan jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta' għadd limitat ta' għanijiet speċifiċi ffokati fuq l-użu sikur tal-fissjoni nukleari għall-applikazzjonijiet tal-potenza elettrika u mhux tal-potenza elettrika, iż-żamma u l-iżvilupp tal-għarfien espert neċessarju, it-trawwim tal-enerġija mill-fużjoni u appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari

(5)

Il-kunċett u d-disinn tal-Programm huwa determinat skont il-ħtieġa li tiġi stabbilita massa kritika tal-attivitajiet appoġġati. Dan jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta' għadd limitat ta' għanijiet speċifiċi ffokati fuq l-użu sikur tal-fissjoni nukleari għall-applikazzjonijiet tal-potenza elettrika u mhux tal-potenza elettrika, iż-żamma u l-iżvilupp tal-għarfien espert neċessarju, it-trawwim tal-enerġija mill-fużjoni u appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari , inkluż l-iżvilupp ta' għarfien dwar dekummissjonar sikur, effettiv u kosteffiċjenti tal-installazzjonijiet li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja tagħhom, qasam li fih id-dispożizzjonijiet u l-investiment għadhom lura.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Il-Programm huwa parti kruċjali mill-isforzi tal-Unjoni biex iżżomm u ttejjeb it-tmexxija xjentifika u industrijali fil-qasam tat-teknoloġiji tal-enerġija. Sabiex jiġi appoġġat l-operat sigur tal-enerġija eżistenti ta' fissjoni u tiġi ffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, ir-riċerka fil-fissjoni jenħtieġ li tkompli tifforma parti integrali mill-programm Euratom.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

L-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u ta' applikazzjonijiet mhux ta' potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inklużi s-sikurezza nukleari u d-dekummissjonar, jenħtieġ li jiġi appoġġat permezz ta' spezzjonijiet transkonfinali strutturali u l-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattiki relatati mas-sikurezza tas-sistemi tar-reatturi u ċ-ċikli tal-fjuwil li jintużaw attwalment, speċjalment fil-każ ta' faċilitajiet nukleari li jinsabu fil-viċinanza ta' fruntiera waħda jew aktar bejn Stati Membri.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)

Aċċidenti nukleari serji jistgħu jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, is-sikurezza nukleari u, fejn xieraq, l-aspetti tas-sigurtà ttrattati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-“JRC”) jenħtieġ li jingħataw l-ikbar attenzjoni possibbli fil-Programm.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Billi jappoġġa r-riċerka nukleari, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“Orizzont Ewropa”) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2030 u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(7)

Billi jappoġġa r-riċerka nukleari, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“Orizzont Ewropa”) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), b'mod partikolari billi jippromwovi l-eċċellenza u x-xjenza miftuħa, u jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2030 u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Il-Programm jenħtieġ li jfittex sinerġiji ma' Orizzont Ewropa u programmi oħrajn tal-Unjoni, mid-disinn u l-ippjanar strateġiku tagħhom, għall-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġett, għall-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza. Bil-ħsieb li jiġu evitati t-trikkib u d-duplikazzjoni u jiżdied l-ingranaġġ tal-finanzjament tal-UE, jistgħu jseħħu trasferimenti minn programmi oħrajn tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' Orizzont Ewropa. F'tali każijiet dawn isegwu r-regoli ta' Orizzont Ewropa.

(8)

Il-Programm jenħtieġ li jfittex sinerġiji u allinjament aktar mill-qrib ma' Orizzont Ewropa u programmi oħrajn tal-Unjoni, mid-disinn u l-ippjanar strateġiku tagħhom, għall-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġett, għall-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza. Huwa essenzjali li l-prinċipji ewlenin ta' eċċellenza u ta' xjenza miftuħa jinżammu fil-programmi kollha . Bil-ħsieb li jiġu evitati t-trikkib u d-duplikazzjoni u jiżdied l-ingranaġġ tal-finanzjament tal-UE, jistgħu jseħħu trasferimenti minn programmi oħrajn tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' Orizzont Ewropa. F'tali każijiet dawn isegwu r-regoli ta' Orizzont Ewropa.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

L-attivitajiet żviluppati fl-ambitu tal-Programm jenħtieġ li jimmiraw li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi jindirizzaw b'mod partikolari l-kawżi sottostanti fl-iżbilanċ tas-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu kemm tar-riċerkaturi nisa kif ukoll tal-irġiel u billi jintegraw id-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tal-proġetti sabiex itejbu l-kwalità tar-riċerka u jistimulaw l-innovazzjoni. L-attivitajiet jenħtieġ li jkunu mmirati wkoll lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Il-JRC jipprovdi appoġġ għall-istandardizzazzjoni, aċċess miftuħ għax-xjenzjati tal-Unjoni għal faċilitajiet nukleari individwali u attivitajiet ta' taħriġ f'oqsma bħall-garanziji nukleari, il-forensika jew id-dekummissjonar.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

li potenzjalment jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

(b)

li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

li jtejjeb l-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u tal-applikazzjonijiet mhux ta' potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv sikuri, nukleari;

(a)

li jtejjeb l-użu sikur, sigur u effiċjenti tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet mhux ta' potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv sikuri, nukleari;

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

li jappoġġa l-politika tal-Komunità dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari.

(d)

li jappoġġa l-politika tal-Komunità dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari , inkluż l-iżvilupp ta' għarfien dwar dekummissjonar sikur, effettiv u kosteffiċjenti tal-installazzjonijiet li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja tagħhom .

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta' EUR 1 675 000 000 fil-prezzijiet attwali.

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta' EUR 1 516 000 000 fil-prezzijiet tal-2018 (EUR 1 675 000 000 fil-prezzijiet attwali).

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

Id-distribuzzjoni tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

EUR 724 563 000 għar-riċerka u l-iżvilupp tal-fużjoni;

(a)

43 % għar-riċerka u l-żvilupp tal-fużjoni;

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

EUR 330 930 000 għall-fissjoni, sikurezza u protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari;

(b)

25 % għall-fissjoni, sikurezza u protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari;

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

EUR 619 507 000 għall-azzjonijiet diretti mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

(c)

32 % għall-azzjonijiet diretti mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni ma tistax tiddevja, fil-proċedura tal-baġit annwali, mill-ammont imsemmi fil-paragrafu  2 (c) ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tista' tiddevja, fil-proċedura tal-baġit annwali, mill-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu  2 ta' dan l-Artikolu b'massimu ta' 10 % .

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

rispett għall-prinċipji tal-Istat tad-dritt;

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

L-ugwaljanza bejn is-sessi

Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8b

Prinċipji etiċi

1.     L-attivitajiet kollha ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa fl-ambitu tal-Programm għandhom jikkonformaw mal-prinċipji etiċi u mal-liġi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali rilevanti, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Protokolli Supplimentari tagħha.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-prinċipju tal-proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali ta' persuna, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-ħtieġa li jiġu żgurati livelli għoljin ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

2.     L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa fl-ambitu tal-Programm għandhom ikunu ffokati esklussivament fuq applikazzjonijiet ċivili.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Programm għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Komunità (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-midja u l-pubbliku.

(1)   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Programm għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u  jindikaw l-oriġini tal-finanzjament tal-Unjoni sabiex jiżguraw il-viżibbiltà tiegħu (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-midja u l-pubbliku.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)   Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta' politika tal-Komunità, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

(2)   Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu maħsuba kemm għal riċevituri speċjalisti kif ukoll għall-pubbliku . Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta' politika tal-Komunità, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu fil-ħin sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-programm, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħrajn rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni.

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu kull sentejn sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-programm, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħrajn rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi Euratom preċedenti u għandha tifforma l-bażi għall-aġġustament tal-implimentazzjoni tal-programm, kif xieraq.

2.    L-ewwel evalwazzjoni tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi Euratom preċedenti u għandha tifforma l-bażi għall-aġġustament tal-estensjonijiet u tal-implimentazzjoni tal-programm, kif xieraq.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fi tmiem tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi preċedenti.

3.   Fi tmiem tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi preċedenti.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jikseb l-għanijiet speċifiċi, il-Programm se jappoġġa attivitajiet trażversali li jiżguraw sinerġija tal-isforzi tar-riċerka fir-risolviment ta' sfidi komuni. Ir-rabtiet u l-interfaċċi xierqa, bħas-sejħiet konġunti, se jkunu żgurati ma' Orizzont Ewropa. L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni relatati jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ finanzjarju fornut mill-Fondi skont ir-Regolament [Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] sa fejn ikunu konformi mal-għanijiet u r-regolamenti ta' dawn il-Fondi.

Sabiex jikseb l-għanijiet speċifiċi, il-Programm se jappoġġa attivitajiet trażversali li jiżguraw sinerġija tal-isforzi tar-riċerka fir-risolviment ta' sfidi komuni. Ir-rabtiet u l-interfaċċi xierqa, bħas-sejħiet konġunti, se jkunu żgurati ma' Orizzont Ewropa. L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni relatati jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ finanzjarju fornut mill-Fondi skont ir-Regolament [Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] jew programmi oħra u strumenti finanzjarji tal-Unjoni, sa fejn dawn ikunu konformi mal-għanijiet u r-regolamenti ta' dawk il-Fondi , programmi u strumenti .

Emenda 27

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-prijoritajiet ta' politika tagħha, inputs minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u partijiet ikkonċernati tar-riċerka nukleari f'korpi jew oqfsa bħall-pjattaformi, l-assoċjazzjonijiet, l-inizjattivi u l-forums tekniċi Ewropej tat-teknoloġija għas-sistemi u s-sikurezza nukleari, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, il-fjuwil nukleari użat u l-protezzjoni mir-radjazzjoni/riskju ta' doża baxxa, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, ir-riċerka fil-fużjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni jew forum rilevanti ta' partijiet ikkonċernati nukleari .

Il-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-prijoritajiet ta' politika tagħha, inputs minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u partijiet ikkonċernati tar-riċerka nukleari f'korpi jew oqfsa bħall-pjattaformi, l-assoċjazzjonijiet, l-inizjattivi u l-forums tekniċi Ewropej tat-teknoloġija għas-sistemi u s-sikurezza nukleari preżenti u futuri , il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, il-fjuwil nukleari użat u l-protezzjoni mir-radjazzjoni/riskju ta' doża baxxa, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, ir-riċerka fil-fużjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni jew forum rilevanti ta' partijiet ikkonċernati rilevanti .

Emenda 28

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 5 – punt a – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Sikurezza nukleari: sikurezza tas-sistemi nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil, fl-użu fil-Komunità jew, sa fejn huwa neċessarju sabiex jinżamm għarfien espert nukleari mifrux fil-Komunità, dawk it-tipi ta' reatturi u ċikli tal-fjuwil, li jistgħu jintużaw fil-futur, li jiffokaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trażmutazzjoni.

(1)

Sikurezza nukleari: sikurezza tas-sistemi nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil, fl-użu fil-Komunità jew, sa fejn huwa neċessarju sabiex jinżamm u jiġi żviluppat għarfien espert nukleari mifrux fil-Komunità, dawk it-tipi ta' reatturi u ċikli tal-fjuwil, li jistgħu jintużaw fil-futur, li jiffokaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trażmutazzjoni; appoġġ għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki relatati mas-sikurezza tas-sistemi tar-reatturi u ċ-ċikli tal-fjuwil li qed jintużaw bħalissa, speċjalment fil-każ ta' faċilitajiet nukleari li jinsabu fil-viċinanza ta' fruntiera waħda jew aktar bejn Stati Membri.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 5 – punt a – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Dekummissjonar: riċerka għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji għad-dekummissjonar u r-rimedju ambjentali tal-faċilitajiet nukleari; appoġġ għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-għarfien dwar id-dekummissjonar.

(3)

Dekummissjonar: riċerka għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji għad-dekummissjonar u r-rimedju ambjentali tal-faċilitajiet nukleari; appoġġ għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-għarfien dwar id-dekummissjonar , inkluż il-kondiviżjoni tal-għarfien fil-każ ta' faċilitajiet nukleari li jinsabu qrib fruntiera waħda jew aktar bejn l-Istati Membri u permezz tal-ġbir komuni ta' riżorsi u persunal f'ċentri ta' eċċellenza .

Emenda 30

Proposta għal regolament

Anness II – sottotitolu 4 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Indikaturi tal-innovazzjoni tal-mogħdiji ta' impatt

Indikaturi tal-innovazzjoni tal-mogħdiji ta' impatt

Progress tal-UE lejn 3 % ta' PDG dovut għall-programm Euratom

Progress tal-UE lejn mira ta' nfiq għal riċerka u żvilupp (R&Ż) ta' 3 % ta' PDG dovut għall-programm Euratom


(20)  Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] li jistabbilixxi l-FP9 tal-UE – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 (ĠU […]).

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] li jistabbilixxi l-FP9 tal-UE – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 (ĠU […]).


Il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2019

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/565


P8_TA(2019)0035

Il-programm ta' assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm ta' assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja (il-programm Ignalina); u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013 (COM(2018)0466 – C8-0394/2018 – 2018/0251(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2020/C 411/48)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0466),

wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u, b'mod partikolari l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 4 tiegħu,

wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni li rċieva mill-Kunsill (C8-0394/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0413/2018),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Skont il-Protokoll Nru 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina (1), il-Litwanja impenjat ruħha li tagħlaq l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina sal-31 ta' Diċembru 2004 u sal-31 ta' Diċembru 2009, rispettivament, u li sussegwentement tgħaddi għad-dekummissjonar ta' dawk l-unitajiet.

(1)

Skont il-Protokoll Nru 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina (1), il-Litwanja impenjat ruħha li tagħlaq l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina sal-31 ta' Diċembru 2004 u sal-31 ta' Diċembru 2009, rispettivament, u li sussegwentement tgħaddi għad-dekummissjonar ta' dawk l-unitajiet. Il-Protokoll Nru 4 jibqa' l-bażi ġuridika tal-Programm ta' Ignalina.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

B'konformità mal-obbligi tagħha skont l-Att tal-Adeżjoni, u bl-assistenza tal-Unjoni, il-Litwanja għalqet iż-żewġ unitajiet fl-iskadenzi rispettivi u għamlet progress sinifikanti lejn id-dekummissjonar tagħhom. Tenħtieġ ħidma ulterjuri sabiex ikompli jitnaqqas il-livell ta' periklu radjoloġiku. Abbażi tal-istimi disponibbli, jenħtieġu riżorsi finanzjarji addizzjonali għal dan l-għan wara l-2020.

(2)

B'konformità mal-obbligi tagħha skont l-Att tal-Adeżjoni, u bl-assistenza tal-Unjoni, il-Litwanja għalqet iż-żewġ unitajiet fl-iskadenzi rispettivi u għamlet progress sinifikanti lejn id-dekummissjonar tagħhom. Tenħtieġ ħidma ulterjuri sabiex ikompli jitnaqqas il-livell ta' periklu radjoloġiku. Abbażi tal-istimi disponibbli u d-data tal-għeluq finali prevista għall-2038 , jenħtieġu riżorsi finanzjarji addizzjonali sostanzjali għal dan l-għan wara l-2020. Biex ikun jista' jitlesta l-pjan għad-dekummissjonar sal-2038, jeħtieġ li tiġi indirizzata d-diskrepanza finanzjarja ta' EUR 1 548  miljun.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Jeħtieġ li l-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament ikunu konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u  dik nazzjonali. Id-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari kopert minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jsir b'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (1), u l-ġestjoni tal-iskart, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (2). Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza nukleari u għas-sikurezza tal-fjuwil użat u tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tibqa' tal-Litwanja.

(3)

Jenħtieġ li l-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament ikunu konformi mad-dritt applikabbli tal-Unjoni u  dak nazzjonali. Id-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari kopert minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jsir b'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (1), u l-ġestjoni tal-iskart, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (2). Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza nukleari u għas-sikurezza tal-fjuwil użat u tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tibqa' tal-Litwanja. Madankollu, id-Direttiva 2011/70/Euratom tippermetti li l-Unjoni tikkontribwixxi għal firxa wiesgħa ta' proġetti ta' dekummissjonar, inkluż il-ħżin u r-rimi ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. Filwaqt li d-Direttiva 2011/70/Euratom tiddisponi li l-ispiża tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv għandha tiġġarrab minn dawk li ġġeneraw dawk il-materjali, din id-dispożizzjoni ma tistax tapplika b'mod retroattiv għal-Litwanja, li għalqet l-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina qabel l-adozzjoni tad-Direttiva u b'hekk ma kinitx f'pożizzjoni li takkumula biżżejjed fondi għall-ħżin u r-rimi ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

B'rikonoxximent tal-fatt li l-għeluq prematur u d-dekummissjonar konsegwenti tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina b'żewġ unitajiet tar-reatturi tat-tip RBMK ta' 1 500 MW, li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika, kienu ta' natura mingħajr preċedent u rrappreżentaw għal-Litwanja piż finanzjarju eċċezzjonali mhux proporzjonat mad-daqs u mas-saħħa ekonomika tal-pajjiż, il-Protokoll Nru 4 ddikjara li l-assistenza tal-Unjoni taħt il-programm Ignalina se titkompla bla waqfien u tiġi estiża lil hinn mill-2006, għall-perjodu tal-Perspettivi Finanzjarji li jmiss.

(4)

B'rikonoxximent tal-fatt li l-għeluq prematur u d-dekummissjonar konsegwenti tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina b'żewġ unitajiet tar-reatturi tat-tip RBMK ta' 1 500  MW (b'moderatur tal-grafit , b'sistema ta' kanali) – simili għal dawk li ntużaw f'Chernobyl – li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika, kienu ta' natura mingħajr preċedent , peress li ma kien hemm ebda każ ieħor fil-prattika mkien fid-dinja ta' żarmar ta' reattur b'dan it-tip ta' disinn, u rrappreżentaw għal-Litwanja piż finanzjarju eċċezzjonali mhux proporzjonat mad-daqs u mas-saħħa ekonomika tal-pajjiż, il-Protokoll Nru 4 ddikjara li l-assistenza tal-Unjoni taħt il-programm Ignalina se titkompla bla waqfien u tiġi estiża lil hinn mill-2006, għall-perjodu tal-Perspettivi Finanzjarji li jmiss sad-data tal-għeluq finali li bħalissa hija prevista għall-2038 .

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien miksub mill-Programm lill-Istati Membri kollha, f'koordinazzjoni u sinerġija ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' dekummissjonar fil-Bulgarija, fis-Slovakkja u fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni; billi dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni.

(10)

Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien miksub mill-Programm lill-Istati Membri kollha, f'koordinazzjoni u sinerġija ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' dekummissjonar fil-Bulgarija, fis-Slovakkja u fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni; Sabiex dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni, il-finanzjament għad-disseminazzjoni tal-għarfien jenħtieġ li ma jkunx parti mill-finanzjament għax-xogħlijiet ta' dekummissjonar, iżda jenħtieġ li jiġi minn sorsi finanzjarji oħra tal-Unjoni.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Jenħtieġ li d-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina jitwettaq billi jintuża l-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli u b'kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li jridu jiġu dekummissjonati, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-ogħla livell ta' effiċjenza possibbli, u b'hekk jittieħed kont tal-aħjar prattiki internazzjonali.

(11)

Jenħtieġ li d-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina jitwettaq billi jintuża l-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli u b'kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li jridu jiġu dekummissjonati, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-ogħla livell ta' effiċjenza possibbli, u b'hekk jittieħed kont tal-aħjar prattiki internazzjonali u jiġu żgurati pagi kompetittivi għal persunal kwalifikat .

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Jenħtieġ li jiġu żgurati monitoraġġ u kontroll effettivi tal-evoluzzjoni tal-proċess ta' dekummissjonar mill-Kummissjoni u mil-Litwanja sabiex jiġi żgurat l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni tal-finanzjament allokat skont dan ir-Regolament , għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għad-dekummissjonar hija tal-Litwanja . Dan jinkludi l-kejl effettiv tal-progress u tal-prestazzjoni, kif ukoll il-promulgazzjoni tal-miżuri korrettivi , meta jkunu meħtieġa .

(12)

Jenħtieġ li jiġu żgurati monitoraġġ u kontroll effettivi tal-evoluzzjoni tal-proċess ta' dekummissjonar mill-Kummissjoni u mil-Litwanja sabiex jiġi żgurat l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni tal-finanzjament allokat skont dan ir-Regolament. Dan jinkludi l-monitoraġġ effettiv tal-progress u tal-prestazzjoni u , meta jkun meħtieġ, il-promulgazzjoni tal-miżuri korrettivi flimkien mal-Litwanja u l-Unjoni .

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Jenħtieġ li l-programm jitwettaq bl-isforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u tal-Litwanja. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu ta' kofinanzjament tal-Unjoni b'konformità mal-prattika ta' kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri. Filwaqt li jitqiesu l-prattika ta' programmi kumparabbli tal-Unjoni l-ekonomija msaħħa tal-Litwanja, mill-bidu tal-programm ta' dekummissjonar ta' Ignalina sat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-regolament, jenħtieġ li r-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni ma tkunx ogħla minn 80  % tal-kostijiet eliġibbli. Il-kofinanzjament li jifdal jenħtieġ li jkun provdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi oħrajn.

(16)

Jenħtieġ li l-programm jitwettaq bl-isforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u tal-Litwanja. Il-Protokoll Nru 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 jiddisponi li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni fl-ambitu tal-Programm Ignalina tista', għal ċerti miżuri, tammonta għal 100 % tan-nefqa totali. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu ta' kofinanzjament tal-Unjoni b'konformità mal-prattika ta' kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri. Filwaqt li jitqiesu s-sejbiet tar-rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Bulgarija, fis-Slovakkja fil-Litwanja u l-impenn politiku tal-Litwanja li tikkontribwixxi 14 % tal-kostijiet globali għad-dekummissjonar , ir-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni mill-bidu tal-programm ta' dekummissjonar ta' Ignalina sat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni ma tkunx ogħla minn 86  % tal-kostijiet eliġibbli. Il-kofinanzjament li jifdal jenħtieġ li jkun ipprovdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni . Jenħtieġ li jsiru sforzi biex jiġi attirat finanzjament minn sorsi oħra , b'mod partikolari minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi oħrajn.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Lil hinn mill-ambitu tal-Programm Ignalina, il-Litwanja tibqa' fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-iżvilupp u l-investiment fir-reġjun ta' Ignalina, li huwa kkaratterizzat minn dħul baxx u għandu l-ogħla rati ta' qgħad fil-pajjiż, prinċipalment minħabba l-għeluq tal-impjant tal-enerġija nukleari Ignalina, li kien l-akbar impjegatur fir-reġjun.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Il-Programm jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm Nazzjonali Litwan skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom.

(19)

Il-Programm jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm Nazzjonali Litwan skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom u jista' jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tiegħu mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva .

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)

Minħabba raġunijiet storiċi, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għad-dekummissjonar tar-reattur nukleari ta' Ignalina huwa ġustifikat bis-sħiħ, iżda l-programm jenħtieġ li ma jistabbilixxix preċedent għall-użu tal-fondi tal-Unjoni għad-dekummissjonar ta' reatturi nukleari oħra. Jenħtieġ li jkun obbligu etiku għal kull Stat Membru li jevita kwalunkwe piż mhux meħtieġ fuq il-ġenerazzjonijiet futuri fir-rigward tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv, inkluż kwalunkwe skart radjuattiv mistenni mid-dekummissjonar ta' installazjonijiet nukleari eżistenti. Il-politiki nazzjonali jridu jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/851/Euratom tindika li skont il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, l-operaturi nukleari jenħtieġ li jwarrbu riżorsi finanzjarji adegwati matul il-ħajja produttiva tal-installazzjonijiet għall-kostijiet futuri tad-dekummissjonar.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jassisti lil-Litwanja fl-implimentazzjoni tad-dekommissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina, b'enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta' sikurezza radjoloġika tad-dekommissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina, filwaqt li tiġi żgurata d-disseminazzjoni wiesgħa tal-għarfien b'hekk iġġenerat fuq id-dekummissjonar nukleari lill-Istati Membri kollha tal-UE .

1.   L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jassisti b'mod adegwat lil-Litwanja fl-implimentazzjoni sikura tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina, b'enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta' sikurezza radjoloġika tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina, inkluż li tiġi żgurata s-sikurezza tal-ħżin provviżorju tal-fjuwil użat .

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Programm għandu għan speċifiku li jwettaq iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tat-tagħmir u tax-xaftijiet tar-reatturi ta' Ignalina skont il-pjan ta' dekommissjonar, li jissokta l-ġestjoni sikura tad-dekommissjonar u tal-iskart li ntiret u li jxerred l-għarfien iġġenerat for il-partijiet ikkonċernati tal-UE .

2.   Il-Programm għandu l-għan ewlieni li jwettaq iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tat-tagħmir u tax-xaftijiet tar-reatturi ta' Ignalina skont il-pjan ta' dekummissjonar u li jissokta l-ġestjoni sikura tad-dekummissjonar u tal-iskart li ntiret.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Programm għandu wkoll l-għan komplementari li jiżgura disseminazzjoni wiesgħa fl-Istati Membri kollha dwar l-għarfien iġġenerat dwar id-dekummissjonar nukleari. L-objettiv komplementari għandu jkun iffinanzjat mill-programm ta' assistenza finanzjarja għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv (COM(2018)0467).

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-deskrizzjoni dettaljata tal-għan speċifiku hija stabbilita fl-Anness I.  Il-Kummissjoni tista' timmodifika l-Anness I, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

3.   Id-deskrizzjoni dettaljata tal-għan ewlieni hija stabbilita fl-Anness I.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 552 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 780 000 000 fi prezzijiet kurrenti , għall-implimentazzjoni tal-għan ewlieni tal-Programm (attivitajiet ta' dekummissjonar) .

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rata massima ġenerali ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli skont il-Programm ma għandhiex tkun ogħla minn 80  %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jkun provdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni.

Ir-rata massima ġenerali ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli skont il-Programm għandha tkun ta' 86  %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jkun provdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.

L-isfidi ta' sikurezza radjoloġika ewlenin għall-perjodu ta' finanzjament 2021–2027 huma indirizzati permezz tal-attivitajiet skont il-punti P.1, P.2 u P.4. B'mod partikolari, iż-żarmar tal-qlub tar-reatturi huwa kopert bil-punt P.2. Sfidi inqas importanti huma ttrattati skont il-punt P.3, filwaqt li l-punti P.0 u P.5 ikopru l-attivitajiet ta' appoġġ għad-dekummissjonar.

4.

L-isfidi ta' sikurezza radjoloġika ewlenin għall-perjodu ta' finanzjament 2021 – 2027 huma indirizzati permezz tal-attivitajiet skont il-punti P.1, P.2 , P.3 u P.4. B'mod partikolari, iż-żarmar tal-qlub tar-reatturi huwa kopert bil-punt P.2. Il-punti  P.0 u P.5 ikopru l-attivitajiet ta' appoġġ għad-dekummissjonar.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 5 – tabella 1 – punt P.3

Test propost mill-Kummissjoni

TABELLA 1

#

Punt

Prijorità

P.3

Ġestjoni ta' Fjuwil Nukleari Użat

II

Emenda

TABELLA 1

#

Punt

Prijorità

P.3

Ġestjoni ta' Fjuwil Nukleari Użat

I

Emenda 21

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.

Ir-rimi ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv f'repożitorju ġeoloġiku fond mhux inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm, u  jrid jiġi żviluppat mil-Litwanja fil-programm nazzjonali tagħha għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv kif meħtieġ mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom .

7.

Filwaqt li r-rimi ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv f'repożitorju ġeoloġiku fond mhux inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 , il-Litwanja l-Unjoni għandhom jibdew, fi żmien xieraq, konsultazzjonijiet dwar l-inklużjoni potenzjali ta' dawn l-attivitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali sussegwenti .


(1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 944.

(1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 944.

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/574


P8_TA(2019)0038

Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/49)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri essenzjali li fuqhom hija mibnija l-Unjoni. Kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha.

(1)

L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fil-kriterji għas-sħubija fl-Unjoni. Kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-TUE , dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha f'soċjetà li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

L-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw l-obbligi tagħhom u jagħtu eżempju billi ġenwinament jissodisfaw dawn l-obbligi u jimxu lejn kultura komuni tal-istat tad-dritt bħala valur universali li għandu jiġi applikat minn dawk kollha kkonċernati b'mod ekwu. Ir-rispett sħiħ għal dawn il-prinċipji u l-promozzjoni tagħhom huma prerekwiżit essenzjali għal-leġittimità tal-proġett Ewropew kollu kemm hu u kundizzjoni bażika għall-bini tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni u l-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-politiki tagħha.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

Skont l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7 tat-TUE, l-Unjoni għandha l-possibbiltà li taġixxi sabiex tipproteġi l-qalba kostituzzjonali tagħha u l-valuri komuni li hija msejsa fuqhom, inklużi l-prinċipji baġitarji tagħha. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni, u l-pajjiżi kandidati huma obbligati jirrispettaw, jipproteġu u jippromwovu dawk il-prinċipji u valuri, u għandhom id-dmir li jikkooperaw b'mod leali.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

L-istat tad-dritt jitlob li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-valuri tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali, u taħt il-kontroll ta' qrati indipendenti u imparzjali. Dan jirrikjedi, b'mod partikolari, li jkunu rispettati (7) l-prinċipji tal-legalità (8), taċ-ċertezza legali (9), tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi (10), tas-separazzjoni tas-setgħat (11), u  tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti (12).

(2)

L-istat tad-dritt jitlob li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-valuri tad-demokrazija u  r-rispett tad-drittijiet fundamentali, u taħt il-kontroll ta' qrati indipendenti u imparzjali. Dan jirrikjedi, b'mod partikolari, li jkunu rispettati (7) l-prinċipji tal-legalità (8), inkluż proċess trasparenti, responsabbli u demokratiku tal-promulgazzjoni tal-liġi, taċ-ċertezza legali (9), tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi (10), tas-separazzjoni tas-setgħat (11), aċċess għall-ġustizzja għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva quddiem qrati indipendenti u imparzjali  (12). Dawk il-prinċipji huma riflessi, fost l-oħrajn, fil-livell tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa u anke fuq il-bażi tal-każistika rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem  (12a) .

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Il-kriterji ta' adeżjoni, jew il-kriterji ta' Copenhagen, stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen fl-1993 u msaħħa mill-Kunsill Ewropew ta' Madrid fl-1995, huma l-kundizzjonijiet essenzjali li l-pajjiżi kandidati kollha jeħtiġilhom jissodisfaw biex isiru Stati Membri. Dawk il-kriterji jinkludu l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ir-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; ekonomija tas-suq li tiffunzjona u l-kapaċità tal-pajjiż li jlaħħaq mal-kompetizzjoni u mal-forzi tas-suq fl-UE; u l-kapaċità li jissodisfaw l-obbligi tas-sħubija fl-UE.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

In-nuqqas ta' pajjiż kandidat li jissodisfa l-istandards, il-valuri u l-prinċipji demokratiċi meħtieġa jwassal għal dewmien fl-adeżjoni fl-Unjoni ta' dan il-pajjiż, sakemm jilħaq dawn l-istandards bis-sħiħ. L-obbligi li jaqgħu fuq il-pajjiżi kandidati taħt il-kriterji ta' Copenhagen jibqgħu japplikaw għall-Istati Membri wara li jkunu ssieħbu fl-Unjoni permezz tal-Artikolu 2 tat-TUE u tal-prinċipju tal-koperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4 tat-TUE. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi regolari sabiex jiġi vverifikat li l-liġijiet u l-prattiki tagħhom ikomplu jikkonformaw ma' dawk il-kriterji u mal-valuri komuni li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, biex b'hekk jiġi pprovdut qafas legali u amministrattiv sod għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

L-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa marbut intrinsikament mar-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali: ma jistax ikun hemm demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali mingħajr rispett lejn l-istat tad-dritt u  vice versa.

(3)

Filwaqt li m'hemm l-ebda ġerarkija fost il-valuri tal-Unjoni, ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa marbut intrinsikament mar-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali: ma jistax ikun hemm demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali mingħajr rispett lejn l-istat tad-dritt u  viċe versa. Il-koerenza u l-konsistenza tad-demokrazija interna u esterna, l-istat tad-dritt u l-politika tad-drittijiet fundamentali huma kruċjali għall-kredibbiltà tal-Unjoni.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Il-korpi ġudizzjarji jenħtieġ li jaġixxu b'mod indipendenti u imparzjali u s-servizzi ta' investigazzjoni u ta' prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b'mod xieraq. Dawn jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi u proċeduri biex jaġixxu b'mod effettiv u b'rispett sħiħ għad-dritt ta' proċess ġust. Dawn il-kundizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji mill-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(6)

L-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura jenħtieġ li jiġu dejjem garantiti u s-servizzi ta' investigazzjoni u ta' prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b'mod xieraq. Dawn jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi u proċeduri biex jaġixxu b'mod effettiv u b'rispett sħiħ għad-dritt ta' proċess ġust. Dawn il-kundizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji mill-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jxekklu dawn il-prinċipji fundamentali u jkunu ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

L-indipendenza tal-prosekuzzjoni u tal-ġudikatura tinkludi kemm l-indipendenza formali (de jure) kif ukoll dik reali (de facto) tal-prosekuzzjoni u tal-ġudikatura u tal-prosekuturi individwali u tal-imħallfin.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwiex importanti biss għaċ-ċittadini tal-Unjoni, iżda wkoll għall-inizjattivi imprenditorjali, għall-innovazzjoni, għall-investiment u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, li jiffjorixxu l-aktar meta jkun hemm fis-seħħ qafas ġuridiku u istituzzjonali sod.

(8)

Ir-rispett għall-istat tad-dritt mhuwiex essenzjali biss għaċ-ċittadini tal-Unjoni, iżda wkoll għall-inizjattivi imprenditorjali, għall-innovazzjoni, għall-investiment , għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, li jiffjorixxu b'mod sostenibbli biss meta jkun hemm fis-seħħ qafas ġuridiku u istituzzjonali sod.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

L-integrazzjoni tal-mekkaniżmi eżistenti ta' monitoraġġ tal-Unjoni, bħall-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE u r-rapporti Kontra l-Korruzzjoni, f'qafas usa' ta' monitoraġġ fuq l-istat tad-dritt, tista' tipprovdi mekkaniżmi ta' kontroll aktar effiċjenti u effettivi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)

Nuqqas ta' trasparenza, diskriminazzjoni arbitrarja, distorsjoni tal-kompetizzjoni u kundizzjonijiet mhux ugwali fi ħdan is-suq intern u barra minnu, impatt fuq l-integrità tas-suq intern, u fuq kemm tkun ġusta, stabbli u leġittima s-sistema tat-taxxa, żieda fl-inugwaljanzi ekonomiċi, kompetizzjoni inġusta bejn l-istati, skuntentizza soċjali, nuqqas ta' fiduċja u defiċit demokratiku huma xi wħud mill-effetti negattivi ta' prattiki dwar it-taxxa dannużi;

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

L-Unjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha għadd kbir ta' strumenti u proċessi biex tiżgura l-applikazzjoni sħiħa u xierqa tal-prinċipji u tal-valuri stabbiliti fit-TUE, iżda bħalissa m'hemm ebda rispons rapidu u effikaċi mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda. L-istrumenti eżistenti jenħtieġ li jiġu infurzati, evalwati u kkomplementati fil-qafas ta' mekkaniżmu tal-istat tad-dritt sabiex ikunu adegwati u effikaċi.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Nuqqasijiet ġeneralizzati fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt li jaffettwaw b'mod partikolari l-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(11)

Nuqqasijiet ġeneralizzati fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt li jaffettwaw b'mod partikolari l-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Investigazzjonijiet effiċjenti dwar nuqqasijiet bħal dawn, u l-applikazzjoni ta' miżuri effikaċi u proporzjonati meta jiġi stabbilit nuqqas ġeneralizzat, huma meħtieġa mhux biss biex jiġu żgurati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż il-ġbir effikaċi tad-dħul, iżda wkoll biex tiġi żgurata l-fiduċja pubblika fl-Unjoni u fl-istituzzjonijiet tagħha. Ġudikatura indipendenti biss li tipproteġi l-istat tad-dritt u ċ-ċertezza tad-dritt fl-Istati Membri kollha tista' fl-aħħar mill-aħħar tiggarantixxi li l-flus mill-baġit tal-Unjoni jkunu protetti biżżejjed.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

Il-Kummissjoni stmat li l-iskala tal-evażjoni u tal-evitar tat-taxxa tammonta għal EUR 1 triljun fis-sena. L-impatti negattivi ta' tali prattiki fuq il-baġits u ċ-ċittadini tal-Istati Membri u tal-Unjoni huma evidenti u jistgħu jdgħajfu l-fiduċja fid-demokrazija.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)

L-evitar tat-taxxa korporattiva għandu impatt dirett fuq il-baġits tal-Istati Membri u tal-Unjoni u fuq it-tqassim tal-isforz tat-taxxa bejn il-kategoriji ta' kontribwenti kif ukoll bejn il-fatturi ekonomiċi.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 11c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11c)

L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw kompletament il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali fil-kwistjonijiet ta' kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 11d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11d)

Il-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 11e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11e)

Il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki fil-qasam tat-taxxa tal-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni jiżguraw li ma tiġi implimentata l-ebda miżura dannuża ġdida ta' tassazzjoni fl-Istati Membri. Il-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri, il-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, ir-reġjuni jew strutturi amministrattivi oħra mal-lista komuni tal-Unjoni ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx jissalvagwardja s-suq uniku u jiżgura l-funzjonament xieraq u koerenti tiegħu.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni tista' tkun ibbażata fuq informazzjoni minn sorsi disponibbli u istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa u  n-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.

(12)

L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni komprensiva u kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun oġġettiva, imparzjali u trasparenti u bbażata fuq informazzjoni minn sorsi rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-kriterji użati fil-kuntest tan-negozjati ta' adeżjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kapitoli tal-acquis dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, dwar il-ġustizzja, il-libertà s-sigurtà, dwar il-kontroll finanzjarju u dwar it-tassazzjoni, kif ukoll il-linji gwida użati fil-kuntest tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika biex jiġi segwit il-progress ta' Stat Membru, u minn istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew , rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa , inkluża b'mod partikolari l-Lista ta' Kriterji tal-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni ta' Venezja, ta' netwerks internazzjonali rilevanti, bħan-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Panel konsultattiv ta' esperti indipendenti fid-dritt kostituzzjonali u fi kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji jenħtieġ li jiġi stabbilit bil-għan li jgħin lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha tan-nuqqasijiet ġeneralizzati. Dan il-panel jenħtieġ li jwettaq valutazzjoni annwali indipendenti tal-kwistjonijiet fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jqis l-informazzjoni mis-sorsi rilevanti kollha u mill-istituzzjonijiet rikonoxxuti. Il-Kummissjoni, meta tieħu deċiżjoni dwar l-adozzjoni jew it-tneħħija ta' miżuri possibbli, jenħtieġ li tqis l-opinjonijiet rilevanti espressi minn dan il-bord.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Jenħtieġ li jiġu determinati l-miżuri li se jkun possibbli li jiġu adottati f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati u l-proċedura biex jiġu adottati. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu s-sospensjoni ta' pagamenti u ta' impenji, tnaqqis tal-finanzjament taħt l-impenji eżistenti, u projbizzjoni li jiġu konklużi impenji ġodda mar-riċevituri.

(13)

Jenħtieġ li jiġu determinati l-miżuri li għandhom jiġu adottati f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati u l-proċedura biex jiġu adottati. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu s-sospensjoni ta' pagamenti u ta' impenji, tnaqqis tal-finanzjament taħt l-impenji eżistenti, u projbizzjoni li jiġu konklużi impenji ġodda mar-riċevituri.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Huwa essenzjali li l-interessi leġittimi tar-riċevituri u tal-benefiċjarji finali jkunu protetti kif suppost meta jiġu adottati miżuri f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati. Meta tikkunsidra l-adozzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-impatt potenzjali tagħhom fuq ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali. Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni u gwida permezz ta' sit web jew portal fuq l-internet, flimkien ma' għodod adegwati biex l-Kummissjoni tkun informata dwar kwalunkwe ksur tal-obbligu ġuridiku tal-entitajiet tal-gvern u tal-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu pagamenti wara li jiġu adottati l-miżuri abbażi ta' dan ir-Regolament. Meta jkun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe ammont dovut minn entitajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri jitħallas b'mod effettiv lir-riċevituri finali jew lill-benefiċjarji, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tirkupra pagamenti magħmula lil dawk l-entitajiet, jew, skont il-każ, biex tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tnaqqas l-appoġġ għal programm, u biex tittrasferixxi ammont ekwivalenti għar-riżerva tal-Unjoni li għandu jintuża għall-benefiċċju tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri li jkunu qed jiġu imposti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kunsill, li jenħtieġ jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa.

(15)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri li jkunu qed jiġu imposti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni .

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Minħabba l-effett tagħhom fuq il-baġit tal-Unjoni, il-miżuri imposti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ biss wara li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu approvaw trasferiment lejn riżerva baġitarja ta' ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, dawn it-trasferimenti jenħtieġ li jitqiesu bħala approvati sakemm, f'perjodu stabbilit, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, dan tal-aħħar jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jemendahom jew jirrifjutahom.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar għaliex hija qed tqis li f'dak l-Istat Membru jista' hemm nuqqas ġeneralizzat rigward tal-istat tad-dritt L-Istati Membri jenħtieġ jitħallew jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni u l-Kunsill jenħtieġ jikkunsidraw dawn il-kummenti.

(16)

Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar għaliex hija qed tqis li f'dak l-Istat Membru jista' hemm nuqqas ġeneralizzat rigward tal-istat tad-dritt Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe notifika bħal din u dwar il-kontenut tagħha. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jitħallew jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra dawn il-kummenti.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Il-Kunsill jenħtieġ ineħħi l-miżuri b'effett sospensiv fuq proposta mill-Kummissjoni , jekk is-sitwazzjoni li tkun wasslet għall-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri tkun ġiet rimedjata biżżejjed.

(17)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tneħħi l-miżuri b'effett sospensiv u tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jneħħu kompletament jew parzjalment ir-riżerva baġitarja tal-miżuri inkwistjoni , jekk is-sitwazzjoni li tkun wasslet għall-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri tkun ġiet rimedjata biżżejjed.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Il-Kummissjoni jenħtieġ iżżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar kull miżura proposta u adottata skont dan ir-Regolament,

imħassar

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

“l-istat tad-dritt” jirreferi għall-valur tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li timplika proċess trasparenti, akkontabbli , demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġijiet ; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, inkluż tad-drittijiet fundamentali; is-separazzjoni tas-setgħat u l-ugwaljanza quddiem il-liġi;

(a)

“l-istat tad-dritt” għandu jinftiehem li jirrigwarda l-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-kriterji tal-adeżjoni mal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 49 tat-TUE; dan jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li timplika proċess trasparenti, responsabbli , demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġi ; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; l-aċċess għall-ġustizzja u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva quddiem qrati indipendenti u imparzjali , inkluż tad-drittijiet fundamentali kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem ; is-separazzjoni tas-setgħat ; in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi;

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

“nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt” tfisser prassi mifruxa jew rikorrenti jew ommissjoni, jew miżura minn awtoritajiet pubbliċi li jkollha effett fuq l-istat tad-dritt;

(b)

“nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt” tfisser prassi mifruxa jew rikorrenti jew ommissjoni, jew miżura minn awtoritajiet pubbliċi li jkollha effett fuq l-istat tad-dritt , fejn din taffettwa jew tirriskja li taffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea ; nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt tista' tkun ukoll konsegwenza ta' theddid sistemiku lill-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE li taffettwa jew tirriskja li taffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea;

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

“entità tal-gvern” tfisser l-awtoritajiet pubbliċi kollha fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fis-sens tal-[punt  42 tal-Artikolu 2] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru […] (ir-“Regolament Finanzjarju”).

(c)

“entità tal-gvern” tfisser kwalunkwe awtorità pubblika fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fis-sens tal-punt  42 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a)(ir-“Regolament Finanzjarju”).

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Nuqqasijiet ġeneralizzati

 

Il-punti li ġejjin, b'mod partikolari, għandhom jitqiesu bħala nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt meta jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:

 

(a)

it-tqiegħed f'riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż l-iffissar ta' kwalunkwe limitazzjoni fuq il-ħila tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji b'mod awtonomu billi jsiru interventi esterni f'garanziji ta' indipendenza, billi jiġi limitat il-ġudizzju b'ordni esterna, billi jiġu riveduti b'mod arbitrarju r-regoli dwar il-ħatra jew it-termini tas-servizz ta' persunal ġudizzjarju, jew billi jiġi influwenzat il-persunal ġudizzjarju bi kwalunkwe mod li jipperikola l-imparzjalità tiegħu jew billi jkun hemm indħil fl-indipendenza tal-professjoni legali;

 

(b)

in-nuqqas li jiġu impediti, ikkoreġuti u ssanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, iż-żamma ta' riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom jew in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta' interessi;

 

(c)

il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta' regoli proċedurali restrittivi, nuqqas ta' implimentazzjoni ta' sentenzi jew il-limitazzjoni ta' investigazzjonijiet, ta' prosekuzzjoni u ta' sanzjonar effettivi ta' ksur tal-liġi;

 

(d)

it-tqegħid f'riskju tal-kapaċità amministrattiva ta' Stat Membru li jirrispetta l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni, inkluża l-kapaċità li jimplimenta b'mod effettiv ir-regoli, l-istandards u l-politiki li jiffurmaw il-korp tad-dritt tal-Unjoni;

 

(e)

il-miżuri li jdgħajfu l-protezzjoni tal-komunikazzjoni kunfidenzjali bejn l-avukat u l-klijent.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri

Riskji għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Miżuri xierqa għandhom jittieħdu meta nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari :

1.    Jista' jiġi stabbilit nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru meta wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, b'mod partikolari, jiġu affettwati jew jirriskjaw li jiġu affettwati :

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru li qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri tal-għotjiet , u meta jwettqu monitoraġġ u kontrolli ;

(a)

il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru li qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri tal-għotjiet;

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-funzjonament xieraq tal-ekonomija tas-suq, biex b'hekk jiġu rispettati l-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fl-Unjoni kif ukoll jiġu implimentati b'mod effettiv l-obbligi tas-sħubija, inkluża l-aderenza mal-għan tal-unjoni politika, ekonomika u monetarja;

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jwettqu kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar intern u estern, u l-funzjonament xieraq ta' sistemi effettivi u trasparenti tal-ġestjoni finanzjarja u tal-obbligu ta' rendikont;

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-prosekuzzjoni ta' frodi, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

(b)

il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-prosekuzzjoni ta' frodi, inklużi frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

rieżami ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta' azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

(c)

rieżami ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta' azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) , (ab) u (b);

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-frodi, tal-korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, u l-impożizzjoni ta' pieni effettivi u dissważivi fuq dawk ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi;

(d)

il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-frodi, inklużi l-frodi tat-taxxa, tal-korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, u l-impożizzjoni ta' pieni effettivi u dissważivi fuq dawk ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi;

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-evażjoni tat-taxxa u tal-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa u l-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni amministrattiva fi kwistjonijiet tat-taxxa;

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

il-kooperazzjoni effettiva u f'waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet skont l-atti legali rispettivi tagħhom u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali.

(f)

il-kooperazzjoni effettiva u f'waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u , suġġett għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru konċernat, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet skont l-atti ġuridiċi rispettivi tagħhom u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali;

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tal-Unjoni wara ksur sistemiku tad-drittijiet fundamentali.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Dawn li ġejjin jistgħu, b'mod partikolari, jitqiesu bħala nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward l-istat tad-dritt,

imħassar

(a)

it-tqiegħed f'riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura;

 

(b)

in-nuqqas li jiġu impediti, ikkoreġuti u ssanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, iż-żamma ta' riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom jew in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta' interessi;

 

(c)

il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta' regoli proċedurali restrittivi, nuqqas ta' implimentazzjoni ta' sentenzi jew il-limitazzjoni ta' investigazzjonijiet, ta' prosekuzzjoni u ta' sanzjonar effettivi ta' ksur tal-liġi.

 

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Panel ta' esperti indipendenti

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi panel ta' esperti indipendenti (“il-Panel”).

 

Il-Panel għandu jkun magħmul minn esperti indipendenti fid-dritt kostituzzjonali u fi kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji. Għandu jinħatar espert wieħed mill-parlament nazzjonali ta' kull Stat Membru u għandhom jinħatru ħames esperti mill-Parlament Ewropew. Il-Panel għandu jkun kompost b'tali mod li jiżgura l-bilanċ bejn is-sessi.

 

Kull meta jkun xieraq, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet u netwerks rilevanti, bħall-Federazzjoni Ewropea tal-Akkademji għax-Xjenzi u l-Istudji Umanistiċi, in-Netwerk Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja, il-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati, in-Netwerk tal-Ġustizzja fit-Taxxa, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u għall-Kooperazzjoni fl-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi għall-Panel f'konformità mar-regoli ta' proċedura msemmija fil-paragrafu 6.

 

2.     Il-kompiti konsultattivi tal-Panel għandu jkollhom bħala objettiv li jassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

 

Il-Panel għandu jevalwa s-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha kull sena abbażi ta' kriterji kwantitattivi u kwalitattivi u ta' informazzjoni, filwaqt li jqis b'mod xieraq l-informazzjoni u l-gwida msemmija fl-Artikolu 5(2).

 

3.     Kull sena l-Bord għandu jippubblika sommarju tas-sejbiet tiegħu.

 

4.     Bħala parti mill-kompitu konsultattiv tiegħu u b'kont meħud tal-eżitu tal-kunsiderazzjonijiet skont il-paragrafu 2, il-Bord jista' jesprimi opinjoni dwar nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru.

 

Meta jesprimi opinjoni, il-Bord għandu jagħmel ħiltu biex jilħaq kunsens. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq tali kunsens, il-Panel għandu jesprimi l-opinjoni tiegħu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

 

5.     Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe opinjoni rilevanti espressa mill-Panel f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

 

6.     Il-Panel għandu jaħtar il-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Panel għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontenut tal-miżuri

Miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Jistgħu jiġu adottati waħda jew aktar minn dawn il-miżuri xierqa

1.    Meta l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 jkunu sodisfatti, jistgħu jiġu adottati waħda jew aktar minn dawn il-miżuri:

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-gravità u mal-ambitu tan-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt. Dawn il-miżuri għandhom, sa fejn huwa possibbli, jimmiraw lejn l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati jew potenzjalment affettwati minn dak in-nuqqas.

3.   Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-gravità , mat-tul ta' żmien u mal-ambitu tan-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt. Dawn il-miżuri għandhom, sa fejn huwa possibbli, jimmiraw lejn l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati jew potenzjalment affettwati minn dak in-nuqqas.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni u gwida għall-benefiċċju tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali dwar l-obbligi mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2 permezz ta' sit web jew portal fuq l-internet.

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll, fuq l-istess sit web jew portal, għodod adegwati għar-riċevituri jew għall-benefiċjarji finali biex dawn jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ksur ta' dawn l-obbligi li, fil-fehma ta' dawn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, jaffettwawhom direttament. Dan il-paragrafu għandu jiġi applikat b'mod li jiżgura l-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva XXX (id-Direttiva dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni). L-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali skont dan il-paragrafu tista' titqies biss mill-Kummissjoni jekk tkun akkumpanjata minn prova li r-riċevitur jew il-benefiċjarju finali kkonċernat ikun ressaq ilment formali lill-awtorità kompetenti.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali skont il-paragrafu 3a, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ammont dovut minn entitajiet tal-gvern jew minn Stati Membri skont il-paragrafu 2 jitħallas b'mod effettiv lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali.

Billi fejn neċessarju:

 

(a)

b'referenza għall-fondi mill-baġit tal-Unjoni ġestiti skont l-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha:

 

 

(i)

tirkupra l-pagament li sar lil kwalunkwe korp imsemmi fil-punti (v) sa (vii) tal-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju għal ammont ekwivalenti għall-ammont mhux imħallas lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali, bi ksur tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

 

 

(ii)

tittrasferixxi ammont ekwivalenti għall-ammont imsemmi fil-punt preċedenti għar-riżerva tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP). Tali ammont għandu jitqies bħala marġni li baqa' disponibbli skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP) u għandu jiġi mmobilizzat f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP), għall-benefiċċju, sa fejn possibbli, tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

 

(b)

b'referenza għall-fondi mill-baġit tal-Unjoni ġestiti skont l-Artikolu 62(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju:

 

 

(i)

l-obbligu tal-awtoritajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala obbligu tal-Istati Membri skont it-tifsira ta' [l-Artikolu 63] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR). Kwalunkwe ksur ta' tali obbligu għandu jiġi ttrattat skont [l-Artikolu 98] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR);

 

 

(ii)

L-ammont li jirriżulta minn appoġġ imnaqqas mill-Fondi għal programm, b'applikazzjoni ta' [l-Artikolu 98] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR) għandu jiġi ttrasferit mill-Kummissjoni għar-riżerva tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP). Tali ammont għandu jitqies bħala marġni li baqa' disponibbli skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP) u għandu jiġi mmobilizzat f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP), għall-benefiċċju, sa fejn possibbli, tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta l-Kummissjoni tqis li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha

1.   Meta l-Kummissjoni , filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe opinjoni tal-Panel, tqis li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar notifika bħal din u dwar il-kontenut tagħha.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-Kummissjoni tista' tqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

2.    Meta tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 ikunux qed jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi opinjonijiet tal-Panel, deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-kriterji użati fil-kuntest tan-negozjati ta' adeżjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kapitoli tal-acquis dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, il-kontroll finanzjarju u t-tassazzjoni, kif ukoll il-kuntest tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika biex jiġi segwit il-progress ta' Stat Membru.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u jista' jagħmel osservazzjonijiet f'limitu ta' żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li ma għandux ikun inqas minn xahar mid-data tan-notifika tal-konstatazzjoni. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru jista' jipproponi l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju.

4.   L-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u jista' jagħmel osservazzjonijiet f'limitu ta' żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li ma għandux ikun inqas minn xahar u lanqas iżjed minn tliet xhur mid-data tan-notifika tal-konstatazzjoni. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru jista' jipproponi l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tasal u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru konċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta' kwalunkwe miżura ta' rimedju, meta tkun qed tiddeċiedi jekk tippreżentax jew le proposta għal deċiżjoni dwar miżuri xierqa .

5.   Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tasal u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru konċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta' kwalunkwe miżura ta' rimedju, meta tkun qed tiddeċiedi jekk tadottax jew le deċiżjoni dwar kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar is-segwitu li għandu jingħata lill-informazzjoni rċevuta f'limitu ta' żmien indikattiv ta' xahar, u fi kwalunkwe każ f'perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data tal-wasla ta' dik l-informazzjoni.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Meta tivvaluta l-proporzjonalità tal-miżuri li għandhom jiġu imposti, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod xieraq l-informazzjoni u l-gwida msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tippreżenta proposta għal att ta' implimentazzjoni dwar miżuri xierqa lill-Kunsill .

6.   Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 permezz ta' att ta' implimentazzjoni .

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Fl-istess waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tissottometti simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tittrasferixxi lejn riżerva baġitarja ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.     B'deroga mill-Artikolu 31(4) u (6) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq il-proposta għal trasferiment fi żmien erba' ġimgħat minn meta din tasal għand iż-żewġ istituzzjonijiet. Il-proposta għal trasferiment għandha tiġi kkunsidrata bħala approvata sakemm, fi żmien erba' ġimgħat, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jew il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemendawha jew jirrifjutawha. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jemendaw il-proposta għal trasferiment, l-Artikolu 31(8) tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6c.     Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 6 għandha tidħol fis-seħħ jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jirrifjutaw il-proposta għal trasferiment fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 6b.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.     Id-Deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill, sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.

imħassar

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.     Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jemenda l-proposta tal-Kummissjoni u jadotta t-test kif emendat bħala deċiżjoni tal-Kunsill.

imħassar

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istat Membru konċernat jista', fi kwalunkwe ħin, jippreżenta quddiem il-Kummissjoni evidenza biex juri li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt ġie rimedjat jew ma għadux jeżisti.

1.   L-Istat Membru konċernat jista', fi kwalunkwe ħin, jippreżenta quddiem il-Kummissjoni notifika formali, li tinkludi l-evidenza, biex juri li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt ġie rimedjat jew ma għadux jeżisti.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat. Ladarba nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri xierqa ma jibqgħux jeżistu b'mod sħiħ jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri b'mod sħiħ jew parzjalment. Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4, 5, 6 u  7 tal-Artikolu 5 għandha tapplika.

2.    Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq inizjattiva proprja tiegħu, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe opinjoni tal-Panel, għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat f'limitu ta' żmien indikattiv ta' xahar, u fi kwalunkwe każ f'perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data tal-wasla tan-notifika formali . Ladarba nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 ma jibqgħux jeżistu b'mod sħiħ jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha , mingħajr dewmien, tadotta deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri b'mod sħiħ jew parzjalment. Fl-istess waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tissottometti simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tneħħi, kompletament jew parzjalment, ir-riżerva baġitarja msemmija fl-Artikolu 5(6a). Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4, 5, 6 , 6b 6c tal-Artikolu 5 għandha tapplika.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta l-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta' programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tiegħu msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4(2)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(2)(b) jitneħħew, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP). L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit wara s-sena n + 2.

3.   Meta l-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta' programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tiegħu msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4(2)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(2)(b) jitneħħew, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP). L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit wara s-sena n+ 2. Mis-sena n+3, ammont ekwivalenti għall-impenji sospiżi għandu jiddaħħal fir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji prevista fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP).

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

imħassar

Informazzjoni tal-Parlament Ewropew

 

Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe miżura proposta jew adottata skont l-Artikoli 4 u 5

 

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

Rapportar

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment dwar l-effikaċja tal-miżuri adottati, fil-każ li jkun hemm, almenu ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat jekk hu meħtieġ minn proposti xierqa.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

Inklużjoni fir-Regolament Finanzjarju

Il-kontenut ta' dan ir-Regolament għandu jiddaħħal fir-Regolament Finanzjarju fir-reviżjoni tiegħu li jmiss.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0469/2018).

(7)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:UE:C:2004:236, punt 63.

(8)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-12 ta' Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato v Srl Meridionale Industria Salumi and others Ditta Italo Orlandi & Figlio and Ditta Vincenzo Divella v Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-KawżiMagħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:UE:C:1981:270, il-paragrafu 10.

(9)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi Magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:UE:C:1989:337, paragrafu 19

(10)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:UE:C:2016:861, punt 36; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:UE:C:2016:858, paragrafu 35; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2010, DEB, C-279/09, ECLI:UE:C:2010:811, paragrafu 58.

(11)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:UE:C:2018:117, punti 31, 40-41.

(12)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt”, COM(2014)0158, Anness I.

(7)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:UE:C:2004:236, punt 63.

(8)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-12 ta' Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato v Srl Meridionale Industria Salumi and others Ditta Italo Orlandi & Figlio and Ditta Vincenzo Divella v Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-Kawżi Magħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:UE:C:1981:270, il-paragrafu 10.

(9)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi Magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:UE:C:1989:337, paragrafu 19.

(10)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:UE:C:2016:861, punt 36; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:UE:C:2016:858, paragrafu 35; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2010, DEB, C-279/09, ECLI:UE:C:2010:811, paragrafu 58.

(11)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:UE:C:2018:117, punti 31, 40-41 ; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Lulju 2018, LM, C-216/18 PPU, ECLI:EU:C:2018:586, punti 63-67 .

(12)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt”, COM(2014)0158, Anness I.

(12a)   Rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-4 ta' April 2011 Studju Nru 512/2009 (CDL-AD (2011)003rev).

(1a)   Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/603


P8_TA(2019)0039

L-istabbiliment tal-programm “Fiscalis” għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm “Fiscalis” għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2018)0443 – C8-0260/2018 – 2018/0233(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/50)

Emenda 1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)

għall-proposta tal-Kummissjoni

2018/0233(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-programm “Fiscalis” għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 114 u 197 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Il-programm Fiscalis 2020, li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u huwa implimentat mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membru u l-pajjiżi assoċjati, u l-predeċessuri tiegħu kkontribwew b'mod sinifikanti biex jiffaċilitaw u jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Unjoni. Il-valur miżjud ta' dawk il-programmi, anke fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-kontribwenti, ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-pajjiżi parteċipanti. L-isfidi identifikati għad-deċennju li ġej ħafna drabi ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod effettiv jekk l-Istati Membri ma jħarsux lil hinn mill-fruntieri tat-territorji amministrattivi tagħhom u jikkooperaw b'mod intensiv mal-kontroparti tagħhom.

(2)

Il-programm Fiscalis 2020 joffri lill-Istati Membri qafas tal-Unjoni biex jiżviluppaw dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, u li jkun aktar kosteffettiv milli kieku kull Stat Membru kellu jistabbilixxi oqfsa ta' kooperazzjoni individwali fuq bażi bilaterali jew multilaterali , kemm jekk bejniethom kemm jekk ma' pajjiżi terzi li l-Unjoni tikkoopera mill-qrib magħhom fil-qasam tat-tassazzjoni . Għaldaqstant ikun xieraq li tiġi żgurata t-tkomplija ta' dak il-programm billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam, il-programm Fiscalis (''il-Programm'').

(2a)

Il-programm jenħtieġ li jippermetti li jiġu msaħħa l-kapaċitajiet tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, il-korruzzjoni, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, inkluż permezz tal-assistenza teknika għat-taħriġ tar-riżorsi umani u l-iżvilupp tal-istrutturi amministrattivi. Jenħtieġ li din l-assistenza tingħata b'mod trasparenti ;

(3)

Billi jipprovdi qafas għal azzjonijiet li jappoġġa s-suq uniku, irawwem il-kompetittività ġusta fl-Unjoni u jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u n-nontassazzjoni doppja ; għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv bla bżonn għaċ-ċittadini u n-negozji fi tranżazzjonijiet transfruntiera; għall-appoġġ ta' sistemi tat-taxxa aktar ġusti u effiċjenti; għall-kisba tal-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku u t-trawwim tal-kompetittività ġusta fl-Unjoni kif ukoll għall-appoġġ ta' approċċ konġunt tal-Unjoni f'fora internazzjonali.

(4)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(5)

Sabiex jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni u ta' assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni kemm tal-pajjiżi aderenti u tal-pajjiżi kandidati kif ukoll tal-kandidati potenzjali u tal-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Jista' jkun miftuħ ukoll għal pajjiżi terzi oħra , b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi li jkopru l-parteċipazzjoni tagħhom għal kwalunkwe programm tal-Unjoni.

(5a)

Il-Parlament Ewropew iddefinixxa xi prijoritajiet. In-nuqqas kurrenti ta' riżorsi finanzjarji huwa xkiel għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti mill-Parlament Ewropew għall-qafas finanzjarju pluriennali wara l-2020 [2017/2052(INI)]. Kooperazzjoni aktar effettiva fil-qasam tat-taxxa tista' twassal għal ġbir aktar effettiv tar-riżorsi neċessarji għall-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali futur.

(6)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (ir-''Regolament Finanzjarju'') japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u rimborżi ta' esperti esterni.

(7)

L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Fiscalis 2020 wrew li kienu adegwati u għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu. Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Madankollu, jenħtieġ li l-azzjonijiet ikollhom l-għan li jindirizzaw suġġetti ta' prijorità li jipproteġu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Jenħtieġ li l-programm Fiscalis jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tat-tassazzjoni, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.

(8)

Meta jitqiesu l-mobbiltà dejjem tikber tal-kontribwenti, l-għadd ta' tranżazzjonijiet transfruntiera u l-internazzjonalizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u r-riskju ikbar li jirriżulta ta' frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa u ippjanar aggressiv tat-taxxa, li jmorru lil hinn sew mill-fruntieri tal-Unjoni, l-adattamenti tas-sistemi elettroniċi Ewropej għal pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, jew l-estensjoni tagħhom, jistgħu jkunu ta' interess għall-Unjoni jew għall-Istati Membri. B'mod partikolari, dawn kieku jevitaw il-piż amministrattiv u l-kostijiet implikati billi jiżviluppaw u joperaw żewġ sistemi elettroniċi simili għall-iskambji ta' informazzjoni tal-Unjoni u dawk internazzjonali, rispettivament. Għaldaqstant, meta jkunu ġġustifikati kif xieraq b'dan l-interess, jenħtieġ li l-adattamenti jew l-estensjonijiet tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, ikunu l-kostijiet eliġibbli taħt il-Programm. Dment li suġġetti ta' prijorità jkunu ġew iffinanzjati bis-sħiħ, l-azzjonijiet speċifiċi li jinvolvu l-pajjiżi l-anqas żviluppati, speċjalment dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, jenħtieġ li jiġu mħeġġa wkoll fl-ambitu tal-Programm meta dan ikun xieraq.

(9)

Meta jitqiesu l-importanza tal-globalizzazzjoni u l-importanza tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li l-għażla ta' esperti tkun trasparenti u bbażata fuq il-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom li jkunu rilevanti għall-azzjoni speċifika, kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għal dik l-azzjoni. Jenħtieġ li jiġi żgurat li dawk l-esperti jkunu imparzjali u li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interess mar-rwol professjonali tagħhom. Jenħtieġ li tiġi żgurata rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernti rilevanti kollha.

(9a)

Fid-dawl tal-adozzjoni riċenti tad-Direttivi tal-Kunsill 2014/107/UE  (6) ; (UE) 2015/2376  (7) ; (UE) 2016/881  (8) ; (UE) 2016/2258  (9) ; (UE) 2018/822  (10) u n-negozjati li għaddejjin fir-rigward ta' Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK), il-Programm jenħtieġ li jkollu bħala għan it-taħriġ tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva ta' dawn id-direttivi.

(10)

B'konformità mal-impenn tal-Kummissjoni biex tiżgura l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta' finanzjament, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata ''Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE'’ (11), jenħtieġ li r-riżorsi jinqasmu ma' strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom għanijiet li huma komuni għal diversi strumenti ta' finanzjament, bl-esklużjoni tal-finanzjament doppju. Jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt il-Programm jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni li jappoġġaw il-politika tat-tassazzjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa.

(10a)

Għal raġunijiet ta' kosteffettività, il-programm Fiscalis jenħtieġ li jisfrutta s-sinerġiji possibbli flimkien ma' miżuri oħrajn tal-Unjoni f'oqsma relatati, bħall-Programm għad-Dwana, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi, il-Programm tas-Suq Uniku u l-Programm ta' Appoġġ għal Riforma.

(10b)

L-inizjattivi nazzjonali individwali kontra l-frodi potenzjalment jistgħu jittrasferixxu l-frodi lejn Stati Membri oħra, ħafna drabi dawk ġirien, u joħolqu piż amministrattiv sproporzjonat fuq in-negozji konformi kif ukoll nuqqas ta' ċertezza legali fil-kummerċ internazzjonali. Għalhekk huwa ta' importanza kruċjali li l-Kummissjoni tallinja l-miżuri nazzjonali ta' kontra l-frodi permezz tal-koordinazzjoni tal-aħjar prattiki nazzjonali fil-livell tal-Unjoni.

(11)

L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw sehem konsiderevoli tal-baġit taħt il-Programm. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Jenħtieġ li jkun hemm interoperabbiltà bla xkiel fost l-elementi komuni u nazzjonali tas-sistemi u tas-sinerġiji elettroniċi Ewropej mas-sistemi elettroniċi l-oħra tal-programmi rilevanti tal-Unjoni.

(12)

Attwalment, ma jeżisti l-ebda rekwiżit biex jitfassal Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni (''MASP-T'') għall-ħolqien ta' ambjent elettroniku koerenti u interoperabbli għat-tassazzjoni fl-Unjoni. Sabiex ikunu żgurati l-koerenza u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fl-IT, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-ħolqien ta' dan il-MASP-T.

(13)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi implimentat bi programmi ta' ħidma. Fid-dawl tan-natura fuq terminu medju sa twil tal-għanijiet segwiti u abbażi tal-esperjenza miksuba matul iż-żmien, jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma jkunu kapaċi jkopru diversi snin. Il-bidla mill-programmi ta' ħidma annwali għal dawk pluriennali se tnaqqas il-piż amministrattiv kemm fuq il-Kummissjoni kif ukoll fuq l-Istati Membri , iżda jenħtieġ li, fi kwalunkwe ċirkostanza, ma tagħtix lok għal telf ta' informazzjoni jew trasparenza għall-kontribwenti ; Il-programmi ta' ħidma pluriennali jenħtieġ li jirriflettu l-informazzjoni rilevanti kollha prodotta fil-kuntest ta' rapporti annwali jew eżerċizzji ta' mmappjar kif imsemmija f'dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti annwali jenħtieġ li jkunu disponibbli pubblikament sabiex jinfurmaw lill-kontribwenti dwar l-aħjar prattiki, it-tagħlimiet miksuba, l-isfidi u l-ostakli li jkun għad baqa’ identifikati fi ħdan il-programm.

(14)

Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma .

(15)

Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (12), hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri , u b'hekk jiġi kkunsidrat ukoll ir-REFIT . Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi biex jiġu evalwati l-effetti tar-Regolamenti fil-post. Ir-riżultati ta' dak il-monitoraġġ jenħtieġ li jkunu suġġetti għal rapport annwali konsolidat, prodott mill-Kummissjoni, ibbażat fuq l-input ipprovdut mill-Istati Membri. Jenħtieġ li jinkludi mmappjar tal-ostakli li fadal fl-Istati Membri fit-twettiq tal-għanijiet tal-Programm fl-Artikolu 3 u l-indirizzar tas-suġġetti ta' prijorità fl-Artikolu 7(2a) kif ukoll suġġerimenti għall-aħjar prattiki. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproduċi evalwazzjoni interim u finali tal-Programm. Kemm ir-rapporti annwali kif ukoll ir-rapporti ta' evalwazzjoni jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku fuq sit tal-internet dedikat.

(15a)

Jenħtieġ li jitlaqqa seminar darbtejn fis-sena mill-Kummissjoni li jinkludi żewġ rappreżentanti tal-Istati Membri benefiċjarji, sabiex jaqsmu l-kwistjonijiet problematiċi u jiġi ssuġġerit titjib potenzjali marbut mat-temi tal-programm u b'mod partikolari l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Il-parteċipanti għas-seminar għandhom ikunu rispettivament rappreżentant tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u rappreżentant tat-trade unions tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa, kif ukoll rappreżentant tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(16)

Sabiex ikun hemm tweġiba xierqa għall-bidliet fil-prijoritajiet tal-politika tat-tassazzjoni, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' indikaturi li jkejlu l-kisba tal-għanijiet speċifiċi tal-Programm. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anke fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(17)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), u r-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (14), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (15) u (UE) 2017/1939 (16), jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(18)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist pubbliku, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u l-finanzjament effettiv mill-UE.

(19)

Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jilħqu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom sħaħ, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Il-kopertura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar jenħtieġ li tkun prijorità sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni tal-esperti nazzjonali fl-azzjonijiet konġunti.

(20)

Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwali, iżda minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(21)

Dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għalhekk jenħtieġ li jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm ''Fiscalis'' għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (''Programm'').

2.   Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

''tassazzjoni'' tfisser kwistjonijiet, inkluż it-tfassil, l-amministrazzjoni, l-infurzar u l-konformità, relatati mat-taxxi u d-dazji li ġejjin:

(a)

it-taxxa fuq il-valur miżjud prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (18);

(b)

it-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE (19);

(c)

id-dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE (20);

(d)

it-taxxi fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (21);

(e)

taxxi u dazji oħra msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE (22) , inklużi t-taxxi korporattivi, sa fejn ikunu rilevanti għas-suq uniku u għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri;

(2)

''awtoritajiet tat-taxxa'' tfisser l-awtoritajiet pubbliċi u korpi oħra li huma responsabbli mit-tassazzjoni jew minn attivitajiet relatati mat-taxxa;

(3)

''sistemi elettroniċi Ewropej'' tfisser sistemi elettroniċi meħtieġa għat-tassazzjoni u biex jitwettqu l-missjonijiet tal-awtoritajiet tat-taxxa;

(4)

''pajjiż terz'' tfisser pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni.

(4 a)

“pajjiż l-anqas żviluppat” tfisser pajjiż terz b'introjtu baxx li qiegħed jaffaċċja ostakli strutturali sinifikanti għall-iżvilupp sostenibbli kif definit min-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm

1.   Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jappoġġa l-awtoritajiet tat-taxxa u t-tassazzjoni biex isaħħaħ il-funzjonament tas-suq uniku, irawwem il-kompetittività ġusta fl-Unjoni u jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha , inkluż mill-frodi tat-taxxa, mill-evażjoni tat-taxxa u mill-ippjanar aggressiv tat-taxxa, u jtejjeb il-ġbir tat-taxxi .

2.   Il-Programm għandu l-għan speċifiku li jappoġġa l-politika tat-taxxa u l-implimentazzjoni xierqa tagħha, irawwem il-kooperazzjoni dwar it-taxxa , l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-taxxa u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej , kif ukoll il-modernizzazzjoni progressiva tal-għodod ta' rapportar, awditjar u ta' softwer li għandhom jiġu applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha. Il-Programm għandu jgħin ukoll lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex jiffaċilitaw u jtejbu l-implimentazzjoni tad-direttivi tal-Unjoni dwar it-tassazzjoni, u biex iħarrġu l-persunal tagħhom f'dak ir-rigward.

Artikolu 4

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021-2027 għandu jkun ta' EUR 300 biljun fil-prezzijiet tal-2018 jew EUR 339 biljun fil-prezzijiet kurrenti.

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri inter alia spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji u materjal miktub rilevanti ieħor , mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod ta' teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm.

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(b)

il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi sakemm dawk il-pajjiżi jkunu laħqu livell suffiċjenti ta' approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-metodi amministrattivi rilevanti għal dawk tal-Unjoni;

(c)

pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-Programm;

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Sakemm ikunu ġew iffinanzjati bis-sħiħ is-suġġetti ta' prijorità, il-pajjiżi l-anqas żviluppati għandhom jitħeġġu jipparteċipaw fil-Programm skont il-prinċipji tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD) u l-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehimiet speċifiċi bejn dawn il-pajjiżi u l-Unjoni li jkopru l-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fil-Programm. Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 1, il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi l-anqas żviluppati fil-Programm għandha tkun mingħajr spejjeż għalihom u għandha tiffoka fuq il-kisba tal-għanijiet ta' taxxa internazzjonali, bħall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar it-taxxa. Il-ftehim speċifiku għandu jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-UE

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist pubbliku u r-rimborż ta' spejjeż ta' vjaġġar u sussistenza mġarrba mill-esperti esterni.

KAPITOLU II

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 7

Azzjonijiet eliġibbli

1.   L-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

2.   L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

laqgħat u avvenimenti simili ad hoc;

(b)

kollaborazzjoni strutturata bbażata fuq il-proġetti , inklużi spezzjonijiet fuq il-post u awditi konġunti ;

(c)

azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fl-IT, b'mod partikolari l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej jew azzjonijiet għall-iżvilupp ta' reġistri komuni ;

(d)

azzjonijiet ta' bini tal-kompetenza u tal-kapaċità umana;

(e)

appoġġ u azzjonijiet oħra, inklużi:

(1)

studji u materjal miktub rilevanti ieħor ;

(2)

attivitajiet ta' innovazzjoni, b'mod partikolari l-inizjattivi dwar il-provi tal-kunċett, il-proġetti pilota u l-prototipi;

(3)

azzjonijiet ta' komunikazzjoni żviluppati b'mod konġunt;

(4)

kwalunkwe azzjoni prevista fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 13, li tkun meħtieġa biex jinkisbu jew bħala appoġġ tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

Il-forom possibbli ta' azzjoni rilevanti msemmija fil-punti (a), (b) u (d) huma ppreżentati f'lista mhux eżawrjenti fl-Anness 1.

2a.     L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru l-lista li ġejja ta' suġġetti ta' prijorità:

(a)

l-għeluq tal-lakuni fl-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE  (23) , kif emendata;

(b)

l-iskambju effettiv ta' informazzjoni, inkluż it-talbiet ta' gruppi, u l-iżvilupp ta' formati li jistgħu jintużaw li jqisu l-inizjattivi fil-livell internazzjonali;

(c)

it-tneħħija tal-ostakli għall-kooperazzjoni transfruntiera;

(d)

it-tneħħija ta' ostakli għall-aċċessibilità għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE, kif emendata;

(e)

il-ġlieda kontra l-frodi transfruntiera tal-VAT;

(f)

l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-irkupru tat-taxxi, inklużi t-taxxi mhux imħallsa skont id-Direttiva Ewropea dwar it-Tassazzjoni fuq it-Tfaddil(EUSTD);

(g)

l-implimentazzjoni ta' għodod tal-IT unifikati fil-livell nazzjonali bil-ħsieb li jiġu żviluppati interfaċċi komuni li jippermettu l-interkonnessjoni tas-sistemi nazzjonali tal-IT;

3.   L-azzjonijiet li jikkonsistu fl-iżvilupp u l-operat ta' adattamenti jew ta' estensjonijiet tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament meta jkunu ta' interess għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, li jistgħu jipprevedu għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-partijiet terzi kkonċernati minn dawn l-azzjonijiet.

4.   Meta azzjoni ta' bini tal-kapaċità fl-IT imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 tikkonċerna l-iżvilupp u l-operat ta' sistema elettronika Ewropea, għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt il-Programm il-kostijiet relatati biss mar-responsabbiltajiet fdati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(2). L-Istati Membri għandhom iġarrbu l-kostijiet relatati mar-responsabbiltajiet fdati lilhom skont l-Artikolu 11(3).

Artikolu 8

Il-parteċipazzjoni ta' esperti esterni

1.   Jekk ikunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke dawk minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm skont l-Artikolu 5, u fejn rilevanti, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet oħra rilevanti, tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, jistgħu jieħdu sehem bħala esperti esterni għall-azzjonijiet organizzati taħt il-Programm. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fost l-oħrajn, l-imparzjalità ta' dawn l-esperti esterni, u għandha tiżgura li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interessi mar-responsabbiltajiet professjonali tagħhom u għandha tiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fuq bażi ad hoc, abbaża tal-ħtiġijiet.

2.   Il-kostijiet imġarrba mill-esperti esterni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għal rimborż taħt il-Programm skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju.

3.   L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni , wara proċedura trasparenti u bbilanċjata, abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien rilevanti tagħhom għall-azzjoni speċifika , u l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għal dik l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Hija għandha tiċċara jekk l-esperti esterni jipparteċipawx f'isimhom jew f'isem organizzazzjoni jew operatur ekonomiku ieħor. Il-lista tal-esperti esterni li jintervjenu għandha tkun disponibbli pubblikament fuq is-sit web tal-Kummissjoni .

KAPITOLU III

GĦOTJIET

Artikolu 9

Għoti, komplementarjetà u finanzjament ikkombinat

1.   L-għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni taħt il-Programm, sakemm il-kontribuzzjoni ma tkoprix l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata skont id-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

3.   Skont l-Artikolu 198(f) tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet għandhom jingħataw mingħajr sejħa għal proposti meta l-entitajiet eliġibbli jkunu awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu.

Artikolu 10

Rata ta' kofinanzjament

1.   B'deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, il-Programm jista' jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli ta' azzjoni.

2.   Ir-rata ta' kofinanzjament applikabbli meta l-azzjonijiet ikunu jeħtieġu l-għoti ta' għotjiet, għandha tiġi stabbilita fil-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 13.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-AZZJONIJIET TA' BINI TAL-KAPAĊITÀ FL-IT

Artikolu 11

Responsabbiltajiet

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-operat, inkluż it-tfassil, l-ispeċifikazzjoni, l-ittestjar tal-konformità, l-użu, iż-żamma, l-evoluzzjoni, is-sigurtà, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità tas-sistemi elettroniċi Ewropej elenkati fil-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni msemmi fl-Artikolu 12.

2.   B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura dan li ġej:

(a)

l-iżvilupp u l-operat tal-komponenti komuni kif stabbiliti taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni previst fl-Artikolu 12;

(b)

il-koordinazzjoni ġenerali tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb tal-operabbiltà, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni sinkronizzata tagħhom;

(c)

il-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb li jiġu promossi u implimentati fil-livell nazzjonali;

(d)

il-koordinazzjoni tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej rigward l-interazzjonijiet tagħhom ma' partijiet terzi, bl-esklużjoni ta' azzjonijiet imfassla biex jissodisfaw rekwiżiti nazzjonali;

(e)

il-koordinazzjoni tas-sistemi elettroniċi Ewropej ma' azzjonijiet oħra rilevanti relatati mal-gvern elettroniku fil-livell tal-Unjoni.

(ea)

il-koordinazzjoni ta' miżuri kontra l-frodi applikati fil-livell nazzjonali permezz tal-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki nazzjonali fil-livell tal-UE u l-informazzjoni dwarhom;

3.   B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw dan li ġej:

(a)

l-iżvilupp u l-operat tal-komponenti nazzjonali kif stabbiliti taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni previst fl-Artikolu 12;

(b)

il-koordinazzjoni tal-iżvilupp u l-operat tal-komponenti nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej fil-livell nazzjonali;

(c)

il-koordinazzjoni tas-sistemi elettroniċi Ewropej ma' azzjonijiet oħra rilevanti relatati mal-gvern elettroniku fil-livell nazzjonali;

(d)

il-provvista regolari ta' informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex l-awtoritajiet jew l-operaturi ekonomiċi rispettivi tagħhom ikunu jistgħu jużaw bis-sħiħ is-sistemi elettroniċi Ewropej;

(e)

l-implimentazzjoni ta' sistemi elettroniċi Ewropej fil-livell nazzjonali.

Artikolu 12

Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni (MASP-T)

1.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni li jelenka l-kompiti kollha rilevanti għall-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej u tikklassifika kull sistema jew parti minnha, bħala:

(a)

komponent komuni: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell tal-Unjoni, li huwa disponibbli għall-Istati Membri kollha jew identifikat bħala komuni mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' effiċjenza, sigurtà u razzjonalizzazzjoni;

(b)

komponent nazzjonali: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell nazzjonali, li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq dan il-komponent jew li kkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu;

(c)

jew taħlita tat-tnejn.

2.   Il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni għandu jinkludi wkoll azzjonijiet pilota u innovattivi kif ukoll appoġġ għall-metodoloġiji u l-għodod relatati mas-sistemi elettroniċi Ewropej.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull darba li jlestu kompitu allokat lilhom taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Dawn għandhom ukoll jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-kompiti tagħhom relatati mal-Programm kollu .

4.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni b'rapporti ta' progress annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel. Dawk ir-rapport annwali għandhom ikunu bbażati fuq format stabbilit minn qabel. Fir-rapporti ta' progress annwali, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-ostakli fit-twettiq tal-għanijiet tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 3 u fl-indirizzar tas-suġġetti ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 7(2a) u jagħmlu suġġerimenti għall-aħjar prattiki.

5.   Abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport konsolidat li jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 kif ukoll il-progress li sar fil-kisba tal-għanijiet tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3 u s-suġġetti ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 7(2a) . Biex tivvaluta l-progress miksub, il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport annwali konsolidat tagħha mmappjar tal-ostakli li fadal fl-Istati Membri fit-twettiq tal-għanijiet tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 3 u fl-indirizzar tas-suġġetti ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 7(2a) u tagħmel suġġerimenti għall-aħjar prattiki. Ir-rapporti annwali konsolidati tal-Kummissjoni għandhom isiru pubblikament disponibbli fuq paġna web ddedikata tal-Kummissjoni u għandhom iservu ta' bażi għall-programmi ta' ħidma pluriennali futuri msemmija fl-Artikolu 13 kif ukoll ir-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15.

KAPITOLU V

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 13

Programm ta' ħidma

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att delegati . Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17.

Artikolu 14

Monitoraġġ u rapportar

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, huma stabbiliti fl-Anness 2.

2.   Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ħalli temenda l-Anness 2, biex fejn jitqies meħtieġ jiġu riveduti jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

3.   Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.

Artikolu 15

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-evalwazzjonijiet għandhom ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq paġna web dedikata.

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sena wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 16

Awditi u investigazzjonijiet

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b'deċiżjoni taħt il-ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

KAPITOLU VI

EŻERĊIZZJU TAD-DELEGA U PROĊEDURA ta' KUMITAT

Artikolu 17

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 13(2) u 14(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13(2) u 14(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 13(2) u 14(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat imsejjaħ il-''Kumitat tal-Programm Fiscalis''. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 19

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni ▌dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 20

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta' Jannar 2021.

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, taħt ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013.

3.   Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(2), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta' Diċembru 2027.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS 1

Lista mhux eżawrjenti ta' forom possibbli ta' azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2)

L-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) jistgħu jieħdu l-forom li ġejjin:

(a)

Fir-rigward ta' laqgħat u avvenimenti simili ad hoc:

Seminars u sessjonijiet ta' ħidma li ġeneralment jattendu għalihom l-pajjiżi kollha u li fihom isiru preżentazzjonijiet u l-parteċipanti jieħdu sehem f'diskussjonijiet intensivi u f'attivitajiet dwar suġġett partikolari;

Żjarat ta' ħidma, organizzati biex l-uffiċjali jiksbu jew iżidu l-kompetenza jew l-għarfien tagħhom dwar il-politika tat-tassazzjoni;

Preżenza fl-uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni fl-inkjesti amministrattivi;

(b)

Fir-rigward ta' kollaborazzjoni strutturata:

Grupp ta' proġett, magħmul ġeneralment minn għadd limitat ta' pajjiżi, li jkun operattiv għal perjodu ta' żmien limitat biex jintlaħaq għan predefinit b'riżultat definit b'mod preċiż li jinkludi l-koordinazzjoni jew il-valutazzjoni komparattiva;

Task force, jiġifieri forom strutturati ta' kooperazzjoni, ta' natura permanenti jew mhux permanenti, li tiġbor flimkien il-kompetenzi biex jitwettqu kompiti f'oqsma speċifiċi jew attivitajiet operazzjonali, possibbilment bl-appoġġ ta' servizzi ta' kollaborazzjoni onlajn, ta' assistenza amministrattiva u ta' faċilitajiet ta' infrastruttura u tagħmir;

Kontroll multilaterali jew simultanju li jikkonsisti fil-verifika kkoordinata tas-sitwazzjoni tat-taxxa ta' persuna taxxabbli waħda jew aktar konnessi flimkien, organizzata minn żewġ pajjiżi jew aktar, u li jinkludi mill-inqas żewġ Stati Membri b'interessi komuni jew komplementari;

Awditu konġunt li jikkonsisti fil-verifika konġunta tas-sitwazzjoni tat-taxxa ta' persuna taxxabbli waħda jew aktar konnessi flimkien, organizzat minn tim tal-awditu wieħed magħmul minn żewġ pajjiżi jew aktar, u li jinkludi mill-inqas żewġ Stati Membri b'interessi komuni jew komplementari;

Kwalunke forma oħra ta' kooperazzjoni amministrattiva stabbilita bid-Direttiva 2011/16/UE, ir-Regolament (UE) Nru 904/2010, ir-Regolament (UE) Nru 389/2012 jew id-Direttiva 2010/24/UE;

(d)

Fir-rigward tal-azzjonijiet ta' tisħiħ tal-kompetenza umana u tal-kapaċità:

Taħriġ komuni jew żvilupp tat-tagħlim elettroniku biex jappoġġaw il-ħiliet u l-għarfien professjonali meħtieġa fil-qasam tat-taxxa;

Appoġġ tekniku, bil-għan li jtejjeb il-proċeduri amministrattivi, isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u jtejjeb il-funzjonament u l-operat tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa billi jniedi u jaqsam il-prattiki tajba.

ANNESS 2

Indikaturi

Għan speċifiku: appoġġ għall-politika tat-tassazzjoni, il-kooperazzjoni tat-taxxa u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej.

1.     Bini tal-Kapaċità (kapaċità amministrattiva, umana u fl-IT):

1.

Indiċi tal-applikazzjoni u tal-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politika tal-Unjoni (Għadd ta' azzjonijiet rilevanti għall-Programm organizzati f'dan il-qasam u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa b'segwitu għal dawk l-azzjonijiet)

2.

Indiċi tat-tagħlim (moduli tat-tagħlim użati; għadd ta' uffiċjali mħarrġa; punteġġ ta' kwalità għal kull parteċipant)

3.

Disponibbiltà tas-sistemi elettroniċi Ewropej (f'perċentwal ta' ħin)

4.

Disponibbiltà tan-Netwerk Komuni ta' Komunikazzjoni (f'perċentwal ta' ħin)

5.

Proċeduri simplifikati tal-IT għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-operaturi ekonomiċi (għadd ta' operaturi ekonomiċi rreġistrati, għadd ta' applikazzjonijiet u għadd ta' konsultazzjonijiet fis-sistemi elettroniċi differenti ffinanzjati mill-Programm)

2.     Kondiviżjoni tal-għarfien u netwerking:

6.

Indiċi tar-robustezza tal-kollaborazzjoni (grad ta' netwerking iġġenerat, għadd ta' laqgħat wiċċ imb wiċċ, għadd ta' gruppi ta' kollaborazzjoni onlajn)

7.

Indiċi tal-aħjar prattiki u tal-linji gwida (għadd ta' azzjonijiet rilevanti għall-Programm organizzati f’dan il-qasam; perċentwal ta' amministrazzjonijiet tat-taxxa li użaw prattika tax-xogħol/linja gwida żviluppata bl-appoġġ tal-Programm)

2a.     Indikaturi Addizzjonali

1.

Id-dħul li jinġabar fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa waqt awditi konġunti

2.

L-għadd ta' talbiet għal kooperazzjoni amministrattiva u ġudizzjarja magħmula, riċevuti u mwieġba għal kull Stat Membru


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0421/2018).

(*1)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)  ĠU C […], […], p. […].

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 25).

(4)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1

(5)   Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(6)   Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).

(7)   Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 1).

(8)   Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 146, 3.6.2016, p. 8).

(9)   Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 tas-6 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 1).

(10)   Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli, (ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1).

(11)  COM(2010)0700.

(12)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (''l-UPPE'') (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(17)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(18)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(19)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21).

(20)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta' Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24).

(21)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

(22)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra, (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).

(23)   Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/618


P8_TA(2019)0040

L-istabbiliment tal-programm “Drittijiet u Valuri” ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/51)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri

li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

F'konformità mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel”. L-Artikolu 3 jkompli jispeċifika li “l-mira tal-Unjoni hija li tippromovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha” u, fost oħrajn, “għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, fil-libertajiet u fil-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(1)

F'konformità mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Minn dawk il-valuri, id-dinjità tal-bniedem, kif rikonoxxuta mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, hija s-sies primarju tad-drittjiet fundamentali tal-bniedem kollha. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel”. L-Artikolu 3 jkompli jispeċifika li “l-mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha” u, fost oħrajn, “għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid u artikolati ulterjorment fid-drittijiet, fil-libertajiet u fil-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021–2027 u r-riżorsi proprji, il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza tal-prinċipji orizzontali li jenħtieġ li jirfdu l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u l-politiki kollha relatati tal-Unjoni, inkluża l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-Unjoni tal-QFP li jmiss, enfasizza li l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni hija essenzjali biex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni lejn Ewropa inklużiva u ddeplora n-nuqqas ta' integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-impenji għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tal-Unjoni, kif ippreżentat fil-proposti tal-QFP.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Waqt it-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020, il-Parlament Ewropew esprima l-appoġġ tiegħu għal programmi fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, il-midja, iż-żgħażagħ, l-isport, id-demokrazija, iċ-ċittadinanza u s-soċjetà ċivili li wrew biċ-ċar il-valur miżjud Ewropew tagħhom u li jgawdu minn popolarità fit-tul fost il-benefiċjarji, issottolinja li Unjoni aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss jekk tingħata l-mezzi finanzjarji biex tagħmel dan, u jirrakkomanda l-istabbiliment ta' Fond Demokratiku Ewropew intern għat-tisħiħ tal-appoġġ tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li jaħdmu fl-oqsma tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jrid jiġi ġestit mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li jingħata appoġġ kontinwu lill-politiki eżistenti, jenħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni u jenħtieġ li r-responsabbiltajiet addizzjonali jkunu akkumpanjati b'mezzi finanzjarji addizzjonali.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu promossi u infurzati, u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 (9), (minn hawn 'il quddiem “il-Programmi predeċessuri”).

(2)

Dawk id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu kkultivati, protetti u promossi b'mod attiv mill-Unjoni minn kull Stat Membru fil-politiki tagħhom kollha b'mod konsistenti u jridu jiġu infurzati u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE , peress li kwalunkwe deterjorament fil-protezzjoni ta' dawk id-drittijiet u l-valuri fi kwalunkwe Stat Membru jista' jkollu effetti detrimentali fuq l-Unjoni kollha kemm hi . Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE jrid jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet u ma spazju li dejjem qed jonqos għas-soċjetà ċivili indipendenti , huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (il-“Programm”) se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 (9), (minn hawn 'il quddiem “il-Programmi predeċessuri”) u se jiġi aġġustat biex jindirizza sfidi ġodda għall-valuri Ewropej .

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw primarjament fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, inklużiva u demokratika . Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u  t-trawwim tad-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-istorja l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom , permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.

(3)

Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka , l-ugwaljanza u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, miftuħa, inklużiva u demokratika permezz tal-finanzjament ta' attivitajiet li jippromwovu soċjetà ċivili vibranti, żviluppata sew, reżiljenti u mogħtija s-setgħa, bl-inklużjoni tal-ħidma favur il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri komuni tagħna, u li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u  jrawwmu l-paċi u jikkultivaw id-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-valuri, l-istorja, il-memorja l-wirt komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-istituzzjonijiet iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili u , permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura djalogu regolari, miftuħ u trasparenti mal-benefiċjarji tal-Programm u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra billi tistabbilixxi Grupp ta' Djalogu Ċivili. Jenħtieġ li l-Grupp ta' Djalogu Ċivili jikkontribwixxi għall-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajba u għad-diskussjoni ta' żviluppi ta' politika fl-oqsma u fl-objettivi koperti mill-Programm u minn oqsma relatati. Jenħtieġ li l-Grupp ta' Djalogu Ċivili jkun magħmul minn organizzazzjonijiet li jkunu ntgħażlu biex jirċievu għotja operattiva jew għotja ta' azzjoni taħt il-Programm u organizzazzjonijiet u partijiet ikkonċernati oħrajn li jkunu esprimew interess fil-Programm jew li jaħdmu f'dan il-qasam ta' politika, iżda li mhux neċessarjament ikunu appoġġati mill-Programm.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Jenħtieġ li l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan għandu jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri. Dan għandu jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta.

(4)

Jenħtieġ li l-Programm jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri minquxa fit-Trattati u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan jenħtieġ li jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri u billi jiżviluppahom ulterjorment . Dan se jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm jenħtieġ li jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom u l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni permezz ta' approċċi mfassla apposta u mmirati, inkluża l-promozzjoni tat-tipi kollha ta' ugwaljanza u ugwaljanza bejn il-ġeneri fihom .

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Ir-rispett sħiħ tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija u l-promozzjoni tagħhom huma fundamentali biex tinbena l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni. Ir-rispett lejn l-istat tad-dritt fi ħdan l-Unjoni huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll għar-rispett tad-drittijiet u l-obbligi kollha minquxa fit-Trattati. Il-mod li bih l-istat tad-dritt jiġi implimentat fl-Istati Membri jaqdi rwol essenzjali fl-iżgurar tal-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u fis-sistemi ġuridiċi tagħhom. Għaldaqstant il-Programm jenħtieġ li jippromwovi u jissalvagwardja d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

L-istat tad-dritt, minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE, bħala wieħed mill-valuri tal-Unjoni, jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li jimplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralist għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, fosthom tad-drittijiet fundamentali; u s-separazzjoni tas-setgħat u l-ugwaljanza quddiem il-liġi.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza u  identità Ewropea, fuq il-bażi ta' komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

(5)

Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, sabiex titrawwem il-parteċipazzjoni demokratika u sabiex iċ-ċittadini jingħataw is-setgħa li jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom marbuta maċ-ċittadinanza Ewropea, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati , immirati lejn distribuzzjoni ġeografika bilanċjata . Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali fl-oqsma koperti mill-Programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment attiv tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni kif ukoll fit-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni . Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u lingwistika , ir-rikonċiljazzjoni, l-inklużjoni soċjali u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza fl-Unjoni ċittadinanza komuni b'identità Ewropea, fuq il-bażi ta' fehim reċiproku tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Pluraliżmu li qed jiżdied u x-xejriet tal-migrazzjoni globali jgħollu l-importanza tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż fis-soċjetajiet tagħna. Jenħtieġ li, permezz tal-Programm, jingħata appoġġ sħiħ lid-djalogu interkulturali u interreliġjuż bħala parti mill-armonija soċjali fl-Ewropa u element ewlieni sabiex tingħata spinta lill-inklużjoni u lill-koeżjoni soċjali. Filwaqt li d-djalogu interreliġjuż jista' jgħin biex jenfasizza l-kontribut pożittiv tar-reliġjon għall-koeżjoni soċjali, l-illitteriżmu reliġjuż joħloq ir-riskju li jwitti t-triq għall-użu ħażin tas-sentimenti reliġjużi fost il-popolazzjoni. Il-Programm jenħtieġ li għalhekk jappoġġa proġetti u inizjattivi li jiżviluppaw il-litteriżmu reliġjuż, filwaqt li jrawwmu djalogu interreliġjuż u komprensjoni reċiproka.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u  r-riflessjoni kritika dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini jsiru konxji mill-istorja komuni bħala l-pedament għal ġejjieni u skop morali komuni u għal valuri komuni. Ir-rilevanza ta' aspetti storiċi, kulturali u interkulturali jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea u s-sens ta' appartenenza komuni.

(6)

L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u  l-ħsieb kritiku u kreattiv dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini , speċjalment iż-żgħażagħ, isiru konxji mill-istorja komuni tagħhom bħala l-pedament għal ġejjieni komuni. Ir-rilevanza tal-aspetti storiċi , soċjali , kulturali u interkulturali kif ukoll tat-tolleranza u tad-djalogu jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll bil-għan li tippromwovi bażi komuni msejsa fuq valuri kondiviżi u fuq is-solidarjetà, id-diversità u l-paċi , kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea u s-sens ta' appartenenza komuni.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

(7)

Iċ-ċittadini tal-Unjoni mhumiex konxji biżżejjed mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni , inkluż id-dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali jew id-dritt li jirċievu protezzjoni konsulari minn ambaxxati ta' Stati Membri oħra. Jenħtieġ li ċ-ċittadini jsiru aktar konxji minn dawn id-drittijiet , u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun imsaħħa fil-livelli kollha biex tippromwovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 tat-TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-kuxjenza Ewropea u t-totalitarjaniżmu u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9-10 ta' Ġunju 2011 dwar il-memorja ta' delitti mwettqa minn reġimi totalitarji fl-Ewropa jissottolinjaw l-importanza li l-memorji tal-passat jinżammu ħajjin bħala mezz biex nibnu futur komuni u jenfasizzaw il-valur tar-rwol tal-Unjoni fil-faċilitazzjoni, il-kondiviżjoni u l-promozzjoni tal-memorja kollettiva ta' dawn id-delitti bil-ħsieb li terġa' tingħata l-ħajja lil identità Ewropea konġunta, pluralista u demokratika.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. Id-diskriminazzjoni u t-trattament inugwali tan-nisa jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ostakli strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta' ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni hija għalhekk attività ewlenija għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm.

(8)

L-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament jagħti lill-Unjoni l-kompitu li telimina l-inugwaljanzi u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha. Madankollu l-progress ġenerali fl-ugwaljanza bejn is-sessi huwa bil-mod ħafna, meta mqabbel mal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2017, ippubblikat mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Spiss id-diskriminazzjoni intersezzjonali siekta u moħbija u t-trattament inugwali tan-nisa u l-bniet, kif ukoll diversi forom ta' vjolenza kontra n-nisa, jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ostakoli politiċi, strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta' ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni billi tiġi appoġġata l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi ta' nondiskriminazzjoni u billi jiġu attivament indirizzati l-istereotipi u tiġi indirizzata wkoll id-diskriminazzjoni siekta, hija għalhekk attività ewlenija għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Il-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza kontra t-tfal u  ż-żgħażagħ tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet fundamentali. Il-vjolenza għadha hemm fl-Unjoni kollha, fil-kuntesti soċjali u ekonomiċi kollha, u għandha riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tal-vittmi u fuq is-soċjetà inġenerali. It-tfal , iż-żgħażagħ n-nisa huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza , b'mod partikolari f'relazzjonijiet mill-qrib . Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tat-tfal minn danni u vjolenza, li huma perikolużi għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tagħhom għall-iżvilupp, għall-protezzjoni u għad-dinjità. Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza, il-promozzjoni tal-prevenzjoni u l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi huma prijoritajiet tal-Unjoni li jgħinu biex jinkisbu d-drittijiet fundamentali tal-individwi u jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-prijoritajiet jenħtieġ li jkunu appoġġati mill-Programm.

(9)

Il-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza kontra t-tfal , iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà, ir-rifuġjati l-migranti u kontra membri ta' gruppi ta' minoranza differenti, bħall-membri ta' gruppi ta' minoranza etnika u l-persuni LGBTQI, tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet fundamentali. Il-vjolenza għadha tippersisti fl-Unjoni kollha, fil-kuntesti soċjali u ekonomiċi kollha, u għandha riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tal-vittmi u fuq is-soċjetà inġenerali. Il-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess tirrikjedi approċċ multidimensjonali li jkopri d-drittijiet legali , edukattivi, tas-saħħa, inklużi d-drittijiet sesswali u riproduttivi, aspetti ekonomiċi aspetti oħra tas-soċjetà bħall-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa , l-għoti ta' pariri u assistenza u proġetti li jfittxu li jiksbu l-għan ta' soċjetà aktar ugwali bejn is-sessi. Hemm bżonn li jiġu indirizzati b'mod attiv l-istereotipi u n-normi dannużi minn età bikrija, kif ukoll il-forom kollha ta' diskors ta' mibegħda u vjolenza online . Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tat-tfal minn ħsara u vjolenza, li huma perikolużi għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tagħhom għall-iżvilupp, għall-protezzjoni u għad-dinjità. Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) tiddefinixxi l-“vjolenza fuq in-nisa” bħala “kull att ta' vjolenza bbażata fuq is-sess li jirriżulta, jew x'aktarx li jirriżulta, fi ħsara jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika lin-nisa, inkluż it-theddid ta' atti bħal dawn, ġegħil jew deprivazzjoni arbitrarja tal-libertà, kemm jekk dan isir fil-ħajja pubblika u kemm jekk fil-ħajja privata”. Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza, il-promozzjoni u l-prevenzjoni u l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi huma prijoritajiet tal-Unjoni li jgħinu biex jinkisbu d-drittijiet fundamentali tal-individwi u jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-prijoritajiet jenħtieġ li jkunu appoġġati mill-Programm. Il-prevenzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-vittmi jenħtieġ li jitfasslu bil-parteċipazzjoni tal-grupp fil-mira u jiżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet speċifiċi ta' dawk b'diversi vulnerabbiltajiet.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

In-nisa mingħajr dokumenti huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza u għall-abbuż sesswali u ma għandhomx aċċess għall-appoġġ. Huwa kruċjali li jiġi implimentat approċċ iffukat fuq il-vittma u li jiġu offruti servizzi ta' appoġġ adegwati lin-nisa kollha madwar l-Unjoni, irrispettivament mill-istatus ta' residenza tagħhom. Il-ħtieġa għal perspettiva sensittiva għall-ġeneru fil-proċessi tal-asil hija importanti ħafna għall-ħidma intersezzjonali u tista' tikkontribwixxi għal ugwaljanza akbar bejn is-sessi.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Rieda politika qawwija u azzjoni koordinata bbażata fuq il-metodi u r-riżultati tal-Programm Daphne, il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm Ġustizzja preċedenti huma meħtieġa sabiex jiġu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza u biex jiġu protetti l-vittmi. B'mod partikolari, mit-tnedija tiegħu fl-1997, il-finanzjament ta' Daphne biex jiġu appoġġati l-vittmi tal-vjolenza u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ kien suċċess ġenwin kemm f'termini tal-popolarità tiegħu mal-partijiet ikkonċernati (awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi) u kemm f'termini tal-effettività tal-proġetti ffinanzjati. Dan iffinanzja proġetti li jissensibilizzaw, li jipprovdu servizzi ta' appoġġ lill-vittmi u li jappoġġaw l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) li jaħdmu fil-post. Dan indirizza l-forom kollha ta' vjolenza, bħal pereżempju l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, it-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll forom ġodda ta' vjolenza emerġenti bħaċ-ċiberbulliżmu . Għalhekk huwa importanti li jitkomplew dawn l-azzjonijiet kollha u li dawk ir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda jitqiesu b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-Programm.

(10)

Rieda politika qawwija u azzjoni koordinata bbażata fuq il-metodi u r-riżultati tal-Programm Daphne, il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm Ġustizzja preċedenti huma meħtieġa sabiex jiġu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza u biex jiġu protetti l-vittmi. B'mod partikolari, mit-tnedija tiegħu fl-1997, il-finanzjament ta' Daphne biex jiġu appoġġati l-vittmi tal-vjolenza u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ kien suċċess ġenwin kemm f'termini tal-popolarità tiegħu mal-partijiet ikkonċernati (awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi) kif ukoll f'termini tal-effettività tal-proġetti ffinanzjati. Dan iffinanzja proġetti li jissensibilizzaw, li jipprovdu servizzi ta' appoġġ lill-vittmi u li jappoġġaw l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) li jaħdmu fil-post. Dan indirizza l-forom kollha ta' vjolenza, bħal pereżempju l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, it-traffikar tal-bnedmin, l-istalking u l-prattiki tradizzjonali dannużi bħall-MĠF, kif ukoll forom ġodda ta' vjolenza emerġenti bħall-bullying ċibernetiku u l-fastidju ċibernetiku . Għalhekk huwa importanti li jitkomplew dawn l-azzjonijiet kollha b'allokazzjoni baġitarja indipendenti għal Daphne u li dawk ir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda jitqiesu b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-Programm.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

In-nondiskriminazzjoni huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni. L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. In-nondiskriminazzjoni hija wkoll imnaqqxa fl-Artikolu 21 tal-Karta. Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi forom ta' diskriminazzjoni u jenħtieġ li tiġi żviluppata azzjoni xierqa b'mod parallel biex tiġi prevenuta u miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' raġuni waħda jew aktar. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jipprevenu jikkumbattu d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-antisemitiżmu, il-mibegħda kontra l-Musulmani u forom oħra ta' intolleranza. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u lill-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza, mibegħda, segregazzjoni u stigmatizzazzjoni, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-bulliżmu , il-fastidju u t-trattament intolleranti. Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'mod li jirrinforza kemm lilu stess kif ukoll l-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni li jkollhom l-istess objettivi, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata “Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (10)” u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri (11).

(11)

In-nondiskriminazzjoni huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni. L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. In-nondiskriminazzjoni hija wkoll minquxa fl-Artikolu 21 tal-Karta. Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi forom ta' diskriminazzjoni , inkluża d-diskriminazzjoni diretta, indiretta u strutturali, u jenħtieġ li tiġi żviluppata azzjoni xierqa b'mod parallel biex tiġi prevenuta u miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' raġuni waħda jew aktar. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jipprevjenu jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-afrofobija, l-antisemitiżmu, l-antiżingariżmu, il-mibegħda kontra l-Musulmani , l-omofobija u forom oħra ta' intolleranza , kemm online kif ukoll offline, kontra persuni li jappartjenu għall-minoranzi, filwaqt li jitqiesu d-diversi livelli ta' diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa . F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u lill-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza, mibegħda, segregazzjoni u stigmatizzazzjoni, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-bullying , il-fastidju u t-trattament intolleranti. Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'mod li jirrinforza reċiprokament lilu stess kif ukoll l-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni li jkollhom l-istess objettivi, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata “Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (10)” u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri (11).

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

L-ostakli attitudinali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta' aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b'diżabbiltà jaffaċċjaw ostakli biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għal inizjattivi kulturali u għall-midja jew jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b'diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD saru parti integrali mill-ordni legali tal-Unjoni.

(12)

L-ostakoli attitudinali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta' aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b'diżabbiltà , li jinkludu dawk li għandhom indebolimenti fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorjali fit-tul, jiffaċċjaw ostakoli biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għal inizjattivi kulturali u għall-midja jew jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b'diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD , li l-implimentazzjoni tagħhom hija obbligatorja, saru parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jiffinanzja u li jagħti attenzjoni speċjali lill-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni b'diżabbiltà biex jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà u jgawdu d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini ndaqs.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ta' dak li jkun , għad-domiċilju għall-komunikazzjonijiet (dritt għall-privatezza) huwa dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali hija soġġetta għall-kontroll minn awtoritajiet superviżorji indipendenti. Il-qafas legali tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jistipulaw dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jkun effettivament protett. Dawn l-istrumenti legali jinkarigaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bil-kompitu li jippromovu kuxjenza pubblika u  komprensjoni tar-riskji, tar-regoli, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' twettaq attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, twettaq studji u attivitajiet rilevanti oħra minħabba l-importanza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali fi żminijiet ta' żviluppi teknoloġiċi rapidi.

(13)

Id-dritt li kull persuna għandha għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha , ta' darha tal-komunikazzjonijiet tagħha (dritt għall-privatezza) huwa dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali hija soġġetta għall-kontroll minn awtoritajiet superviżorji indipendenti. Il-qafas legali tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jistipulaw dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jkun effettivament protett. Dawn l-istrumenti legali jinkarigaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bil-kompitu li jippromovu kuxjenza pubblika u  fehim tar-riskji, tar-regoli, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' twettaq attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, tappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tal-protezzjoni tad-data skont l-istandards tal-Unjoni, u twettaq studji u attivitajiet rilevanti oħra, minħabba l-importanza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali fi żminijiet ta' żviluppi teknoloġiċi rapidi.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni hija minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-aċċess liberu għall-informazzjoni, l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-qafas tal-midja u l-użu responsabbli u sikur tan-netwerks ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni huma direttament marbuta mal-iżvilupp ħieles tal-opinjoni pubblika u huma essenzjali għall-garanzija ta' demokrazija funzjonali. Huwa meħtieġ li l-pubbliku jakkwista l-ħiliet tal-litteriżmu medjatiku li huma meħtieġa għall-ħsieb kritiku u għad-dixxerniment u għall-kapaċità li janalizza realtajiet kumplessi, jirrikonoxxi d-differenzi bejn l-opinjonijiet u l-fatti u jirreżisti kwalunkwe forma ta' inċitament għall-mibegħda. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Unjoni tippromwovi l-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku għaċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-età tagħhom, permezz tat-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni, l-istudji u attivitajiet rilevanti oħra.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

L-Artikolu  24 TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u  tal-Kunsill]  (14). Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.

(14)

L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hija l-ewwel strument supranazzjonali ta' demokrazija parteċipattiva, li joħloq rabta diretta bejn iċ-ċittadini Ewropej u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-Artikolu  24 tat-TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet li huma rekwiżiti għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u  tal-Kunsill  (14). Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej u jinkoraġġixxu lill-oħrajn jappoġġawhom .

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 TFUE , il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni.

(15)

B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-TFUE , il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni u jenħtieġ li jippromwovi wkoll l-użu tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri meta jkun meħtieġ matul il-proċess baġitarju tal-Unjoni. L-implimentazzjoni xierqa tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tirrikjedi bbaġitjar skont il-ġeneru fil-linji baġitarji rilevanti kollha u l-allokazzjoni ta' riżorsi adegwati u tat-trasparenza fil-linji baġitarji ddedikati għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru. Il-proġetti individwali u l-Programm bħala tali jenħtieġ li jiġu riveduti fi tmiem il-perjodu ta' finanzjament biex jiġi determinat sa liema livell qdew lill-prinċipji msemmijin hawn fuq.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

F'konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala “korpi tal-ugwaljanza”, sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħall-età , l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà jew raġunijiet oħrajn. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b'mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f'pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma tal-korpi tal-ugwaljanza tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE (15) u 2004/113/KE (16), u d-Direttivi 2006/54/KE (17) u 2010/41/UE (18) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. EQUINET jinsab f'sitwazzjoni ta' eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta' koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.

(17)

F'konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilixxew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala “korpi tal-ugwaljanza”, sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħal-lingwa, l-età , l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà jew raġunijiet oħrajn. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b'mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f'pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma ta' dawk il-korpi tal-ugwaljanza rilevanti kollha tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE (15) u 2004/113/KE (16), u d-Direttivi 2006/54/KE (17) u 2010/41/UE (18) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill . Fit-22 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat ir-rakkomandazzjoni tagħha dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza, li tkopri l-mandat, l-indipendenza, l-effikaċja u l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-korpi ta' ugwaljanza. EQUINET jinsab f'sitwazzjoni ta' eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta' koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Sabiex tiżdied l-aċċessibbiltà u jiġu pprovduti gwida imparzjali u informazzjoni prattika fir-rigward tal-Programm, jenħtieġ li fl-Istati Membri jiġu stabbiliti punti ta' kuntatt bil-ħsieb li jipprovdu assistenza kemm lill-benefiċjarji kif ukoll lill-applikanti. Il-punti ta' kuntatt tal-programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti, mingħajr subordinazzjoni jew interferenza diretta fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi. Huwa possibbli għall-punti ta' kuntatt tal-programm li jiġu ġestiti mill-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew minn konsorzji tagħhom. Il-punti ta' kuntatt tal-programm ma jrid ikollhom l-ebda responsabbiltà rigward l-għażla tal-proġetti;

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u  l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE , u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18  ta' April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu , jissalvagwardjaw u  jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.

(18)

Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem , tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u  tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 tat-TUE , u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 19  ta' April 2018, żieda fil-finanzjament u appoġġ finanzjarju adegwat huma essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu , inkluż permezz ta' finanzjament ewlieni xieraq u opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati, regoli u proċeduri finanzjarji simplifikati, il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jippromwovu , jissalvagwardjaw u  jissensibilizzaw dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali .

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-konsistenza kumplessiva, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li tivvaluta l-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn fl-oqsma koperti mill-Programm.

(19)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-konsistenza kumplessiva, il-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li tivvaluta l-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn fl-oqsma koperti mill-Programm. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiggwida b'mod attiv lill-parteċipanti ta' dan il-Programm biex jużaw ir-rapporti u r-riżorsi ġġenerati minn dawn il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, bħall-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-għodod għall-valutazzjoni tal-ġeneru żviluppati mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)

Mekkaniżmu komprensiv tal-Unjoni dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jiggarantixxi r-rieżami regolari u indaqs tal-Istati Membri kollha, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-attivazzjoni tal-miżuri relatati ma' nuqqasijiet ġenerali tal-valuri tal-Unjoni fl-Istati Membri.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-membri tal-EFTA li mhumiex membri tal-ŻEE, u ta' pajjiżi Ewropej oħra. Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn xi strateġija ta' qabel l-adeżjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Programm.

(20)

Rigward l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-promozzjoni tal-ugwaljanza u d-drittijiet tal-ġeneri, il-promozzjoni tal-impenn u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali kif ukoll tal-ġlieda kontra l-vjolenza, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-membri tal-EFTA li mhumiex membri tal-ŻEE, u ta' pajjiżi Ewropej oħra. Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn xi strateġija ta' qabel l-adeżjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Programm.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, tal-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri , filwaqt li l-konsistenza , il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji għandhom jiġu mfittxija permezz tal-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja , id-Drittijiet l-Valuri — kif ukoll tal-programm Ewropa Kreattiva, Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal ta' salib it-toroq kulturali fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-kreattività. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament , b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tas-saħħa , taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-migrazzjoni , tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni , tat-turiżmu, tar-relazzjonijiet esterni, tal-kummerċ u tal-iżvilupp .

(21)

Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, inkluż fil-livelli lokali , nazzjonali u internazzjonali , bil-għan li jippromwovi u jissalvagwardja l-valuri stipulati fl-Artikolu 2 tat-TUE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex konsistenza , sinerġiji komplementarjetà mal-azzjonijiet tal-Istati Membri u ma' programmi oħra ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib mal-Fond għall-Ġustizzja , id-Drittijiet u l-Valuri , inkluż mal-programm Ewropa Kreattiva u Erasmus+ , kif ukoll ma' politiki rilevanti tal-Unjoni .

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)

Skont l-Artikolu 9 tat-TFUE, jenħtieġ li jiġu promossi livell għoli ta' impjieg, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. Għaldaqstant, l-azzjonijiet fl-ambitu tal-programm jenħtieġ li jippromovu sinerġiji bejn il-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol u l-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li ssir b'mod li jiżgura massimu ta' sinerġiji u komplementarjetajiet kemm bejn il-linji differenti tiegħu kif ukoll mal-Fond Soċjali Ewropew Plus. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu żgurati sinerġiji kemm mal-Erasmus kif ukoll mal-Fond Soċjali Ewropew Plus sabiex jiġi żgurat li dawn il-fondi jikkontribwixxu b'mod konġunt għal edukazzjoni ta' kwalità u l-iżgurar ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)

Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-programm, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u sempliċi għall-utent possibbli, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b)

Jenħtieġ li t-titjib tal-implimentazzjoni u tal-kwalità tal-infiq jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-programm, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(23)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji u jitlob li jkun hemm trasparenza sħiħa fl-użu tar-riżorsi, ġestjoni finanzjarja soda u użu prudenti tar-riżorsi. B'mod partikolari, regoli dwar il-possibbiltà li organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, ikunu finanzjati permezz ta' għotjiet operattivi pluriennali, għotjiet f'kaskata (appoġġ finanzjarju għal partijiet terzi) u dispożizzjonijiet li jiżguraw proċeduri rapidi u flessibbli għall-konċessjoni tal-għotjiet, bħall-proċedura ta' applikazzjoni b'żewġ stadji, applikazzjonijiet u proċeduri ta' rapportar faċli għall-utent, jenħtieġ li jkunu operazzjonalizzati u msaħħa aktar bħala parti mill-implimentazzjoni ta' dan il-Programm.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (21), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (22) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (23), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(24)

It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv , id-daqs u l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-benefiċjarji fil-mira, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi, kostijiet ta' unità u għotjiet f'kaskata , kif ukoll kriterji ta' kofinanzjament li jqisu x-xogħol volontarju u l-finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju . Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' kofinanzjament jiġu aċċettati in natura u jistgħu jiġu rinunzjati f'każijiet ta' finanzjament komplementari limitat . F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (21), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (22) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (23), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(25)

Rigward l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-ġeneri, l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali u l-ġlieda kontra l-vjolenza, il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)

Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandha l-għan li tgħammar lill-Unjoni sabiex tipproteġi aħjar il-baġit tagħha meta dgħufijiet fl-istat tad-dritt ixekklu jew jheddu l-ġestjoni finanzjarja soda jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ tikkomplementa l-programm tad-Drittijiet u l-Valuri, li r-rwol tiegħu huwa differenti, jiġifieri li jiffinanzja politiki f'konformità mad-drittijiet fundamentali u l-valuri Ewropej li huma bbażati fuq il-ħajja u l-parteċipazzjoni tan-nies.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (25)], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(27)

Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (25)], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota tal-PTEE jridu jitqiesu waqt l-implimentazzjoni tal-programm u l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-programm se tkun immonitorjata u evalwata regolarment.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta' nofs it-terminu.

(28)

Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027 . L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta' nofs it-terminu.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.

(29)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. F'dan il-kuntest, eżempji ta' applikanti u benefiċjarji li jista' ma jkollhomx ir-riżorsi u l-persunal adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rapportar, jistgħu jinftiehmu bħala organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, awtoritajiet pubbliċi lokali, sħab soċjali, eċċ. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.

Emendat 43

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament , is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' indikaturi kif indikat fl-Artikolu  14 u 16 u fl-Anness II. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(30)

Sabiex jiġi supplimentat dan ir-Regolament bil-għan li jitwettaq il-Programm u tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tiegħu lejn il-ksib tal-objettivi tiegħu , is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-programmi ta' ħidma skont l-Artikolu 13 u l-indikaturi kif indikat fl-Artikoli  14 u 16 u fl-Anness II. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (26) .

imħassar

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (“il-Programm”).

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (“il-Programm”).

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u  r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Jistabbilixxi l-għanijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u  l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE , inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.

1.   L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati , fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali kif imnaqqxa fl-Artikolu 2 tat-TUE , b'mod partikolari billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tinbena l-kapaċità tagħhom fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, iżda speċjalment fil-livell lokali, u billi titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ċivika u demokraika, sabiex is-soċjetajiet miftuħa, ibbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi , indaqs u inklużivi jiġu sostnuti u żviluppati ulterjorment .

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)

għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali (linja tal-valuri tal-Unjoni);

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u  tad-drittijiet (il-linja għall-Ugwaljanza u  d-drittijiet ),

(a)

għall-promozzjoni tal-ugwaljanza , inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet, in-non-diskriminazzjoni l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri (il-linja għall-Ugwaljanza , id-Drittijiet l-Ugwaljanza bejn is-Sessi ),

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ),

(b)

għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini – b'mod partikolari taż-żgħażagħ – dwar l-importanza tal-Unjoni bis-saħħa ta' attivitajiet maħsuba biex iżommu ħajja l-memorja tal-avvenimenti storiċi li wasslu għall-ħolqien tagħha, u għall-promozzjoni tad-demokrazija, tal-libertà ta' espressjoni, tal-pluraliżmu, tal-involviment ċiviku, kif ukoll ta' laqgħat taċ-ċittadini u tal-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għaċ-Ċittadinanza attiva );

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

għall-ġlieda tal-vjolenza (il-linja Daphne).

(c)

għall-ġlieda kontra l-vjolenza, inkluża l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru (il-linja Daphne).

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Il-linja għall-valuri tal-Unjoni

 

Fi ħdan l-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fi ħdan l-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 2(2)(-a), il-Programm għandu jiffoka fuq:

 

(a)

il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, inkluż billi jiġu appoġġati attivitajiet mis-soċjetà ċivili li jippromwovu l-indipendenza tal-ġudikatura u protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, inkluż tad-drittijiet fundamentali; l-għoti ta' appoġġ lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jwettqu monitoraġġ tal-konformità mal-istat tad-dritt, għad-difiża tal-informaturi u għal inizjattivi li jippromwovu l-kultura kondiviża tat-trasparenza, il-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

 

(b)

il-promozzjoni tal-kostruzzjoni ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll il-protezzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet u l-valuri minquxa fit-Trattati billi jingħata appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili li jippromwovu u jrawmu dawn id-drittijiet u l-valuri fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, biex b'hekk jinħoloq ambjent li jippermetti djalogu demokratiku u jsaħħaħ il-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika jew ta' assoċjazzjoni, il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja, kif ukoll il-libertà akkademika.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-linja għall-Ugwaljanza u  d-drittijiet

Il-linja għall-Ugwaljanza , id-Drittijiet l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-prevenzjoni u l-ġlieda tal-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jappoġġa politiki komprensivi li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll politiki li jikkumbattu r-razziżmu u l-forom kollha ta' intolleranza;

(a)

il-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-prevenzjoni u l-ġlieda tal-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, oriġini razzjali , soċjali jew etnika, kulur tal-ġilda, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età , orjentazzjoni sesswali jew kwalunkwe raġuni oħra u li jappoġġa politiki komprensivi li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll politiki li jikkumbattu r-razziżmu u l-forom kollha ta' intolleranza kemm online kif ukoll offline ;

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

l-appoġġ ta' politiki u programmi komprensivi li jippromwovu d-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru;

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini

Linja għaċ-Ċittadinanza attiva

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt ( b ) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq :

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt ( c ) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jsegwi l-objettivi li ġejjin :

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni, l-istorja , il-wirt kulturali d-diversità tagħha;

(a)

l-għoti ta' appoġġ lil proġetti mressqa minn ċittadini, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ, maħsuba biex iħeġġu lin-nies biex mhux biss jiftakru fl-avvenimenti li ppreċedew it-twaqqif tal-Unjoni, illi jiffurmaw il-qofol tal-memorja storika tagħha, iżda wkoll jitgħallmu aktar dwar l-istorja, il-kultura u l-valuri komuni tagħhom, u jiksbu sens tar-rikkezza tal-wirt kulturali komuni tagħhom u tad-diversità kulturali u lingwistika, li jikkostitwixxu l-pedament għal futur komuni; it-trawwim tal-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni u dwar l-oriġini , ir-raison d'être u l-kisbiet tagħha , u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-isfidi preżenti futuri tagħha u dwar l-importanza tal-komprensjoni reċiproka u tat-tolleranza, li jinsabu proprju fil-qalba tal-proġett Ewropew ;

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-promozzjoni u l-appoġġ tal-iskambju ta' prattiki tajbin tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea, kemm fil-kamp ta' applikazzjoni tal-edukazzjoni formali kif ukoll f'dak tal-edukazzjoni mhux formali;

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-promozzjoni tal-iskambju u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti; il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika demokratika taċ-ċittadini billi jippermetti liċ-ċittadini lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni ;

(b)

il-promozzjoni tad-djalogu pubbliku permezz ta' ġemellaġġi bejn il-bliet, permezz ta' laqgħat taċ-ċittadini, b'mod partikolari taż-żgħażagħ, permezz ta' kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet, il-komunitajiet lokali l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' pajjiżi differenti, sabiex tingħatalhom esperjenza prattika diretta tar-rikkezza tad-diversità l-wirt kulturali fl-Unjoni u sabiex jiżdied l-impenn taċ-ċittadini fis-soċjetà ;

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

l-inkoraġġiment u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni ċivika fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livell lokali, nazzjonali u transnazzjonali; il-ħolqien tal-possibbiltà li ċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet jippromwovu d-djalogu interkulturali u jwettqu dibattiti pubbliċi xierqa dwar l-oqsma kollha ta' azzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jikkontribwixxu għat-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni; l-għoti ta' appoġġ lil inizjattivi konġunti organizzati, kemm fil-forma ta' assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini kif ukoll fil-forma ta' netwerks ta' entitajiet ġuridiċi, bil-għan li l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi preċedenti jiġu implimentati b'mod aktar effettiv;

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)

il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa bbażata fuq is-sess u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) fil-livelli kollha; u

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal , iż-żgħażagħ n-nisa , kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju;

(a)

il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal u  ż-żgħażagħ , kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju , bħall-persuni LGBTQI, il-persuni b'diżabbiltà, il-minoranzi, l-anzjani, il-migranti u r-rifuġjati ;

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta' tali vjolenza.

(b)

l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta' tali vjolenza , inkluż billi jiġu appoġġati l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiffaċilitaw u jiżguraw l-aċċess għall-ġustizzja, għas-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi u għar-rappurtar sikur tal-pulizija għall-vittmi kollha ta' vjolenza, u l-appoġġ u l-iżgurar tal-istess livell ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha għall-vittmi ta' vjolenza bbażata fuq is-sess .

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR [641 705 000 ] fi prezzijiet kurrenti .

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR [ 1 627 000 000 ] fi prezzijiet tal-2018 [EUR  1 834 000 000 fi prezzijiet kurrenti] .

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)

EUR [754 062 000 fi prezzijiet tal-2018] [EUR 850 000 000 fi prezzijiet attwali] (jiġifieri 46,34  % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (-a) tal-Artikolu 2(2);

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

EUR [408 705 000 ] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2) (a) u  2 ( 2 )( c );

(a)

EUR [429 372 000 fi prezzijiet tal-2018 ] [EUR 484 000 000 ] (jiġifieri 26,39  % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt  (a) u ( c ) tal-Artikolu 2 ( 2 );

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

EUR [233 000 000 ] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2 ( 2 )( b );

(b)

EUR [443 566 000 fi prezzijiet tal-2018 ] [EUR 500 000 000 fi prezzijiet attwali] (jiġifieri 27,26  % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt  ( b ) tal-Artikolu 2 ( 2 );

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha talloka mill-inqas 50 % tal-ammonti msemmija fil-punti (-a) u (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għall-appoġġ ta' attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li mill-inqas 65 % minnhom għandhom jiġu allokati lill-organizzazzjonijiet lokali u reġjonali.

 

Il-Kummissjoni ma għandhiex tmur lil hinn mill-persentaġġi allokati fil-pakkett finanzjarju, kif stabbiliti fl-Anness I(-a) b'iżjed minn ħames punti perċentwali. Jekk ikun meħtieġ li jinqabeż dak il-limitu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex temenda l-Anness I(-a) billi timmodifika l-persentaġġi allokati b'bejn ħames u għaxar punti perċentwali tal-fondi tal-Programm.

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament f'konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f'konformità mal-Artikolu 62(1)(c) . Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat .

5.   Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom jew tal-Kummissjoni , jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament f'konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Fejn possibbli, dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Mekkaniżmu ta' Appoġġ tal-Valuri

 

1.     F'każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm deterjorament serju u rapidu fi Stat Membru fir-rigward tal-konformità mal-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, u jkun hemm riskju li dawk il-valuri ma jkunux protetti u promossi b'mod suffiċjenti, il-Kummissjoni tista' tiftaħ sejħa għal proposti fil-forma ta' proċedura rapida għall-applikazzjonijiet ta' għotjiet għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat, appoġġat u msaħħaħ id-djalogu demokratiku fl-Istat Membru inkwistjoni u li tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta' konformità mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE.

 

2.     Il-Kummissjoni għandha talloka sa 5 % tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 6(2)(-a) lill-mekkaniżmu ta' appoġġ tal-valuri msemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu. Fi tmiem kull sena baġitarja, il-Kummissjoni għandha tittrasferixxi kwalunkwe fondi mhux impenjati fl-ambitu ta' dan il-mekkaniżmu biex tappoġġa azzjonijiet oħra li jaqgħu taħt l-objettivi tal-Programm.

 

3.     Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex tattiva l-mekkaniżmu ta' appoġġ tal-valuri msemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu. L-attivazzjoni tal-mekkaniżmu għandha tkun ibbażata fuq monitoraġġ u evalwazzjoni komprensivi, regolari u bbażati fuq l-evidenza tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha fir-rigward tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija fl-Artikolu 61 ( 1 )( c ) tar-Regolament Finanzjarju.

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija f'punt  ( c ) tal-Artikolu 62 ( 1 ) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju , l-ewwel u qabel kollox permezz ta' għotjiet ta' azzjoni kif ukoll għotjiet operattivi annwali u pluriennali. Dak il-finanzjament għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura ġestjoni finanzjarja soda, użu prudenti mill-fondi pubbliċi, livelli iktar baxxi ta' piż amministrattiv għall-operatur tal-Programm u għall-benefiċjarji kif ukoll aċċessibbiltà tal-fondi tal-Programm għal benefiċjarji potenzjali. Jistgħu jintużaw somom f'daqqa, kostijiet unitarji, rati fissi u għotjiet kaskata (appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi). Il-kofinanzjament għandu jiġi aċċettat in natura u jista' jiġi rrinunzjat f'każijiet ta' finanzjament komplementari limitat.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 2 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

1.

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv ġenerali jew speċifiku speċifikat fl-Artikolu 2 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 9a ( għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2.

F'konformità mal-Artikolu 11(2) tat-TUE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi “Grupp ta' Djalogu Ċivili” li għandu jkollu l-għan li jiżgura djalogu regolari, miftuħ u trasparenti mal-benefiċjarji tal-Programm u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn sabiex jiġu skambjati esperjenzi u prattiki tajba u sabiex jiġu diskussi żviluppi ta' politika fi ħdan l-oqsma u l-objettivi koperti mill-Programm u l-oqsma relatati.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Attivitajiet eliġibbli għall-finanzjament

 

L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 2 se jitwettqu b'mod partikolari, iżda mhux esklussivament, permezz tal-appoġġ tal-attivitajiet li ġejjin:

 

(a)

is-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni pubblika, il-promozzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki, il-prinċipji u d-drittijiet fl-oqsma u l-objettivi koperti mill-Programm;

 

(b)

it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejbu l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku;

 

(c)

attivitajiet analitiċi ta' monitoraġġ, rapportar u promozzjoni biex jittejjeb il-fehim tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex jittejbu t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-dritt, il-politiki u l-valuri komuni tal-Unjoni fi ħdan l-Istati Membri, tali attivitajiet għandhom jinkludu pereżempju l-ġbir ta' data u statistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv;

 

(d)

it-taħriġ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex itejbu l-għarfien tagħhom dwar il-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm u t-tisħiħ tal-indipendenza u tal-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jaħdmu favur il-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm, inkluż b'tilwim strateġiku;

 

(e)

il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni u l-fehim pubbliċi tar-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, il-privatezza u s-sigurtà diġitali;

 

(f)

it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-valuri ewlenin Ewropej u l-impenn tagħhom favur il-ġustizzja, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-demokrazija kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li ġejjin miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, bħad-dritt li wieħed jivvjaġġa, jaħdem, jistudja u jgħix fi Stat Membru ieħor, permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u l-promozzjoni ta' fehim reċiproku, djalogu interkulturali u rispett għad-diversità fi ħdan l-Unjoni;

 

(g)

it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini, speċjalment iż-żgħażagħ, tal-kultura Ewropea, il-wirt kulturali, l-identità, l-istorja u t-tifkira, u t-tisħiħ tas-sens tagħhom ta' appartenenza fl-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' inizjattivi li jirriflettu dwar il-kawżi tar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa u li jikkommemoraw il-vittmi ta' dawk l-atti kriminali, l-inġustizzji mwettqa u attivitajiet li jikkonċernaw mumenti importanti oħra fl-istorja Ewropea reċenti;

 

(h)

il-ġabra flimkien ta' ċittadini ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ u fi proġetti fuq skala żgħira u fi proġetti tas-soċjetà ċivili, biex b'hekk jinħolqu l-kundizzjonijiet għal approċċ minn isfel għal fuq aktar b'saħħtu;

 

(i)

il-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni attiva u inklużiva, b'attenzjoni partikolari għall-gruppi emarġinati tas-soċjetà, fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet fundamentali, id-drittijiet u l-valuri permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm fil-livelli kollha, kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp, is-sensibilizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, l-għanijiet ta' politika, il-valuri u l-istrateġiji;

 

(j)

l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv biex ikun implimentat ir-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

 

(k)

it-tisħiħ tal-għarfien tal-Programm u d-disseminazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, fosthom billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' kuntatt indipendenti dwar il-programm;

 

(l)

it-tisħiħ tal-kapaċità u l-indipendenza tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-azzjonijiet ta' appoġġ fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali;

 

(m)

l-appoġġ għad-difiża tal-informaturi, fosthom inizjattivi u miżuri biex jiġu stabbiliti kanali sikuri għar-rapportar fi ħdan organizzazzjonijiet u lill-awtoritajiet pubbliċi jew korpi rilevanti oħra, kif ukoll miżuri għall-protezzjoni tal-informaturi kontra t-tkeċċija, dimozzjoni jew forom oħra ta' ritaljazzjoni, inkluż permezz ta' informazzjoni u taħriġ għall-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti;

 

(n)

l-appoġġ ta' inizjattivi u miżuri għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tax-xandir u għall-bini tal-kapaċità għall-isfidi ġodda, bħal mezzi ġodda tax-xandir u ħidma kontra d-diskors ta' mibegħda kif ukoll miżinformazzjoni mmirata permezz tas-sensibilizzazzjoni, it-taħriġ, l-istudji u l-attivitajiet ta' monitoraġġ;

 

(o)

l-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-integrità, it-trasparenza u l-obbligu ta' responsabbiltà tal-amministrazzjoni pubblika u l-awtoritajiet pubbliċi, u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

 

(p)

l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet li jgħinu, jagħtu kenn u jipproteġu lill-vittmi ta' vjolenza u lill-persuni mhedda, inklużi lix-xelters tan-nisa.

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

1.   Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju u għandhom jinkludu għotjiet għal azzjonijiet, għotjiet operattivi pluriennali u għotjiet f'kaskata .

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni.

2.   Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' evalwazzjoni għandha tiżgura l-bilanċ bejn il-ġeneri.

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet , u l-għoti ta' provvista doppja ta' fondi jiġi evitat billi jiġu indikati b'mod ċar is-sorsi ta' finanzjament għal kull kategorija ta' nefqa, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba . [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu ;

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut ma' Stat Membru ;

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

pajjiż terz assoċjat mal-Programm;

għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 2(2), pajjiż terz assoċjat mal-Programm bi qbil mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament ;

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

(b)

kwalunkwe entità ġuridika mingħajr skop ta' qligħ maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET) għall-kopertura tan-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.

3.   Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET) , skont l-Artikolu 6(2)(a) għall-kopertura tan-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu , dment li tkun tlestiet valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneru tal-programm ta' ħidma tagħhom .

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Programm ta' ħidma

Programm ta' ħidma u prijoritajiet pluriennali

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

1.   Il-Programm għandu jitwettaq permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-Kummissjoni għandha tapplika l-prinċipju tas-sħubija meta tiddeċiedi l-prijoritajiet tagħha taħt il-Programm u tipprevedi involviment komprensiv tal-partijiet ikkonċernati fl-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' dan il-Programm u l-programmi ta' ħidma tiegħu skont l-Artikolu 15a.

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 19.

2.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-programm ta' ħidma xieraq .

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 14 — paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinġabru, meta applikabbli, diżaggregati skont is-sess. Il-lista ta' indikaturi hija stabbilita fl-Anness II.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.

3.   Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati u tal-inqas piż fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri. Sabiex tiffaċilita l-issodisfar tar-rekwiżiti ta' rapportar, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli formati faċli għall-utenti u tipprovdi orjentazzjoni u programmi ta' appoġġ immirati partikolarment lejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jaf mhux dejjem ikollhom il-kompetenza u r-riżorsi u l-persunal adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rapportar.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom ikunu sensittivi għall-ġeneru, jipprovdu ċifri diżaggregati skont il-ġeneru, jinkludu kapitlu speċifiku għal kull linja u jqisu l-għadd ta' persuni milħuqa, il-feedback tagħhom u l-kopertura ġeografika tagħhom u jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impatt fit-tul tal-programmi predeċessuri (Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u L-Ewropa għaċ-Ċittadini).

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. L-evalwazzjoni interim għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impatt fit-tul tal-programmi predeċessuri (Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u L-Ewropa għaċ-Ċittadini). L-evalwazzjoni interim għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneru biex tivvaluta l-punt sa fejn il-miri tal-ugwaljanza bejn is-sessi tal-Programm qed jintlaħqu, biex jiġi żgurat li l-ebda komponent tal-Programm mhu qed ikollu impatti negattivi mhux intenzjonati fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex jiġu identifikati rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu żviluppati sejħiet għal proposti futuri u deċiżjonijiet ta' għotjiet operattivi sabiex jiġu promossi b'mod attiv kunsiderazzjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 15 — paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evalwazzjoni pubblika u faċilment aċċessibbli billi tippubblikaha fuq is-sit web tagħha.

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu  14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 13 u 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu  14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13 u 14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' evalwazzjoni għandha tiżgura l-bilanċ bejn il-ġeneri. Meta tħejji u tfassal atti delegati l-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja u f'waqtha tad-dokumenti kollha inklużi l-abbozzi tal-atti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li jintbagħtu lill-esperti tal-Istati Membri. Fejn iqisu l-ħtieġa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu t-tnejn jibgħatu esperti għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati li għalihom ikunu mistiedna l-esperti tal-Istati Membri. Għal dak il-għan il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu l-ippjanar għax-xhur ta' wara u l-inviti għal-laqgħat kollha tal-esperti.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbażi tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, iċ-ċittadini u partijiet ikkonċernati oħra jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz ta' test ta' att delegat matul perjodu ta' erba' ġimgħat. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu kkonsultati dwar l-abbozz tat-test, abbażi tal-esperjenza tal-NGOs u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Programm.

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu  14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 13 u 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom), billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata , u f'forma li hija aċċessibbli wkoll għal persuni b'diżabbiltajiet, lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku , u, meta xieraq, lil benefiċjarji ta' azzjonijiet iffinanzjati b'dan il-mod u parteċipanti fihom, biex b'hekk juru l-valur miżjud tal-Unjoni u jgħinu fl-isforzi marbuta mal-ġbir tad-data min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja .

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu.

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

Programm ta' Punti ta' Kuntatt

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt indipendenti tal-Programm, b'persunal ikkwalifikat li jingħata l-kompitu, b'mod partikolari, li jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati u lill-benefiċjarji tal-Programm bi gwida, informazzjoni prattika u għajnuna, fir-rigward tal-aspetti kollha tal-Programm, inkluż fir-rigward tal-proċedura ta' applikazzjoni.

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

imħassar

Proċedura ta' Kumitat

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.     Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3.     Il-kumitat jista' jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta l-linji individwali tal-Programm.

 

Emenda 104

Proposta għal regolament

Anness -I (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness -I

 

Il-fondi tal-Programm disponibbli msemmija fl-Artikolu 6(1) għandhom jiġu allokati kif ġej:

 

(a)

finanzjament tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2);

tal-anqas 15 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku skont il-punt (aa) tal-Artikolu 3;

tal-inqas 40 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi skont il-punt (-a) tal-Artikolu 5; u

tal-inqas 45 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5;

 

(b)

Fi ħdan l-ammonti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(2):

15 % għall-attivitajiet ta' kommemorazzjoni;

65 % għall-parteċipazzjoni demokratika;

10 % għall-attivitajiet promozzjonali; u

10 % għall-amministrazzjoni.

Emenda 105

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness I

imħassar

L-attivitajiet tal-Programm

 

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 2(2) se ssir b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:

 

(a)

is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki u tad-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm;

 

(b)

it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejjeb l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku;

 

(c)

attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ  (1) biex is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE tinftiehem aħjar fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politiki tal-UE;

 

(d)

it-taħriġ tal-partijiet interessati rilevanti biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti;

 

(e)

l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT);

 

(f)

it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kultura, l-istorja u l-kommemorazzjoni Ewropea kif ukoll is-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni;

 

(g)

il-ġabra flimkien ta' Ewropej ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ;

 

(h)

it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

 

(i)

l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv biex ikun implimentat ir-Regolament [(EU) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

 

(j)

l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, l-istrateġiji u l-għanijiet ta' politika kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

 

(k)

it-tisħiħ tal-għarfien tal-programm u d-disseminazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' informazzjoni dwar il-programm u netwerk nazzjonali ta' kuntatt.

 

Emenda 106

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi tar-riżultati maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Fejn ikun possibbli, l-indikaturi għandhom jitqassmu skont l-età, is-sess u kwalunkwe data oħra li tista' tinġabar, bħal pereżempju l-etniċità, id-diżabbiltà, l-identità tal-ġeneru. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

Emenda 107

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għadd ta' nies li ntlaħqu minn:

L-għadd ta' nies , diżaggregati skont is-sess u l-età, li ntlaħqu minn:

(i)

attivitajiet ta' taħriġ;

(i)

attivitajiet ta' taħriġ;

(ii)

it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;

(ii)

it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;

(iii)

sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni.

(iii)

sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll l-indikaturi tal-output li ġejjin darba fis-sena:

Emenda 109

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1b (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għadd ta' applikazzjonijiet u attivitajiet iffinanzjati għal kull lista fl-Artikolu 9(1) u għal kull linja

Emenda 110

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-livell tal-finanzjamenti mitlub mill-applikanti u mogħtija skont il-lista tal-Artikolu 9(1) u għal kull linja

Emenda 111

Proposta għal regolament

Anness II – tabella – ringiela 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għadd ta' inizjattivi u netwerks transnazzjonali li jiffukaw fuq il-memorja l-wirt Ewropej bis-saħħa tal-intervent tal-programm

L-għadd ta' inizjattivi u netwerks transnazzjonali li jiffukaw fuq il-kommemorazzjoni, il-wirt d-djalogu ċivili Ewropej bis-saħħa tal-intervent tal-programm

Emenda 112

Proposta għal regolament

Anness II – tabella – ringiela 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-distribuzzjoni ġeografika tal-proġetti


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0468/2018).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

(10)  COM(2011)0173.

(11)  ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.

(10)  COM(2011)0173.

(11)  ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.

(12)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(13)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.

(12)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(13)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).

(17)  Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).

(18)  Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).

(17)  Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).

(18)  Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(24)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(20)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(24)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(25)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(25)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(26)   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)

(1)   Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/671


P8_TA(2019)0041

L-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom (COM(2018)0462 – C8-0315/2018 – 2018/0245(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2020/C 411/52)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0462),

wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0315/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0448/2018),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif ġiet emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Konsegwentement, l-impenji rigward is-sigurtà nukleari, in-nonproliferazzjoni nukleari u s-sikurezza nukleari, kif ukoll l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u l-interess ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkollhom rwol kruċjali bħala gwida għall-programmazzjoni tal-azzjonijiet fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Jenħtieġ li l-objettiv tal-Programm preżenti “Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom” ikun li jiġi promoss it-twaqqif ta' sikurezza nukleari effettiva u effiċjenti, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, li jibni fuq l-attivitajiet tiegħu stess fl-Unjoni .

(3)

Jenħtieġ li l-objettiv tal-Programm preżenti “Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom” (“l-Istrument”) ikun li jippromwovi t-twaqqif ta' sikurezza nukleari effettiva u effiċjenti, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, b'mod li jibni fuq l-oqfsa regolatorji u l-qsim tal-aqwa prattiki fi ħdan l-Unjoni .

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Jenħtieġ li l-Istrument ma jippromwovi bl-ebda mezz l-użu ta' enerġija nukleari f'pajjiżi terzi u fl-Unjoni, iżda jiffoka b'mod partikolari fuq it-titjib tal-istandards tas-sikurezza nukleari f'livell globali filwaqt li jippromwovi livell għoli ta' protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effikaċi u effiċjenti ta' materjali nukleari.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)

L-inċidenti nukleari fl-impjanti tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl fl-1986 u ta' Fukushima Daiichi fl-2011 urew biċ-ċar li l-inċidenti nukleari għandhom konsegwenzi globali devastanti għaċ-ċittadini u għall-ambjent. Dan jissottolinja l-ħtieġa tal-ogħla standards u salvagwardji tas-sikurezza nukleari u ta' sforzi kontinwi biex dawn l-istandards u s-salvagwardji jittejbu globalment, kif ukoll tal-impenn tal-Komunità fl-appoġġ għal dawn l-objettivi f'pajjiżi terzi. Jenħtieġ li tali standards u salvagwardji jirriflettu l-aktar prattiki avvanzati, partikolarment fil-governanza u fl-indipendenza regolatorja.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Dan ir-Regolament jagħmel parti mill-qafas imfassal għall-ippjanar tal-kooperazzjoni u jenħtieġ li jikkomplementa dawk il-miżuri ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI].

(4)

Dan ir-Regolament jagħmel parti mill-qafas imfassal għall-ippjanar tal-kooperazzjoni u jenħtieġ li jikkomplementa dawk il-miżuri ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI] , li jaqa' taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 209, 212 u 322(1) tiegħu .

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Il-Komunità hi membru tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari (1994) u tal-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza tal-Immaniġġjar ta' Fjuwil Użat u dwar is-Sigurtà tal-Immaniġġjar ta' Skart Radjuattiv (1997).

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

It-trasparenza u l-informazzjoni pubblika b'rabta mas-sikurezza nukleari, mas-salvagwardji, mad-dekummissjonar u mal-attivitajiet ta' mmaniġġjar tal-iskart, kif tirrikjedi, pereżempju, il-Konvenzjoni ta' Aarhus (1998), huma element importanti għall-prevenzjkoni ta' impatti negattivi tal-materjal radjuattiv fuq iċ-ċittadini u l-ambjent, u għalhekk jenħtieġ li jiġu ggarantiti fil-qafas ta' dan l-istrument.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Jenħtieġ li l-Komunità tkompli tikkoopera mill-qrib, skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat Euratom, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency, IAEA), fir-rigward tas-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, b'segwitu għall-objettivi tal-Kapitoli 3 u 7 tat-Titolu II.

(6)

Jenħtieġ li l-Komunità tkompli tikkoopera mill-qrib, skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat Euratom, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency, IAEA), fir-rigward tas-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, b'segwitu għall-objettivi tal-Kapitoli 3 u 7 tat-Titolu II. Jenħtieġ, barra minn hekk, li tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rispettati fil-qasam, bħalma huma l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi/l-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u s-Sħubija Ambjentali tad-Dimensjoni tat-Tramuntana, li jsegwu objettivi simili għal dawk tal-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam mas-sikurezza nukleari. Il-koerenza, il-komplementarjetà u l-kooperazzjoni bejn dan l-istrument u dawk l-organizzazzjonijiet u l-programmi tagħhom jistgħu jwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni u jqawwu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-miżuri ta' sikurezza nukleari madwar id-dinja. Jenħtieġ li jiġu evitati duplikazzjonijiet u tirkib bla bżonn.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Sabiex itejjeb kontinwament is-sikurezza nukleari u jsaħħaħ ir-regolamentazzjoni f'dan il-qasam fl-Unjoni, il-Kunsill adotta d-Direttivi tal-Kunsill 2009/71/Euratom, 2011/70/Euratom u 2013/59/Euratom. Dawk id-direttivi, kif ukoll l-istandards għolja ta' sikurezza nukleari u ta' dekommissjonar fil-Komunità, jenħtieġ li servu bħala linja gwida għal azzjonijiet iffinanzjati fil-qafas ta' dan l-Istrument u jenħtieġ li jimmotivaw lil pajjiżi terzi li jikkooperaw biex jimplimentaw regolamenti u standards li jkun fihom l-istess livell ta' sikurezza.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)

L-Istrument jenħtieġ li jippromwovi wkoll il-kooperazzjoni internazzjonali abbażi tal-konvenzjonijiet dwar is-sikurezza nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv. Il-pajjiżi sħab jenħtieġ li jiġu mħeġġa jsiru partijiet għal dawk il-konvenzjonijiet li jippermettu li ssir s-sistemi nazzjonali tagħhom issirilhom evalwazzjoni bejn il-pari perjodika bl-għajnuna tal-IAEA. L-evalwazzjonijiet bejn il-pari jipprovdu perspettiva esterna tal-istat tal-ħidma u tal-isfidi fir-rigward tas-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi, li jistgħu jintużaw fl-ipprogrammar tal-appoġġ tal-Unjoni ta' livell għoli. L-Istrument jista' jibbenefika mir-rieżamijiet ta' aġenziji internazzjonali għall-enerġija nukleari rrispettati li jwettqu evalwazzjonijiet bejn il-pari u jirrapportaw lill-benefiċjarji potenzjali ta' dan l-Istrument. Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' tali evalwazzjonijiet bejn il-pari li jsiru disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jkunu utli wkoll biex jiġu pprijoritizzati miżuri ta' appoġġ konkreti għall-pajjiżi terzi kkonċernati.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)

Il-kunċetti tas-sikurezza nukleari u tas-sigurtà nukleari huma marbuta intrinsikament ma' xulxin, peress li nuqqasijiet ta' sikurezza nukleari, pereżempju fi proċessi ta' tħaddim sikuri, jistgħu jwasslu għal riskji għas-sigurtà nukleari, u r-riskji għas-sigurtà nukleari, speċjalment riskji ġodda, pereżempju fiċ-ċibersigurtà, jistgħu jwasslu għal sfidi ġodda għas-sikurezza nukleari. B'hekk, l-attivitajiet ta' sigurtà nukleari tal-Unjoni f'pajjiżi terzi, kif stipulati fl-Anness II tar-Regolament… [COD Nru 2018/0243 (NDICI)] u l-attivitajiet iffinanzjati permezz tal-Istrument jenħtieġ li jkunu koerenti u komplementari.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi azzjonijiet b'appoġġ għal dawn l-objettivi u jibni fuq l-azzjonijiet li preċedentement kienu appoġġati taħt ir-Regolament (Euratom) Nru 237/ 2014  (24) dwar is-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali.

(7)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi azzjonijiet b'appoġġ għal dawn l-objettivi u jibni fuq l-azzjonijiet li preċedentement kienu appoġġati taħt ir-Regolament (Euratom) Nru 237/ 24  (24) dwar is-sikurezza nukleari , l-immaniġġjar sikur ta' skart radjuattiv, id-dekummissjonar u r-rimedjar sikuri ta' ex siti nukleari u s-salvagwardji nukleari f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali , kif ukoll fil-Viċinat skont it-tifsira ta' [COD 2018/0243, NDICI]. Bil-għan li jiġu implimentati l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u li jiġu identifikati d-difetti fil-miżuri tas-sikurezza eżistenti, l-Istrument jista' jappoġġja lill-korpi regolatorji nukleari fit-twettiq ta' valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju u tas-sikurezza (“stress tests”) ta' installazzjonijiet eżistenti, kif ukoll ta' impjanti nukleari li jkunu qed jinbnew, fuq il-bażi tal-acquis Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari u l-iskart radjuattiv, l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u l-monitoraġġ ta' miżuri rilevanti. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jinżamm infurmat regolarment mill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' sikurezza nukleari mwettqa f'pajjiżi terzi u dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tagħhom.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Skont l-Artikolu 3 tat-TFUE, l-għan tal-Unjoni hu li ttejjeb il-benesseri taċ-ċittadini tagħha. Dan l-istrument joffri l-opportunità biex l-Unjoni ttejjeb b'mod sostenibbli s-sitwazzjoni soċjoekonomika u dik tas-saħħa tal-persuni globalment, fi ħdan il-fruntieri tagħha u lil hinn minnhom. Jenħtieġ li l-proġetti ffinanzjati minn dan l-Istrument ikunu koerenti mal-politiki interni u esterni tal-Unjoni, pereżempju billi jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli bħal dawk dwar saħħa tajba u benesseri, ilma nadif u sanità u azzjoni klimatika. Jenħtieġ li l-Istrument innifsu jsegwi l-prinċipji ta' governanza tajba u b'hekk jikkontribwixxi għall-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli dwar paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b'saħħithom.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)

Dan l-Istrument jenħtieġ li jkollu l-għan li jagħmel l-pajjiżi li jirċievu għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament jikkommettu ruħhom i jwettqu l-impenji li jirriżultaw mill-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' sħubija u ta' kooperazzjoni mal-Unjoni u mit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari, jikkommettu ruħhom għall-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, josservaw l-istandards dwar is-sikurezza nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni u jikkommettu ruħhom għall-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u miżuri rilevanti bl-ogħla standards ta' trasparenza u pubbliċità.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)

Jenħtieġ li dan l-Istrument, permezz tal-proġetti li jiffinanzja, jappoġġja bis-sħiħ is-sikurezza nukleari u l-miżuri ta' salvagwardja kif ukoll itejjeb is-sitwazzjoni tas-saħħa tan-nies fil-pajjiżi terzi, speċjalment ta' dawk li jgħixu qrib impjanti tal-enerġija nukleari u/jew ta' minjieri tal-uranju, inkluż ir-rimedjar sikur ta' siti relatati ma' ex minjieri tal-uranju f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari fl-Asja Ċentrali u fl-Afrika, fid-dawl tal-fatt li llum madwar 18 % tal-provvista globali tal-uranju ġejja mill-Afrika t'Isfel, min-Niġer u min-Namibja.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 7d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7d)

Dan l-Istrument jenħtieġ li jkollu l-għan li l-pajjiżi li jirċievu assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament jikkommettu ruħhom li jġibu 'l quddiem il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u jirrispettaw l-impenji li joħorġu mill-Konvenzjonijiet ta' Espoo u ta' Aarhus.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun ibbażata fuq il-konsultazzjoni, fejn rilevanti , mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, u fuq djalogu mal-pajjiżi sħab.

(8)

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun ibbażata fuq il-konsultazzjoni, fejn din tkun f'lokha , mal-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, bħall-Grupp ta' Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari, u fuq djalogu mal-pajjiżi sħab. Tali konsultazzjonijiet jenħtieġ li, b'mod partikolari, jitwettqu matul l-iżvilupp u qabel l-adozzjoni ta' programmi indikattivi pluriennali. Jekk dan id-djalogu ma jirnexxilux isolvi l-preokkupazzjonijiet tal-Unjoni dwar is-sikurezza nukleari, jenħtieġ li l-finanzjament estern fl-ambitu ta' dan ir-Regolament ma jingħatax.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Jenħtieġ li jiġi promoss approċċ individwali u differenzjat lejn il-pajjiżi li jingħataw appoġġ permezz tal-Istrument. Jenħtieġ li l-użu tal-Istrument ikun ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi li jingħataw l-appoġġ, kif ukoll fuq il-benefiċċju globali mistenni mill-Istrument, partikolarment f'termini ta' bidliet strutturali fil-pajjiżi kkonċernati.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)

Il-korpi regolatorji, l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, il-kumpaniji tal-inġinerija nukleari u l-utilitajiet tal-enerġija nukleari tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-għarfien espert u l-kompetenza meħtieġa rigward l-implimentazzjoni tal-ogħla standards tas-sikurezza nukleari u tal-protezzjoni mir-radjazzjoni f'varjetà ta' sistemi regolatorji tal-Istati Membri, li jistgħu jkunu sors utli ta' appoġġ għall-pajjiżi sħab li jkunu jridu jagħmlu l-istess fl-oqfsa regolatorji u industrijali nazzjonali tagħhom.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Kull meta jkun possibbli u xieraq, jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Komunità jkunu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiż u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-objettivi tal-Istrument u preferibbilment fuq il-bażi tal-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb.

(9)

Jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Komunità jkunu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiż u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-objettivi tal-Istrument u preferibbilment fuq il-bażi tal-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb. L-indikaturi jenħtieġ li jkunu orjentati lejn il-prestazzjoni u r-riżultati, sabiex jirrikjedu aktar responsabbiltà u obbligu ta' rendikont mill-pajjiżi benefiċjarji fil-konfront tal-Unjoni u tal-Istati Membri dwar ir-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni ta' miżuri għat-titjib tas-sikurezza.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Komunità jfittxu l-aktar użu effiċjenti u tar-riżorsi disponibbli sabiex jottimizzaw l-impatt tal-azzjoni esterna tagħhom. Jenħtieġ li dan jinkiseb permezz ta' koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u programmi oħra tal-Unjoni. Sabiex jimmassimizza l-impatt ta' interventi kkombinati biex jintlaħaq objettiv komuni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti l-kombinazzjoni ta' finanzjamenti ma' programmi oħrajn tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż.

(10)

Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Komunità jfittxu l-użu ottimali l-aktar effiċjenti tar-riżorsi disponibbli u li jtejbu l-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq sabiex jottimizzaw l-impatt tal-azzjoni esterna tagħhom. Jenħtieġ li dan jinkiseb permezz ta' koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u programmi oħra tal-Unjoni bħall-programmi ta' riċerka u taħriġ tal-Euratom . Sabiex jimmassimizza l-impatt ta' interventi kkombinati biex jintlaħaq objettiv komuni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti l-kombinazzjoni ta' finanzjamenti ma' programmi oħrajn tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(14)

Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità , kif ukoll l-aċċessibbiltà tagħhom għas-sħab potenzjali u l-kapaċità tagħhom li joħolqu ċertezza legali . Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Sabiex titrawwem l-implimentazzjoni effiċjenti u f'waqtha tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi, il-proċessi deċiżjonali u tan-negozjati fi ħdan il-Kummissjoni u ma' pajjiżi terzi jeħtiġilhom ikunu effiċjenti u rapidi.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jikkomplementa dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI], b'mod partikolari sabiex jappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effettivi u effiċjenti ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, li jibnu fuq l-attivitajiet fil-Komunità u f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

1.   L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jikkomplementa dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI], b'mod partikolari sabiex jappoġġjaw il-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effettivi u effiċjenti ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, li jibnu fuq l-oqfsa regolatorji u fuq l-aqwa prattiki fil-Komunità u f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament , kif ukoll jgħinu biex jiżguraw użu purament ċivili tal-materjal nukleari u, b'dak il-mod, il-protezzjoni taċ-ċittadini u tal-ambjent. Fi ħdan dan l-objettiv, dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jappoġġja l-implimentazzjoni ta' trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam nukleari minn awtoritajiet ta' pajjiżi terzi.

 

Il-kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari skont dan ir-Regolament ma għandhiex l-għan li tippromwovi l-enerġija nukleari.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-promozzjoni ta' kultura effettiva tas-sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni, u  titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari;

(a)

il-promozzjoni ta' kultura u governanza effettiva tas-sikurezza nukleari u  t-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni li jeżistu fil-Komunità fuq livell internazzjonali għall-attivitajiet nukleari rilevanti ;

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u  skart radjuattiv u d-dekummissjonar u r-rimedjar ta' eks siti u stallazzjonijiet nukleari;

(b)

ġestjoni responsabbli u sikura ta' skart radjuattiv, mill-ġenerazzjoni sar-rimi finali, inkluż fjuwil użat (jiġifieri pretrattament, trattament, ipproċessar, ħżin rimi) u d-dekummissjonar u r-rimedjar sikuri ta' eks siti u stallazzjonijiet nukleari kif ukoll siti storiċi relatati mal-estrazzjoni tal-uranju jew oġġetti u materjali radjuattivi mgħarrqa ;

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

stabbilizzazzjoni ta' sistemi effiċjenti u  effettivi ta' salvagwardja .

(c)

ħolqien ta' salvagwardji effiċjenti , effettivi trasparenti għall-materjal nukleari ;

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

it-tħeġġiġ tal-promozzjoni tat-trasparenza u tal-ftuħ ġenerali tal-awtoritajiet f'pajjiżi terzi, kif ukoll l-informazzjoni lill-pubbliku u l-parteċipazzjoni tiegħu fi proċessi deċiżjonali relatati mas-sikurezza ta' stallazzjonijiet nukleari u prattiki effikaċi ta' mmaniġġjar ta' skart radjuattiv, fi qbil mal-konvenzjonijiet u l-istrumenti internazzjonali rilevanti.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt – cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)

l-użu tal-għarfien u tal-azzjonijiet tal-Istrument biex titkattar l-influwenza politika f'organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-enerġija u tas-sigurtà.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu żgurati l-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetà mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI, ma' Programmi oħra ta' azzjoni esterna tal-Unjoni, ma' politiki u  Programmi oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.

1.   Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu żgurati l-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetà mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI, ma' Programmi oħra ta' azzjoni esterna tal-Unjoni, ma' politiki u  ma' atti leġiżlattivi rilevanti oħra bħad-Direttivi 2009/71/Euratom, 2011/70/Euratom u 2013/59/Euratom, ma' għanijiet u valuri tal-Unjoni u ma' Programmi bħall-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkomplementa Orizzont Ewropa , kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet li jkollhom objettivi simili, b'mod partikolari mal-IAEA u mal-OECD/NEA. Permezz ta' din il-koordinazzjoniil-Komunità u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jevitaw kwalunkwe duplikazzjoni ta' azzjonijiet jew finanzjament b'rabta mal-pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-operaturi Ewropej fit-twettiq tal-kompitu tagħha, biex b'hekk tisfrutta l-kwalità tal-kompetenza Ewropea fil-qasam tas-sikurezza u tas-salvagwardji nukleari.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 300 miljun fi prezzijiet attwali .

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR  266  miljun fi prezzijiet kostanti .

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali, u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits jew laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiż sħab, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Kommunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

L-acquis tal-Komunità relatat mas-sikurezza nukleari u l-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali, u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits jew laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiż sħab, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Kommunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Komunità u fuq il-bażi tal-qafas politiku msemmi fl-Artikolu 5.

2.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi , ir-reġjuni jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Komunità u fuq il-bażi tal-qafas politiku msemmi fl-Artikolu 5.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jikkostitwixxu bażi ġenerali għall-kooperazzjoni, u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet tal-Komunità għall-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament, fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-pajjiżi kkonċernati, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jindikaw ukoll il-valur miżjud tal-kooperazzjoni u kif għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' programmi u inizjattivi oħrajn, b'mod partikolari dawk ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom objettivi simili u donaturi ewlenin.

3.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jikkostitwixxu bażi ġenerali għall-kooperazzjoni, u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet tal-Komunità għall-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament, skont il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi tal-pajjiżi kkonċernati, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jindikaw ukoll il-valur miżjud tal-kooperazzjoni u kif għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' programmi u inizjattivi oħrajn, b'mod partikolari dawk ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom objettivi simili u donaturi ewlenin.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li l-pajjiżi li jirċievu għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament jikkommettu ruħhom li jwettqu l-impenji li jirriżultaw mill-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' sħubija u ta' kooperazzjoni mal-Unjoni u mit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari, jikkommettu ruħhom għall-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, josservaw l-istandards dwar is-sikurezza nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni u jikkommettu ruħhom għall-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u miżuri rilevanti bl-ogħla standards ta' trasparenza u pubbliċità.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jistabbilixxu qafas għal sorveljanza indipendenti u kwalifikata biex iqawwu l-livell ta' sikurezza nukleari tal-pajjiżi sħab. Jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet dwar appoġġ lill-awtoritajiet regolatorji nuklerai fit-twettiq ta' valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju u tas-sikurezza (“testijiet tal-istress”) tal-installazzjonijiet tal-enerġija nukleari, abbażi tal-acquis tal-Komunità dwar is-sikurezza nukleari u l-iskart radjuattiv, kif ukoll l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dawk it-testijiet tal-istress u l-applikazzjoni ta' miżuri ta' monitoraġġ rilevanti, pereżempju f'pajjiżi aderenti, f'pajjiżi kandidati, f'kandidati potenzjali, kif ukoll f'pajjiżi kopruti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi jew mar-reġjuni.

5.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi jew mar-reġjuni. Fit-tfassil tal-programmi u qabel l-adozzjoni taagħhom, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Grupp ta' Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari (ENSREG) u, fejn dan ikun f'loku, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi pluriennali skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-Kummissjoni ssegwi l-istess proċedura u għandha tirrevedi u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna dawk il-programmi indikattivi.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi pluriennali skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tagħhom f'nofs it-terminu u,  bl-istess proċedura, jekk ikun meħtieġ, tirrevedi u taġġorna dawk il-programmi indikattivi.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

pjanijiet ta' azzjoni, miżuri speċjali u miżuri ta' appoġġ li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 000 000 ;

(a)

miżuri individwali u miżuri ta' appoġġ, li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 000 000 ;

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

nefqa relatata mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni u l-komunikazzjoni korporattiva u l-viżibbiltà tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.

(b)

nefqiet relatati mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni u l-komunikazzjoni korporattiva u l-viżibbiltà tal-prijoritajiet politiċi , l-għanijiet u l-valuri tal-Unjoni.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Kriterji li japplikaw għall-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza Nukleari

 

1.     Kwalunkwe qbil komuni u ftehim reċiproku bejn il-pajjiż terz u l-Komunità għandu jiġi kkonfermat permezz ta' talba formali lill-Kummissjoni, li tikkommetti lill-Gvern rispettiv.

 

2.     Il-pajjiżi terzi li jkunu jixtiequ jikkooperaw mal-Komunità għandhom ikunu membri tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u għandu jkollhom il-Protokoll Addizzjonali tiegħu jew ftehim ta' salvagwardji suffiċjenti mal-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika li jkun suffiċjenti biex jagħti assigurazzjoni kredibbli li l-materjal nukleari ddikjarat ma jiġix iddevjat minn attivitajiet nukleari paċifiċi u li ma jkunx hemm materjal jew attivitajiet nukleari mhux iddikjarati f'dak l-istat kollu kemm hu. Għandhom ukoll jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji tas-sikurezza fundamentali kif stipulati fl-Istandards tas-Sikurezza tal-IAEA u jkunu parti fil-Konvenzjonijiet rilevanti, bħall-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari u l-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sigurtà tal-Immaniġġjar ta' Fjuwil Użat u dwar is-Sigurtà tal-Immaniġġjar ta' Skart Radjuattiv, jew ikunu ħadu passi li juru impenn sod li jaderixxu ma' tali Konvenzjonijiet. F'każ ta' kooperazzjoni attiva, dan l-impenn għandu jiġi evalwat kull sena fil-qies tar-Rapporti Nazzjonali u ta' dokumenti oħra dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet rilevanti. Abbażi ta' tali evalwazzjoni, għandha tittieħed deċiżjoni igward it-tkomplija tal-kooperazzjoni. F'każijiet ta' emerġenza, għandha tintwera flessibbiltà, fuq bażi eċċezzjonali, fl-applikazzjoni ta' dawk il-prinċipji.

 

3.     Għall-iżgurar u għall-monitoraġġ tal-konformità mal-objettivi ta' kooperazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jaċċetta l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa skont il-paragrafu 2. Din l-evalwazzjoni għandha tippermetti l-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità mal-objettivi maqbula u tista' tkun kundizzjoni biex tkompli titħallas il-kontribuzzjoni tal-Komunità.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)   Il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 31 il-paragrafi 2, 4, 5 u 6, u l-Artikoli 32 u 36 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI.

(1)   Il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 31 il-paragrafi 2, 4, 5 u 6, u l-Artikoli 32 u 36 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI. L-evalwazzjonijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI, relatati mas-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u s-salvagwardji tar-radjazzjoni, wara li jiġi kkonsultat l-ENSREG, għandhom jiġu diskussi fil-kumitat tal-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u jitressqu lill-Parlament Ewropew.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

in-numru ta' atti legali u regolatorji mħejjija, introdotti jew riveduti; kif ukoll

(a)

in-numru ta' atti legali u regolatorji mħejjija, introdotti jew riveduti u l-implimentazzjoni tagħhom b'suċċess, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq l-istandards u s-salvagwardji tas-sikurezza nukleari fil-pajjiżi rispettivi, inkluż l-impatt fuq iċ-ċittadini u l-ambjent ;

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

in-numru ta' disinn, kunċett jew studji ta' fattibbiltà għall-istabbiliment ta' faċilitajiet skont l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari.

(b)

in-numru ta' studji dwar id-disinn, il-kunċett jew il-fattibbiltà għall-istabbiliment ta' faċilitajiet skont l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni b'suċċess tar-riżultati ta' dawk l-istudji .

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

il-miżuri implimentati fil-faċilitajiet nukleari b'rabta mas-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, u miżuri effikaċi u effiċjenti ta' titjib fis-salvagwardji, abbażi tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni u salvagwardji nukleari, inklużi riżultati ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari fil-livell internazzjonali.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

Trasparenza

Il-Kummissjoni u l-pajjiżi terzi li jikkooperaw mal-Unjoni fl-ambitu ta' dan l-Istrument għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa b'rabta mal-miżuri ta' sikurezza nukleari meħuda f'dawk il-pajjiżi terzi bl-għajnuna tal-Istrument u b'rabta mal-istandards tas-sikurezza nukleari ta' dawk il-pajjiżi b'mod ġenerali tkun disponibbli għall-ħaddiema u għall-pubbliku ġenerali, b'kunsiderazzjoni speċifika tal-awtoritajiet lokali, tal-popolazzjoni u tal-partijiet ikkonċernati fl-inħawi ta' installazzjoni nukleari. Dak l-obbligu għandu jinkludi li jiġi żgurat li l-awtorità regolatorja kompetenti u d-detenturi ta' liċenzja jipprovdu informazzjoni fi ħdan l-oqsma ta' kompetenza tagħhom. L-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni u l-istrumenti internazzjonali rilevanti, sakemm dan ma jipperikolax interessi prevalenti oħra, bħal dawk tas-sigurtà, li jkunu rikonoxxuti fil-leġiżlazzjoni jew fl-istrumenti internazzjonali rilevanti.


(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109).

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109).


Il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2019

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/692


P8_TA(2019)0047

Kodiċi Doganali tal-Unjoni: l-inklużjoni tal-muniċipalità ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0259 – C8-0180/2018 – 2018/0123(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/53)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0259),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 33, 114 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0180/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Lulju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0368/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 39.


P8_TC1-COD(2018)0123

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/474.)


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/693


P8_TA(2019)0048

Ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali rigward is-snin 2019 u 2020 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali rigward is-snin 2019 u 2020 (COM(2018)0817 – C8-0506/2018 – 2018/0414(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/54)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0817),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha lill-Parlament (C8-0506/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0018/2019),

A.

billi, għal raġunijiet ta' urġenza, huwa ġustifikat li l-votazzjoni ssir qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2018)0414

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali għas-snin 2019 u 2020

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/288.)


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/694


P8_TA(2019)0049

L-adeżjoni tar-Repubblika Dominicana mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, Ċipru, il-Kroazja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika Dominicana mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0526 – C8-0376/2018 – 2018/0276(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2020/C 411/55)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2018)0526),

wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0376/2018),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0451/2018),

1.

Japprova l-awtorizzazzjoni għall-Awstrija, Ċipru, il-Kroazja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika Dominicana mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/695


P8_TA(2019)0050

L-adeżjoni tal-Ekwador u tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Ekwador u tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0527 – C8-0375/2018 – 2018/0277(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2020/C 411/56)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2018)0527),

wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0375/2018),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0452/2018),

1.

Japprova l-awtorizzazzjoni għall-Awstrija biex taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Ekwador u tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/696


P8_TA(2019)0051

l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0528 – C8-0377/2018 – 2018/0278(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2020/C 411/57)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2018)0528),

wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0377/2018),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0457/2018),

1.

Japprova l-awtorizzazzjoni lill-Awstrija u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/697


P8_TA(2019)0052

L-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0530 – C8-0378/2018 – 2018/0279(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2020/C 411/58)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2018)0530),

wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0378/2018),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0458/2018),

1.

Japprova l-awtorizzazzjoni lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/698


P8_TA(2019)0053

Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (COM(2018)0461 – C8-0379/2018 – 2018/0244(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2020/C 411/59)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0461),

wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0379/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0480/2018),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Din id-Deċiżjoni l-ġdida għandha tenfasizza d-dettalji speċifiċi dwar il-kooperazzjoni ma' Greenland, bħalma hu l-objettiv li jinżammu r-rabtiet mill-qrib u dejjiema bejn l-Unjoni Ewropea , Greenland u d-Danimarka, ir-rikonoxximent tal-pożizzjoni ġeostrateġika ta' Greenland, u l-importanza ta' djalogu dwar il-politika bejn Greenland u l-Unjoni, l-eżistenza ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni u Greenland u l-kooperazzjoni potenzjali dwar kwistjonijiet tal-Artiku. Għandha twieġeb għall-isfidi globali, filwaqt li tippermetti l-iżvilupp ta' aġenda proattiva u l-kisba ta' interessi reċiproċi , b'mod partikolari, l-impatt dejjem jikber tat-tibdil fil-klima fuq l-attività tal-bniedem u l-ambjent, it-trasport marittimu, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, kif ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(6)

Din id-Deċiżjoni l-ġdida għandha tenfasizza d-dettalji speċifiċi dwar il-kooperazzjoni ma' Greenland . Fl-2003 , il-Kunsill irrikonoxxa li r-relazzjoni futura tal-Unjoni ma' Greenland wara l-2006 se tkun waħda bbażata fuq sħubija komprensiva għall-iżvilupp sostenibbli li tkun tinkludi ftehim speċifiku dwar is-sajd, negozjat skont ir-regoli u l-prinċipji ġenerali għal ftehimiet bħal dawn. Bl-istess mod, id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta' Greenland u dak tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u Greenland, iffirmata fi Brussell fid-19 ta' Marzu 2015, fakkret fir-rabtiet storiċi, politiċi, ekonomiċi u kulturali bejn l-Unjoni u Greenland u enfasizzat il-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni fuq il-bażi ta' interessi reċiproċi. Is-sħubija fl-ambitu ta' din id-deċiżjoni l-ġdida għandha għalhekk timmira li tippreserva r-rabtiet mill-qrib u dejjiema bejn l-Unjoni, Greenland u d-Danimarka, u għandha tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali billi tippermetti li tiġi żviluppata aġenda dinamika u li jinstabu l-interessi reċiproċi. Id-Deċiżjoni għandha tenfasizza d-dettalji speċifiċi dwar il-kooperazzjoni ma' Greenland, il-pożizzjoni ġeostrateġika ta' Greenland, l-importanza ta' djalogu politiku bejn Greenland u l-Unjoni, l-eżistenza ta' ftehim ta' sħubija dwar is-settur tas-sajd bejn l-Unjoni u Greenland u l-kooperazzjoni potenzjali dwar kwistjonijiet tal-Artiku. Din għandha , b'mod partikolari, tqis l-impatt li dejjem jiżdied tat-tibdil fil-klima fuq l-attività tal-bniedem u l-ambjent, it-trasport marittimu, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, kif ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Filwaqt li jirrifletti fuq l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm ser jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet skont dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 20  % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul l-implimentazzjoni tal-Programm u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha ta' nofs it-terminu u l-proċessi ta' rieżami.

(16)

Filwaqt li jirrifletti fuq l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm ser jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet skont dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 30  % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul l-implimentazzjoni tal-Programm u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha ta' nofs it-terminu u l-proċessi ta' rieżami.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

L-Unjoni u l-PTEE jirrikonoxxu l-importanza speċjali tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali li jwasslu għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE.

(18)

L-Unjoni u l-PTEE jirrikonoxxu l-importanza speċjali tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali li jwasslu għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE , speċjalment fit-territorji fejn il-livell globali tal-edukazzjoni huwa ferm baxx .

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tqis u tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tad-diversità kulturali u tal-identità tal-PTEE.

(19)

L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tqis u tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tad-diversità kulturali u tal-identità tal-PTEE. Jenħtieġ ukoll li tagħti attenzjoni partikolari u tikkontribwixxi għall-promozzjoni u għar-rispett tad-drittijiet tal-popli indiġeni tal-PTEE.

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Il-kooperazzjoni rigward il-kummerċ u rigward il-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tikkontribwixxi għall-għan ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli , l-iżvilupp soċjali u  l-ħarsien ambjentali.

(20)

Il-kooperazzjoni rigward il-kummerċ u rigward il-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tikkontribwixxi għall-għan ta' żvilupp ekonomiku, żvilupp soċjali u  ħarsien ambjentali li huma sostenibbli, fuq il-mudell tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli .

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi regoli tal-oriġini aktar flessibbli, fosthom possibbiltajiet ġodda għal kumulu tal-oriġini. Il-kumulu għandu jkun possibbli biss mal-PTEE u mal-pajjiżi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE), iżda skont ċerti kundizzjonijiet, anke għall-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li magħhom l-Unjoni tapplika ftehim ta' kummerċ ħieles kif ukoll għal prodotti li jidħlu fl-Unjoni mingħajr dazju u mingħajr kwoti skont is-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati tal-Unjoni, li wkoll huma soġġetti għall-kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet huma neċessarji biex tiġi evitata ċ-ċirkumvenzjoni tal-kummerċ u  jiġi żgurat l-iffunzjonar xieraq tal-ftehimiet ta' kumulu.

(21)

Din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi regoli tal-oriġini aktar flessibbli, fosthom possibbiltajiet ġodda għal kumulu tal-oriġini. Il-kumulu għandu jkun possibbli biss mal-PTEE u mal-pajjiżi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE), iżda skont ċerti kundizzjonijiet, anke għall-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li magħhom l-Unjoni tapplika ftehim ta' kummerċ ħieles kif ukoll għal prodotti li jidħlu fl-Unjoni mingħajr dazju u mingħajr kwoti skont is-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati tal-Unjoni, li wkoll huma soġġetti għall-kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet huma neċessarji għal unjoni kummerċjali aktar robusta u kapaċi li tevita ċ-ċirkumvenzjoni tal-kummerċ u  tiżgura l-funzjonament xieraq tal-ftehimiet ta' kumulu.

Emenda 7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Il-kooperazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tikkontribwixxi għall-bini ta' sistema finanzjarja aktar sikura, qawwija u trasparenti li hija essenzjali għat-titjib tal-istabbiltà finanzjarja globali u għall-irfid tal-iżvilupp sostenibbli. L-isforzi f'dak il-qasam għandhom jiffokaw fuq il-konverġenza ma' standards maqbula fil-livell internazzjonali u l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-PTEE mal-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Għandha tingħata l-attenzjoni xierqa għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-PTEE, inkluż fil-qasam tas-superviżjoni.

(25)

Il-kooperazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha timmira li tiġġieled kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa sabiex tikkontribwixxi għall-bini ta' sistema finanzjarja aktar sikura, qawwija u trasparenti li hija essenzjali għat-titjib tal-istabbiltà finanzjarja globali u għall-irfid tal-iżvilupp sostenibbli. L-isforzi f'dak il-qasam għandhom jiffokaw fuq il-konverġenza ma' standards maqbula fil-livell internazzjonali u l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-PTEE mal-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Għandha tingħata l-attenzjoni xierqa għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-PTEE, inkluż fil-qasam tas-superviżjoni.

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)

Din id-Deċiżjoni għandha tirreferi, fejn meħtieġ, biex [ir-Regolament NDICI] (l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali) għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni u b'hekk tiżgura l-koerenza fil-ġestjoni tal-istrumenti kollha.

imħassar

Emenda 9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni (l-“assoċjazzjoni”), li tikkostitwixxi sħubija, imsejsa fuq l-Artikolu 198 tat-TFUE, sabiex jingħata appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE kif ukoll jiġu promossi l-valuri u l-istandards tal-Unjoni mad-dinja.

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni (l-“assoċjazzjoni”), li tikkostitwixxi sħubija, imsejsa fuq l-Artikolu 198 tat-TFUE, sabiex jingħata appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE kif ukoll jiġu promossi l-valuri , il-prinċipji u l-istandards tal-Unjoni mad-dinja.

Emenda 10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tissejjes fuq objettivi, prinċipji u valuri kondiviżi mill-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Unjoni.

1.   L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tissejjes fuq objettivi, prinċipji u valuri kondiviżi mill-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Unjoni. Hija tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli kif definiti fl-Aġenda 2030 kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.

Emenda 11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-imsieħba għandhom jitmexxew mill-prinċipji tat-trasparenza, is-sussidjarjetà u l-ħtieġa ta' effiċjenza u għandhom jindirizzaw it-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE bl-istess mod: l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali.

3.   Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-imsieħba għandhom jitmexxew mill-prinċipji tat-trasparenza, is-sussidjarjetà u l-ħtieġa ta' effiċjenza u għandhom jindirizzaw it-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE bl-istess mod: l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u  kulturali u l-ħarsien ambjentali.

Emenda 12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.    L-objettiv ġenerali ta' din id-Deċiżjoni hija l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u t-territorji extra Ewropej u l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-Unjoni fit-totalità tagħha. L-assoċjazzjoni għandha ssegwi dan l-objettiv ġenerali permezz tat-titjib tal-kompetittività tal-PTEE, it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-PTEE, it-tnaqqis tal-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali tagħhom u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejniethom u mal-imsieħba.

4.    Skont l-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 198 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-objettiv ġenerali ta' din id-Deċiżjoni hija l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej u l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-Unjoni fit-totalità tagħha.

Emenda 13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

It-trawwim u l-appoġġ tal-kooperazzjoni mal-PTEE,

imħassar

Emenda 14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)

li jkun hemm appoġġ u kooperazzjoni ma' Greenland fl-indirizzar tal-isfidi ewlenin tiegħu għal żieda fil-livell tal-edukazzjoni u biex jingħata kontribut għall-kapaċità tal-amministrazzjoni ta' Greenland biex jifformula u jimplimenta aħjar il-politiki nazzjonali.

b)

li jkun hemm appoġġ għall-PTEE fl-indirizzar tal-isfidi ewlenin li jħabbtu wiċċhom magħhom, inkluż il-livell tal-edukazzjoni fir-rigward ta' Greenland;

Emenda 15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-PTEE billi titnaqqas il-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali tagħhom;

Emenda 16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

it-titjib fil-kompetittività tal-PTEE, li tinkludi l-istandards soċjali;

Emenda 17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)

il-promozzjoni tal-kooperazzjoni tal-PTEE ma' msieħba oħra.

Emenda 18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, l-assoċjazzjoni għandha tirrispetta l-prinċipji fundamentali tal-libertà , id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli, li kollha kemm huma huma komuni għall-PTEE u għall-Istati Membri li huma marbuta magħhom.

6.   Fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, l-assoċjazzjoni għandha tirrispetta l-prinċipji fundamentali tad-demokrazija , approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha , l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli, li kollha kemm huma huma komuni għall-PTEE u għall-Istati Membri li huma marbuta magħhom. Dan jgħodd ukoll għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza, oriġini etnika, reliġjon, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali u ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Emenda 19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Minħabba l-kapaċitajiet amministrattivi u umani limitati tal-PTEE, il-Kummissjoni għandha tqis dan kif xieraq fil-proċess tal-ipprogrammar u tal-implimentazzjoni u, b'mod partikolari, fl-adozzjoni tal-linji gwida tagħha.

Emenda 20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

id-diversifikazzjoni ekonomika tal-ekonomiji tal-PTEE, fosthom l-integrazzjoni ulterjuri tagħhom fl-ekonomija dinjija u dik reġjonali; fil-każ speċifiku ta' Greenland, il-ħtieġa li jiżdiedu l-ħiliet fil-forza tax-xogħol tiegħu.

(a)

id-diversifikazzjoni ekonomika sostenibbli tal-ekonomiji tal-PTEE, fosthom l-integrazzjoni ulterjuri tagħhom fl-ekonomija dinjija u dik reġjonali; fil-każ speċifiku ta' Greenland, il-ħtieġa li jiżdiedu l-ħiliet fil-forza tax-xogħol tiegħu.

Emenda 21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-promozzjoni ta' mudell soċjali ta' kwalità;

Emenda 22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e)

il-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riksju ta' diżastri;

e)

il-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri b'kunsiderazzjoni tal-prijoritajiet definiti fil-Qafas ta' Sendai għall-perjodu 2015-2030 ;

Emenda 23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

il-kwistjonijiet relatati mal-Karibew u l-Paċifiku.

Emenda 24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Għal dan il-għan, l-Unjoni u l-PTEE jistgħu jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattika jew jistabbilixxu kwalunkwe sura oħra ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib ma' sħab oħrajn fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tal-PTEE f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, fejn xieraq permezz ta' ftehimiet internazzjonali.

2.   Għal dan il-għan, l-Unjoni u l-PTEE jistgħu jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattika jew jistabbilixxu kwalunkwe sura oħra ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib ma' sħab oħrajn fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tal-PTEE f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, fejn xieraq permezz ta' ftehimiet internazzjonali , sabiex jikkontribwixxu għall-integrazzjoni armonjuża tal-PTEE fl-ambjent ġeografiku rispettiv tagħhom .

Emenda 25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet II u III ta' din id-Deċiżjoni. F'dak ir-rigward, l-objettiv tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-istati u territorji tal-AKP u mhux tal-AKP. Sabiex tikseb dan l-objettiv, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi rilevanti tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tfittex li tassoċja l-PTEE fl-organi tagħhom ta' djalogu mal-pajjiżi ġirien tagħhom, sew jekk ikunu Stati u territorji tal-AKP kif ukoll dawk mhux tal-AKP , u mar-reġjuni ultraperiferiċi, fejn xieraq.

3.   L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet II u III ta' din id-Deċiżjoni. F'dak ir-rigward, l-objettiv tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-istati u territorji tal-AKP u mhux tal-AKP. Sabiex tikseb dan l-objettiv, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi rilevanti tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tassoċja l-PTEE fl-organi tagħhom ta' djalogu mal-pajjiżi ġirien tagħhom, sew jekk ikunu Stati u territorji tal-AKP u sew jekk ma jkunux , u mar-reġjuni ultraperiferiċi fejn xieraq , billi tipproponi li tagħtihom l-istatus ta' osservatur .

Emenda 26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-PTEE li jinfluwenzaw l-adozzjoni ta' strateġiji reġjonali li jqisu l-ispeċifiċitajiet tagħhom, il-potenzjal tagħhom u l-perspettiva Ewropea tal-PTEE;

Emenda 27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trattament speċifiku

Trattament speċifiku għal PTEE iżolati

Emenda 28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

Trattament speċifiku għall-PTEE l-inqas żviluppati

1.     L-assoċjazzjoni għandha tqis id-diversità tal-PTEE f'termini tal-livell tal-iżvilupp tagħhom u tal-limiti strutturali tagħhom.

2.     Għandu jiġi definit trattament speċifiku għall-PTEE l-inqas żviluppati.

3.     Sabiex il-PTEE l-anqas żviluppati jkunu jistgħu jirkupraw id-dewmien fl-iżvilupp tagħhom, u jiffaċċjaw il-limitazzjonijiet strutturali permanenti tagħhom, l-ispeċifiċitajiet tagħhom għandhom jitqiesu kif xieraq meta jiġi determinat il-volum tal-assistenza finanzjarja kif ukoll il-kundizzjonijiet marbuta ma' din l-għajnuna.

4.     Il-PTEE meqjus bħala l-inqas żviluppat huwa t-Territorju tal-Gżejjer Wallis u Futuna.

Emenda 29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-assoċjazzjoni għandha tissejjes fuq djalogu u konsultazzjoni wiesa' dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku bejn il-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Kummissjoni u, fejn xieraq, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).

1.   L-assoċjazzjoni għandha tissejjes fuq djalogu fuq firxa wiesgħa u konsultazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku bejn il-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom , il-Kummissjoni l-Parlament Ewropew u, fejn xieraq, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).

Emenda 30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Responsabbiltajiet tal-atturi mhux governattivi

Responsabbiltajiet tas-soċjetà ċivili u tal-atturi mhux governattivi

Emenda 31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-atturi mhux governattivi jista' jkollhom rwol fl-iskambju ta' informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni, b'mod partikolari għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' assistenza għal kooperazzjoni, proġetti u programmi. Huma jistgħu jirċievu deroga ta' setgħat ta' ġestjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi għall-fini li jingħata appoġġ għal inizjattivi ta' żvilupp lokali.

1.    Is-soċjetà ċivili, is-settur privat u l-atturi mhux governattivi jista' jkollhom rwol fl-iskambju ta' informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni, b'mod partikolari għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' assistenza għal kooperazzjoni, proġetti u programmi. Huma jistgħu jirċievu deroga ta' setgħat ta' ġestjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi għall-fini li jingħata appoġġ għal inizjattivi ta' żvilupp lokali.

Emenda 32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-djalogu għandu jippermetti lill-PTEE biex jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni.

3.   Id-djalogu għandu jippermetti lill-PTEE biex jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni kif ukoll fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji reġjonali tal-Unjoni fiż-żoni fejn jinsabu l-PTEE .

Emenda 33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Id-djalogu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet politiċi ta' interess reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali għall-ksib tal-objettivi tal-assoċjazzjoni.

4.   Id-djalogu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet politiċi ta' interess reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali biex jinkisbu kemm l-objettivi tal-assoċjazzjoni kif ukoll l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli .

Emenda 34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Id-djalogu ma' Greenland għandu, b'mod partikulari, jipprovdi l-bażi għal kooperazzjoni u djalogu wesgħin f'oqsma li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-ambjent , ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, it-trasport marittimu, ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll id-dimensjoni tal-Artiku ta' dawk il-kwistjonijiet.

5.   Id-djalogu ma' Greenland għandu, b'mod partikulari, jipprovdi l-bażi għal kooperazzjoni u djalogu wesgħin f'oqsma li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-edukazzjoni, l-enerġija, it-tibdil fil-klima , l-ambjent, in-natura , ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, it-trasport marittimu, ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll id-dimensjoni tal-Artiku ta' dawk il-kwistjonijiet.

Emenda 35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Id-djalogu mal-PTEE tal-Karibew b'mod partikolari għandu jservi biex tissaħħaħ l-istrateġija Ewropea fir-reġjun tal-Karibew u biex ikun hemm kooperazzjoni fuq kwistjonijiet relatati mal-bijodiversità, mat-tibdil fil-klima, mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi, mal-prevenzjoni u mal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, mad-dimensjoni soċjali kif ukoll mal-promozzjoni ta' governanza tajba, speċjalment fil-qasam tat-tassazzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

Emenda 36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.     Id-djalogu mal-PTEE tal-Paċifiku għandu jservi b'mod partikolari biex tiġi definita u implimentata strateġija Ewropea ambizzjuża fir-reġjun tal-Paċifiku billi tissaħħaħ il-preżenza Ewropea, u biex ikun hemm kooperazzjoni b'mod partikolari fuq il-kwistjonijiet soċjali, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u tal-art, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, l-ambjent u l-ekonomija blu.

Emenda 37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

il-forum għad-djalogu bejn il-PTEE u l-UE (il-“forum PTEE-UE”), għandu jiltaqa' kull sena biex ilaqqa' l-awtoritajiet tal-PTEE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u  l-Kummissjoni . Il-membri tal-Parlament Ewropew , ir-rappreżentanti tal-BEI, u r-rappreżentanti tal-reġjuni ultraperiferiċi għandhom, fejn xieraq, ikunu assoċjati mal-Forum PTEE-UE;

a)

il-forum għad-djalogu politiku bejn il-PTEE u l-UE (il-“forum PTEE-UE”), għandu jiltaqa' kull sena biex ilaqqa' l-awtoritajiet tal-PTEE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri , il-Kummissjoni, il-Presidenza tal-Kunsill l-Parlament Ewropew . L-assoċjazzjoni tal-PTEE (OCTA) , ir-rappreżentanti tal-BEI, u r-rappreżentanti tar-reġjuni ultraperiferiċi u r-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew ta' territorji ġirien tal-PTEE għandhom, fejn xieraq, ikunu assoċjati mal-Forum PTEE-UE;

Emenda 38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)

fuq bażi regolari, il-Kummissjoni, il-PTEE u l-Istati Membri li l-PTEE għandhom rabtiet magħhom għandu jkollhom konsultazzjonijiet trilaterali. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu organizzati tal-inqas tliet darbiet fis-sena fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba tal-PTEE u tal-Istat Membru li jkollu rabtiet miegħu;

b)

fuq bażi regolari, il-Kummissjoni, il-PTEE u l-Istati Membri li l-PTEE għandhom rabtiet magħhom għandu jkollhom konsultazzjonijiet trilaterali. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu organizzati tal-inqas erba' darbiet fis-sena fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba tal-PTEE u tal-Istat Membru li jkollu rabtiet miegħu;

Emenda 39

Proposta għal deċiżjoni

Parti II – kapitolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

IL-KWISTJONIJIET AMBJENTALI, IT-TIBDIL FIL-KLIMA, L-OĊEANI U T-TNAQQIS TA' DIŻASTRI

IL-KWISTJONIJIET AMBJENTALI, IT-TIBDIL FIL-KLIMA, L-OĊEANI U T-TNAQQIS TAR-RISKJI TA' DIŻASTRI

Emenda 40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ambjent, it-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri tista' tikkonċerna:

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ambjent, it-tibdil fil-klima , it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u t-titjib fir-reżiljenza tista' tikkonċerna:

Emenda 41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-effiċjenza fl-użu tagħhom, u li jiġi mħeġġeġ id-diżakkoppjament tat-tkabbir ekonomiku mid-degradazzjoni ambjentali ; et

(c)

il-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-effiċjenza fl-użu tagħhom, bil-għan li tinkiseb ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ibbażata fuq strateġiji għal tranżizzjoni ġusta ; et

Emenda 42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

l-indirizzar ta' problemi relatati mad-degradazzjoni tal-art, speċjalment iż-żieda fil-livelli tal-baħar u l-kontaminazzjoni tal-ħamrija.

Emenda 43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġar sostenibbli tal-foresti tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-immaniġġar sostenibbli ta' foresti, inkluż ir-rwol tagħhom fil-konservazzjoni tal-ambjent mill-erożjoni u  l-kontroll tad-deżertifikazzjoni , l-afforestazzjoni u l-immaniġġar tal-esportazzjonijiet tal-injam.

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġar sostenibbli tal-foresti tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-immaniġġar sostenibbli ta' foresti, inkluż ir-rwol tagħhom fil-konservazzjoni tal-ambjent mill-erożjoni u  l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni , l-afforestazzjoni u l-immaniġġar tal-esportazzjonijiet tal-injam , u l-ġlieda kontra l-isfruttament illegali tal-foresti .

Emenda 44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

it-tlaqqigħ ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjali bħas-sajd u l-akwakultura, it-turiżmu, it-trasporti marittimi u l-agrikoltura mal-potenzjal ta' żoni kostali u tal-baħar f'termini ta' enerġija rinnovabbli, materja prima, filwaqt li jitqiesu l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-attivitajiet tal-bniedem.

(b)

it-tlaqqigħ ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjali bħas-sajd u l-akwakultura, it-turiżmu, it-trasporti marittimi u l-agrikoltura sostenibbli mal-potenzjal ta' żoni kostali u tal-baħar f'termini ta' enerġija rinnovabbli, materja prima, filwaqt li jitqiesu l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-attivitajiet tal-bniedem.

Emenda 45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-ħarsien ambjentali;

(c)

l-iżvilupp u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll tal-ħarsien soċjali u ambjentali;

Emenda 46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

tikkontribwixxi għall-isforzi tal-pajjiżi sħab biex iwettqu l-impenji tagħhom dwar il-bidla fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima

(b)

tikkontribwixxi għall-isforzi tal-pajjiżi sħab biex iwettqu l-impenji tagħhom dwar il-bidla fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima u l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli;

Emenda 47

Proposta għal deċiżjoni

Parti II – kapitolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ŻGĦAŻAGĦ, EDUKAZZJONI, TAĦRIĠ, SAĦĦA, IMPJIEGI, SIGURTÀ SOĊJALI, IS-SIKUREZZA TAL-IKEL U  S-SIKUREZZA TAL-IKEL

ŻGĦAŻAGĦ, NISA, EDUKAZZJONI, TAĦRIĠ, SAĦĦA, IMPJIEGI, SIGURTÀ SOĊJALI, IS-SIKUREZZA TAL-IKEL U  S-SIGURTÀ TAL-IKEL

Emenda 48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 32 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw bil-għan li jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol sabiex jiġġieldu kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ.

Emenda 49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 32a

Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa

1.     L-Unjoni għandha tfittex li tippromwovi l-ugwaljanza u l-ekwità bejn in-nisa u l-irġiel fil-PTEE, kif ukoll it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u opportunitajiet politiċi u ekonomiċi ndaqs għan-nisa.

2.     L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tipproteġi d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, b'mod partikolari kontra kull forma ta' vjolenza.

3.     L-assoċjazzjoni għandha wkoll l-għan li tippromwovi t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, b'mod partikolari fir-rwoli tagħhom ta' atturi fl-iżvilupp sostenibbli u fl-ambjent ekonomiku u finanzjarju.

L-inizjattivi kollha għandhom jinkorporaw id-dimensjoni tal-ġeneru.

Emenda 50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-appoġġ lill-PTEE fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali.

(b)

l-appoġġ lill-PTEE fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali ; u

Emenda 51

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

l-appoġġ għall-parteċipazzjoni u l-aċċess tal-PTEE għall-programm Erasmus+, billi titħeġġeġ u tiżdied il-mobilità tal-benefiċjarji potenzjali tiegħu minn u lejn il-PTEE.

Emenda 52

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 38 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Arti tal-ispettaklu

Belle arti

Emenda 53

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-arti tal-ispettaklu tista' tikkonċerna:

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-belle arti tista' tikkonċerna:

Emenda 54

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

il-faċilitazzjoni ta' aktar kuntatti bejn il-prattikanti ta' arti tal-ispettaklu f'oqsma bħall-iskambji professjonali u taħriġ fosthom il-parteċipazzjoni f'udjenzi bi prova, l-iżvilupp ta' netwerks u l-promozzjoni tan-netwerking;

a)

il-faċilitazzjoni ta' aktar kuntatti bejn il-prattikanti tal-belle arti f'oqsma bħall-iskambji professjonali u taħriġ fosthom il-parteċipazzjoni f'udjenzi bi prova, l-iżvilupp ta' netwerks u l-promozzjoni tan-netwerking permezz ta' appoġġ finanzjarju adegwat ;

Emenda 55

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-promozzjoni tal-produzzjonijiet artistiċi tal-PTEE fl-Unjoni;

Emenda 56

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam ta' wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki permezz ta':

Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam ta' wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki u l-valorizzazzjoni sostenibbli tas-siti permezz ta':

Emenda 57

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

it-titjib fl-għarfien kif ukoll il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-wirt kulturali tanġibbli u mhux tanġibbli tal-PTEE.

Emenda 58

Proposta għal deċiżjoni

Parti II – kapitolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

IL-ĠLIEDA KONTRA L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA

IL-PROMOZZJONI TAL-ISTAT TAD-DRITT

Emenda 59

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu - 40 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu - 40 a

Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt

1.     L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali li fuqhom hija bbażata, permezz tad-djalogu u tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE.

2.     Il-PTEE bħala ċentri mbiegħda avvanzati tal-Unjoni huma atturi ewlenin fit-tixrid tal-valuri u tal-prinċipji tal-Unjoni fir-reġjuni rispettivi tagħhom.

Emenda 60

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 41 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar ta' bnedmin, abbuż sesswali mit-tfal u l-isfruttament sesswali, it-terroriżmu u l-korruzzjoni

Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar ta' bnedmin, abbuż sesswali mit-tfal u l-isfruttament sesswali, it-terroriżmu u l-korruzzjoni u l-prevenzjoni korrispondenti tagħhom

Emenda 61

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-kriminalità organizzata tista' tikkonċerna:

1.   Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-prevenzjoni tagħha tista' tikkonċerna:

Emenda 62

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 42a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 42a

Negozjar ta' ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi

Meta negozjar ta' ftehimiet kummerċjali jew tas-sajd ma' pajjiżi terzi jhedded li jikkawża ħsara serja lill-integrazzjoni reġjonali jew lil setturi sensittivi tal-PTEE, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt, filwaqt li tqis l-impatt kumulattiv ta' dawn il-ftehimiet fuq l-ekonomiji tal-PTEE. Ladarba titlesta din l-analiżi, il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-riżultati tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet governattivi u lokali tal-PTEE qabel il-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali kkonċernati.

Emenda 63

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandha jkollha l-għan li tappoġġa l-objettivi aħħarija tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan jista' jestendi wkoll għal kooperazzjoni dwar oqsma oħra relatati mal-kummerċ ta' ftehimiet ambjentali multilaterali, bħall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ għall-Ispeċijiet fil-Periklu.

2.   Kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-objettivi aħħarija tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli . Dan jista' jestendi wkoll għal kooperazzjoni dwar oqsma oħra relatati mal-kummerċ ta' ftehimiet ambjentali multilaterali, bħall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ għall-Ispeċijiet fil-Periklu.

Emenda 64

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     għajnuna mogħtija permezz ta' riżorsi tal-istat minn PTEE li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi, sa fejn dan għandu effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment.

imħassar

Emenda 65

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 70 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Unjoni u l-PTEE se jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jaraw li fit-territorju tagħhom jiġu implimentati u applikati l-istandards li dwarhom hemm qbil internazzjonali għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u fil-ġlieda kontra l-evazjoni l-iskartar tat-taxxa. “Il-Prinċipji għal Superviżjoni Effettiva tal-Banek” tal-Kumitat ta' Basilea, “Il-Prinċipji Ewlenija tal-Assigurazzjoni” tal-Assoċjazzjonijiet Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, “L-Objettivi u l-Prinċipji tar-Regolament dwar it-Titoli” tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, “Il-Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa” tal-OECD, "Id-Dikjarazzjoni dwar it-Trasparenza u l-iskambju ta' Informazzjoni għal finijiet fiskal tal-G20, “l-Attributi Ewlenin tas-Sistemi ta' Riżoluzzjoni Effettivi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji” tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja.

L-Unjoni u l-PTEE se jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jaraw li fit-territorju tagħhom jiġu implimentati u applikati l-istandards li dwarhom hemm qbil internazzjonali għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u fil-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni l-evitar tat-taxxa. “Il-Prinċipji għal Superviżjoni Effettiva tal-Banek” tal-Kumitat ta' Basilea, “Il-Prinċipji Ewlenija tal-Assigurazzjoni” tal-Assoċjazzjonijiet Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, “L-Objettivi u l-Prinċipji tar-Regolament dwar it-Titoli” tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, “Il-Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa” tal-OECD, "Id-Dikjarazzjoni dwar it-Trasparenza u l-iskambju ta' Informazzjoni għal finijiet fiskal tal-G20, “l-Attributi Ewlenin tas-Sistemi ta' Riżoluzzjoni Effettivi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji” tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja jew saħansitra l-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-protokolli tagħha .

Emenda 66

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

riżorsi finanzjarji xierqa u assistenza teknika adegwata bil-għan tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-PTEE li jifformulaw u jimplimentaw oqfsa strateġiċi u regolatorji;

a)

riżorsi finanzjarji xierqa u assistenza teknika adegwata fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni bil-għan tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-PTEE li jifformulaw u jimplimentaw oqfsa strateġiċi u regolatorji;

Emenda 67

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)

finanzjament fit-tul għall-promozzjoni tat-tkabbir tas-settur privat;

b)

finanzjament fit-tul fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni għall-promozzjoni tat-tkabbir tas-settur privat;

Emenda 68

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)

fejn xieraq, Programmi oħrajn tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti skont din id-Deċiżjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet . Din id-Deċiżjoni tista' tikkontribwixxi wkoll għal miżuri stabbiliti skont Programmi oħra tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. F'każijiet bħal dawn, il-programm ta' ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta' regoli għandu jiġi applikat.

c)

finanzjamenti addizzjonali permezz ta' Programmi oħrajn tal-Unjoni li jippermettu li jingħata kontribut għal azzjonijiet stabbiliti skont din id-Deċiżjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. F'każijiet bħal dawn, il-programm ta' ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta' regoli għandu jiġi applikat.

Emenda 69

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 72 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Deċiżjoni tista' tikkontribwixxi wkoll għal miżuri stabbiliti skont programmi oħra tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. F'każijiet bħal dawn, il-programm ta' ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta' regoli għandu jiġi applikat.

Emenda 70

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 73 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm għall-perjodu 2021-2027, għandu jkun ta' EUR  500 000 000 , f'termini ta' prezzijiet attwali.

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm għall-perjodu 2021-2027, għandu jkun ta' EUR  669 000 000 , f'termini ta' prezzijiet attwali.

Emenda 71

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

“għajnuna programmabbli” tfisser l-għajnuna li ma titħallasx lura lill-PTEE għall-finanzjament ta' strateġiji u prijoritaijet territorjali u reġjonali stabbiliti fid-dokumenti ta' pprogrammar;

a)

“għajnuna programmabbli” tfisser l-għajnuna li ma titħallasx lura lill-PTEE għall-finanzjament ta' strateġiji u prijoritaijet territorjali , reġjonali u intrareġjonali, fejn xieraq, stabbiliti fid-dokumenti ta' pprogrammar;

Emenda 72

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

g)

“allokazzjoni intrareġjonali” tfisser l-ammont — fi ħdan l-allokazzjoni reġjonali — allokat għall-għajnuna programmabbli sabiex tiffinanzja l-istrateġiji u l-prijoritajiet ta' kooperazzjoni intrareġjonali li jinvolvu tal-inqas PTEE wieħed jew wieħed jew bosta diversi reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu  349 tat-TFUE u/jew Stat wieħed jew aktar tal-AKP u/jew Stat mhux tal-AKP u territorji .

g)

“allokazzjoni intrareġjonali” tfisser l-ammont — fi ħdan l-allokazzjoni reġjonali — allokat għall-għajnuna programmabbli sabiex jiffinanzja l-istrateġiji u l-prijoritajiet ta' kooperazzjoni intrareġjonali li jinvolvu l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu  82 ta' din id-Deċiżjoni .

Emenda 73

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 74a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 74a

Prinċipju ġenerali

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) (“ir-Regolament Finanzjarju”) u l-objettivi u l-prinċipji ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda 74

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 75 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

tiġi implimentata b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi ġeografiċi, soċjali u kulturali rispettivi tal-PTEE, kif ukoll tal-potenzjal speċifiku tagħhom;

a)

tiġi implimentata b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi demografiċi, ġeografiċi , ekonomiċi u finanzjarji, ambjentali , soċjali u kulturali rispettivi tal-PTEE, kif ukoll tal-potenzjal speċifiku tagħhom;

Emenda 75

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 75 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jingħata bit-tipi ta' finanzjament previsti fir-Regolament Finanzjarju, u b'mod partikolari permezz ta':

 

(a)

sussidji;

 

(b)

kuntratti pubbliċi għal servizzi, provvisti jew xogħlijiet;

 

(c)

appoġġ baġitarju;

 

(d)

kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju;

 

(e)

strumenti finanzjarji;

 

(f)

garanziji baġitarji;

 

(g)

finanzjamenti mħallta;

 

(h)

assistenza finanzjarja;

 

(i)

esperti esterni mħallsa.

 

Bħala parti mill-għajnuna programmabbli, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni prinċipalment tieħu l-forma ta' appoġġ baġitarju għall-PTEE.

 

L-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni tista' wkoll tiġi pprovduta, skont ir-Regolament Finanzjarju, permezz ta' kontribuzzjonijiet għal fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, mill-Istati Membri, minn pajjiżi u reġjuni msieħba, jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex jiġu attirati finanzjamenti konġunti minn diversi donaturi, jew minn fondi stabbiliti minn donatur wieħed jew aktar għat-twettiq konġunt ta' proġetti.

 

L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, direttament mid-dipartimenti tagħha, mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-aġenziji eżekuttivi, fil-qafas ta' ġestjoni konġunta mal-Istati Membri, jew indirettament billi jiġu fdati kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lill-entitajiet elenkati fir-Regolament Finanzjarju. Dawn l-entitajiet għandhom jiżguraw il-kompatibbiltà mal-politika esterna tal-Unjoni u jistgħu jafdaw kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lil entitajiet oħra, b'termini ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-Kummissjoni.

 

L-azzjonijiet iffinanzjati jistgħu jiġu implimentati permezz ta' kofinanzjament parallel jew konġunt. Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni għandha tinqasam f'bosta komponenti identifikabbli b'mod ċar, li kull wieħed minnhom għandu jiġi ffinanzjat mill-imsieħba ta' kofinanzjament differenti sabiex jiġi żgurat li d-destinazzjoni tal-finanzjament tibqa' dejjem identifikabbli. Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' azzjoni għandha tinqasam bejn l-imsieħba li jipprovdu l-kofinanzjament u r-riżorsi għandhom jiġu akkomunati b'mod li ma jibqax aktar possibbli li jkun identifikat is-sors ta' finanzjament ta' kwalunkwe attività speċifika mwettqa bħala parti mill-azzjoni. F'każ bħal dan, il-pubblikazzjoni sussegwenti tal-ftehimiet tal-għotja u tal-kuntratti pubbliċi, kif imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju, għandha tirrispetta r-regoli tal-entità responsabbli, fejn applikabbli.

 

Il-finanzjament tal-UE la għandu jiġġenera u lanqas jixpruna l-ġbir ta' taxxi, dazji jew tariffi speċifiċi.

Emenda 76

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 75 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 75a

 

Differimenti, pagamenti akkont annwali, approprjazzjonijiet ta' impenn, rimborżi u riċevuti minn strumenti finanzjarji

 

1.     Flimkien mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-pagamenti mhux użati taħt din id-Deċiżjoni għandhom jiġu trasferiti b'mod awtomatiku u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja sussegwenti. L-ammont diferit għandu jintuża bħala prijorità matul is-sena finanzjarja sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-approprjazzjonijiet ta' impenn trasferiti f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju.

 

2.     Minbarra r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju dwar id-disponibbiltà mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet, l-approprjazzjonijiet ta' impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta' diżimpenji magħmula wara n-nuqqas totali jew parzjali ta' implimentazzjoni ta' azzjoni taħt din id-Deċiżjoni għandhom jerġgħu jsiru disponibbli għall-benefiċċju tal-linja baġitarja oriġinali. Kwalunkwe referenza għall-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għandha tinftiehem li tinkludi referenza għal dan il-paragrafu għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

 

3.     L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq bosta snin f'pagamenti akkont annwali, f'konformità mal-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju.

 

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju ma japplikax għal tali azzjonijiet pluriennali. Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kwalunkwe parti ta' impenn baġitarju relatat ma' azzjoni li, sal-31 ta' Diċembru tal-ħames sena ta' wara s-sena li fiha jkun ġie adottat l-impenn baġitarju, ma jkunx intuża għall-pagament prefinanzjament jew għal pagamenti interim jew għal pagament li għalih ma tkun tressqet ebda dikjarazzjoni ċertifikata ta' nfiq jew ebda pretensjoni għall-pagament.

 

Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-pagamenti annwali.

Emenda 77

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 76 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)

żvilupp istituzzjonali, bini ta' kapaċità u integrazzjoni tal-aspetti ambjentali;

b)

żvilupp istituzzjonali, bini ta' kapaċità u integrazzjoni tal-aspetti ambjentali , tal-ġeneru u tal-governanza tajba ;

Emenda 78

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 77 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Unjoni għandha tappoġġa l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' dejta statistika affidabbli dwar dawn l-oqsma.

2.   L-Unjoni għandha tappoġġa l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' dejta statistika affidabbli u pubblikament aċċessibbli dwar dawn l-oqsma.

Emenda 79

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 77 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Unjoni tista' tappoġġa l-PTEE fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-komparabbiltà tal-indikaturi makroekonomiċi tagħhom.

3.   L-Unjoni tista' tappoġġa l-PTEE fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-komparabbiltà tal-indikaturi makroekonomiċi tagħhom , b'mod partikolari billi tiffaċilita l-analiżi tal-PGD tal-PTEE permezz tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist jekk din tkun disponibbli .

Emenda 80

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 78 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-finanzjament mill-Unjoni jista' jkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għall-ilħuq tal-objettivi tagħha, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat ma' preparazzjoni, segwitu, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għal tali implimentazzjoni , kif ukoll nefqa fil-kwartieri ġenerali u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ amministrattiv meħtieġa għall-programm, u għall-ġestjoni ta' operazzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, inklużi l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, u sistemi tat-teknoloġija u tal-informazzjoni korporattiva.

1.   Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-finanzjament mill-Unjoni jista' jkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għall-ilħuq tal-objettivi tagħha, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat ma' preparazzjoni, segwitu, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għal tali implimentazzjoni.

Emenda 81

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 79

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 79

imħassar

Prinċipju ġenerali

 

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata f'konformità mal-objettivi u l-prinċipji ta' din id-Deċiżjoni, ir-Regolament Finanzjarju, u [ir-Regolament NDICI] b'mod partikolari, it-Titolu II, Kapitolu I, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 13, 14(1), 14(4) u 15, il-Kapitolu III, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 21(2), 21(2) (a) u (b) u 21(3), u tal-Kapitolu V bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 31(1), 31(4), 31(6), 31(9) u 32(3). Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 80 ta' din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 21(2)(c) tar-[Regolament NDICI].

 

Emenda 82

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 79a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 79a

 

Adozzjoni ta' dokumenti ta' programmar

 

1.     Fil-qafas tas-sħubija bejn l-Unjoni u l-PTEE, l-awtoritajiet tal-PTEE għandhom ikunu responsabbli mill-formulazzjoni u mill-adozzjoni ta' politiki settorjali fl-oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni msemmija fil-Parti II ta' din id-Deċiżjoni filwaqt li jiżguraw il-monitoraġġ adegwat tagħhom.

 

Fuq din il-bażi, kull PTEE għandu jipprepara u jippreżenta dokument ta' programmar għall-iżvilupp sostenibbli tat-territorju tiegħu. Dan id-dokument ta' programmar għandu jipprovdi qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE kkonċernat, li jirrispetta l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politiki tal-Unjoni.

 

Kull dokument ta' programmar għandu jiddefinixxi:

 

preżentazzjoni qasira tal-kuntest politiku, ekonomiku, soċjali, kulturali u ambjentali tal-PTEE;

 

deskrizzjoni qasira tal-Istrateġija ta' Żvilupp Sostenibbli tal-PTEE (Aġenda 2030) li tidentifika l-prijoritajiet għall-PTEE u l-mod kif biħsiebu jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi ta' Żvilupp Sostenibbli;

 

l-oqsma prijoritarji magħżula għall-finanzjament tal-Unjoni;

 

l-objettivi speċifiċi;

 

ir-riżultati mistennija;

 

indikaturi tal-prestazzjoni ċari u speċifiċi;

 

l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm fil-livell globali kif ukoll skont il-qasam prijoritarju;

 

kalendarju indikattiv.

 

2.     Id-dokument ta' programmar għandu jibni fuq l-esperjenza miksuba u l-prattiki tajba, u għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjonijiet mas-soċjetà ċivili, mal-awtoritajiet lokali u ma' atturi oħra, kif ukoll fuq djalogu magħhom sabiex jiġu żgurati l-involviment suffiċjenti min-naħa tagħhom u l-ħidma ulterjuri fuq id-dokument indikattiv ta' programmar.

 

3.     L-abbozz ta' dokument ta' programmar għandu jkun s-suġġett ta' skambju ta' fehmiet bejn l-awtoritajiet ta' kull PTEE, l-Istat Membru konness miegħu u l-Kummissjoni. L-awtoritajiet tal-PTEE għandhom ikunu responsabbli mill-finalizzazzjoni tad-dokument ta' programmar. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika fil-linji gwida l-arranġamenti ta' programmar għall-PTEE b'mod li tippermetti l-approvazzjoni rapida tad-dokumenti ta' programmar.

 

4.     Ladarba jkun iffinalizzat, id-dokument ta' programmar għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni, li għandha tivverifika li dan ikun konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni u mal-politiki rilevanti tal-Unjoni, u li jkun fih l-elementi kollha meħtieġa għall-adozzjoni tad-deċiżjoni finanzjarja annwali. L-awtoritajiet tal-PTEE għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa, inklużi r-riżultati ta' kwalunkwe studju ta' fattibbiltà mwettaq, għall-finijiet ta' din il-verifika.

 

5.     Id-dokument ta' programmar għandu jkun approvat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni.

 

Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għal rieżamijiet sostanzjali li jkollhom l-effett li jbiddlu b'mod sinifikanti l-istrateġija jew il-programmar.

 

Il-proċedura ta' eżami ma għandhiex tapplika għal bidliet mhux sostanzjali fid-dokument indikattiv ta' programmar li jinvolvu aġġustamenti tekniċi, ir-riallokazzjoni ta' fondi fl-allokazzjonijiet indikattivi skont il-qasam prijoritarju, jew żieda jew tnaqqis fl-ammont tal-allokazzjoni indikattiva inizjali ta' inqas minn 20 %, dment li dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji jew l-objettivi stabbiliti fid-dokument indikattiv ta' programmar. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawn il-bidliet mhux sostanzjali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni rilevanti.

Emenda 83

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 79b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 79b

 

Pjanijiet ta' azzjoni u miżuri

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta' azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta' miżuri partikolari, miżuri speċjali, miżuri ta' appoġġ jew miżuri ta' assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-għanijiet mixtieqa, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet ewlenin, il-modi ta' implimentazzjoni, il-baġit u l-ispejjeż kollha ta' appoġġ relatati.

 

2.     Il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq dokumenti ta' programmar.

 

3.     Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni. Mhuwiex meħtieġ li tiġi applikata l-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 għal:

 

a)

pjanijiet ta' azzjoni, miżuri speċjali u miżuri ta' appoġġ li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 000 000 ;

 

b)

il-bidliet tekniċi, dment li dawn il-bidliet ma jaffettwawx b'mod sostanzjali l-għanijiet tal-pjan ta' azzjoni kkonċernat jew il-miżura kkonċernata, jiġifieri:

i)

bidla fil-mod tal-implimentazzjoni;

ii)

riallokazzjonijiet ta' fondi bejn azzjonijiet ippjanati fi pjan ta' azzjoni wieħed;

iii)

żidiet jew tnaqqis fil-baġit tal-pjanijiet ta' azzjoni u tal-miżuri li ma jaqbżux l-20 % tal-baġit inizjali u l-EUR 10 000 000 .

 

Fil-każ ta' pjanijiet ta' azzjoni u miżuri pluriennali, il-limiti msemmija fil-paragrafu 3(a) u (b)(iii) għandhom japplikaw fuq bażi annwali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri adottati skont dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, u l-bidliet tekniċi għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom.

 

4.     Qabel ma tadotta jew testendi miżuri ta' għajnuna eċċezzjonali li l-ispiża tagħhom ma taqbiżx l-EUR 20 000 000 , il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar in-natura u l-għanijiet tagħhom u l-ammonti finanzjarji previsti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill qabel ma tagħmel xi bidliet importanti fil-miżuri ta' assistenza eċċezzjonali diġà adottati. Il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ strateġiku adottat fil-kwistjoni mill-Kunsill kemm meta tippjana dawn il-miżuri kif ukoll meta timplimentatahom aktar tard, filwaqt li għandha tiżgura li tinżamm il-konsistenza fl-azzjoni esterna tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat, kif xieraq u fil-ħin, dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali taħt dan l-Artikolu, inkluż dwar l-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinfurmah ukoll fil-każ ta' bidla jew estensjoni sostanzjali ta' din l-assistenza.

 

5.     Fil-każ ta' urġenza debitament ġustifikata, bħal kriżijiet ikkawżati minn diżastri naturali jew mill-bniedem, jew fil-każ ta' theddid imminenti għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet tal-bniedem jew għal-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista' tadotta pjanijiet ta' azzjoni u miżuri jew bidliet fil-pjanijiet ta' azzjoni eżistenti u fil-miżuri eżistenti, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(5).

Emenda 84

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 80

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 80

imħassar

L-adozzjoni ta' programmi indikattivi pluriennali, pjanijiet ta' azzjoni u miżuri

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont din id-Deċiżjoni, fil-forma ta' “dokumenti ta' programmar individwali”, programmi indikattivi pluriennali kif imsemmija fl-Artikolu 12 tar-[Regolament NDICI] flimkien mal-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri korrispondenti msemmija fl-Artikolu 19 tar-[Regolament NDICI] f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni. Dik il-proċedura għandha tapplika wkoll għal rieżamijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3) tar-[Regolament NDICI] li jkollhom l-effett li jimmodifikaw b'mod sinifikanti l-kontenut tal-programm indikattiv pluriennali.

 

Fil-każ ta' Greenland, pjanijiet ta' azzjoni u miżuri kif imsemmija fl-Artikolu 19 tar-[Regolament NDICI] jistgħu jiġu adottati separatament minn programmi indikattivi pluriennali.

 

Emenda 85

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 81 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtoritajiet pubbliċi tal-PTEE għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju previst f'din id-Deċiżjoni.

1.   L-awtoritajiet pubbliċi tal-PTEE kollha għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju previst f'din id-Deċiżjoni.

Emenda 86

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 81 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e)

atturi ta' kooperazzjoni deċentralizzata u atturi oħra mhux governattivi mill-PTEE u mill-Unjoni, sabiex jgħinuhom jidħlu għal proġetti u programmi ekonomiċi, kulturali, soċjali u edukattivi fil-PTEE fil-qafas ta' kooperazzjoni deċentralizzata, kif imsemmi fl-Artikolu 12 ta' din id-Deċiżjoni.

e)

atturi ta' kooperazzjoni deċentralizzata u atturi oħra mhux governattivi mill-PTEE u mill-Unjoni, sabiex jgħinuhom jidħlu għal proġetti u programmi ekonomiċi, ambjentali, kulturali, soċjali u edukattivi fil-PTEE fil-qafas ta' kooperazzjoni deċentralizzata, kif imsemmi fl-Artikolu 12 ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda 87

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt c – sottopunt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iii)

wieħed jew aktar korpi reġjonali li l-PTEE jkunu msieħba fihom;

iii)

wieħed jew aktar korpi reġjonali jew assoċjazzjoni waħda jew aktar li l-PTEE jkunu msieħba fihom;

Emenda 88

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 83 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-persuni fiżiċi minn PTEE, kif definiti fl-Artikolu 50, u, fejn xieraq, il-korpi u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati rilevanti f'PTEE, għandhom ikunu eliġibbli għal parteċipazzjoni fi programmi tal-Unjoni u għal finanzjament min-naħa tal-Unjoni suġġett għar-regoli u l-objettivi tal-programmi u l-arranġament possibbli li jkunu applikabbli għall-Istat Membru li jkollu rabtiet mal-PTEE.

1.   Il-persuni fiżiċi minn PTEE, kif definiti fl-Artikolu 50, u, fejn xieraq, il-korpi u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati rilevanti f'PTEE, għandhom ikunu eliġibbli għal parteċipazzjoni fil-programmi kollha tal-Unjoni , inkluż fil-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, u għal finanzjament min-naħa tal-Unjoni suġġett għar-regoli u l-objettivi tal-programmi u l-arranġament possibbli li jkunu applikabbli għall-Istat Membru li jkollu rabtiet mal-PTEE.

Emenda 89

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 83 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura aċċess effettiv u effiċjenti tal-PTEE għall-programmi u għall-istrumenti kollha ta' kooperazzjoni tal-Unjoni ma' pajjiżi oħra billi tipprevedi miżuri speċifiċi fejn ikun meħtieġ.

 

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasparenza tal-informazzjoni u l-viżibbiltà tas-sejħiet għall-proposti mnedija taħt id-diversi programmi tal-Unjoni permezz ta' portal ta' aċċess aġġornat u ddedikat għall-PTEE.

Emenda 90

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 83 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Il-PTEE għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar din il-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni , kull sena mill-2022 .

3.    Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-PTEE, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar il-parteċipazzjoni tal-PTEE fil-programmi tal-Unjoni.

Emenda 91

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 86 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress ta' din id-Deċiżjoni lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 87, biex temenda l-Artikolu  3 tal-Anness I  bil-għan li tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies meħtieġ, u biex tissupplimenta din id-Deċiżjoni b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.

Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress ta' din id-Deċiżjoni lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 87, sabiex tiddetermina l-indikaturi tal-prestazzjoni kif previst fl-Artikolu  3 tal-Anness I  jew biex tirrieżaminahom jew tikkomplementahom fejn jitqies meħtieġ, u biex tissupplimenta din id-Deċiżjoni b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.

Emenda 92

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 87 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża impliċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża impliċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bid-deċiżjoni tiegħu.

Emenda 93

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 87 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill b'dan.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b'dan.

Emenda 94

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 87 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 86 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 86 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill. Jekk il-Kunsill ikollu l-intenzjoni li jfassal xi oġġezzjoni, il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew fi żmien raġonevoli qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali, billi jindika l-att delegat li jkun biħsiebu joġġezzjona għalih u r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet tiegħu.

Emenda 95

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 90 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE  (46).

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura l-unità, il-koerenza u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-Unjoni .

Emenda 96

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 92 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2021 u tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2027 .

Emenda 97

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ta' EUR  500 000 000 fi prezzijiet attwali għandu jiġi allokat kif ġej:

1.   Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ta' EUR  669 000 000 fi prezzijiet attwali għandu jiġi allokat kif ġej:

Emenda 98

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

EUR 159 000 000 fil-forma ta' għotjiet għal appoġġ programmabbli bilaterali għal żvilupp fuq żmien twil ta' PTEE għajr Greenland , b'mod partikolari għall-finanzjament tal-inizjattivi msemmija fid-dokument tal-ipprogrammar. L-ammont għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni tal-PTEE skont il-kriterji li ġejjin: fejn xieraq, id-dokument tal-ipprogrammar għandu jagħti attenzjoni partikolari għal azzjonijiet li huma mmirati għat-tisħiħ tal-governanza u l-kapaċitajiet istituzzjonali tal-PTEE benefiċjarji u, fejn rilevanti, l-iskeda ta' żmien tal-azzjonijiet previsti. L-allokazzjoni ta' dan l-ammont għandha tqis id-daqs tal-popolazzjoni, il-livell tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), il-livell ta' allokazzjonijiet preċedenti u l-limitazzjonijiet minħabba l-iżolament ġeografiku tal-PTEE kif imsemmija fl-Artikolu 9 ta' din id-Deċiżjoni.

a)

81 % fil-forma ta' għotjiet għal appoġġ programmabbli bilaterali għal żvilupp fuq żmien twil tal-PTEE kollha , b'mod partikolari għall-finanzjament tal-inizjattivi msemmija fid-dokument tal-ipprogrammar.

 

Dan l-ammont għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni tal-PTEE skont il-kriterji li ġejjin: id-daqs tal-popolazzjoni, il-livell tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) permezz tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist (PPA) jekk din tkun disponibbli, il-livell ta' allokazzjonijiet preċedenti u l-limitazzjonijiet minħabba l-iżolament ġeografiku tal-PTEE kif imsemmija fl-Artikolu 9 ta' din id-Deċiżjoni , il-livell baxx ta' żvilupp tal-PTEE msemmi fl-Artikolu 9a ġdid ta' din id-Deċiżjoni, id-daqs tat-territorji u l-kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali.

 

4 % għal Aruba

 

1,5  % għal Bonaire

 

5 % għal Curaçao

 

48 % għal Greenland

 

10,75  % għal New Caledonia

 

10,85  % għall-Polineżja Franċiża

 

1,2  % għal Saba

 

2 % għal Saint Barthélemy,

 

0,8  % għal Sint Eustatius

 

7,5  % għal Saint Pierre u Miquelon

 

2,5  % għal Sint Maarten

 

0,4  % għat-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika

 

5,5  % għat-Territorju tal-Gżejjer Wallis u Futuna

Emenda 99

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)

EUR 225 000 000 fil-forma ta' għotjiet għall-appoġġ programmabbli bilaterali għall-iżvilupp fit-tul ta' Greenland partikolarment għall-finanzjament tal-inizjattiva msemmija fid-dokument tal-ipprogrammar.

imħassar

Emenda 100

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)

EUR 81 000 000 għandhom jiġu allokati biex jappoġġaw programmi reġjonali tal-PTEE, li minnhom EUR 15 000 000 jistgħu jappoġġaw operazzjonijiet intrareġjonali, Greenland hu biss eliġibbli għal operazzjonijiet intrareġjonali. Din il-kooperazzjoni se tiġi implimentata b'koordinazzjoni mal-Artikolu 7 ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari dwar l-oqsma ta' interessi reċiproċi msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni u permezz ta' konsultazzjoni permezz ta' każijiet tas-sħubija bejn l-UE u l-PTEE imsemmija fl-Artikolu 14. Din għandha tipprova tikseb koordinazzjoni ma' strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE.

c)

12 % għandhom jiġu allokati biex jappoġġaw programmi reġjonali tal-PTEE, li minnhom EUR  30 000 000 jistgħu jappoġġaw operazzjonijiet intrareġjonali, Greenland hu biss eliġibbli għal operazzjonijiet intrareġjonali. Din il-kooperazzjoni se tiġi implimentata b'koordinazzjoni mal-Artikolu 7 ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari dwar l-oqsma ta' interessi reċiproċi msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni u permezz ta' konsultazzjoni permezz ta' każijiet tas-sħubija bejn l-UE u l-PTEE imsemmija fl-Artikolu 14. Din għandha tipprova tikseb koordinazzjoni ma' strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE.

Emenda 101

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)

EUR 22 000 000 għal studji jew miżuri ta' assistenza teknika għall-PTEE kollha inkluż Greenland, skont l-Artikolu 78 ta' din id-Deċiżjoni (1).

d)

3,5  % għal studji jew miżuri ta' assistenza teknika għall-PTEE kollha inkluż Greenland, skont l-Artikolu 78 ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda 102

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e)

EUR 13 000 000 għal fondi mhux allokati għall-PTEE kollha inkluż Greenland biex inter alia:

e)

3,5  % għal fondi mhux allokati għall-PTEE kollha inkluż Greenland biex inter alia:

Emenda 103

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni, wara rieżami, tista' tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-fondi mhux allokati msemmija f'dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni, wara rieżami li għandu jitwettaq qabel l-2025 , tista' tiddeċiedi , wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew, dwar l-allokazzjoni tal-fondi mhux allokati msemmija f'dan l-Artikolu.

Emenda 104

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.5 tad-Deċiżjoni għandu jitkejjel permezz:

F'konformità mal-għanijiet ta'żvilupp sostenibbli, se titfassal lista ta' indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 86 u użata biex tgħin fl-evalwazzjoni ta' kemm l-Unjoni tkun ikkontribwiet għall-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.5 ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda 105

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.

Għall-PTEE, minbarra Greenland, mill-esportazzjonijiet ta' oġġetti u servizzi bħala % tal-PDG u dħul totali tal-Gvern bħala % tal-PDG.

imħassar

Emenda 106

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

Għal Greenland, l-esportazzjonijiet ta' oġġetti u servizzi bħala % tal-PDG u l-perċentwal tas-settur tas-sajd fl-esportazzjonijiet totali.

imħassar


(1a)   Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(46)   Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

(1)   Minn dan l-ammont, EUR 9 725 000 huma riżervati għall-Kummissjoni biex tkopri assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew azzjonijiet tal-UE, ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/737


P8_TA(2019)0055

L-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-dominju tal-ogħla livell .eu ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (COM(2018)0231 – C8-0170/2018 – 2018/0110(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/60)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0231),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0170/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0394/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 112.


P8_TC1-COD(2018)0110

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem ta' dominju tal-Ogħla Livell .eu, li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/517.)


27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/738


P8_TA(2019)0056

Armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (ING) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (“ir-Regolament dwar l-ING”) li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (COM(2017)0329 – C8-0192/2017 – 2017/0134(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 411/61)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0329),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0192/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0009/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2017)0134

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (ir-Regolament dwar id-DNG)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/516.)