ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 372

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
4 ta' Novembru 2020


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

il–Kunsill

2020/C 372/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar Pont għall-Impjiegi - It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar l-istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 372/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9875 — BGL BNP Paribas/POST Luxembourg/i-Hub) ( 1 )

10


 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

2020/C 372/03

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Centrali Ewropew tat-28 ta’ Ottubru 2020 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2020/26)

11


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 372/04

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,00 % fl-1 ta' Novembru 2020 — Rata tal-kambju tal-euro

12

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 372/05

Avviż mill-Gvern ta’ Wallonia dwar l-applikazzjoni għal permess esklussiv għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi gassużi, magħruf bħala l-permis du sud de Charleroi

13

2020/C 372/06

Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

15


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 372/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9991 — MassMutual/MVC Capital) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

il–Kunsill

4.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Ottubru 2020

dwar Pont għall-Impjiegi - It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar l-istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ

(2020/C 372/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292, flimkien mal-Artikolu 149 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F'Novembru tal-2017, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ħabbru l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, fejn stabbilew 20 prinċipju u dritt biex jiġu appoġġati swieq tax-xogħol u sistemi ta' protezzjoni soċjali ġusti u li jiffunzjonaw tajjeb. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, jiddikjara li l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata fl-oqsma kollha u jistabbilixxi d-dritt għall-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ. Jiddikjara wkoll li l-perijodi ta' prova jenħtieġ li jkunu ta' tul raġonevoli u li l-abbuż minn kuntratti atipiċi jrid jiġi pprojbit. Il-Prinċipju 4 ("Appoġġ attiv għall-impjiegi") jiddikjara li "Iż-żgħażagħ għandhom id-dritt għal edukazzjoni kontinwa, apprendistat, traineeships jew offerta ta' xogħol ta' reputazzjoni tajba sa erba' xhur minn meta jiġu qiegħda jew jitilqu mill-iskola."

(2)

Il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri, adottati mill-Kunsill fid-Deċiżjoni 2019/1181 (1) tiegħu, u b'mod partikolari l-linja gwida 6, jappellaw lill-Istati Membri biex ikomplu jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-kwistjoni ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ ('NEET') permezz tal-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u t-titjib strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (2) tistipula l-elementi u l-prinċipji għall-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali, li jippermetti li individwi b'għarfien, ħiliet u kompetenzi li jkunu akkwistaw permezz ta' tagħlim mhux formali u informali jiġu vvalidati u jiksbu kwalifika sħiħa jew, fejn japplika, kwalifika parzjali.

(4)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta' titjib tal-ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (3) tirrakkomanda li l-adulti b'livell baxx ta' ħiliet, għarfien u kompetenzi jingħataw l-opportunità, skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom, biex jiksbu livell minimu ta' litteriżmu, numeriżmu u kompetenza diġitali, jew biex jiksbu sett usa' ta' ħiliet, għarfien u kompetenzi.

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (4) tappella lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-iżvilupp ta' ħiliet diġitali bażiċi u biex iżidu u jtejbu l-livell tal-kompetenzi diġitali fis-segmenti kollha tal-popolazzjoni.

(6)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships (5) toffri gwida dwar l-għoti ta' traineeships ta' kwalità għolja u tinkludi elementi ta' kwalità li huma marbuta b'mod partikolari mal-kontenut tat-tagħlim, mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u mat-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet finanzjarji u l-prattiki ta' reklutaġġ.

(7)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (6) tidentifika 14-il kriterju ewlieni li l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jużaw biex jiżviluppaw apprendistati ta' kwalità u effettivi biex jiżguraw kemm l-iżvilupp tal-ħiliet marbuta mal-impjiegi kif ukoll l-iżvilupp personali tal-apprendisti.

(8)

Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jipprovdi qafas komuni għal seba' ġabriet ta' data li qabel kienu indipendenti, fosthom l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE. Minn dak il-qafas komuni, jiġifieri l-Istatistika Soċjali Ewropea Integrata (IESS), toħroġ data komparattiva aktar granulari minn madwar l-UE, li ser tippermetti fehim aħjar tat-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għax-xogħol, waqt li tagħti stampa aktar preċiża tal-esperjenza tagħhom tat-tagħlim u tax-xogħol, iżda wkoll il-karatteristiċi individwali tal-kuntest li jkunu ġejjin minnu.

(9)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill Ewropew jappella għall-kontinwazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill jafferma mill-ġdid li l-indirizzar tal-qgħad u tal-inattività fost iż-żgħażagħ għadu prijorità politika, iqis li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-impjieg taż-Żgħażagħ ipprovdew impetu qawwi għal riformi strutturali u innovazzjoni fil-politika, u jenfasizza li sabiex jintlaħqu n-NEETs jeħtieġu kemm sforzi qawwija u persistenti min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll kooperazzjoni transsettorjali.

(10)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri, il-Parlament Ewropew jappella lill-Istati Membri biex jistabbilixxu strateġiji ta' sensibilizzazzjoni xierqa u mfassla apposta biex jintlaħqu n-NEETs kollha, u biex jieħdu approċċ integrat favur iżjed disponibbiltà ta' assistenza u servizzi individwalizzati biex jiġu appoġġati ż-żgħażagħ li jiffaċċjaw ostakli multipli. Il-Parlament Ewropew jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tal-offerti skont il-Garanzija taż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, u jappella għal diskussjoni fil-futur dwar il-grupp ta' età eliġibbli.

(11)

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni għat-tkabbir. L-għan tiegħu huwa li jittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u għanja, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn sal-2050 ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta' gassijiet b'effett ta' serra, u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi.

(12)

Bil-għan li tgħin fit-tiswija tal-ħsara ekonomika u soċjali kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, tagħti l-ħajja lill-irkupru Ewropew biex jagħmel tajjeb għal dik il-ħsara, u biex tipproteġi u toħloq l-impjiegi, il-Kummissjoni pproponiet pjan ta' rkupru sinifikanti għall-Ewropa ibbażat fuq l-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tal-baġit tal-Unjoni u pproponiet l-istrument ta' rkupru "Next Generation EU". Dak l-istrument ser ikun kruċjali biex, fost oqsma oħra, jappoġġa miżuri fuq terminu qasir biex jiġu appoġġati l-impjiegi, inkluż l-impjiegi taż-żgħażagħ, kif ukoll l-investimenti f'riformi tal-politika fuq terminu itwal relatati mas-suq tax-xogħol u mas-sistemi soċjali, edukattivi u ta' taħriġ.

(13)

Fl-2013, matul ir-reċessjoni ekonomika preċedenti, ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ (ta' bejn il-15 u l-24 sena) kienet ta' 24,4 % fl-Unjoni (żieda minn 16 % fl-2008) u ta' aktar minn 50 % f'xi Stati Membri, u kien hemm 6,5 miljun NEET fl-età ta' bejn il-15 u l-24 sena. B'reazzjoni għal dan, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ ġiet adottata f'April 2013 (8). Hija tikkostitwixxi rispons koordinat ewlieni, fil-livell tal-Unjoni, għall-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ u hija msejsa fuq interventi edukattivi u dawk tal-politika attiva tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri.

(14)

Bil-pandemija tal-COVID-19, l-Unjoni waqgħet f'reċessjoni ekonomika mingħajr preċedent, li x'aktarx ser terġa' ġġib magħha rati wisq għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u ta' NEETs. L-ekonomija tal-Unjoni mistennija tiċkien b'mod sinifikanti fl-2020, u tidħol fl-aktar reċessjoni profonda fl-istorja tagħha. L-aktar li ser ibatu huma ż-żgħażagħ li qabel il-bidu tal-pandemija diġà kienu f'sitwazzjoni prekarja fis-suq tax-xogħol jew li kellhom jegħlbu ostakli biex jaċċessaw ix-xogħol, filwaqt li dawk li deħlin fis-suq tax-xogħol issa ser isibuha aktar diffiċli li jiżguraw l-ewwel impjieg tagħhom. Għalhekk, fid-dawl tal-kriżi attwali jeħtieġ li tissaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

(15)

Iż-żgħażagħ jistgħu jsibu quddiemhom diversi sfidi fis-suq tax-xogħol, anke minħabba l-perijodi tranżitorji tal-ħajja li jkunu għaddejjin minnhom, l-esperjenza limitata jew in-nuqqas ta' esperjenza professjonali tagħhom u ostakli oħra sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Kif deher fir-reċessjonijiet fil-passat, iż-żgħażagħ jintlaqtu agħar mill-ħaddiema li huma mdaħħla fiż-żmien u li għandhom aktar esperjenza.

(16)

Aktar jistgħu jispiċċaw inattivi n-nisa żgħażagħ milli l-irġiel żgħażagħ minħabba responsabbiltajiet ta' kura, fosthom biex jieħdu ħsieb it-tfal jew adulti dipendenti, jew responsabbiltajiet oħra personali jew tal-familja. Ir-responsabbiltajiet ta' kura bħala raġuni għan-nuqqas ta' attività huma aktar minn ħames darbiet aktar prevalenti fost in-nisa żgħażagħ milli fost l-irġiel żgħażagħ. Dan jista' jwassal għal żieda fid-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi b'konsegwenzi dejjiema tul il-ħajja tan-nisa.

(17)

Il-qgħad u l-inattività fost iż-żgħażagħ kif ukoll l-aċċess limitat għal edukazzjoni u taħriġ u għal servizzi soċjali inklużivi u ta' kwalità għolja jista' jkollhom effett ċikatriċi bħal żieda fir-riskju ta' qgħad aktar 'il quddiem, livelli aktar baxxi ta' qligħ futur, telf ta' kapital uman u trażmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar. Dawk l-elementi jissarrfu fi tbatija individwali u s-soċjetà inġenerali jkollha tħallas għalihom b'mod dirett u indirett. Huma jżidu wkoll l-inugwaljanzi reġjonali, pereżempju fejn, f'żoni rurali jew imbiegħda, iż-żgħażagħ ma jkunux jistgħu jakkwistaw integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol u għaldaqstant ifittxu opportunitajiet fi bnadi oħra.

(18)

Żviluppi kontinwi bħall-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-produzzjoni u s-servizzi jkomplu jagħtu sura ġdida lid-dinja tax-xogħol. Iż-żgħażagħ huma rrappreżentati żżejjed fl-impjiegi mhux standard bħalma hu x-xogħol fuq pjattaforma jew "gigs", li jista' jkun li ma jkollhomx aċċess għal protezzjoni soċjali adegwata. Iż-żgħażagħ jinsabu fost dawk il-gruppi esposti għat-telf tal-impjieg tagħhom minħabba l-awtomatizzazzjoni, billi l-impjiegi fil-livell tad-dħul x'aktarx li jkollhom proporzjon akbar ta' kompiti awtomatizzabbli. Fl-istess ħin, it-teknoloġiji diġitali joħolqu impjiegi ġodda u jżidu d-domanda għall-ħiliet meħtieġa għal trasformazzjoni diġitali f'ħafna setturi tal-ekonomija.

(19)

L-investiment issa fil-kapital uman taż-żgħażagħ Ewropej jgħin biex l-ekonomiji tas-suq soċjali tal-Ewropa jilqgħu għall-futur, billi jakkomodaw bidliet demografiċi waqt li jħaddnu bis-sħiħ l-era diġitali u t-tkabbir tal-impjiegi fl-ekonomija ekoloġika. Investimenti bħal dawn imorru id f'id mar-riformi tas-suq tax-xogħol, li jistgħu jindirizzaw xi wħud mill-problemi strutturali għaż-żgħażagħ u jagħtuhom pożizzjoni aħjar minn fejn jibdew. L-Unjoni tkun tista' tgawdi l-benefiċċji kollha ta' forza tax-xogħol attiva, innovattiva u ta' ħila, waqt li tevita milli l-ekonomija u s-soċjetà jħallsu prezz għoli ħafna talli hemm żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ.

(20)

Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa tista' tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' impjiegi għaż-żgħażagħ, għall-promozzjoni tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ u tgħin biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi. Tista' tgħin biex tnaqqas l-effetti ċikatriċi persistenti fis-suq tax-xogħol ikkawżati minn tnaqqis drastiku billi tħeġġeġ lill-impriżi jingaġġaw żgħażagħ qiegħda, inkluż dawk li kienu qiegħda qabel il-pandemija, u billi tipprovdi taħriġ li jiffaċilita t-tqabbil ta' żgħażagħ qiegħda u inattivi mal-postijiet tax-xogħol.

(21)

Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa jenħtieġ li tiżgura li ż-żgħażagħ kollha jirċievu offerta ta' kwalità tajba ta' impjieg, edukazzjoni kontinwa, u apprendistat jew traineeship fi żmien erba' xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jħallu l-edukazzjoni formali. Sabiex tilħaq dik l-ambizzjoni, jenħtieġ li liż-żgħażagħ tagħtihom triq lejn integrazzjoni stabbli fis-suq tax-xogħol, u tasal għand għadd akbar ta' żgħażagħ, u timmotivahom, irrispettivament mill-ostakli li jista' jkollhom quddiemhom, waqt li tiżgura li ħadd minnhom ma jibqa' lura. Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa jenħtieġ li tagħmel mill-aħjar biex tappoġġa liż-żgħażagħ biex jiksbu esperjenza tax-xogħol siewja u fl-iżvilupp tal-ħiliet it-tajbin għal dinja tax-xogħol li qed tinbidel, b'mod partikolari dawk il-ħiliet rilevanti għas-setturi ta' tkabbir u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Il-kwalità tal-apprendistati taqdi rwol importanti f'dan ir-rigward. Hemm bżonn li tingħata spinta lill-provvista ta' apprendistati speċjalment matul il-fażi ta' rkupru u li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-kumpanniji sabiex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni aktar faċli lejn l-impjieg. L-apprendistati jħejju liż-żgħażagħ għal impjiegi li huma mfittxija ħafna, u b'hekk joffrulhom it-triq lejn integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol, anki f'livell lokali.

(22)

Fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, l-Istati Membri ħadu l-impenn li jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha ta' taħt il-25 sena jirċievu offerta ta' kwalità tajba ta' impjieg, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew traineeship sa erba' xhur minn meta jisfaw qiegħda jew minn meta jħallu l-edukazzjoni formali. It-twessiegħ tal-kategorija tal-età biex tinkludi ż-żgħażagħ ta' bejn il-25 u d-29 sena jirrikonoxxi li t-tranżizzjonijiet mill-iskola għax-xogħol u l-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol qed jieħdu aktar fit-tul minħabba n-natura tax-xogħol li qed tinbidel, il-perijodi estiżi mqatta' fl-edukazzjoni u l-ħiliet li hemm domanda għalihom. Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ser iwassal biex proporzjon akbar ta' dawk bejn il-25 u d-29 sena jisfaw qiegħda u jkunu jeħtieġu appoġġ. Hija tallinja wkoll il-miżuri u l-programmi tal-Istati Membri relatati maż-żgħażagħ, li ġeneralment ikunu disponibbli għaż-żgħażagħ fl-etajiet ta' bejn il-15 u d-29 sena.

(23)

In-NEETs huma grupp eteroġenu. Għal xi żgħażagħ, il-fatt li jkunu NEETs jista' jkun sintomu ta' ħafna żvantaġġi intrinsiċi u jista' jindika diżimpenn fit-tul mis-soċjetà, u għaldaqstant ikun hemm il-bżonn ta' interventi itwal. Xi żgħażagħ ikunu vulnerabbli b'mod partikolari, pereżempju dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ jew dawk li ma jkollhomx edukazzjoni jew taħriġ adegwati, li spiss ikollhom protezzjoni soċjali limitata, aċċess ristrett għal riżorsi finanzjarji, kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, jew issir diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom. Għal oħrajn, bħal żgħażagħ b'livell għoli ta' ħiliet jew dawk li diġà għandhom esperjenza ta' xogħol sinifikanti u li għadha rilevanti, il-fatt li jkunu NEETs x'aktarx li jkun status temporanju peress li jħabbtu wiċċhom ma' ostakli baxxi għad-dħul fis-suq tax-xogħol u ma għandhom l-ebda vulnerabbiltajiet inerenti. Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa jenħtieġ li tirrikonoxxi li n-NEETs jeħtieġu approċċ individwalizzat: għal xi wħud min-NEETs jista' jkun biżżejjed approċċ eħfef, iżda għal NEETs oħrajn li jkunu aktar vulnerabbli, jistgħu jkunu meħtieġa interventi aktar intensivi, twal u komprensivi. L-interventi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq approċċ sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru, b'kont meħud tad-differenzi bejn iċ-ċirkustanzi nazzjonali, reġjonali u lokali.

(24)

Aktar minn żagħżugħ wieħed minn kull ħamsa madwar l-Unjoni ma jirnexxilux jilħaq livell bażiku ta' ħiliet diġitali, bi probabbiltà ta' tliet darbiet aktar li ż-żgħażagħ bi kwalifiki baxxi ma jilħqux livell suffiċjenti ta' ħiliet diġitali meta mqabbel mal-kontropartijiet tagħhom bi kwalifiki għolja. Bil-pandemija tal-COVID-19 taċċellera t-tranżizzjoni diġitali, id-diskrepanza fil-ħiliet diġitali ssir fattur determinanti ewlieni fl-impjegabbiltà taż-żgħażagħ u fil-kapaċità tagħhom li jaħtfu l-opportunitajiet li jirriżultaw minn din it-tranżizzjoni. It-taħriġ ta' aġġornament immirat jgħin liż-żgħażagħ jirrispondu għad-domanda dejjem tikber għall-ħiliet diġitali u jindirizza d-distakk diġitali.

(25)

Meta dan jitqies xieraq, it-taħriġ preparatorju qabel ma wieħed jaċċetta offerta, imwettaq skont il-ħtiġijiet individwali u relatat ma' oqsma ta' ħiliet speċifiċi bħal ħiliet diġitali, ekoloġiċi, lingwistiċi, intraprenditorjali u ta' ġestjoni tal-karriera, jenħtieġ li jkun parti minn Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa. Dan it-taħriġ prattiku jista' jkun pass 'il quddiem lejn kors sħiħ ta' taħriġ vokazzjonali, togħma żgħira tad-dinja tax-xogħol, jew inkella jissupplimenta l-edukazzjoni jew l-esperjenza tax-xogħol eżistenti qabel il-bidu tal-offerta tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. In-natura qasira u informali ta' dan it-taħriġ preparatorju, li jenħtieġ li ma jtawwalx il-fażi preparatorja ta' erba' xhur, tiddistingwih mill-offerta nfisha.

(26)

Biex tingħata spinta għall-kwalità tal-impjiegi kif ukoll għall-opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, għall-apprendistati u t-traineeships, huma kruċjali koordinazzjoni effettiva u sħubijiet bejn diversi oqsma ta' politika li jinkludu l-impjieg, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-affarijiet soċjali. Servizzi integrati (bħal punti uniċi ta' servizz jew mudelli oħra) joffru aċċess aktar faċli għas-servizzi u għall-benefiċċji, u jistgħu b'mod aktar faċli joffru xi soluzzjonijiet imfassla apposta, flessibbli u li jagħtu soluzzjonijiet aħjar għaż-żgħażagħ b'ostakli multidimensjonali għas-suq tax-xogħol. Is-servizzi integrati jeħtieġu bidla fil-kultura tax-xogħol, billi ż-żgħażagħ jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-interventi u titrawwem l-użanza li jsir skambju ta' ideat dwar l-aħjar prattiki fil-livelli kollha tal-gvern u jinbnew networks bejn l-atturi rilevanti kollha. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu indirizzati kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data sabiex ikun hemm kooperazzjoni effettiva u bla xkiel bejn l-amministrazzjonijiet u s-servizzi pubbliċi differenti.

(27)

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa jenħtieġ li tiġi implimentata minn skema li tikkonsisti minn miżuri ta' sostenn, u jenħtieġ li tkun orjentata lejn iċ-ċirkustanzi nazzjonali, reġjonali u lokali. Dawn l-iskemi jenħtieġ li jqisu d-diversità tal-Istati Membri fir-rigward tal-livelli tal-qgħad u l-inattività fost iż-żgħażagħ, tal-istruttura istituzzjonali, u tal-kapaċità tad-diversi parteċipanti fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li dawn l-iskemi jqisu wkoll is-sitwazzjonijiet diversi fir-rigward ta' baġits pubbliċi u restrizzjonijiet finanzjarji f'termini tal-allokazzjoni tar-riżorsi, u jiġu mmonitorjati u mtejba b'mod kontinwu.

(28)

Il-miżuri ta' sostenn jistgħu jiġu ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni. L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ 2014-2020 ('YEI') (li għaliha l-Unjoni tikkontribwixxi kważi EUR 9 biljun), flimkien ma' investiment addizzjonali mill-Fond Soċjali Ewropew ('FSE'), kienet riżorsa finanzjarja ewlenija tal-Unjoni biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Bħala parti mill-Pjan ta' Rkupru għall-Ewropa u l-istrument "Next Generation EU", il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa ('REACT-EU') ser jipprovdu finanzjament addizzjonali mill-Unjoni għall-miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ. Dawk l-isforzi ser jiġu kkomplementati fil-perijodu ta' finanzjament 2021-27 mill-Fond Soċjali Ewropew Plus ('FSE+'), li ser jappoġġa l-firxa kollha tal-miżuri ta' impjieg, edukazzjoni u taħriġ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa,

B'DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:

(1)

jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha taħt l-età ta' 30 sena jirċievu offerta ta' impjieg ta' kwalità tajba, ta' tkomplija tal-edukazzjoni, ta' apprendistat jew traineeship fi żmien erba' xhur minn meta jisfaw qiegħda jew minn meta jtemmu l-edukazzjoni formali, f'konformità mal-Prinċipju 4 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Il-punt tat-tluq għall-forniment ta' offerta tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ lil persuna żagħżugħa jenħtieġ li jkun ir-reġistrazzjoni ta' dik il-persuna żagħżugħa ma' fornitur tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Jenħtieġ li l-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ ikunu bbażati fuq il-linji gwida li ġejjin, li huma strutturati madwar erba' fażijiet (rispettivament, l-immappjar, is-sensibilizzazzjoni, it-tħejjija u l-offerta) u jenħtieġ li jiġu organizzati skont iċ-ċirkustanzi nazzjonali, reġjonali u lokali, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-ġeneru u d-diversità taż-żgħażagħ fil-mira:

Immappjar

Identifikazzjoni tal-grupp fil-mira, tas-servizzi disponibbli u tal-ħtiġijiet b'rabta mal-ħiliet

(2)

isaħħu l-immappjar tal-grupp fil-mira biex jippermettu fehim aħjar tad-diversità tan-NEETs u l-appoġġ imfassal apposta li x'aktarx ikunu jeħtieġu, inkluż NEETs affettwati b'mod negattiv mir-reċessjoni ekonomika;

(3)

jimmappjaw is-servizzi disponibbli għal ħtiġijiet ta' appoġġ differenti, filwaqt li jużaw tbassir tal-ħiliet nazzjonali flimkien ma' tbassir disponibbli tal-ħiliet lokali (infurmat minn, pereżempju, l-intelligenza tas-suq tax-xogħol ibbażata fuq il-big data) biex jidentifikaw il-ħiliet li hemm domanda għalihom fis-suq tax-xogħol, b'attenzjoni partikolari għall-ispeċifiċitajiet reġjonali tas-suq tax-xogħol u għall-ostakli ffaċċati miż-żgħażagħ li jgħixu f'żoni rurali, f'żoni mbiegħda jew f'żoni urbani żvantaġġati;

Abilitazzjoni tal-prevenzjoni permezz ta' insegwiment u ta' sistemi ta' twissija bikrija

(4)

isaħħu s-sistemi ta' twissija bikrija u l-kapaċitajiet ta' insegwiment biex jidentifikaw dawk li jinsabu f'riskju li jsiru NEETs, filwaqt li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ (pereżempju permezz ta' gwida vokazzjonali fl-iskejjel, perkorsi ta' tagħlim aktar flessibbli u aktar tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol), b'kooperazzjoni mas-settur tal-edukazzjoni, mal-ġenituri jew il-kustodji legali, u l-komunitajiet lokali, u bl-involviment tas-servizzi għaż-żgħażagħ, is-servizzi soċjali, tas-saħħa u tal-impjiegi;

Sensibilizzazzjoni

Sensibilizzazzjoni u mmirar tal-komunikazzjoni

(5)

jadottaw kanali ta' informazzjoni u skemi ta' sensibilizzazzjoni moderni, favur iż-żgħażagħ u lokali għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, bl-użu ta' opportunitajiet diġitali u mhux diġitali, filwaqt li jiżguraw l-involviment taż-żgħażagħ, tal-ħaddiema żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet lokali taż-żgħażagħ, tal-familji u tal-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri;

(6)

jużaw stil viżwali li jintgħaraf għall-komunikazzjonijiet kollha, fejn rilevanti bbażat fuq il-linji gwida li l-Kummissjoni għamlet disponibbli, filwaqt li jtejbu l-aċċessibbiltà għal informazzjoni li tinftiehem faċilment dwar it-tipi kollha ta' appoġġ disponibbli, pereżempju permezz ta' portal web uniku bil-lingwa/i tal-pajjiż. Il-komunikazzjoni jenħtieġ li tevita l-isterjotipi kollha;

Tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni għall-gruppi vulnerabbli

(7)

iżidu l-fokus fuq in-NEETs (b'mod partikolari dawk minn gruppi vulnerabbli, fosthom dawk b'diżabbiltajiet u bi problemi multidimensjonali), billi jużaw fornituri tas-servizzi mħarrġa speċifikament u strateġiji komplementari, bħall-ħidma fost iż-żgħażagħ, "ambaxxaturi" żgħażagħ u l-kooperazzjoni ma' sħab li jkunu f'kuntatt ma' gruppi speċifiċi ta' żgħażagħ. Jesploraw, għal dawk in-NEETs li huma l-aktar diffiċli biex jintlaħqu, il-koordinazzjoni fil-forniment ta' benefiċċji, kif ukoll l-użu ta' unitajiet mobbli;

Tħejjija

Użu ta' għodod ta' tfassil tal-profil biex jitfasslu pjanijiet ta' azzjoni individwalizzati

(8)

itejbu l-għodod u l-prattiki tat-tfassil ta' profili u tal-iskrinjar biex iqabblu l-ħtiġijiet u r-risponsi, billi jadottaw approċċ multivarjat u sensittiv għall-ġeneru għat-tfassil ta' profili u l-iskrinjar li jqis il-preferenzi u l-motivazzjoni, il-ħiliet u l-esperjenza ta' xogħol preċedenti, l-ostakli u l-iżvantaġġi tal-persuna żagħżugħa kkonċernata, inkluż ir-raġunijiet għaliex huma qiegħda jew inattivi jew dawk relatati mar-residenza tagħhom f'żoni rurali, f'żoni mbiegħda jew f'żoni urbani żvantaġġati;

(9)

jiżguraw li jissaħħaħ il-proċess ta' konsulenza fis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi u li l-fornituri tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ ikollhom kapaċità adegwata tal-persunal, inkluż persunal imħarreġ speċifikament biex iħaddem u jtejjeb l-għodod ta' tfassil tal-profili u ta' skrinjar, kif ukoll biex jiżviluppa pjanijiet ta' azzjoni individwalizzati li jqisu l-ħtiġijiet u r-risponsi ċċentrati fuq il-persuna;

Twettiq ta' konsulenza, gwida u mentoraġġ

(10)

itejbu l-fażi preparatorja permezz ta' konsulenza, gwida u mentoraġġ iċċentrati fuq il-persuni u pprovduti minn konsulenti mħarrġa, b'rispons għall-ħtiġijiet tal-individwu kkonċernat u b'attenzjoni xierqa għall-preġudizzju bbażat fuq il-ġeneru u għal forom oħra ta' diskriminazzjoni. Iħejju lin-NEETs għan-natura tax-xogħol li qed tinbidel u r-rekwiżiti tat-tagħlim tul il-ħajja, kemm permezz ta' konsulenza dwar il-karriera kif ukoll permezz ta' appoġġ għall-intraprenditorija, filwaqt li jadottaw appoġġ personalizzat, ħidma motivazzjonali, promozzjoni jew appoġġ mill-pari għan-NEETs;

(11)

jippermettu approċċ aktar olistiku għall-konsulenza, il-gwida u l-mentoraġġ billi jirreferu liż-żgħażagħ għal sħab (bħal istituzzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ, sħab soċjali u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, kif ukoll servizzi ta' ħidma fost iż-żgħażagħ, servizzi soċjali u tas-saħħa) li jistgħu jgħinu jimmotivaw u jappoġġaw lil dawk iż-żgħażagħ biex jegħlbu ostakli oħra għall-impjieg;

Tisħiħ tal-ħiliet diġitali b'taħriġ preparatorju

(12)

jivvalutaw il-ħiliet diġitali tan-NEETs kollha li jirreġistraw fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ, pereżempju billi jużaw il-Qafas Ewropew ta' Kompetenza Diġitali (DigComp) u l-għodod disponibbli ta' valutazzjoni u awtovalutazzjoni, filwaqt li jiżguraw li, abbażi tad-diskrepanzi identifikati, iż-żgħażagħ kollha li jeħtieġu taħriġ preparatorju ddedikat jiġu offrut tali taħriġ biex itejbu l-ħiliet diġitali tagħhom;

(13)

jissalvagwardjaw il-validazzjoni u r-rikonoxximent ta' eżiti tat-tagħlim mhux formali u informali mit-taħriġ preparatorju billi jużaw arranġamenti ta' validazzjoni inkorporati fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, bl-użu ta' għodod eżistenti bħall-Europass, li jippermettu approċċ aktar modulari għall-akkumulazzjoni tal-kwalifiki, filwaqt li jitjiebu l-eżiti tat-tagħlim u jittejjeb ir-rikonoxximent;

Valutazzjoni, titjib u validazzjoni ta' ħiliet importanti oħra

(14)

jiżguraw li l-fażi preparatorja tiffaċilita t-taħriġ ta' aġġornament u t-taħriġ mill-ġdid fejn dan ikun xieraq, fil-biċċa l-kbira orjentati lejn ħiliet diġitali, ekoloġiċi, lingwistiċi, intraprenditorjali u dawk fil-ġestjoni tal-karriera, bl-użu ta' oqfsa ta' kompetenza, għodod ta' valutazzjoni u awtovalutazzjoni u għodod ta' validazzjoni eżistenti biex jgħinu liż-żgħażagħ jaħtfu l-opportunitajiet f'setturi li qed jikbru, u jitħejjew għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol li qed jinbidel;

Offerta

Kif jistgħu jsiru inċentivi li jirnexxu għall-impjiegi u n-negozji ġodda

(15)

jużaw inċentivi għall-impjiegi mmirati u mfassla sew, bħal sussidji tal-pagi, inċentivi għar-reklutaġġ ("bonuses"), tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, krediti tat-taxxa jew benefiċċji tad-diżabilità, u inċentivi għan-negozji ġodda sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' kwalità tajba għall-integrazzjoni sostenibbli taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; fejn xieraq l-offerti li jippromwovu l-impjieg indipendenti għaż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu marbuta ma' taħriġ fil-fond u konsulenza intraprenditorjali komprensiva;

Allinjament tal-offerta mal-istandards eżistenti biex jiġu żgurati l-kwalità u l-ekwità

(16)

jallinjaw l-offerti ta' impjieg mal-prinċipji rilevanti tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, filwaqt li jiżguraw ugwaljanza fit-trattament u l-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha u d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ, tul raġonevoli tal-perijodi ta' prova u l-projbizzjoni ta' abbuż minħabba kuntratti atipiċi;

(17)

jiffaċilitaw it-triq lura lejn l-edukazzjoni u t-taħriġ għaż-żgħażagħ, billi jiddiversifikaw l-offerta ta' tkomplija tal-edukazzjoni pereżempju permezz ta' perkorsi ta' tagħlim flessibbli, tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, programmi ta' tranżizzjoni u programmi tat-tieni opportunità), filwaqt li jiżguraw, fejn xieraq, il-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali;

(18)

jintensifikaw l-appoġġ għall-apprendistati ta' kwalità u jiżguraw li l-offerti jikkonformaw mal-istandards minimi stipulati fil-Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi;

(19)

jiżguraw li l-offerti ta' traineeships jikkonformaw mal-istandards minimi stabbiliti fil-Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships;

Għoti ta' appoġġ wara l-kollokament u l-implimentazzjoni tal-feedback

(20)

jespandu l-appoġġ kontinwu wara l-kollokament għaż-żgħażagħ biex jgħinuhom ilaħħqu ma' sitwazzjonijiet ġodda u jaġġustaw il-pjanijiet ta' azzjoni individwalizzati fejn meħtieġ, bl-użu tal-opportunità ta' feedback ta' wara l-kollokament biex tiġi żgurata offerta ta' kwalità u jiġi evitat li ż-żgħażagħ jerġgħu lura għal status ta' NEET;

Abilitanti trażversali

Mobilizzazzjoni tas-sħubijiet

(21)

isaħħu s-sħubijiet, fil-livelli kollha tal-gvern, bejn il-fornituri tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-impjegaturi, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, is-sħab soċjali, is-servizzi ta' ħidma fost iż-żgħażagħ, il-fornituri ta' attivitajiet ta' solidarjetà u dawk ċiviċi, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili; jippromwovu protokolli għall-kooperazzjoni bejn il-fornituri tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u servizzi soċjali oħra, bħall-indukrar tat-tfal, il-kura tas-saħħa, ir-riabilitazzjoni, l-akkomodazzjoni soċjali u s-servizzi ta' aċċessibbiltà;

(22)

jippromwovu l-iżvilupp ulterjuri ta' mudelli ta' servizzi integrati, bħal punti uniċi ta' servizz, ġestjoni konġunta ta' każijiet jew timijiet multidixxiplinarji, li jsaħħu s-sħubijiet u jippermettu punt uniku ta' kuntatt għaż-żgħażagħ;

Titjib tal-ġbir ta' data u tal-monitoraġġ tal-iskemi

(23)

iżidu l-isforzi biex jarrikkixxu d-data ta' segwitu billi jsaħħu s-sistemi li jippermettu li ż-żgħażagħ jiġu segwiti wara li jaċċettaw offerta sabiex tiġi mmonitorjata l-integrazzjoni sostenibbli u fit-tul fis-suq tax-xogħol;

(24)

filwaqt li jirrispettaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-data, iħeġġu l-kondiviżjoni usa' ta' data ta' segwiment, ta' tfassil tal-profil u ta' segwitu fost is-sħab tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ biex jittejjeb l-appoġġ, li huwa ta' importanza partikolari għas-suċċess ta' interventi mmirati lejn in-NEETs vulnerabbli;

Użu sħiħ u ottimu mill-fondi

(25)

jiddedikaw riżorsi nazzjonali adegwati għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika mressqa mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa, filwaqt li jiżguraw li dawn ikunu mmirati sew għall-ħtiġijiet individwali ta' kull persuna żagħżugħa u speċjalment tal-gruppi l-aktar vulnerabbli;

(26)

jagħmlu użu sħiħ u ottimali mill-istrumenti attwali tal-Unjoni taħt il-politika ta' koeżjoni, b'mod partikolari l-YEI, il-FSE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ('FEŻR') (2014-2020), u jimmobilizzaw sehem sinifikanti mill-fondi addizzjonali pprovduti taħt REACT-EU, kif ukoll il- FSE+ u l-FEŻR (2021-2027), biex jappoġġaw l-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ taż-żgħażagħ, jipprevjenu l-qgħad u l-inattività fost iż-żgħażagħ u jimplimentaw riformi ta' politika rilevanti;

(27)

jisfruttaw il-potenzjal li l-isforzi ta' finanzjament nazzjonali jiġu kkomplementati b'sorsi oħra ta' finanzjament mill-Unjoni li jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa, b'mod partikolari l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ('FAEŻR'), il-Programm InvestEU, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni ('AMIF'), il-programm Erasmus+ u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku;

B'DAN JILQA' L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:

Titjib tal-ġbir ta' data u tal-monitoraġġ tal-iskemi

(28)

tkompli tappoġġa l-monitoraġġ kwantitattiv tal-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ abbażi tal-Qafas ta' Indikaturi miftiehem b'mod ġenerali, billi tipproponi aġġustamenti fejn xieraq fid-dawl ta' din ir-Rakkomandazzjoni;

(29)

mill-2022 'il quddiem, ittejjeb il-granularità li biha jiġi vvalutat il-grupp ta' NEETs fil-mira, u tibbenefika mit-titjib għall-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE li rriżulta mir-Regolament (UE) 2019/1700;

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

(30)

timmonitorja l-implimentazzjoni ta' skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ skont din ir-Rakkomandazzjoni permezz tas-sorveljanza multilaterali tal-Kumitat tal-Impjiegi ('EMCO') fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew;

(31)

tinteraġixxi regolarment mal-Istati Membri fil-kuntest tas-Semestru Ewropew biex tiżgura l-monitoraġġ ta' investiment nazzjonali kontinwu f'politiki u programmi għall-impjieg taż-żgħażagħ; tindirizza, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri abbażi tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri;

(32)

tirrapporta regolarment lill-EMCO dwar żviluppi li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u r-riżultati ta' skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ;

Sensibilizzazzjoni u mmirar tal-komunikazzjoni

(33)

issaħħaħ l-appoġġ għall-isforzi ta' sensibilizzazzjoni u ta' komunikazzjoni tal-Istati Membri, u ssaħħaħ it-tixrid tar-riżultati u eżempji ta' prattika tajba fost l-Istati Membri, inkluż permezz tan-Network Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tiġi sostitwita b'din ir-rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1181 tas-8 ta' Lulju 2019 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (ĠU L 185, 11.7.2019, p. 44).

(2)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.

(5)  ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1.

(6)  ĠU C 153, 2.5.2018, p. 1.

(7)  Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1).

(8)  ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9875 — BGL BNP Paribas/POST Luxembourg/i-Hub)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 372/02)

Fit 29 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9875. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

4.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/11


OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK CENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ Ottubru 2020

dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(CON/2020/26)

(2020/C 372/03)

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-14 ta’ Ottubru 2020, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2020 dwar il-ħatra ta’ membru ta’ Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (1).

Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi Frank ELDERSON jinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-15 ta’ Diċembru 2020.

2.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidat propost huwa persuna ta’ statura rikonoxxuta u b’esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

3.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu l-ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Frank Elderson bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 28 ta’ Ottubru 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU C 338, 12.10.2020, p. 2.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/12


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta' Novembru 2020

Rata tal-kambju tal-euro (2)

It-3 ta' Novembru 2020

(2020/C 372/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1702

JPY

Yen Ġappuniż

122,56

DKK

Krona Daniża

7,4462

GBP

Lira Sterlina

0,90042

SEK

Krona Żvediża

10,3835

CHF

Frank Żvizzeru

1,0709

ISK

Krona Iżlandiża

163,70

NOK

Krona Norveġiża

11,0103

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,913

HUF

Forint Ungeriż

363,82

PLN

Zloty Pollakk

4,5680

RON

Leu Rumen

4,8675

TRY

Lira Turka

9,9840

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6406

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5385

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,0694

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7531

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5931

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 323,74

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,7681

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8198

HRK

Kuna Kroata

7,5595

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 946,31

MYR

Ringgit Malażjan

4,8634

PHP

Peso Filippin

56,584

RUB

Rouble Russu

92,8975

THB

Baht Tajlandiż

36,329

BRL

Real Brażiljan

6,6742

MXN

Peso Messikan

24,7581

INR

Rupi Indjan

87,0695


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

4.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/13


Avviż mill-Gvern ta’ Wallonia dwar l-applikazzjoni għal permess esklussiv għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi gassużi, magħruf bħala l-“permis du sud de Charleroi”

(2020/C 372/05)

Dan l-avviż jinkludi l-perimetru taż-żona tat-tliet siti antiki tax-Charbonnages de Monceau-Fontaine: is-sit antik nru 19 “Bas Long Prés” f’Marchienne-au-Pont, is-sit antik nru 23 “Cerisier” f’Marcinelle u s-sit antik nru 24 “Fiestaux” f’Couillet. Jirrigwarda l-estrazzjoni tal-gass minn minjieri li hemm fl-ispazji residwi tal-minjieri tal-estrazzjoni antiki.

Il-perimetru taż-żona huwa ddefinit hawn taħt fis-sistema ta’ koordinati Lambert 72:

Punti

X [m]

Y [m]

1

152 132

123 126

2

153 955

122 474

3

153 921

122 280

4

154 572

121 753

5

155 653

121 550

6

157 064

120 821

7

157 880

120 633

8

158 403

119 595

9

158 748

119 047

10

158 722

117 155

11

157 045

116 198

12

157 039

117 804

13

156 324

119 247

14

155 331

119 142

15

154 554

118 607

16

154 038

118 602

17

154 165

116 909

18

153 485

116 828

19

152 995

117 176

20

152 916

117 161

21

151 972

117 375

22

152 174

118 454

23

151 575

118 552

24

151 320

119 581

25

152 025

119 902

26

152 066

119 947

27

150 788

120 206

28

149 003

119 572

29

148 285

119 971

30

147 939

123 371

Ir-riċerka u l-estrazzjoni tal-gass huma rregolati mid-Digriet Reġju Nru 83 tat-28 ta’ Novembru 1939 rigward ir-riċerka u l-estrazzjoni ta’ blat bituminuż, taż-żejt u ta’ gassijiet kombustibbli.

Il-Ministru għall-Ambjent, in-Natura, il-Foresti, il-Ħajja Rurali u l-Benesseri tal-Annimali ta’ Wallonia tistieden lill-persuni interessati f’din ir-riċerka u l-estrazzjoni biex jippreżentaw applikazzjoni għal permess, fi żmien disgħin jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, skont l-istruzzjonijiet li ġejjin.

Il-kundizzjonijiet tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet huma speċifikati fl-Artikolu 6 tad-Digriet tal-Gvern ta’ Wallonia tad-19 ta’ Marzu 2009 li jiddetermina l-forma u l-modalitajiet dwar kif se jitwettqu l-applikazzjonijiet għal permess esklussiv għar-riċerka u l-estrazzjoni taż-żejt u ta’ gassijiet kombustibbli, u li jemenda d-Digriet tal-Gvern ta’ Wallonia tal-4 ta’ Lulju 2002 li jistabbilixxi l-lista tal-proġetti sottomessi għal valutazzjoni tal-impatt u tal-installazzjonijiet ikklassifikati. L-applikazzjonijiet kollha għandhom jinkludu programm tal-estrazzjoni.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

L-applikanti tal-applikazzjoni inizjali u tal-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jiġġustifikaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, kif speċifikati fl-Artikolu 6(2) u (3) tad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 2009 imsemmi qabel.

Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ ittra rreġistrata lill-Ministru għall-Ambjent, in-Natura, il-Foresti, il-Ħajja Rurali u l-Benesseri tal-Annimali ta’ Wallonia fl-indirizz li ġej:

rue d’Harscamp 22

5000 Namur

BELGIUM

Il-gvern ta’ Wallonia jieħu d-deċiżjoni tiegħu abbażi tal-kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji li ġejjin:

a)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikanti;

b)

il-mod li bih jipproponu li jwettqu riċerka, esplorazzjoni u estrazzjoni fiż-żona ġeografika inkwistjoni;

c)

meta jkunu ppreżentati bosta applikazzjonijiet b’merti ugwali fir-rigward tal-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji, kif ukoll fir-rigward tal-programm tar-riċerka u l-estrazzjoni:

1.

il-kwalità tal-istudji preliminari mwettqa sabiex ikun definit il-pjan tax-xogħlijiet;

2.

l-effikaċja u l-kompetenza murija mill-applikanti b’rabta ma' awtorizzazzjonijiet possibbli oħra, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-ħarsien tal-ambjent;

3.

il-prossimità possibbli ta' żona li diġà ġiet esplorata jew sfruttata mill-applikanti;

4.

il-konsegwenzi pożittivi ppjanati għall-iżvilupp tar-Reġjun ta’ Wallonia u tal-attivitajiet teknoloġiċi fit-territorju tiegħu.

Speċifikazzjoni standard

Speċifikazzjoni standard li fiha l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi rigward it-twettiq u t-terminazzjoni tal-attivitajiet ikkonċernati jinsabu fuq is-sit tas-Servizz Pubbliku ta’ Wallonia għall-Agrikoltura, ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent: http://environnement.wallonie.be

Kull tagħrif kumplimentari ieħor jista' jinkiseb mis-Service public de Wallonie, Direction générale de l’agriculture, ressources naturelles et environnement — Avenue Prince de Liège 15 — 5100 Jambes, Belgium, mingħand id-Direction des risques industriels, géologiques et miniers (Tel. +32 8133636 — Indirizz elettroniku: risques.environnement@spw.wallonie.be).


4.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/15


Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2020/C 372/06)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

15.10.2020

Durata

15.10.2020 – 31.12.2020

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

ALF/3X14-

Speċi

Fonsa l-ħamra (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

---

Numru ta’ referenza

29/TQ2025


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/16


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9991 — MassMutual/MVC Capital)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 372/07)

1.   

Fis-27 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Massachusetts Mutual Life Insurance Company (“MassMutual”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Barings BDC, Inc. (“Barings BDC”, USA), b’konsulenza minn Barings LLC, sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ MassMutual,

MVC Capital, Inc. (“MVC Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Barings BDC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ MVC Capital kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MassMutual: kumpanija mutwa Amerikana tal-assikurazzjoni tal-ħajja,

Barings BDC: kumpanija ta’ investiment magħluqa u mhux diversifikata. Huwa jipprovdi kapital lin-negozji tas-suq medju li joperaw fuq firxa wiesgħa ta’ industriji u jiġġenera dħul primarjament minn investimenti ta’ dejn li joriġinaw direttament. Barings BDC hija avżata minn Barings LLC, ditta internazzjonali tal-ġestjoni tal-investiment, li min-naħa tagħha hija kollha kemm hi proprjetà ta’ MassMutual; kif ukoll,

MVC Capital: kumpanija ta’ investiment b’ġestjoni esterna, mhux diversifikata u magħluq Huwa jipprovdi ekwità u kapital ta’ investiment tad-dejn biex jiffinanzja t-tkabbir, l-akkwiżizzjonijiet u r-rikapitalizzazzjonijiet ta’ kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju f’varjetà ta’ industriji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9991 — MassMutual/MVC Capital

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.