|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 395/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9882 — SAZKA Group/ÖBAG/Casinos Austria) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 395/02 |
||
|
2020/C 395/03 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 395/04 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10033 — Platinum Compass/OTPP/EDPL) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2020/C 395/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10019 — AP1/AP3/AP4/Telia Carrier Entities) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 395/06 |
||
|
2020/C 395/07 |
||
|
2020/C 395/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9882 — SAZKA Group/ÖBAG/Casinos Austria)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 395/01)
Fit 16 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9882. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta' Novembru 2020
(2020/C 395/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1832 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
123,08 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4498 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89378 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,2060 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0797 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
161,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,6900 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,358 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
360,90 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4714 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8732 |
|
TRY |
Lira Turka |
8,9373 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6272 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5501 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1737 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7155 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5924 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 321,07 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
18,3153 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7927 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5655 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 820,13 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8517 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,147 |
|
RUB |
Rouble Russu |
90,2638 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
35,975 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,3371 |
|
MXN |
Peso Messikan |
24,0426 |
|
INR |
Rupi Indjan |
87,7970 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
20.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/3 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2020/C 395/03)
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Franza
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ: Franza
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Riċerka fil-qasam mediku
Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-figurazzjoni tal-bniedem f’unjoni, irrappreżentata minn wiċċ iskritt fi sfera. Huwa jħares lejn iċ-ċokon infinit, irrappreżentat minn frammenti tad-DNA iskritti f’ċirku. Bl-assi oblikwu tagħha, din l-allegazzjoni tirrappreżenta r-riċerka u l-intelliġenza tagħha li tiddomina l-iżgħar infinitament, l-istudju tagħha u t-trionf fuq il-mard. L-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “RF” tinsab fin-naħa ta’ fuq tal-lemin filwaqt li l-marka taz-zekka u s-sena tal-ħruġ “2020” jinsabu fin-naħa t’isfel fix-xellug.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 300 000
Id-data tal-ħruġ: Ottubru 2020
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10033 — Platinum Compass/OTPP/EDPL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 395/04)
1.
Fit-12 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Platinum Compass B 2018 RSC Limited (“Platinum Compass”), ikkontrollata mill-Abu Dhabi Investment Authority (“ADIA”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada), |
|
— |
Equis Development Pte. Ltd. (“EDPL”), ikkontrollata minn Equis Development Holdings LLC (“Equis”, it-tnejn ta’ Singapore). |
Platinum Compass, OTPP u Equis jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ EDPL.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Platinum Compass: sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi tal-Awtorità tal-Investiment ta’ Abu Dhabi (“ADIA”) li tipposjedi u tamministra l-investimenti. ADIA hija entità tal-gvern proprjetà tal-Emirat ta’ Abu Dhabi. Hija tinvesti fondi allokati lilha mill-gvern ta’ Abu Dhabi u timmaniġġja l-portafoll f’diversi klassijiet ta’ assi, |
|
— |
għal OTPP: tamministra l-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment tal-assi tal-pjan tal-pensjoni f’isem madwar 329,000 għalliem attiv u rtirat fil-provinċja Kanadiża ta’ Ontario, |
|
— |
għal Equis: kumpanija għall-iżvilupp tal-assi tal-infrastruttura li ssegwi b’mod attiv l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-investiment fir-reġjun Asja-Paċifiku kollu, |
|
— |
għal EDPL: tiżviluppa, tibni u topera proġetti ta’ infrastruttura fir-reġjun tal-Paċifiku fl-Asja, li b’mod partikolari huwa mmirat lejn: (a) il-ġenerazzjoni tal-elettriku mix-xemx, mir-riħ, mill-bijomassa jew mill-iskart; u (b) ir-riċiklaġġ u l-ipproċessar tal-iskart. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10t ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.10033 — Platinum Compass/OTPP/EDPL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
20.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10019 — AP1/AP3/AP4/Telia Carrier Entities)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 395/05)
1.
Fit-12 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Första AP-fonden (“AP1”, l-Isvezja) |
|
— |
Tredje AP-fonden (“AP3”, l-Isvezja) |
|
— |
Fjärde AP-fonden (“AP4”, l-Isvezja) |
|
— |
entitajiet ta’ Telia Carrier (l-Isvezja) |
AP1, AP3 u AP4 jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-34 entità ta’ Telia Carriers f’34 ġurisdizzjoni fl-UE u mhux fl-UE.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma minn kumpanija tal-investiment, Polhem Infra KB, inkorporata u kkontrollata bi sħab minn AP1, AP3 u AP4, li b’hekk se tikkontrolla indirettament l-entitajiet ta’ Telia Carrier.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AP1, AP3 u AP4: fondi tal-pensjonijiet li jaġixxu bħala bafer fis-sistema tal-pensjonijiet nazzjonali Svediża. Huma awtoritajiet governattivi indipendenti li jieħdu deċiżjonijiet indipendenti dwar l-investimenti tagħhom. |
|
— |
Entitajiet ta’ Telia Carriers: finalment proprjetà ta’ Telia Company AB, huma jħaddmu network globali tal-fibra (internet backbone), li jintuża għall-forniment ta’ servizzi internazzjonali tat-trasport; |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10019 — AP1/AP3/AP4/Telia Carrier Entities
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/7 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2020/C 395/06)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Volailles d’Ancenis”
Nru tal-UE: PGI-FR-0167-AM02 - 15.10.2019
DOP ( ) IĠP (X)
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Les Fermiers du Val de Loire |
|
Boulevard Pasteur |
|
BP 50262 |
|
44158 Ancenis Cedex |
|
FRANCE |
|
Posta elettronika: fermiersduvaldeloire@terrena.fr |
L-assoċjazzjoni “Les Fermiers du Val de Loire” tiġbor flimkien l-operaturi involuti fl-attivitajiet tat-trobbija u t-tbiċċir tat-tjur koperti mill-IĠP “Volailles d’Ancenis”, u għalhekk huwa leġittimu li ssir din l-applikazzjoni
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☒ |
Żona ġeografika |
|
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Rabta |
|
☒ |
Tikkettar |
|
☒ |
Gruppi applikanti, rekwiżiti nazzjonali, verifiki oħra |
4. Tip ta’ emenda/i
|
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti). |
5. Emenda/i
5.1. L-intestatura “Deskrizzjoni tal-Prodott”
Id-dispożizzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Isem il-Prodott u Tip ta’ Prodott” tad-dokument ta’ reġistrazzjoni:
|
— |
“Poulet d’Ancenis
|
|
— |
Pintade d’Ancenis (karkassa + tqattigħ) |
|
— |
Dinde d’Ancenis |
|
— |
Chapon d’Ancenis |
|
— |
Poularde d’Ancenis
|
Id-dispożizzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Speċifikazzjoni tal-Prodott – 3.1 Deskrizzjoni tal-Prodott” tad-dokument ta’ reġistrazzjoni fil-punt 3.12 “Karatteristiċi tal-karkassi”:
“ Il-piż minimu tal-karkassi bil-ġewwieni mneħħi għandu jkun kif ġej:
Piż minimu:
|
Tiġieġ |
: |
1 000 g |
|
Farawni |
: |
850 g |
|
Dundjani |
: |
2 300 g |
|
Ħisjien |
: |
2 500 g |
|
Tiġieġ tas-simna |
: |
1 600 g” |
Id-dispożizzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Speċifikazzjoni tal-Prodott – 3.1 Deskrizzjoni tal-Prodotti” tad-dokument ta’ reġistrazzjoni fil-punt 1. “Età minima tat-tbiċċir”:
“L-età minima għat-tbiċċir tal-“Volailles Fermières d’ANCENIS” għandha tkun konformi mal-età minima speċifikata fl-istruzzjonijiet tekniċi uffiċjali għat-tikketta tat-tjur stabbiliti mill-Ministeru għall-Agrikoltura.”
jitħassru u jiġu sostitwiti kif ġej fit-taqsima “Deskrizzjoni tal-Prodott” tal-abbozz tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Il-“Volailles d’Ancenis” huma għasafar tal-ispeċi galliformi. Dawn jappartjenu għal familji differenti u jinkludu diversi tipi ta’ annimali:
|
— |
tiġieġ, tiġieġ tas-simna, ħisjien, |
|
— |
farawni, ħisjien tal-farawna, |
|
— |
dundjani. |
Kollha kemm huma ġejjin minn razez b’saħħithom li jikbru bil-mod li jippermettu perjodu twil ta’ trobbija u tbiċċir fil-limitu tal-maturità sesswali, u b’hekk tiġi żgurata kwalità ottimali (konformazzjoni u organolettika).”
“Skont il-produzzjoni, il-karatteristiċi tal-prodotti finali huma kif ġej:
|
|
Piż minimu imnaddaf u mingħajr ġewwieni |
Kulur tal-laħam u tal-ġilda |
Kulur tas-saqajn |
|
Tiġieġ |
1 kg |
Isfar jew abjad |
Sofor, bojod jew suwed |
|
Farawni |
0,850 kg |
Beige |
Suwed |
|
Ħisjien |
2,5 kg |
Isfar jew abjad |
Sofor jew bojod |
|
Ħisjien tal-farawna |
1,4 kg |
Beige |
Suwed |
|
Tiġieġ tas-simna |
1,6 kg |
Isfar jew abjad |
Sofor jew bojod |
|
Dundjani (nisa biss) |
2,3 kg |
Isfar jew abjad |
Suwed” |
Id-dispożizzjonijiet varji jitħassru u huma sostitwiti minn dispożizzjonijiet ġodda li jirrevedu l-forma, iżda jżommu l-istess rekwiżiti dwar il-piż minimu tal-karkassi mnaddfa u mingħajr ġewwieni, tal-fenotipi (il-kolonni “Kulur tal-laħam u tal-ġilda” u “Kulur tas-saqajn”). L-emenda sostantiva mwettqa taħt din l-intestatura hija ż-żieda tal-ħisjien tal-farawna mal-ispeċijiet eliġibbli għall-IĠP “Volailles d’Ancenis”.
Din il-produzzjoni storikament kienet tifforma parti mit-tjur tal-festi mrobbija fiż-żona ġeografika tal-IĠP “Volailles d’Ancenis”. Matul is-snin saret aktar u aktar importanti. Għal aktar minn 20 sena, bejn 10 u 20 elf farawni ġew imrobbija fir-reġjun kull sena u bejn wieħed u ieħor l-istess ammont huma kkummerċjalizzati. Dawn il-ħisjien tal-farawna jitrabbew bl-għan li jinbiegħu għall-festi tal-aħħar tas-sena. L-imġiba u l-prattiki tat-trobbija tagħhom huma simili għal dawk implimentati għall-ħasi (tħasi tat-tiġieġ) u għall-farawni tal-“Volailles d’Ancenis”. Il-karatteristiċi ta’ din l-ispeċi huma mbagħad deskritti bħal dawk għall-ispeċijiet awtorizzati l-oħra, jiġifieri l-fenotipi, il-piż minimu, l-ispeċifikazzjoni li huma ta’ razez b’saħħithom li jikbru bil-mod.
Għal-lista ta’ speċijiet awtorizzati għat-tqattigħ, id-dispożizzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Isem il-prodott u Tip ta’ prodott” tad-dokument ta’ reġistrazzjoni li tiddefinixxi l-ispeċijiet awtorizzati għat-tqattigħ:
|
— |
“Poulet d’Ancenis
|
|
— |
Pintade d’Ancenis (karkassa + tqattigħ) |
|
— |
Dinde d’Ancenis |
|
— |
Chapon d’Ancenis |
|
— |
Poularde d’Ancenis
|
Għall-preżentazzjonijiet awtorizzati ta’ biċċiet sħaħ, id-dispożizzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Speċifikazzjonijiet tal-Prodott – 3.1 Deskrizzjoni tal-Prodotti” tad-dokument ta’ reġistrazzjoni fil-punt 3. “Preżentazzjoni tal-Prodotti”:
“It-tjur għandhom jiġu ppreżentati u kkummerċjalizzati bħala karkassi sħaħ u mqattgħin.”
3.1. Karkassi
|
3.11. |
Il-karkassi tat-tjur jeħtieġ li jiġu ppreżentati għall-bejgħ f’waħda mill-forom li ġejjin:
|
U d-dispożizzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Speċifikazzjoni tal-Prodott – 3.1 Deskrizzjoni tal-Prodott” tad-dokument ta’ reġistrazzjoni fil-punt 3.12 “Karatteristiċi tal-Karkassi”:
“Il-karkassi tat-tjur jeħtieġ li jkunu tal-Klassi A”
Jitħassru u jiġu sostitwiti bid-dispożizzjoni li ġejja:
“Il-biċċiet sħaħ jiġu minn karkassi tal-Klassi A.
Fil-każ tat-tqattigħ tat-tjur, il-klassifikazzjoni tagħhom hija indipendenti mill-klassifikazzjoni tal-karkassi sħaħ, it-tqattigħ jista’ jiġi minn karkassi b’difetti ħfief (mhux klassifikabbli fil-Klassi A) iżda l-biċċiet li jinżammu jridu jikkonformaw mal-kriterji tal-preżentazzjoni tal-Klassi A.
Il-biċċiet sħaħ huma ppreżentati:
|
— |
“lesti għat-tisjir” (PAC) (tjur imnittfa, imnaddfa mill-ġewwieni, mingħajr irjus, bit-tarsu jew mingħajru) imgeżwrin f’film, f’atmosfera protettiva jew f’vakwu, |
|
— |
“parzjalment evixxerati” (tjur imnittfa, imnaddfa mill-ġewwieni, bl-irjus, bis-saqajn u bil-ġewwieni). |
It-tjur jiġu kkummerċjalizzati friski jew iffriżati.
Il-ġewwieni tat-tjur (il-qalb, il-qanżħa u l-fwied) jiġi kkummerċjalizzat frisk jew iffriżat.”
Id-dispożizzjonijiet varji jitħassru u jiġu sostitwiti bid-dispożizzjonijiet ġodda riveduti dwar il-forma. L-emenda sostantiva mwettqa taħt din l-intestatura tikkonċerna l-possibbiltà li jiġi kkumerċjalizzat it-tjur sħiħ kopert mill-IĠP “Volailles d’Ancenis” f’biċċiet imqattgħin. Din il-possibbiltà li t-tqattigħ jinfetaħ għall-ispeċijiet kollha tippermetti lill-katina agroalimentari tadatta ruħha għal xejriet ġodda ta’ konsum, kif muri riċentement mill-istħarriġ dwar il-konsum (WorldpanelKantar, 2017). Din il-preżentazzjoni issa hija popolari fost il-konsumaturi għall-prattiċità tagħha; 30 % tat-tjur tat-trobbija jinbiegħu mqattgħin. Bħall-iffriżar qawwi f’daqqa, it-tqattigħ jagħmilha possibbli li jiġu żviluppati l-prodotti ta’ din il-katina agroalimentari għall-catering barra mid-dar għal dawn it-tjur, iżda wkoll li jiġu żviluppati l-esportazzjoni u l-użu ta’ dawn it-tjur fil-prodotti pproċessati.
L-iskeda ta’ sommarju, issa ppreżentata bħala Dokument Uniku, hija emendata fil-punt 3.2 biex tqis dawn l-emendi: Id-dispożizzjoni li ġejja titħassar:
“Deskrizzjoni: Il-karkassi jew il-biċċiet imqattgħin tat-tjur b’laħam iebes li għandhom kwalitajiet organolettiċi superjuri jiġu mbiċċra f’età qrib il-maturità sesswali. ”
Hija sostitwita bid-dispożizzjoni li ġejja:
“Il-“Volailles d’Ancenis” huma għasafar tal-ispeċi galliformi. Dawn jappartjenu għal familji differenti u jinkludu diversi tipi ta’ annimali:
|
— |
tiġieġ, tiġieġ tas-simna, ħisjien, |
|
— |
farawni, ħisjien tal-farawna, |
|
— |
dundjani. |
It-tjur kollha kemm huma ġejjin minn razez b’saħħithom li jikbru bil-mod li jippermettu perjodu twil ta’ trobbija u tbiċċir fil-limitu tal-maturità sesswali, u b’hekk tiġi żgurata kwalità ottima (konformazzjoni u organolettika).
Dawn jitrabbew fil-beraħ f’mergħat mimlija ħaxix u bis-siġar. Dan jiffavorixxi l-inklinazzjoni naturali ta’ dawn ir-razez li jesploraw il-mergħat tagħhom.
Il-“Volailles d’Ancenis” huma kkaratterizzati minn karkassa tonda bi fletti ttondjati u depożiti ta’ xaħam evidenti mal-ġenb tal-koxox u fuq kull naħa tal-isternu.
“Skont il-produzzjoni, il-karatteristiċi tal-prodotti finali huma kif ġej:
|
|
Piż minimu imnaddaf u mingħajr ġewwieni |
Kulur tal-laħam u tal-ġilda |
Kulur tas-saqajn |
|
Tiġieġ |
1 kg |
Isfar jew abjad |
Sofor, bojod jew suwed |
|
Farawni |
0,850 kg |
Beige |
Suwed |
|
Ħisjien |
2,5 kg |
Isfar jew abjad |
Sofor jew bojod |
|
Ħisjien tal-farawna |
1,4 kg |
Beige |
Suwed |
|
Tiġieġ tas-simna |
1,6 kg |
Isfar jew abjad |
Sofor jew bojod |
|
Dundjani |
2,3 kg |
Isfar jew abjad |
Suwed” |
5.2. L-intestatura “Żona ġeografika”
Id-dispożizzjoni li ġejja taħt l-intestatura “3.3 Definizzjoni taż-żona ġeografika”:
|
“3,31. |
Żona ġeografika
Din tinkludi d-Département tal-LOIRE-ATLANTIQUE u l-parti tal-Punent tad-département ta’ MAINE-et-LOIRE (il-mappa fil-paġna opposta) Il-lista tal-CANTONS li ġejjin tifforma ż-żona ġeografika:
|
Hija ssostitwita bil-kitba li ġejja:
“Il-“Volailles d’Ancenis” jitrabbew mill-età ta’ jum sakemm jittieħdu għat-tbiċċir. It-trobbija tat-tjur kemm fil-bini kif ukoll fil-mergħat issir fiż-żona ġeografika tal-IĠP “Volailles d’Ancenis”, li l-perimetru tagħha jinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali (COG) tas-sena 2019.
Id-département sħiħ tal-Loire-Atlantique
Id-département ta’ Maine-et-Loire:
|
|
Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: |
Angers, Angrie, Armaillé, Aubigné-sur-Layon, Avrillé, Beaucouzé, Beaulieu-sur-Layon, Beaupreau en Mauges, Bécon-les-Granits, Bégrolles-en-Mauges, Béhuard, Bellevigne-en-Layon, Blaison-Saint-Sulpice, Bouchemaine, Bouillé-Ménard, Bourg-l'Evêque, Briollay, Candé, Cantenay-Épinard, Carbay, Cernusson, Challain-la-Potherie, Chalonnes-sur-Loire, Chambellay, Champtocé-sur-Loire, Chanteloup-les-Bois, Chaudefonds-sur-Layon, Chazé-sur-Argos, Cheffes, Chemillé en Anjou, Chenillé-Champteussé, Cholet, Cléré-sur-Layon, Coron, Denée, Doué-en-Anjou, Écouflant, Écuillé, Erdre-en-Anjou, Feneu, Grez-Neuville, Ingrandes-Le Fresne-sur-Loire, Juvardeil, La Jaille-Yvon, La Plaine, La Possonnière, La Romagne, La Séguinière, La Tessoualle, Le Lion-d'Angers, Le May-sur-Èvre, Le Plessis-Grammoire, Les Cerqueux, Les Garennes-sur-Loire, Les Hauts-d’Anjou, Les Ponts-de-Cé, Loiré, Longuenée-en-Anjou, Lys-Haut-Layon, Mauges-sur-Loire, Maulévrier, Mazières-en-Mauges, Miré, Montilliers, Montreuil-Juigné, Montreuil-sur-Loir, Montreuil-sur-Maine, Montrevault sur Èvre, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Érigné, Nuaillé, Ombrée-d'Anjou, Orée-d'Anjou, Passavant-sur-Layon, Rives-du-loir-en-Anjou, Rochefort-sur-Loire, Saint-Augustin-des-Bois, Saint-Barthélemy-d'Anjou, Saint-Christophe-du-Bois, Saint-Clément-de-la-Place, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Jean-de-la-Croix, Saint-Lambert-la-Potherie, Saint-Léger-de-Linières, Saint-Léger-sous-Cholet, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Paul-du-Bois, Saint-Sigismond, Sarrigné, Savennières, Sceaux-d'Anjou, Segré-en-Anjou Bleu, Sèvremoine, Somloire, Soulaines-sur-Aubance, Soulaire-et-Bourg, Thorigné-d'Anjou, Tiercé, Toutlemonde, Trélazé, Trémentines, Val d'Erdre-Auxence, Val-du-Layon, Verrières-en-Anjou.
|
|
Parti mill-muniċipalitajiet ta’: |
Brissac-Loire-Aubance (it-territorji ta’ dawk li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Les Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hopital u Vauchrétien), Loire-Authion (it-territorji ta’ dawk li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Andard, La Bohalle, La Daguenière u Saint-Mathurin-sur-Loire), Morannes-sur-Sarthe-Daumeray (it-territorju ta’ dik li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Chemiré-sur-Sarthe), Terranjou (it-territorju ta’ dawk li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Chavagnes u Notre-Dame-d’Allençon).
|
|
Id-département ta’ Deux-Sèvres: |
Adilly, Airvault, Allonne, Amailloux, Argentonnay, Aubigny, Availles-Thouarsais, Azay-Sur-Thouet, Beaulieu-Sous-Parthenay, Boisme, Bouille-Saint-Paul, Boussais, Bressuire, Bretignolles, Cerizay, Cersay, Chanteloup, Chatillon-Sur-Thouet, Chiche, Cirières, Clave, Clessé, Combrand, Coulonges-Thouarsais, Courlay, Faye-L'Abbesse, Fénery, Geay, Genneton, Glenay, Gourgé, La Boissière-en-Gâtine, La Chapelle-Bertrand, La Chapelle-Saint-Laurent, La Forêt-Sur-Sèvre, La Petite-Boissière, La Peyratte, L'Absie, Lageon, Largeasse, Le Pin, Le Retail, Le Tallud, Les Châtelliers, Les Forges, Lhoumois, Loretz-d’Argenton, Louin, Luché-Thouarsais, Luzay, Maisontiers, Massais, Mauleon, Menigoute, Moncoutant-sur-Sèvres, Montravers, Neuvy-Bouin, Nueil-Les-Aubiers, Parthenay, Pierrefitte, Pompaire, Pougne-Hérisson, Reffannes, Saint-Amand-sur-Sèvre, Saint-André-sur-Sèvre, Saint-Aubin-Du-Plain, Saint-Aubin-Le-Cloud, Saint-Clémentin, Sainte-Gemme, Sainte-Verge, Saint-Germain-De-Longue-Chaume, Saint-Jacques-De-Thouars, Saint-Jean-De-Thouars, Saint-Lin, Saint-Loup-Lamaire, Saint-Martin-Du-Fouilloux, Saint-Maurice-Étusson, Saint-Pardoux-Soutiers, Saint-Paul-En-Gâtine, Saint-Pierre-Des-Échaubrognes, Saint-Varent, Saurais, Secondigny, Thouars, Trayes, Vasles, Vausseroux, Vautebis, Vernoux-En-Gâtine, Viennay, Vouhé, Voultegon.
|
|
Id-département ta’ Vendée: |
Bazoges-en-Paillers, Beaurepaire, Chanverrie, Cugand, La Bernardière, La Boissière-de-Montaigu, La Bruffière, La Gaubretière, Les Landes-Genusson, Mortagne-sur-Sèvre, Saint-Aubin-des-Ormeaux, Saint-Laurent-sur-Sèvre, Saint-Malô-du-Bois, Saint-Martin-des-Tilleuls, Tiffauges, Treize-Septiers, Treize-Vents.”
Id-definizzjoni taż-żona ġeografika hija emendata. Din l-emenda tikkorrispondi għal estensjoni taż-żona ġeografika għan-Nofsinhar tal-fruntiera attwali tagħha f’parti mid-départements ta’ Vendée, Deux-Sèvres u Maine-et-Loire, u l-irtirar ta’ ċerti muniċipalitajiet li mhumiex konsistenti mal-prinċipji tad-definizzjoni stabbiliti taħt l-istess intestatura u fit-taqsima “Elementi li jiġġustifikaw ir-rabta maż-żona ġeografika” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ kif ukoll tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott emendata proposta. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-kriterji ta’ definizzjoni huwa bbażat b’mod partikolari fuq il-fatt li t-territorji ma’għandhomx influwenza tal-polikultura mħallta f’żona msaġġra, iżda huma essenzjalment żoni tal-vitikultura.
Il-kriterji għad-definizzjoni taż-żona ġeografika tal-IĠP “Volailles d’Ancenis” huma prinċipalment il-fatturi naturali (żoni li jikkonsistu miż-żoni ta’ qbid orjentati lejn il-Loire mill-bokka tax-xmara sal-Wied tal-Loire fit-Tramuntana ta’ Angers, bażi li tappartjeni għall-Massif Armorikan, klima oċeanika li hija kemm moderata u umda fix-xitwa kif ukoll sħuna u xemxija fis-sajf, mingħajr nixfa qawwija) u, sa ċertu punt, il-fatturi umani li jidhru li huma deċiżivi (l-importanza tas-sistemi tat-tip polikultura-trobbija li fihom, il-produzzjoni tat-tjur hija parti minn unità ta’ pajsaġġ imsaġġar fiż-żona hekk definita, il-pożizzjoni u l-importanza tal-irziezet involuti fil-produzzjoni tat-tjur, l-istorja tal-grupp “les Fermiers du Val de Loire” li jmexxi, jorganizza u jagħti struttura lill-katina tat-tjur f’din iż-żona).
Din l-emenda fiż-żona ġeografika għalhekk tippermetti l-ksib ta’ żona ġeografika aktar koerenti u li tikkonforma mal-bażi tar-rabta maż-żona ġeografika tal-IĠP “Volailles d’Ancenis”.
Fl-aħħar nett, din l-intestatura “żona ġeografika” wkoll ġiet riveduta ħafna rigward il-forma, peress li fiż-żmien meta tfasslet l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-lista tal-cantons kienet ippreferuta minn dik tal-muniċipalitajiet. Peress li d-definizzjonijiet tal-cantons u l-ismijiet tagħhom jevolvu aktar regolarment mill-muniċipalitajiet, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu li jinkludu lista ta’ muniċipalitajiet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti u mhux listi ta’ cantons. Din l-emenda testwali ma taffettwax id-definizzjoni għal parti kbira miż-żona ġeografika.
Fil-qosor, iż-żona ġeografika tal-IĠP “Volailles d’Ancenis” hija emendata u organizzata mill-ġdid kif ġej:
|
— |
Żieda ta’ 97 muniċipalità mid-département ta’ Deux-Sèvres; |
|
— |
Żieda ta’ 17-il muniċipalità mid-département ta’ Vendée; |
|
— |
It-tneħħija ta’ 13-il muniċipalità ta’ Maine-et-Loire li jinsabu fir-reġjun ta’ Saumur. |
Il-bdiewa f’din iż-żona għandhom prattiki agrikoli komuni li huma tipiċi tal-irziezet ta’ polikultura mħallta ġewwa dan ir-reġjun imsaġġar kbir. Dan igawdi klima moderata u oċeanika li tippermetti l-ħruġ bikri tat-tjur fix-xitwa. Dawn il-kriterji klimatiċi jikkorrispondu f’kull aspett għall-klima tal-Massif Armorikan.
F’dan ir-rigward, il-muniċipalitajiet ta’ Maine-et-Loire tneħħew minħabba li jinsabu fil-baċir ta’ Pariġi b’karatteristiċi tal-ambjent u metodi ta’ produzzjoni differenti (dwieli, ċereali...).
L-iskeda ta’ sommarju, issa ppreżentata bħala Dokument Uniku, hija emendata fl-intestatura “4. Deskrizzjoni qasira tad-definizzjoni taż-żona ġeografika” biex jitqiesu l-emendi mniżżlin hawn fuq.
Id-dispożizzjoni li ġejja tal-iskeda ta’ sommarju:
|
“c) |
Żona ġeografika: Id-Département tal-Loire-Atlantique u l-parti tal-Punent tad-département ta’ Maine-et-Loire.” |
titħassar. Sabiex jiġi limitat it-tul tad-Dokument Uniku filwaqt li tinżamm il-preċiżjoni tiegħu, lista tal-cantons jew tad-départements meta jkunu inklużi fl-intier tagħhom hija ppreferuta għal-lista tal-muniċipalitajiet fid-Dokument Uniku. Iż-żona ġeografika proposta bejn l-abbozz tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u d-Dokument Uniku hija differenti fin-nomenklatura, iżda hija identika fil-perimetru tagħha.
Id-dispożizzjoni li ġejja taħt l-intestatura “3.3. Żona ġeografika”
|
“3.32 |
Din iż-żona ġeografika tikkorrispondi għall-baċir idrografiku fin-naħa t’isfel tal-Loire:
Il-Loire fin-nofs tagħha tissepara ż-żona ġeografika ddefinita fi 3.31. Minn Angers, it-tributarji ewlenin tan-naħa t’isfel tal-Loire huma dawn li ġejjin:
Ta’ min jinnota wkoll l-artijiet mistagħdra tal-Brière fit-Tramuntana tal-Loire (fit-Tramuntana ta’ St Nazaire), l-artijiet mistagħdra ta’ Petit Mars (fit-Tramuntana ta’ Nantes) u l-Lag tal-Grand Lieu (fin-Nofsinhar ta’ Nantes). |
|
3.33 |
Din iż-żona ġeografika għandha klima partikolarment MODERATA u UMDA.
Iż-żona ġeografika fil-kosta tal-Punent tmiss mal-Oċean Atlantiku (il-mappa fl-Anness 1) Ix-xmara tinfluwenza l-kundizzjonijiet klimatiċi tal-BAĊIR IDROGRAFIKU lil hinn minn ANGERS (l-influwenza tal-marea hija osservata fix-xtut tax-xmara li huma aktar minn 80 km ’l bogħod mill-bokka fid-direzzjoni tal-fluss tax-xmara). Din il-klima partikolarment umda hija karatteristika taż-żona ġeografika – JOACHIM du BELLAY (1522 – 1560) imwieled f’LIRE – 3 km fin-Nofsinhar ta’ Ancenis – jevokaha fil-poeżija Regrets du Pays Natal (Dispjaċiri ta’ Pajjiż Twelidi) “La Douceur Angevine” Il-mappa “Reġjuni klimatiċi ta’ Franza” fl-Anness 2 mill-ktieb “Il-Klima ta’ Franza” ta’ Raymond ARLERY tittraduċi t-topografija taż-żona ġeografika deskritta u l-grad għoli tagħha ta’ omoġeneità klimatika tal-influwenza oċeanika (l-influwenza tax-xmara u t-tributarji tagħha li jimbuttaw it-tranżizzjoni klimatika lejn il-Lvant lil hinn minn Angers)” |
U d-dispożizzjoni li ġejja taħt l-intestatura “3.3. Żona ġeografika”
|
“3.35 |
L-unità, il-koerenza taż-żona ġeografika ddefinita hija bbażata fuq l-elementi prinċipali li ġejjin:
|
Huma sostitwiti bid-dispożizzjoni li ġejja:
“Preżentazzjoni ġeografika qasira taż-żona:
Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Volailles d’Ancenis” tkopri l-wied baxx kollu tal-Loire mill-bokka sal-wied tal-Loir fit-Tramuntana ta’ Angers u l-wied ta’ Sèvre ta’ Nantes fin-Nofsinhar. It-topografija hija mimlija għoljiet u hija organizzata madwar network pjuttost dens ta’ xmajjar skulati mil-Loire. Minn perspettiva ġeoloġika, iż-żona tinsab fl-aħħar parti tal-Massif Armorikan. Iż-żona hija wkoll parti mir-reġjuni msaġġra ta’ Franza, b’densità għolja ta’ sġajriet bi preżenza sinifikanti ta' ballut Ingliż. ”
Id-dispożizzjonijiet kif ifformulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠP “Volailles d’Ancenis” jidhru li huma ddettaljati ħafna u jikkoinċidu minħabba li l-istess elementi jiġu indirizzati diversi drabi qrib xulxin. Il-kliem propost jippermetti li l-elementi ewlenin tad-deskrizzjoni taż-żona ġeografika jinżammu fil-qosor. Barra minn hekk, ħafna minn dawn l-elementi relatati mad-deskrizzjoni tal-karatteristiċi taż-żona ġeografika li huma marbuta mal-prodott huma inklużi fil-kliem propost tal-intestatura “Elementi li jiġġustifikaw ir-rabta maż-żona ġeografika” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott proposta.
Id-dispożizzjoni li ġejja titħassar:
|
“3.34 |
L-irziezet tal-“Volailles d’Ancenis” kollha jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita fi 3.31
N.B.: INTRAPRIŻI OĦRA LI JINSABU FIŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA BIĊĊERIJI:
FABBRIKI TAL-GĦALF:
IMFAQAS:
|
Din it-taqsima tippreżenta l-intrapriżi (minbarra l-irziezet) li kienu jinsabu fiż-żona ġeografika meta saret l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-IĠP “Volailles d’Ancenis”. Din it-taqsima ma timponi l-ebda obbligu u ma għadhiex rilevanti. It-tħassir tagħha huwa għalhekk formalità.
5.3. L-intestatura “Prova tal-oriġini”
L-elementi relatati mat-traċċabbiltà li kienu preżenti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kienu limitati għal monitoraġġ tan-numri tat-tikketti mill-korp ta’ spezzjoni li jiġbor xi informazzjoni parzjali mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Huma sostitwiti bid-dispożizzjonijiet li jkopru:
|
— |
Il-proċeduri għall-identifikazzjoni tal-operaturi li jixtiequ jkunu involuti fil-produzzjoni tal-“Volailles d’Ancenis” fl-istadji kollha huma introdotti (bdiewa u dawk li jbiċċru). |
|
— |
Is-sistema ta’ traċċabbiltà li tippermetti lill-konsumaturi jiżguraw li l-prodott “Volailles d’Ancenis” jikkonforma mal-karatteristiċi ċċertifikati mill-IĠP. It-traċċabbiltà tikkonsisti fiż-żamma tal-informazzjoni neċessarja u suffiċjenti biex jiġu ddeterminati l-oriġini u l-kompożizzjoni tal-prodott matul l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tiegħu. L-oriġini hija garantita mill-identifikazzjoni tal-prodotti u minn sistema ta’ traċċabbiltà minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel. |
|
— |
Is-sistema tiddefinixxi u tippermetti, permezz ta’ tabella, il-ġbir fil-qosor tad-dokumenti u r-rekords meħtieġa u l-elementi tal-informazzjoni minimi li jkunu mistennija, f’kull stadju tal-ħajja tal-prodott (it-tfaqqis, it-trobbija, it-tneħħija, l-akkoljenza, it-tbiċċir, l-ippakkjar, it-tqattigħ). Dawn id-dokumenti għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-aġenti inkarigati mill-ispezzjoni. |
Dan il-kliem ġdid u aktar komplut iżid it-traċċabbiltà tal-prodott.
5.4. L-intestatura “Metodu ta’ produzzjoni”
Id-dispożizzjoni li ġejja titħassar mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“3.2 Metodu ta’ produzzjoni
Il-prodotti eliġibbli għall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Volailles d’ANCENIS” iridu jikkonformaw fl-aspetti kollha ma’ (X):
|
— |
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91, kif emendat b’dak tat-22/10/93 (281/93), dwar l-użu tal-indikazzjoni: Trobbija fil-beraħ tradizzjonali fuq it-tikketta. |
|
— |
L-istruzzjonijiet tekniċi tat-TIKKETTA stabbiliti mill-Ministeru Franċiż għall-Agrikoltura u s-Sajd li jistabbilixxu l-kriterji minimi li għandhom jiġu ssodisfati sabiex jinkisbu t-Tikketti tat-Tjur li ġejjin:
|
Ir-regolamenti tekniċi tat-Tikketti tat-Tjur miżmuma mill-Assoċjazzjoni SEVRE ET LOIRE QUALITE li jistgħu jiġu kkonsultati fl-uffiċċju rreġistrat tagħha u approvati skont in-Nru li ġej:
|
Nru 08-76 + l-Addendum tat-tqattigħ |
||
|
Nru 04-80 |
||
|
Nru 14-87 + l-Addendum tat-tqattigħ |
||
|
Nru 04-86 |
||
|
Nru 60-88 + l-Addendum tat-tqattigħ |
||
|
Nru 29-89 |
||
|
Nru 12-91 |
||
|
Nru 13-91” |
Hija sostitwita bid-dispożizzjoni li ġejja:
“5.1 Razez użati
Ir-razez użati huma razez b’saħħithom li jikbru bil-mod. Għalhekk it-tjur huma adattati għal perjodu twil ta’ trobbija u għat-trobbija fil-beraħ; huma jagħmlu l-aħjar użu mill-mergħat.
Ir-razez magħżula għall-produzzjoni tal-“Volailles d’Ancenis” jippermettu l-ksib ta’ tjur bil-fenotipi li ġejjin:
|
Produzzjoni |
Fenotip |
|
Tiġieġ abjad, ħisjien tat-tiġieġ abjad, tiġieġ tas-simna abjad |
Rix aħmar, saqajn u ġilda bojod |
|
Tiġieġ isfar, ħisjien tat-tiġieġ isfar tiġieġ tas-simna isfar |
Rix aħmar, saqajn u ġilda sofor |
|
Tiġieġ iswed |
Rix iswed, saqajn suwed u ġilda bajda |
|
Farawni, ħisjien tal-farawna |
Rix griż bi strixxi suwed; Tarsi xi ftit jew wisq skuri |
|
Dundjani |
Rix iswed, ġilda bajda |
|
Rix iswed, ġilda safra |
|
|
Rix bronż, ġilda bajda” |
Din l-emenda fil-kliem tippermetti li jinżammu l-istess dettalji dwar il-fenotipi tat-tjur eliġibbli għall-IĠP “Volailles d’Ancenis” kif ukoll li jiġu speċifikati għall-ħisjien tat-tiġieġ, tal-farawni u tad-dundjani. Id-deskrizzjoni tal-fenotip tiżdied ukoll għall-ħisjien tal-farawna, li għandu l-istess fenotip bħall-farawni. Din l-emenda fil-kliem tippermetti wkoll li jitħassru r-referenzi għan-numri tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti tas-serje tat-tikketti Rouge li storikament ġew prodotti bil-“Volailles d’Ancenis”, li barra minn hekk fil-biċċa l-kbira tagħhom ma’għadhomx validi.
Fl-abbozz tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tiżdied it-taqsima 5.2 “Metodu tat-trobbija”:
“5.2 Metodu tat-trobbija
Il-“Volailles d’Ancenis” jitrabbew fil-beraħ: ikollhom aċċess għal mergħat f’età definita. L-età minima tat-tbiċċir hija stabbilita wkoll skont il-produzzjoni.
Sabiex isir dan, il-binjiet ikunu mgħammra b’bokkaporti li jkunu miftuħa mid-disgħa ta’ filgħodu sa billejl.
|
|
Età massima għall-aċċess għall-mergħat |
Età minima tat-tbiċċir |
|
Tiġieġ |
37 Mis-37 sat-42 jum, l-adattament tal-iskeda taż-żmien huma possibbli matul ix-xitwa |
81 |
|
Farawni |
56 |
94 |
|
Ħisjien |
42 |
150 |
|
Ħisjien tal-farawna |
56 |
150 |
|
Tiġieġ tas-simna |
42 |
120 |
|
Dundjani |
56 |
140” |
Fl-abbozz tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodotta, tiżdied it-taqsima 5.3 “Bini u mergħat tat-trobbija”:
“5.3 Bini u mergħat tat-trobbija
Il-bini tat-trobbija huwa żgħir, b’massimu ta’ 400 m2 għajr għad-dundjani, fejn jistgħu jilħqu l-500 m2. Huma trasparenti u mgħammra b’bokkaporti sabiex jiġi żgurat li t-tjur ikollhom aċċess għall-mergħat bi proporzjon ta’ minimu ta’ 4 metri ta’ bokkaporti għal kull 100 m2 ta’ erja tal-art.
Id-densità massima għandha tiġi rispettata għal kull tip ta’ tjur:
|
|
Numru massimu ta’ annimali/m2 |
|
Tiġieġ |
11 |
|
Farawni |
13 |
|
Dundjani |
6,25 |
|
|
Numru massimu ta’ annimali/m2 fil-bini mid-dħul sal-jum tat-tneħħija parzjali |
Numru massimu ta’ annimali/m2 fil-bini mill-jum tat-tneħħija parzjali sal-età minima tat-tbiċċir (1) |
|
Ħisjien |
11 |
6,25 |
|
Ħisjien tal-farawna |
13 |
10 |
|
Tiġieġ tas-simna |
11 |
9 |
Tneħħija parzjali jew tnaqqis: il-prattika tal-qsim tal-lott fit-trobbija fit-tul.
|
(1) |
It-tul ta’ żmien bejn il-jum tat-tneħħija parzjali u l-età minima tat-tbiċċir ma’għandux ikun inqas minn:
|
Wara 35 jum ta’ trobbija, il-qamħ jitqassam bl-idejn kuljum fuq il-mifrex fil-bini għat-tiġieġ, għall-ħisjien tat-tiġieġ u għat-tiġieġ tas-simna (mill-inqas 250 kg/binja 400 m2/lott).
Sa mhux aktar tard mit-42 jum tat-trobbija, għandhom jiġu installati l-pereċ fil-bini tat-tiġieġ u tal-farawni: it-tul aggregat tal-pereċ għat-tjur għandu jkun ta’ mill-inqas 128 metru għal kull binja ta’ 400 metru kwadru. Fl-istess ħin, jiġu pprovduti oġġetti tat-tnaqqir bħal spag għall-annimali.
Id-daqs tal-mergħat irid ikun biżżejjed biex jipprovdi lill-“Volailles d’Ancenis” b’erja minima għal kull produzzjoni:
|
|
Erja minima tal-mergħat għal kull annimal |
|
Tiġieġ |
2 m2 |
|
Farawni |
2 m2 |
|
Dundjani |
6 m2 |
|
|
Erja minima tal-mergħat għal kull annimal mid-dħul sal-jum tat-tneħħija parzjali |
Erja minima tal-mergħat għal kull annimal mill-jum tat-tneħħija parzjali sal-età minima tat-tbiċċir (1) |
|
Ħisjien |
2 m2 |
4 m2 |
|
Ħisjien tal-farawna |
2 m2 |
3m2 |
|
Tiġieġ tas-simna |
2 m2 |
3m2 |
Tneħħija parzjali jew tnaqqis: il-prattika tal-qsim tal-lott fit-trobbija fit-tul.
|
(1) |
It-tul ta’ żmien bejn il-jum tat-tneħħija parzjali u l-età minima tat-tbiċċir ma’għandux ikun inqas minn:
|
Il-mergħa tinsab quddiem il-bokkaporti tal-annimali, b’mill-inqas 200 metru lineari ta’ sġajriet jew ekwivalenti f’siġar imħawlin skont id-dell li jitfgħu fuq l-art.
Fl-abbozz tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tiżdied it-taqsima 5.4 “Għalf tat-tjur”:
|
“5.4 |
Għalf tat-tjur |
L-għalf tal-“Volailles d’Ancenis” huwa magħmul 100 % minn pjanti, minerali u vitamini, li mill-inqas 70 % minnhom ikunu ċereali u derivattivi taċ-ċereali għajr l-addittivi. Minimu ta’ 12 % taċ-ċereali kollha jiġu prodotti fil-forma ta’ qamħ sħiħ matul il-perjodu kollu tat-tismin (wara 28 jum) biex jiġi promoss ix-xogħol tal-qanżħa tal-annimali u b’hekk jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet naturali tat-tjur.
Il-perċentwal ta’ prodotti derivati miċ-ċereali huwa ta’ 15 % jew inqas taċ-ċereali u l-prodotti derivati miċ-ċereali kollha. Il-perċentwal massimu tax-xaħam totali fl-għalf huwa limitat għal 6 %.
Il-kategoriji differenti tal-prodotti bażiċi li minnhom hu magħmul l-għalf huma:
|
— |
Żrieragħ taċ-ċereali u prodotti derivati miċ-ċereali; |
|
— |
Żrieragħ jew frott żejtnija u prodotti derivati; |
Fil-każ taż-żjut veġetali, jintuża biss żejt grezz u żejt raffinat;
|
— |
Żrieragħ tal-legumi u prodotti derivati |
|
— |
Tuberi u għeruq, u prodotti derivati |
|
— |
Żrieragħ u frott oħrajn u prodotti derivati minnhom, pereżempju għeneb u prodotti derivati |
|
— |
Foraġġ, foraġġ mhux raffinat u prodotti derivati, pereżempju alfalfa u prodotti derivati |
|
— |
Pjanti oħra, alka u prodotti derivati |
|
— |
Minerali u prodotti derivati |
|
— |
Prodotti (sekondarji) mill-fermentazzjoni ta’ mikroorganiżmi: ħmira għal birer inattivata jew maqtula, imrobbija fuq sottostrat tal-pjanti
|
Iż-żieda tat-taqsimiet 5.2 “Metodu tat-trobbija”, 5.3 “Bini u mergħat tat-trobbija”, 5.4 “Għalf tat-tjur” fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tippermetti li tiġi rreġistrata r-realtà tal-prattiki tal-bdiewa tal-IĠP “Volailles d’Ancenis” u b’hekk tiżgura spezzjoni rigoruża ta’ dawn il-prattiki.
Dawn il-prattiki huma konformi mal-karatteristiċi bażi speċifiċi taż-żona ġeografika u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott, jiġifieri l-użu ta’ razez li jikbru b'mod li jippermetti l-esplorazzjoni tal-mergħa, il-preżenza ta’ mergħa li tikkorrispondi għall-karatteristiċi msaġġra tat-territorju (il-preżenza ta’ ringieli ta’ sġajriet u siġar, network idrografiku dens), dieta bbażata fil-biċċa l-kbira fuq iċ-ċereali offruti mis-sitwazzjoni ta’ dawn l-irziezet f’żona ta’ polikultura mħallta fejn il-qamħ jokkupa post importanti fid-dieta. Dawn iċ-ċereali jitqassmu wkoll parzjalment bl-idejn fil-bini tat-trobbija. Fl-aħħar nett, minħabba l-klima moderata, it-tjur jibbenefikaw minn ħruġ bikri fuq il-mergħat meta mqabbla ma’ tjur oħra mrobbija fil-beraħ.
Id-dispożizzjoni li tispeċifika li t-tbiċċir isir fiż-żona ġeografika titħassar:
“L-IRZIEZET U L-BIĊĊERIJI KOLLHA JINSABU FIŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA DDEFINITA. ”
Ir-rekwiżit li l-biċċerija tkun fiż-żona ġeografika tneħħiet, peress li jidher li aktar u aktar biċċeriji qed jagħlqu, u għalkemm bħalissa hemm diversi biċċeriji preżenti fiż-żona ġeografika, is-sitwazzjoni tista’ tinbidel fi ftit snin u s-settur jispiċċa f’sitwazzjoni kumplessa.
Jiżdiedu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
“5.5. Kondizzjonijiet għat-tneħħija u t-trasport tat-tjur
L-annimali jridu jsumu għal mill-inqas 5 sigħat qabel jitneħħew mis-sit tat-trobbija biex jiġi żgurat li s-sistema diġestiva tagħhom titbattal kif suppost.
Il-perjodu tat-trasport bejn il-post tat-trobbija u l-biċċerija ma’għandux jaqbeż it-3 sigħat sabiex jiġi ggarantit il-benessri tal-annimal.
5.6 Stennija qabel it-tbiċċir
Sabiex it-tjur jingħataw ċans jirkupraw wara t-trasport, għandu jkun hemm ħin ta’ stennija ta’ mill-inqas 30 minuta. ”
Dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu l-iżgurar tal-konformità mal-kundizzjonijiet minimi tal-benessri tal-annimali, b’impatt fuq il-karatteristiċi tal-prodott. ”
5.5. L-intestatura “Rabta”
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ tiżviluppa t-taqsima tar-rabta f’ħafna sottopartijiet. Dawn huma ripetuti b’mod sħiħ taħt l-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott “Elementi li jiġġustifikaw ir-rabta maż-żona ġeografika” biex juru b’mod aktar ċar id-dimostrazzjoni tar-rabta bejn il-“Volailles d’Ancenis” u ż-żona ġeografika tiegħu, mingħajr ma tinbidel is-sustanza. Fil-fatt, ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott hija bbażata fuq ir-reputazzjoni u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott. Fil-fatt, ir-reputazzjoni u l-fama tad-denominazzjoni setgħu jiżviluppaw storikament bis-saħħa tal-karatteristiċi tal-ambjent (in-natura msaġġra tat-territorju, l-idrografija għolja taż-żona, klima moderata) u l-karatteristiċi marbuta mal-għarfien tal-operaturi (il-ħruġ bikri tal-annimali fil-mergħat, l-għalf, il-veġetazzjoni fil-mergħa).
Din l-intestatura hija introdotta f’paragrafu li jispeċifika il-bażi tar-rabta mal-oriġini ġeografika: “Ir-rabta mal-oriġini tal-“Volailles d’Ancenis” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tagħha u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott marbuta mal-għarfien tal-bdiewa. ”
Imbagħad l-intestatura hija mqassma fi tliet partijiet:
|
— |
It-taqsima “karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika” tirriproduċi l-fatturi naturali, li jenfasizzaw it-topografija bl-għoljiet taż-żona ġeografika, l-idrografija għolja taż-żona, il-varjabbiltà għolja tal-ħamrija u l-potenzjal agronomiku tagħha fuq bażi komuni, il-Massif Armorikan li jirriżulta f’użi differenzjati tal-irqajja’ tal-art, klima moderata, il-preżenza ta’ minerali msejħa “naqal” fil-ħamrija u l-għarfien uman fid-distribuzzjoni abbundanti taċ-ċereali lill-annimali bi prezz baxx, it-tiswir tat-territorju f’pajsaġġ imsaġġar. |
|
— |
It-taqsima “karatteristiċi speċifiċi tal-prodott” tenfasizza l-karatteristiċi partikolari tal-prodott (karkassa tonda bi fletti ttondjati u depożiti ta’ xaħam evidenti mal-ġenb tal-koxox u fuq kull naħa tal-isternu). |
|
— |
Fl-aħħar nett, il-punt tar-“rabta kawżali” jispjega l-interazzjonijiet bejn il-fatturi naturali u umani u l-prodott, jiġifieri l-produzzjoni ta’ tjur li żviluppa billi ttieħed vantaġġ minn:
|
Dawn il-fatturi kollha ppermettew lill-“Volailles d’Ancenis” tikseb reputazzjoni qabelxejn fil-livell reġjonali (is-suq tat-tjur f’Ancenis), u mbagħad fil-livell nazzjonali (premju fil-Kompetizzjoni Agrikola Ġenerali mill-1995).
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-punt f “rabta” tal-iskeda ta’ sommarju huwa sostitwit bil-punt 5 “Rabta maż-żona ġeografika” tad-Dokument Uniku.
5.6. L-intestatura “Tikkettar”
Id-dispożizzjoni li ġejja tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Kull tikketta mwaħħla fuq il-Prodotti li jgawdu l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta ta’ ANCENIS jeħtieġ li tkun ġiet approvata minn qabel:
|
1) |
mill-Kumitat taċ-Ċertifikazzjoni ta’ SEVRE ET LOIRE QUALITE |
|
2) |
mill-Kummissjoni Nazzjonali tat-Tikketti u taċ-Ċertifikazzjoni Normattiva tal-Konformità. |
L-informazzjoni fuq it-tikketti jeħtieġ li tosserva l-indikazzjonijiet obbligatorji u speċifiċi għall-prodotti taħt it-Tikketta, imsemmijin fl-Istruzzjonijiet Tekniċi Uffiċjali tat-Tikketti tat-Tjur imfasslin mill-Ministeru għall-Agrikoltura.”.
Titħassar minħabba li l-informazzjoni kollha prevista f’dan il-punt fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija obsoleta minħabba li:
|
— |
Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni responsabbli mill-ispezzjoni (Il-Kumitat ta’ Ċertifikazzjoni ta’ Sèvre et Loire Qualité) ġie emendat u mhuwiex xieraq li jinżamm dan it-tip ta’ tagħrif fuq it-tikketta. |
|
— |
L-organizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet Franċiżi li twettaq l-istruzzjoni tas-sinjali uffiċjali tal-oriġini ġiet emendata (il-Kummissjoni Nazzjonali tat-Tikketti u taċ-Ċertifikazzjoni Normattiva tal-Konformità) u dan il-korp ma’għadux jeżisti. Bħal fil-punt preċedenti, ma jidhirx li huwa xieraq li jinżamm dan it-tip ta’ tagħrif fuq it-tikkettar. |
|
— |
Fl-aħħar nett, l-istruzzjonijiet tekniċi uffiċjali tat-tikketti tat-tjur imfasslin mill-Ministeru għall-Agrikoltura ma’għadhomx jeżistu u m’għadux jidher li huwa xieraq li ssir rabta bejn speċifikazzjoni ta’ IĠP u dokument nazzjonali ta’ parti terza. |
Id-dispożizzjoni:
“L-indikazzjoni Ġeografika għandha titniżżel fuq it-tikketta, ippreċeduta bid-denominazzjoni tal-Prodott. ”
Hija sostitwita bid-dispożizzjoni li ġejja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Minbarra l-indikazzjonijiet obbligatorji previsti fir-regolamenti dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettar għandu jinkludi:
|
— |
id-denominazzjoni rreġistrata tal-prodott “Volailles d’Ancenis”, |
|
— |
il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv. ” |
Barra minn hekk, l-indikazzjonijiet li jidhru fil-punt h “Tikkettar” tal-iskeda ta’ sommarju jitħassru u għalhekk mhumiex inklużi fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku
5.7. Oħrajn
— Grupp applikant:
Titħassar id-dispożizzjoni li ġejja tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“ 1. INFORMAZZJONI dwar il-GRUPP APPLIKANT
|
1.1 ISEM LES FERMIERS D’ANCENIS |
|
1.2 Indirizz 276, bd Schuman |
|
44150 Ancenis, France |
|
Telefon: |
|
Faks: |
|
+33 40 98 89 54 |
|
+33 40 96 01 10 |
1.3 Forma ġuridika Trade union irregolata mil-Liġi tal-21/3/1884 maħluqa fis-17/10/1975
l. 4 Kompożizzjoni 225 membru tal-Produtturi tal-Volailles d’ANCENIS fil-31/12/1994”
Hija sostitwita bid-dispożizzjoni li ġejja:
“Grupp applikant
|
Les Fermiers du Val de Loire |
|
Boulevard Pasteur - BP 50262 44158 Ancenis Cedex, France |
|
Tel.: +33 240988252 |
|
Faks: +33 240831500 |
|
Posta elettronika: fermiersduvaldeloire@terrena.fr |
Assoċjazzjoni mil-Liġi 1901”
Din l-emenda tikkonsisti f’aġġornament tad-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp.
Din l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma taffettwax id-Dokument Uniku.
— Strutturi ta’ spezzjoni:
B’applikazzjoni tar-regoli fis-seħħ fil-livell nazzjonali li jimmiraw li jarmonizzaw il-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodotti, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ ċertifikazzjoni tħassru. Issa din l-intestatura saret issemmi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti ta’ spezzjoni Franċiżi: L-institut national de l’origine et de la qualité (INAO) u d-Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF). L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ ċertifikazzjoni issa jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-INAO u fuq il-bażi tad-data tal-Kummissjoni Ewropea.
Din l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma taffettwax id-Dokument Uniku.
— Rekwiżiti nazzjonali:
Il-punti ewlenin li għandhom jiġu spezzjonati ġew miżjuda mar-rekwiżiti nazzjonali, f’konformità mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ.
Din l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma taffettwax id-Dokument Uniku.
— Spezzjonijiet:
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ tipprevedi intestatura speċifika għall-ispezzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li jistgħu jkunu simili għal pjan ta’ spezzjoni. Skont ir-rekwiżiti ta’ spezzjoni attwali, dawn l-elementi kollha tneħħew mill-Ispeċifikazzjoni tal-prodott. Tfassal pjan ta’ spezzjoni b’mod parallel biex tiġi żgurata l-ispezzjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott proposti kollha.
DOKUMENT UNIKU
“VOLAILLES D’ANCENIS”
Nru tal-UE: PGI-FR-0167-AM02 - 15.10.2019
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]
“Volailles d’Ancenis”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott [elenkat fl-Anness XI]
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Volailles d’Ancenis” huma għasafar tal-ispeċi galliformi. Dawn jappartjenu għal familji differenti u jinkludu diversi tipi ta’ annimali:
|
— |
tiġieġ, tiġieġ tas-simna, ħisjien, |
|
— |
farawni, ħisjien tal-farawna, |
|
— |
dundjani. |
It-tjur kollha kemm huma ġejjin minn razez b’saħħithom li jikbru bil-mod li jippermettu perjodu twil ta’ trobbija u tbiċċir fil-limitu tal-maturità sesswali, u b’hekk tiġi żgurata kwalità ottima (konformazzjoni u organolettika).
Dawn jitrabbew fil-beraħ f’mergħat mimlija ħaxix u bis-siġar. Dan jiffavorixxi l-inklinazzjoni naturali ta’ dawn ir-razez li jesploraw il-mergħat tagħhom.
Il-“Volailles d’Ancenis” huma kkaratterizzati minn karkassa tonda bi fletti ttondjati u depożiti ta’ xaħam evidenti mal-ġenb tal-koxox u fuq kull naħa tal-isternu.
Skont it-tip ta’ tjur, il-karatteristiċi tal-prodotti finali huma kif ġej:
|
|
Piż minimu |
Kulur tal-laħam u tal-ġilda |
Kulur tas-saqajn |
|
Tiġieġ |
1 kg |
Isfar jew abjad |
Sofor, bojod jew suwed |
|
Farawni |
0,850 kg |
Beige |
Suwed |
|
Ħisjien |
2,5 kg |
Isfar jew abjad |
Sofor jew bojod |
|
Ħisjien tal-farawna |
1,4 kg |
Beige |
Suwed |
|
Tiġieġ tas-simna |
1,6 kg |
Isfar jew abjad |
Sofor jew bojod |
|
Dundjani |
2,3 kg |
Isfar jew abjad |
Suwed |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
L-għalf tal-“Volailles d’Ancenis” huwa magħmul 100 % minn pjanti, minerali u vitamini, li mill-inqas 70 % minnhom ikunu ċereali u derivattivi taċ-ċereali. Minimu ta’ 12 % taċ-ċereali kollha jiġu prodotti fil-forma ta’ qamħ sħiħ matul il-perjodu kollu tat-tismin (wara 28 jum) biex jiġi promoss ix-xogħol tal-qanżħa tal-annimali u b’hekk jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet naturali tal-għasafar.
Il-perċentwal ta’ prodotti sekondarji dderivati miċ-ċereali ma għandux jaqbeż il-15 % tal-formula totali. Il-perċentwal massimu tax-xaħam totali fl-għalf huwa limitat għal 6 %.
Il-kategoriji differenti tal-prodotti bażiċi li minnhom hu magħmul l-għalf huma:
|
— |
Żrieragħ taċ-ċereali u prodotti derivati miċ-ċereali |
|
— |
Żrieragħ jew frott żejtnija u prodotti derivati |
Fil-każ taż-żjut veġetali, jintuża biss żejt grezz u żejt raffinat
|
— |
Żrieragħ tal-legumi u prodotti derivati |
|
— |
Tuberi u għeruq u prodotti derivati |
|
— |
Żrieragħ u frott oħrajn u prodotti derivati minnhom, pereżempju għeneb u prodotti derivati |
|
— |
Foraġġ, foraġġ mhux raffinat u prodotti derivati, pereżempju alfalfa u prodotti derivati |
|
— |
Pjanti oħra, alka u prodotti derivati |
|
— |
Minerali u prodotti derivati |
|
— |
Prodotti u prodotti sekondarji mill-fermentazzjoni ta’ mikroorganiżmi: ħmira għal birer inattivata jew maqtula, imrobbija fuq sottostrat tal-pjanti |
|
— |
Mixxellanji:
|
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-“Volailles d’Ancenis” jitrabbew fiż-żona ġeografika ddefinita mill-età ta’ jum sakemm jittieħdu għat-tbiċċir.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ., tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni
Il-“Volailles d’Ancenis” jiġu kkumerċjalizzati f’biċċiet sħaħ jew maqtugħin, friski jew iffriżati.
Il-biċċiet sħaħ jiġu minn karkassi tal-Klassi A; it-tqattigħ jista’ jsir minn karkassi tal-Klassi B, iżda l-biċċiet ikkummerċjalizzati għandhom ikunu tal-Klassi A.
Il-karkassi huma ppreżentati:
|
— |
“lesti għat-tisjir” (PAC) (tjur imnittfa, imnaddfa mill-ġewwieni, mingħajr irjus, bit-tarsu jew mingħajru) imgeżwrin f’film, f’atmosfera protettiva jew f’vakwu, |
|
— |
“parzjalment evixxerati” (tjur imnittfa, imnaddfa mill-ġewwieni, bl-irjus, bis-saqajn u bil-ġewwieni). |
Il-ġewwieni tat-tjur (il-qalb, il-qanżħa u l-fwied) jiġi kkummerċjalizzat frisk jew iffriżat.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Lista tal-cantons u l-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona ġeografika tal-IĠP “Volailles d’Ancenis”:
Id-département sħiħ tal-Loire-Atlantique
Id-département ta’ Maine-et-Loire:
Cantons:
|
|
Angers 1; |
|
|
Angers 2; |
|
|
Angers 3; |
|
|
Angers 4; |
|
|
Angers 5; |
|
|
Angers 7, minbarra t-territorju ta’ dawk li qabel kienu l-muniċipalitajiet delegati ta’ Bauné u Corné (il-muniċipalità ta’ Loire-Authion) u La Ménitré - Beaupréau - Chalonnes-sur-Loire - Chemillé-Melay minbarra t-territorju ta’ dik li qabel kienet il-muniċipalità delegata ta’ Martigné-Briand (il-muniċipalità ta’ Terryanjou); |
|
|
Cholet 1 ; |
|
|
Cholet 2 ; |
|
|
La Pommeraye; |
|
|
Il-Ponts-de-Cé, minbarra t-territorju ta’ dawk li qabel kienu l-muniċipalitajiet delegati ta’ Chemellier u Coutures (il-muniċipalità ta’ Brissac-Liore-Aubance); |
|
|
Saint Macaire-en-Mauges; |
|
|
Tiercé, minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Baracé, Durtal, Étriché, Les Rairies, Montigné-les-Rairies u t-territorju ta’ dawk li qabel kienu l-muniċipalitajiet delegati ta’ Daumeray u Morannes (il-muniċipalità ta’ Morannes-sur-Sarthe-Daumeray). |
Il-muniċipalitajiet ta': Angers (parti mill-canton ta’ Angers 6) - Montreuil-sur-Loir - Rives-du-Loir-en-Authion - Saint-Barthélemy-d’Anjou - Verrières-en-Anjou.
Id-département ta’ Deux-Sèvres:
Cantons:
|
|
Bressuire; |
|
|
Cerizay; |
|
|
La Gâtine, minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Doux, La Ferrière-en-Parthenay, Fomperron, Mazières-en-Gâtine, Oroux, Pressigny, Saint-Germier, Saint-Georges-de-Noisne, Saint-Marc-la-Lande, Thénezay u Verruyes |
|
|
Mauléon; |
|
|
Parthenay; |
|
|
Thouars minbarra l-muniċipalità ta’ Louzy. |
Muniċipalitajiet: Airvault, Argenton-l’Eglise, Availles-Thouarsais, Bouillé-Loretz, Boussais, Coulonges-Thouarsais, Glénay, Louin, Luché-Thouarsais, Luzay, Maisontiers, Pierrefite, Sainte-Gemme, Saint-Loup-Lamaire, Saint-Varent, Tessonnière, Val-en-Vigne.
Id-Département ta’ Vendée:
Canton:
|
|
Mortagne-sur-Sèvre; |
|
|
Muniċipalitajiet: Bazoges-en-Paillers, La Boissière-de-Montaigu u Treize-Septiers. |
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta mal-oriġini tal-“Volailles d’Ancenis” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tagħha u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott marbuta mal-għarfien tal-bdiewa.
Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Volailles d’Ancenis” tkopri l-wied il-baxx kollu tal-Loire mill-bokka sal-Loir. It-topografija hija mimlija għoljiet u hija organizzata madwar network pjuttost dens ta’ xmajjar.
Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata minn varjabbiltà għolja tal-ħamrija fuq bażi komuni, il-Massif Armorikan, u konsegwentement, mill-perspettiva tal-potenzjal agronomiku tal-ħamrija, diversità spazjali inkluż fil-livell tar-razzett. Dan jispjega, fil-biċċa l-kbira, is-sistema tal-għelejjel, il-bdiewa u dawk li jrabbu fiż-żona tradizzjonalment irriżervaw l-aktar art niexfa jew skulata ħażin għall-bwar, l-aktar art fonda u/jew fertili għaċ-ċereali, prinċipalment il-qamħ u x-xgħir, u l-bqija għal għelejjel għall-għalf.
Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Volailles d’Ancenis” tifforma parti minn waħda mir-reġjuni msaġġra l-kbar ta’ Franza. Fid-départements ta’ Loire Atlantique, Maine-et-Loire, Vendée u Deux-Sèvres kollha hemm preżenza qawwija ta' żoni msaġġra; jiġifieri ż-żoni msaġġra huma preżenti kontinwament fiż-żona ġeografika kollha. Is-sġajriet, li huma r-riżervi reali tal-bijodiversità bl-ispeċijiet differenti tagħhom, huma postijiet ta’ kenn għall-annimali selvaġġi, b’mod partikolari l-insetti; fuq il-mergħat, teżisti provvista ta’ proteina għat-tjur, diffiċilment ikkwantifikata iżda li verament teżisti u li titħallat mal-ħniex. Bl-istess mod, il-ħamrija tipprovdi minerali msejħa “naqal”: huma dawn il-frak żgħar li jinsabu fil-parti superfiċjali ta’ din il-ħamrija tas-siġar li mhijiex maħduma ħafna u li hija favorevoli għall-iżvilupp tal-qnieżaħ tat-tjur li jinġestuhom.
Il-klima fiż-żona ġeografika tikkonsisti f’mużajk ta’ mesoklimi fil-biċċa l-kbira moderati u oċeaniċi li jippermettu l-ħruġ bikri tat-tjur. Ix-xita fir-rebbiegħa, li tippromwovi t-tkabbir bikri tal-ħaxix, storikament kienet tħeġġeġ lill-bdiewa joħorġu t-tjur kmieni.
Iż-żona ġeografika tal-“Volailles d’Ancenis” tradizzjonalment hija reġjun ta’ polikultura mħallta. B’mod parallel ma’ dawn iż-żewġ produzzjonijiet ewlenin, ġew stabbiliti l-irziezet, bil-qamħ jifforma l-bażi tal-għalf tat-tjur. Tradizzjonalment, il-ġestjoni ta' din l-attività anċillari kienet tidħalla f'idejn in-nisa bħala sors ta' dħul għall-infiq kwotidjan. Dawn it-tradizzjonijiet tat-trobbija ġew ipperpetwati u għadhom preżenti llum permezz tal-produzzjoni tal-“Volailles d’Ancenis”: l-annimali jkunu barra l-ġurnata kollha, miżmuma fuq pereċ bħal f’razzett, il-bidwi, simili għal dak li kienu jagħmlu n-nisa fil-passat, kuljum jitfa’ l-qamħ bl-idejn u t-tjur jingħalfu prinċipalment biċ-ċereali. Tingħata ħafna attenzjoni għall-għalf u t-tismin tat-tiġieġ biex ikun żgurat li t-tiġieġ li jieklu ż-żrieragħ ikunu verament imsemmna.
Il-“Volailles d’Ancenis” jibbenefikaw minn metodu tat-trobbija fil-beraħ. Il-ħruġ tal-“Volailles d’Ancenis” isir fi stadju bikri. Dan isir fis-37 jum għat-tiġieġ, il-ħisjien tat-tiġieġ u t-tiġieġ tas-simna, f’jum 53 għall-farawni u l-ħisjien tal-farawna, u fit-42 jum għad-dundjani.
Ir-razez b’saħħithom jippermettu dan il-ħruġ bikri iżda wkoll esplorazzjoni importanti tal-mergħat. Peress li min-natura tagħhom huma attivi ħafna, huma kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom li jżommu fuq perċa, joborxu u jnaqqru, ħtiġijiet li huma promossi mill-prattiki tat-trobbija tal-grupp tal-produtturi.
L-għalf tal-“Volailles d’Ancenis” huwa magħmul 100 % minn pjanti, minerali u vitamini, li mill-inqas 70 % minnhom ikunu ċereali u prodotti derivati miċ-ċereali. Minimu ta’ 12 % ta’ dawn iċ-ċereali għandu jkun fil-forma ta’ qamħ sħiħ, li jippromwovi x-xogħol tal-qanżħa u jikkontribwixxi għall-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi.
Il-“Volailles d’Ancenis” huma kkaratterizzati wkoll minn karkassa tonda bi fletti ttondjati u depożiti ta’ xaħam evidenti mal-ġenb tal-koxox u fuq kull naħa tal-isternu.
Il-produzzjoni tal-“Volailles d’Ancenis” żviluppat billi ħadet vantaġġ mill-varjabbiltà għolja tal-kwalità tal-ħamrija, kemm fil-livell taż-żona tal-produzzjoni kif ukoll f’dak tal-azjenda agrikola.
Fil-fatt, in-nies adattaw billi installaw sistemi ta’ azjendi komplementari biex jagħmlu l-aħjar użu mill-art kollha, jiġifieri l-polikultura mħallta u, b’mod partikolari, il-produzzjoni taċ-ċereali u tal-bovini.
Sabiex jagħmel dan, il-bniedem kellu jaqsam l-art tiegħu fi rqajja u jinstalla pajsaġġ imsaġġar. Dan tal-aħħar jikkaratterizza ż-żona ġeografika tal-“Volailles d’Ancenis”.
In-natura msaġġra tikkonsisti fi sġajriet li jiddefinixxu l-mergħat li jippromwovu t-trobbija tat-tjur fil-beraħ. Din toffri protezzjoni mir-riħ u l-predaturi. Tipprovdi aktar pereċ naturali kif ukoll insetti u naqal li jippromwovu l-iżvilupp tat-tjur. Tippromwovi wkoll l-esplorazzjoni tal-mergħa kollha kemm hi.
L-għażla ta’ razez b’saħħithom, ikkumbinat ma' klima fil-biċċa l-kbira moderata u oċeanika, kif ukoll is-sġajriet protettivi, jippermettu l-ħruġ bikri tal-annimali. Dan il-ħruġ bikri jagħmilha possibbli għat-tjur li jinġestu ammont abbundanti ta’ ħaxix.
Waħda mill-imġibiet naturali ta’ dawn ir-razez b’saħħithom hija li jżommu fuq perċa, li jistgħu jiffurmaw fuq iz-zkuk il-baxxi tas-sġajriet iżda wkoll fil-gallinari fejn il-bdiewa jipprovdulhom il-pereċ. Din l-attività regolari għalhekk tagħmilha possibbli li jiġu ggarantiti l-karatteristiċi tal-“Volailles d’Ancenis”.
Fil-każ tat-tiġieġ, l-imġibiet naturali l-oħra, li huma t-tnaqqir u l-brix, huma promossi mill-bdiewa li kuljum jitfgħu l-qamħ bl-idejn kif ukoll jipprovdu l-oġġetti tat-tnaqqir. Dawn huma kollha elementi li, peress li jiżguraw il-kalma tat-tjur, element neċessarju għat-tismin tajjeb tagħhom, flimkien ma’ perjodu twil ta’ trobbija, jippermettu l-iżvilupp ittondjat karatteristiku tal-karkassi.
Il-karattru tradizzjonali ta’ din il-produzzjoni rriżulta l-ewwel nett f’reputazzjoni reġjonali affermata mill-eżistenza ta’ suq tat-tjur ta’ kull ġimgħa f’Ancenis.
Dawn l-elementi kollha jagħtu lill-prodott finali kwalità rikonoxxuta kif muri mill-medalji miksuba mill-Concours Général Agricole de Paris mill-1995 ’l hawn.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://www.legifrance.gouv.fr/affichTexte.do?cidTexte=JORFTEXT000039121349&dateTexte=&categorieLien=id
|
20.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/27 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33
(2020/C 395/07)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
NOTIFIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU
« KUNSÁG/KUNSÁGI »
PDO-HU-A1332-AM03
Data tal-komunikazzjoni: 10.9.2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. L-estensjoni taż-żona tal-produzzjoni lil hinn miż-żona demarkata
|
(a) |
L-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata:
|
|
(b) |
L-intestatura tad-dokument uniku affettwata:
|
|
(c) |
Ġustifikazzjoni: Għal raġunijiet ta’ kompetittività u biex jiżdiedu l-opportunitajiet li jintuża l-għeneb imkabbar f’din iż-żona, ikun utli li tiġi estiża l-produzzjoni barra miż-żona demarkata għaż-żona kollha permessa mir-regoli. Din iż-żona tipprovdi l-istess kundizzjonijiet ta’ pproċessar bħal dawk applikabbli fiż-żona attwali ta’ produzzjoni koperta mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Kunság/Kunsági. |
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Kunság
Kunsági
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
4. |
Inbid frizzanti |
|
9. |
Inbejjed semifrizzanti bil-gass |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbid — Inbid tal-varjetà rożè u cuvée
L-inbejjed għandhom kulur roża ċar, roża, jew vjola ċar; għandhom aċidità ħafifa u vivaċi, u togħma u fwieħa ta’ frott. Skont il-kontenut taz-zokkor, jistgħu jkunu xotti, nofshom misjura, ħelwin mezzana jew ħelwin.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Inbid tal-varjetà siller u cuvée
L-inbejjed varjetali għandhom fwieħa u togħma karatteristika tal-varjetà użata; l-inbejjed coupage għandhom fwieħa u togħma li jirriflettu l-proporzjonijiet relattivi tal-varjetajiet użati. L-inbejjed għandhom aċidità ħafifa, kontenut moderat ta’ tannini, u palat. Skont il-kontenut taz-zokkor, jistgħu jkunu xotti, nofshom misjura, ħelwin mezzana jew ħelwin.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Inbid tal-varjetà bajda u cuvée
L-inbejjed huma ta’ lewn aħdar ċar, isfar ċar jew lewn it-tiben aktar qawwi; ta’ spiss idubu b’qawwa alkoħolika baxxa; għandhom togħma friska, b’karattru ta’ frott tas-sajf u kultant ċitrużi. Skont il-kontenut taz-zokkor, jistgħu jkunu xotti, nofshom misjura, ħelwin mezzana jew ħelwin.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
16,67 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Inbid tal-varjetà ħamra u cuvée
L-inbejjed huma ta’ lewn id-demm jew aktar skur; għandhom fwieħa qawwija ta’ frott u ta’ ħwawar u togħma mhux matura, b’kontenut moderat ta’ tannini, aċidità pjaċevoli u qawwa alkoħolika. Skont il-kontenut taz-zokkor, jistgħu jkunu xotti, nofshom misjura, ħelwin mezzana jew ħelwin.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Inbid tal-varjetà bajda jew cuvée bi ħsad tardiv
L-inbejjed huma kulur id-deheb; għandhom fwieħa kumplessa u konsistenza qawwija u żejtnija, b’noti ta’ tqaddim fil-bettija tal-injam u fil-flixkun. Dawn għandhom aċidità u qawwa alkoħolika pjaċevoli, ta’ spiss b’kontenut residwu ta’ zokkor.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
33,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Inbid tal-varjetà ħamra jew cuvée bi ħsad tardiv
L-inbejjed huma ta’ lewn id-demm jew aktar skur; għandhom fwieħa kumplessa u konsistenza qawwija u żejtnija b’noti ta’ tqaddim fil-bettija tal-injam u fil-flixkun. Dawn għandhom aċidità u qawwa alkoħolika pjaċevoli, ta’ spiss b’kontenut residwu ta’ zokkor.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
33,33 |
|
Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Inbid tal-varjetà bajda jew cuvée bi ħsad magħżul
L-inbejjed huma ta’ lewn isfar fl-aħdar; għandhom fwieħa u togħma karatteristika tal-varjetà ta’ għeneb użata; għandhom aċidità vivaċi, korp medju u karattru alkoħoliku. L-inbid jista’ jkun xott, nofsu misjur, ħelu mezzan jew ħelu.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Inbid tal-varjetà rożè jew cuvée bi ħsad magħżul
L-inbejjed huma ta’ kulur roża ċar, roża għal vjola ċar; għandhom aċidità delikata uħafifa kif ukoll fwieħa qawwija ta’ frott. Skont il-kontenut taz-zokkor, jistgħu jkunu xotti, nofshom misjura, ħelwin mezzana jew ħelwin.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Inbid tal-varjetà ħamra jew cuvée bi ħsad magħżul
L-inbejjed huma ta’ lewn id-demm jew aħmar skur; għandhom fwieħa ta’ frott u kultant ta' ħwawar, palat medju, karattru ħafif b’noti ta’ tqaddim fil-bettija tal-injam u fil-flixkun, u kontenut moderat ta’ tannini. Skont il-kontenut taz-zokkor, jistgħu jkunu xotti, nofshom misjura, ħelwin mezzana jew ħelwin.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Inbid tal-varjetà bajda jew cuvée magħmul minn għeneb imqadded
L-inbejjed huma kulur id-deheb; għandhom fwieħa kumplessa, kontenut għoli ta’ zokkor naturali u konsistenza qawwija u żejtnija; it-togħma u l-aroma huma kumplessi b’noti ta’ għasel, frott misjur jew imnixxef, u f’ċerti każijiet botrytis; ġeneralment ikunu ħelwin mezzana jew ħelwin.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
33,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Inbid tal-varjetà ħamra jew cuvée magħmul minn għeneb imqadded
L-inbejjed huma ta’ lewn id-demm jew aħmar skur. Inbejjed b’saħħithom u b’palat qawwi, għandhom fwieħa kkaratterizzata mill-aromi ta’ frott u/jew ħwawar misjura jew imnixxfa, u togħma li hija tipika ta’ tqaddim fil-bettija tal-injam jew fil-flixkun. Għandhom kontenut moderat ta’ tannini u spiss ikollhom kontenut residwu ta’ zokkor.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
33,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Ice wine abjad
L-inbid huwa kulur ta’ deheb imqaddem; għandu fwieħa rikka u kumplessa, aċidità vivaċi u kontenut għoli ħafna ta’ zokkor; għandu togħma konċentrata, ħelwa tal-għasel.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
33,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid — Ice wine aħmar
L-inbid huwa ta’ kulur aħmar fil-bronż; il-fwieħa hija rikka u kumplessa, għandu kontenut għoli ħafna ta’ zokkor; it-togħma hija kkonċentrata u ħelwa bħall-għasel, b’kontenut moderat ta’ tannini.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
33,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid frizzanti — Abjad
L-inbejjed frizzanti għandhom il-kulur indikat mill-varjetà; il-fwieħa u t-togħma tagħhom huma newtrali jew karatteristiċi tal-varjetà tal-għeneb użata; dawn għandhom aċidità armonika u huma ħfief u arjużi, b’effervexxenza persistenti.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid frizzanti — Rożè
L-inbejjed frizzanti għandhom il-kulur indikat mill-varjetà; il-fwieħa u t-togħma tagħhom huma newtrali jew karatteristiċi tal-varjetà tal-għeneb użata; dawn għandhom aċidità armonika u huma ħfief u arjużi, b’effervexxenza persistenti.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid frizzanti — Aħmar
L-inbejjed frizzanti għandhom il-kulur indikat mill-varjetà; il-fwieħa u t-togħma tagħhom huma newtrali jew karatteristiċi tal-varjetà tal-għeneb użata; dawn għandhom aċidità armonika u huma ħfief u arjużi, b’effervexxenza persistenti.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid semifrizzanti bil-gass — Abjad
L-inbejjed semifrizzanti bil-gass huma ta’ lewn isfar ċar fl-aħdar għal isfar ċar lewn it-tiben; għandhom qawwa alkoħolika relattivament baxxa, aċidità qawwija u huma ftit frizzanti. Dawn jistgħu jkunu xotti, ħelwin mezzana jew ħelwin. Dawn huma nbejjed vivaċi, friski bi fwieħa u togħma ta’ għeneb frisk.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
7 |
|
Aċidità totali minima: |
5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid semifrizzanti bil-gass — Rożè
L-inbejjed semifrizzanti huma ta’ lewn roża ċar għal roża; għandhom qawwa alkoħolika relattivament baxxa, aċidità qawwija u huma ftit frizzanti. Dawn jistgħu jkunu xotti, ħelwin mezzana jew ħelwin. Dawn huma nbejjed vivaċi, friski bi fwieħa u togħma ta’ għeneb frisk.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
7 |
|
Aċidità totali minima: |
5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Inbid semifrizzanti bil-gass — Aħmar
L-inbejjed semifrizzanti huma ta’ lewn vjola ċar; għandhom qawwa alkoħolika relattivament baxxa, aċidità qawwija u huma ftit frizzanti. Dawn jistgħu jkunu xotti, ħelwin mezzana jew ħelwin. Dawn huma nbejjed vivaċi, friski bi fwieħa u togħma ta’ għeneb frisk.
|
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta' diossidu tal-kubrit. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
7 |
|
Aċidità totali minima: |
5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Prattiki enoloġiċi obbligatorji — Inbid (1)
Prattika enoloġika speċifika
Inbejjed tal-varjetà bajda u cuvée, Inbejjed tal-varjetà rożè u cuvée:
|
— |
l-għeneb għandu jiġi pproċessat fil-jum li fih jinqata’; |
|
— |
l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet tal-għasir; |
|
— |
il-most irid jiġi ppurifikat; |
Inbejjed tal-varjetà siller u cuvée, Inbejjed tal-varjetà ħamra u cuvée:
|
— |
il-polpa tal-għeneb għandha tiġi ffermentata fuq il-qoxra; |
|
— |
l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet tal-għasir; |
Inbejjed tal-varjetà bajda jew cuvée bi ħsad tardiv:
|
— |
l-għeneb għandu jiġi pproċessat fil-jum li fih jinqata’; |
|
— |
l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet tal-għasir; |
|
— |
il-most irid jiġi ppurifikat; |
|
— |
l-inbid jista’ jiġi bbottiljat l-aktar kmieni fl-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-ħsad; |
|
— |
qabel it-tqegħid fis-suq jeħtieġ li jitqaddem fil-fliexken għal 3 xhur; |
Inbejjed tal-varjetà ħamra jew cuvée bi ħsad tardiv:
|
— |
il-polpa tal-għeneb għandha tiġi ffermentata fuq il-qoxra; |
|
— |
l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet tal-għasir; |
|
— |
l-inbid jista’ jiġi bbottiljat l-aktar kmieni fl-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-ħsad; |
|
— |
qabel it-tqegħid fis-suq jeħtieġ li jitqaddem fil-fliexken għal 3 xhur; |
Inbejjed tal-varjetà bajda jew cuvée bi ħsad magħżul:
|
— |
l-għeneb għandu jiġi pproċessat fil-jum li fih jinqata’; |
|
— |
l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet tal-għasir; |
|
— |
il-most irid jiġi ppurifikat; |
|
— |
l-inbid jista’ jiġi bbottiljat l-aktar kmieni fl-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-ħsad; |
|
— |
qabel it-tqegħid fis-suq jeħtieġ li jitqaddem fil-fliexken għal 3 xhur; |
Prattiki enoloġiċi obbligatorji — Inbid (2)
Prattika enoloġika speċifika
Inbejjed tal-varjetà rożè jew cuvée bi ħsad magħżul:
|
— |
l-għeneb għandu jiġi pproċessat fil-jum li fih jinqata’; |
|
— |
l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet tal-għasir; |
|
— |
il-most irid jiġi ppurifikat; |
|
— |
l-inbid jista’ jiġi bbottiljat l-aktar kmieni fl-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-ħsad; |
Inbejjed tal-varjetà ħamra jew cuvée bi ħsad magħżul:
|
— |
il-polpa tal-għeneb għandha tiġi ffermentata fuq il-qoxra; |
|
— |
l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet tal-għasir; |
|
— |
l-inbid jista’ jiġi bbottiljat l-aktar kmieni fl-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-ħsad; |
|
— |
qabel it-tqegħid fis-suq jeħtieġ li jitqaddem fil-fliexken għal 3 xhur; |
Inbejjed tal-varjetà bajda jew cuvée magħmula minn għeneb imqadded:
|
— |
l-għeneb għandu jiġi pproċessat fil-jum li fih jinqata’; |
|
— |
l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet tal-għasir; |
|
— |
il-most irid jiġi ppurifikat; |
|
— |
l-inbid jista’ jiġi bbottiljat l-aktar kmieni fl-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-ħsad; |
|
— |
qabel it-tqegħid fis-suq jeħtieġ li jitqaddem fil-fliexken għal 3 xhur; |
Inbejjed ħomor varjetali jew cuvée magħmula minn għeneb imqadded:
|
— |
il-polpa tal-għeneb għandha tiġi ffermentata fuq il-qoxra; |
|
— |
l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet tal-għasir; |
|
— |
l-inbid jista’ jiġi bbottiljat l-aktar kmieni fl-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-ħsad; |
|
— |
qabel it-tqegħid fis-suq jeħtieġ li jitqaddem fil-fliexken għal 3 xhur; |
Ice wine abjad u Ice wine aħmar:
|
— |
ħsad manwali f’temperatura ta’ inqas minn -7 °C; |
|
— |
għasir tal-għeneb fi stat iffriżat; |
|
— |
fermentazzjoni sakemm jintlaħaq il-kontenut meħtieġ taz-zokkor; |
|
— |
tqaddim ta’ mill-inqas 6 xhur fil-fliexken; |
Prattiki enoloġiċi mhux permessi — Inbid
Prattika enoloġika speċifika
Inbejjed bojod varjetali jew cuvée bi ħsad tardiv, Inbejjed ħomor varjetali jew cuvée bi ħsad tardiv, Inbejjed bojod varjetali jew cuvée bi ħsad magħżul, Inbejjed rożè varjetali jew cuvée bi ħsad magħżul, Inbejjed ħomor varjetali jew cuvée bi ħsad magħżul, Inbejjed bojod varjetali jew cuvée magħmula minn għeneb imqadded, Inbejjed ħomor varjetali jew cuvée magħmula minn għeneb imqadded, Ice wine abjad, Ice wine aħmar:
|
— |
l-arrikkiment tal-most; |
|
— |
iż-żieda fil-ħlewwa fl-inbid; |
Regoli li jirregolaw il-kultivazzjoni tad-dwieli — Il-metodu ta’ kultivazzjoni u d-densità tat-tħawwil
Prattika ta’ kultivazzjoni
Għal vinji eżistenti mħawla qabel il-31 ta’ Diċembru 2011, l-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Kunság/Kunsági jistgħu jsiru minn għeneb li joriġina mill-vinja, sakemm il-vinja tibqa’ operattiva, irrispettivament mill-metodu ta’ taħriġ jew mid-densità tat-tħawwil tal-vinja.
Għal vinji stabbiliti wara l-31 ta’ Diċembru 2011, il-prodotti bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Kunság/Kunsági jistgħu jsiru biss minn għeneb li joriġina minn vinji mħawla permezz tal-metodi ta’ taħriġ li ġejjin:
|
— |
Dwieli mħarrġa f'forma ta' sġajriet baxxi; |
|
— |
Tħarriġ f'forma ta’ mrewħa; |
|
— |
Tħarriġ Moser; |
|
— |
Tħarriġ fuq spalliera sempliċi; |
|
— |
Tħarriġ Sylvoz; |
Għall-vinji stabbiliti wara l-1 ta’ Jannar 2012, id-densità tat-tħawwil għandha tkun ta’ mill-inqas 3 300 dielja għal kull ettaru. Meta tkun qed tiġi ddeterminata d-distanza bejn ir-ringieli u bejn id-dwieli, minbarra l-ispazjar bejn ir-ringieli u l-ispazjar bejn id-dwieli, huwa aċċettabbli wkoll it-tħawwil ta’ ringieli doppji u/jew ta’ dwieli doppji. Id-distanza bejn ir-ringieli għandha tkun ta’ mill-inqas 1,00 m u mhux aktar minn 3,60 m, filwaqt li d-distanza bejn id-dwieli għandha tkun ta’ mill-inqas 0,60 m u mhux aktar minn 1,20 m. Fil-każ ta’ dwieli doppji, id-distanza medja bejn id-dwieli hija l-fattur determinanti.
Meta tkun qed tiġi ddeterminata t-tagħbija tad-dwieli, l-għadd ta’ blanzuni ħfief ħajjin li jitħallew f’kull dielja ma jistax jaqbeż 16 għal kull m2, irrispettivament mill-metodu ta’ kultivazzjoni. Ir-rendiment finali meħtieġ biex jintlaħqu l-miri tal-produzzjoni għandu jiġi stabbilit permezz ta’ regolamentazzjoni tal-għanqud kif meħtieġ matul il-perjodu tal-veġetazzjoni.
Għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-inbid tikkettati bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Kunság/Kunsági, jista’ jintuża biss l-għeneb li joriġina minn vinji bi proporzjon ta’ nuqqas ta’ dwieli ta’ inqas minn 10 %.
Regoli li jirregolaw il-kultivazzjoni tad-dwieli — It-twaqqit u l-metodu tal-ħsad u l-kwalità tal-għeneb
Prattika ta’ kultivazzjoni
Id-data li fiha jibda l-ħsad hija stabbilita mill-kunsill kompetenti tal-komunità tal-inbid kull sena u hija ddeterminata abbażi tal-ħsad tat-test imwettaq kull ġimgħa mill-1 ta’ Awwissu ta’ kull sena.
Prodott magħmul minn għeneb maqtugħ qabel id-data tal-bidu ddefinita mill-komunità tal-inbid ma jistax jiġi pprovdut b’ċertifikat tal-oriġini f’kategorija taħt id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Kunság/Kunsági u ma jistax jiġi kkummerċjalizzat b’indikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Kunság/Kunsági. Id-data tal-ħsad hija ppubblikata fil-forma ta’ tħabbira mill-komunitajiet tal-inbid.
Għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid, il-kontenut minimu taz-zokkor u l-qawwa alkoħolika potenzjali tal-għeneb għandhom jiġu applikati skont it-tabella li ġejja, f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali Ungeriża u tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ.
Matul il-ħsad, normalment huma permessi kemm metodi ta’ ħsad manwali kif ukoll mekkaniċi, iżda t-tipi li ġejjin jistgħu jsiru biss minn għeneb maħsad manwalment:
|
— |
inbid bi ħsad tardiv; |
|
— |
inbid bi ħsad magħżul; |
|
— |
inbid magħmul minn għeneb imqadded; |
|
— |
ice wine. |
Il-kontenut minimu ta’ zokkor naturali, u l-qawwa alkoħolika potenzjali minima tal-għeneb
Prattika ta’ kultivazzjoni
|
Varjetà/Kategorija tal-inbid |
Il-kontenut minimu ta’ zokkor naturali tal-għeneb fil-grad ta’ most Ungeriż (Magyar mustfok — [MM°], f’temperatura ta’ 17.5 °C) |
|
|
Inbejjed — Inbid tal-varjetà bajda u cuvée, Inbid tal-varjetà rożè u cuvée, Inbid tal-varjetà siller u cuvée, Inbid tal-varjetà ħamra u cuvée: |
14,82 |
|
|
Inbid — Inbid abjad u aħmar bi ħsad tardiv: |
19,00 |
|
|
Inbid — Inbid abjad, rożè u aħmar bi ħsad magħżul: |
19,00 |
|
|
Inbid — Inbid abjad u aħmar magħmul minn għeneb imqadded: |
20,00 |
|
|
Inbid — Ice wine abjad u aħmar: |
16,66 |
25,00 |
|
Inbid frizzanti: |
14,82 |
|
|
Inbid semifrizzanti bil-gass: |
14,82 |
|
Qawwa alkoħolika potenzjali minima tal-għeneb ([% vol], f’temperatura ta’ 20 °C)
|
Inbejjed — Inbid tal-varjetà bajda u cuvée, Inbid tal-varjetà rożè u cuvée, Inbid tal-varjetà siller u cuvée, Inbid tal-varjetà ħamra u cuvée: |
9,0 |
|
Inbid — Inbid abjad u aħmar bi ħsad tardiv: |
12,08 |
|
Inbid — Inbid abjad, rożè u aħmar bi ħsad magħżul: |
12,08 |
|
Inbid — Inbid abjad u aħmar magħmul minn għeneb imqadded: |
12,83 |
|
Inbid — Ice wine abjad u aħmar: |
16,66 |
|
Inbid frizzanti: |
9,0 |
|
Inbid semifrizzanti bil-gass: |
9,0 |
b. Rendimenti massimi
Inbejjed tal-varjetà bajda u cuvée, Inbejjed tal-varjetà rożè u cuvée, Inbejjed tal-varjetà siller u cuvée, Inbejjed tal-varjetà ħamra u cuvée: Inbejjed frizzanti,
100 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed tal-varjetà bajda u cuvée, Inbejjed tal-varjetà rożè u cuvée, Inbejjed tal-varjetà siller u cuvée, Inbejjed tal-varjetà ħamra u cuvée: Inbejjed frizzanti,
14 300 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Inbejjed semifrizzanti bil-gass
100 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed semifrizzanti bil-gass
14 300 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Inbejjed tal-varjetà bajda u ħamra jew cuvée bi ħsad tardiv
70 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed tal-varjetà bajda u ħamra jew cuvée bi ħsad tardiv
10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Inbejjed tal-varjetà bajda, rożè u ħamra jew cuvée, bi ħsad magħżul
70 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed tal-varjetà bajda, rożè u ħamra jew cuvée, bi ħsad magħżul
10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Inbejjed tal-varjetà bajda u ħamra jew cuvée magħmula minn għeneb imqadded, Ice wines bojod u ħomor
42 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed tal-varjetà bajda u ħamra jew cuvée magħmula minn għeneb imqadded, Ice wines bojod u ħomor
6 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żoni fil-muniċipalitajiet li ġejjin li huma kklassifikati bħala Klassi I u II skont il-katast tal-vinji: Abony, Akasztó, Albertirsa, Apostag, Ágasegyháza, Ballószög, Balotaszállás, Bácsalmás, Bácsszőlős, Bénye, Bócsa, Bugac, Cegléd, Ceglédbercel, Cibakháza, Csemő, Csengőd, Cserkeszőlő, Csépa, Csikéria, Csólyospálos, Dány, Dunapataj, Dunavecse, Dömsöd, Felsőlajos, Fülöpháza, Fülöpjakab, Fülöpszállás, Harta, Gomba, Harkakötöny, Helvécia, Hernád, Imrehegy, Inárcs, Izsák, Jakabszállás, Jánoshalma, Jászberény, Jászszentandrás, Jászszentlászló, Kakucs, Kaskantyú, Kecel, Kecskemét, Kelebia, Kerekegyháza, Kéleshalom, Kiskőrös, Kiskunfélegyháza, Kiskunhalas, Kiskunmajsa, Kisszállás, Kocsér, Kóka, Kömpöc, Kunbaja, Kunbaracs, Kunfehértó, Kunszállás, Kunszentmiklós, Ladánybene, Lajosmizse, Lakitelek, Mélykút, Monor, Monorierdő, Móricgát, Nagykáta, Nagykőrös, Nagyrév, Nyárlőrinc, Nyársapát, Ócsa, Orgovány, Örkény, Páhi, Pálmonostora, Petőfiszállás, Pilis, Pirtó, Ráckeve, Solt, Soltszentimre, Soltvadkert, Szabadszállás, Szank, Szelevény, Szentkirály, Szigetcsép, Szigetszentmárton, Szigetújfalu, Tabdi, Tápiószentmárton, Tápiószele, Tázlár, Tiszaalpár, Tiszajenő, Tiszaföldvár, Tiszainoka, Tiszakécske, Tiszakürt, Tiszasas, Tiszaug, Tompa, Tóalmás, Tököl, Újlengyel, Újszilvás u Zsana
7. Varjetà/varjetajiet ewlenin tal-għeneb tal-inbid
arany sárfehér — fehér dinka
arany sárfehér — huszár szőlő
arany sárfehér — izsáki
arany sárfehér — izsáki sárfehér
arany sárfehér — német dinka
blauburger
bíbor kadarka
cabernet franc — cabernet
cabernet franc — carbonet
cabernet franc — carmenet
cabernet franc — gros cabernet
cabernet franc — gros vidur
cabernet franc — kaberne fran
cabernet sauvignon
chardonnay — chardonnay blanc
chardonnay — kereklevelű
chardonnay — morillon blanc
chardonnay — ronci bilé
chasselas — chasselas blanc
chasselas — chasselas dorato
chasselas — chasselas doré
chasselas — chrupka belia
chasselas — fehér fábiánszőlő
chasselas — fehér gyöngyszőlő
chasselas — fendant blanc
chasselas — saszla belaja
chasselas — weisser gutedel
cserszegi fűszeres
ezerfürtű
ezerjó — kolmreifler
ezerjó — korponai
ezerjó — szadocsina
ezerjó — tausendachtgute
ezerjó — tausendgute
ezerjó — trummertraube
furmint — furmint bianco
furmint — moslavac bijeli
furmint — mosler
furmint — posipel
furmint — som
furmint — szigeti
furmint — zapfner
generosa
gyöngyrizling
hamburgi muskotály — miszket hamburgszki
hamburgi muskotály — moscato d'Amburgo
hamburgi muskotály — muscat de hambourg
hamburgi muskotály — muscat de hamburg
hamburgi muskotály — muszkat gamburgszkij
hárslevelű — feuilles de tilleul
hárslevelű — garszleveljü
hárslevelű — lindeblättrige
hárslevelű — lipovina
irsai olivér — irsai
irsai olivér — muskat olivér
irsai olivér — zolotis
irsai olivér — zolotisztüj rannüj
jubileum 75
kadarka — csetereska
kadarka — fekete budai
kadarka — gamza
kadarka — jenei fekete
kadarka — kadar
kadarka — kadarka negra
kadarka — negru moale
kadarka — szkadarka
kadarka — törökszőlő
karát
királyleányka — dánosi leányka
királyleányka — erdei sárga
királyleányka — feteasca regale
királyleányka — galbena de ardeal
királyleányka — königliche mädchentraube
királyleányka — königstochter
királyleányka — little princess
kármin
kékfrankos — blauer lemberger
kékfrankos — blaufränkisch
kékfrankos — limberger
kékfrankos — moravka
kéknyelű — blaustängler
kékoportó — blauer portugieser
kékoportó — modry portugal
kékoportó — portugais bleu
kékoportó — portugalske modré
kékoportó — portugizer
kövidinka — a dinka crvena
kövidinka — a dinka mala
kövidinka — a dinka rossa
kövidinka — a kamena dinka
kövidinka — a ruzsica
kövidinka — steinschiller
leányka — dievcenske hrozno
leányka — feteasca alba
leányka — leányszőlő
leányka — mädchentraube
merlot
mátrai muskotály
nektár
olasz rizling — grasevina
olasz rizling — nemes rizling
olasz rizling — olaszrizling
olasz rizling — riesling italien
olasz rizling — risling vlassky
olasz rizling — taljanska grasevina
olasz rizling — welschrieslig
ottonel muskotály — miszket otonel
ottonel muskotály — muscat ottonel
ottonel muskotály — muskat ottonel
pinot blanc — fehér burgundi
pinot blanc — pinot beluj
pinot blanc — pinot bianco
pinot blanc — weissburgunder
pinot noir — blauer burgunder
pinot noir — kisburgundi kék
pinot noir — kék burgundi
pinot noir — kék rulandi
pinot noir — pignula
pinot noir — pino csernüj
pinot noir — pinot cernii
pinot noir — pinot nero
pinot noir — pinot tinto
pinot noir — rulandski modre
pinot noir — savagnin noir
pinot noir — spätburgunder
pozsonyi fehér — czétényi
pozsonyi fehér — czétényi fehér
rajnai rizling — johannisberger
rajnai rizling — rheinriesling
rajnai rizling — rhine riesling
rajnai rizling — riesling
rajnai rizling — riesling blanc
rajnai rizling — weisser riesling
rizlingszilváni — müller thurgau
rizlingszilváni — müller thurgau bijeli
rizlingszilváni — müller thurgau blanc
rizlingszilváni — rivaner
rizlingszilváni — rizvanac
sauvignon — sauvignon bianco
sauvignon — sauvignon bijeli
sauvignon — sauvignon blanc
sauvignon — sovinjon
szürkebarát — auvergans gris
szürkebarát — grauburgunder
szürkebarát — graumönch
szürkebarát — pinot grigio
szürkebarát — pinot gris
szürkebarát — ruländer
tramini — gewürtztraminer
tramini — roter traminer
tramini — savagnin rose
tramini — tramin cervené
tramini — traminer
tramini — traminer rosso
zengő
zenit
zweigelt — blauer zweigeltrebe
zweigelt — rotburger
zweigelt — zweigeltrebe
zöld veltelíni — grüner muskateller
zöld veltelíni — grüner veltliner
zöld veltelíni — veltlinské zelené
zöld veltelíni — zöldveltelíni
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
“Għall-kategoriji kollha — Deskrizzjoni taż-żona demarkata”
|
(a) |
Fatturi naturali u kulturali
Iż-żona demarkata għall-produzzjoni tinsab fil-parti ċentrali tal-Ungerija. Fil-biċċa l-kbira tinsab f’żona tal-Pjanura Ungeriża mdawra mix-Xmajjar Danubju u Tisza, magħrufa bħala l-Interfluvju tad-Danubju-Tisza, u fir-reġjun ta’ Tiszazug. Lejn il-majjistral hemm il-Gżira ta’ Csepel. Mat-Tramuntana, hija konnessa ma’ xi żoni ta’ produzzjoni tal-għoljiet ta’ Gödöllő. Il-karatteristiċi ambjentali taż-żona ta’ produzzjoni huma ddeterminati l-aktar mill-pożizzjoni tal-pjanura tagħha f’altitudni baxxa. Iż-żona hija inqas minn 150 m taħt il-livell tal-baħar. L-art hija ċatta, b’differenzi fl-altitudni ta’ mhux aktar minn 10-20 m. Il-biċċa l-kbira taż-żoni tal-produzzjoni tar-reġjun tal-inbid ta’ Kunság għandhom ħamrija ramlija kalkarja (umu u ramel li jinżel bik meta timxi fuqu), kif ukoll ħamrija tal-foresta kannella, chernozem, ħamrija ta’ mergħa qarsa u mergħa alluvjali. Tipikament, it-trab ramli jisħon malajr, il-kulur ħafif tiegħu jirrifletti aħjar id-dawl tax-xemx (li jgħin fil-maturazzjoni tal-għeneb) u huwa immuni għall-filossera minħabba l-kontenut tiegħu tal-kwarz, li jaqbeż il-75 %. Min-naħa l-oħra, il-kapaċità tiegħu li jipprovdi nutrijenti u li jaħżen l-ilma u l-kontenut minerali tiegħu huma relattivament baxxi. Il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona ta’ produzzjoni huma prinċipalment iddeterminati mill-klima kontinentali predominanti fl-Ungerija, li hija kkaratterizzata fuq kollox minn sjuf sħan u xtiewi kesħin. It-temperatura medja hija ta’ madwar 10-11 °C. Il-mewġiet ta’ sħana huwa frekwenti fix-xhur tal-perjodu tal-veġetazzjoni, jiġifieri f’Lulju u f’Awwissu. L-għadd medju ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx huwa ta’ aktar minn 2 000 siegħa fis-sena. Ix-xita annwali medja hija ta’ 450-500 mm, li tissodisfa bil-kbir il-ħtiġijiet tal-għeneb, għalkemm b’distribuzzjoni annwali mhux uniformi. |
|
(b) |
Fatturi umani
Minħabba d-daqs ġeografiku kbir tagħha, iż-żona ta’ produzzjoni għandha tradizzjonijiet rikki ta’ tkabbir tad-dwieli u ta’ produzzjoni tal-inbid. L-ewwel referenzi bil-miktub għall-vinji fiż-żona jmorru lura għall-1075. Fil-Medju Evu, il-produzzjoni tal-inbid kienet taqdi l-bżonnijiet lokali. Wara l-okkupazzjoni Torka, ġew imħawla dwieli fiż-żona demarkata sabiex jiġu rriabilitati żoni ramlija abbandunati u biex ir-ramel jgħaqqad ir-ramel li jinżel bik meta timxi fuqu. L-epidemija tal-filossera tal-1875 ħalliet dwieli li kważi ma ntmessux, u fil-biċċa l-kbira tejbet ir-rwol tagħhom. L-iżviluppi teknoloġiċi fl-aħħar tas-seklu 19 tejbu b’mod sinifikanti l-kwalità tal-inbejjed tar-reġjun. Mill-bidu tal-1900, l-inbejjed taż-żoni tal-produzzjoni saru magħrufa ħafna u s-suq tagħhom kiber b’mod sinifikanti. B’riżultat ta’ dan, iż-żona tal-vinji mmultiplikat. L-iżviluppi teknoloġiċi kontinwi u li għadhom għaddejjin jippermettu l-użu tat-teknoloġija riduttiva u l-produzzjoni ta’ nbejjed bojod u rożè li llum huma popolari u nbejjed ħomor friski li jenfasizzaw it-togħma tal-frott tal-għeneb. Is-slogan tar-reġjun tal-inbid, “A Kunsági Bor a Mindennapok Bora” [“L-inbejjed ta’ Kunság huma nbejjed għal kuljum”], ilu protett mis-sena 2000. Il-produtturi taż-żona demarkata jagħżlu strutturi ta’ varjetà adatti għall-potenzjal offrut mill-kundizzjonijiet ekoloġiċi, jiżviluppaw b’mod konxju l-proporzjon ġeografiku ta’ varjetajiet tradizzjonali u ġodda, u jużaw tekniki tat-tkabbir tad-dwieli u tal-produzzjoni tal-inbid adattati għall-kundizzjonijiet tas-suq. “Inbid” |
|
2. |
Deskrizzjoni tal-inbejjed
L-inbejjed jiżviluppaw malajr, u għandhom kontenut ta’ aċidu moderat u huma ħfief. L-inbejjed bojod u rożè għandhom aroma intensa u togħma rikka. L-inbejjed ħomor tar-reġjun ġeneralment għandhom togħma ta’ frott u huma ħfief, b’kulur anqas qawwi, u t-tannini tagħhom huma inqas qawwija. Minħabba l-ħamrija ramlija bil-ġir, it-togħma tal-inbejjed hija inqas minerali. L-inbejjed bi ħsad magħżul huma karatteristiċi tal-varjetà tagħhom, u għandhom kontenut ibbilanċjat ta’ aċidu, alkoħol u zokkor. L-inbejjed bi ħsad tardiv u l-inbejjed magħmula minn għeneb imqadded huma b’palat qawwi u għandhom karattru distintiv minħabba l-metodu ta’ produzzjoni u tqaddim. Dawn fihom zokkor residwu. L-ice wines għandhom palat qawwi; għandhom togħma bbilanċjata u ħelwa minħabba l-kontenut residwu tagħhom ta’ zokkor, aċidu u alkoħol. |
|
3. |
Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott
L-ambjent ekoloġiku, b’mod partikolari l-ħamrija ramlija, għandu impatt sinifikanti fuq il-karatteristiċi tal-inbejjed. Dawn il-karatteristiċi huma partikolarment preżenti fl-inbejjed li jiżviluppaw malajr, normalment inbejjed eħfef b’aċidità relattivament baxxa, aktar ħeffa, aċidi li jiżviluppaw malajr u qawwa alkoħolika moderata fil-biċċa l-kbira tas-snin tal-vendemmja. L-inbejjed għandhom kontenut minerali aktar baxx tipiku ta’ ħamrija ramlija. L-inbejjed taż-żona tal-produzzjoni huma prinċipalment indikati bħala nbejjed b’maturazzjoni qasira għal konsum bikri. L-ambjent ekoloġiku ta lok għat-tixrid ta’ diversi varjetajiet tradizzjonali ta’ nbid fiż-żona (Ezerjó, Kadarka, Kövidinka). Il-karattru tipiku tal-varjetajiet jista’ jiġi intensifikat minn ħsad magħżul. F’ċerti snin tal-vendemmja l-għeneb jipproduċi valuri uniċi. Qtugħ misjur iżżejjed u mqadded jista’ jintuża bħala materja prima għall-inbejjed b’ħafna alkoħol u b’palat qawwi, li l-kwalità tagħhom tiżdied aktar matul it-tqaddim. L-inbejjed ħfief u dawk friski huma materja prima perfetta għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti u l-inbejjed semifrizzanti bil-gass. Ir-reġjun tal-inbid ta’ Kunság jassumi rwol kruċjali fis-settur tad-dwieli u tal-inbid tal-agrikoltura Ungeriża, billi kważi nofs l-għeneb tal-pajjiż jiġi prodott hawn. Minbarra l-valur ekonomiku tagħha, il-produzzjoni tad-dwieli għandha rwol soċjali sinifikanti fil-ġenerazzjoni u s-supplimentar tal-introjtu u fiż-żamma tal-popolazzjoni lokali. Minħabba l-kundizzjonijiet ekoloġiċi lokali (eż. ħamrija ramlija, nuqqas ta’ preċipitazzjoni), it-tkabbir tad-dwieli huwa wieħed mill-aktar attivitajiet ta’ biedja kosteffettivi f’dan ir-reġjun. L-effett tal-formazzjoni tal-pajsaġġ tat-tkabbir tad-dwieli jgħin biex jagħmel ir-reġjun aktar attraenti. Il-vinji kienu effettivi biex jipprevjenu t-tixrid ta’ ramel li jinġarr mir-riħ, u d-dwieli għandhom it-tendenza li jissopravivu aħjar minn pjanti oħra fuq ħamrija b’kapaċità baxxa li żżomm l-ilma. Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid Ungeriżi nattivi u dawk li għadhom kif ġew imnissla jiddominaw il-vinji tar-reġjun tal-inbid ta’ Kunság. Bis-saħħa primarjament tal-inbejjed Muscat relattivament ħfief, b’togħma tal-frott u aromatiċi tar-reġjun, ir-reġjun tal-inbid ta’ Kunság igawdi reputazzjoni b’saħħitha fost il-konsumaturi. “Inbid frizzanti” |
|
(b) |
Fatturi umani
Minbarra l-fatturi umani deskritti hawn fuq, dan li ġej japplika għall-inbejjed frizzanti Kunság/Kunsági: Il-produzzjoni ta’ nbejjed semifrizzanti u frizzanti kienet ibbażata fuq varjetajiet fiż-żona ta’ produzzjoni, li għandhom aċidità partikolari (eż. Ezerjó, Cserszegi fűszeres). |
|
2. |
Deskrizzjoni tal-inbejjed
L-inbejjed frizzanti huma arjużi u ħfief, bi fwieħa friska u b'aċidità vivaċi. |
|
3. |
Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott
L-ambjent ekoloġiku, b’mod partikolari l-ħamrija ramlija, għandu impatt sinifikanti fuq il-karatteristiċi tal-inbejjed. Dawn il-karatteristiċi huma partikolarment preżenti fl-inbejjed li jiżviluppaw malajr, normalment inbejjed eħfef b’aċidità relattivament baxxa, aktar ħeffa, aċidi li jiżviluppaw malajr u qawwa alkoħolika moderata fil-biċċa l-kbira tas-snin tal-vendemmja. L-inbejjed għandhom kontenut minerali aktar baxx tipiku ta’ ħamrija ramlija. L-inbejjed taż-żona tal-produzzjoni huma prinċipalment indikati bħala nbejjed b’maturazzjoni qasira għal konsum bikri. L-ambjent ekoloġiku ta lok għat-tixrid ta’ diversi varjetajiet tradizzjonali ta’ nbid fiż-żona (Ezerjó, Kadarka, Kövidinka). Il-karattru tipiku tal-varjetajiet jista’ jiġi intensifikat minn ħsad magħżul. F’ċerti snin tal-vendemmja l-għeneb jipproduċi valuri uniċi. Qtugħ misjur iżżejjed u mqadded jista’ jintuża bħala materja prima għall-inbejjed b’ħafna alkoħol u b’palat qawwi, li l-kwalità tagħhom tiżdied aktar matul it-tqaddim. L-inbejjed ħfief u dawk friski huma materja prima perfetta għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti u l-inbejjed semifrizzanti bil-gass. Ir-reġjun tal-inbid ta’ Kunság jassumi rwol kruċjali fis-settur tad-dwieli u tal-inbid tal-agrikoltura Ungeriża, billi kważi nofs l-għeneb tal-pajjiż jiġi prodott hawn. Minbarra l-valur ekonomiku tagħha, il-produzzjoni tad-dwieli għandha rwol soċjali sinifikanti fil-ġenerazzjoni u s-supplimentar tal-introjtu u fiż-żamma tal-popolazzjoni lokali. Minħabba l-kundizzjonijiet ekoloġiċi lokali (eż. ħamrija ramlija, nuqqas ta’ preċipitazzjoni), it-tkabbir tad-dwieli huwa wieħed mill-aktar attivitajiet ta’ biedja kosteffettivi f’dan ir-reġjun. L-effett tal-formazzjoni tal-pajsaġġ tat-tkabbir tad-dwieli jgħin biex jagħmel ir-reġjun aktar attraenti. Il-vinji kienu effettivi biex jipprevjenu t-tixrid ta’ ramel li jinġarr mir-riħ, u d-dwieli għandhom it-tendenza li jissopravivu aħjar minn pjanti oħra fuq ħamrija b’kapaċità baxxa li żżomm l-ilma. Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid Ungeriżi nattivi u dawk li għadhom kif ġew imnissla jiddominaw il-vinji tar-reġjun tal-inbid ta’ Kunság. Bis-saħħa primarjament tal-inbejjed Muscat relattivament ħfief, b’togħma tal-frott u aromatiċi tar-reġjun, ir-reġjun tal-inbid ta’ Kunság igawdi reputazzjoni b’saħħitha fost il-konsumaturi. “Inbid semifrizzanti bil-gass” Minbarra l-fatturi umani deskritti hawn fuq, dan li ġej japplika għall-inbejjed frizzanti bil-gass Kunság/Kunsági: Il-produzzjoni ta’ nbejjed semifrizzanti bil-gass kienet ibbażata fuq varjetajiet fiż-żona tal-produzzjoni, li għandhom aċidità partikolari (eż. Ezerjó, Cserszegi fűszeres). |
|
2. |
Deskrizzjoni tal-inbejjed
L-inbejjed semifrizzanti bil-gass għandhom fwieħa friska u huma ħfief. |
|
3. |
Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott
L-ambjent ekoloġiku, b’mod partikolari l-ħamrija ramlija, għandu impatt sinifikanti fuq il-karatteristiċi tal-inbejjed. Dawn il-karatteristiċi huma partikolarment preżenti fl-inbejjed li jiżviluppaw malajr, normalment inbejjed eħfef b’aċidità relattivament baxxa, aktar ħeffa, aċidi li jiżviluppaw malajr u qawwa alkoħolika moderata fil-biċċa l-kbira tas-snin tal-vendemmja. L-inbejjed għandhom kontenut minerali aktar baxx tipiku ta’ ħamrija ramlija. L-inbejjed taż-żona tal-produzzjoni huma prinċipalment indikati bħala nbejjed b’maturazzjoni qasira għal konsum bikri. L-ambjent ekoloġiku ta lok għat-tixrid ta’ diversi varjetajiet tradizzjonali ta’ nbid fiż-żona (Ezerjó, Kadarka, Kövidinka). Il-karattru tipiku tal-varjetajiet jista’ jiġi intensifikat minn ħsad magħżul. F’ċerti snin tal-vendemmja l-għeneb jipproduċi valuri uniċi. Qtugħ misjur iżżejjed u mqadded jista’ jintuża bħala materja prima għall-inbejjed b’ħafna alkoħol u b’palat qawwi, li l-kwalità tagħhom tiżdied aktar matul it-tqaddim. L-inbejjed ħfief u dawk friski huma materja prima perfetta għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti u l-inbejjed semifrizzanti bil-gass. Ir-reġjun tal-inbid ta’ Kunság jassumi rwol kruċjali fis-settur tad-dwieli u tal-inbid tal-agrikoltura Ungeriża, billi kważi nofs l-għeneb tal-pajjiż jiġi prodott hawn. Ir-reġjun tal-inbid ta’ Kunság jassumi rwol kruċjali fis-settur tad-dwieli u tal-inbid tal-agrikoltura Ungeriża, billi kważi nofs l-għeneb tal-pajjiż jiġi prodott hawn. Minħabba l-kundizzjonijiet ekoloġiċi lokali (eż. ħamrija ramlija, nuqqas ta’ preċipitazzjoni), it-tkabbir tad-dwieli huwa wieħed mill-aktar attivitajiet ta’ biedja kosteffettivi f’dan ir-reġjun. L-effett tal-formazzjoni tal-pajsaġġ tat-tkabbir tad-dwieli jgħin biex jagħmel ir-reġjun aktar attraenti. Il-vinji kienu effettivi biex jipprevjenu t-tixrid ta’ ramel li jinġarr mir-riħ, u d-dwieli għandhom it-tendenza li jissopravivu aħjar minn pjanti oħra fuq ħamrija b’kapaċità baxxa li żżomm l-ilma. Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid Ungeriżi nattivi u dawk li għadhom kif ġew imnissla jiddominaw il-vinji tar-reġjun tal-inbid ta’ Kunság. Bis-saħħa primarjament tal-inbejjed Muscat relattivament ħfief, b’togħma tal-frott u aromatiċi tar-reġjun, ir-reġjun tal-inbid ta’ Kunság igawdi reputazzjoni b’saħħitha fost il-konsumaturi. |
9. Kundizzjonijiet oħra essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħra)
Regoli dwar l-indikazzjonijiet — Unitajiet ġeografiċi iżgħar li jistgħu jiġu indikati fuq it-tikketta
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
|
(i) |
Indikazzjoni tal-ismijiet tal-muniċipalità L-ismijiet tal-muniċipalitajiet li jappartjenu għar-reġjun tal-inbid ta’ Kunság jistgħu jiġu indikati bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar miż-żona ta’ produzzjoni demarkata ta’ Kunság, bl-eċċezzjoni tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Izsák u Monor. |
|
(ii) |
Indikazzjoni tal-ismijiet tax-xaqlibiet L-ismijiet tax-xaqlibiet li ġejjin jistgħu jiġu indikati flimkien mad-Denominazzjoni taż-żona ta’ produzzjoni demarkata “Kunság” u l-isem tal-muniċipalità:
|
|
(iii) |
Indikazzjoni tal-ismijiet distrettwali |
L-ismijiet distrettwali li ġejjin jistgħu jiġu indikati flimkien mad-Denominazzjoni taż-żona ta’ produzzjoni demarkata “Kunság”:
|
— |
Kecskemét, li tinkludi l-vinji li jappartjenu għaż-żoni tal-fruntiera ta’ klassi I u II tal-muniċipalitajiet ta’ Felsőlajos, Kecskemét, Kerekegyháza, Kunbaracs, Kunszállás, Ladánybene u Lajosmizse skont il-katast tal-vinji. |
|
— |
Tiszakürt, li tinkludi l-vinji li jappartjenu għaż-żoni tal-fruntiera ta’ Klassi I u II tal-muniċipalitajiet ta’ Cserkeszőlő, Csépa, Nagyrév, Szelevény, Tiszainoka, Tiszakürt, Tiszasas u Tiszaug skont il-katast tal-vinji. |
Fejn ikun indikat isem distrettwali, l-ismijiet tal-muniċipalitajiet li jappartjenu għal dan id-distrett ma jistgħux jintużaw bħala denominazzjoni ta’ unità ġeografika iżgħar.
L-isem ta’ unità ġeografika iżgħar jista’ jiġi indikat fuq it-tikketta biss jekk 100 % tal-prodott joriġina minn din l-unità ġeografika iżgħar.
Regoli dwar l-indikazzjonijiet
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Espressjonijiet ristretti oħra:
|
— |
“Muskotály” [Muscat] tfisser inbid magħmul mill-inqas 85 % mill-ħsad ta’ waħda jew aktar mill-varjetajiet ta’ għeneb li ġejjin: Cserszegi fűszeres, Irsai Olivér, Generosa, Hamburgi muskotály, Nektár, Mátrai Muskotály, Ottonel muskotály, u/jew Tramini. |
|
— |
“Primőr” [Primeur] tfisser inbid ibbottiljat fis-sena tal-ħsad. L-espressjoni sinonima “újbor” [inbid ġdid] tista’ tintuża wkoll. |
L-isem tal-varjetà Arany Sárfehér jista’ ma jkunx indikat fuq it-tikketta.
Fil-każ ta’ nbejjed imħallta, tista’ tintuża wkoll l-ortografija Ungeriża tad-Denominazzjoni “küvé” u s-sinonimu tagħha “házasítás” (inbid imħallat), kif ukoll l-ortografija oriġinali “cuvée”.
Regoli dwar l-ibbottiljar
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Inbejjed, inbejjed frizzanti u nbejjed semifrizzanti bil-gass jistgħu jiġu bbottiljati biss minn bottiljaturi rreġistrati mill-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Kunság.
Il-produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata:
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra:
Deroga li tikkonċerna l-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Permessa fil-muniċipalitajiet ta’ Bonyhád, Borota, Budapest, Csongrád u Hajós.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://boraszat.kormany.hu/download/d/4d/82000/Kunsag%20OEM_v4.pdf
|
20.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/46 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2020/C 395/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“PISTACCHIO DI RAFFADALI”
Nru tal-UE: PDO-IT-02449 – 22.2.2019
DOP (X) IĠP ()
1. Isem/Ismijiet
“Pistacchio di Raffadali”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Id-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pistacchio di Raffadali” hija rriżervata għall-prodott, bil-qoxra, bla qoxra jew imqaxxar tal-pjanti tal-ispeċi botanika “Pistacia vera”, il-kultivar “Napoletana”, magħrufa wkoll bħala “Bianca” jew “Nostrana”, imlaqqma fuq il-“Pistacia terebinthus”, magħrufa komunement bħala “Scornabeccu”.
Massimu ta’ 5 % tal-pjanti li ma jappartjenux għall-kultivar “Napoletana” u/jew riżomi għajr il-“P. terebinthus” huma permessi f’kull tħawwil.
Fi kwalunkwe każ, prodotti minn pjanti li ma jappartjenux għall-kultivar “Napoletana” u/jew minn riżomi għajr il-“P. terebinthus” se jiġu esklużi miċ-ċertifikazzjoni.
Meta jinħareġ għall-konsum, il- “Pistacchio di Raffadali” għandu jkollu l-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi li ġejjin:
|
— |
Rendiment globali taż-żejt > 30 % |
|
— |
kulur tal-kotiledoni: aħdar, proporzjon tal-klorofilla a/b ≥ 1,3; |
|
— |
togħma: ħelwa, pjaċevoli u pronunzjata; |
|
— |
kontenut ta’ ndewwa ≤ 6,5 %; |
|
— |
livell ta’ aċidu palmitolejku ≥ 0,7 %; |
|
— |
forma tawwalija |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
It-tħawwil, il-kultivazzjoni, il-ħsad, it-tnixxif, it-tneħħija mill-qoxra u t-tqaxxir.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-Pistacchio di Raffadali jista’ jiġi rilaxxat għall-konsum:
|
— |
Fil-każ tal-prodott bil-qoxra, bla qoxra jew imqaxxar, għall-użu fl-ipproċessar u mhux maħsub għall-konsumatur finali, f’boroż tad-drapp u/jew materjal ieħor adattat, sa piż ta’ 25 kg; |
|
— |
Fil-każ ta’ prodotti bil-qoxra, bla qoxra jew imqaxxrin, maħsuba biex jitwasslu lill-konsumatur finali, f’imballaġġ xieraq li jkun trasparenti jew li jinkludi tieqa trasparenti sabiex il-prodott ikun viżibbli. |
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-ippakkjar u/jew il-boroż għandu jkollhom, minbarra t-tikketta Ewropea tad-DOP u l-logo deskritt hawn fuq, l-isem Pistacchio di Raffadali, b’ittri ċari u li ma jitħassrux u li jintgħarfu b’mod ċar minn kull kelma oħra.
Il-logo tal-Pistacchio di Raffadali huwa magħmul minn rettangolu li fih hemm rappreżentazzjoni grafika ta’ fergħa minn pjanta tal-pistaċċi bi tliet weraq ovali u erba’ ġewż tal-pistaċċi ġewwa l-qxur maqsumin tagħhom; taħt ir-rettangolu ikun hemm il-kliem b’ittri kbar, “PISTACCHIO DI RAFFADALI D.O.P.”, b’tipa Gotham Medium.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni tal-Pistacchio di Raffadali taqa’ fil-konfini amministrattivi tal-muniċipalitajiet li ġejjin tal-provinċja ta’ Agrigento: Raffadali, Joppolo Giancaxio, Santa Elisabetta, Agrigento, Cianciana, Favara, Racalmuto, Sant’Angelo Muxaro, San Biagio Platani, Cattolica Eraclea, Casteltermini, Santo Stefano Quisquina, Aragona, Comitini, Grotte, Montallegro, Alessandria della Rocca, Siculiana, Realmonte, Naro, Porto Empedocle, Castrofilippo, Campobello di Licata, Ribera, Canicatti, Palma di Montechiaro, Ravanusa, Camastra; Montedoro u Serradifalco fil-Provinċja ta’ Caltanissetta.
5. Rabta maż-żona ġeografika
L-iżvilupp tal-kultivazzjoni tal-pistaċċi laħaq il-quċċata fit-tieni nofs tas-seklu tmintax, il-mergħat sħaħ u l-art abbandunata ġew ittrasformati f’imsaġar tal-pistaċċi u l-kultivazzjoni saret il-punt fokali tas-sistema agrikola u ekonomika kollha taż-żona.
Iż-żona tal-produzzjoni hija kkaratterizzata minn ħamrija kalkarja tipika ta’ depożiti evaporiti u klima Mediterranja subtropikali semiarida, bi sjuf twal u xotti, b’xita kkonċentrata fil-perjodi tal-ħarifa u tax-xitwa u varjazzjonijiet sinifikanti bejn it-temperaturi ta’ binhar u ta’ billejl, b’temperaturi minimi jinżlu biss okkażjonalment għal madwar 0°.
L-użu u l-għażla bħala riżoma ta’ speċi li hija adattata sew għal kundizzjonijiet ta’ aridità għolja bħal Terebinto (Pistacia terebinthus), in-natura tas-substrati ta’ oriġini kalkarja u l-bini ta’ faċilitajiet esposti għan-Nofsinhar u għax-xemx, jirriżultaw f’taħlita ta’ fatturi, li huma r-riżultat tal-għażla tal-bniedem, li jagħmluha possibbli li jiġi prodott frott b’karatteristiċi partikolari ta’ kwalità, bħar-rendiment għoli taż-żejt. Din il-karatteristika hija appoġġjata minn temperaturi ambjentali għoljin fil-perjodu tas-sajf, li, matul il-fażi tad-differenzjazzjoni tal-frott, iwasslu għal produzzjoni ogħla ta’ aċidi xaħmin li huma l-komponent bażiku taż-żjut tal-pistaċċi. L-istudju tal-klima taż-żona ta’ Pistacchio di Raffadali wera, meta mqabbel ma’ żoni oħra adattati għall-pistaċċi fil-Lvant ta’ Sqallija, xejra usa’ fl-istaġun xott u xejra medja fl-ogħla temperaturi ta’ kull xahar u qabżiet ’il fuq fit-temperatura minn żmien għal żmien.
Karatteristika distintiva oħra hija t-togħma ħelwa, pjaċevoli u qawwija marbuta mal-komponent tal-ħamrija tal-art tal-kultivazzjoni. Huwa magħruf sew li l-assorbiment tal-elementi jiddependi fuq il-valuri tal-pH tal-ħamrija u li xi makronutrijenti bħall-kalċju, il-fosfru, il-potassju u l-manjeżju jippreferu valuri ogħla minn seba’ (7). Il-kampjunar li sar fiż-żona tal-produzzjoni tal-Pistacchio di Raffadali ppermetta li tiġi identifikata ħamrija b’reazzjoni subalkalina b’valuri ogħla minn 7,5.
Il-Pistacchio di Raffadali għandu wkoll profil kumpless tal-aċidi xaħmin fil-frotta b’kontenut ta’ aċidu palmitolejku ta’ 0,7 % jew aktar.
L-element uman huwa espress speċifikament fil-kapaċità tal-bniedem li jikkultivaw l-Pistacchio di Raffadali permezz ta’ forma partikolari ta’ kultivazzjoni, li tikkonsisti fiż-żamma tal-pjanta baxxa bi friegħi dojoq li kważi jmissu mal-ħamrija. Dan it-tip ta’ kultivazzjoni, li oriġinarjament inħoloq biex jiffaċilita l-operazzjonijiet tal-ħsad, li jsiru manwalment u biex jiġi evitat il-maturazzjoni tal-għenieqed, matul is-snin wassal ukoll biex ikkaratterstika l-pajsaġġ.
B’korteżija ta’ din l-attività li ilha għaddejja sekli sħaħ, il-bdiewa saru l-atturi ewlenin li jattwaw dawn il-bidliet: huma kienu kapaċi jifhmu l-karatteristiċi u l-aħjar kundizzjonijiet tal-ambjent, kisbu kapaċità professjonali speċifika u ħolqu pajsaġġ li jikkaratterizza ż-żona tal-produzzjoni.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jinsab fuq is-sit web li ġej:
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335.
jew direttament fil-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari, tal-Forestrija u t-Turiżmu (www.politicheagricole.it), agħfas fuq “Qualità”, u wara fuq Prodotti DOP, IGP, e STG (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar nett fuq Disciplinari di produzione all’esame dell’UE.