ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 389/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9584 — Hutchinson/PFW Aerospace) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 389/02 |
||
2020/C 389/03 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 389/04 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 389/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10011 — ORIX/Cambourne/ORIX India Wind/GEH Assets) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
16.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9584 — Hutchinson/PFW Aerospace)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 389/01)
Fit 20 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9584. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
16.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-13 ta' Novembru 2020
(2020/C 389/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1815 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
123,88 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4468 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,89683 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,2537 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0805 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
161,90 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,8123 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,461 |
HUF |
Forint Ungeriż |
355,71 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4888 |
RON |
Leu Rumen |
4,8698 |
TRY |
Lira Turka |
9,1303 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6300 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5528 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1608 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7304 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5934 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 311,84 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
18,4068 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8071 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5720 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 741,86 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8707 |
PHP |
Peso Filippin |
56,954 |
RUB |
Rouble Russu |
91,6113 |
THB |
Baht Tajlandiż |
35,646 |
BRL |
Real Brażiljan |
6,4508 |
MXN |
Peso Messikan |
24,2239 |
INR |
Rupi Indjan |
88,1860 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
16.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/3 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2020/C 389/03)
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Ċipru
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ: Ċipru
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: It-tletin anniversarju tal-Istitut tan-Newroloġija u l-Ġenetika ta’ Ċipru.
Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri “newron bis-synapses tiegħu” b’referenza għall-attivitajiet imwettqa mill-Istitut tan-Newroloġija u l-Ġenetika ta’ Ċipru, li jiċċelebra 30 sena ta’ eżistenza. L-Istitut tan-Newroloġija u l-Ġenetika ta’ Ċipru jirċievi rikonoxximent internazzjonali u għandu rwol attiv u essenzjali bħala ċentru nazzjonali, reġjonali u internazzjonali ta’ eċċellenza għall-għoti ta’ servizzi ta’ kwalità għolja, riċerka innovattiva u edukazzjoni postgradwatorja. L-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “KYΠΡΟΣ - KIBRIS” u l-frażi “ΙΝΣΤΙTOYΤO ΝΕΥΡΟΛΓΑΣ & ΓΕΝΕΤΙKHΣ KYΠΡΟY 1990 - 2020” (jiġifieri l-Istitut tan-Newroloġija u l-Ġenetika ta’ Ċipru 1990 - 2020) huma miktuba fiċ-ċirku mad-dawra tad-disinn.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 412 000
Id-data tal-ħruġ: Ir-raba’ trimestru tal-2020
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
16.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/4 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping
(2020/C 389/04)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li trid tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
Prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Il-Federazzjoni Russa |
Dazju anti-dumping |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1328 tad-29 ta’ Lulju 2016 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa |
5.8.2021 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
16.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10011 — ORIX/Cambourne/ORIX India Wind/GEH Assets)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 389/05)
1. |
Fid-9 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Orix u Cambourne jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ORIX India Wind u GEH Assets permezz ta’ GEH, kumpanija azzjonarja kkontrollata bi sħab. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: Il-Każ M.10011 — ORIX/Cambourne/ORIX India Wind/GEH Assets Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt: Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu Faks +32 22964301 Indirizz postali:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).