ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 371

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
3 ta' Novembru 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 371/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 371/02

Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 371/03

Kawża C-272/20 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2020 minn Sebastian Veit mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-2 ta’ April 2020 fil-Kawża T-474/18, Sebastian vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

6

2020/C 371/04

Kawża C-430/20 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2020 minn Christoph Klein mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-2 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-562/19, Christoph Klein vs Il-Kummissjoni Ewropea

7

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 371/05

Kawżi T-778/16 u T-892/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2020 – L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mill-Irlanda – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha – Deċiżjonijiet dwar it-taxxa (tax rulings) – Vantaġġi fiskali selettivi – Prinċipju ta’ distakkament)

8

2020/C 371/06

Kawża T-659/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – ZS vs BEI (Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Stat ta’ saħħa – Invalidità parzjali – Folji ta’ preżenza – Assenzi mhux iġġustifikati – Kumpens imnaqqas – Responsabbiltà)

9

2020/C 371/07

Kawża T-371/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2020 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (FAKE DUCK) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva FAKE DUCK – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti SAVE THE DUCK – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Pubbliku relevanti – Xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Xebh tas-sinjali – Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

9

2020/C 371/08

Kawża T-376/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Awwissu 2020 – Il-Pologna vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR – Sospensjoni tal-għajnuna finanzjarja – Għajnuna għar-rikonoxximent preliminari tal-gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex – Telf ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ lok għal deċiżjoni)

10

2020/C 371/09

Kawża T-755/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2020 – FL Brüterei M-V et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament u għad-danni – Agrikoltura bijoloġika – Produzzjoni tal-bhejjem – Regoli ta’ produzzjoni eċċezzjonali applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ input agrikolu bijoloġiku – Użu ta’ annimali mhux bijoloġiċi – Proroga tal-perijodu ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ produzzjoni eċċezzjonali – Nuqqas ta’ impatt dirett – Assenza ta’ ksur ikkaratterizzat biżżejjed ta’ regola ta’ liġi li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament nieqes minn kull bażi fil-liġi)

10

2020/C 371/10

Kawża T-22/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Noguer Enríquez et vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni – Ftehim monetarju bejn l-Unjoni u l-Prinċipat ta’ Andorra – Allegata negliġenza tal-Kummissjoni rigward il-kontenut tal-ftehim – Allegata negliġenza tal-Kummissjoni rigward is-sorveljanza tal-applikazzjoni tal-ftehim – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

11

2020/C 371/11

Kawża T-190/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Awwissu 2020 – BF vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Għajuna mill-Istat – Użu ta’ installazzjonijiet ta’ provvista tal-ilma u ta’ tindif – Eżami preliminari ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi – It-tieni stedina għal teħid ta’ azzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 – Artikolu 24(2) tar-Regolament 2015/1589 – Termini tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta)

12

2020/C 371/12

Kawża T-272/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Lulju 2020 – TO vs SEAE (Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Rifjut ta’ reklutaġġ minħabba inkapaċità għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Natura ta’ ordni pubbliku – Tardività – Komputazzjoni tat-terminu – Determinazzjoni tad-data li minnha l-persuna kkonċernata setgħet issir taf bil-kontenut tad-deċiżjoni – Inammissibbiltà manifesta)

12

2020/C 371/13

Kawża T-354/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Lulju 2020 – Palacio Domecq vs EUIPO – Domecq Bodega Las Copas (PALACIO DOMECQ 1778) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

13

2020/C 371/14

Kawża T-604/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Awwissu 2020 – Inova Semiconductors vs EUIPO – Venta Servicio LED (ISELED) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Rinunzja għall-indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea abbażi ta’ reġistrazzjoni internazzjonali – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

13

2020/C 371/15

Kawża T-613/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2020 – ENIL Brussels Office et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – FEŻR – Programm operazzjonali Reġjuni fi Tkabbir – Assi Prijoritarju 5 (Infrastruttura Soċjali Reġjonali) – Sussidju intiż għall-appoġġ għad-deistituzzjonalizzazzjoni tas-servizzi għal adulti u għal persuni b’diżabbiltà – Rifjut ta’ sospensjoni tas-sejħa għal proposti fuq it-talba ta’ organizzazzjonijiet għad-difiża u għar-rappreżentanza ta’ persuni b’diżabbiltà – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

14

2020/C 371/16

Kawża T-801/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2020 – DTE Systems vs EUIPO – Speed-Buster (PedalBox +) (Rikors għal annullament – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PedalBox + – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Abbuż ta’ dritt – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

15

2020/C 371/17

Kawża T-162/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Awwissu 2020 – Indofil Industries (Netherlands) vs EFSA (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-eżami mwettaq mill-EFSA wara l-eżami mill-ġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva mancozeb – Talba għall-kunfidenzjalità ta’ ċerti siltiet – Rifjut li jingħata t-trattament kunfidenzjali – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ fumus boni juris)

15

2020/C 371/18

Kawża T-358/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Awwissu 2020 – Net Technologies Finland vs REA (Miżuri provviżorji – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) – Rimbors tas-sommom imħallsa – Noti ta’ debitu – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

16

2020/C 371/19

Kawża T-494/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2020 – Satabank vs BĊE

16

2020/C 371/20

Kawża T-533/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2020 – Green Power Technologies vs Il-Kummissjoni u Empresa Común ECSEL

17

2020/C 371/21

Kawża T-552/20: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2020 – MD vs Il-Kummissjoni

18

2020/C 371/22

Kawża T-556/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2020 – D&A Pharma vs Il-Kummissjoni u EMA

19

2020/C 371/23

Kawża T-558/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT10)

21

2020/C 371/24

Kawża T-559/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2020 – Yadex International vs EUIPO – Sütas süt ürünleri (PINAR Süzme Peynir)

22

2020/C 371/25

Kawża T-560/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2020 – Yadex International vs EUIPO – Sütas süt ürünleri (PINAR Tam kivaminda Süzme Peynir Yumusacik ve Leziz)

22

2020/C 371/26

Kawża T-561/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Vieta Audio (Vita)

23

2020/C 371/27

Kawża T-562/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2020 – Upper Echelon Products vs EUIPO (Everlasting Comfort)

24

2020/C 371/28

Kawża T-566/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2020 – Residencial Palladium vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (PALLADIUM HOTEL GARDEN BEACH)

24

2020/C 371/29

Kawża T-567/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2020 – ML vs Il-Kummissjoni

25

2020/C 371/30

Kawża T-570/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2020 – Kedrion vs EMA

26

2020/C 371/31

Kawża T-572/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2020 – Spisto vs Il-Kummissjoni

27

2020/C 371/32

Kawża T-573/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2020 – MG vs BEI

28

2020/C 371/33

Kawża T-581/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2020 – YP vs Il-Kummissjoni

29

2020/C 371/34

Kawża T-299/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Lulju 2020 – VG vs Il-Kummissjoni

30

2020/C 371/35

Kawża T-8/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Awwissu 2020 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

30

2020/C 371/36

Kawża T-76/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Awwissu 2020 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

30

2020/C 371/37

Kawża T-450/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Awwissu 2020 – Tempora vs Il-Parlament

30


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab fil-verżjoni Ingliża u Portugiża ta’ din il-ħarġa kienet imħassra jew sostitwita, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 371/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 359, 26.10.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 348, 19.10.2020

ĠU C 339, 12.10.2020

ĠU C 329, 5.10.2020

ĠU C 320, 28.9.2020

ĠU C 313, 21.9.2020

ĠU C 304, 14.9.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/2


Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

(2020/C 371/02)

Fis-7 ta’ Ottubru 2020, il-Qorti Ġenerali, komposta minn 49 Imħallef, iddeċidiet, wara tmiem il-kariga ta’ J. Passer bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali, li temenda d-deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Awli tat-30 ta’ Settembru 2019 (1), kif emendata (2), u d-deċiżjoni dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli tal-4 ta’ Ottubru 2019 (3), kif emendata (4), għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2022, u li tassenja l-Imħallfin lill-awli kif ġej:

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla, M. Jaeger, N. Półtorak, O. Porchia u M. Stancu, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin

H. Kanninen, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: M. Jaeger u N. Półtorak, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: M. Jaeger u O. Porchia, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: M. Jaeger u M. Stancu, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: N. Półtorak u O. Porchia, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: N. Półtorak u M. Stancu, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: O. Porchia u M. Stancu, Imħallfin.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

V. Tomljenović, President tal-Awla, F. Schalin, P. Škvařilová-Pelzl, I. Nõmm u G. Steinfatt, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin

V. Tomljenović, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: F. Schalin u P. Škvařilová-Pelzl, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: F. Schalin u I. Nõmm, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: P. Škvařilová-Pelzl u I. Nõmm, Imħallfin.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. M. Collins, President tal-Awla, V. Kreuschitz, Z. Csehi, G. De Baere u G. Steinfatt, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin

A. M. Collins, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: V. Kreuschitz u Z. Csehi, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: V. Kreuschitz u G. De Baere, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: V. Kreuschitz u G. Steinfatt, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: Z. Csehi u G. De Baere, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: Z. Csehi u G. Steinfatt, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: G. De Baere u G. Steinfatt, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla, L. Madise, P. Nihoul, R Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin

S. Gervasoni, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: L. Madise u P. Nihoul, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: L. Madise u R Frendo, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: L. Madise u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: P. Nihoul u R Frendo, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: P. Nihoul u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: R Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

D. Spielmann, President tal-Awla, U. Öberg, O. Spineanu-Matei, R. Mastroianni u R. Norkus, Imħallfin.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin

D. Spielmann, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: U. Öberg u O. Spineanu-Matei, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: Öberg u R. Mastroianni, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: O. Spineanu-Matei u R. Mastroianni, Imħallfin.

Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Marcoulli, President tal-Awla, S. Frimodt Nielsen, J. Schwarcz, C. Iliopoulos u R. Norkus, Imħallfin.

Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin

A. Marcoulli, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: S. Frimodt Nielsen u J. Schwarcz, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: S. Frimodt Nielsen u C. Iliopoulos, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: S. Frimodt Nielsen u R. Norkus, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: J. Schwarcz u C. Iliopoulos, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: J. Schwarcz u R. Norkus, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: C. Iliopoulos u R. Norkus, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

R. da Silva Passos, President tal-Awla, V. Valančius, I. Reine, L. Truchot u M. Sampol Pucurull, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin

R. da Silva Passos, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: V. Valančius u I. Reine, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: V. Valančius u L. Truchot, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: V. Valančius u M. Sampol Pucurull, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: I. Reine u L. Truchot, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: I. Reine u M. Sampol Pucurull, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: L. Truchot u M. Sampol Pucurull, Imħallfin.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

J. Svenningsen, President tal-Awla, R. Barents, C. Mac Eochaidh, T. R. Pynnä u C. J. Laitenberger, Imħallfin.

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin

J. Svenningsen, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: R. Barents u C. Mac Eochaidh, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: R. Barents u T. R. Pynnä, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: R. Barents u C. J. Laitenberger, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: C. Mac Eochaidh u T. R. Pynnä, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: C. Mac Eochaidh u C. J. Laitenberger, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: T. R. Pynnä u C. J. Laitenberger, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. J. Costeira, President tal-Awla, D. Gratsias, M. Kancheva, B. Berke u T. Perišin, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin

M. J. Costeira, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: D. Gratsias u M. Kancheva, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: D. Gratsias u B. Berke, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: D. Gratsias u T. Perišin, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: M. Kancheva u B. Berke, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: M. Kancheva u T. Perišin, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: B. Berke u T. Perišin, Imħallfin.

L-Għaxar Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Kornezov, President tal-Awla, E. Buttigieg, K. Kowalik-Bańczyk, G. Hesse u M.Stancu, Imħallfin.

L-Għaxar Awla, komposta minn tliet Imħallfin

A. Kornezov, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: E. Buttigieg u K. Kowalik-Bańczyk, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: E. Buttigieg u G. Hesse, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: K. Kowalik-Bańczyk u G. Hesse, Imħallfin.

It-Tieni Awla komposta minn erba’ Mħallfin hija estiża biż-żieda tal-ħames Imħallef mit-Tielet Awla. Il-Ħames Awla komposta minn erba’ Mħallfin hija estiża biż-żieda tal-ħames Imħallef mis-Sitt Awla. L-Għaxar Awla komposta minn erba’ Mħallfin hija estiża biż-żieda tal-ħames Imħallef mill-Ewwel Awla. Il-ħames Imħallef jinħatar skont l-ordni invers stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura għall-perijodu sal-31 ta’ Awwissu 2022.

Il-Qorti Ġenerali tikkonferma d-deċiżjoni tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2019 li tgħid li l-Ewwel, ir-Raba’, is-Seba’ u t-Tmien Awla huma inkarigati mill-kawżi mressqa abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u, jekk ikun il-każ, tal-Artikolu 50a tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u t-Tieni, it-Tielet, il-Ħames, is-Sitt, id-Disa’ u l-Għaxar Awla huma inkarigati mill-kawżi relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali koperti mit-Titolu IV tar-Regoli tal-Proċedura.

Hija tikkonferma wkoll li:

Il-President u l-Viċi President ma humiex assenjati b’mod permanenti lil awla;

Matul kull sena ġudizzjarja, il-Viċi President għandu jippresjedi f’kull waħda mill-għaxar awli komposti minn ħames Imħallfin, u dan f’kawża għal kull awla skont l-ordni li ġej:

L-ewwel kawża li tintbagħat, b’deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, quddiem kulleġġ ġudikanti estiż kompost minn ħames Imħallfin tal-Ewwel Awla, tat-Tieni Awla, tat-Tielet Awla, tar-Raba’ Awla u tal-Ħames Awla;

It-tielet kawża li tintbagħat, b’deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, quddiem kulleġġ ġudikanti estiż kompost minn ħames Imħallfin tas-Sitt Awla, tas-Seba’ Awla, tat-Tmien Awla, tad-Disa’ Awla u tal-Għaxar Awla.

Meta l-awla li fiha l-Viċi President jkollu jippresjedi tkun komposta:

minn ħames Imħallfin, il-kulleġġ ġudikanti estiż għandu jkun kompost mill-Viċi President, mill-Imħallfin tal-Kulleġġ ġudikanti kompost minn tliet Imħallfin li quddiemu tkun tressqet inizjalment il-kawża kif ukoll minn wieħed mill-Imħallfin l-oħra tal-Awla kkonċernata, iddeterminat abbażi tal-ordni invers stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura;

minn erba’ Mħallfin, il-kulleġġ ġudikanti estiż għandu jkun kompost mill-Viċi President, mill-Imħallfin tal-Kulleġġ ġudikanti kompost minn tliet Imħallfin li quddiemu tkun tressqet inizjalment il-kawża u mir-raba’ Mħallef tal-awla kkonċernata.


(1)  ĠU C 372, 4.11.2019, p. 3.

(2)  ĠU C 68, 2.3.2020, p. 2ĠU C 114, 6.4.2020, p. 2.

(3)  ĠU C 372, 4.11.2019, p. 3.

(4)  ĠU C 68, 2.3.2020, p. 2, u ĠU C 114, 6.4.2020, C 114, p. 2.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/6


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2020 minn Sebastian Veit mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-2 ta’ April 2020 fil-Kawża T-474/18, Sebastian vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-272/20 P)

(2020/C 371/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Sebastian Veit (rappreżentant: K. Kujath, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ April 2020 fil-Kawża T-474/18;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Jannar 2018 li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tal-appellant mill-1 ta’ Jannar 2018, kif ippreċiżata mid-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Mejju 2018;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata tikser id-dritt tal-Unjoni. Il-Qorti Ġenerali tat interpretazzjoni mhux eżatta tal-prinċipju ġenerali tal-ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 51(1) u fl-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li d-differenza fit-trattament tal-kandidati interni u esterni applikata mill-Bank Ċentrali Ewropej skont regoli differenti fil-klassifikazzjoni f’livell ta’ salarju kienet iġġustifikata u proporzjonata.

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal dwar il-klassifikazzjoni fi skala ta’ uffiċjal fis-servizz attiv li l-Qorti Ġenerali tapplika b’analoġija f’dan il-każ hija irrilevanti fiċ-ċirkustanzi li taw lok għat-tilwima.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/7


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2020 minn Christoph Klein mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-2 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-562/19, Christoph Klein vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-430/20 P)

(2020/C 371/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Christoph Klein (rappreżentant: H.-J. Ahlt, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-562/19;

tiddikjara li r-rikors huwa ammissibbli u li l-Kummissjoni Ewropea wettqet ksur tat-Trattat billi naqset milli taġixxi fil-proċedura tal-klawżola ta’ salvagwardja mressqa mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fis-7 ta’ Jannar 1998 fir-rigward tad-dispożittiv mediku li jinkludi t-trade mark CE “Inhaler Broncho-Air” u billi naqset milli tadotta deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 93/42/KEE (1);

sussidjarjament, tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tadotta deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-provi, ma kkwalifikatx korrettament il-fatti u kisret id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 265 TFUE u d-dritt għal smigħ xieraq, sa fejn din qieset li r-rikors kien preskritt u sa fejn ċaħdet il-locus standi tal-appellant ex officio.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-dritt tal-Unjoni u kisret l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 93/42.

Finalment, id-digriet appellat tal-Qorti Ġenerali huwa vvizzjat b’nuqqas ta’ motivazzjoni.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82, rettifiki fil-ĠU L 323, 26.11.1997, p. 39, ĠU L 61, 10.3.1999, p. 55, ĠU L 125, 19.5.1999, p. 42, ĠU L 72, 14.3.2001, p. 8).


Il-Qorti Ġenerali

3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2020 – L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-778/16 u T-892/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implimentata mill-Irlanda - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjonijiet dwar it-taxxa (tax rulings) - Vantaġġi fiskali selettivi - Prinċipju ta’ distakkament”)

(2020/C 371/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent fil-kawża T-778/16: L-Irlanda (rappreżentanti: K. Duggan, M. Browne, J. Quaney, A. Joyce, aġenti, assistiti minn P. Gallagher, M. Collins, SC, P. Baker, QC, S. Kingston, C. Donnelly, A. Goodman u B. Doherty, barristers)

Rikorrent fil-kawża T-892/16: Apple Sales International (Cork, l-Irlanda), Apple Operations Europe (Cork) (rappreżentanti: A. von Bonin, E. van der Stok, avukati, D. Beard, QC, A. Bates, L. Osepciu u J. Bourke, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u R. Lyal, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent fil-kawża T-778/16: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: T. Uri, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u S. Naudin, avukati)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent fil-kawża T-892/16: L-Irlanda (rappreżentanti: K. Duggan, J. Quaney, M. Browne, A. Joyce, assistiti minn P. Gallagher, M. Collins, P. Baker, S. Kingston, C. Donnelly, u B. Doherty)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta fil-kawża T-778/16: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Rzotkiewicz u A. Kramarczyk-Szaładzińska, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta fil-kawża T-892/16: L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA (rappreżentanti: C. Zatschler, M. Sánchez Rydelski u C. Simpson, aġenti)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1283 tat-30 ta’ Awwissu 2016 dwar Għajnuna mill-Istat SA.38373 (2014/C) (ex 2014/NN) (ex 2014/CP) implimentata mill-Irlanda lil Apple (ĠU 2017, L 187, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-778/16 u T-892/16 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1283 tat-30 ta’ Awwissu 2016 dwar Għajnuna mill-Istat SA.38373 (2014/C) (ex 2014/NN) (ex 2014/CP) implimentata mill-Irlanda lil Apple hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Irlanda, fil-kuntest tal-Kawża T-778/16, u dawk ta’ Apple Sales International u ta’ Apple Operations Europe.

4)

L-Irlanda, fil-kuntest tal-Kawża T-892/16, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Polonja u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – ZS vs BEI

(Kawża T-659/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Stat ta’ saħħa - Invalidità parzjali - Folji ta’ preżenza - Assenzi mhux iġġustifikati - Kumpens imnaqqas - Responsabbiltà”)

(2020/C 371/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZS (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Faedo u M. Loizou, aġenti, assistiti minn J. Currall u B. Wägenbaur, avukati)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u tal-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BEI tas-27 ta’ Settembru u tat-22 ta’ Diċembru 2017 li jiffissaw il-kumpensi dovuti lir-rikorrent bħala konsegwenza tal-invalidità tiegħu u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni allegatament subiti minnu.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tas-27 ta’ Settembru 2017 hija annullata.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

ZS għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.

4)

Il-BEI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, nofs l-ispejjeż ta’ ZS.


(1)  ĠU C 4, 7.1.2019.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2020 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (FAKE DUCK)

(Kawża T-371/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva FAKE DUCK - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti SAVE THE DUCK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Pubbliku relevanti - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 371/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio in Bosco, l-Italja) (rappreżentanti: A. Visentin, M. Cartella u B. Cartella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Save the Duck SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentant: M. De Vietro, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-5 ta’ April 2017 (Każ R 531/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Forest Srl et Itinerant Show Room.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Itinerant Show Room S.r.l. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Awwissu 2020 – Il-Pologna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/17) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Sospensjoni tal-għajnuna finanzjarja - Għajnuna għar-rikonoxximent preliminari tal-gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex - Telf ta’ interess ġuridiku - Nuqqas ta’ lok għal deċiżjoni”)

(2020/C 371/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Pologna (rappreżentanti: B. Majczyna, B. Paziewska, M. Pawlicka u K. Straś, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, M. Kaduczak u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017)2014 finali, tal-4 ta’ April 2017, li testendi s-sospensjoni tal-pagamenti mensili lir-Repubblika tal-Polonja rigward l-għajnuna għar-rikonoxximent preliminari tal-gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, mogħtija fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li jiġi deċiż ir-rikors odjern.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 269, 14.8.2017


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2020 – FL Brüterei M-V et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-755/18) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Agrikoltura bijoloġika - Produzzjoni tal-bhejjem - Regoli ta’ produzzjoni eċċezzjonali applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ input agrikolu bijoloġiku - Użu ta’ annimali mhux bijoloġiċi - Proroga tal-perijodu ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ produzzjoni eċċezzjonali - Nuqqas ta’ impatt dirett - Assenza ta’ ksur ikkaratterizzat biżżejjed ta’ regola ta’ liġi li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament nieqes minn kull bażi fil-liġi”)

(2020/C 371/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: FL Brüterei M-V GmbH (Finkenthal, il-Ġermanja), Erdegut GmbH (Finkenthal), Ökofarm Groß Markow GmbH (Lelkendorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, B. Eggers u B. Hofstötter, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1584 tat-22 ta’ Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU 2018, L 264, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens, l-ewwel nett, għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tal-artikolu msemmi u, it-tieni nett, għad-dannu allegatament subit minn FL Brüterei M-V minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni milli tħares l-osservanza min-naħa tal-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008, tal-5 ta’ Settembru 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU 2008, L 250, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FL Brüterei M-V GmbH, Erdegut GmbH u Ökofarm Groß Markow GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Noguer Enríquez et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-22/19) (1)

(“Rikors għad-danni - Ftehim monetarju bejn l-Unjoni u l-Prinċipat ta’ Andorra - Allegata negliġenza tal-Kummissjoni rigward il-kontenut tal-ftehim - Allegata negliġenza tal-Kummissjoni rigward is-sorveljanza tal-applikazzjoni tal-ftehim - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2020/C 371/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Roser Noguer Enríquez (Andorra la Vella, Andorra), TB, Successors d’Higini Cierco García, SA (Andorra la Vella), Cierco Martínez 2 2003, SL (Andorra la Vella) (rappreżentanti: J. Álvarez González u S. San Felipe Menéndez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: D. Triantafyllou u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostnew wara, minn naħa, in-negliġenza tal-Kummissjoni fis-sorveljanza tal-applikazzjoni tal-ftehim monetarju konkluż fit-30 ta’ Ġunju 2011 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra u, min-naħa l-oħra, in-negliġenza tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut ta’ dan il-ftehim.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Roser Noguer Enríquez, TB, Successors d’Higini Cierco García, SA u Cierco Martínez 2 2003, SL, huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Awwissu 2020 – BF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-190/19) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Għajuna mill-Istat - Użu ta’ installazzjonijiet ta’ provvista tal-ilma u ta’ tindif - Eżami preliminari ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi - It-tieni stedina għal teħid ta’ azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Artikolu 24(2) tar-Regolament 2015/1589 - Termini tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta)

(2020/C 371/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: BF (rappreżentanti: S. Gesterkamp, avukat, u C. Koenig, professur)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u K.-P. Wojcik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tadotta deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura ta’ eżami preliminari dwar allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermanizi favur il-kumpannija A, minn naħa, u l-kumpannija B, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

BF għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Lulju 2020 – TO vs SEAE

(Kawża T-272/19) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Rifjut ta’ reklutaġġ minħabba inkapaċità għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Natura ta’ ordni pubbliku - Tardività - Komputazzjoni tat-terminu - Determinazzjoni tad-data li minnha l-persuna kkonċernata setgħet issir taf bil-kontenut tad-deċiżjoni - Inammissibbiltà manifesta”)

(2020/C 371/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: TO (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tas-SEAE tal-15 ta’ Ġunju 2018 li tinforma lir-rikorrenti li hija ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ reklutaġġ previsti fl-Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u li hija ma setgħetx tiġi rreklutata bħala membru tal-persunal bil-kuntratt mas-SEAE u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni ta’ din l-istess awtorità tal-14 ta’ Jannar 2019 li tiċħad l-ilment tagħha tal-14 ta’ Settembru 2018 u, min-naħa l-oħra, sabiex tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

TO hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Lulju 2020 – Palacio Domecq vs EUIPO – Domecq Bodega Las Copas (PALACIO DOMECQ 1778)

(Kawża T-354/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 371/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Palacio Domecq, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Otero Iglesias, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Domecq Bodega Las Copas, SL (Jerez de la Frontera, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Marzu 2019 (Każ R 867/2018-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Domecq Bodega Las Copas u Palacio Domecq.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Awwissu 2020 – Inova Semiconductors vs EUIPO – Venta Servicio LED (ISELED)

(Kawża T-604/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Rinunzja għall-indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea abbażi ta’ reġistrazzjoni internazzjonali - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 371/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inova Semiconductors GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Venta Servicio LED, SL (Martorell, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 2149/2018-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Venta Servicio LED u Inova Semiconductors.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.

2)

Inova Semiconductors GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2020 – ENIL Brussels Office et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-613/19) (1)

(“Rikors għal annullament - FEŻR - Programm operazzjonali ‘Reġjuni fi Tkabbir’ - Assi Prijoritarju 5 (Infrastruttura Soċjali Reġjonali) - Sussidju intiż għall-appoġġ għad-deistituzzjonalizzazzjoni tas-servizzi għal adulti u għal persuni b’diżabbiltà - Rifjut ta’ sospensjoni tas-sejħa għal proposti fuq it-talba ta’ organizzazzjonijiet għad-difiża u għar-rappreżentanza ta’ persuni b’diżabbiltà - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2020/C 371/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Network on Independent Living Brussels Office (ENIL Brussels Office) (Brussell, il-Belġju), Validity Foundation-Mental Disability Advocacy Centre (Budapest, l-Ungerija), Center for Independent Living Association (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentanti: B. Van Vooren u L. Gorywoda, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u J. Hradil, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2019 li permezz tagħha din l-istituzzjoni ħadet pożizzjoni dwar it-talba tar-rikorrenti għal teħid ta’ azzjoni indirizzata lill-Kummissjoni, taħt l-Artikolu 265 TFUE, b’ittra tas-26 ta’ April 2019 u li kienet intiża, essenzjalment, sabiex il-Kummissjoni tissospendi s-sejħa għal proposti għall-għoti ta’ sussidji fil-kuntest tal-proċedura “Appoġġ għad-deistituzzjonalizzazzjoni ta’ servizzi soċjali għall-anzjani u persuni b’diżabbiltà” (BG16RFOP0001-5.002) u l-pagamenti kollha relatati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

European Network on Independent Living Brussels Office (ENIL Brussels Office), Validity Foundation-Mental Disability Advocacy Centre u Center for Independent Living Association huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2020 – DTE Systems vs EUIPO – Speed-Buster (PedalBox +)

(Kawża T-801/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PedalBox + - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Abbuż ta’ dritt - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2020/C 371/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DTE Systems GmbH (Recklinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Vietmeyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Speed-Buster GmbH & Co. KG (Sinzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Gries, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2019 (Każ R 1934/2018-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Speed-Buster u DTE Systems.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DTE Systems GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/15


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Awwissu 2020 – Indofil Industries (Netherlands) vs EFSA

(Kawża T-162/20 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-eżami mwettaq mill-EFSA wara l-eżami mill-ġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva mancozeb - Talba għall-kunfidenzjalità ta’ ċerti siltiet - Rifjut li jingħata t-trattament kunfidenzjali - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ fumus boni juris”)

(2020/C 371/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Indofil Industries (Netherlands) BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u S. Englebert, avukati)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (rappreżentanti: D. Detken u S. Gabbi, aġenti, assistiti minn G. Rusconi u O. Cesana, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EFSA/LA/DEC/22911258/2020 tal-EFSA, tat-28 ta’ Jannar 2020, dwar it-talba għall-eżami mill-ġdid intern tad-deċiżjoni relatata mat-talbiet tar-rikorrenti intiżi sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali tal-konklużjonijiet tal-eżami kolleġjali tal-evalwazzjoni tar-riskji marbuta mas-sustanza attiva mancozeb.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tas-7 ta’ April 2020 mogħti fil-Kawża T-162/20 R huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/16


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Awwissu 2020 – Net Technologies Finland vs REA

(Kawża T-358/20 R)

(“Miżuri provviżorji - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) - Rimbors tas-sommom imħallsa - Noti ta’ debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 371/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Net Technologies Finland Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: S. Pappas u N. Kyriazopoulou, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn M. Le Berre, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospenjoni tal-eżekuzzjoni ta’ żewġ noti ta’ debitu tar-REA tas-7 ta’ Mejju 2020 dwar il-ħlas mir-rikorrenti ta’ ammont totali ta’ EUR 188 477,27li skada fit-22 ta’ Ġunju 2020.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-18 ta’ Ġunju 2020, Net Technologies Finland vs REA (T-358/20 R) huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/16


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2020 – Satabank vs BĊE

(Kawża T-494/20)

(2020/C 371/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Satabank plc (St. Julians, Malta) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Mejju 2020 li permezz tagħha l-BĊE irrifjuta li jiżgura sorveljanza diretta u jagħti struzzjonijiet lill-persuna kompetenti sabiex tiżgura li l-Bank ma jibqax imċaħħad mill-aċċess għall-uffiċċji, l-informazzjoni, is-sistemi, il-fajls, id-dokumenti, il-persunal u r-riżorsi tiegħu;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-BĊE assuma b’mod żbaljat li l-azzjoni mitluba tmur lil hinn mill-kompetenzi tal-BĊE kif ukoll li ma mmotivax b’mod adegwat id-deċiżjoni tiegħu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt tar-rikorrent stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt tar-rikorrent stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt tar-rikorrent stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt tar-rikorrent stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 6(5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (1) u l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (2) tal-Bank Ċentrali Ewropew.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq li l-BĊE kiser il-prinċipju skont liema l-BĊE għandu jaġixxi b’mod li jrendi possibbli l-osservanza tal-obbligi regolatorji.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq li l-BĊE wettaq użu ħażin ta’ poter (détournement de pouvoir).


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013 L 287, p. 63).

(2)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (ĠU 2014 L 141, p. 1).


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/17


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2020 – Green Power Technologies vs Il-Kummissjoni u Empresa Común ECSEL

(Kawża T-533/20)

(2020/C 371/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Green Power Technologies, S.L. (Bollullos de la Mitación, Spanja) (rappreżentanti: A. León González u A. Martínez Solís, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Empresa Común ECSEL

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirrikonoxxi u tiddikjara li l-OLAF, permezz tar-rapport tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2018, tad-deċiżjoni li tirratifikah permezz tal-posta eletronika tat-12 ta’ Ġunju 2020, u tal-aġir tiegħu f’dan il-każ kiser l-acquis ġuridiku tal-Unjoni u, konsegwentement, tannulla l-imsemmi rapport;

tirrikonoxxi u tiddikjara li GPTECH wettqet korrettament l-obbligi kuntrattwali tagħha abbażi tal-proġetti POLLUX (100205), IoE (269374), MOTORBRAIN (270693) u AGATE (325630); konsegwentement, tiddikjara eliġibbli l-ispejjeż li qiegħed jintalab l-irkupru tagħhom bin-nota ta’ debitu 4440200016 maħruġa minn ECSEL;

abbażi ta’ dak li jippreċedi, tiddikjara li t-talba ta’ ECSEL fl-ammont ta’ EUR 200 930,35hija infondata u inammissibbli u, għaldaqstant, tannulla n-nota ta’ debitu maħruġa minn ECSEL; l-istess japplika għall-“pre-information letter” tal-20 ta’ Jannar 2019 li tagħti lok għaliha;

sussidjarjament, fil-każ li ma tiġix iddikjarata n-nullità tan-nota ta’ debitu, tiddikjara r-responsabbiltà tal-Kummissjoni għal arrikkiment indebitu;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-Kummissjoni u lil ECSEL jew, fil-każ li ma jintlaqgħux it-talbiet ta’ dan ir-rikors, tonqos milli tikkundanna għall-ispejjeż lir-rikorrent, fid-dawl tal-kumplessità ta’ dan il-każ, kif ukoll id-dubji ta’ fatt u ta’ liġi li jippreżenta l-imsemmi każ.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jinkludi talbiet ta’ annullament u talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 272 TFUE. Fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, il-Qorti Ġenerali hija mitluba tirrikonoxxi l-inammissibbiltà tal-ordni ta’ rkupru tas-somom allegatament dovuti u tad-danni indikati fin-nota ta’ debitu maħruġa mill-ECSEL.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea mill-OLAF u minn ECSEL, peress li l-portata ġenerali tal-imsemmija drittijiet għandha l-konsegwenza li ebda wieħed minn dawn il-korpi ma jista’ jwettaq aġir li jikser id-drittijiet fundamentali u l-acquis ġuridiku proprju tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-OLAF ma jifhimx l-attività normali ta’ GPTECH u ma użax tekniċi speċjalizzati f’riċerka u żvilupp li huma kapaċi jifhmu tali attività.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-OLAF ma ħax inkunsiderazzjoni l-allegazzjonijiet ta’ GPTECH u ma ttrażmettiex l-Annessi li fuqhom ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, li jirrappreżenta ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba (Artikolu 41 tal-Karta) u tad-dritt tad-difiża (Artikoli 47 u 48 tal-Karta).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-eliġibbiltà tal-ispejjeż li huwa mitlub l-irkupru tagħhom permezz tan-nota ta’ debitu inkwistjoni, u ksur tal-punti II.4, II.7.1; II.14.1.a), b), c) u f); u tal-punt II.15 tas-7th Research Framework Programme Grant Agreement.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq arrikkiment indebitu ta’ ECSEL, sa fejn il-proġetti tlestew fit-terminu preskritt.

3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/18


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2020 – MD vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-552/20)

(2020/C 371/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: MD (rappreżentant: A. Ricci, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD14 fil-proċedura ta’ promozzjoni għas-sena 2019 (Informazzjoni amministrattiva Nru 32-2019 tal-14.11.2019).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu. F’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni:

Li fid-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment l-Awtorità tal-Ħatra ma tindikax ir-raġuni individwali u rilevanti li tiġġustifika d-deċiżjoni li ma jiġix promoss;

Motivazzjoni totalment ommessa fir-rigward tat-tieni lment tal-motiv (ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, speċjalment fl-eżami komparattiv);

Motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tat-tielet ilment tal-motiv (ksur tal-Artikolu 6(2) tar-Regolamenti tal-Persunal).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ eżami komparattiv effettiv tal-merti tal-uffiċjali. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti isostni:

Żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-livell tar-responsabbiltajiet eżerċitati mir-rikorrent matul il-perijodu kollu ta’ riferiment meta mqabbel ma’ dawk tal-uffiċjali l-oħra promossi indikati fir-rikors;

Żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterju tal-użu, waqt l-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu, ta’ lingwi differenti mil-lingwa prinċipali meta mqabbel ma’ dawk tal-uffiċjali l-oħra promossi indikati fir-rikors.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq diskriminazzjoni bbażata fuq l-età b’rabta mal-“effett utli” mistenni f’kull promozzjoni. F’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni:

Allegata ġustifikazzjoni tan-nuqqas ta’ promozzjoni permezz tal-assenza ta’ vantaġġ ekonomiku mislut mill-promozzjoni nnifisha minħabba l-età tar-rikorrent, li dalwaqt jilħaq l-età ta’ pensjoni;

Projbizzjoni minn diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u introduzzjoni, fost il-kriterji sussidjarji għall-promozzjoni, ta’ kriterju ekonomiku illegali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. F’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni:

Nuqqas ta’ osservanza tar-rata medja ta’ promozzjoni għall-grad AD14 fuq bażi ta’ kull ħames snin;

Tagħrif li jirrigwarda l-osservanza tal-Artikolu 6(2) mhux ikkomunikat la lill-persunal tal-Kummissjoni u lanqas lir-rikorrent bi tweġiba għall-ilment tiegħu;

Fid-dawl tal-kuntest speċifiku, l-oneru tal-prova għandu jaqa’ fuq l-amministrazzjoni konvenuta.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/19


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2020 – D&A Pharma vs Il-Kummissjoni u EMA

(Kawża T-556/20)

(2020/C 371/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Debregeas et associés Pharma (D&A Pharma) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: N. Viguié u D. Krzisch, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2020 li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem “Hopveua – sodium oxybate” abbażi tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lill-EMA għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, minn naħa, tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 11 tar-Regoli interni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“KPPM”). Ir-rikorrent isostni li l-proċedura li wasslet għall-opinjoni tal-KPPM hija irregolari sa fejn il-KPPM kellu, peress li huwa kien intalab jagħmel dan fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq (iktar ’il quddiem l-“ATS”) kundizzjonali għal Hopveus, jikkonsulta lill-grupp konsultattiv xjentifiku “Scientific Advisory Group on Psychiatry”, li huwa korp kompetenti u indipendenti. Madankollu, huwa ma għamilx hekk.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal- Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 726/2004 sa fejn il-proċedura quddiem il-KPPM kienet ivvizzjata minn nuqqas ta’ imparzjalità minħabba l-kunflitti ta’ interess ta’ ċerti eperti tal-kumitat ad hoc ikkonvokat mill-KPPM. Ir-rikorrenti tqis li l-esperti li jaħdmu b’mod partikolari bħala konsulenti ta’ kumpanniji farmaċewtiċi fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ trattamenti li jistgħu jkunu kompetituri ta’ Hopveus ma jistgħux jipparteċipaw fi gruppi ta’ esperti ad hoc. Il-parteċipazzjoni tagħhom għalhekk ma rrispettatx il-prinċipju ta’ imparzjalità oġġettiva, hekk kif iddefinit mill-qrati tal-Unjoni u mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u nisslet suspett raġonevoli dwar l-eżami newtrali u oġġettiv tal-applikżazzjoni għal ATS kundizzjonali ppreżentata mir-rikorrent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-minuti tal-laqgħa tal-kumitat ad hoc tas-6 ta’ April 2020 ma josservawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3.7 tad-dokument tal-EMA “Mandat, Għanijiet u Regoli Interni tal-Gruppi Konsultattivi Xjentifiċi (SAG) u tal-gruppi ta’ esperti ad hoc”.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li bir-rifjut ta’ għoti ta’ ATS kundizzjonali minħabba li r-“relazzjoni benefiċċju/riskju tal-Hopveus [ma kinitx] favorevoli”, il-Kummissjoni Ewropea interpretat ħażin il-kuntest stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 507/2006 tad-29 ta’ Marzu 2006 dwar l-awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jagħmlu parti mill-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u vvizzjat, b’dan il-mod, id-deċiżjoni kkontestata bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni. Skont ir-rikorrent, din il-konklużjoni hija msejsa fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn ir-Regolament Nru 507/2006 ma jissuġġettax l-għoti ta’ ATS kundizzjonali għall-preżentazzjoni, mill-kandidat, ta’ data klinika eżawrjenti u eżenti minn limitazzjonijiet metodoloġiċi. L-ATS kundizzjonali “huma msejsa fuq data inqas kompleta minn dik rikjesta normalment u huma suġġetti għal obbligi speċifiċi”. F’dan il-każ, dawn l-istudji ġew saħansitra analizzati mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni tar-Riskju ta’ Farmakoviġilanza (iktar ’il quddiem il-“PRAC”) u mill-KPPM fil-kuntest tal-evalwazzjoni annwali tal-prodotti mediċinali abbażi tas-sodium oxybate, u li l-validità tagħhom ġiet għalhekk ikkonfermata minn din l-istanza u mill-Kummissjoni Ewropea, għall-prodott mediċinali bijoekwivalenti Alcover. Ir-rikorrent jikkonkludi li l-EMA għalhekk ma setgħetx tqis li l-limiti tal-istudji prodotti mir-rikorrent, li uħud minnhom ġew ivvalidati f’opinjoni xjentifika tal-2010, kienu maġġuri u determinanti, fir-rigward ta’ ATS kundizzjonali u meta ma kinitx saret kritika simili fil-kuntest ta’ awtorizzazzjonijiet mhux kundizzjonali mogħtija lil kompetituri.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li bir-rifjut ta’ għoti ta’ ATS kundizzjonali minħabba li r-“relazzjoni benefiċċju/riskju tal-Hopveus [ma kinitx] favorevoli”, il-Kummissjoni Ewropea vvizzjat id-deċiżjoni tagħha bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, flimkien ma żball manifest ta’ evalwazzjoni u ma ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 726/2004. Ir-rikorrent isostni li l-entitajiet tal-EMS (KPPM u PRAC) taw opinjonijiet kuntrastanti dwar ir-relazzjonijiet benefiċċju/riskju rispettivi ta’ Alcover u ta’ Hopveus, filwaqt li l-bijoekwivalenza ta’ dawn il-prodotti mediċinali hija rikonoxxuta u meta t-tnejn huma intiżi għat-trattament tal-istess patoloġija. Dawn l-opinjonijiet kuntrastanti ma huma spjegati minn ebda differenza oġġettiva, b’mod partikolari fid-dawl tal-għanijiet tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-prodotti mediċinali. Barra minn hekk, ir-relazzjoni benefiċċju/riskju ma tistax tkun differenti bejn analiżi qabel l-ATS u analiżi wara l-ATS.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ma osservatx il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ koerenza tal-opinjonijiet tal-entitajiet tal-EMA, kif ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-KPPM u l-PRAC b’mod kostanti taw opinjonijiet kuntrastnati fir-rigward tal-kuntest amministrattiv f’ambulatorju jew fi sptar ta’ Hopveus u ta’ Alcover.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/21


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT10)

(Kawża T-558/20)

(2020/C 371/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (London, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz QC, u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni GT10 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 738 306

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2020 fil-Każ R 2554/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tar-rikorrent.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi ma ġiex identifikat b’mod speċifiku l-pubbliku relevanti;

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi ma tteħditx inkunsiderazzjoni l-evidenza tal-perċezzjoni possibbli ta’ trade mark tal-Unjoni preċedenti mill-pubbliku relevanti;

Nuqqas li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi l-oħra tal-oġġezzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5);

Nuqqas li jiġu applikati regoli nazzjonali taħt l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2017/1001 billi ma ttieħdux inkunsiderazzjoni l-elementi l-oħra tal-liġi dwar l-abbuż ta’ denominazzjoni.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2020 – Yadex International vs EUIPO – Sütas süt ürünleri (PINAR Süzme Peynir)

(Kawża T-559/20)

(2020/C 371/24)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Yadex International GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Johnson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sütas süt ürünleri AS (Bursa, it-Turkija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva PINAR Süzme Peynir li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 394 295

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Lulju 2020 fil-Każ R 2127/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-appell tar-rikorrenti tat-23 ta’ Settembru 2019 kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-23 ta’ Lulju 2019;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2020 – Yadex International vs EUIPO – Sütas süt ürünleri (PINAR Tam kivaminda Süzme Peynir Yumusacik ve Leziz)

(Kawża T-560/20)

(2020/C 371/25)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Yadex International GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Johnson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sütas süt ürünleri AS (Bursa, it-Turkija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva PINAR Tam kivaminda Süzme Peynir Yumusacik ve Leziz li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 396 036

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Lulju 2020 fil-Każ R 2126/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-appell tar-rikorrenti tat-23 ta’ Settembru 2019 kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-23 ta’ Lulju 2019;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/23


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Vieta Audio (Vita)

(Kawża T-561/20)

(2020/C 371/26)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz QC, u P. Ruess, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vieta Audio, SA (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Vita”– Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 993 361

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 425/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u għall-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artiklu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/24


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2020 – Upper Echelon Products vs EUIPO (Everlasting Comfort)

(Kawża T-562/20)

(2020/C 371/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Upper Echelon Products LLC (Austin, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Izquierdo Blanco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “Everlasting Comfort” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 429 637

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2020 fil-Każ R 952/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark Nru 1 429 637 fir-rigward tal-prodotti kollha koperti;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/24


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2020 – Residencial Palladium vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (PALLADIUM HOTEL GARDEN BEACH)

(Kawża T-566/20)

(2020/C 371/28)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Residencial Palladium, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentant: D. Solana Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “PALLADIUM HOTEL GARDEN BEACH” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 564 701

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 1542/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u tiddikjara mingħajr effett id-deċiżjoni kkontestata, u tiddikjara l-invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Nru 8 564 701;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tallega li l-Bord tal-Appell wettaq żball billi bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq il-fatt li l-imsemmija parti ma pprovatx debitament l-użu u l-portata mhux biss lokali tas-sinjal preċedenti mhux irreġistrat GRAND HOTEL PALLADDIUM.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/25


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2020 – ML vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-567/20)

(2020/C 371/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ML (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2020 li ma taċċettax il-kandidatura tar-rikorrent għall-proċedura ta’ Sejħa għall-Offerti Nru [kunfidenzjali(1);

tordna kumpens għad-dannu subit minnu li jikkonsisti fit-telf tal-opportunità li l-offerta tiegħu tiġi evalwata u li jirbaħ il-kuntratt, stmat għal EUR 1 500 000 fuq perijodu ta’ għaxar snin;

tordna l-ħlas ta’ EUR simboliku għad-danni, suġġett għal żieda;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. F’dan ir-rigward ir-rikorrent iqis li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija insuffiċjenti, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-kriterju tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Skont id-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrent la kien issodisfa l-kriterji relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja u lanqas dawk relatati mal-kapaċità teknika u professjonali. Madankollu, ir-rikorrent iqis, minn naħa, li l-ittra ta’ garanzija li huwa kien ipproduċa kellha twassal sabiex il-konvenuta tikkonkludi li l-kriterju ta’ kapaċità ekonomika u finanzjarja kien issodisfatt. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kriterju tal-kapaċità teknika u professjonali, ir-rikorrent iqis li ssodisfa l-kriterju li jgħid li huwa kien obbligat li jiġġustifika l-ġestjoni ta’ żewġ operazzjonijiet bil-label [kunfidenzjali] jew b’kull label oħra ekwivalenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, hekk kif sanċiti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-punt 18.7 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju (2). Skont ir-rikorrent, il-konvenuta bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq informazzjoni li ma kinitx tinsab fil-fajl tas-sejħa għal offerti u li fuqha huwa ma ngħatax l-opportunità li jispjega ruħu qabel ma minnha nsiltu konsegwenzi dannużi. Barra minn hekk, ir-rikorrent ikompli jesponi li, jekk il-konvenuta kienet tqis li l-kumpannija garanti ma kinitx tissodisfa l-kriterji ta’ għażla applikabbli, hija kellha teżiġi s-sostituzzjoni tagħha u mhux tiċħad l-offerta fit-totalità tagħha.


(1)  Data kunfidenzjali mħollija barra.

(2)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1).


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/26


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2020 – Kedrion vs EMA

(Kawża T-570/20)

(2020/C 371/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Kedrion SpA (Barga, l-Italja) (rappreżentant: V. Salvatore, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tirrimborsa l-ispejjeż sostunti mir-rikorrenti għal din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni konfermattiva ta’ aċċess għal dokumenti fformulata mir-rikorrenti, adottata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fis-sens tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1) (doc.: EMA/336464/2020). Din l-applikazzjoni kellha bħala suġġett id-dokumenti ppreżentati minn fornitur ta’ servizzi ġdid rigward il-ġbir u frammentazzjoni ta’ plażma fl-Italja, ipprovduta minn ċentri Taljani.

Flimkien mal-motivi ta’ rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba, diġà fformulati fid-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni inizjali, parzjalment ripetuti fid-deċiżjoni kkontestata, EMA ppreċiżat sussegwentement li ċ-ċaħda ta’ aċċess kellha titqies bħala ġġustifikata minħabba ċ-ċirkustanza li d-dokument mitlub jinkludi informazzjoni inkluża anki fil-formola 3.2.S tat-talba għall-għoti tal-awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni (iktar ’il quddiem l-“AK”) ta’ prodott mediċinali kif ukoll informazzjoni oħra dwar ftehimiet kuntrattwali u akkordji bejn il-proprjetarju tal-PMF (Plasma Master File) u ċ-ċentri, fejn għaldaqstant tenniet in-neċessità li din l-informazzjoni titħares inkwantu kklassifikata bħala kummerċjalment kunfidenzjali.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

F’dan ir-rigward hija ssostni li d-dritt ta’ aċċess għal dokumenti jirrappreżenta wkoll waħda mill-modalitajiet li permezz tagħhom jiġi implimentat u ggarantit il-prinċipju ta’ trasparenza, wieħed mill-prinċipji fundamentali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni stess, tant li dan huwa ddikjarat fl-ewwel artikolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Bħala konsegwenza, l-istituzzjoni mitluba, ma tistax tillimita ruħha li tiddikjara li ma tagħtix l-aċċess għad-dokument peress li jinkludi informazzjoni riżervata, iżda għandha twettaq eżami speċifiku u preċiż tal-kontenut tiegħu sabiex imbagħad tagħti kunsens għall-aċċess għad-dokument wara li tkun eventwalment ifformulat il-partijiet jew l-informazzjoni meqjusa kummerċjalment kunfidenzjali bl-għan li titħares ir-riżervatezza tagħha. L-Aġenzija ma tistax tinvoka b’mod ġeneriku l-ħarsien ta’ ftehimiet jew akkordji kummerċjali li jistgħu jkunu riflessi fil-PMF fejn tinvoka l-biża ta’ dannu għall-interessi tal-proprjetarju fejn din l-objezzjoni ma tkunx rilevanti fir-rigward tal-applikazzjoni għal aċċess għall-parti tad-dokument li tinkludi l-elenku taċ-ċentri ta’ ġabra.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-illeġittimità tad-deċiżjoni kkontestata minħabba użu ħażin ta’ poter, minħabba nuqqas li tittieħed azzjoni, minħabba nuqqas ta’ loġika u minħabba kontradizzjoni ta’ motivi.

F’dan ir-rigward hija ssostni li l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi li ladarba d-dokument mitlub jinkludi informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali, jista’ jingħata kunsens għall-aċċess fil-każ li jkun hemm interess pubbliku prevalenti għall-iżvelar tal-informazzjoni li tinsab fih. F’dan ir-rigward, il-konvenuta, filwaqt li tinvoka l-ġurisprudenza, tafferma li hija r-rikorrenti li għandha tinvoka konkretament iċ-ċirkustanza li fuqha huwa bbażat l-interess pubbliku prevalenti li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti li fihom informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali. Madankollu dan minn naħa ma jistax jeżenta lill-istituzzjoni mitluba milli tirrikonoxxi interess pubbliku prevalenti li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument meta dan ikun faċilment rikonoxxibbli, u lanqas min-naħa l-oħra ma jikkonferma l-konklużjoni, li tirriżulta minn ċirkustanzi mressqa mir-rikorrenti, ibbażata fuq l-osservazzjoni li peress li kien hemm ebda riżultat wara l-saru spezzjonijiet fil-passat għandu jitqies li l-bdil bejn ażjiendi implikati fil-ġestjoni tas-servizz ta’ rtirar tal-plażma prodotta mill-istrutturi trasfużjonali, kif ukoll il-produzzjoni, ħażna u konsenja ta’ prodotti mediċinali dderivati mill-plażma jista’ jseħħ regolarment mingħajr dannu għall-interess pubbliku.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/27


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2020 – Spisto vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-572/20)

(2020/C 371/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Amanda Spisto (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-24 ta’ Settembru 2019 tat-talba għal eżami mill-ġdid tagħha tal-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19 – Qasam 1;

tannulla, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tas-26 ta’ Mejju 2020;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni li abbażi tiegħu ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, peress li dan jikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali, trasparenza u ta’ prevedibbiltà, mhux biss fl-evalwazzjoni tal-kriterji ta’ selezzjoni iżda wkoll tar-“rilevanza” li għandhom jiġu evalwati u kkunsidrati mill-membri tal-Bord tal-Għażla tal-EPSO fil-kuntest tat-eżami tat-“Talent Screener”.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx tippermetti, wara d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla, li jiġi evalwat il-mod kif kienet twettqet l-evalwazzjoni, il-kriterji li ttieħdu inkunsiderazzjoni u l-mod kif ġiet deċiża r-rilevanza tal-mistoqsijiet.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li bih hija vvizzjati d-deċiżjoni kkontestata.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/28


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2020 – MG vs BEI

(Kawża T-573/20)

(2020/C 371/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: MG (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tal-BEI tal-11 ta’ Ottubru 2018 li biha r-rikorrent ġie miċħud mill-benefiċċju tal-allowances tal-familja (inklużi b’mod partikolari l-ispejjeż taċ-ċentru ta’ ħarsien ta’ tfal żgħar matul il-jum u taċ-CPE imnaqqsa indebitament mis-salarju tar-rikorrent min-naħa tal-BEI sa’ Novembru 2019) u tad-drittijiet finanzjarji dderivati (inkluż b’mod partikolari t-tnaqqis fiskali u r-rimbors tal-ispejjeż mediċi tat-tfal sostnuti mir-rikorrent);

sa fejn hemm bżonn, tannulla l-ittra/deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2019 li tiċħad it-talbiet kollha tar-rikorrent;

sa fejn hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-BEI tat-30 ta’ Lulju 2020 li tinnota n-nuqqas ta’ ftehim u li tikkonferma d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ottubru 2018;

tikkumpensa d-danni materjali u morali tar-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni. Sussidjarjament, ir-rikorrent jinvoka eċċezzjoni ta’ illegalità tad-dispożizzjonijiet amministrattivi relattivi għall-allowances tal-familja, minħabba li dawn imorru kontra l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat, minn naħa, fuq il-ksur tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 33) u, min-naħa l-oħra, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39), fuq il-ksur tal-Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura. Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent jinvoka l-aċċess illegali għad-data personali tiegħu, ir-rifjut tal-konvenut li jiftah investigazzjoni u s-sostenn indebitu tal-konvenut lejn l-ex konjuġi tiegħu.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u fuq id-dmir ta’ premura.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/29


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2020 – YP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-581/20)

(2020/C 371/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: YP (rappreżentanti: J. Van Rossum u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2019 li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD14 matul il-proċedura ta’ promozzjoni tal-2019;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”). Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ħiliet lingwistiċi estensivi tiegħu fl-eżami komparattiv tal-merti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza. Ir-rikorrent jilmenta li d-deċiżjoni kkontestata li abbażi tagħha huwa ġie eskluż awtomatikament mill-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi b’applikazzjoni ta’ prassi amministrattiva li tikkonsisti fl-esklużjoni awtomatika mil-lista ta’ promozzjoni tal-isem tal-membri tal-persunal kollha li huma s-suġġett ta’ investigazzjoni jew li kienu s-suġġett ta’ sanzjoni amministrattiva jew dixxiplinari. Skont ir-rikorrent, tali prassi tikser il-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-ftehim bonarju tat-18 ta’ Settembru 2019 li ntlaħaq fil-kuntest tal-kawżi T-562/18, YP vs Il-Kummissjoni u T-563/18, YP vs Il-Kummissjoni. Ir-rikorrent iqis li dan il-ftehim jorbot lill-partijiet u li huma għandhom josservaw il-klawżoli kollha tiegħu.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9(3) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-rikorrent iqis li skont dan l-artikolu, l-istess nuqqas jista’ jagħti lok biss għal sanzjoni dixxiplinari waħda. Issa, għalkemm l-esklużjoni awtomatika mil-lista tal-uffiċjali proposti għal promozzjoni u mil-lista tal-uffiċjali promossi ma tikkostitwixxix, bħala tali, sanzjoni dixxiplinari, din hija madankollu konsegwenza diretta tal-ftuħ ta’ investigazzjoni, ta’ proċedura dixxiplinari jew ta’ sanzjoni dixxiplinari.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Lulju 2020 – VG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-299/19) (1)

(2020/C 371/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 230, tat-8.7.2019.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Awwissu 2020 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-8/20) (1)

(2020/C 371/35)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Il-President tal-Għaxar Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Awwissu 2020 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/20) (1)

(2020/C 371/36)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 103, 30.3.2020.


3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Awwissu 2020 – Tempora vs Il-Parlament

(Kawża T-450/20) (1)

(2020/C 371/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.