|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2020/C 380 A/01 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kunsill
|
11.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 380/1 |
Avviż ta' pożizzjoni vakanti CONS/AD/166/20
(2020/C 380 A/01)
TAGĦRIF ĠENERALI
|
Dipartiment |
ORG.3 — Bini u Loġistika |
|
Post tax-xogħol |
Brussell, Bini Justus Lipsius |
|
Titlu tal-pożizzjoni |
Direttur |
|
Grupp tal-funzjoni u grad |
AD 14 |
|
Approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa |
EU SECRET |
|
SKADENZA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET |
L-1 ta’ Diċembru 2020 — 12.00 nofsinhar (ħin ta' Brussell) |
Min aħna
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jassisti lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tal-UE u l-korpi preparatorji tagħhom fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom. Jipprovdi pariri u sostenn lill-membri tal-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill u lill-Presidenti tagħhom fl-oqsma kollha ta' attività, inkluż pariri ta' politika u legali, koordinazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra, elaborazzjoni ta' kompromessi, superviżjoni kif ukoll jittratta l-aspetti prattiċi kollha li huma meħtieġa għat-tħejjija u t-tmexxija tajba tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill.
Id-Direttorat Ġenerali “Żvilupp Organizzattiv u Servizzi” (DG ORG), huwa responsabbli għall-iżvilupp organizzattiv tas-SĠK u l-forniment ta' servizzi ewlenin ta' appoġġ. Id-Direttorat Ġenerali bħalissa huwa magħmul minn ħames Direttorati (Riżorsi Umani, Protokoll u Laqgħat, Bini u Loġistika, Finanzi, u Sikurezza u Sigurtà).
Id-Direttorat “Bini u Loġistika” (ORG.3) huwa responsabbli biex jipprovdi l-infrastrutturi materjali (bini, stallazzjonijiet u tagħmir tekniku) u servizzi loġistiċi (armar, ġarr, trasport) li jippermettu lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-korpi tiegħu u lis-SĠK biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fis-sitwazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi kollha, inkluż f'sitwazzjonijiet straordinarji ta' emerġenza u ta' kriżi. ORG.3 huwa responsabbli minn baġit annwali ta' madwar €42 miljun kif ukoll minn għadd imdaqqas ta' kuntratti ta' servizzi u jrid jiżgura li l-prodotti u s-servizzi jinxtraw skont il-proċeduri stabbiliti.
Attwalment, id-Direttorat huwa magħmul minn tliet Unitajiet li jittrattaw rispettivament il-Bini (il-politika tal-bini u l-ġestjoni ambjentali, il-ġestjoni teknika u l-inġinerija, u l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni ġenerali), il-Loġistika (it-tagħmir u l-operazzjonijiet, is-servizzi tat-trasport) u l-Finanzi (l-implimentazzjoni tal-baġit u l-kuntratti tal-akkwist pubbliku).
Qed nipproponu
Il-kariga ta' Direttur ta' ORG.3 hija pożizzjoni li toffri sfida f'ambjent politikament interessanti u dinamiku, fejn inti tmexxi tim ta' aktar minn 150 membru tal-persunal mill-gruppi ta' funzjoni kollha li huma appoġġati minn għadd sostanzjali ta' kuntratturi esterni f'oqsma varjati ħafna (tindif, tekniki tal-HVAC, elettriku, liftijiet, kostruzzjoni). Ser tkun responsabbli għall-aspetti operazzjonali, strateġiċi u finanzjarji tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet kollha tad-direttorat.
Taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali, tkun qed timmaniġġja d-Direttorat tiegħek u r-riżorsi tiegħu b'mod professjonali, torganizza l-attivitajiet tiegħu u tappoġġa u timmotiva lill-membri tal-persunal fil-ħidma tagħhom. Ser tiżgura l-kwalità tas-servizzi u l-prodotti pprovduti mid-Direttorat, kif ukoll il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni effettivi kemm ġewwa d-Direttorat kif ukoll fid-Direttorat Ġenerali kollu, kif ukoll ma' servizzi oħra tas-SĠK.
Ser tipprovdi tmexxija strateġika u tiżviluppa politiki, kunċetti u soluzzjonijiet innovattivi b'rabta mal-kwistjonijiet kollha li jaqgħu taħt il-kompetenza tad-Direttorat. Ser tħaddem inizjattivi u politiki maħsuba biex itejbu s-sostenibbiltà ambjentali u l-aċċessibbiltà tas-SĠK. Ser tipprovdi pariri professjonali fl-ogħla livell dwar il-politika dwar il-bini u dik ambjentali tal-Kunsill u dwar l-għażliet tekniċi b'impatt finanzjarju għoli, u ser tiżgura ġestjoni tajba u rappurtar professjonali tal-baġit tad-Direttorat.
Ser tkun responsabbli minn diskussjonijiet ma' korpi esterni dwar kwistjonijiet ta' ppjanar urban u ambjentali. F'dan il-kuntest, ser ikun meħtieġ b'mod partikolari li tirrappreżenta lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill f'diskussjonijiet u f'negozjati ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE u mal-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti f'oqsma taħt il-kompetenza tad-Direttorat.
Ser tiddefinixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu u tikkontribwixxi biex dawn jintlaħqu billi tistabbilixxi l-programm ta' ħidma tad-Direttorat u tiżgura l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tiegħu.
Ikunu meħtieġa missjonijiet okkażjonali barra mill-pajjiż, normalment fl-UE (pereżempju fil-Lussemburgu jew fi Strasburgu).
Qed infittxu
Qed infittxu persuna għall-kariga ta' maniġer bil-kapaċità li tmexxi u timmotiva tim kbir b'diversi ħiliet u li għandha għarfien u esperjenza f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tad-Direttorat u hija familjari mar-rwol u l-funzjonament tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill.
L-għarfien u l-esperjenza fil-qasam tal-ġestjoni tal-bini u tal-uffiċċji jkunu ta' vantaġġ. Għalkemm mhuwiex essenzjali l-għarfien tar-regoli u l-proċeduri baġitarji u/jew finanzjarji fl-Istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll tal-prinċipji li jirregolaw l-għoti u l-ġestjoni ta' kuntratti fis-settur pubbliku tal-UE, il-persuna f'din il-kariga tkun mistennija tiżviluppa l-għarfien f'dak il-qasam.
Għarfien tajjeb tal-isfidi ambjentali jkun ta' vantaġġ.
Il-maniġers kollha tas-SĠK huma mistennija jagħtu pariri lill-ġerarkija tagħhom u lill-partijiet ikkonċernati, imexxu l-persunal u r-riżorsi finanzjarji tagħhom u jirrappreżentaw lis-SĠK. Dawn l-aspettattivi jinsabu mfissra fil-profil orizzontali tal-maniġers tas-SĠK (ara l-Anness I).
Barra minn hekk, il-persuna f'din il-kariga ser ikun jeħtieġ ikollha:
|
— |
kapaċità li taħseb u tippjana b'mod strateġiku, li tantiċipa u tidentifika problemi potenzjali u li tipproponi soluzzjonijiet u kompromessi fattibbli; |
|
— |
ħiliet ta' komunikazzjoni eċċellenti, inkluż ħiliet ta' komunikazzjoni interpersonali; |
|
— |
il-kapaċità li żżomm relazzjonijiet tax-xogħol tajbin ma' firxa ta' interlokuturi interni u esterni u l-kapaċità li taġixxi b'diplomazija; |
|
— |
ħiliet ta' tmexxija u l-kapaċità li tippromwovi spirtu b'saħħtu ta' tim u tiggwida, timmotiva u tawtonomizza lill-persunal f'ambjent ta' diversità u multikulturali, b'enfasi qawwija fuq l-iżvilupp tal-persunal; |
|
— |
il-kapaċità li tippjana u torganizza x-xogħol ġenerali tad-Direttorat sabiex jintlaħqu l-iskadenzi kritiċi u li tiżgura t-tqassim ġust tax-xogħol fost il-membri tat-tim u l-ippjanar tas-suċċessjoni, kif ukoll il-kapaċità li tmexxi bidliet u tappoġġa lill-persunal matul il-bidliet; |
|
— |
il-kapaċità li tilħaq qbil jew għanijiet komuni billi tipprovdi pariri speċifiċi lill-partijiet ikkonċernati u billi tiffaċilita d-diskussjoni b'mod effettiv u kostruttiv. |
Peress li s-SĠK iħaddan politika ta' mobbiltà għall-maniġers tiegħu, li għandu jkollhom esperjenza estensiva, il-kandidati għandhom ikunu lesti u kapaċi jaħdmu f'oqsma ta' attività differenti matul il-karriera tagħhom fis-SĠK.
POLITIKA TA' REKLUTAĠĠ
L-applikanti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fil-mument tal-applikazzjoni:
|
(a) |
Kondizzjonijiet ġenerali
|
|
(b) |
Kondizzjonijiet speċifiċi
|
Nota:
|
(1) |
Din il-pożizzjoni teħtieġ awtorizzazzjoni tas-sigurtà li tippermetti aċċess għad-dokumenti klassifikati (livell EU SECRET). Il-kandidati li japplikaw għall-pożizzjoni jridu jkunu lesti jgħaddu minn investigazzjoni ta' sigurtà skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2). Il-ħatra għal din il-pożizzjoni ssir effettiva biss bil-kondizzjoni li l-kandidat magħżul jew magħżula tkun kisbet ċertifikat validu ta' approvazzjoni tas-sigurtà. Kandidat mingħajr awtorizzazzjoni tas-sigurtà jiġi jew tiġi offrut(a) kuntratt temporanju sakemm jinkiseb ir-riżultat tal-proċedura tal-approvazzjoni tas-sigurtà. |
|
(2) |
Il-persuna li tintgħażel għandha tkun lesta li ssegwi l-programm ta' taħriġ tas-SĠK dwar il-ġestjoni. |
PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA
L-Awtorità tal-Ħatra ser tiġi megħjuna minn bord konsultattiv tal-għażla sabiex tagħżel il-kandidat. Il-bord konsultattiv tal-għażla ser ikollu l-appoġġ ta' ċentru ta' evalwazzjoni, immexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni. Ir-rapporti stabbiliti miċ-ċentru ta' evalwazzjoni għall-istess tip ta' pożizzjoni ma jibqgħux validi wara sentejn mid-data li fiha saru l-eżerċizzji rilevanti jew mat-tmiem tal-kuntratt qafas bejn is-SĠK u ċ-ċentru ta' evalwazzjoni inkwistjoni – skont liema data tiġi l-ewwel.
Il-bord konsultattiv tal-għażla l-ewwel ser jevalwa u jqabbel il-kwalifiki, l-esperjenza u l-motivazzjoni tal-applikanti kollha, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni komparattiva, il-bord konsultattiv tal-għażla ser jagħmel lista ristretta tal-aktar kandidati adatti li, fl-opinjoni tiegħu, għandhom jiġu mistiedna għall-ewwel intervista. Peress li din l-ewwel għażla hija bbażata fuq evalwazzjoni komparattiva tal-applikazzjonijiet, l-ilħuq tar-rekwiżiti ta' din il-pożizzjoni vakanti ma jiggarantix stedina għall-ewwel intervista. Fost il-kandidati intervistati, il-bord konsultattiv tal-għażla ser jagħmel preselezzjoni tal-kandidati biex jattendu ċ-ċentru ta' evalwazzjoni, kif ukoll għat-tieni intervista mal-bord konsultattiv tal-għażla.
L-ippjanar proviżorju tal-għażla huwa kif ġej:
|
— |
huwa mistenni li l-kandidati magħżula għall-intervisti jiġu infurmati fl-ewwel nofs ta' Diċembru 2020; |
|
— |
l-ewwel intervisti huma previsti għat-tieni nofs ta' Diċembru 2020; |
|
— |
iċ-ċentru ta' evalwazzjoni mistenni jsir fl-ewwel nofs ta' Jannar 2021; |
|
— |
it-tieni ċiklu ta' intervisti huwa previst għat-tieni nofs ta' Jannar 2021. |
Nota: L-iskeda ta' hawn fuq hija purament indikattiva u, b'mod partikolari, soġġetta għall-implikazzjonijiet tal-miżuri restrittivi stabbiliti minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
BAŻI LEGALI
Din il-pożizzjoni qed tiġi ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) (pożizzjoni maniġerjali superjuri).
Din il-pożizzjoni ġiet ippubblikata lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea u barra mill-istituzzjonijiet.
KIF TAPPLIKA
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-1 ta’ Diċembru 2020 f'12.00 nofsinhar (ħin ta' Brussell).
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu biss bil-posta elettronika u jridu jintbagħtu lil: applications.management@consilium.europa.eu (4) mhux aktar tard mid-data tal-għeluq. Applikazzjonijiet li jaslu tard mhumiex ser jitqiesu.
Għandu jintuża l-indirizz elettroniku indikat hawn fuq għal kwalunkwe korrispondenza marbuta mal-proċedura tal-għażla (fis-suġġett tal-email għandu jkun hemm it-titlu li ġej: CONS/AD/166/20 ORG.3).
Qabel ma jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmijin taħt “Politika ta' Reklutaġġ” hawn fuq, biex b'hekk jevitaw l-esklużjoni awtomatika mill-proċedura tal-għażla.
Biex ikun validu, il-fajl tal-applikazzjoni jrid jinkludi d-dokumenti li ġejjin f'format pdf (Nota: dokumenti maqfula, protetti bil-password jew b'firma elettronika mhumiex aċċettati):
|
(a) |
il-formola tal-applikazzjoni (Anness V) mimlija u datata kif meħtieġ; il-formola tal-applikazzjoni elettronika tinsab fuq is-sit web tal-Kunsill minn dan il-link: http://www.consilium.europa.eu/en/general-secretariat/jobs/job-opportunities/ (il-fajl ikun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) – Application form.pdf”); |
|
(b) |
curriculum vitae dettaljat (5), bl-Ingliż jew bil-Franċiż, preferibbilment fil-format Europass (http://europass.cedefop.europa.eu), li jkopri l-karriera kollha tal-persuna li tapplika u jelenka, fost oħrajn, il-kwalifiki, l-għarfien lingwistiku, l-esperjenza u d-dmirijiet attwali tal-persuna li tapplika (il-fajl ikun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) — CV.pdf”); |
|
(c) |
ittra ta' motivazzjoni, bl-Ingliż jew bil-Franċiż (fajl ikun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) – Motivation letter.pdf”); |
|
(d) |
miġburin f'dokument pdf wieħed, kopji tad-diplomi li jiċċertifikaw l-edukazzjoni u kopji tad-dokumenti u ċ-ċertifikati relatati mal-esperjenza professjonali. Mhuwiex biżżejjed li sempliċiment jintbagħat il-curriculum vitae msemmi f'(b). Id-dokumenti ta' sostenn iridu jkunu nħarġu minn parti terza (il-fajl ikun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) — Supporting documents.pdf”). |
Jekk ma jiġux inklużi dawn id-dokumenti l-applikazzjoni tkun invalida.
Id-dokumenti kollha ta' sostenn mehmuża mal-applikazzjoni għandhom jiġu nnumerati f'sekwenza (Anness 1, 2, eċċ.), imsemmija (bl-Ingliż jew bil-Franċiż) u miġbura kif imsemmi hawn fuq. Applikazzjonijiet li jaslu bil-posta, jew permezz ta' soluzzjonijiet ta' ħżin ta' data bbażati fuq cloud jew pjattaformi għall-kondiviżjoni tal-fajls mhumiex ser jiġu kkunsidrati.
Fil-każ li tintgħażel minn fost il-kandidati nitolbuk tipprovdi d-dokumenti oriġinali msemmija hawn fuq.
Ser tintbagħatlek email li tikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni tiegħek. Tajjeb li tkun taf li qatt ma jistgħu jiġu eliminati għalkollox diffikultajiet tekniċi marbuta mat-trażmissjoni ta' emails. Għalhekk, jekk ma tirċevix email li tikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ivverifika li s-SĠK ikun irċevieha billi tikkuntattja lil applications.management@consilium.europa.eu. Peress li l-bord konsultattiv tal-għażla ser jibda l-ħidma tiegħu ftit wara d-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, inħeġġuk tagħmel kull verifika meħtieġa fil-ġimgħa ta' wara dik id-data.
OPPORTUNITAJIET INDAQS
Is-SĠK huwa impenjat favur opportunitajiet indaqs (ara l-Anness II).
Is-SĠK jagħraf li bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa fattur motivazzjonali importanti għal ħafna nies u li x-xogħol flessibbli huwa dejjem aktar mistenni li jkun parti minn ambjent tax-xogħol modern. Għalhekk, huwa joffri pakkett tajjeb ħafna ta' arranġamenti u faċilitajiet statutorji flessibbli tax-xogħol bħall-indukrar ta' wara l-iskola u l-crèche.
Bħala impjegatur, is-SĠK huwa impenjat biex jiżgura l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex jipprevjeni d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi. Jilqa' b'mod attiv l-applikazzjonijiet mill-kandidati kwalifikati kollha minn ambjenti diversi, fost il-ħiliet kollha u mill-bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fost l-Istati Membri tal-UE. Biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-SĠK jħeġġeġ għal applikazzjonijiet mingħand nisa.
Matul il-proċedura ta' reklutaġġ tista' tiġi pprovduta assistenza lil persuni b'diżabilità. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email indirizzata lil equal.opportunities@consilium.europa.eu.
RIEŻAMI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Il-proċeduri marbuta ma' lmenti, appelli u riferimenti lill-Ombudsman Ewropew jinsabu fl-Anness III ta' dan l-avviż ta' pożizzjoni vakanti.
PROTEZZJONI TAD-DATA
Ir-regoli għall-ipproċessar ta' data personali b'rabta ma' din il-proċedura tal-għażla jinsabu fl-Anness IV ta' dan l-avviż ta' pożizzjoni vakanti.
(1) L-Artikolu 5(3)(c) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolamenti tal-Persunal) jesiġi li l-applikanti jkollhom mill-inqas:
|
(i) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kompluti, iċċertifikati b'diploma meta t-tul ta' żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar, jew |
|
(ii) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kompluti, iċċertifikati b'diploma u esperjenza professjonali adegwata ta' mill-inqas sena meta t-tul ta' żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-inqas tliet snin. |
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) u emendati l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1023/2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(4) Dan l-indirizz elettroniku huwa kkollegat ma' indirizz elettroniku funzjonali u jista' jittratta biss messaġġi b'Livell ta' Kunfidenzjalità “Normali”; emails mibgħuta b'livell ieħor ta' kunfidenzjalità (eż. “Personali”, “Privat”, “Kunfidenzjali”) ma jistgħux jiġu pproċessati. Għaldaqstant agħżel il-livell ta' kunfidenzjalità “Normali”. Id-daqs massimu tal-email tiegħek għandu jkun 25MB. Jekk id-daqs tal-email tiegħek bl-hemżiet magħha jaqbeż dan id-daqs massimu, jekk jogħġbok qassam l-hemżiet tiegħek fuq għadd ta' emails.
(5) Il-kandidati huma mitluba ma jinkludux ritratti fis-CV tagħhom.
ANNESS I
Il-Profil tal-Maniġers Orizzontali tas-SĠK
Bħala maniġer tas-SĠK int iżżid il-valur billi taġixxi kemm bħala konsulent kif ukoll bħala maniġer u dejjem tkun rappreżentant(a) tas-SĠK.
Fit-twettiq ta' dawn ir-rwoli inti mistenni(ja) li:
Bħala Rappreżentant(a)
|
— |
Taġixxi b'integrità, esternament kif ukoll internament. |
|
— |
Taġixxi fl-interess tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll l-Unjoni b'mod ġenerali. Tiżgura li diverġenzi li jista' jkun hemm jiġu identifikati u indirizzati. |
|
— |
Toħloq relazzjonijiet ta' kunfidenza, fiduċja u trasparenza, u tkun networker attiv(a). |
|
— |
Tfittex ir-riżultati u tkun influwenti, u fl-istess ħin turi rispett u sens ta' servizz. |
Bħala Konsulent(a)
|
— |
Tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-Unjoni. Turi sens ta' proattività u kreattività. Taħseb minn qabel u tippjana għal żviluppi futuri. Tipprovdi soluzzjonijiet. |
|
— |
Tagħti pariri lill-partijiet ikkonċernati tagħna biex tiffaċilita l-kisbiet tal-għanijiet tagħhom u fl-interess taż-żewġ istituzzjonijiet tagħna. Taġixxi b'manjiera oġġettiva u ġusta. |
|
— |
Ikollok għarfien tal-interazzjoni bejn it-teħid tad-deċiżjonijiet u d-dibattitu pubbliku. Tieħu ħsieb li l-pariri tiegħek jieħdu kont tas-sitwazzjoni politika tal-partijiet ikkonċernati tagħna u jintegraw konsiderazzjonijiet ta' komunikazzjoni. |
|
— |
Tiffaċilita t-teħid tad-deċiżjonijiet leġittimu permezz tal-kooperazzjoni, relazzjonijiet ta' xogħol tajbin u kompromess fost l-Istati Membri u mal-Istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati oħrajn. |
|
— |
Iżżomm ruħek infurmat(a) tajjeb dwar l-iżviluppi fil-qasam ta' responsabbiltà tiegħek, kif ukoll lil hinn mill-ħidma immedjata tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. Ma titlifx il-perspettiva ġenerali. |
Bħala Maniġer
|
— |
Tagħti awtonomizzazzjoni lill-membri tal-persunal tiegħek, tiddelega u tafda, tappoġġa u timmotiva, tagħti feedback u gwida, tinkoraġġixxi l-inizjattiva u l-kuraġġ biex il-membri tal-persunal jaħsbu b'mod kreattiv; tnaqqas il-ġerarkija u l-kontroll kemm jista' jkun, filwaqt li tinżamm il-kwalità. |
|
— |
Tikkomunika b'mod ċar dwar l-objettivi u l-aspettattivi u tiżgura l-fluss ta' informazzjoni lejn, minn u fost il-membru tal-persunal tiegħek kif ukoll ma' DĠs, direttorati u unitajiet oħrajn. |
|
— |
Taġixxi dejjem fl-interess tas-SĠK kollu, mhux biss tad-DĠ, id-Direttorat jew l-Unità tiegħek, u tiżgura li nipprovdu riżultati lill-partijiet ikkonċernati tagħna. Tkisser il-kompartimentazzjoni. |
|
— |
Ikollok il-kuraġġ li tindirizza l-konflitti, il-prestazzjoni insuffiċjenti u diffikultajiet oħra fil-pront; tiżgura l-benessri u l-iżvilupp tal-persunal tiegħek, u taqdi l-obbligu li tieħu ħsieb il-persunal tiegħek. |
|
— |
Waqt li qed tmexxi u tiffaċilita l-bidla, tinvolvi lill-persunal tiegħek biex jiġi żgurat li s-SĠK ilaħħaq mal-iżviluppi u jsir aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv. Tkun l-ewwel biex tagħti l-eżempju ta' dak li qed tgħid. |
|
— |
Tkun responsabbli għall-aħjar użu tar-riżorsi umani u finanzjarji tas-SĠK. |
ANNESS II
Opportunitajiet Indaqs ta' impjieg fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK)
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill huwa impenjat li jipprovdi opportunitajiet indaqs għall-impjegati kollha tiegħu u l-applikanti għal impjieg. Bħala impjegatur, is-SĠK huwa impenjat biex jiżgura l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex jipprevjeni d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi. Jilqa' b'mod attiv l-applikazzjonijiet mill-kandidati kwalifikati kollha minn ambjenti diversi, fost il-ħiliet kollha u mill-bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fost l-Istati Membri tal-UE.
L-għanijiet ewlenin tal-politika ta' Opportunitajiet Indaqs tas-SĠK huma li:
|
— |
jikseb rappreżentanza bbilanċjata ta' rġiel u nisa. Is-SĠK jinkoraġġixxi applikazzjonijiet minn nisa speċjalment għal postijiet ta' maniġment, fejn bħalissa huma sottorappreżentati; |
|
— |
itejjeb l-aċċessibilità tal-ambjent tax-xogħol u jiżgura li jkun inklużiv. Jistgħu jiġu pprovduti arranġamenti ta' akkomodazzjoni raġonevoli għall-persunal b'diżabilità sakemm ma jkunux ta' piż żejjed fuq ir-riżorsi tal-istituzzjoni. Tista' tiġi pprovduta assistenza lil persuni b'diżabilità matul il-proċedura ta' reklutaġġ; |
|
— |
jiżgura li l-politika dwar ir-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-persunal tirrispetta l-prinċipji ta' l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; |
|
— |
jipproteġi l-persunal minn fastidju fuq il-post tax-xogħol; |
|
— |
jirrikonċilja l-ħajja professjonali u dik privata. Is-SĠK joffri pakkett komprensiv ta' miżuri ta' xogħol flessibbli, inkluż it-telexogħol, ħin tax-xogħol individwali u l-possibbiltà li jittieħed leave tal-ġenituri għall-ommijiet u għall-missirijiet skont ir-Regolament tal-Persunal. Is-SĠK għandu crèche għal tfal minn 0 sa 4 snin. Il-Kummissjoni Ewropea torganizza faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal wara l-iskola u fil-vaganzi li hija miftuħa għat-tfal tal-persunal tas-SĠK. |
Għal aktar informazzjoni, ibgħat email indirizzata lil equal.opportunities@consilium.europa.eu
ANNESS III
ILMENT INTERN — APPELL ĠUDIZZJARJU — ILMENT QUDDIEM L-OMBUDSMAN EWROPEW
Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura tal-għażla, ma tkunx sodisfatt(a) bil-mod kif l-applikazzjoni tiegħek tiġi ttrattata għandek id-dritt li tressaq ilment.
Ilment intern
Meta tirċievi deċiżjoni li tqis li mhix sodisfaċenti, fi żmien tliet xhur min-notifika dwar id-deċiżjoni, tista' tressaq ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, lil:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Konsulenti Legali tal-Unità tal-Amministrazzjoni, ORG 1.F |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 BRUXELLES/BRUSSEL |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Indirizz elettroniku: legal.advisersHR@consilium.europa.eu |
It-tweġibiet għal dawn l-ilmenti jingħataw bil-miktub mill-Awtorità tal-Ħatra fi żmien erba' xhur minn meta jirċievu l-ilment. Madankollu, jekk l-ilment tiegħek jasal kmieni biżżejjed, jista' jkun possibbli li l-bord konsultattiv tal-għażla jirrevedi d-deċiżjoni li tkun is-suġġett tal-ilment tiegħek u jwieġbek fuq dik il-bażi.
Appell Ġudizzjarju
Jekk ma tkunx sodisfatt(a) bit-tweġiba li tirċievi mill-Awtorità tal-Ħatra skont il-proċedura ta' lmenti interni, tista' tippreżenta appell ġudizzjarju skont l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal lil:
|
Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea |
|
Rue du Fort Niedergrünewald |
|
2925 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
Ilment lill-Ombudsman Ewropew
Wara li tkun użajt il-possibbiltajiet kollha għal rimedju fis-SĠK, b'mod partikolari l-proċedura ta' lmenti interni skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, imbagħad bħaċ-ċittadini l-oħra kollha tal-Unjoni tista' tressaq ilment quddiem:
|
L-Ombudsman Ewropew |
|
1, avenue du Président Robert Schuman – BP 403 |
|
67001 Strasbourg Cedex |
|
FRANCE |
skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (1).
Għandek tkun taf li lmenti mressqa lill-Ombudsman Ewropew ma għandhom ebda effett ta' sospensjoni fuq il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 90(2) u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal biex jiġu ppreżentati lmenti jew appelli quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS IV
PROTEZZJONI TAD-DATA
Bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-organizzazzjoni tal-proċedura tal-għażla, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jiżgura li d-data personali tal-applikanti tiġi pproċessata skont ir-Regolament (UE) Nru 1725/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1).
Il-bażi legali għall-proċedura tal-għażla hija r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (2). Il-proċedura tal-għażla titmexxa taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat għar-Riżorsi Umani (ORG.1), Unità tal-Persunal u Mobbiltà, u l-kontrollur huwa l-kap ta' dik l-unità. L-informazzjoni pprovduta mill-applikanti ser tkun aċċessibbli għall-membri tal-Uffiċċju għall-Għażla ta' Uffiċjali u l-ġerarkija ta' superjuri tagħhom, għall-membri tal-Kumitat Konsultattiv tal-Għażla, u, jekk meħtieġ, għall-unità tal-Konsulenti Legali. L-informazzjoni amministrattiva li tidentifika l-applikant u/jew meħtieġa għall-organizzazzjoni prattika tal-proċedura jistgħu jintbagħtu lil ċentru ta' evalwazzjoni.
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-ġbir ta' data li tidentifika l-applikanti kollha għal pożizzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li jintgħażel wieħed minn dawk l-applikanti.
Id-data inkwistjoni hija:
|
— |
data personali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-applikanti (kunjom, isem, data tat-twelid, sess, ċittadinanza); |
|
— |
informazzjoni pprovduta mill-applikanti biex tiffaċilita l-organizzazzjoni prattika tal-proċedura (indirizz postali, indirizz elettroniku, numru tat-telefown); |
|
— |
informazzjoni pprovduta mill-applikanti biex tiffaċilita l-organizzazzjoni prattika tal-proċedura (indirizz postali, indirizz elettroniku, numru tat-telefown); lingwi; kwalifiki tal-applikanti u s-sena meta nkisbu, tip ta' diploma/lawrja, isem l-istituzzjoni minn fejn inkisbu, esperjenza professjonali); |
|
— |
fejn japplika, informazzjoni dwar it-tip u t-tul ta' żmien tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-applikanti; |
|
— |
ir-riżultati tat-testijiet tal-għażla li jkunu għamlu l-applikanti, inkluż l-evalwazzjonijiet magħmula mill-konsulenti taċ-ċentru ta' evalwazzjoni f'isem il-bord tal-għażla. |
L-ipproċessar jibda mid-data meta tkun waslet l-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jiġu ffajljati u jinħażnu fl-arkivji għal sentejn.
L-applikanti kollha jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess għal u d-dritt ta' rettifika tad-data personali. Talbiet sostanzjati għandhom jintbagħtu b'posta elettronika lill-Uffiċċju għall-Għażla ta' Uffiċjali fl-indirizz: selection.officials@consilium.europa.eu
L-applikanti jistgħu jirrikorru fi kwalunkwe mument għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu).
ANNESS V