ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 392

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
17 ta' Novembru 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 392/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9975 — Warburg Pincus/Vista Equity Partners Management/Infoblox) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 392/02

Rata tal-kambju tal-euro — Is-16 ta' Novembru 2020

2

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2020/C 392/03

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fir-rigward tal-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali — Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja) tal-Kummissjoni Ewropea (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq is-sit web tal-EDPSwww.edps.europa.eu)

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 392/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10056 — PSPIB/Tishman Speyer/Carré Saint Germain) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2020/C 392/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9974 — Groupe Crédit Agricole/Groupe Generali/Europ Assistance France/Viavita) ( 1 )

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9975 — Warburg Pincus/Vista Equity Partners Management/Infoblox)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 392/01)

Fit 9 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9975. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta' Novembru 2020

(2020/C 392/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1830

JPY

Yen Ġappuniż

124,15

DKK

Krona Daniża

7,4480

GBP

Lira Sterlina

0,89819

SEK

Krona Żvediża

10,2538

CHF

Frank Żvizzeru

1,0819

ISK

Krona Iżlandiża

161,30

NOK

Krona Norveġiża

10,7310

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,353

HUF

Forint Ungeriż

358,16

PLN

Zloty Pollakk

4,4692

RON

Leu Rumen

4,8728

TRY

Lira Turka

9,1749

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6226

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5476

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1725

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7227

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5934

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 310,50

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,2346

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7945

HRK

Kuna Kroata

7,5670

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 680,89

MYR

Ringgit Malażjan

4,8710

PHP

Peso Filippin

56,983

RUB

Rouble Russu

90,5157

THB

Baht Tajlandiż

35,750

BRL

Real Brażiljan

6,3930

MXN

Peso Messikan

23,9849

INR

Rupi Indjan

88,0795


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

17.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/3


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fir-rigward tal-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali — Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja) tal-Kummissjoni Ewropea

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq is-sit web tal-EDPSwww.edps.europa.eu)

(2020/C 392/03)

Sommarju eżekuttiv

Fid-19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat White Paper dwar l-“Intelliġenza Artifiċjali: Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja”. Din hija parti minn pakkett usa’ ta’ dokumenti strateġiċi, li jinkludi wkoll Komunikazzjoni dwar “Strateġija Ewropea għad-Data”.

L-għan tal-White Paper huwa wieħed doppju: l-istabbiliment ta’ għażliet ta’ politika għall-promozzjoni tal-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali (“IA”) u l-indirizzar tar-“riskji assoċjati ma’ ċerti użi ta’ din it-teknoloġija ġdida”. Sabiex jintlaħqu tali għanijiet, il-White Paper tipproponi sett ta’ azzjonijiet biex jitrawmu l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-IA u qafas regolatorju ġdid li jindirizza tħassib speċifiku għall-IA li l-qafas attwali jista’ ma jindirizzax.

Din l-Opinjoni tippreżenta l-fehmiet tal-EDPS dwar il-White Paper b’mod sħiħ, kif ukoll dwar ċerti aspetti speċifiċi, bħall-approċċ ibbażat fuq ir-riskju propost, l-infurzar tar-regolament dwar l-IA jew ir-rekwiżiti speċifiċi għall-identifikazzjoni bijometrika remota (inkluż ir-rikonoxximent tal-wiċċ).

L-EDPS jirrikonoxxi l-importanza u l-impatt dejjem akbar tal-IA. Madankollu, l-IA tiġi bir-riskji tagħha stess u mhijiex “opportunità perfetta” li ssolvi l-problemi kollha. Il-benefiċċji, l-ispejjeż u r-riskji għandhom jiġu kkunsidrati minn kull min jadotta teknoloġija, b’mod speċjali minn amministrazzjonijiet pubbliċi li jipproċessaw ammonti kbar ta’ data personali.

L-EDPS jilqa’ bi pjaċir ir-referenzi numerużi tal-White Paper għal approċċ Ewropew għall-IA, li jkun ibbażat fuq il-valuri u d-drittijiet fundamentali tal-UE u l-konsiderazzjoni mogħtija għall-ħtieġa tal-konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data.

Għaldaqstant, l-għan tar-rakkomandazzjonijiet f’din l-Opinjoni huwa li jiġu kkjarifikati u, fejn meħtieġ, ulterjorment żviluppati s-salvagwardji u l-kontrolli fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, waqt li jiġi kkunsidrat il-kuntest speċifiku tal-IA.

Għal dan il-għan, l-EDPS jirrakkomanda b’mod partikolari li kwalunkwe qafas regolatorju ġdid għall-IA:

japplika kemm għall-Istati Membri tal-UE kif ukoll għall-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-UE;

ikun imfassal biex jipproteġi minn kwalunkwe impatt negattiv, mhux biss fuq l-individwi, iżda wkoll fuq il-komunitajiet u s-soċjetà b’mod ġenerali;

jipproponi skema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju aktar robusta u aktar sottili, li tiżgura li kwalunkwe ħsara potenzjali sinifikanti maħluqa mill-applikazzjonijiet tal-IA tiġi indirizzata b’miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa;

jinkludi valutazzjoni tal-impatt li tiddefinixxi b’mod ċar il-lakuni regolatorji li beħsiebha timla.

jevita s-sovrappożizzjoni ta’ awtoritajiet superviżorji differenti u jinkludi mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni.

Fir-rigward tal-identifikazzjoni bijometrika remota, l-EDPS jaqbel mal-idea ta’ moratorju fir-rigward tal-użu, fl-UE, tar-rikonoxximent awtomatizzat fi spazji pubbliċi ta’ karatteristiċi umani, mhux biss tal-uċuħ iżda wkoll tal-mixja, il-marki tas-swaba’, id-DNA, il-vuċi, l-ittastjar u sinjali oħra bijometriċi jew ta’ mġiba, sabiex ikun jista’ jseħħ dibattitu infurmat u demokratiku u sal-mument meta l-UE u l-Istati Membri jkollhom is-salvagwardji xierqa kollha, inkluż qafas legali komprensiv fis-seħħ biex jiggarantixxi l-proporzjonalità tat-teknoloġiji u s-sistemi rispettivi fil-każ ta’ użu speċifiku.

L-EDPS jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew biex jipprovdi aktar pariri, u jistenna li jiġi kkonsultat fi żmien xieraq kif previst fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-kummenti f’din l-Opinjoni huma mingħajr preġudizzju għal kummenti addizzjonali fil-futur dwar kwistjonijiet partikolari u/jew jekk ikun hemm disponibbli aktar informazzjoni.

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

1.

Il-White Paper tal-Kummissjoni “Dwar l-Intelliġenza Artifiċjali– Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja” (1) (“il-White Paper”) hija parti mill-inizjattiva Nru 10 (“Approċċ Ewropew għall-IA”) u taqa’ taħt il-“Kapitolu”“Ewropa Lesta għall-Era Diġitali” tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2020.

2.

L-EDPS jinnota li l-White Paper hija marbuta mill-qrib mal-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - strateġija Ewropea għad-data” (2) (“l-Istrateġija tad-Data”), li fir-rigward tagħha l-EDPS adotta Opinjoni separata (3).

3.

L-EDPS kien ikkonsultat mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Jannar 2020 dwar l-abbozz tal-White Paper u ssottometta kummenti informali preliminari. L-EDPS jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-fehmiet tiegħu ġew imfittxija fi stadju bikri tal-proċedura u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli b’din il-prattika tajba.

4.

Il-White Paper hija soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika. L-objettiv tal-konsultazzjoni huwa li jinġabru l-fehmiet dwar il-White Paper kollha kemm hi, kif ukoll dwar ċerti aspetti speċifiċi. Kienet tnediet konsultazzjoni pubblika simili dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “Strateġija Ewropea għad-data”.

5.

Din l-opinjoni telabora aktar dwar xi wħud mill-kummenti informali tal-EDPS u tipprovdi kontribut aktar immirat lill-Kummissjoni Ewropea fid-dawl tal-konsultazzjoni pubblika. Barra minn hekk, din l-opinjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kumment addizzjonali li l-EPDS jista’ jagħmel fuq il-bażi ta’ aktar informazzjoni disponibbli fi stadju aktar tard, inkluż fil-kuntest ta’ konsultazzjonijiet leġiżlattivi futuri dwar l-atti legali previsti fil-White Paper u fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni.

6.

Għalkemm l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea huma soġġetti għall-EUDPR minflok għall-GDPR, iż-żewġ regolamenti jsegwu l-istess objettivi u l-prinċipji tagħhom huma identiċi (4). Sabiex tirrifletti din il-koerenza, kwalunkwe referenza għal dispożizzjoni tal-GDPR f’din l-opinjoni tindika wkoll id-dispożizzjoni tal-EUDPR korrispondenti fil-parenteżi.

7.

Fl-interess ta’ approċċ koerenti fl-Unjoni kollha, l-EDPS jirrakkomanda li kwalunkwe qafas regolatorju ġdid għall-IA japplika kemm għall-Istati Membri tal-UE kif ukoll għall-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Meta l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jagħmlu użu mill-Intelliġenza Artifiċjali (“IA”), dawn għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħal dawk li japplikaw fl-Istati Membri tal-UE.

3.   KONKLUŻJONIJIET

77.

L-EDPS jaqbel bis-sħiħ mal-Kummissjonijiet dwar il-ħtieġa ta’ approċċ Ewropew għall-IA u f’dan ir-rigward jilqa’ bi pjaċir l-impenn tal-White Paper favur id-drittijiet fundamentali u l-valuri Ewropej.

78.

Madankollu, l-EDPS huwa tal-fehma li l-proposti stabbiliti fil-White Paper jeħtieġu aktar aġġustamenti u kjarifiki fir-rigward ta’ diversi kwistjonijiet rilevanti. Fost it-temi li jeħtieġu aktar kjarifika fi kwalunkwe proposta leġiżlattiva futura hemm ir-rabta bejn ir-riskji maħluqa mill-IA u l-lakuni leġiżlattivi relatati, l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju applikat għall-applikazzjonijiet tal-IA u d-definizzjoni tal-IA nnifisha li għandha tippermetti d-definizzjoni b’mod ċar tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni proposta.

79.

Barra minn hekk, l-EDPS jirrakkomanda li kwalunkwe qafas regolatorju ġdid għall-IA:

japplika kemm għall-Istati Membri tal-UE kif ukoll għall-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-UE;

ikun maħsub biex jipproteġi minn kwalunkwe impatt negattiv, mhux biss fuq l-individwi, iżda wkoll fuq il-komunitajiet u s-soċjetà b’mod ġenerali;

jipproponi skema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju aktar robusta u aktar sottili, li tiżgura li kwalunkwe ħsara potenzjali sinifikanti maħluqa mill-applikazzjonijiet tal-IA tiġi indirizzata b’miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa;

jinkludi valutazzjoni tal-impatt li tiddefinixxi b’mod ċar il-lakuni regolatorji li beħsiebha timla.

jevita s-sovrappożizzjoni ta’ awtoritajiet superviżorji differenti u jinkludi mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni.

80.

Fir-rigward tal-identifikazzjoni bijometrika remota, l-EDPS jaqbel mal-idea ta’ moratorju fuq l-użu, fl-UE, tar-rikonoxximent awtomatizzat fi spazji pubbliċi ta’ karatteristiċi umani, mhux biss tal-uċuħ iżda wkoll tal-mixja, il-marki tas-swaba’, id-DNA, il-vuċi, l-ittastjar u sinjali oħra bijometriċi jew ta’ mġiba, sabiex ikun jista’ jseħħ dibattitu infurmat u demokratiku u sal-mument meta l-UE u l-Istati Membri jkollhom is-salvagwardji xierqa kollha, inkluż qafas legali komprensiv fis-seħħ biex jiggarantixxi l-proporzjonalità tat-teknoloġiji u s-sistemi rispettivi fil-każ ta’ użu speċifiku.

81.

Jekk ikun hemm qafas legali ġdid kif rifless fil-White Paper u fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, l-EDPS jipprovdi aktar pariri lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 42 tal-EUDPR.

Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  COM (2020) 65 final.

(2)  COM (2020) 66 final.

(3)  L-Opinjoni 3/2020 tal-EDPS dwar l-istrateġija Ewropea għad-data, https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/20-06-16_opinion_data_strategy_en.pdf

(4)  Kull meta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 isegwu l-istess prinċipji bħad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679, dawn iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet għandhom, skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jiġu interpretati b’mod omoġenju, b’mod partikolari minħabba li l-iskema tar-Regolament tal-EDPR għandha tinftiehem bħala ekwivalenti għall-iskema tal-GDPR; ara l-premessa 5 tal-EDPR, li tirreferi għas-sentenza tal-QĠUE tad-9 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni Ewropea v ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Kawża C-518/07, ECLI:EU:C:2010:125 il-paragrafu 28.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10056 — PSPIB/Tishman Speyer/Carré Saint Germain)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 392/04)

1.   

Fl-10 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Tishman Speyer Crown Equities 2007 L.L.C. (“Tishman Speyer”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada),

Carré Saint Germain (“il-Kumpanija fil-Mira”, Franza)

Tishman Speyer u PSPIB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Tishman Speyer: is-sjieda, l-iżvilupp, il-ġestjoni tal-fondi u t-tħaddim ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali fl-Istati Uniti tal-Amerka, fl-Ewropa, fl-Amerka Latina u fl-Asja.

PSPIB: ġestjoni ta’ portafoll globali diversifikat li jinkludi stokks u bonds, u investiment ta’ kontribuzzjonijiet netti għal fondi tal-pensjonijiet taħt il-ġestjoni tagħha f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat.

il-Kumpanija fil-Mira: sjieda ta’ proprjetà immobbli kummerċjali, Carré Saint Germain , li tinsab f’Pariġi, Franza attwalment mikrija lil taħlita ta’ utenti bl-imnut u tal-uffiċċju. Qabel il-konċentrazzjoni, il-Kumpanija fil-Mira hija finalment proprjetà ta’ AXA Real Estate.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10056 — PSPIB/Tishman Speyer/Carré Saint Germain

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9974 — Groupe Crédit Agricole/Groupe Generali/Europ Assistance France/Viavita)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 392/05)

1.   

Fid-9 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Crédit Agricole S.A. (“Crédit Agricole”, Franza);

Viavita SAS (“Viavita”, Franza), bħalissa hija proprjetà u fil-kontroll tal-grupp Crédit Agricole permezz tas-sussidjarja tiegħu Pacifica S.A. (“Pacifica”, Franza);

Assicurazioni Generali S.p.A. (“Generali”, l-Italja);

Europ Assistance France S.A.S (“EAF”, Franza), bħalissa hija proprjetà u fil-kontroll tal-grupp Generali permezz tas-sussidjarja tiegħu Europ Assistance Holding S.A.S. (“EAH”, Franza).

Crédit Agricole u Generali jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ EAF u Viavita (permezz ta’ EAF).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Crédit Agricole: servizzi bankarji, finanzjarji u tal-assikurazzjoni;

Viavita: il-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza fid-djar u personali;

Generali: assikurazzjoni;

EAF: l-għoti ta’ assistenza (ivvjaġġar, karozzi, fid-dar u assistenza domestika) u servizzi personali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:

M.9974 — Groupe Crédit Agricole/Groupe Generali/Europ Assistance France/Viavita

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles

BELGIQUE


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).