ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 390

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
16 ta' Novembru 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 390/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 390/02

Kawżi Magħquda C-449/18 P u C-474/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Lionel Andrés Messi Cuccittini, J.M.-E.V. e hijos SRL (C-449/18 P) u J.M.-E.V. e hijos SRL vs Lionel Andrés Messi Cuccittini, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (C-474/18 P) (Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea MESSI – Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti MASSI – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni)

2

2020/C 390/03

Kawża C-594/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Settembru 2020 – Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea et (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(3)(c) TFUE – Artikoli 11 u 194 TFUE – Artikolu 1, Artikolu 2(c) u Artikolu 106a(3) tat-Trattat Euratom – Għajnuna ppjanata mir-Renju Unit bħala appoġġ għall-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Hinkley Point C (ir-Renju Unit) – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Għan ta’ interess komuni – Għanijiet ambjentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji ta’ protezzjoni tal-ambjent, ta’ prekawzjoni, ta’ min iniġġes iħallas u ta’ sostenibbiltà – Determinazzjoni tal-attività ekonomika kkonċernata – Nuqqas fis-suq – Proporzjonalità tal-għajnuna – Għajnuna għall-investiment jew għall-funzjonament – Determinazzjoni tal-elementi tal-għajnuna – Avviż dwar il-Garanziji)

3

2020/C 390/04

Kawża C-648/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – Ir-Rumanija) – Autoritatea naţională de reglementare în domeniul energiei (ANRE) vs Societatea de Producere a Energiei Electrice în Hidrocentrale Hidroelectrica SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern tal-elettriku – Moviment liberu tal-merkanzija – Artikolu 35 TFUE – Restrizzjonijiet kwantittativi fuq l-esportazzjoni – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti – Miżura nazzjonali li timponi lill-produtturi tal-elettriku joffru l-elettriku disponibbli kollu esklużivament fuq suq kompetittiv iċċentralizzat tal-Istat Membru kkonċernat)

3

2020/C 390/05

Kawżi Magħquda C-724/18 u C-727/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Cour de cassation – Franza) – Cali Apartments SCI (C-724/18), HX (C-727/18) vs Procureur général près la cour d'appel de Paris, Ville de Paris (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2006/123/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Kiri ta’ bini bl-għamara lil klijentela preżenti għal perijodu temporanju li fih ma jistabbilixxux id-domiċilju tagħhom, imwettaq b’mod ripetut u għal perijodi qosra – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal skema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal ċerti komuni ddeterminati u li tobbliga lil dawn il-komuni jiddefinixxu l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet previsti minn din l-iskema – Artikolu 4(6) – Kunċett ta’ skema ta’ awtorizzazzjoni – Artikolu 9 – Ġustifikazzjoni – Provvista insuffiċjenti ta’ akkomodazzjonijiet maħsuba għall-kiri għal perijodi twal bi prezzijiet li jintlaħqu – Proporzjonalità – Artikolu 10 – Rekwiżiti marbuta mal-kundizzjonijiet tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet)

4

2020/C 390/06

Kawża C-806/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra JZ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment – Direttiva 2008/115/KE – Artikolu 11 – Projbizzjoni fuq id-dħul – Ċittadin ta’ pajjiż terz li fir-rigward tiegħu ġiet imposta tali projbizzjoni, iżda li qatt ma telaq mill-Istat Membru kkonċernat – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi piena ta’ priġunerija għas-soġġorn ta’ dan iċ-ċittadin f’dan l-Istat Membru waqt li huwa konxju tal-projbizzjoni tad-dħul maħruġa kontrih)

5

2020/C 390/07

Kawżi magħquda C-807/18 u C-39/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Telenor Magyarország Zrt. vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnöke (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Komunikazzjonijiet elettroniċi – Regolament (UE) 2015/2120 – Artikolu 3 – Aċċess għal internet miftuħ – Artikolu 3(1) – Drittijiet tal-utenti finali – Dritt ta’ aċċess għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi kif ukoll għall-użu tagħhom – Dritt li jiġu pprovduti applikazzjonijiet u servizzi – Artikolu 3(2) – Projbizzjoni tal-ftehimiet u tal-prattiki kummerċjali li jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti finali – Kunċetti ta’ ftehimiet, ta’ prattiki kummerċjali, ta’ utenti finali u ta’ konsumaturi – Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ limitazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti finali – Modalitajiet – Artikolu 3(3) – Obbligu ta’ trattament ugwali u nondiskriminatorju tat-traffiku – Possibbiltà li jiġu implimentati miżuri raġonevoli ta’ ġestjoni tat-traffiku – Projbizzjoni tal-miżuri ta’ bblokkar u ta’ tnaqqis fil-veloċità tat-traffiku – Eċċezzjonijiet – Prattiki kummerċjali li jikkonsistu f’li jiġu proposti pakketti li jipprovdu li l-klijenti li jabbonaw għalihom jixtru pakkett b’tariffa fissa li jagħtihom id-dritt li jużaw mingħajr restrizzjonijiet volum ta’ data partikolari, mingħajr ma jitnaqqas minnu l-użu ta’ ċerti applikazzjonijiet u ta’ ċerti servizzi speċifiċi li jaqgħu taħt tariffa żero, u li jistgħu, ladarba eżawrit dan il-volum ta’ data, ikomplu jużaw mingħajr restrizzjonijiet dawn l-applikazzjonijiet u dawn is-servizzi speċifiċi, li matulhom miżuri ta’ bblokkar jew ta’ tnaqqis fil-veloċità tat-traffiku jiġu applikati għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi l-oħra)

6

2020/C 390/08

Kawża C-12/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 – Mylène Troszczynski vs Il-Parlament Ewropew (Appell – Dritt instituzzjonali – Membru tal-Parlament Ewropew – Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 8 – Immunità parlamentari – Attività li ma hijiex marbuta mal-funzjonijiet parlamentari – Pubblikazzjoni fuq il-kont Twitter ta’ membru parlamentari – Artikolu 9 – Invjolabbiltà parlamentari – Portata – Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari)

7

2020/C 390/09

Kawża C-121/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 – Edison SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali EDISON – Interpretazzjoni tal-kliem li jinsab fit-titolu ta’ klassi tal-Ftehim ta’ Nice u fil-lista alfabetika li hemm miegħu)

7

2020/C 390/10

Kawża C-122/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 –Hamas vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Ġlieda kontra t-terroriżmu – Miżuri restrittivi meħuda fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet – Iffriżar ta’ fondi – Pożizzjoni komuni 2001/931/PESK – Artikolu 1(4) u (6) – Regolament (KE) Nru 2580/2001 – Artikolu 2(3) – Żamma ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi – Kundizzjonijiet – Awtorità kompetenti ekwivalenti għal awtorità ġudizzjarja – Deċiżjoni ta’ kundanna – Persistenza tar-riskju ta’ involviment f’attivitajiet terroristiċi – Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ iffriżar tal-fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

8

2020/C 390/11

Kawża C-312/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – XT vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2006/112/KE – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Artikolu 9(1) – Artikolu 193 – Kunċett ta’ persuna taxxabbli – Kuntratt ta’ attività komuni – Sħubija – Rabta ta’ tranżazzjoni ekonomika ma’ wieħed mis-sħab – Determinazzjoni tal-persuna taxxabbli li hija responsabbli għall-ħlas tat-taxxa)

8

2020/C 390/12

Kawża C-339/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SC Romenergo SA, Aris Capital SA vs Autoritatea de Supraveghere Financiară (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-kapital – Dritt tal-kumpanniji – Azzjonijiet ammessi għan-negozjar fis-suq irregolat – Kumpannija ta’ investiment finanzjarju – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi limitu massimu tas-sehem fil-kapital ta’ ċerti kumpanniji ta’ investiment finanzjarju – Preżunzjoni legali ta’ ftehim)

9

2020/C 390/13

Kawża C-363/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Patent- och marknadsdomstolen vid Stockholms tingsrätt – l-Isvezja) – Konsumentombudsmannen vs Mezina AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà tal-ikel – Indikazzjonijiet nutrittivi u dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel – Regolament (KE) Nru 1924/2006 – Artikoli 5 u 6 – Ġustifikazzjoni xjentifika tal-indikazzjonijiet – Provi xjentifiċi ġeneralment aċċettati – Artikolu 10(1) – Artikolu 28(5) – Sistema tranżitorja – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi fis-suq intern – Direttiva 2005/29/KE – Artikolu 3(4) – Relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29 u regoli oħra tal-Unjoni li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiki kummerċjali żleali)

10

2020/C 390/14

Kawża C-367/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil – Is-Slovenja) – Tax-Fin-Lex d.o.o. vs Ministrstvo za notranje zadeve (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Direttiva 2014/24/UE – Punt 5 tal-Artikolu 2(1) – Kunċett ta’ kuntratt pubbliku – Kunċett ta’kuntratt b’titolu oneruż – Offerta ta’ offerent ta’ ammont ta’ EUR 0.00 – Ċaħda tal-offerta – Artikolu 69 – Offerta baxxa wisq)

11

2020/C 390/15

Kawża C-386/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 – Hamas vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Ġlieda kontra t-terroriżmu – Miżuri restrittivi meħuda fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet – Iffriżar ta’ fondi – Pożizzjoni komuni 2001/931/PESK – Artikolu 1(4) u (6) – Regolament (KE) Nru 2580/2001 – Artikolu 2(3) – Żamma ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi – Kundizzjonijiet – Awtorità kompetenti ekwivalenti għal awtorità ġudizzjarja – Deċiżjoni ta’ kundanna – Persistenza tar-riskju ta’ involviment f’attivitajiet terroristiċi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

11

2020/C 390/16

Kawża C-462/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia- Spanja) – proċedura kontra Asociación Nacional de Empresas Estibadoras y Consignatarios de Buques (Anesco), Comisiones Obreras, Coordinadora Estatal de Trabajadores del Mar (CETM), Confederación Intersindical Gallega, Eusko Langileen Alkartasuna, Langile Abertzaleen Batzordeak, Unión General de Trabajadores (UGT) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kunċett ta’ qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE – Kriterji – Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia (il-Kummissjoni Nazzjonali tas-Swieq u tal-Kompetizzjoni, Spanja) – Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

12

2020/C 390/17

Kawża C-498/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li teskludi nfieq mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea – Notifika lid-destinatarju – Żball fl-istampar tal-anness – Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Punt ta’ tluq – Tardività – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Osservanza tal-prinċipju tal-kontradittorju)

13

2020/C 390/18

Kawża C-509/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – BMW Bayerische Motorenwerke AG vs Hauptzollamt München (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Unjoni – Regolament (UE) Nru 952/2013 – Artikolu 71(1)(b) – Valur doganali – Importazzjoni ta’ prodotti elettroniċi mgħammra b’softwer)

13

2020/C 390/19

Kawża C-528/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Mitteldeutsche Hartstein-Industrie AG vs Finanzamt Y (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Sitt Direttiva 77/388/KEE – Artikolu 17(2)(a) – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Ħolqien u portata tad-dritt għal tnaqqis – Estensjoni ta’ triq li tappartjeni lil komun – Kontabbiltà tal-ispejjeż iġġenerati mix-xogħlijiet bħala parti mill-ispejjeż ġenerali tal-persuna taxxabbli – Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata mal-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli – Kunsinna mingħajr ħlas – Kunsinna li għandha tiġi ttrattata bħala kunsinna mwettqa bi ħlas – Artikolu 5(6))

14

2020/C 390/20

Kawża C-669/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 – BP vs Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tad-data personali – Żvelar allegatament irregolari ta’ tali data – Regolamenti (KE) Nri 1049/2001 u 45/2001 – Ammissibbiltà tal-motivi u produzzjonijiet ta’ provi quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Tqassim tal-ispejjeż)

15

2020/C 390/21

Kawża C-674/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – UAB Skonis ir kvapas vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Struttura u r-rati tad-dazji tas-sisa applikabbli għat-tabakk immanifatturat – Direttiva 2011/64/UE – Artikolu 2(2) – Artikolu 5(1) – Kunċett ta’ Prodotti li jikkonsistu esklużivament jew parzjalment minn sustanzi li ma humiex it-tabakk – Kunċett ta’ tabakk għat-tipjip – Tabakk tal-pipa tal-ilma)

15

2020/C 390/22

Kawża C-738/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – A vs B, C (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Punt 1(e) tal-anness – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Akkomodazzjoni soċjali – Obbligu ta’ residenza u projbizzjoni ta’ sullokazzjoni tal-proprjetà – Artikolu 3(1) u (3) – Artikolu 4(1) – Evalwazzjoni tan-natura possibbilment inġusta tal-klawżoli kriminali – Kriterji)

16

2020/C 390/23

Kawża C-89/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miż-Županijski sud u Puli (il-Kroazja) fl-20 ta’ Frar 2020 – Proċeduri kriminali kontra GR, HS, IT, INTER CONSULTING d.o.o., fi stralċ

16

2020/C 390/24

Kawża C-113/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fit-28 ta’ Frar 2020 – Slovenský plynárenský priemysel, a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

17

2020/C 390/25

Kawża C-239/20 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 minn Giorgio Armani SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-653/18, Armani vs EUIPO

17

2020/C 390/26

Kawża C-240/20: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 minn Giorgio Armani SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-654/18 –Armani vs EUIPO

18

2020/C 390/27

Kawża C-360/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeş (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Awwissu 2020 – Ministerul Dezvoltării Regionale şi Administraţiei Publice vs NE

18

2020/C 390/28

Kawża C-365/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Awwissu 2020 – Eurowings GmbH vs GDVI Verbraucherhilfe GmbH

19

2020/C 390/29

Kawża C-370/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Awwissu 2020 – Pro Rauchfrei e.V. vs JS e.K.

20

2020/C 390/30

Kawża C-376/20 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2020 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-28 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-399/16, CK Telecoms UK Investments Ltd vs Il-Kummissjoni

20

2020/C 390/31

Kawża C-414/20 PPU: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Settembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra MM

22

2020/C 390/32

Kawża C-416/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Settembru 2020 – TR

22

2020/C 390/33

Kawża C-431/20 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2020 minn Carlo Tognoli et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-3 ta’ Lulju 2020, fil-Kawżi maghquda T-395/19, T-396/19, T-405/19, T-408/19, T-419/19, T-423/19, T-424/19, T-428/19, T-433/19, T-437/19, T-443/19, T-455/19, minn T-458/19 sa T-462/19, T-464/19, T-469/19 u T-477/19, Tognoli et vs Il-Parlament

23

2020/C 390/34

Kawża C-432/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fl-14 ta’ Settembru 2020 – ZK

24

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 390/35

Kawża T-796/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – CEDC International vs EUIPO – Underberg (Forma ta’ werqa ta’ ħaxixa fi flixkun) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea – Forma ta’ werqa ta’ ħaxixa fi flixkun – Trade mark tridimensjonali nazzjonali preċedenti – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 15(1) u Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Natura tal-użu – Alterazzjoni tal-karattru distintiv – Użu flimkien ma’ trade marks oħra – Suġġett tal-protezzjoni – Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni – Rekwiżit ta’ konkordanza tad-deskrizzjoni mar-rappreżentazzjoni – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjoni preċedenti mill-Qorti Ġenerali – Riferiment għall-motivi ta’ deċiżjoni preċedenti annullata – Obbligu ta’ motivazzjoni)

25

2020/C 390/36

Kawża T-411/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Landesbank Baden-Württemberg vs SRB (Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment (SRM) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 – Rikors għal annullament – Inċidenza diretta u individwali – Ammissibbiltà – Rekwiżiti formali essenzjali – Awtentikazzjoni tad-deċiżjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis)

26

2020/C 390/37

Kawża T-414/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Hypo Vorarlberg Bank vs KRU [Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni unika tal-istabbilimenti ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi tal-investiment (MRU) – Fond ta’ riżoluzzjoni unika (FRU) – Deciżjoni tal-KRU fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 – Rikors għal annullament – Inċidenza diretta u individwali – Ammissibbiltà – Forom sostanzjali – Awtentikazzjoni tad-deċiżjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis]

27

2020/C 390/38

Kawża T-420/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Portigon vs SRB (Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2017 – Rikors għal annullament – Inċidenza diretta u individwali – Ammissibbiltà – Rekwiżiti formali essenzjali – Awtentifikazzjoni tad-deċiżjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tas-sentenza)

27

2020/C 390/39

Kawża T-565/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – P. Krücken Organic vs Il-Kummissjoni (Dritt istituzzjonali – Rikors għad-danni – Kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni – Arranġamenti għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi – Organu privat ta’ kontroll – Kunċett ta’ superviżjoni xierqa fis-sens tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 – Regolament (KE) Nru 1235/2008 – Imputabbiltà tal-aġir)

28

2020/C 390/40

Kawża T-596/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – ZL vs EUIPO (Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni – Deċiżjoni li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ċaħda tat-talba għal aċċess għall-mistoqsijiet b’għażla multipla magħmula fit-testijiet ta’ dħul – Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla)

29

2020/C 390/41

Kawża T-291/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Pshonka vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

29

2020/C 390/42

Kawża T-292/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Pshonka vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

30

2020/C 390/43

Kawża T-338/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – UE vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Problemi tas-saħħa allegatament marbuta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol – Talba għal rikonoxximent tax-xogħol bħala l-kaġun ta’ marda – Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Dritt għal smigħ – Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Obbligu li tinstema’ l-persuna kkonċernata qabel id-deċiżjoni inizjali)

31

2020/C 390/44

Kawża T-370/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Spanja vs Il-Kummissjoni (Relazzjonijiet barranin – Kooperazzjoni teknika – Komunikazzjonijiet elettroniċi – Regolament (UE) 2018/1971 – Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi – Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 – Parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż terz f’dan il-korp – Parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo – Kunċett ta’ pajjiż terz – Żball ta’ liġi)

31

2020/C 390/45

Kawża T-472/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – BASF vs Il-Kummissjoni (Prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem li fihom esteri etiliċi ta’ aċidi tal-omega-3 – Tibdil tat-termini tal-awtorizzazzjoni – Artikolu 116, l-ewwel paragrafu tad-Direttiva 2001/83/KE – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità)

32

2020/C 390/46

Kawża T-522/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Settembru 2020 – Aldi vs EUIPO (BBQ BARBECUE SEASON) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BBQ BARBECUE SEASON – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)

32

2020/C 390/47

Kawża T-549/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Medac Gesellschaft für klinische Spezialpräparate vs Il-Kummissjoni (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Prodotti mediċinali orfni – Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Trecondi-treosulfan – Deċiżjoni li jitneħħa prodott mediċinali mir-Reġistru tal-Prodotti Mediċinali Orfni – Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 – Kunċett ta’ metodu sodisfaċenti – Artikolu 5(12)(b) tar-Regolament Nru 141/2000 – Żball ta’ liġi)

33

2020/C 390/48

Kawża T-557/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Seven vs EUIPO (7Seven) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 7Seven – Assenza ta’ talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark – Kanċellazzjoni tat-trade mark fl-iskadenza tar-reġistrazzjoni – Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Applikazzjoni għal restitutio in integrum ippreżentata mill-persuna liċenzjata – Artikolu 104(1) tar-Regolament 2017/1001 – Dmir ta’ viġilanza)

34

2020/C 390/49

Kawża T-654/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – FF vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Fabbrikazzjoni, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk – Direttiva 2014/40/UE – Użu ta’ ritratt ġo librerija ta’ twissijiet bi stampi li jintużaw għall-prodotti tat-tabakk – Direttiva 2014/109/UE – Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ liġi li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi)

34

2020/C 390/50

Kawża T-727/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Basaglia vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jirrigwardaw ċerti proġetti fil-kuntest tal-programm eTEN u tal-ħames u s-sitt programmi qafas għar-riċera u l-iżvilupp teknoloġiku – Limitazzjoni tat-talba għal aċċess – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terza persuna – Interess pubbliku superjuri – Obbligu ta’ twettiq ta’ eżami konkret u individwali)

35

2020/C 390/51

Kawża T-737/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Huevos Herrera Mejías vs EUIPO – Montesierra (MontiSierra HUEVOS CON SABOR A CAMPO) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MontiSierra HUEVOS CON SABOR A CAMPO – Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali preċedentri MONTESIERRA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebħ tal-prodotti – Xebħ tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni)

36

2020/C 390/52

Kawża T-738/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Clouds Sky vs EUIPO – The Cloud Networks (Wi-Fi Powered by The Cloud) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva Wi-Fi Powered by The Cloud – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

36

2020/C 390/53

Kawża T-869/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Tetra vs EUIPO – Neusta next (Wave) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Wave – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

37

2020/C 390/54

Kawża T-835/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2020 – CrossFit vs EUIPO – Hochwarter (CROSSBOX) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2020/C 390/55

Kawża T-525/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2020 – ITD u Danske Fragtmænd vs Il-Kummissjoni

38

2020/C 390/56

Kawża T-557/20: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2020 – SRB vs KEPD

39

2020/C 390/57

Kawża T-584/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2020 – Cara Therapeutics vs EUIPO – Gebro Holding (KORSUVA)

40

2020/C 390/58

Kawża T-591/20: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2020 – Unimax Stationery vs EUIPO – Mitsubishi Pencil (UNI-MAX)

40

2020/C 390/59

Kawża T-592/20: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2020 – Univers Agro vs EUIPO – Shandong Hengfeng Rubber & Plastic (AGATE)

41

2020/C 390/60

Kawża T-597/20: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2020 – Roller vs EUIPO – Flex Equipos de Descanso (Dormillo)

42

2020/C 390/61

Kawża T-598/20: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2020 – Skechers USA vs EUIPO (ARCH FIT)

43

2020/C 390/62

Kawża T-604/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2020 – Guangdong Haomei New Materials u Guangdong King Metal Light Alloy Technology vs Il-Kummissjoni

43

2020/C 390/63

Kawża T-610/20: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2020 – Egis Bâtiments International u InCA vs Il-Parlament

45

2020/C 390/64

Kawża T-612/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2020 – Malacalza Investimenti vs BĊE

47

2020/C 390/65

Kawża T-613/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2020 – Junqueras i Vies vs Il-Parlament

48

2020/C 390/66

Kawża T-615/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2020 – Mood Media Netherlands vs EUIPO – Tailoradio (MOOD MEDIA)

49

2020/C 390/67

Kawża T-620/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2020 – Alessio et vs BĊE

50

2020/C 390/68

Kawża T-251/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Direttur Ġenerali tal-OLAF vs Il-Kummissjoni

51

2020/C 390/69

Kawża T-13/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2020 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

51

2020/C 390/70

Kawża T-523/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2020 – Sky vs EUIPO – Safran Electronics & Defense (SKYNAUTE by SAGEM)

51


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 390/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 378, 9.11.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 371, 3.11.2020

ĠU C 359, 26.10.2020

ĠU C 348, 19.10.2020

ĠU C 339, 12.10.2020

ĠU C 329, 5.10.2020

ĠU C 320, 28.9.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Lionel Andrés Messi Cuccittini, J.M.-E.V. e hijos SRL (C-449/18 P) u J.M.-E.V. e hijos SRL vs Lionel Andrés Messi Cuccittini, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (C-474/18 P)

(Kawżi Magħquda C-449/18 P u C-474/18 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea MESSI - Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti MASSI - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni)

(2020/C 390/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

(Kawża C-449/18 P)

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Lionel Andrés Messi Cuccittini (rappreżentanti): J.-Y. Teindas Maillard u J.-B. Devaureix, avukati), J.M.-E.V. e hijos SRL (rappreżentanti: J. Güell Serra u R. Gimeno-Bayón Cobos, abogados)

(Kawża C-474/18 P)

Appellant: J.M.-E.V. e hijos SRL (rappreżentanti: J. Güell Serra u R. Gimeno-Bayón Cobos, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: Lionel Andrés Messi Cuccittini (rappreżentanti): J.-Y. Teindas Maillard u J.-B. Devaureix, avukati), l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Lionel Andrés Messi Cuccittini fil-Kawża C-449/18 P.

3)

J.M.-E.V. e hijos SRL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Lionel Andrés Messi Cuccittini u mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-Kawża C-474/18 P.


(1)  ĠU C 392, 29.10.2018.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Settembru 2020 – Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea et

(Kawża C-594/18 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Artikoli 11 u 194 TFUE - Artikolu 1, Artikolu 2(c) u Artikolu 106a(3) tat-Trattat Euratom - Għajnuna ppjanata mir-Renju Unit bħala appoġġ għall-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Hinkley Point C (ir-Renju Unit) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Għan ta’ interess komuni - Għanijiet ambjentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ta’ protezzjoni tal-ambjent, ta’ prekawzjoni, ta’ min iniġġes iħallas u ta’ sostenibbiltà - Determinazzjoni tal-attività ekonomika kkonċernata - Nuqqas fis-suq - Proporzjonalità tal-għajnuna - Għajnuna għall-investiment jew għall-funzjonament - Determinazzjoni tal-elementi tal-għajnuna - Avviż dwar il-Garanziji)

(2020/C 390/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: inizjalment minn G. Hesse, sussegwentement minn F. Koppensteiner u M. Klamert, aġenti, assistiti minn H. Kristoferitsch, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentati: É. Gippini Fournier, T. Maxian Rusche, P. Němečková u K. Herrmann, aġenti), ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil T. Müller u I. Gavrilová, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn D. Colas u P. Dodeller, sussegwentement minn P. Dodeller u T. Stehelin, aġenti), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: D. Holderer, sussegwentement minn T. Uri, aġenti, assistiti minn P. Kinsch, avukat), l-Ungerija (rappreżentanti: Z. Fehér, aġent, assistit minn P. Nagy, ügyvéd), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentat: B. Majczyna, aġent), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: Z. Lavery u S. Brandon, aġenti, assistiti minn A. Robertson, QC, u T. Johnston, barrister)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – Ir-Rumanija) – Autoritatea naţională de reglementare în domeniul energiei (ANRE) vs Societatea de Producere a Energiei Electrice în Hidrocentrale Hidroelectrica SA

(Kawża C-648/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern tal-elettriku - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 35 TFUE - Restrizzjonijiet kwantittativi fuq l-esportazzjoni - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Miżura nazzjonali li timponi lill-produtturi tal-elettriku joffru l-elettriku disponibbli kollu esklużivament fuq suq kompetittiv iċċentralizzat tal-Istat Membru kkonċernat)

(2020/C 390/04)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autoritatea naţională de reglementare în domeniul energiei (ANRE)

Konvenuta: Societatea de Producere a Energiei Electrice în Hidrocentrale Hidroelectrica SA

Dispożittiv

L-Artikoli 35 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li, kif interpretat mill-awtorità inkarigata mill-applikazzjoni tagħha, timponi lill-produtturi nazzjonali tal-elettriku joffru l-elettriku kollu disponibbli fuq il-pjattaformi ġestiti mill-uniku operatur magħżul għas-servizzi ta’ kummerċ tas-suq nazzjonali tal-elettriku, tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-esportazzjoni li ma tistax tiġi ġġustifikata permezz ta’ raġunijiet ta’ sigurtà pubblika marbuta mas-sigurtà ta’ provvista enerġetika fejn tali leġiżlazzjoni ma hijiex proporzjonali għall-għan li għandu jintlaħaq.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Cour de cassation – Franza) – Cali Apartments SCI (C-724/18), HX (C-727/18) vs Procureur général près la cour d'appel de Paris, Ville de Paris

(Kawżi Magħquda C-724/18 u C-727/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/123/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kiri ta’ bini bl-għamara lil klijentela preżenti għal perijodu temporanju li fih ma jistabbilixxux id-domiċilju tagħhom, imwettaq b’mod ripetut u għal perijodi qosra - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal skema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal ċerti komuni ddeterminati u li tobbliga lil dawn il-komuni jiddefinixxu l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet previsti minn din l-iskema - Artikolu 4(6) - Kunċett ta’ “skema ta’ awtorizzazzjoni” - Artikolu 9 - Ġustifikazzjoni - Provvista insuffiċjenti ta’ akkomodazzjonijiet maħsuba għall-kiri għal perijodi twal bi prezzijiet li jintlaħqu - Proporzjonalità - Artikolu 10 - Rekwiżiti marbuta mal-kundizzjonijiet tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet)

(2020/C 390/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cali Apartments SCI (C-724/18), HX (C-727/18)

Konvenuti: Procureur général près la cour d'appel de Paris, Ville de Paris

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2006/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-direttiva tapplika għal leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar attivitajiet ta’ kiri bi ħlas ta’ bini bl-għamara intiż għall-abitazzjoni għal klijentela preżenti għal perijodu temporanju li fih ma jistabbilixxux id-domiċilju tagħhom, imwettaq b’mod ripetut u għal perijodi qosra, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll għal dawk mhux professjonali.

2)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-eżerċizzju ta’ ċerti attivitajiet ta’ kiri ta’ bini intiż għall-abitazzjoni taqa’ taħt il-kunċett ta’ “skema ta’ awtorizzazzjoni”, fis-sens tal-paragrafu 6 ta’ dan l-artikolu.

3)

L-Artikolu 9(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li, għal raġunijiet intiżi li jiggarantixxu provvista suffiċjenti ta’ akkomodazzjoni intiża għall-kiri għal żmien twil bi prezzijiet li jintlaħqu, tissuġġetta ċerti attivitajiet ta’ kiri bi ħlas ta’ bini bl-għamara intiż għall-abitazzjoni lil klijentela preżenti għal perijodu temporanju li fih ma jistabbilixxux id-domiċilju tagħhom, imwettaq b’mod ripetut u għal perijodi qosra, għal skema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel applikabbli għal ċerti komuni fejn it-tensjoni fuq il-kirjiet hija għolja ħafna, hija ġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali marbuta mal-ġlieda kontra n-nuqqas ta’ akkomodazzjonijiet maħsuba għall-kiri u hija proporzjonata mal-għan imfittex, sa fejn dan kollu ma jkunx jista’ jintlaħaq b’miżura inqas restrittiva, b’mod partikolari peress li spezzjoni a posteriori sseħħ tard wisq biex tkun ġenwinament effettiva.

4)

L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-eżerċizzju ta’ ċerti attivitajiet ta’ kiri bi ħlas ta’ bini bl-għamara intiż għall-abitazzjoni, li hija bbażata fuq kriterji marbuta mal-fatt li jinkera l-post inkwistjoni “b’mod ripetut u għal perijodi qosra lil klijentela preżenti għal perijodu temporanju li fih ma jistabbilixxux id-domiċilju tagħhom” u li tagħti lill-awtoritajiet lokali s-setgħa li jispeċifikaw, fil-kuntest stabbilit minn din il-leġiżlazzjoni, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet previsti minn din l-iskema fid-dawl tal-għanijiet ta’ kompożizzjoni soċjali u skont karatteristiċi tas-swieq lokali ta’ abitazzjoni u tan-neċessità li ma jiġix aggravat in-nuqqas ta’ abitazzjonijiet, billi jżidu magħhom obbligu ta’ kumpens fil-forma ta’ trasformazzjoni simultanja f’abitazzjoni ta’ bini li għandu użu ieħor, dment li dawn il-kundizzjonijiet għall-għoti jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti minn din id-dispożizzjoni u li dan l-obbligu jkun jista’ jiġi ssodisfatt f’kundizzjonijiet trasparenti u aċċessibbli.


(1)  ĠU C 35, 28.01.2019


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra JZ

(Kawża C-806/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment - Direttiva 2008/115/KE - Artikolu 11 - Projbizzjoni fuq id-dħul - Ċittadin ta’ pajjiż terz li fir-rigward tiegħu ġiet imposta tali projbizzjoni, iżda li qatt ma telaq mill-Istat Membru kkonċernat - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi piena ta’ priġunerija għas-soġġorn ta’ dan iċ-ċittadin f’dan l-Istat Membru waqt li huwa konxju tal-projbizzjoni tad-dħul maħruġa kontrih)

(2020/C 390/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

JZ

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jissoġġornaw illegalment, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li piena ta’ priġunerija tista’ tiġi imposta fir-rigward ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jissoġġorna illegalment, li għalih il-proċedura ta’ ritorn stabbilita minn din id-direttiva tkun twettqet sa tmiemha, mingħajr madankollu ma l-persuna kkonċernata tkun effettivament telqet mit-territorju tal-Istati Membri, meta l-aġir ilmentat huwa ddefinit bl-għan ta’ permanenza illegali b’għarfien ta’ projbizzjoni tad-dħul, iddikjarat b’mod partikolari minħabba l-preċedenti kriminali tal-persuna kkonċernata jew il-perikolu li tirrappreżenta għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà nazzjonali, bil-kundizzjoni li l-aġir ilmentat ma jkunx iddefinit b’rabta ma’ ksur ta’ din il-projbizzjoni tad-dħul u li din il-leġiżlazzjoni tkun aċċessibbli, preċiża u prevedibbli biżżejjed fl-applikazzjoni tagħha sabiex jiġi evitat kull perikolu ta’ arbitrarjetà, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 122, 01.04.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Telenor Magyarország Zrt. vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnöke

(Kawżi magħquda C-807/18 u C-39/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Regolament (UE) 2015/2120 - Artikolu 3 - Aċċess għal internet miftuħ - Artikolu 3(1) - Drittijiet tal-utenti finali - Dritt ta’ aċċess għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi kif ukoll għall-użu tagħhom - Dritt li jiġu pprovduti applikazzjonijiet u servizzi - Artikolu 3(2) - Projbizzjoni tal-ftehimiet u tal-prattiki kummerċjali li jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti finali - Kunċetti ta’ “ftehimiet”, ta’ “prattiki kummerċjali”, ta’ “utenti finali” u ta’ “konsumaturi” - Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ limitazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti finali - Modalitajiet - Artikolu 3(3) - Obbligu ta’ trattament ugwali u nondiskriminatorju tat-traffiku - Possibbiltà li jiġu implimentati miżuri raġonevoli ta’ ġestjoni tat-traffiku - Projbizzjoni tal-miżuri ta’ bblokkar u ta’ tnaqqis fil-veloċità tat-traffiku - Eċċezzjonijiet - Prattiki kummerċjali li jikkonsistu f’li jiġu proposti pakketti li jipprovdu li l-klijenti li jabbonaw għalihom jixtru pakkett b’tariffa fissa li jagħtihom id-dritt li jużaw mingħajr restrizzjonijiet volum ta’ data partikolari, mingħajr ma jitnaqqas minnu l-użu ta’ ċerti applikazzjonijiet u ta’ ċerti servizzi speċifiċi li jaqgħu taħt “tariffa żero”, u li jistgħu, ladarba eżawrit dan il-volum ta’ data, ikomplu jużaw mingħajr restrizzjonijiet dawn l-applikazzjonijiet u dawn is-servizzi speċifiċi, li matulhom miżuri ta’ bblokkar jew ta’ tnaqqis fil-veloċità tat-traffiku jiġu applikati għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi l-oħra)

(2020/C 390/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet

Rikorrenti: Telenor Magyarország Zrt.

Konvenut: Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnöke

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li pakketti pprovduti minn fornitur ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet permezz ta’ ftehimiet konklużi ma’ utenti finali, li jipprovdu li dawn tal-aħħar jistgħu jixtru pakkett b’tariffi fissi li jagħtihom id-dritt li jużaw mingħajr restrizzjonijiet volum ta’ data partikolari, mingħajr ma jitnaqqas l-użu ta’ ċerti applikazzjonijiet u ta’ ċerti servizzi speċifiċi li jaqgħu taħt “tariffa żero”, u, ladarba dan il-volum ta’ data jiġi eżawrit, jistgħu jkomplu jużaw dawn l-applikazzjonijiet u dawn is-servizzi speċifiċi mingħajr restrizzjonijiet, filwaqt li miżuri ta’ bblokkar jew ta’ tnaqqis fil-veloċità tat-traffiku huma applikati għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi disponibbli l-oħra:

huma inkompatibbli mat-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, moqri flimkien mal-ewwel paragrafu tiegħu, meta dawn il-pakketti, dawn il-ftehimiet u dawn il-miżuri ta’ bblokkar jew ta’ tnaqqis fil-veloċità tat-traffiku jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti finali, u

huma inkompatibbli mat-tielet paragrafu tal-imsemmi artikolu meta l-imsemmija miżuri ta’ bblokkar jew ta’ tnaqqis fil-veloċità tat-traffiku huma bbażati fuq kunsiderazzjonijiet kummerċjali.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 – Mylène Troszczynski vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-12/19 P) (1)

(Appell - Dritt instituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 8 - Immunità parlamentari - Attività li ma hijiex marbuta mal-funzjonijiet parlamentari - Pubblikazzjoni fuq il-kont Twitter ta’ membru parlamentari - Artikolu 9 - Invjolabbiltà parlamentari - Portata - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari)

(2020/C 390/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Mylène Troszczynski (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alonso de León u C. Burgos, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Mylène Troszczynski hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.03.2019


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 – Edison SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-121/19 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali EDISON - Interpretazzjoni tal-kliem li jinsab fit-titolu ta’ klassi tal-Ftehim ta’ Nice u fil-lista alfabetika li hemm miegħu)

(2020/C 390/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Edison SpA (rappreżentanti: F. Boscariol de Roberto u D. Martucci, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Edison SpA hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 –Hamas vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-122/19 P) (1)

(Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi meħuda fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni komuni 2001/931/PESK - Artikolu 1(4) u (6) - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Artikolu 2(3) - Żamma ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi - Kundizzjonijiet - Awtorità kompetenti ekwivalenti għal awtorità ġudizzjarja - Deċiżjoni ta’ kundanna - Persistenza tar-riskju ta’ involviment f’attivitajiet terroristiċi - Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ iffriżar tal-fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

(2020/C 390/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Hamas (rappreżentant: L. Glock, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u K. Pavlaki, aġenti), ir-Repubblika Franciza, il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, A. Bouquet, J. Roberti di Sarsina, C. Zadra u A. Tizzano, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, A. Bouquet u J. Roberti di Sarsina, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Hamas għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 131, 08.04.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – XT vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-312/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/112/KE - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Artikolu 9(1) - Artikolu 193 - Kunċett ta’ “persuna taxxabbli” - Kuntratt ta’ attività komuni - Sħubija - Rabta ta’ tranżazzjoni ekonomika ma’ wieħed mis-sħab - Determinazzjoni tal-persuna taxxabbli li hija responsabbli għall-ħlas tat-taxxa)

(2020/C 390/11)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XT

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna fiżika li tkun ikkonkludiet ma’ persuna fiżika oħra kuntratt ta’ attività komuni li jikkostitwixxi sħubija, nieqes minn personalità ġuridika, ikkaratterizzat bil-fatt li l-ewwel persuna għandha l-jedd li taġixxi f’isem is-sħab kollha fin-negozju, iżda li tintervjeni waħedha u f’isimha stess fir-relazzjonijiet mat-terzi meta twettaq l-atti li jikkostitwixxu l-attività ekonomika ta’ din is-sħubija, għandha titqies li hija “persuna taxxabbli”, fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112 u li hija biss għandha tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta konformement mal-Artikolu 193 ta’ din id-direttiva, sa fejn hija taġixxi għaliha nnifisha jew għal ħaddieħor b’kummissjoni, fis-sens tal-Artikolu 14(2)(c) u tal-Artikolu 28 tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 220, 1.7.2019


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SC Romenergo SA, Aris Capital SA vs Autoritatea de Supraveghere Financiară

(Kawża C-339/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Dritt tal-kumpanniji - Azzjonijiet ammessi għan-negozjar fis-suq irregolat - Kumpannija ta’ investiment finanzjarju - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi limitu massimu tas-sehem fil-kapital ta’ ċerti kumpanniji ta’ investiment finanzjarju - Preżunzjoni legali ta’ ftehim)

(2020/C 390/12)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Romenergo SA, Aris Capital SA

Konvenuta: Autoritatea de Supraveghere Financiară

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi miżura nazzjonali li tipprevedi l-limitu massimu, ta’ 5 %, tas-sehem fil-kapital ta’ kumpannija ta’ investiment finanzjarju jekk din il-miżura ma tkunx iġġustifikata b’raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Patent- och marknadsdomstolen vid Stockholms tingsrätt – l-Isvezja) – Konsumentombudsmannen vs Mezina AB

(Kawża C-363/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà tal-ikel - Indikazzjonijiet nutrittivi u dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Artikoli 5 u 6 - Ġustifikazzjoni xjentifika tal-indikazzjonijiet - Provi xjentifiċi ġeneralment aċċettati - Artikolu 10(1) - Artikolu 28(5) - Sistema tranżitorja - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi fis-suq intern - Direttiva 2005/29/KE - Artikolu 3(4) - Relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29 u regoli oħra tal-Unjoni li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiki kummerċjali żleali)

(2020/C 390/13)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Patent- och marknadsdomstolen vid Stockholms tingsrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Konsumentombudsmannen

Konvenuta: Mezina AB

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6(1) u (2), l-Artikolu 10(1) kif ukoll l-Artikolu 28(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 107/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tas-sistema tranżitorja prevista f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar, l-oneru tal-prova u l-livell ta’ prova meħtieġa fil-qasam tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) ta’ dan ir-regolament huma rregolati mill-imsemmi regolament, li jeżiġi li l-operatur tas-settur tal-ikel ikkonċernat ikun jista’ jiġġustifika l-allegazzjonijiet li huwa juża permezz ta’ provi xjentifiċi ġeneralment aċċettati. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq elementi oġġettivi li jibbenefikaw minn qbil xjentifiku suffiċjenti.

2)

Fil-każ ta’ kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1924/2006, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 107/2008, u dawk tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jipprevalu u japplikaw għall-prattiki kummerċjali żleali fil-qasam tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa, fis-sens tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 246, 22.07.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil – Is-Slovenja) – Tax-Fin-Lex d.o.o. vs Ministrstvo za notranje zadeve

(Kawża C-367/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2014/24/UE - Punt 5 tal-Artikolu 2(1) - Kunċett ta’ “kuntratt pubbliku” - Kunċett ta’“kuntratt b’titolu oneruż” - Offerta ta’ offerent ta’ ammont ta’ EUR 0.00 - Ċaħda tal-offerta - Artikolu 69 - Offerta baxxa wisq)

(2020/C 390/14)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tax-Fin-Lex d.o.o.

Konvenut: Ministrstvo za notranje zadeve

fil-preżenza ta’: LEXPERA d.o.o.,

Dispożittiv

Il-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, kif emendata bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2365 tat-18 ta’ Diċembru 2017, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkostitwixxix bażi legali ta’ ċaħda tal-offerta ta’ offerent fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, għas-sempliċi raġuni li l-prezz propost fl-offerta huwa ta’ EUR 0.00.


(1)  ĠU C 263, 05.08.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 – Hamas vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-386/19 P) (1)

(Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi meħuda fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni komuni 2001/931/PESK - Artikolu 1(4) u (6) - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Artikolu 2(3) - Żamma ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi - Kundizzjonijiet - Awtorità kompetenti ekwivalenti għal awtorità ġudizzjarja - Deċiżjoni ta’ kundanna - Persistenza tar-riskju ta’ involviment f’attivitajiet terroristiċi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

(2020/C 390/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Hamas (rappreżentant: L. Glock, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u S. Van Overmeire, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, L. Baumgart, J. Roberti di Sarsina, C. Zadra u A. Tizzano, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, L. Baumgart u J. Roberti di Sarsina, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Hamas għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea


(1)  ĠU C 220, 01.07.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia- Spanja) – proċedura kontra Asociación Nacional de Empresas Estibadoras y Consignatarios de Buques (Anesco), Comisiones Obreras, Coordinadora Estatal de Trabajadores del Mar (CETM), Confederación Intersindical Gallega, Eusko Langileen Alkartasuna, Langile Abertzaleen Batzordeak, Unión General de Trabajadores (UGT)

(Kawża C-462/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE - Kriterji - Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia (il-Kummissjoni Nazzjonali tas-Swieq u tal-Kompetizzjoni, Spanja) - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2020/C 390/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Organu tar-rinviju

Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Asociación Nacional de Empresas Estibadoras y Consignatarios de Buques (Anesco), Comisiones Obreras, Coordinadora Estatal de Trabajadores del Mar (CETM), Confederación Intersindical Gallega, Eusko Langileen Alkartasuna, Langile Abertzaleen Batzordeak, Unión General de Trabajadores (UGT)

Fil-preżenza ta’: Asociación Estatal de Empresas Operadoras Portuarias (Asoport)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia (il-Kummissjoni Nazzjonali tas-Swieqi u tal-Kompetizzjoni, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2019, hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-498/19 P) (1)

(Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li teskludi nfieq mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Notifika lid-destinatarju - Żball fl-istampar tal-anness - Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Punt ta’ tluq - Tardività - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Osservanza tal-prinċipju tal-kontradittorju)

(2020/C 390/17)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Appellanti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: inizjalment C.-R. Canţăr, E. Gane, O.-C. Ichim u M. Chicu, sussegwentement E. Gane, O.-C. Ichim u M. Chicu, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u A. Biolan, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 12.08.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – BMW Bayerische Motorenwerke AG vs Hauptzollamt München

(Kawża C-509/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Unjoni - Regolament (UE) Nru 952/2013 - Artikolu 71(1)(b) - Valur doganali - Importazzjoni ta’ prodotti elettroniċi mgħammra b’softwer)

(2020/C 390/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BMW Bayerische Motorenwerke AG

Konvenut: Hauptzollamt München

Dispożittiv

L-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali ta’ merkanzija importata, li, mal-valur tat-tranżazzjoni tagħha, jiżdied il-valur ekonomiku ta’ softwer żviluppat fl-Unjoni Ewropea u pprovdut mingħajr ħlas mix-xerrej lill-bejjiegħ stabbilit f’pajjiż terz.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Mitteldeutsche Hartstein-Industrie AG vs Finanzamt Y

(Kawża C-528/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 17(2)(a) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Ħolqien u portata tad-dritt għal tnaqqis - Estensjoni ta’ triq li tappartjeni lil komun - Kontabbiltà tal-ispejjeż iġġenerati mix-xogħlijiet bħala parti mill-ispejjeż ġenerali tal-persuna taxxabbli - Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata mal-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli - Kunsinna mingħajr ħlas - Kunsinna li għandha tiġi ttrattata bħala kunsinna mwettqa bi ħlas - Artikolu 5(6))

(2020/C 390/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mitteldeutsche Hartstein-Industrie AG

Konvenut: Finanzamt Y

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli għandha d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa għax-xogħlijiet ta’ estensjoni ta’ triq komunali mwettqa għall-benefiċċju ta’ komun, meta din it-triq hija użata kemm minn din il-persuna taxxabbli fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha kif ukoll mill-pubbliku, sa fejn dawn ix-xogħlijiet ta’ estensjoni ma eċċedewx dak li kien neċessarju sabiex l-imsemmija persuna taxxabbli tkun tista’ teżerċita l-attività ekonomika tagħha u sa fejn l-ispiża tagħhom hija inkluża fil-prezz tat-tranżazzjonijiet tal-output imwettqa mill-istess persuna taxxabbli.

2)

Is-Sitt Direttiva 77/388, b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-permess għall-operat ta’ barriera mogħti unilateralment minn amministrazzjoni ta’ Stat Membru ma jikkostitwixxix il-korrispettiv miksub minn persuna taxxabbli li wettqet, mingħajr korrispettiv fi flus, xogħlijiet ta’ estensjoni ta’ triq li tappartjeni lil komun, b’tali mod li dawn ix-xogħlijiet ma jikkostitwixxux tranżazzjoni mwettqa bi ħlas, fis-sens ta’ din id-direttiva.

3)

L-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li xogħlijiet ta’ estensjoni, għall-benefiċċju ta’ komun, ta’ triq komunali miftuħa għall-pubbliku, iżda użata, fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha, mill-persuna taxxabbli li wettqet mingħajr ħlas dawn ix-xogħlijiet kif ukoll mill-pubbliku, ma jikkostitwixxux tranżazzjoni li għandha tiġi assimilata ma’ kunsinna ta’ oġġetti mwettqa bi ħlas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 328, 30.09.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 – BP vs Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

(Kawża C-669/19 P) (1)

(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Aċċess għal dokumenti - Protezzjoni tad-data personali - Żvelar allegatament irregolari ta’ tali data - Regolamenti (KE) Nri 1049/2001 u 45/2001 - Ammissibbiltà tal-motivi u produzzjonijiet ta’ provi quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Tqassim tal-ispejjeż)

(2020/C 390/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: BP (rappreżentant: E. Lazar, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. O’Flaherty, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

BP hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA).


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – UAB “Skonis ir kvapas” vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-674/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Struttura u r-rati tad-dazji tas-sisa applikabbli għat-tabakk immanifatturat - Direttiva 2011/64/UE - Artikolu 2(2) - Artikolu 5(1) - Kunċett ta’ “Prodotti li jikkonsistu esklużivament jew parzjalment minn sustanzi li ma humiex it-tabakk” - Kunċett ta’ “tabakk għat-tipjip” - Tabakk tal-pipa tal-ilma)

(2020/C 390/21)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Skonis ir kvapas”

Konvenut: Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Fil-preżenza ta’: Vilniaus teritorinė muitinė

Dispożittiv

L-Artikoli 2 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-tabakk tal-pipa tal-ilma, li jikkonsisti minn tabakk li jammonta għal 24 % u minn sustanzi oħra bħalma huma l-ġulepp taz-zokkor, il-gliċerina, is-sustanzi aromatiċi u preservattiv, għandu jiġi kklassifikat bħala “prodott ikkostitwit parzjalment minn sustanzi li ma humiex it-tabakk” u bħala “tabakk għat-tipjip”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u, għalhekk, għandu jitqies, fl-intier tiegħu u irrispettivament mis-sustanzi li jikkostitwixxuh, li ma humiex it-tabakk, bħala tabakk għat-tipjip suġġett għad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – A vs B, C

(Kawża C-738/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Punt 1(e) tal-anness - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Akkomodazzjoni soċjali - Obbligu ta’ residenza u projbizzjoni ta’ sullokazzjoni tal-proprjetà - Artikolu 3(1) u (3) - Artikolu 4(1) - Evalwazzjoni tan-natura possibbilment inġusta tal-klawżoli kriminali - Kriterji)

(2020/C 390/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A

Konvenuti: B, C

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) u (3), kif ukoll l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti nazzjonali teżamina n-natura possibbilment inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż ma’ konsumatur, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, minn fost il-klawżoli li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, il-grad ta’ interazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni ma’ klawżoli oħra, b’mod partikolari skont il-portata rispettiva tagħhom. Sabiex tiġi evalwata n-natura possibbilment sproporzjonalment għolja tal-ammont tal-kumpens impost fuq il-konsumatur, fis-sens tal-punt 1(e) tal-anness tal-imsemmija direttiva, għandha tingħata importanza sinjifikattiva lil dawk il-klawżoli li jirrigwardaw l-istess nuqqas.


(1)  ĠU C 19, 20.1.2020.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miż-Županijski sud u Puli (il-Kroazja) fl-20 ta’ Frar 2020 – Proċeduri kriminali kontra GR, HS, IT, INTER CONSULTING d.o.o., fi stralċ

(Kawża C-89/20)

(2020/C 390/23)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Županijski sud u Puli (il-Kroazja)

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

GR, HS, IT, INTER CONSULTING d.o.o., fi stralċ

B’digriet tal-1 ta’ Ottubru 2020 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddikjarat bħala manifestament inammissibbli t-talba għal deċiżjonji preliminari mressqa miż-Županijski sud u Puli (il-Kroazja).


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fit-28 ta’ Frar 2020 – Slovenský plynárenský priemysel, a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

(Kawża C-113/20)

(2020/C 390/24)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Slovenský plynárenský priemysel, a.s.

Konvenut: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

Permezz ta’ digriet tal-1 ta’ Ottubru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li:

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE (1) tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [omm] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti ma tapplikax għal sitwazzjoni fejn l-awtorità fiskali ta’ Stat Membru tirkupra mingħand persuna taxxabbli t-taxxa fuq id-dħul mhux imħallsa għal sena fiskali preċedenti għall-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea permezz ta’ aġġustament tat-taxxa magħmul wara din l-adeżjoni.


(1)  Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/17


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 minn Giorgio Armani SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-653/18, Armani vs EUIPO

(Kawża C-239/20 P)

(2020/C 390/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Giorgio Armani SpA (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida u Alejos-Pita, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Settembru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/18


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 minn Giorgio Armani SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-654/18 –Armani vs EUIPO

(Kawża C-240/20)

(2020/C 390/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Giorgio Armani SpA (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida u Alejos-Pita, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’ordni tat-30 ta’ Settembru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li ma tammettix l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeş (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Awwissu 2020 – Ministerul Dezvoltării Regionale şi Administraţiei Publice vs NE

(Kawża C-360/20)

(2020/C 390/27)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Argeş

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministerul Dezvoltării Regionale şi Administraţiei Publice

Konvenut: NE

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji [tal-Unjoni Ewropea] previst fl-Artikolu 1(1)(a) tal-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, ikopri l-ksur imwettaq sabiex tinħoloq id-dehra ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 57(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni mill-Istat Membru tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 tal-istess artikolu flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 98 tal-istess regolament, jew dan il-kunċett ikopri biss ksur imwettaq sat-tmiem tal-perijodu ta’ implimentazzjoni, bl-esklużjoni tal-atti mwettqa matul il-perijodu ta’ sostenibbiltà?

2)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(3) TUE flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 325(1) u (2) TFUE [u] tal-Artikolu 1(1)(a) tal-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, jista’ jiġi interpretat bħala li jipprekludi regola nazzjonali li teskludi s-sanzjonar tal-persuna akkużata bi ksur imwettaq wara t-tmiem tal-perijodu ta’ implimentazzjoni, jiġifieri matul il-perijodu ta’ sostenibbiltà, fir-rigward ta’ obbligi assunti minnha permezz ta’ kuntratt ta’ finanzjament, kif ukoll li jipprekludi l-interpretazzjoni tar-regola nazzjonali fis-sens li l-kunċett ta’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji [tal-Unjoni] ma jkoprix l-aġir li jikkostitwixxi ksur tal-benefiċjarju tal-finanzjament, matul il-perijodu ta’ sostenibbiltà tal-proġett, fir-rigward tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ finanzjament, irrispettivament mill-oriġini tal-fondi jew tal-ispejjeż sostnuti mill-benefiċjarju għas-sostenibbiltà tal-proġett, rispettivament mill-baġit tal-benefiċjarju stess jew mill-fondi [tal-Unjoni?].


(1)  ĠU 2006, L 210, p. 25, rettifiki fil-ĠU 2006, L 239, p. 248, fil-ĠU 2007, L 145, p. 38, fil-ĠU 2007, L 164, p. 36, u fil-ĠU 2008, L 301, p. 40.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Awwissu 2020 – Eurowings GmbH vs GDVI Verbraucherhilfe GmbH

(Kawża C-365/20)

(2020/C 390/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Eurowings GmbH

Appellata: GDVI Verbraucherhilfe GmbH

Domandi preliminari

1)

Passiġġier ikollu “riżervazzjoni kkonfermata” fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), meta jkun irċieva minn operatur tat-tour, li jkun marbut kuntrattwalment miegħu, “prova oħra” fis-sens tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament Nru 261/2004, li jkun fiha wiegħda dwar titjira preċiża, identifikata bl-indikazzjoni tal-postijiet u tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, kif ukoll bin-numru tat-titjira, mingħajr ma l-operatur tat-tour ma jkun għamel fil-fatt riżervazzjoni għal din it-titjira mat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mingħajr ma jkun irċieva konferma mingħand dan tal-aħħar?

2)

Ikun hemm “rifjut ta’ imbark” fis-sens tal-Artikolu 4(3) u tal-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004 meta, ftit ġranet qabel il-ħin tat-tluq skedat, l-operatur tat-tour, li miegħu l-passiġġieri jkunu kkonkludew kuntratt għal pakkett tal-ivjaġġar u li kien qabel ikkonfermalhom b’mod vinkolanti titjira identifikata bl-indikazzjoni tal-postijiet u tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, kif ukoll bin-numru tat-titjira, jittrasferixxihom għal titjira oħra?

3)

Ir-rifjut ta’ imbark huwa “raġonevolment iġġustifikat” fis-sens tal-aħħar parti tas-sentenza tal-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004, meta l-operatur tat-tour li kien ikkonferma b’mod vinkolanti titjira preċiża, identifikata bl-indikazzjoni tad-data, tan-numru u tal-ħinijiet tat-titjira, mingħajr konsultazzjoni mal-kumpannija tal-ajru u mingħajr ma kien għamel “riżervazzjoni li tkopri” l-passiġġier, ibiddel, ftit ġranet qabel il-ħin tat-tluq skedat, ir-riżervazzjoni tal-passiġġier billi jittrasferixxih fuq titjira oħra – hemmhekk ukoll mingħajr konsultazzjoni mal-kumpannija tal-ajru – mingħajr ma din il-kumpannija tal-ajru tkun tista’ tinfluwenza dan?

4)

Sabiex trasportatur tal-ajru jitqies li huwa “trasportatur tal-ajru li jopera” fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 261/2004 fil-konfront ta’ passiġġier, huwa biżżejjed li dan il-passiġġier ikun marbut kuntrattwalment ma’ operatur tat-tour, li jkun wiegħed li jittrasporta lill-passiġġier fuq titjira preċiża, identifikata bl-indikazzjoni tal-postijiet u tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, kif ukoll bin-numru tat-titjira, f’sitwazzjoni fejn l-operatur tat-tour ma jkunx għamel riżervazzjoni għall-passiġġier u għalhekk ma jkunx stabbilixxa relazzjoni kuntrattwali mat-trasportatur tal-ajru fir-rigward ta’ din it-titjira?

5)

L-Artikoli 4(3) u 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’każ bħal dan hawnhekk, fejn il-passiġġier jirriżerva titjira ta’ trasferiment mal-operatur tat-tour fil-kuntest ta’ pakkett tal-ivjaġġar u fejn l-ewwel parti tat-titjira, li ssir mill-kumpannija tal-ajru konvenuta, isseħħ kif previst, iżda fejn sussegwentement il-passiġġieri jiġu rrifjutati l-imbark fis-sens tal-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004 fuq it-titjira ta’ konnessjoni, li wkoll issir mill-kumpannija tal-ajru konvenuta, minħabba li l-operatur tat-tour ma kienx għamel “riżervazzjoni li tkopri” [il-passiġġier], l-ammont tal-kumpens huwa stabbilit skont id-distanza tar-rotta kollha kkalkolata mill-ewwel punt ta’ tluq sad-destinazzjoni finali u mhux biss skont id-distanza tat-tieni parti tar-rotta mfixkla?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Awwissu 2020 – Pro Rauchfrei e.V. vs JS e.K.

(Kawża C-370/20)

(2020/C 390/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pro Rauchfrei e.V

Konvenuta: JS e.K.

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq”, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1), jinkludi l-preżentazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk permezz ta’ distributuri awtomatiċi fejn, minkejja li l-pakketti tas-sigaretti f’dawn id-distributuri awtomatiċi jippreżentaw it-twissijiet li huma meħtieġa skont il-liġi, dawn il-pakketti tas-sigaretti huma maħżuna b’tali mod li dawn it-twissijiet inizjalment ma jkunux viżibbli għall-konsumatur, u t-twissijiet fuq il-pakketti tas-sigaretti jsiru viżibbli biss meta d-distributur awtomatiku, ladarba kien attivat mill-kaxxier, jitħaddem mill-klijent u l-pakkett tas-sigaretti, għalhekk, joħroġ mid-distributur awtomatiku għal fuq iċ-ċinga taċ-check out counter qabel ma l-klijent jipproċedi għall-ħlas?

2)

Il-ħabi tal-ippakkjar kollu tal-prodotti tat-tabakk fil-kuntest tal-preżentazzjoni f’distributur awtomatiku jaqa’ taħt il-projbizzjoni li t-twissijiet tas-saħħa jkunu “moħbija […] permezz ta’ […] oġġetti oħrajn” prevista fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40?

3)

Il-kriterju ta’ “[s]tampi ta’ pakketti individwali”, fis-sens tal-Artikolu 8(8) tad-Direttiva 2014/40, huwa ssodisfatt anki jekk, minkejja li r-rappreżentazzjoni użata ma hijiex riproduzzjoni fidila tal-ippakkjar oriġinali, il-konsumatur jassoċjaha mal-ippakkjar tat-tabakk minħabba d-dehra tagħha, jiġifieri l-kontorni, il-proporzjonijiet, il-kuluri u l-logo tal-marka tagħha?

4)

Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8(8) tad-Direttiva 2014/40 ikunu ssodisfatti, irrispettivament mir-rappreżentazzjoni użata, fil-każ li l-konsumatur għandu l-opportunità li jara l-ippakkjar tas-sigaretti, bit-twissijiet li huma meħtieġa skont il-liġi fuqhom, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ?


(1)  ĠU 2014, L 127, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 150, p. 24.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/20


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2020 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-28 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-399/16, CK Telecoms UK Investments Ltd vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-376/20 P)

(2020/C 390/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, C. Urraca Caviedes, J. Szczodrowski, M. Farley, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: CK Telecoms UK Investments Ltd, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, EE Ltd

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-399/16, CK Telecoms UK Investments Ltd vs Il-Kummissjoni;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni mill-ġdid;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-appell; u

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju tal-appell: is-sentenza appellata tapplika oneru tal-prova għall-eżistenza ta’ tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva (“probabbiltà serja”) li huwa iktar strett mit-test stabbilit fil-ġurisprudenza u fir-Regolament dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet (1), li jirrikjedi lill-Kummissjoni tidentifika l-eżitu “l-iktar probabbli”.

It-tieni aggravju tal-appell: billi tirrikjedi li, sabiex jinstab tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva, il-Kummissjoni għandha tipprova li konċentrazzjoni tagħti lill-entità fuża s-setgħa li tiddetermina, waħedha, il-parametri tal-kompetizzjoni, il-Qorti Ġenerali tapplika test legali li ma huwiex sostnut mir-Regolament dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet u jimmina l-għan stess tar-riforma tal-2004. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali tagħmel żball ta’ liġi meta tistabbilixxi test ta’ żewġ kriterji sabiex tistabbilixxi tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva bbażat fuq effetti mhux ikkoordinati.

It-tielet aggravju tal-appell: billi tirrikjedi li “setgħa kompetittiva importanti” (“SKI”) jeħtieġ li tispikka mill-kompetituri tagħha fir-rigward tal-impatt fuq il-kompetizzjoni u wkoll li l-partijiet f’konċentrazzjoni jridu jkunu “kompetituri mill-qrib”, il-Qorti Ġenerali teċċedi l-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju tagħha, tonqos milli tqis il-valur tal-linji gwida u toħloq distorsjoni tal-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata (2); jew, alternattivament, tikser il-prinċipju ta’ stħarriġ ġudizzjarju, tonqos milli tipprovdi motivazzjoni adegwata u tikser l-Artikolu 2 tar-Regolament dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet.

Ir-raba’ aggravju tal-appell: billi qieset li ż-żieda imbassra fil-prezz ma kinitx sinjifikanti u billi qalet li l-Kummissjoni kien imissha ħadet inkunsiderazzjoni ta’ “[s]tandards ta’ żidiet fl-effikaċja”, il-Qorti Ġenerali titlaq mir-Regolament dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet, teċċedi l-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju tagħha, tonqos milli tipprovdi motivazzjoni xierqa u toħloq distorsjoni tal-evidenza.

Il-ħames aggravju tal-appell: billi tillimita l-istħarriġ għal uħud biss mill-konklużjonijiet fid-deċiżjoni kkontestata u billi teżamina dawn il-konklużjonijiet b’mod iżolat, mingħajr ma teżamina l-evidenza kollha flimkien, il-Qorti Ġenerali toħloq distorsjoni tad-deċiżjoni kkontestata, teċċedi l-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju tagħha, tikser ir-regoli applikabbli dwar l-evidenza, tapplika b’mod ħażin it-test legali u tonqos milli tipprovdi motivazzjoni xierqa.

Is-sitt aggravju tal-appell: il-Qorti Ġenerali toħloq distorsjoni tad-deċiżjoni kkontestata billi tqis li din ma teżaminax degradazzjoni tal-kwalità tan-netwerk tal-entità fuża bħala parti mit-tieni teorija ta’ dannu. Il-Qorti Ġenerali tikser ukoll id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni meta tikkonkludi li l-Kummissjoni żbaljat fil-liġi meta kklassifikat l-effett ta’ iktar trasparenza fuq investimenti ġenerali tan-netwerk bħala effett mhux ikkoordinat.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 2796 final tal-11 ta’ Mejju 2016 li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern (Każ M.7612 – Hutchison 3G UK/Telefónica UK) (ĠU 2016, C 357, p. 15).


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Settembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra MM

(Kawża C-414/20 PPU)

(2020/C 390/31)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Proċeduri kriminali kontra:

MM

Domandi preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-mandat ta’ arrest Ewropew u l-att nazzjonali li fuq il-bażi tiegħu jinħareġ dan il-mandat għandhom jinħarġu biss mill-prosekutur pubbliku, mingħajr ma huwa possibbli li l-qorti tipparteċipa fil-ħruġ jew teżerċita stħarriġ qabel jew wara l-ħruġ tiegħu, hija konformi mal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45)?

Mandat ta’ arrest Ewropew li jkun inħareġ fuq il-bażi ta’ att ta’ tqegħid taħt investigazzjoni fil-konfront tal-persuna mfittxija, fejn dan l-att ma jkunx jikkonċerna ż-żamma ta’ din il-persuna taħt detenzjoni, huwa konformi mal-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: f’sitwazzjoni fejn, minkejja li l-qorti ma tkunx ipparteċipat fil-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew u lanqas ma tkun stħarrġet il-legalità tiegħu u minkejja li dan il-mandat ikun inħareġ fuq il-bażi ta’ att nazzjonali li ma jipprevedix iż-żamma taħt detenzjoni tal-persuna mfittxija, dan il-mandat ta’ arrest Ewropew ikun effettivament implimentat u l-persuna mfittxija tkun ikkonsenjata, il-persuna mfittxija għandha tingħata dritt għal rimedju effettiv fil-kuntest tal-istess proċedura kriminali bħal dik li matulha jkun inħareġ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew? Id-dritt għal rimedju effettiv jimplika li l-persuna mfittxija għandha titqiegħed fis-sitwazzjoni li kienet tkun fiha li kienu ma kienx hemm ksur?


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Settembru 2020 – TR

(Kawża C-416/20)

(2020/C 390/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent akkużat: TR

Parti oħra fil-proċedura: Generalstaatsanwaltschaft Hamburg

Domanda preliminari

Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-estradizzjoni għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ proċeduri kriminali kontra persuna kkundannata fil-kontumaċja minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn Stat Membru ieħor, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/343 (1), b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-legalità tal-estradizzjoni, b’mod partikolari fil-każ tal-hekk imsejħa “ħarba”, tiddependi mill-osservanza, mill-Istat li jagħmel it-talba, tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva?


(1)  Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/23


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2020 minn Carlo Tognoli et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-3 ta’ Lulju 2020, fil-Kawżi maghquda T-395/19, T-396/19, T-405/19, T-408/19, T-419/19, T-423/19, T-424/19, T-428/19, T-433/19, T-437/19, T-443/19, T-455/19, minn T-458/19 sa T-462/19, T-464/19, T-469/19 u T-477/19, Tognoli et vs Il-Parlament

(Kawża C-431/20 P)

(2020/C 390/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Carlo Tognoli, Emma Allione, Luigi Alberto Colajanni, Claudio Martelli, Luciana Sbarbati, Carla Dimatore, bħala eredi ta’ Mario Rigo, Roberto Speciale, Loris Torbesi, bħala eredi ta’ Eugenio Melandri, Luciano Pettinari, Pietro Di Prima, Carla Barbarella, Carlo Alberto Graziani, Giorgio Rossetti, Giacomo Porrazzini, Guido Podestà, Roberto Barzanti, Rita Medici, Aldo Arroni, Franco Malerba, Roberto Mezzaroma (rappreżentanti: M. Merola, L. Florio, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għall-eżami fuq il-mertu;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tal-proċedura fl-istadju tal-appell, b’riżerva tal-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

I L-appellanti jitolbu l-annullament, fis-sens tal-Artikolu 256 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) mogħti fit-3 ta’ Lulju 2020, li ġie nnotifikat fit-3 ta’ Lulju 2020, fil-Kawżi magħquda T-395/19, T-396/19, T-405/19, T-408/19, T-419/19, T-423/19, T-424/19, T-428/19, T-433/19, T-437/19, T-443/19, T-455/19, minn T-458/19 sa T-462/19, T-464/19, T-469/19 u T-477/19, li ddikjara r-rikorsi tagħhom manifestament inammissibbli.

Permezz tal-ewwel aggravju , l-appellanti jinvokaw żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni tal-att appellat bħala att li ma jipproduċix effetti legali, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. L-iżball jirriżulta mill-assenza ta’ bażi legali sabiex l-att jitqies li huwa provviżorju u min-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-effetti legali tiegħu fir-rigward tad-destinatarji. Fil-fatt, l-att inkwistjoni immedjatament ipproduċa effetti legali fir-rigward tal-appellanti, billi ċaħadhom minn parti sinjifikattiva tad-dritt għal pensjoni tagħhom.

Permezz tat-tieni aggravju , l-appellanti jinvokaw żball ta’ liġi li jirrigwarda l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali li tmur kontra l-għan u l-effettività tiegħu. Ir-regola hija fil-fatt intiża sabiex jiġu evitati l-multiplikazzjoni bla bżonn tar-rikorsi. Barra minn hekk, bid-dikjarazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-inammissibbiltà kemm tar-rikors kif ukoll tan-nota ta’ adattament, hija wettqet żball ta’ liġi ieħor li għandu bħala konsegwenza li jċaħħad paradossalment lill-appellenti minn protezzjoni ġudizzjarja.

Permezz tat-tielet aggravju , l-appellanti jinvokaw żewġ żbalji proċedurali li għandhom iwasslu għall-annullament tad-digriet, b’mod partikolari: il-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju u żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Fir-rigward tal-ewwel aspett, l-appellanti ma ngħatawx il-possibbiltà li jwieġbu għall-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-Parlament Ewropew f’dak li jirrigwarda n-nota ta’ adattament tar-rikors. Barra minn hekk, il-kondotta tal-Qorti Ġenerali hija aggravata bid-deċiżjoni tagħha li ma kienx neċessarju skambju ta’ noti ieħor u peress li lanqas ma sejħet is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, b’tali mod li l-appellanti ġew miċħuda mill-possibbiltà li jesprimu l-pożizzjoni tagħhom fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà fir-rigward tan-nota ta’ adattament, minkejja li huma ressqu talba formali f’dan is-sens.

Barra minn hekk, l-għażliet proċedurali kontraddittorji tal-Qorti Ġenerali jindikaw li l-inammissibbiltà tar-rikors ma kinitx immedjatament ċara u mingħajr ebda dubju, u għalhekk manifesta fis-sens tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti previsti għall-applikazzjoni ta’ tali regola ma kinux issodisfatti.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fl-14 ta’ Settembru 2020 – ZK

(Kawża C-432/20)

(2020/C 390/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZK

Konvenut: Landeshauptmann von Wien

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/109/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kull żjara fiżika, tkun kemm tkun qasira, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa resident għal żmien twil fit-territorju tal-Komunità matul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi, teskludi t-telf tal-istatus ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa resident għal żmien twil skont din id-dispożizzjoni?

2)

Fil-każ li għall-ewwel domanda l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fin-negattiv: liema kundizzjonijiet kwalitattivi u/jew kwantitattiva għandhom jissodisfaw iż-żjarat fit-territorju tal-Komunità matul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi sabiex jiġi eskluż it-telf tal-istatus ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa resident għal żmien twil? Iż-żjarat fit-territorju tal-Komunità matul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi jeskludu t-telf tal-istatus ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa resident għal żmien twil biss jekk iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz ikkonċernati, matul dan il-perijodu, kellhom ir-residenza abitwali tagħhom jew iċ-ċentru tal-interessi tagħhom fit-territorju tal-Komunità?

3)

Regoli tad-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu li ċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li huma residenti għal żmien twil jitilfu l-istatus tagħhom meta dawn, minkejja li kienu residenti fit-territorju tal-Komunità matul perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi, la kellhom ir-residenza abitwali tagħhom u lanqas iċ-ċentru tal-interessi tagħhom hemm, huma kompatibbli mal-Artikolu 9(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/109/KE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).


Il-Qorti Ġenerali

16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – CEDC International vs EUIPO – Underberg (Forma ta’ werqa ta’ ħaxixa fi flixkun)

(Kawża T-796/16) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ werqa ta’ ħaxixa fi flixkun - Trade mark tridimensjonali nazzjonali preċedenti - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 15(1) u Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Natura tal-użu - Alterazzjoni tal-karattru distintiv - Użu flimkien ma’ trade marks oħra - Suġġett tal-protezzjoni - Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni - Rekwiżit ta’ konkordanza tad-deskrizzjoni mar-rappreżentazzjoni - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjoni preċedenti mill-Qorti Ġenerali - Riferiment għall-motivi ta’ deċiżjoni preċedenti annullata - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2020/C 390/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CEDC International sp. z o.o. (Oborniki Wielkopolskie, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Underberg AG (Dietlikon, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Renck, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 1248/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CEDC International u Underberg.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 1248/2015-4) hija annullata f’dak li jikkonċerna l-motivi ta’ oppożizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 8(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trademark tal-[Unjoni Ewropea].

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

CEDC International sp. z o.o., l-EUIPO u Underberg AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Landesbank Baden-Württemberg vs SRB

(Kawża T-411/17) (1)

(“Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni Bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment (SRM) - Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) - Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 - Rikors għal annullament - Inċidenza diretta u individwali - Ammissibbiltà - Rekwiżiti formali essenzjali - Awtentikazzjoni tad-deċiżjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis”)

(2020/C 390/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Landesbank Baden-Württemberg (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u K. Rübsamen, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: A. Martin-Ehlers, S. Raes, T. Van Dyck u A. Kopp, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u K.-P. Wojcik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2017/05), inkwantu din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2017/05), hija annullata inkwantu din tikkonċerna lil-Landesbank Baden-Württemberg.

2)

L-effetti tad-deċiżjoni SRB/ES/SRF/2017/05 huma miżmuma inkwantu tikkonċerna lil-Landesbank Baden-Württemberg, għal sitt xhur mid-data li fiha s-sentenza preżenti ssir definittiva.

3)

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mil-Landesbank Baden-Württemberg.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Hypo Vorarlberg Bank vs KRU

(Kawża T-414/17) (1)

(“Unjoni ekonomika u monetarja - Unjoni bankarja - Mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni unika tal-istabbilimenti ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi tal-investiment (MRU) - Fond ta’ riżoluzzjoni unika (FRU) - Deciżjoni tal-KRU fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 - Rikors għal annullament - Inċidenza diretta u individwali - Ammissibbiltà - Forom sostanzjali - Awtentikazzjoni tad-deċiżjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis”)

(2020/C 390/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hypo Vorarlberg Bank AG, li kienet Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awtsrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger u A. Brenneis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Messina u J. Kerlin, aġenti, assistiti minn B. Meyring, S. Schelo, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-KRU fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 lill-Fond ta’ riżoluzzjoni unika (SRB/ES/SRF/2017/05), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ riżoluzzjoni unika (KRU) fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 lill-Fond ta’ riżoluzzjoni unika (SRB/ES/SRF/2017/05) hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Hypo Vorarlberg Bank AG.

2)

Il-KRU għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti minn Hypo Vorarlberg Bank.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Portigon vs SRB

(Kawża T-420/17) (1)

(“Unjoni ekonomika u monetarja - Unjoni Bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) - Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) - Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2017 - Rikors għal annullament - Inċidenza diretta u individwali - Ammissibbiltà - Rekwiżiti formali essenzjali - Awtentifikazzjoni tad-deċiżjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tas-sentenza”)

(2020/C 390/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Portigon AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Bliesener, V. Jungkind u F. Geber, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: P. Messina u J. Kerlin, aġenti, assistiti minn B. Meyring, S. Schelo u T. Klupsch, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u K.-Ph. Wojcik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2017 (SRB/ES/SRF/2017/05), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2017 fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2017/05) hija annullata, sa fejn tikkonċerna lil Portigon AG.

2)

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Portigon.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – P. Krücken Organic vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-565/18) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Rikors għad-danni - Kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Arranġamenti għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi - Organu privat ta’ kontroll - Kunċett ta’ superviżjoni xierqa fis-sens tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 - Regolament (KE) Nru 1235/2008 - Imputabbiltà tal-aġir”)

(2020/C 390/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: P. Krücken Organic GmbH (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers, B. Hofstötter u A. Dawes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara, minn naħa, l-allegat ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 33(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tal-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU 2007, L 189, p. 1; rettifiki fil-ĠU 2013, L 68, p. 61 u fil-ĠU 2014, L 300, p. 72) u, min-naħa l-oħra, ċertu aġir ta’ Ecocert SA u li huwa allegatament imputabbli lill-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

P. Krücken Organic GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – ZL vs EUIPO

(Kawża T-596/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Deċiżjoni li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ċaħda tat-talba għal aċċess għall-mistoqsijiet b’għażla multipla magħmula fit-testijiet ta’ dħul - Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla”)

(2020/C 390/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZL (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u K. Tóth, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EUIPO/AD/01/17 – Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-proprjetà intellettwali tas-7 ta’ Marzu 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti dwar ir-reviżjoni tad-deċiżjoni ta’ dan l-istess bord tal-għażla tal-1 ta’ Diċembru 2017 li isimha ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva stabbilita bil-għan tar-reklutaġġ ta’ amministraturi mill-EUIPO u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-EUIPO tas-27 ta’ Ġunju 2018 li tiċħad l-ilmenti tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ZL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Pshonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-291/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2020/C 390/41)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Viktor Pavlovych Pshonka (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pekař u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 7 u fir-rettifika ĠU 2019, L 86, p. 118) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 1 u fir-rettifika ĠU 2019, L 86, p. 118), sa fejn dawn l-atti iżommu l-isem tar-rikorrent fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn l-isem ta’ Viktor Pavlovych Pshonka nżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Pshonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-292/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2020/C 390/42)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Artem Viktorovych Pshonka (Kramatorsk, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pekař u V. Piessevaux, agenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 7 u fir-rettifika ĠU 2019, L 86, p. 118) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 1 u fir-rettifika ĠU 2019, L 86, p. 118), sa fejn dawn l-atti iżommu l-isem tar-rikorrent fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn l-isem ta’ Artem Viktorovych Pshonka nżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – UE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-338/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Problemi tas-saħħa allegatament marbuta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol - Talba għal rikonoxximent tax-xogħol bħala l-kaġun ta’ marda - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dritt għal smigħ - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Obbligu li tinstema’ l-persuna kkonċernata qabel id-deċiżjoni inizjali”)

(2020/C 390/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: UE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Awwissu 2018 li permezz tagħha t-talba tar-rikorrenti intiża għar-rikonoxximent ta’ marda kkaġunata mix-xogħol, skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea ġiet miċħuda bħala inammissibbli.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Awwissu 2018 li permezz tagħha t-talba ta’ UE intiża għar-rikonoxximent ta’ marda kkaġunata mix-xogħol, skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea ġiet miċħuda bħala inammissibbli hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/19) (1)

(“Relazzjonijiet barranin - Kooperazzjoni teknika - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Regolament (UE) 2018/1971 - Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi - Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 - Parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż terz f’dan il-korp - Parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo - Kunċett ta’ pajjiż terz - Żball ta’ liġi”)

(2020/C 390/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, M. Kellerbauer u T. Ramopoulos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU 2019, C 115, p. 26).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – BASF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/19) (1)

(“Prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem li fihom esteri etiliċi ta’ aċidi tal-omega-3 - Tibdil tat-termini tal-awtorizzazzjoni - Artikolu 116, l-ewwel paragrafu tad-Direttiva 2001/83/KE - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)

(2020/C 390/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BASF AS (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: E. Wright, barrister u H. Boland, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek u A. Sipos, agenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4336 finali, tas-6 ta’ Ġunju 2019, dwar, fil-kuntest tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem li fihom esteri etiliċi ta’ aċidi tal-omega-3 għal użu orali għall-prevenzjoni konsekuttiva ta’ infart mijokardijaku.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BASF AS hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 305, 9.9.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Settembru 2020 – Aldi vs EUIPO (BBQ BARBECUE SEASON)

(Kawża T-522/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BBQ BARBECUE SEASON - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)

(2020/C 390/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Mejju 2019 (Każ R 1359/2018-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BBQ BARBECUE SEASON bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aldi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 305, 9.9.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Medac Gesellschaft für klinische Spezialpräparate vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-549/19) (1)

(“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Prodotti mediċinali orfni - Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Trecondi-treosulfan - Deċiżjoni li jitneħħa prodott mediċinali mir-Reġistru tal-Prodotti Mediċinali Orfni - Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 - Kunċett ta’ ‘metodu sodisfaċenti’ - Artikolu 5(12)(b) tar-Regolament Nru 141/2000 - Żball ta’ liġi”)

(2020/C 390/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Medac Gesellschaft für klinische Spezialpräparate mbH (Wedel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. von Czettritz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: B.-R. Killmann u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4858 final, tal-20 ta’ Ġunju 2019, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Trecondi-treosulfan

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4858 (final) tal-20 ta’ Ġunju 2019, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Trecondi-treosulfan, huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 337, 7.10.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Seven vs EUIPO (7Seven)

(Kawża T-557/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 7Seven - Assenza ta’ talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark - Kanċellazzjoni tat-trade mark fl-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Applikazzjoni għal restitutio in integrum ippreżentata mill-persuna liċenzjata - Artikolu 104(1) tar-Regolament 2017/1001 - Dmir ta’ viġilanza”)

(2020/C 390/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 2076/2018-5), dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum fid-dritt li jintalab it-tiġdid tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 7Seven.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Seven SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – FF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-654/19) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Fabbrikazzjoni, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Direttiva 2014/40/UE - Użu ta’ ritratt ġo librerija ta’ twissijiet bi stampi li jintużaw għall-prodotti tat-tabakk - Direttiva 2014/109/UE - Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ liġi li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi”)

(2020/C 390/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FF (rappreżentant: A. Fittante, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Rubene u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent minħabba l-użu mhux awtorizzat ta’ ritratt li huwa jqis li jirrappreżentah.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huma miċħud.

2)

FF għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tar-rikors odjern u tal-proċeduri għal miżuri proviżorji.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Basaglia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-727/19) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw ċerti proġetti fil-kuntest tal-programm eTEN u tal-ħames u s-sitt programmi qafas għar-riċera u l-iżvilupp teknoloġiku - Limitazzjoni tat-talba għal aċċess - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terza persuna - Interess pubbliku superjuri - Obbligu ta’ twettiq ta’ eżami konkret u individwali”)

(2020/C 390/50)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Basaglia (Milano, l-Italja) (rappreżentant: G. Balossi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6474 final tal-4 ta’ Settembru 2019 li tirrigwarda talba konfermattiva għal aċċess għal dokumenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6474 final tal-4 ta’ Settembru 2019 li tirrigwarda talba konfermattiva għal aċċess għal dokumenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, hija annullata sa fejn din tinkludi limitazzjoni tat-talba ta’ aċċess u sa fejn tinkludi rifjut ta’ aċċess ibbażat fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Giorgio Basaglia u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 432, 23.12.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Huevos Herrera Mejías vs EUIPO – Montesierra (MontiSierra HUEVOS CON SABOR A CAMPO)

(Kawża T-737/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MontiSierra HUEVOS CON SABOR A CAMPO - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali preċedentri MONTESIERRA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebħ tal-prodotti - Xebħ tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2020/C 390/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Huevos Herrera Mejías, SL (Torre Alháquime, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Montesierra, SA (Jerez de la Frontera, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba‘ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2019 (Każ R 2021/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Montesierra u Huevos Herrera Mejías

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Huevos Herrera Mejías, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 432, 23.12.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Clouds Sky vs EUIPO – The Cloud Networks (Wi-Fi Powered by The Cloud)

(Kawża T-738/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva Wi-Fi Powered by The Cloud - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2020/C 390/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clouds Sky GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: The Cloud Networks Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2019 (Każ R 696/2019-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Clouds Sky u The Cloud Networks.

Dispożittiv

1.

Ir-rikors huwa miċħud.

2.

Clouds Sky GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 10, 13.1.2020.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Tetra vs EUIPO – Neusta next (Wave)

(Kawża T-869/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Wave - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2020/C 390/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Tetra GmbH (Melle, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Kessler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u A. Söder, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Neusta next GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 2440/2018-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Neusta next u Tetra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 2440/2018-2) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2020 – CrossFit vs EUIPO – Hochwarter (CROSSBOX)

(Kawża T-835/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 390/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CrossFit Inc. (Scotts Valley, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Mărginean, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Marlis Hochwarter (Vjenna, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 1832/2018-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CrossFit u Marlis Hochwarter.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għal dawk sostnuti minn CrossFit Inc.


(1)  ĠU C 36, 3.2.2020.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/38


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2020 – ITD u Danske Fragtmænd vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-525/20)

(2020/C 390/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ITD, Brancheorganisation for den danske vejgodstransport A/S (Padborg, id-Danimarka) u Danske Fragtmænd A/S (Åbyhøj, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 3006 final tat-12 ta’ Mejju 2020 fil-Każ dwar għajnuna mill-Istat SA. 52489 (2018/FC) – Id-Danimarka, u fil-Każ dwar għajnuna mill-Istat SA. 52658 (2018/FC) – L-Isvezja (Allegata għajnuna mill-Istat lil PostNord Logistics);

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku, fejn jallegaw li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

Ir-rikorrenti jirreferu għal evidenza ta’ diffikultajiet serji marbuta mat-tul u maċ-ċirkustanzi tal-proċedura ta’ eżami preliminari;

Ir-rikorrenti jirreferu wkoll għal analiżi insuffiċjenti u inkompleta min-naħa tal-konvenuta fir-rigward tal-imputabbiltà tal-injezzjoni tal-kapital u b’mod partikolari għal:

analiżi insuffiċjenti u inkompleta sa fejn il-Kummissjoni ma bbażatx ruħha fuq data preċiża, affidabbli u konsistenti;

diffikultajiet serji li huwa xhieda tagħhom il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat meta ddeterminat li d-deċiżjoni li tingħata l-injezzjoni tal-kapital kienet adottata minn PostNord Group AB u mhux minn PostNord AB;

diffikultajiet serji li huwa xhieda tagħhom il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat meta ddeterminat li d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi ta’ PostNord AB li tingħata l-injezzjoni tal-kapital ma hijiex imputabbli lill-Istat Daniż u lill-Istat Svediż.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jirreferu għal analiżi insuffiċjenti u inkompleta fir-rigward tas-sussidju transversali tal-ispejjeż ta’ PostNord Logistics minn Post Danmark A/S.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/39


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2020 – SRB vs KEPD

(Kawża T-557/20)

(2020/C 390/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (rappreżentanti: H. Ehlers, M. Fernandez Ruperez, J. King, aġenti, H. Kamann, M. Braun u F. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, SRB tfittex l-annullament tad-deċiżjoni tal-KEPD tal-24 ta’ Ġunju 2020 taħt ir-referenzi tal-ilmenti tiegħu 2019-0947, 2019-0998, 2019-0999, 2019-1000 u 2019-1122, li ddeċidiet li s-SRB kiser l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1725 (1).

Insostenn tar-rikors tiegħu, l-SRB jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv, li jallega li l-informazzjoni kondiviża mat-terz ma kinitx “data personali” fil-formulazzjoni u l-iskop tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

It-tieni motiv, li jallega li l-KEPD kiser id-dritt għal amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi ma żvelatx biżżejjed informazzjoni dwar l-ilmenti.


(1)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39).


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/40


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2020 – Cara Therapeutics vs EUIPO – Gebro Holding (KORSUVA)

(Kawża T-584/20)

(2020/C 390/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cara Therapeutics, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Day, Solicitor u T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gebro Holding GmbH (Fieberbrunn, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KORSUVA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 816 844

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Lulju 2020 fil-Każ R 2450/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Gebro Holdings GmbH għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/40


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2020 – Unimax Stationery vs EUIPO – Mitsubishi Pencil (UNI-MAX)

(Kawża T-591/20)

(2020/C 390/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unimax Stationery (Daman, l-Indja) (rappreżentanti: A. Hempel u C. Schmidt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mitsubishi Pencil Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni UNI-MAX bl-oranġjo, bl-aħmar, bl-abjad u bl-iswed – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 466 932

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Lulju 2020 fil-Każ R 371/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/41


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2020 – Univers Agro vs EUIPO – Shandong Hengfeng Rubber & Plastic (AGATE)

(Kawża T-592/20)

(2020/C 390/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Univers Agro EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: C. Hernández-Martí Pérez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shandong Hengfeng Rubber & Plastic Co. Ltd (Dongying, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “AGATE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 440 596

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2020 fil-Każ R 725/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara t-Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 440 596 valida;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk applikabbli, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni tqis li aġixxa in mala fede meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark;

Ksur tal-Artikolu 60(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/42


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2020 – Roller vs EUIPO – Flex Equipos de Descanso (Dormillo)

(Kawża T-597/20)

(2020/C 390/60)

Lingwa tar-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Roller GmbH & Co. KG (Gelsenkirchen, il-Ġermaja) (rappreżentant: W. Zürbig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Flex Equipos de Descanso, SA (Getafe, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali Dormillo – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 407 881 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2847/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-oppożitur sa fejn il-protezzjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 407 881 hija rifjutata għall-Unjoni Ewropea għall oġġetti u servizzi kollha kkontestati tal-klassijiet 20, 24 u 35;

tagħti protezzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali kkontestata Dormillo Nru 1 407 881 għal oġġetti u servizzi kollha kkontestati u indikati għat-territorju tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 72(2) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2020 – Skechers USA vs EUIPO (ARCH FIT)

(Kawża T-598/20)

(2020/C 390/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Skechers USA, Inc. II (Manhattan Beach, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Holman, A. Reid, Solicitors, J. Bogatz u Y. Stone, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ARCH FIT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 079 677

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Lulju 2020 fil-Każ R 2631/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/43


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2020 – Guangdong Haomei New Materials u Guangdong King Metal Light Alloy Technology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-604/20)

(2020/C 390/62)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Guangdong Haomei New Materials Co. Ltd (Qingyuan, iċ-Ċina) u Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co. Ltd (Yuan Tan Town, iċ-Ċina) rappreżentanti: M. Maresca, C. Malinconico, D. Maresca, A. Cerutti, A. Malinconico, G. La Malfa Ribolla, D. Guardamagna u M. Guardamagna, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla r-regolament ikkontestat u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors preżenti huwa dirett kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2020/1215 (UE) tal-21 ta’ Awwissu 2020, li jagħmel importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni [(ĠU 2020 L 275, p. 16)], ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-24 ta’ Awwissu 2020.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 14(5) tar-[Regolament 2016/1036, iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”] b’riferiment għall-oġġett tal-importazzjonijiet, fuq il-motivazzjoni illoġika u kontradittorja, kif ukoll fuq l-eżistenza, fil-każ inkwistjoni, ta’ użu ħażin ta’ poter.

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut li r-regolament ikkontestat huwa vvizzjat b’inċertezzi u kontradizzjonijiet fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-importazzjonijiet. Barra minn hekk, fid-data ta’ pubblikazzjoni tar-Regolament [2020/1215] tal-24 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni ma identifikatx b’mod ċar l-oġġett tal-importazzjonijiet li kien suġġett għal investigazzjoni. Billi għamlet hekk, il-Kummissjoni ppreġudikat a priori l-importazzjonijiet, fid-dawl tal-effett psikoloġiku evidenti u wiesa’ tar-reġistrazzjoni fis-suq tal-estrużjonijiet tal-aluminju, iżda ma kkonstatatx is-sussistenza tar-rekwiżiti kollha imposti mir-Regolament bażiku għar-reġistrazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ leġittimità suġġettiva meta titressaq talba għal reġistrazzjoni.

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut li skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku t-talba għal reġistrazzjoni għandha ssir “mill-industrija tal-Unjoni”. F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-European Aluminium Association tirrappreżenta biss parti mill-industrija, li barra minn hekk tikkoinċidi ma’ dik tal-parti li għamlet l-ilment. Għandu jingħad ukoll li l-ilment jagħti viżjoni parzjali – mhux oġġettiva u globali. Ulterjorment mal-atti proċedurali ma ġewx prodotti elementi inekwivoċi dwar ir-rappreżentanza reali tal-industrija tal-Unjoni fi ħdan l-EA.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ provi suffiċjenti.

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut li r-regolament ikkontestat ma jagħmilx distinzjoni bejn iż-żewġ premessi neċessarji tal-“provi” u tal-“portata” iżda tipprevedi paragrafu wieħed bl-isem ta’ “Raġunijiet […]”. Din il-formulazzjoni tikkonfondi ż-żewġ premessi li, għall-kuntrarju, għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar.

Il-provi fil-pussess tal-Kummissjoni, barra minn hekk, ma jurux l-eżistenza ta’ dumping – lanqas prima facie. Għandu jingħad ukoll li l-Kummissjoni waslet biex ikkonstatat id-dumping mhux permezz ta’ analiżi proprja tal-elementi fil-pussess tagħha iżda billi sempliċement “assumiet” il-motivi tal-parti li għamlet l-ilment. Għalhekk dan il-modus operandi ma huwiex suffiċjenti biex jiġi inkluż ir-rekwiżit tal-provi msemmi fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament Nru 1036/2016.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-element tal-portata: ir-retroattività, fuq il-ksur tal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, fuq iċ-ċertezza legali, kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut li r-regolament ikkontestat b’ebda mod ma jindika l-portata tar-reġistrazzjoni iżda jagħmel riferiment għall-Artikolu 10(4) tar-Regolament Nru 1036/2016. L-assenza ta’ portata espliċitu fuq il-bażi, barra minn hekk, tal-provi insuffiċjenti, tagħmel ir-regolament ikkontestat illeġittimu minħabba ksur tal-imsemmija dispożizzjoni tar-Regolament bażiku u, fuq kollox, minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-impatt tal-COVID-19 fuq il-flussi kummerċjali, fuq l-għanijiet tal-proċedura antidumping u fuq ir-reġistrazzjoni.

Permezz tal-ħames motiv qed jiġi rrilevat nuqqas tar-regolament ikkontestat, fir-rigward tal-portata u tal-provi, ġaladarba, minkejja l-gravità u r-rilevanza tal-pandemija għall-kummerċ internazzjonali, il-Kummissjoni ma qisitx li kellha telabora – mhux biss studju iżda analiżi minima dokumentata tal-effetti tal-COVID-19 fuq il-flussi kummerċjali. Ma’ dan għandu jiżdied li l-unika tweġiba li r-regolament jagħti dwar din il-kwistjoni huwa riferiment, riferiment żbaljat, għaż-żieda fl-importazzjonijiet.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq assenza ta’ indikazzjoni jew indikazzjoni żbaljata tad-dazji.

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut li r-regolament ikkontestat huwa illegali inkwantu jikser l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-istima tal-ammont ta’ dazji eventwali futuri li għandhom jitħallsu. Il-Kummissjoni identifikat b’mod arbitrarju l-marġni massimu ta’ dumping għall-estrużjonijiet kollha fejn ħadet bħala riferiment l-evalwazzjoni żbaljata magħmula għas-solid profiles biss, filwaqt li eskludiet l-atti proċedurali u ddeċidiet mingħajr motivazzjoni li testendi l-marġni ta’ dumping previst għal waħda mill-erba’ suddiviżjonijiet tal-estrużjonijiet għat-tliet suddiviżjonijiet ukoll.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/45


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2020 – Egis Bâtiments International u InCA vs Il-Parlament

(Kawża T-610/20)

(2020/C 390/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Egis Bâtiments International (Montreuil, Franza) u InCA – Ingénieurs Conseils Associés Sàrl (Niederanven, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Rodesch u R. Jazbinsek, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taċċetta li dan ir-rikors huwa fil-forma dovuta;

tiddikjarah fondat fit-tliet motivi tiegħu;

għaldaqstant, tiddikjara li l-Parlament Ewropew ma setax jagħmel id-dikjarazzjonijiet segwenti lill-istampa, intiżi sabiex jiġu ppubblikati, mingħajr ma jikser l-Artikolu 8 tal-ftehim tranżazzjonali tad-9 ta’ April 2019 iffirmat bejn il-partijiet jew mingħajr ma jikser l-obbligu tiegħu ta’ bona fides fl-eżekuzzjoni tal-ftehimiet:

[kunfidenzjali(1)

tikkonstata li dawn id-dikjarazzjonijiet traskritti f’artikli tal-istampa li ġew ippubblikati jikkostitwixxu ksur tal-klawżola ta’ kunfidenzjalità tal-Artikolu 8 tal-ftehim tranżazzjonali tad-9 ta’ April 2019 iffirmat bejn il-partijiet jew tiddikjara li d-dikjarazzjonijiet lill-istampa jikkostitwixxu ksur tal-eżekuzzjoni bona fide tal-imsemmi ftehim tranżazzjonali abbażi tal-Artikolu 1134 tal-Code civil (il-Kodiċi Ċivili) tal-Lussemburgu;

għaldaqstant, tikkundanna prinċipalment lill-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Parlament Ewropew għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 100 000 li tikkorrispondi għall-kumpens kuntrattwali stabbilit jew, sussidjarjment, għall-ħlas ta’ kull somma oħra ffissata ex aequo et bono li tirrappreżenta kumpens għad-dannu mġarrab wara l-pubblikazzjonijiet inkwistjoni u b’mod partikolari għall-ksur tad-dritt għall-protezzjoni tal-immaġini personali taż-żewġ kumpanniji rikorrenti, liema somma għandha titħallas in solidum lill-kumpannija ssemplifikata b’responsabbiltà limitata, EGIS Bâtiment International SAS u lill-kumpannija b’responsabbiltà limitata INCA Ingénieurs Conseils Associas SARL, iż-żewġ rikorrenti li qegħdin jaġixxu bħala soċji tal-assoċjazzjoni temporanja EGIS Bâtiment International – Inca Ingénieurs Conseils Associés irrappreżentata miż-żewġ rikorrenti, bl-interessi kuntrattwali jew bl-interessi legali fis-seħħ mis-27 ta’ Ġunju 2019, id-data tal-pubblikazzjoni tal-artikli, jew mis-16 ta’ Lulju 2019, id-data tal-ewwel intimazzjoni, jew minn dan ir-rikors;

minħabba r-rifjut tal-Parlament Ewropew li jirrikonoxxi l-iżball tiegħu, ir-rikorrenti kellhom iressqu azzjoni ġudizzjarja u jiġu rrappreżentati minn avukat;

fid-dawl tal-ġurisprudenza Lussemburgiża attwali, il-parti fil-kawża għandha dritt għar-rimbors tal-ispejjeż tal-avukat, abbażi tad-dritt għall-kumpens sħiħ għad-dannu mġarrab;

għaldaqstant il-Cour d’appel (il-Qorti tal-Appell) tal-Lussemburgu ammettiet li “prinċipju tad-dritt inevitabbli huwa li d-dannu li jirriżulta minn nuqqas, ikun xi jkun, għandu jiġi kkumpensat mill-awtur tan-nuqqas u dan il-kumpens għandu jkun sħiħ. Issa, l-ispejjeż tad-difiża jikkostitwixxu b’mod ċar dannu reparabbli u l-kumpens mogħti lill-vittma ma jkunx sħiħ jekk dan ma jkunx jinkludi dawn l-ispejjeż tad-difiża jew jekk il-parti fil-kawża jkollha ġġarrab spejjeż sabiex tinvoka d-drittijiet tagħha. Id-dritt għall-kumpens sħiħ għad-dannu jiġġustifika r-ripetibbiltà tal-ispejjeż tad-difiża, fosthom l-onorarji tal-avukat” (Cour d’appel, 4 ta’ Jannar 2012, punt 35, p. 848);

barra minn hekk, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) tal-Lussemburgu stabbilixxiet fis-sentenza tagħha tad-9 ta’ Frar 2012 il-prinċipju tal-kumulu tal-kumpens proċedurali li joriġina minn responsabbiltà mingħajr nuqqas u tar-rimbors sħiħ tal-onorarji tal-avukat bħala danni, li jirriżultaw minn nuqqas (Cour de cassation, 9 ta’ Frar 2012, Nru 5/12 J.T.L. 2012, p. 54);

għaldaqstant, abbażi tal-kumpens sħiħ għad-dannu, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 5 000 għall-ispejjeż tal-avukat lill-assoċjazzjoni temporanja EGIS Bâtiment International – Inca Ingénieurs Conseils Associés komposta miż-żewġ rikorrenti, bl-interessi kuntrattwali jew bl-interessi legali fis-seħħ mis-27 ta’ Ġunju 2019, id-data tal-pubblikazzjoni tal-artikli, jew mis-16 ta’ Lulju 2019, id-data tal-ewwel intimazzjoni, jew minn dan ir-rikors;

tirriżerva lir-rikorrenti d-drittijiet, l-ammonti dovuti, il-motivi u l-azzjonijiet l-oħra kollha li jistgħu jinvokaw;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha ta’ din l-istanza abbażi tal-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tal-ftehim tranżazzjonali tad-9 ta’ April 2019 flimkien mal-Artikolu 2044 tal-Kodiċi Ċivili tal-Lussemburgu, għar-raġuni li l-Parlament Ewropew għamel dikjarazzjonijiet fl-istampa li jiksru l-prinċipju ta’ kunfidenzjalità miftiehem bejn il-partijiet fil-ftehim tranżazzjonali dwar ix-xoljiment tal-kuntratt bejniethom.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni tal-ftehim tranżazzjonali tad-9 ta’ April 2019 flimkien mal-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili tal-Lussemburgu sa fejn id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Parlament Ewropew lill-istampa kisru l-obbligu ta’ bona fides inerenti f’kull eżekuzzjoni ta’ kuntratt. Il-Parlament iddenunzja fl-istampa l-inkompetenza tar-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tal-missjoni tagħhom bħala koordinatur-pilota għall-monitoraġġ tax-xogħlijiet kif ukoll għat-tkomplija u għall-finalizzazzjoni ta’ studji għall-proġett ta’ estensjoni u ta’ aġġornament tal-bini Konrad Adenauer (KAD) tal-Parlament fil-Lussemburgu, billi żammhom responsabbli għall-ispejjeż addizzjonali u għad-dewmien fis-sit ta’ kostruzzjoni tal-KAD. Ir-rikorrenti jqisu li dan l-aġir jikkostitwixxi nuqqas f’kuntest fejn, minn naħa, dawn in-nuqqasijiet ġew ikkontestati u, min-naħa l-oħra, ingħata kumpens għal xoljiment mhux iġġustifikata tal-kuntratt.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura sa fejn kull parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż. Ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ għajnuna legali sostnuti qiegħed jintalab ukoll fil-kuntest tad-dritt għall-kumpens sħiħ għad-dannu.


(1)  Informazzjoni kunfidenzjali redatta.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/47


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2020 – Malacalza Investimenti vs BĊE

(Kawża T-612/20)

(2020/C 390/64)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Malacalza Investimenti Srl (Ġenova, l-Italja) (rappreżentanti: M. Condinanzi u L. Boggio, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u tiddikjara nulli ab initio d-deċiżjonijiet ikkontestati, kemm il-darba dawn jiġu ddikjarati illegali;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Jannar 2019, ECB-SSM-2019-ITCAR-11, indirizzata lil Banca Carige S.p.A., lill-Bord tad-Diretturi u lill-Kulleġġ Sindakali, adottata abbażi ta’ abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju skont l-Artikolu 26(8) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, skont l-Artikoli 69 octiesdecies, 70 u 98 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 385 tal-1ota’ Settembru 1993 (“TUB”) li jimplimentaw l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 1024/2013, li l-korpi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll tal-Banca Carige S.p.A.-, li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha f’Genova, jiġu xolti u ssostitwiti, rispettivament, minn tliet kummissarji straordinarji u minn Bord ta’ superviżjoni kompost minn tliet membri, kif ukoll kontra d-deċiżjonijiet sussegwenti ta’ proroga tal-amministrazzjoni straordinarja.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorretni tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190), u ksur tal-Artikoli 69 octiesdecie et seq tad-Digriet Leġiżlattiv 1.9.1993, n. 385 (TUB).

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li l-miżura ta’ amministrazzjoni straordinarja jidher li hija eċċessiva u mhux proporzjonali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (Artikolu 296 TFUE u Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew, tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (ĠU 2014, L 141, p. 1), kif ukoll tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li l-għażla tal-miżura ta’ amministrazzjoni straordinarja ma hijiex immotivata fl-osservanza tal-gradwalità tal-miżuri adottabbli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2014/59/UE u tal-prinċipju ta’ prestazzjoni tajba tal-amministrazzjoni pubblika. F’kull każ, nuqqas ta’motivazzjoni f’dan ir-rigward.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li l-ħatra mwettqa, sa fejn din tinkariga tnejn mid-diretturi preċedenti, saħansitra l-President u l-Amministratur Delegat tal-Bord tad-Diretturi preċedenti, mill-miżura ta’ amministrazzjoni straordinarja u temporanja, jidher li ma tosservax l-assenza ta’ kunflitt ta’ interessi, anki potenzjali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70 tat-TUB sa fejn ix-xoljiment tal-korpi tal-kumpannija jista’ jiġi pordnat fil-każijiet previsti espliċitament f’din id-dispożizzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikol 29 BRRD u 71 TUB

F’dan ir-rigward qiegħeda tiġi sostnuta l-assenza jew in-nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tar-regoli dwar id-drittijiet tal-azzjonisti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, id-Direttiva UE Nru 1132/2017 u fil-Kodiċi Ċivili Taljan, anki bħala implimentazzjoni tal-prinċipji fundamentali sanċiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Kostituzzjoni Taljana fil-qasam tal-protezzjoni tal-proprjetà, tal-libertà ta’ inizjattiva ekonomika privata u tal-awtodeterminazzjoni taċ-ċittadin fl-għażliet personali.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li, sa fejn il-kumpanniji bankarji huma destinatarji tar-regoli speċjali, li jieħdu inkunsiderazzjoni n-natura partikolari tal-attività mwettqa mill-kumpannija u l-karatteristiċi speċifiċi tas-suq ta’ referenza, ir-regoli tal-Unjoni, l-istess bħal dawk nazzjonali, jagħtu lis-soċju, inkwantu detentur ta’ pożizzjoni ġuridika protetta, sensiela ta’ drittijiet li huma talment affettwati negattivament mill-miżuri kkontestati li dawn jammontaw għal rifjut integrali sostantiv tagħhom.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/48


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2020 – Junqueras i Vies vs Il-Parlament

(Kawża T-613/20)

(2020/C 390/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Oriol Junqueras i Vies (Sant Joan de Vilatorrada, Spanja) (rappreżentant: A. Van den Eynde Adroer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tqis li ġie ppreżentata f’waqtu, l-att li bih ġie ppreżentat ir-rikors kontra l-att ikkontestat flimkien mad-dokumenti annessi tiegħu, tiddikjarah ammissibbli u, fil-mertu tiegħu, tiddikjara l-att ikkontestat, li huwa s-suġġett tal-kawża odjerna, null u bla effett, filwaqt li tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors odjern huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew imħabbra mill-President Sassoli fis-sessjoni plenajra tat-23 ta’ Lulju tal-2020, li biha, b’kont meħud tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tat-3 ta’ Jannar tal-2020 segwita mis-sentenza tat-Tribunal Supremo tad-9 ta’ Jannar 2020 u tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Diċembru 2019, mogħtija fil-Kawża C-502/19 fir-rigward ta’ Junqueras, ġiet imħabbra l-pożizzjoni ta’ Membru tal-Parlament Ewropew ta’ Jordi Solé i Ferrando b’sostituzzjoni ta’ Oriol Junqueras i Vies.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet ta’ Oriol Junqueras i Vies skont l-Artikoli 41(1) u (2), u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-proċeduri tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet u fit-trattament tal-kwistjoni suġġetta għad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Kawża T-24/20) u l-miżuri kawtelatorji quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Kawża C-201/20); kif ukoll fuq il-ksur tal-Artikolu 13(3) tal-Att rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropea (1976) u tal-Artkolu 4(4), (7) u (8) tar-Regolament Intern tal-Proċeduri tal-Parlament Ewropew.

F’dan ir-rigward, huwa jsostni li l-Artikoli 13(3) tal-Att rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropea (1976) u l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Intern tal-Proċeduri tal-Parlament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirrikjedu proċeduri li jirrispettaw id-drittijiet ipprovduti mill-imsemmija dispożizzjonijiet, li jippermettu li tiġi invokata u eżaminata l-eżistenza tal-eċċezzjonijiet għad-dikjarazzjoni tas-siġġu vakanti ta’ Oriol Junqueras i Vies u l-inammissibbiltà tas-sostituzzjoni tiegħu b’membru ieħor tal-Parlament Ewropew.

1.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 39(1) u 39(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 14(3) TUE, tal-Artikolu 1(3) tal-Att rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropea (1976), tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 TUE (f’dan il-każ mit-Trubinal Supremo), tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 9 (it-tieni paragrafu) tal-Protokoll 7 tal-Privileġġi u l-Immunitajiet u 6 tar-Regoli Proċedurali tal-Parlament Ewropew.

F’dan ir-rigward, huwa jsostni li ma ngħata l-ebda effett prattiku lis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Diċembru 2019, mogħtija fil-Kawża C-502/19 preċiżament fir-rigward ta’ Oriol Junqueras i Vies, li kienet tirrikjedi li titressaq talba għat-tneħħija tal-immunità quddiem il-Parlament Ewropew u minflok ġiet applikata biex huwa jiġi ssostitwit minn membru ieħor tal-Parlament Ewropew.

Sussidjarjament huwa jinvoka l-interpretazzjoni konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13(3) tal-Att rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropea u 4(7) tar-Regoli Proċedurali tal-Parlament Ewropew fis-sens li l-Parlament Ewropew jista’ jikkonstata l-eċċezzjonijiet previsti f’dawn l-artikoli għas-siġġu vakanti meta l-motiv ikun jista’ jiġi evalwat mingħajr ma ssir ebda evalwazzjoni tad-dritt intern tal-Istat, liema operazzjoni effettivament twettqet inkonnessjoni mal-Ftehim tat- 23 ta’ Jannar tal-Junta Electoral Central [il-Kummissjoni Ewlettorali Ċentrali].

2.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 39(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 3 tal-Protokoll 1 KEDB u tal-Artikoli 9 (punti a u b) tal-ewwel paragrafu tal-Protokoll 7 tal-Privileġġi u l-Immunitajiet u 6 tar-Regoli Proċedurali tal-Parlament Ewropew.

Skont ir-rikorrenti Oriol Junqueras i Vies ġie mċaħħad illegalment mil-effettività tal-immunitajiet irrikonoxxuti fl-imsemmi artikolu (l-ewwel paragrafu, punti a u b) tal-Protokoll 7 tal-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

3.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9 (punt a tal-ewwel paragrafu) tal-Protokoll 7 tal-Privileġġi u l-Immunitajiet, tal-Artikolu 39(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 3 tal-Protokoll 1 KEDB u tal-Artikoli 6 tar-Regoli Proċedurali tal-Parlament u 13(3) tal-Att rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropea (1976), sa fejn il-leġiżlazzjoni Spanjola teżiġi t-tneħħija tal-immunità sabiex jiġu pproċessati d-deputati eletti, sa fejn il-ġurisprudenza li tgħid mod ieħor tat-Tribunal Supremo hija contra legem u ġġenerata ad hocad hominem fl-istess kawża kriminali speċjali inkwistjoni, bħala forma ta’ kopertura għall-azzjonijiet tiegħu stess, mingħajr ma jeżisti l-ebda preċedent, kif irrikonoxxa t-Tribunal Supremo stess.

4.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn ġie applikat trattament mhux ugwali quddiem il-liġi billi ma ġewx applikati l-istess kriterji fl-interpretazzjoni tad-Dritt tal-Unjoni ma’ Junqueras u mal-membru parlamentari Ewropew li ssostitwixxih skont l-att ikkontestat.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/49


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2020 – Mood Media Netherlands vs EUIPO – Tailoradio (MOOD MEDIA)

(Kawża T-615/20)

(2020/C 390/66)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mood Media Netherlands BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A-M. Pecoraro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tailoradio Srl (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “MOOD MEDIA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 927 496

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2020 fil-Każ R 1767/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ippronunzjat ir-revoka tat-trade mark ikkontestata għall-prodotti u s-servizzi previsti fil-klassijiet 9, 35, 38, 41 u 42;

tiċħad it-talba għal revoka;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/50


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2020 – Alessio et vs BĊE

(Kawża T-620/20)

(2020/C 390/67)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Roberto Alessio (Torino, l-Italja) u 56 rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Condinanzi u L. Boggio, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u tiddikjara nulli ab initio d-deċiżjonijiet ikkontestati, kemm il-darba dawn jiġu ddikjarati illegali;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni li tipprevedi x-xoljiment tal-korpi inkarigati mill-amministrazzjoni u l-kontroll tal-entità taħt sorveljanza (Banca Carige S.p.A.) u s-sostituzzjoni tagħhom permezz ta’ tliet kummissarji straordinarji kif ukoll ta’ bord ta’ superviżjoni b’applikazzjoni tal-Artikoli 69-octiesedecies, 70 u 98 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 385 tal-1 ta’ Settembru 1993 – ECB-SSM-2019-ITCAR-11 tal-1 ta’ Jannar 2019, u kontra d-deċiżjoni li tipprevedi l-estensjoni tas-sistema ta’ amministrazzjoni straordinarja tal-entità taħt sorveljanza implimentata mid-Deċiżjoni ECB-SSM-2019-ITCAR-11 tal-BĊE abbażi tal-Artikoli 69-octiesedecies, 70 u 98 tad-Digriet Leġiżlattiv Taljan Nru 385 tal-1 ta’ Settembru 1993 – ECB-SSM-2019-ITCAR-13, kif ukoll kontra l-atti konsekuttivi u li jirriżultaw minnhom, fil-każ ineżami d-deċiżjonijiet ta’ estensjoni tal-amministrazzjoni straordinarja tal-entità taħt sorveljanza.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-612/20, Malacalza Investimenti vs BĊE.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Direttur Ġenerali tal-OLAF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/16) (1)

(2020/C 390/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2020 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-13/19) (1)

(2020/C 390/69)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 103, 18.3.2019.


16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2020 – Sky vs EUIPO – Safran Electronics & Defense (SKYNAUTE by SAGEM)

(Kawża T-523/19) (1)

(2020/C 390/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 305, 9.9.2019.