|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
||
|
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 13 ta’ Novembru 2018 |
|
|
2020/C 363/01 |
||
|
2020/C 363/02 |
||
|
2020/C 363/03 |
||
|
2020/C 363/04 |
||
|
|
L-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2018 |
|
|
2020/C 363/05 |
||
|
2020/C 363/06 |
||
|
2020/C 363/07 |
||
|
2020/C 363/08 |
||
|
|
Il-Ħamis 15 ta’ Novembru 2018 |
|
|
2020/C 363/09 |
||
|
2020/C 363/10 |
||
|
2020/C 363/11 |
||
|
2020/C 363/12 |
||
|
2020/C 363/13 |
||
|
|
Il-Ħamis 29 ta’ Novembru 2018 |
|
|
2020/C 363/14 |
||
|
2020/C 363/15 |
||
|
2020/C 363/16 |
||
|
2020/C 363/17 |
||
|
2020/C 363/18 |
||
|
2020/C 363/19 |
||
|
2020/C 363/20 |
||
|
2020/C 363/21 |
||
|
2020/C 363/22 |
||
|
2020/C 363/23 |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
Il-Ħamis 29 ta’ Novembru 2018 |
|
|
2020/C 363/24 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
L-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2018 |
|
|
2020/C 363/25 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW |
|
|
|
It-Tlieta 13 ta’ Novembru 2018 |
|
|
2020/C 363/26 |
||
|
2020/C 363/27 |
||
|
2020/C 363/28 |
||
|
2020/C 363/29 |
||
|
2020/C 363/30 |
||
|
|
L-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2018 |
|
|
2020/C 363/31 |
||
|
2020/C 363/32 |
||
|
2020/C 363/33 |
||
|
2020/C 363/34 |
||
|
2020/C 363/35 |
||
|
|
Il-Ħamis 15 ta’ Novembru 2018 |
|
|
2020/C 363/36 |
||
|
2020/C 363/37 |
||
|
|
Il-Ħamis 29 ta’ Novembru 2018 |
|
|
2020/C 363/38 |
||
|
2020/C 363/39 |
||
|
2020/C 363/40 |
||
|
2020/C 363/41 |
||
|
2020/C 363/42 |
||
|
2020/C 363/43 |
||
|
2020/C 363/44 |
||
|
2020/C 363/45 |
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
|
MT |
|
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2018–2019
Dati tas-seduti: 12-15 ta’ Novembru 2018
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 346, 11.10.2019.
TESTI ADOTTATI
Dati tas-seduti: 28 u 29 ta’ Novembru 2018
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 397, 22.11.2019.
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 13 ta’ Novembru 2018
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/2 |
P8_TA(2018)0441
Għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni (2018/2081(INI))
(2020/C 363/01)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) li jgħid li “[k]ulħadd għandu dritt għall-edukazzjoni. L-edukazzjoni għandha tkun bla ħlas, tal-inqas l-edukazzjoni primarja u bażika”, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument intitolat “Nittrasformaw lid-Dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”, adottat fil-25 ta' Settembru 2015 mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li jagħraf li l-ekwità, l-inklużjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi huma marbuta b'mod inseparabbli mad-dritt għall-edukazzjoni inklużiva, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u b'mod partikolari l-Għan nru 4: “L-iżgurar ta' aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta' kwalità, u l-promozzjoni ta' opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja”, kif ukoll id-Dikjarazzjoni ta' Incheon u l-Qafas għal Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 4, li jiddikjara li “l-ugwaljanza bejn is-sessi hija inseparabbli mid-dritt għall-edukazzjoni għal kulħadd”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Nru 36 (2017) tal-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, fir-rigward tad-dritt tal-bniet u n-nisa għall-edukazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-27 ta' Lulju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 35/L2 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) tat-22 ta' Ġunju 2017, intitolata “Id-dritt għall-edukazzjoni: segwitu tar-Riżoluzzjoni 8/4 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2002 bit-titlu “L-edukazzjoni u t-taħriġ fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp” (COM(2002)0116), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tal-2010 dwar ir-rinfurzar u t-titjib tal-edukazzjoni fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp bit-titlu “More and Better Education in Developing Countries” (Iktar Edukazzjoni mtejba fil-Pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp) (SEC(2010)0121), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2018 bit-titlu “L-Edukazzjoni f'Emerġenzi u Kriżijiet fit-Tul” (COM(2018)0304), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Charlevoix dwar l-edukazzjoni ta' kwalità għall-bniet, it-tfajliet adoloxxenti u n-nisa fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, adottata mill-G7 fid-9 ta' Ġunju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp u l-Kodiċi ta' Mġiba tal-UE dwar it-Tqassim tax-Xogħol fil-Politika tal-Iżvilupp (COM(2007)0072), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Mejju 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-Dokument ta' Ħidma Konġunt tal-Persunal (SWD(2015)0182) – L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw il-Ħajjiet tal-Bniet u tan-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE (2016-2020) (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2018 dwar it-titjib tas-sostenibilità tad-dejn tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-UNESCO dwar il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni Globali ppubblikat fl-2017 u bit-titlu “Accountability in Education: meeting our commitments” (Ir-responsabilità fl-edukazzjoni: inwettqu l-impenji tagħna), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0327/2018), |
|
A. |
billi l-edukazzjoni hija dritt fundamentali tal-bniedem u hija ċentrali għall-kisba tal-SDGs kollha; tipprevjeni t-trażmissjoni tal-faqar bejn il-ġenerazzjonijiet u għandha rwol ewlieni fil-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa; billi l-edukazzjoni bħala qasam tad-drittijiet tmur lil hinn mill-ugwaljanza aritmetika u tfittex li tippromwovi ugwaljanza reali bejn is-sessi fl-edukazzjoni u permezz tagħha; |
|
B. |
billi l-aħħar komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-edukazzjoni fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp tmur lura għall-2002 u ġiet aġġornata biss fl-2010 b'dokument ta' ħidma; |
|
C. |
billi fl-2009, l-għajnuna għall-edukazzjoni kienet tirrappreżenta 8,3 % tal-għajnuna globali għall-iżvilupp; billi fl-2015, dan is-sehem naqas għal 6,2 %; billi għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, dan is-sehem naqas minn 11 % għal 7,6 % fuq l-istess perjodu; |
|
D. |
billi l-għajnuna għall-edukazzjoni bażika tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha naqset bi 33,9 % bejn l-2009 u l-2015, jiġifieri aktar mill-għajnuna għall-edukazzjoni b'mod ġenerali (15,2 %); |
|
E. |
billi fl-2015, 264 miljun tifel u tifla u żagħżugħ u żagħżugħa fl-età tal-iskola fl-edukazzjoni primarja jew sekondarja ma kinux irreġistrati fi skola; |
|
F. |
billi, sa tmiem l-2017, kien hemm aktar minn 25,4 miljun rifuġjat madwar id-dinja, li minnhom 7,4 miljuni kienu tfal tal-iskola primarja, li minnhom 4 miljuni ma kellhom aċċess għall-ebda tip ta' edukazzjoni primarja; fil-pajjiżi milquta minn sitwazzjonijiet fraġli u kunflitti, hemm 37 % aktar bniet milli subien li ma jmorrux skola primarja, u huwa kważi 90 % aktar probabbli li n-nisa żgħażagħ ma jmorrux skola sekondarja mill-kontropartijiet maskili tagħhom fil-pajjiżi mhux affettwati minn kunflitt; |
|
G. |
billi r-rapport dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU tal-2017 juri li, fl-2011, madwar kwart biss ta' skejjel fl-Afrika sub-Saħarjana kellhom aċċess għall-elettriku u anqas minn nofs kellhom aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb; billi l-Afrika sub-Saħarjana għandha l-iktar perċentwal baxx ta' għalliema kwalifikati fl-edukazzjoni primarja kif ukoll f'dik sekondarja; |
|
H. |
billi fil-passat l-appoġġ għall-edukazzjoni f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp kien iffukat wisq fuq l-għadd ta' studenti rreġistrati u mhux fuq il-kwalità tal-edukazzjoni pprovduta; u l-SDG Nru 4 għandu l-għan li jiżgura li jkun hemm aċċess ta' kulħadd għall-edukazzjoni ta' kwalità sal-2030; |
|
I. |
billi jitqiesu d-diffikultajiet iffaċċjati minn ċerti intrapriżi f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex isibu ħaddiema bi kwalifiki li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom; |
|
J. |
billi l-isforzi li saru mill-2016, li għalkemm jistħoqqilhom kull tifħir, madankollu ma kinux biżżejjed sabiex ipattu għaż-żmien mitluf akkumulat u għalhekk għandhom jissoktaw u jiżdiedu maż-żmien; |
|
K. |
billi, skont il-UNESCO, l-għajnuna għall-edukazzjoni tal-pajjiżi b'introjtu baxx u b'introjtu medju baxx għandha tikber b'sitt darbiet sabiex sal-2030 jintlaħaq l-SDG nru 4; billi, skont il-Kummissjoni internazzjonali dwar il-finanzjament ta' opportunitajiet edukattivi fid-dinja, l-għajnuna għall-edukazzjoni għandha tilħaq id-89 biljun dollaru fl-2030, meta mqabbla mat-12-il biljun tal-lum il-ġurnata; |
Inpoġġu l-edukazzjoni fiċ-ċentru tal-iżvilupp
|
1. |
Jinsab konvint li l-għajnuna għall-edukazzjoni għandha tkun prijorità, peress li l-edukazzjoni tikkostitwixxi dritt fundamentali iżda wkoll peress li hija essenzjali għall-kisba ta' SDGs oħra: għall-iżvilupp ekonomiku u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-emanċipazzjoni tal-bniet u n-nisa, l-inklużjoni soċjali ta' persuni b'diżabilità, is-saħħa, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u l-prevenzjoni tal-kunflitti; |
|
2. |
Jiddispjaċih għalhekk li l-għajnuna għall-edukazzjoni mhix prijorità tad-donaturi internazzjonali; iħeġġeġ biex l-edukazzjoni titpoġġa fiċ-ċentru tal-politiki dwar l-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha; |
|
3. |
Jirrikonoxxi li l-kisba tal-SDG nru 4 teħtieġ investiment enormi fis-sistemi edukattivi; jafferma li, l-ewwel nett, dan l-investiment għandu jsir mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, iżda li l-għajnuna internazzjonali tibqa' indispensabbli biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' finanzjament; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-komunikazzjoni tagħha dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, li tmur lura għall-2002, kif ukoll id-dokument ta' ħidma tagħha tal-2010; jindika li l-komunikazzjoni l-ġdida għandha tippjana l-mezzi biex jintlaħaq l-SDG nru 4 sal-2030; |
|
5. |
Jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha biex jallokaw 10 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tagħhom għall-edukazzjoni sal-2024, u 15 % fl-2030; |
|
6. |
Ifakkar li ż-żieda meħtieġa fl-isforzi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jiġu promossi sistemi tat-taxxa ekwi u jiġu miġġielda l-flussi finanzjarji illeċiti u ż-żieda indispensabbli fl-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp mhumiex se jkunu biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' finanzjament; jappella għalhekk għall-ħolqien ta' mezzi ta' finanzjament innovattivi b'effett ta' ingranaġġ u li huma allinjati ma' mekkaniżmi u inizjattivi ta' finanzjament eżistenti sabiex jissaħħu s-sistemi tal-edukazzjoni nazzjonali; |
|
7. |
Isegwi b'interess il-proposta tal-Kummissjoni internazzjonali dwar il-finanzjament ta' opportunitajiet edukattivi fid-dinja li tinħoloq Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Edukazzjoni (IFFEd), dment li din tikkomplementa tassew l-isforzi attwali u ma tissostitwixxihomx; iqis li din l-inizjattiva għandha titwettaq f'sinerġija mal-azzjoni tas-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni; jindika li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-affidabilità tal-kreditu tal-pajjiżi eliġibbli qabel kull finanzjament; |
|
8. |
Jinnota li l-mira ta' 20 % ta' għajnuna pubblika għall-iżvilupp tal-Unjoni allokata għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, li jkopru s-servizzi soċjali bażiċi, inkluża s-saħħa u l-edukazzjoni, mhix preċiża u ma tippermettix monitoraġġ adegwat tal-infiq; jitlob li l-miri kwantifikati jiġu inklużi fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; |
Nindirizzaw il-prijoritajiet
|
9. |
Ifakkar li l-kompetenza tat-tagħlim bażiku, inkluż ta' ħiliet diġitali, hija prerekwiżit għall-iżvilupp tal-ħiliet u l-integrazzjoni fil-ħajja tax-xogħol, li l-edukazzjoni tal-bniet hija lieva essenzjali għall-kisba tal-SDGs, għas-saħħa u l-benesseri kif ukoll għall-miġja ta' soċjetajiet paċifiċi, u li l-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) huma l-aktar esposti għan-nuqqas ta' finanzjament meta fil-fatt huma dawk fejn l-investiment jiġġenera l-ogħla benefiċċji għall-bniedem, soċjali, għall-ekonomija u għas-saħħa; |
|
10. |
Ifakkar li l-emanċipazzjoni tal-gruppi vulnerabbli hija essenzjali biex jitnaqqas il-faqar; jinsisti li l-persuni kollha, irrispettivament mis-sess, l-etniċità, il-lingwa, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew opinjoni oħra, kif ukoll il-persuni b'diżabilità, il-migranti u l-popli indiġeni, għandu jkollhom aċċess għal opportunitajiet inklużivi u ekwi għall-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja; |
|
11. |
Jafferma għaldaqstant li l-għajnuna tal-Unjoni għall-edukazzjoni qabelxejn għandha tindirizza żewġ prijoritajiet: tippromwovi l-edukazzjoni bażika ta' kwalità u inklużiva u tipprovdi appoġġ imsaħħaħ lil-LDCs; |
|
12. |
Jinsisti b'mod partikolari fuq l-għan 4.1 tal-SDG, li jimmira għal ċiklu ta' edukazzjoni primarja u sekondarja fuq perjodu ta' 12-il sena bla ħlas għal kulħadd; itenni li għandu jkun pilastru ewlieni tas-Sħubija bejn l-Afrika u l-UE, f'konformità mal-prijoritajiet strateġiċi miftiehma fis-Summit tal-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana (2017); jindika li l-edukazzjoni bla ħlas ma għandhiex tkopri biss it-tagħlim iżda wkoll l-ispejjeż moħbija, kif ukoll l-ispejjeż tal-materjal edukattiv, tat-trasport u tal-ikel; iqis li l-Istati għandhom iqisu sistemi ta' għotjiet sabiex it-tfal l-aktar żvantaġġati jkunu jistgħu jattendu l-iskola; ifakkar fl-importanza li jiġu ggarantiti l-pluraliżmu u l-libertà tal-għażla tal-ġenituri; madankollu, jirrikjedi li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, bi qbil mal-mira tal-SDG 4.1 u l-Artikolu 26 tal-UDHR, ma jużawx l-Assistenza Pubblika għall-Iżvilupp biex jappoġġaw istituzzjonijiet edukattivi kummerċjali bi skop ta' qligħ, li ma jirrispettawx il-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni; |
|
13. |
Jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri biex minn issa sal-2030 jallokaw tal-inqas nofs l-għajnuna tagħhom għall-edukazzjoni lill-edukazzjoni bażika; |
|
14. |
Jitlob ukoll li tal-inqas 40 % tal-għajnuna għall-edukazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tkun diretta lejn l-LDCs; |
|
15. |
Jitlob, li tingħata attenzjoni partikolari lill-ugwaljanza bejn il-bniet u s-subien, li hi essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli u għall-prinċipju li ħadd ma jaqa' lura; jistieden lill-Unjoni tippromwovi edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-aċċess tal-bniet għall-edukazzjoni, għall-parteċipazzjoni tagħhom fi u t-tlestija tal-istudji tagħhom; ifakkar fl-għan li 85 % tal-programmi l-ġodda tal-Unjoni Ewropea jkollhom, bħala objettiv ewlieni jew sinifikanti, l-ugwaljanza tal-ġeneri sal-2020; jitlob, fl-aħħar nett, appoġġ għall-iżvilupp ta' sistemi edukattivi li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' studenti b'diżabilità, kif ukoll minoranzi oħra u gruppi vulnerabbli, b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet lokali; |
|
16. |
Jilqa' l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-komunikazzjoni tagħha dwar l-edukazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenzi u ta' kriżijiet fit-tul u l-għan li 10 % tal-għajnuna umanitarja tal-Unjoni tiġi allokata għall-edukazzjoni mill-2019; |
|
17. |
Ifakkar li l-edukazzjoni ta' tfal rifuġjati jew spostati għandha tiġi kkunsidrata mill-bidu bħala prijorità; jisħaq fuq l-importanza li jiġu appoġġati pajjiżi milquta minn sitwazzjonijiet ta' fraġilità u kunflitti sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tagħhom u jiġi żgurat aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità għolja, inkluża l-edukazzjoni sekondarja, għat-tfal u ż-żgħażagħ rifuġjati, dawk spostati internament u l-komunitajiet ospitanti tagħhom; |
|
18. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' reazzjoni aktar integrata, li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati, rapida, sistematika u effettiva għall-ħtiġijiet tal-edukazzjoni f'sitwazzjoni ta' emerġenza, skont il-prinċipju ta' rabta bejn l-għajnuna ta' emerġenza, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp; |
|
19. |
Jinnota li ċerti pajjiżi fil-mira ma jistgħux jew ma jridux jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjoni, inklużi l-ħtiġijiet edukattivi tagħha; jitlob l-identifikazzjoni tas-sieħeb l-aktar xieraq tas-soċjetà ċivili u t-tisħiħ u l-estensjoni tal-prattiki tajba f'dan il-qasam mill-NGOs u atturi oħra; |
|
20. |
Ifakkar fl-importanza ta' edukazzjoni sekondarja, teknika u vokazzjonali għall-impjegabilità taż-żgħażagħ u għall-iżvilupp sostenibbli; jemmen li dawn it-tnejn tal-aħħar għandhom iwasslu għal impjieg diċenti, jiġu diretti lejn il-ħtiġijiet tal-iżvilupp tal-pajjiżi u l-ħtiġijiet tan-negozji, f'koordinazzjoni ma' u sa fejn possibbli, iffinanzjati minnhom; jiġbed l-attenzjoni għall-proġetti li jinvolvu lis-settur privat fiċ-ċentri tat-taħriġ u jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif jista' jiġi appoġġat b'finanzjament l-iżvilupp ta' inizjattivi bħal dawn; jindika li l-Pjan ta' Investiment Estern tal-Unjoni jista' jiġi mmobilizzat biex jintlaħqu dawn l-objettivi u jitlob parteċipazzjoni strateġika tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni f'dan il-qasam; |
|
21. |
Jinsab imħasseb dwar il-fenomenu tal-“eżodu ta' mħuħ”; jinnota li xi Stati Membri jonfqu aktar minn nofs l-għajnuna tagħhom għall-edukazzjoni fuq l-ispejjeż tal-edukazzjoni fit-territorju tagħhom; jindika li ż-żieda fl-għajnuna għall-edukazzjoni se jkollha tnaqqas dan il-proporzjon; jistieden lill-Istati Membri jesploraw u japplikaw il-prattiki u l-esperjenzi tajbin bħall-iskambji akkademiċi u professjonali; iqis li viżi għal dħul multiplu jippermettu lil dawn l-istudenti jaġġornaw l-għarfien tagħhom u jiffavorixxu l-mobilità ċirkolari; jistieden, fl-istess ħin, li jiġu stabbiliti inċentivi jew miżuri li jħeġġu lill-istudenti jaħdmu fis-settur ekonomiku jew tal-gvern fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom wara r-ritorn tagħhom għal perjodu minimu, b'tali mod li l-għarfien li jkunu kisbu jibbenefikaw prinċipalment lil pajjiżi sħab; |
|
22. |
Jinnota li l-kwalità tal-għalliema hija essenzjali għat-tagħlim; jinnota bi tħassib li l-kwalità u d-disponibilità tat-taħriġ tal-għalliema jibqgħu problema serja, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana; jinsisti fuq l-isforzi li għandhom isiru għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-għalliema, b'enfasi fuq l-għarfien u l-ħiliet edukattivi, kif ukoll fuq ir-reklutaġġ, il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, inter alia biex jiġu mħeġġa jibqgħu u jgħaddu l-għarfien tagħhom lill-ġenerazzjonijiet futuri; jitlob li jkun hemm aktar programmi biex l-għalliema jiġu skambjati minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u l-Istati Membri tal-Unjoni, pereżempju permezz tal-programm Erasmus+; |
|
23. |
Jinnota l-investimenti enormi meħtieġa fl-infrastrutturi, il-materjal u t-tagħmir edukattivi, b'mod partikolari f'żoni rurali jew sottopopolati, biex ikun żgurat aċċess ugwali għall-edukazzjoni għall-faċilitajiet kollha tal-edukazzjoni, mingħajr diskriminazzjoni; |
|
24. |
Jenfasizza l-importanza ta' teknoloġiji ġodda biex jitjiebu l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kwalità tagħha, b'mod partikolari għat-tixrid tal-għarfien, it-taħriġ, it-tagħlim u l-iżvilupp tal-għalliema u l-ġestjoni tal-istituzzjonijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa li tinħataf l-opportunità tat-tranżizzjoni diġitali biex jiġi żgurat li l-għarfien u l-metodi ta' tagħlim moderni jiġu żviluppati f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li dawn it-teknoloġiji ġodda għandhom jappoġġaw l-isforzi edukattivi, u mhux jissostitwixxuhom billi jnaqqsu l-istandards edukattivi; jitlob għal evalwazzjoni mtejba tal-impatt tal-investiment teknoloġiku fuq l-eżiti tat-tagħlim; jinsisti fuq it-tisħiħ tal-ħiliet diġitali biex jippromwovu l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet; |
|
25. |
Jitlob li jiġu rduppjati l-isforzi sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-esklużjoni diġitali permezz tal-edukazzjoni u tat-taħriġ dwar ħiliet diġitali fundamentali u inizjattivi sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-ICTs; jappella wkoll li l-litteriżmu diġitali jiġi introdott fil-kurrikuli tal-iskejjel fil-livelli kollha tal-edukazzjoni fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, bil-għan li jinkisbu l-ħiliet meħtieġa sabiex jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni; |
|
26. |
Jinnota li l-edukazzjoni għandha twitti t-triq għall-ġenerazzjoni li jmiss sabiex tkun tista' tgħix ħajja produttiva bis-sħiħ f'dinja li se tkun qed tinbidel permezz ta' robotizzazzjoni u awtomatizzazzjoni; jemmen li sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi ta' dawk li qed ifittxu xogħol kif ukoll in-negozji, it-taħriġ disponibbli għandu jkun ġenwinament professjonali u li, sabiex isir dan, ma għandhomx jiġu esklużi sħubijiet mas-settur privat fil-qasam tal-edukazzjoni vokazzjonali; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-flessibilità u l-ħiliet, iżda jenfasizza wkoll l-importanza tal-ħiliet tal-ħajja u l-ħiliet soċjali fl-edukazzjoni; jinsab ċert li, barra mill-iskejjel li jgħallmu l-għarfien akkademiku, it-tfal għandhom jakkwistaw ħiliet ta' riflessjoni biex ikunu jistgħu jistaqsu mistoqsijiet validi, ħiliet kreattivi biex ikunu jistgħu jirrealizzaw l-ideat tagħhom u jkunu kapaċi jaġixxu biex jitgħallmu tul ħajjithom; |
|
27. |
Jinsisti fuq ir-rabta bejn l-edukazzjoni u s-saħħa; jindika li l-mediċina fil-kuntest tal-iskola u l-edukazzjoni dwar is-saħħa, minbarra li jippromwovu t-tagħlim, huma mod kif jintlaħqu sezzjonijiet kbar tas-soċjetà; jitlob li jiġi stabbilit approċċ komprensiv u integrat għall-edukazzjoni sesswali għall-bniet u s-subien, li jindirizza kwistjonijiet tas-saħħa bħall-HIV, l-ippjanar tal-familja u t-tqala, filwaqt li jikkontribwixxi wkoll għal objettivi usa' bħat-titjib tal-aċċess tal-bniet għall-edukazzjoni; jinnota l-importanza tal-fornituri tal-kura tas-saħħa għal appoġġ psikosoċjali, speċjalment f'pajjiżi affettwati minn kunflitti, sabiex titjieb ir-reżiljenza tat-tfal żgħar; |
|
28. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati biex jintroduċu mill-inqas sena ta' edukazzjoni bla ħlas għat-tfal żgħar, f'konformità mal-mira tal-SDG 4.2; |
|
29. |
Jerġa' jafferma li ambjent favorevoli biss jippermetti edukazzjoni ta' kwalità, inklużi l-involviment tal-ġenituri, l-aspetti nutrittivi, is-sigurtà, kif ukoll l-aċċess għall-elettriku, l-ilma u faċilitajiet sanitarji adegwati, sabiex is-subien u l-bniet ikunu jistgħu jibbenefikaw tassew mill-iskola u jiżdiedu r-rati ta' studenti li jtemmu l-iskola b'suċċess, l-aktar fil-livell tal-primarja; |
Intejbu l-kwalità tal-għajnuna
|
30. |
Huwa tal-opinjoni li l-evalwazzjonijiet tas-sistemi edukattivi, inklużi dawk ipprovduti minn istituzzjonijiet mhux statali, dwar il-kwalità tat-tagħlim u r-riżultati tat-tagħlim huma prerekwiżit għal kwalunkwe titjib fl-effikaċja tal-għajnuna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffinanzjaw ir-riċerka, l-aggregazzjoni tad-data u l-għodod ta' evalwazzjoni affidabbli, tekniċi, mhux diskriminatorji u indipendenti; |
|
31. |
Iqis essenzjali koordinazzjoni mtejba tad-donaturi fi gruppi lokali għall-edukazzjoni, sabiex jiġu evitati duplikazzjoni ta' impjiegi, kif ukoll sitwazzjonijiet fejn l-isforzi ta' għajnuna jidħlu f'kunflitt; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aktar sistematiku tal-ipprogrammar konġunt u tad-delegazzjoni; ifakkar li l-għajnuna għall-iżvilupp ma tistax isservi bħala strateġija ta' influwenza; |
|
32. |
Jenfasizza l-obbligu tal-gvernijiet li jiżguraw id-dritt għall-edukazzjoni taċ-ċittadini tagħhom; jinnota, għalhekk, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kapaċità tal-persuni responsabbli, fil-livelli kollha, li jipprovdu servizzi għal kulħadd u jistabbilixxu istituzzjonijiet, strateġiji u pjanijiet nazzjonali edukattivi ekwi, aċċessibbli u nondiskriminatorji bi sjieda reali, u maħluqa abbażi ta' konsultazzjoni sinifikanti u parteċipazzjoni strateġika ta' atturi ewlenin, fosthom tas-soċjetà ċivili, b'għanijiet speċifiċi u mekkaniżmi ta' monitoraġġ, evalwazzjonijiet u spezzjonijiet regolari, delimitazzjoni ċara u trasparenti tar-responsabilitajiet, u allokazzjoni tar-riżorsi soġġetta għal kontrolli indipendenti; iħeġġeġ l-adozzjoni ta' oqfsa regolatorji nazzjonali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tas-servizzi tal-edukazzjoni; |
|
33. |
Jenfasizza l-prevedibilità tal-għajnuna u s-sjieda tagħha mill-Istati sħab; jindika f'dan ir-rigward li l-appoġġ dirett tal-baġit u l-għajnuna mogħtija mill-organizzazzjonijiet multilaterali jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti bl-aħjar mod; |
|
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex meta jkun possibbli jippromwovu l-appoġġ dirett tal-baġit settorjali, bi kriterji stretti, inkluż il-governanza tajba, u kontrolli estensivi, b'mod partikolari biex jiġu evitati każijiet ta' korruzzjoni; ifakkar li l-pajjiżi terzi benefiċjarji jimpenjaw ruħhom li jirrimborżaw pagamenti f'każ ta' irregolaritajiet serji; jitlob l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-ftehimiet ta' finanzjament; jenfasizza l-ħtieġa li jitwaqqaf mekkaniżmu ta' monitoraġġ biex jivverifika jekk l-għajnuna għall-iżvilupp ġietx abbużata u biex tapplika sanzjonijiet skont dan, inkluż permezz tar-riallokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji, sabiex tiżdied l-għajnuna għall-aħjar prattiki f'dan il-qasam; |
|
35. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu r-rwol tal-awtoritajiet lokali u l-OSĊ fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' għajnuna għall-edukazzjoni, inkluż fil-qafas tal-appoġġ dirett tal-baġit; |
|
36. |
Jinnota li terz biss tal-għajnuna għall-edukazzjoni ġejja mill-organizzazzjonijiet multilaterali, meta mqabbla maż-żewġ terzi fil-qasam tas-saħħa; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-finanzjament tagħhom għas-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni u għall-fond “Education cannot wait” (l-Edukazzjoni ma tistax tistenna); iqis li s-Sħubija Globali għandha tkun tista', fil-pjan strateġiku tagħha li jmiss għal wara l-2020, testendi l-perjodu ta' programmazzjoni tagħha minn 3 snin għal 6 snin sabiex ikun permess finanzjament aktar stabbli u prevedibbli, li huwa partikolarment meħtieġ għat-tisħiħ tas-sistemi edukattivi nazzjonali; |
o
o o
|
37. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Testi Adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0239.
(2) Testi Adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0104.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/8 |
P8_TA(2018)0446
L-istat tad-dritt fir-Rumanija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar l-istat tad-dritt fir-Rumanija (2018/2844(RSP))
(2020/C 363/02)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattati tal-UE, u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Rumanija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 dwar qafas tal-UE ġdid biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt (COM(2014)0158), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu dwar id-demokrazija u l-ġustizzja fir-Rumanija, li sar fit-2 ta' Frar 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu dwar it-theddid għall-istat tad-dritt li jirriżulta mir-riforma tas-sistema ġudizzjarja tar-Rumanija, li sar fis-7 ta' Frar 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu dwar l-istat tad-dritt fir-Rumanija, li sar fit-3 ta' Ottubru 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-iskambju ta' fehmiet tiegħu tal-1 ta' Ottubru 2018 mal-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, Frans Timmermans, fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, |
|
— |
wara li kkunsidra s-smigħ li sar fit-22 ta’ Marzu 2017 fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar id-demokrazija u l-ġustizzja fir-Rumanija, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-24 ta' Jannar 2018 tal-President tal-Kummissjoni Juncker u l-Ewwel Viċi President Timmermans dwar l-aħħar żviluppi fir-Rumanija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni konġunta tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-16 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' liġi Nru 140/2017 tar-Rumanija dwar l-emendar tal-Ordinanza Governattiva Nru 26/2000 dwar l-Assoċjazzjonijiet u l-Fundazzjonijiet; |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-20 ta' Ottubru 2018 dwar emendi għal-liġi Rumena Nru 303/2004 dwar l-istatut tal-imħallfin u l-prosekuturi, il-liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja u l-liġi Nru 317/2004 dwar il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-20 ta' Ottubru 2018 dwar l-emendi għall-Kodiċi Kriminali u għall-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tar-Rumanija, liġijiet li jolqtu wkoll il-liġi Nru 78/2000 dwar il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u s-sanzjonar ta' atti ta' korruzzjoni, u l-liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ad hoc dwar ir-Rumanija tal-11 ta' April 2018 mill-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2017 taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika dwar il-progress fir-Rumanija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-adozzjoni ta' tliet liġijiet li jirriformaw il-ġudikatura mill-Parlament Rumen f'Diċembru 2017, l-liġi emendatorja Nru 303/2004 dwar l-istatus tal-imħallfin u l-prosekuturi, il-liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja u l-liġi Nru 317/2004 dwar il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura; wara li kkunsidra l-adozzjoni ta' emendi tal-Kodiċi Kriminali f'Ġunju 2018 u tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali f'Lulju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2226/2018 u r-Rakkomandazzjoni 2134/2018 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Rumanija tal-20 ta' Ottubru 2018, li 64 mis-96 bidla magħmula fil-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali huma antikostituzzjonali; wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-25 ta' Ottubru 2018 li 30 mill-emendi tal-Kodiċi Kriminali huma inkompatibbli mal-Kostituzzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-protesti tal-massa ripetuti, minn Jannar 2017, kontra l-korruzzjoni u favur l-istat tad-dritt, inkluża l-protesta tal-massa “Dijaspora fil-Pajjiż” fl-10 ta' Awwissu 2018 f'Bucharest, li ħalliet mijiet ta' persuni jeħtieġu trattament mediku wara intervent vjolenti min-naħa tal-pulizija,, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u billi dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn il-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huma prevalenti (Artikolu 2 tat-TUE); |
|
B. |
billi l-Artikolu 6(3) tat-TUE jikkonferma li d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-KEDB u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni; |
|
C. |
billi l-UE topera abbażi tal-preżunzjoni ta' fiduċja reċiproka li l-Istati Membri jaġixxu f'konformità mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif minqux fil-KEDB u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; |
|
D. |
billi l-indipendenza tal-ġudikatura hija minquxa fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 6 tal-KEDB, u hija rekwiżit essenzjali tal-prinċipju demokratiku tas-separazzjoni tal-poteri; |
|
E. |
billi fir-rapport tiegħu dwar ir-Rumanija ta' April 2018, il-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropa esprima tħassib serju dwar ċerti aspetti tal-liġijiet dwar l-istatus tal-imħallfin u l-prosekuturi, dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja u dwar il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura kif adottati mill-Parlament Rumen, kif ukoll dwar l-abbozz ta' emendi għal-leġiżlazzjoni kriminali; billi l-GRECO għandu dubji dwar il-proċess leġiżlattiv, jibża' mill-impatt fuq l-indipendenza ġudizzjarja u jissuġġerixxi ksur impliċitu tal-istandards ta' kontra l-korruzzjoni; |
|
F. |
billi l-Kummissjoni ta' Venezja, fl-opinjoni tagħha Nru 924/2018 tal-20 ta' Ottubru 2018, li kienet limitata għal ċerti aspetti partikolarment kontroversjali tal-abbozzi, ikkonkludiet li għalkemm sar titjib li ntlaqa' tajjeb fl-abbozzi wara l-kritika u għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali, hemm aspetti importanti introdotti bit-tliet abbozzi li jistgħu jwasslu għal pressjoni fuq l-imħallfin u l-prosekuturi, u fl-aħħar mill-aħħar, idgħajfu l-indipendenza tal-ġudikatura u tal-membri tagħha, u, flimkien mal-arranġamenti ta' rtirar bikri, l-effiċjenza u l-kwalità tagħha, b'konsegwenzi negattivi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u tqis li dawk l-aspetti aktarx idgħajfu l-fiduċja tal-pubbliku fil-ġudikatura (1); |
|
G. |
billi l-Kummissjoni ta' Venezja kkonkludiet fl-opinjoni tagħha Nru 930/2018 tat-20 ta' Ottubru 2018 li kien meħtieġ u xieraq għall-Parlament Rumen li jwettaq riforma tal-kodiċijiet kriminali sabiex jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali u d-direttivi rilevanti tal-UE, u li ħafna mill-emendi se jxekklu serjament l-effettività tas-sistema tal-ġustizzja kriminali Rumena fil-ġlieda kontra d-diversi forom ta' kriminalità, fosthom reati relatati mal-korruzzjoni, delitti vjolenti u l-kriminalità organizzata (2); |
|
H. |
billi fl-opinjoni tagħha Nru 914/2018 tas-16 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni ta' Venezja laqgħet il-fatt li matul il-laqgħat f'Bucharest, l-inizjaturi tal-abbozz ta' liġi indikaw ir-rieda tagħhom li jemendaw l-abbozz ta' liġi f'diversi aspetti, u talab lill-awtoritajiet Rumeni biex jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tagħha, jiġifieri li rekwiżiti ġodda ta' rappurtar u żvelar previsti fl-abbozz ta' liġi, inklużi s-sanzjonijiet ta' sospensjoni tal-attivitajiet u xoljiment f'każ ta' nuqqas ta' konformità, jidher ċar li huma mhux meħtieġa u sproporzjonati, u għandhom jiġu mħassra, u li l-pubblikazzjoni dettaljata tar-rapporti finanzjarji kull sitt xhur u l-indikazzjoni tas-sors tal-introjtu, indipendentement mill-ammont, meħud flimkien mas-sanzjoni ta' xoljiment, se jkollhom effett dissważiv fuq is-soċjetà ċivili u se jkunu f'kunflitt mal-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata (3); |
|
I. |
billi l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa talbet lir-Rumanija biex tirrifjuta l-abbozz ta' liġijiet proposti dan l-aħħar li jimponu obbligi ta' rappurtar finanzjarju addizzjonali fuq l-NGOs, biex jemendawhom skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja u l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODIHR), u li jippreżentawhom għal konsultazzjoni pubblika wiesgħa qabel l-adozzjoni (4); |
|
J. |
billi fid-19 ta' Lulju 2018 il-Kummissjoni rreferiet lir-Rumanija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea talli naqset milli tinkorpora r-Raba' Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus fil-liġi nazzjonali; billi fl-24 ta' Ottubru 2018, il-Parlament Rumen adotta l-abbozz ta' liġi dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; |
|
K. |
billi hemm dibattitu li għadu għaddej rigward ir-rwol tas-Servizz tal-Intelligence Rumen (SRI) u l-indħil allegat tiegħu fl-attivitajiet tal-ġudikatura Rumena, u dan iqajjem mistoqsijiet dwar il-kobor u l-modalitajiet ta' dan l-indħil; billi l-Kummissjoni ta' Venezja tikkonkludi fl-opinjoni tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2018 li donnu li jeħtieġ li jsir rieżami bir-reqqa tar-regoli legali dwar il-kontroll tas-servizzi tal-intelligence; |
|
L. |
billi f'Mejju 2016 inbdiet reviżjoni tal-Kostituzzjoni Rumena sabiex id-definizzjoni ta' familja tiġi ristretta għal żwieġ bejn raġel u mara; billi diversi grupp tad-drittijiet tal-bniedem esprimew it-tħassib tagħhom li l-proposta tista' twassal għal ksur tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u żżid id-diskriminazzjoni omofobika fir-Rumanija; billi r-reviżjoni ġiet approvata fil-parlament b'maġġoranza ta' żewġ terzi; billi r-referendum dwar il-kwistjoni ma laħaqx il-mira meħtieġa ta' 30 % tal-votanti; |
|
M. |
billi r-Rumanija tinsab fil-25 post mit-28 Stat Membru tal-UE rigward il-leġiżlazzjoni, diskors ta' mibegħda u diskriminazzjoni kontra persuni LGBTI, skont l-Analiżi Annwali tas-Sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Persuni LGBTI fl-Ewropa 2018), ippubblikat mir-Reġjun Ewropew tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Persuni Leżbjani u Gay (ILGA-Europe); |
|
N. |
billi l-Unjoni Ewropeahija impenjata li tirrispetta l-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tax-xandir, kif ukoll id-dritt ta' informazzjoni u tal-libertà tal-espressjoni; billi l-iżvelar ta' informazzjoni protetta huwa parti essenzjali tal-ġurnaliżmu investigattiv u tal-libertà tal-istampa u, skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2018 dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-informaturi fil-livell tal-UE (COM(2018)0214), fil-maġġoranza tal-Istati Membri, l-informaturi huma protetti biss f'sitwazzjonijiet limitati ħafna; billi l-funzjonijiet ta' kontroll pubbliku tal-mezzi tax-xandir huma kruċjali biex ikunu sostnuti dawn id-drittijiet kif ukoll għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali l-oħrajn kollha; |
|
O. |
billi Reporters Mingħajr Fruntieri ġibdu l-attenzjoni dwar it-tentattivi biex il-mezzi tax-xandir Rumeni jsiru għodod ta' propaganda politika, u qajmu tħassib dwar iċ-ċensura politika fil-mezzi tax-xandir (5); |
|
P. |
billi l-Artikolu 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistipula li kulħadd għandu d-dritt għal libertà ta' għaqda paċifika u għal libertà ta' assoċjazzjoni f'kull livell, b'mod partikolari fi kwistjonijiet politiċi, trejdunjonistiċi u ċivili; |
|
Q. |
billi r-rapporti ta' intervent vjolenti min-naħa tal-pulizija Rumena waqt il-protesti fl-10 ta' Awwissu 2018 qajmu tħassib serju fir-rigward tal-proporzjonalità tal-użu tal-forza u l-ksur tad-drittijiet fundamentali tad-dimostranti, u rriżultaw f'investigazzjonijiet, li għadhom għaddejjin, min-naħa tal-awtoritajiet Rumeni tal-infurzar tal-liġi; |
|
R. |
billi l-korruzzjoni għadha sfida fl-UE; billi n-natura u l-ambitu tal-korruzzjoni jaf ikunu differenti bejn Stat Membru għal ieħor, iżda tagħmel ħsara lill-UE kollha kemm hi u lill-ekonomija u s-soċjetà tagħha, ixxekkel l-iżvilupp ekonomiku, iddgħajjef id-demokrazija, u tagħmel ħsara lill-istat tad-dritt; |
|
S. |
billi l-Kap Prosekutur tad-Direttorat Nazzjonali ta' Kontra l-Korruzzjoni tneħħa mill-kariga fid-9 ta' Lulju 2018, kontra l-opinjoni tal-Kunsill Ġudizzjarju wara deċiżjoni ta' Qorti Kostituzzjonali li tillimita s-setgħat tal-President; billi, b'kuntrast, il-Kummissjoni ta' Venezja qalet fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' Ottubru 2018 li jkun importanti li “tissaħħaħ l-indipendenza tal-prosekuturi u jinżamm u jiżdied ir-rwol ta' istituzzjonijiet bħall-President u l-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, li jistgħu jibbilanċjaw l-influwenza tal-Ministru [tal-Ġustizzja]”; billi fl-24 ta' Ottubru 2018, il-Ministru tal-Ġustizzja talab it-tkeċċija tal-Prosekutur Ġenerali, u akkużah li qabeż l-awtorità tiegħu; |
|
1. |
Jisħaq fuq il-fatt li huwa fundamentalment importanti li jiġi garantit li l-valuri komuni Ewropej elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE jkunu sostnuti bis-sħiħ, u li d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jkunu garantiti; |
|
2. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar il-leġiżlazzjoni abbozzata mill-ġdid b'rabta mal-leġiżlazzjoni ġudizzjarja u kriminali Rumena, rigward b'mod speċifiku l-potenzjal tagħha li timmina strutturalment l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja u l-kapaċità li l-korruzzjoni tiġi miġġielda b'mod effettiv fir-Rumanija, kif ukoll li ddgħajjef l-istat tad-dritt; |
|
3. |
Jikkundanna l-intervent vjolenti u sproporzjonat mill-pulizija matul il-protesti f'Bucharest f'Awwissu 2018; jistieden lill-awtoritajiet Rumeni jiżguraw investigazzjoni trasparenti, imparzjali u effikaċi dwar l-azzjonijiet tal-pulizija ta' kontra l-irvelli; |
|
4. |
Jistieden lill-awtoritajiet Rumeni jintroduċu salvagwardji sabiex tkun żgurata bażi trasparenti u legali għal kwalunkwe kooperazzjoni istituzzjonali u jiġi evitat kwalunkwe indħil li jaħrab is-sistema ta' kontrolli u bilanċi; jitlob li jiġi msaħħaħ il-kontroll parlamentari fuq is-servizzi ta' intelligence; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Rumeni biex jiġġieldu kwalunkwe miżura li tiddekriminalizza l-korruzzjoni fil-kariga, u biex japplikaw strateġija nazzjonali ta' kontra l-korruzzjoni; |
|
6. |
Jirrakkomanda b'qawwa kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-leġiżlazzjoni dwar il-finanzjament, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-NGOs rigward l-effett intimidanti potenzjali tagħha fuq is-soċjetà ċivili u d-dħul tagħha f'kunflitt mal-prinċipju tal-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt għall-privatezza; jemmen li għandha tkun allinjata għalkollox mal-qafas tal-UE; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Parlament u lill-Gvern tar-Rumanija jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Ewropew, ta' GRECO u tal-Kummissjoni ta' Venezja, u biex joqogħdu lura milli jwettqu kwalunkwe riforma li tpoġġi f'riskju r-rispett għall-istat tad-dritt, inkluża l-indipendenza tal-ġudikatura; iħeġġeġ involviment kontinwu mas-soċjetà ċivili, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, abbażi ta' proċess trasparenti u inklużiv; iħeġġeġ it-tiftix proattiv ta' evalwazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni ta' Venezja, tal-miżuri leġiżlattivi konċernati qabel l-approvazzjoni finali tagħhom; |
|
8. |
Jistieden lill-Gvern Rumen jikkoopera mal-Kummissjoni Ewropea, skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera kif stabbilit fit-Trattat; |
|
9. |
Itenni d-dispjaċir tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippubblikax ir-Rapport Kontra l-Korruzzjoni fl-2017, u jħeġġiġha bil-qawwa li tissokta l-monitoraġġ annwali tagħha fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Istati Membri kollha, mingħajr dewmien; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta' indikaturi rigorużi u kriterji uniformi u faċilment applikabbli biex jitkejjel il-livell tal-korruzzjoni fl-Istati Membri u tevalwa l-politiki tagħhom fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, konformement mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-8 ta' Marzu 2016 dwar ir-Rapport Annwali 2014 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE (6); |
|
10. |
Jappella bil-qawwa għal proċess regolari, sistematiku u oġġettiv ta' monitoraġġ u djalogu li jinvolvi lill-Istati Membri kollha, bil-għan li jiġu mħarsa l-valuri bażiċi tal-UE tad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, bl-involviment tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Parlament, kif kien propost fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (il-Patt għad-DRF) (7); itenni li dan il-mekkaniżmu għandu jikkonsisti f'rapport annwali b'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (8); |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, timmonitorja s-segwitu mogħti għar-rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet Rumeni, filwaqt li tkompli toffri appoġġ sħiħ lir-Rumanija biex issib soluzzjonijiet adegwati; |
|
12. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-President tar-Rumanija. |
(1) Opinjoni Nru 924/2018 tal-Kummissjoni ta' Venezja, tal-20 ta' Ottubru 2018 (CDL-AD(2018)017).
(2) Opinjoni Nru 930/2018 tal-Kummissjoni ta' Venezja, tal-20 ta' Ottubru 2018 (CDL-AD(2018)021).
(3) Opinjoni konġunta Nru 914/2018 tal-Kummissjoni ta' Venezja, tas-16 ta' Marzu 2018 (CDL-AD(2018)004).
(4) Ir-Riżoluzzjoni 2226/2018 u r-Rakkomandazzjoni 2134/2018 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa
(5) https://rsf.org/en/romania
(7) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
(8) Ara: ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015, (ĠU C 238, 6.7.2018, p. 2).
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/13 |
P8_TA(2018)0447
Standards minimi għall-minoranzi fl-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar standards minimi għall-minoranzi fl-UE (2018/2036(INI))
(2020/C 363/03)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 10, 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (1) (Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kriterji ta' Kopenħagen, u l-grupp ta' regoli tal-Unjoni li pajjiż kandidat jeħtieġlu jissodisfa jekk ikun jixtieq jissieħeb fl-Unjoni (l-acquis), |
|
— |
wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni A/RES/60/7 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1 ta' Novembru 2005, dwar it-Tifkira tal-Olokawst, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli tagħha, speċjalment il-Protokoll Nru 12 dwar in-nondiskriminazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2018 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-istħarriġ tal-FRA bit-titolu “It-tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni” (EU-MIDIS II), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u l-Protokoll Mhux Obbligatorju tagħha (A/RES/61/106), adottata fit-13 ta' Diċembru 2006, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1985 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-2014 dwar is-sitwazzjoni u d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali fl-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2153 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-2017 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni tar-Rom u ta' ċerti gruppi ta' nomadi, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2196 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-2018 dwar il-ħarsien u l-promozzjoni tal-lingwi reġjonali u minoritarji fl-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 424 tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-2017 dwar il-lingwi reġjonali u minoritarji fl-Ewropa llum il-ġurnata, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 1201 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-1993 dwar protokoll addizzjonali dwar id-drittijiet tal-minoranzi għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iż-żieda fl-anti-Żingariżmu u l-vjolenza razzista kontra r-Rom fl-Ewropa, adottata fl-1 ta' Frar 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linja Gwida Numru 5 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea, adottata waqt it-Tielet Summit tal-Kunsill tal-Ewropa tal-Kapijiet ta' Stat u Gvern f'Varsavja fis-16 u s-17 ta' Mejju 2005, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Kopenħagen tal-1990 tal-OSKE u l-għadd kbir ta' rakkomandazzjonijiet u linji gwida tematiċi dwar id-drittijiet tal-minoranza maħruġa mill-Kummissarju Għoli għall-Minoranzi Nazzjonali tal-OSKE u mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, tal-OSKE, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-protezzjoni u n-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-minoranzi fl-Istati Membri tal-UE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar “aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu” (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/JHA tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tar-Rom – l-anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, tal-jum ta' tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-lingwi Ewropej fil-periklu ta' estinzjoni u d-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2005 dwar il-ħarsien tal-minoranzi u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni f'Ewropa akbar (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar “ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku” (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (10), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), b'mod partikolari l-Kawża T-646/13 (Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni) u l-ġurisprduenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB). |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti u l-istħarriġ tal-FRA, bħar-rapport intitolat “Ir-rispett għall-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u l-ħarsien tagħhom 2008-2010”, kif ukoll rapporti rilevanti oħra minn organizzazzjonijiet u NGOs nazzjonali, Ewropej u internazzjonali dwar il-kwistjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-attivitajiet u lkonstatazzjonijiet tal-Intergrupp għall-Minoranzi Tradizzjonali, il-Komunitajiet Nazzjonali u l-Lingwi tal-Parlament Ewropew, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0353/2018), |
|
A. |
billi d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi huma parti integrali mid-drittijiet tal-bniedem, li huma universali, indiviżibbli u indipendenti; billi l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi huma essenzjali għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà u għall-promozzjoni tat-tolleranza, tar-rispett reċiproku, tal-fehim u tal-kooperazzjoni fost il-persuni kollha li jgħixu f'territorju partikolari; |
|
B. |
billi l-UE hija mużajk ta' kulturi, lingwi, reliġjonijiet, tradizzjonijiet u storja, li jifformaw komunità ta' ċittadini diversi magħqudin flimkien bil-valuri ewlenin komuni tagħhom; billi din ir-rikkezza tal-Ewropa mhijiex fatt skontat u jenħtieġ li tiġi protetta u mrawma; |
|
C. |
billi madwar 8 % taċ-ċittadini tal-UE jappartjeni għal minoranza nazzjonali u madwar 10 % jitkellem lingwa reġjonali jew minoritarja; billi l-fastidju persistenti, id-diskriminazzjoni — inkluża d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali, u l-vjolenza jillimitaw l-abbiltà tan-nies li jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom, u jimminaw il-parteċipazzjoni ugwali tagħhom fis-soċjetà; |
|
D. |
billi l-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi tista' tgħin sabiex nibnu futur sostenibbli għall-Ewropa u tikkontribwixxi sabiex tiggarantixxi r-rispett għall-prinċipji ta' dinjità, tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni; billi l-benefiċċji mhumiex limitati għall-minoranzi peress li l-protezzjoni u l-promozzjoni ser iġġib l-istabbiltà, l-iżvilupp ekonomiku u l-prosperità għal kulħadd; |
|
E. |
billi t-Trattat ta' Lisbona introduċa t-terminu “persuni li jagħmlu parti minn minoranzi” fil-liġi primarja tal-UE, l-ewwel referenza speċifika fl-istorja tad-dritt tal-UE; L-Artikolu 2 tat-TUE jistipula li “L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel”; filwaqt li dawn il-valuri huma kondiviżi mill-Istati Membri kollha u għandhom jiġu appoġġati u promossi attivament mill-UE u minn kull Stat Membru b'mod individwali fil-politiki kollha tagħhom, kemm internament kif ukoll esternament b'mod konsistenti; billi dawn id-drittijiet jistħoqqilhom l-istess trattament bħad-drittijiet l-oħra stabbiliti fit-Trattati; |
|
F. |
billi t-Trattati tal-UE, b'mod simili għall-approċċ tal-liġi internazzjonali f'dan ir-rigward, ma jiddefinux it-terminu “minoranzi”; billi l-Artikolu 17 tat-TUE jistipula li l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati; |
|
G. |
billi l-Artikolu 19 tat-TFUE jistipula li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu, skont proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew, jista' jieħu azzjoni xierqa sabiex jiġġieled id-diskriminazzjoni; |
|
H. |
Billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għamlet il-kunċett tal-“minoranzi nazzjonali” terminu tad-dritt tal-Unjoni; billi l-Artikolu 21 tal-Karta jissottolinja b'mod espliċitu li d-diskriminazzjoni hija pprojbita; billi jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ta'dawk li jinsabu fl-aktar sitwazzjonijiet vulnerabbli; |
|
I. |
billi, meta jiddefinixxi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni, l-Artikolu 9 tat-TUE jistipula espressament li l-Unjoni għandha tosserva l-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tagħha, li għandhom jirċievu attenzjoni ugwali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha; |
|
J. |
billi l-FCNM u l-Karta tal-Lingwi huma kisbiet ewlenin tas-sistema għall-protezzjoni internazzjonali tal-minoranzi u għodod internazzjonali importanti għall-iffissar tal-istandards għall-Istati Partijiet; billi l-effett tal-ftehimiet ikkonċernati ddgħajjef minn proċess twil ta' ratifika, mir-riżervi magħmula mill-Partijiet u minn nuqqas ta' setgħat ta' skrutinju, li jagħmilhom dipendenti fuq ir-rieda tajba tal-istati; billi n-nuqqas sistematiku ta' implimentazzjoni tas-sentenzi, tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet iwassal ukoll għal normalizzazzjoni tan-nuqqas ta' konformità maż-żewġ strumenti internazzjonali; |
|
K. |
billi l-aħjar prattiki li diġà jintużaw fl-Istati Membri għandhom jiġu kkunsidrati fl-iżvilupp ta' standards minimi komuni Ewropej għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, bħal fl-Italja (Alto Adige/Südtirol) jew il-Ġermanja (Schleswig-Holstein); |
|
L. |
billi d-drittijiet tal-minoranzi li jagħmlu parti minn minoranzi huma ggarantiti minn ftehimiet internazzjonali kemm multilaterali kif ukoll bilaterali u huma mnaqqxa fis-sistemi kostituzzjonali ta' ħafna Stati Membri, u r-rispett għalihom huwa prerekwiżit importanti għall-valutazzjoni tal-istat tad-dritt; |
|
M. |
billi d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali tirrappreżenta miżura legali ewlenija għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni etnika u razzjali; billi diversi Stati Membri għadhom ma implimentawhiex bis-sħiħ; billi l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva jistipula li, sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza sħiħa, il-prinċipju tat-trattament ugwali m'għandux jipprevjeni lil kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri speċifiċi biex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaggi marbuta mal-oriġini razzjali jew etnika; |
|
N. |
billi l-motto tal-UE huwa “Magħquda fid-diversità”, kif adottat fis-sena 2000 u jissottolinja r-rispett għad-diversità bħala wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea; |
|
O. |
billi l-kriterji ta' Kopenħagen huma parti mill-kriterji ta' adeżjoni għall-UE; billi waħda mit-tliet kriterji ta' Kopenħagen tirrikjedi b'mod ċar li l-pajjiżi jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għall-minoranzi u l-protezzjoni tagħhom; billi ma jsir l-ebda monitoraġġ ulterjuri tad-drittijiet tal-minoranzi ladarba pajjiż kandidat isir Stat Membru; |
|
P. |
billi l-esperjenza turi li l-pajjiżi fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni huma aktar lesti li jirrispettaw il-kriterji ta' Kopenħagen; billi, bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' qafas xieraq li jiggarantixxi l-issodisfar ta' dawn il-kriterji wara l-adeżjoni, f'bosta Stati Membri jkun hemm rigress sostanzjali wara s-sħubija fl-UE; billi l-UE għad m'għandhiex standards komuni fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-minoranzi għall-Istati Membri; |
|
Q. |
billi bħalissa, l-Unjoni għandha biss għodod b'effikaċja limitata biex tirrispondi għal manifestazzjonijiet sistematiċi u istituzzjonali ta' diskriminazzjoni, razziżmu u ksenofobija; billi, minkejja għadd kbir ta' appelli lill-Kummissjoni, ittieħdu biss ftit passi sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; |
|
R. |
billi jeħtieġ li jiġu żviluppati mekkaniżmi u proċeduri fil-qasam tal-istat tad-dritt biex jiżguraw li l-prinċipji u l-valuri tat-Trattat jiġu rispettati fl-Unjoni kollha; billi r-rispett għad-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi huwa fattur kostituttiv ta' dawn il-valuri; billi għandu jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi effikaċi biex jingħalqu l-lakuni li fadal; billi tali mekkaniżmi għandhom ikunu bbażati fuq evidenza, ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji, għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sussidjarjetà, neċessità u proporzjonalità, għandhom japplikaw kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u għandhom ikunu bbażati fuq approċċ gradat, li jinkludi aspett preventiv kif ukoll wieħed korrettiv; billi l-Parlament aferma l-approġġ tiegħu f'dan ir-rigward, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016, b’rakkommandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, li jista' jkun fundamentali għall-approċċ ikkoordinat għall-governanza fil-livell Ewropew li huwa attwalment nieqes; |
|
S. |
billi l-lingwi huma parti integrali tal-identità Ewropea u l-aktar espressjoni diretta tal-kultura; billi r-rispett għad-diversità lingwistika huwa valur fundamentali tal-UE, kif stabbilit, pereżempju, fl-Artikolu 22 tal-Karta u fil-preambolu tat-TUE, li jgħid li “Ispirati mill-wirt kulturali, reliġjuż u umanista tal-Ewropa, li minnu żviluppaw il-valuri universali tad-drittijiet invjolabbli u inaljenabbli tal-bniedem, kif ukoll il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, u l-istat tad-dritt”; |
|
T. |
billi d-diversità lingwistika hija parti importanti mill-ġid kulturali ta' reġjun; billi bejn 40 sa 50 miljun persuna fl-UE jitkellmu waħda mis-60 lingwa reġjonali jew minoritarja tagħha, li xi wħud minnhom jinsabu f'riskju serju; billi t-tnaqqis tal-lingwi minoritarji huwa perċettibbli madwar l-Ewropa; billi l-lingwi mitkellma minn komunitajiet żgħar u li m'għandhom l-ebda status uffiċjali, huma saħansitra aktar esposti għar-riskju ta' estinzjoni; |
|
U. |
billi huwa stmat li persuna waħda kull elf tuża lingwa tas-sinjali nazzjonali bħala l-ewwel lingwa tagħha; billi dawn il-lingwi jenħtieġ li jingħataw status uffiċjali; |
|
V. |
billi f'soċjetajiet inklużivi, l-identità individwali kif ukoll l-identità nazzjonali huma importanti, u waħda ma teskludix lill-oħra; billi s-sistemi leġiżlattivi nazzjonali tal-Istati Membri fihom lakuni importanti fir-rigward tal-minoranzi u jirrappreżentaw livell baxx ta' armonizzazzjoni u simetrija; |
|
W. |
billi l-wirt kulturali tal-Ewropa huwa għani u varjat ħafna; billi l-wirt kulturali jarrikkixxi l-ħajja individwali taċ-ċittadini; billi l-Artikolu 3 TUE jgħid li l-Unjoni “għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”; billi l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi li ilhom jgħixu fl-Ewropa għal sekli sħaħ jikkontribwixxu għal dan il-wirt għani, uniku u varjat ħafna, u huma parti integrali mill-identità Ewropea; |
|
X. |
billi hemm ħafna diskrepanzi fost l-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent ta' minoranzi u r-rispett tad-drittijiet tagħhom; billi l-minoranzi madwar l-UE għadhom iħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni istituzzjonalizzata u huma s-suġġett ta' stereotipi derogatorji u saħansitra d-drittijiet miksuba tagħhom spiss jiġu limitati jew applikati b'mod selettiv; |
|
Y. |
billi hemm differenza bejn il-protezzjoni tal-minoranzi u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni; billi n-nondiskriminazzjoni mhijiex biżżejjed sabiex tintemm l-assimilazzjoni; billi ugwaljanza effettiva tmur lil hinn mill-fatt li ma ssirx diskriminazzjoni u tfisser li l-minoranzi jiġu ggarantiti t-tgawdija tad-drittijiet tagħhom, bħad-dritt għall-identità, l-użu tal-lingwa u l-edukazzjoni, drittijiet kulturali u ta' ċittadinanza, eċċ, fuq l-istess livell tal-maġġoranza; |
|
Z. |
billi ż-żieda fil-vjolenza ksenofobika u d-diskors ta' mibegħda fl-Unjoni Ewropea, li spiss jiġu promossi minn forzi estremisti tal-lemin, taffettwa u tolqot il-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; |
|
AA. |
billi ċ-ċittadini tal-UE li jagħmlu parti minn minoranzi jistennew li jitwettaq aktar fil-livell Ewropew fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom, kif attestat mill-għadd kbir ta' petizzjonijiet li tressqu quddiem il-Parlament Ewropew f'dan ir-rigward; |
|
AB. |
billi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Minority Safepack” ġabret 1 215 879 firma madwar l-UE, u dan juri r-rieda ta' dawn iċ-ċittadini tal-UE li jsaħħu l-qafas leġiżlattiv li jirregola l-politiki tal-minoranzi fil-livell tal-UE; |
|
AC. |
billi hemm ħafna lok biex jittejjeb il-mod li bih tingħata l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi fl-UE; billi l-leġittimità tal-istituzzjonijiet demokratiċi hija bbażata fuq il-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza tal-gruppi kollha fis-soċjetà, inklużi l-minoranzi; |
|
1. |
Ifakkar li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiggarantixxu lill-minoranzi t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem, kemm bħala individwi kif ukoll bħala komunità; |
|
2. |
Ifakkar li filwaqt li l-protezzjoni tal-minoranzi hija parti mill-kriterji ta' Kopenħagen, kemm għall-pajjiżi kandidati kif ukoll għall-Istati Membri, ma hemm l-ebda garanzija li l-istati kandidati se jirrispettaw l-impenji meħuda fil-qafas tal-kriterji ta' Kopenħagen ladarba jkunu saru Stati Membri; |
|
3. |
Jinnota li lill-UE għad jonqsulha l-istrumenti effikaċi biex timmonitorja u tinforza r-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi; jiddispjaċih dwar il-fatt li fil-qasam tal-protezzjoni tal-minoranzi, l-UE jew qieset bħala skontat li l-Istati Membri tagħha jikkonformaw mad-drittijiet tal-minoranzi jew strieħet fuq strumenti ta' monitoraġġ esterni, bħal dawk tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE; |
|
4. |
Jinnota li l-konformità mal-kriterji ta' Kopenħagen min-naħa tal-istati qabel u wara l-adeżjoni tagħhom mal-UE trid tkun soġġetta għal monitoraġġ kostanti u għal djalogu kostanti fi ħdan u bejn il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema ta' protezzjoni komprensiva tal-UE għall-minoranzi, li tkun akkumpanjata b'mekkaniżmu sod ta' monitoraġġ; |
|
5. |
Ifakkar li, skont l-Artikolu 17(1) tat-TUE, il-Kummissjoni, bħala l-gwardjana tat-Trattati, għandha l-leġittimità u l-awtorità li tiżgura li l-Istati Membri kollha qed jirrispettaw l-istat tad-dritt u valuri oħra msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE; iqis, għaldaqstant, li l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni biex twettaq il-kompitu u tiżgura li l-kundizzjonijiet li kienu jeżistu qabel l-adeżjoni ta' Stat Membru għadhom qed jiġu ssodisfati ma jiksrux is-sovranità tal-Istati Membri; |
|
6. |
Ifakkar li fl-istandards internazzjonali eżistenti, kull Stat Membru għandu d-dritt li jiddefinixxi l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali; |
|
7. |
Ifakkar li ma hemm l-ebda standard komuni tal-UE għad-drittijiet tal-minoranzi fl-UE u lanqas fehim komuni ta' min jista' jitqies bħala persuna li tagħmel parti minn minoranza; jinnota li m'hemm l-ebda definizzjoni ta' minoranzi fid-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi, u lanqas fil-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali (FCNM); jissottolinja l-ħtieġa li jiġu protetti l-minoranzi nazzjonali jew etniċi, reliġjużi u lingwistiċi kollha, irrispettivament mid-definizzjoni, u jenfasizza li kwalunkwe definizzjoni għandha tiġi applikata b'mod flessibbli, peress li l-inklużjoni de facto tal-benefiċjarji taħt il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi spiss tifforma parti minn proċess evoluzzjonarju li eventwalment jista' jwassal għal rikonoxximent formali; jirrakkomanda li, fir-rigward tal-prinċipji ta' sussidjarjetà, proporzjonalità u nondiskriminazzjoni, definizzjoni ta' “minoranza nazzjonali” għandha tkun ibbażata fuq id-definizzjoni stipulata fir-Rakkomandazzjoni 1201 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (1993) għal protokoll addizzjonali dwar id-drittijiet tal-minoranzi għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jiġifieri grupp ta' persuni fi Stat li
|
|
8. |
Ifakkar il-Linja Gwida Numru 5 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea kif adottata mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa, fil-laqgħa f'Varsavja fis-16 u s-17 ta' Mejju 2005, li tiddikjara li “l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel ħilitha sabiex tittrasponi dawk l-aspetti tal-Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa fi ħdan il-kompetenza tagħha fid-dritt tal-Unjoni Ewropea”; |
|
9. |
Jinnota li partijiet mid-dispożizzjonijiet tal-FCNM u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji (“il-Karta tal-Lingwi”) jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi tal-UE, u jfakkar l-konklużjoni tal-FRA li għalkemm l-Unjoni ma għandhiex kompetenza leġiżlattiva ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali fiha nfisha, hija “tista' tiddeċiedi dwar varjetà ta' kwistjonijiet li jaffettwaw lill-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali”; |
|
10. |
Iqis li hemm bżonn ta' proposta leġiżlattiva dwar l-istandards minimi ta' protezzjoni tal-minoranzi fl-UE, wara valutazzjoni tal-impatt xierqa u f'konformità mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li japplikaw għall-Istati Membri, bl-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni tal-minoranzi u jiġu protetti d-drittijiet diġà fis-seħħ fl-Istati Membri kollha filwaqt li jiġu evitati standards doppji; Iqis, bla ħsara għall-prinċipji ta' sussidjarità u proporzjonalità, li tali standards għandhom jibdew minn dawk diġà kkodifikati fi strumenti legali internazzjonali u għandhom jiġu inkorporati b'mod strett f'qafas legali li jiggarantixxi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE kollha u jkunu akkumpanjati minn mekkaniżmu ta' monitoraġġ li jaħdem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li s-sistemi legali tagħhom jiggarantixxu li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranza ma jiġux diskriminati, u biex jieħdu u jimplimentaw miżuri ta' protezzjoni mmirati; |
|
11. |
Ifakkar li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi hija parti mill-proposta għall-konklużjoni ta' Patt tal-Unjoni għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (il-Patt DRF); ifakkar, f'dan ir-rigward, it-talba li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għall-konklużjoni ta' Patt DRF; jistieden lill-Kummissjoni tintegra d-drittijiet tal-minoranzi fis-sottopartijiet kollha possibbli tal-mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; |
|
12. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twaqqaf korp fil-livell tal-Unjoni (jew fi ħdan l-istrutturi eżistenti jew bħala korp separat) għar-rikonoxximent u l-protezzjoni tal-minoranzi fl-UE; |
|
13. |
Jilqa' r-reġistrazzjoni b'suċċess u l-ġbir ta' firem fil-qafasta l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bit-titlu “Minority SafePack”, li tappella għal qafas Ewropew għall-protezzjoni tal-minoranzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora modi li bihom l-interessi u l-ħtiġijiet tal-minoranzi jistgħu jiġu rappreżentati aħjar fil-livell tal-UE; |
|
14. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jissalvagwardjaw id-dritt ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranza li jippreservaw, jipproteġu u jiżviluppaw l-identità tagħhom, u biex jieħdu l-passi meħtieġa ħalli tiġi promossa l-parteċipazzjoni effettiva tal-minoranzi fil-ħajja soċjali, ekonomika u kulturali u fl-affarijiet pubbliċi; |
|
15. |
Ifakkar li l-aċċess għaċ-ċittadinanza tal-UE jinkiseb permezz tan-nazzjonalità ta' Stat Membru, li hija rregolata minn liġijiet nazzjonali; Ifakkar li fil-kuntest tal-aċċess għaċ-ċittadinanza nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu rregolati mill-prinċipji tad-dritt tal-UE, bħal dawk tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni, li t-tnejn li huma jinsabu definiti sew fil-ġurisprudenza tal-QĠUE; billi l-Artikolu 20 tat-TFUE jipprevedi li kwalunkwe persuna li għandha n-nazzjonalità ta' Stat Membru hija wkoll ċittadin tal-Unjoni, bid-drittijiet u l-obbligi minquxa fit-Trattati u l-Karta; ifakkar li skont it-Trattati kull ċittadin tal-UE jeħtieġ li jirċievi attenzjoni ugwali mill-istituzzjonijiet tal-UE; |
|
16. |
Ifakkar fit-tħassib kbir tiegħu dwar l-għadd ta' Rom apolidi fl-Ewropa, sitwazzjoni li twassal għaċ-ċaħda totali tal-aċċess tagħhom għal servizzi soċjali, edukattivi u tal-kura tas-saħħa u timbuttahom lejn il-marġni ta' soċjetà; jistieden lill-Istati Membri jabolixxu l-apolidija u jiżguraw it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem minn kulħadd; |
|
17. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri effettivi biex ineħħu kwalunkwe ostakli għall-aċċess tas-sistema tal-kura tas-saħħa minn persuni li jagħmlu parti minn minoranza; jinnota li l-gruppi ta' minoranzi għandhom inqas aċċess għas-servizzi tas-saħħa u għall-informazzjoni dwar is-saħħa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-minoranzi jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa, kemm fiżika kif ukoll mentali u mingħajr diskriminazzjoni; |
|
18. |
Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex taderixxi għall-FCNM u għall-Karta tal-Lingwi u l-Istati Membri biex jirratifikawhom u biex jirrispettaw il-prinċipji stipulati f'dawn id-dokumenti; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jibqgħu lura minn atti li jmorru kontra l-prinċipji stipulati f'dawn il-prinċipji; jenfasizza li meta jkun qed joħolqu standards minimi għall-minoranzi fl-UE, l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura milli jadottaw liġijiet u miżuri amministrattivi li jdgħajfu d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi jew li jipprevdu derogi minn dawn id-drittijiet; |
|
19. |
Jafferma mill-ġdid li l-persuni indiġeni, fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom, għandhom ikunu ħielsa minn diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip u jkollhom id-dritt għad-dinjità u għad-diversità tal-kultura, tat-tradizzjonijiet, tal-istorja u tal-aspirazzjoni tagħhom, li għandhom jiġu riflessi kif xieraq fl-edukazzjoni u l-informazzjoni pubblika; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan, biex jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-Popli Indiġeni u Tribali f'Pajjiżi Indipendenti (Konvenzjoni ILO Nru 169) u jimplimentawha in bona fede; |
|
20. |
Iqis li standards komuni minimi Ewropej sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi għandhom jiġu żviluppati fl-UE, li jimxu fuq il-linji tal-prinċipji proċedurali ta' relazzjonijiet tajbin ta' viċinat, relazzjonijiet ta' ħbiberija u li jiżguraw kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-viċinat mhux tal-UE, fuq il-bażi tal-implimentazzjoni ta' standards u normi internazzjonali; iqis li l-adozzjoni tal-istandards komuni minimi Ewropej m'għandhiex tnaqqas id-drittijiet u l-istandards diġà eżistenti li jipproteġu lill-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; ifakkar fil-bżonn li jiġu implimentati l-impenji adottati u tal-prinċipji żviluppati fil-qafas tal-OSKE, b'mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tematiċi tagħha; ifakkar li l-Kummissjoni diġà qieset dawk l-istandards fil-kuntest tal-kriterji ta' Kopenħagen matul in-negozjati tal-adeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, sabiex tapplika l-istess standards għall-Istati Membri kollha tal-UE; |
|
21. |
Jenfasizza li l-politiki tan-nondiskriminazzjoni waħedhom ma jsolvux il-kwistjonijiet li jiffaċċjaw il-minoranzi u ma jipprevenux l-assimilazzjoni tagħhom; jinnota li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi huma f'kategorija speċjali fir-rigward tad-dritt għal rimedju u għandhom ħtiġijiet speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati sabiex tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa u effettiva, u li huwa neċessarju li jiġu rsipettati u promossi d-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li jesprimu liberament, jippreservaw u jiżviluppaw l-identità kulturali jew lingwistika tagħhom, filwaqt li jirrispettaw l-identità, il-valuri u l-prinċipji tal-pajjiż li jirrisjedu fih; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi monitoraġġ regolari tad-diversità lingwistika u kulturali fl-UE; |
|
22. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġaw u jiffinanzjaw il-ġbir ta' data affidabbli u konkreta fil-qasam l-ugwaljanza, b'konsultazzjoni ma' rappreżentanti tal-minoranzi bil-għan li jitkejlu l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni; jitlob monitoraġġ effikaċi, fuq skala tal-UE, tas-sitwazzjoni tal-minoranzi nazzjonali u etniċi; iqis li l-FRA għandha timmonitorja iżjed id-diskriminazzjoni fil-konfront tal-minoranzi nazzjonali u etniċi fl-Istati Membri; |
|
23. |
Jirrikonoxxi r-rwol importanti tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-protezzjoni tal-minoranzi, fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu finanzjament u appoġġ suffiċjenti għal dawk l-organizzazzjonijiet; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissalvagwardjaw il-protezzjoni tal-minoranzi fi ħdan il-minoranzi u jindirizzaw l-inugwaljanzi fi ħdan l-inugwaljanzi, peress li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi spiss jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla u intersettorjali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu riċerka sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni kumplessa tad-diskriminazzjoni multipla u intersettorjali; |
Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-reat ta' mibegħda u d-diskors ta' mibegħda
|
25. |
Jinsab imħasseb dwar iż-żieda allarmanti fir-reati ta' mibegħda u fid-diskors ta' mibegħda mmotivati mir-razziżmu, il-ksenofobija jew l-intolleranza reliġjuża fil-konfront ta' minoranzi fl-Ewropa; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu l-ġlieda kontra r-reati ta' mibegħda u l-attitudnijiet u l-imġiba diskriminatorji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-FRA jkomplu bil-ħidma tagħhom fir-rigward tal-monitoraġġ tar-reati ta' mibegħda u tad-diskors ta' mibegħda fl-Istati Membri diretti lejn il-minoranzi, u jirrapportaw b'mod regolari dwar il-każijiet u t-tendenzi; |
|
26. |
Jikkundanna b'mod inekwivoku kull forma ta' diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi u kull forma ta' segregazzjoni, diskors ta' mibegħda, reati ta' mibegħda u esklużjoni soċjali, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkundannaw b'mod ċar u jissanzjonaw iċ-ċaħda tal-atroċitajiet kontra l-minoranzi nazzjonali u etniċi; itenni l-pożizzjoni tiegħu li esprima fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar “aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu”; ifakkar li ċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom jirċievu l-istess assistenza u l-istess protezzjoni tkun xi tkun l-oriġini etnika jew kulturali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq qafas Ewropew u lill-Istati Membri biex ifasslu pjanijiet nazzjonali speċifiċi li jindirizzaw il-vjolenza ksenofobika u d-diskors ta' mibegħda fil-konfront ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; |
|
27. |
Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jippromwovu relazzjonijiet ta' ħbiberija u stabbli bejniethom, u jħeġġiġhom iżommu djalogu miftuħ u ta' appoġġ mal-pajjiżi ġirien, speċjalment fir-reġjuni tal-fruntiera fejn bosta lingwi u kulturi jistgħu jkunu preżenti; |
|
28. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li jissensibilizzaw il-popolazzjoni tal-UE għad-diversità u jippromwovu l-forom kollha paċifiċi ta' manifestazzjonijiet tal-kulturi tal-minoranzi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu l-istorja tal-minoranzi nazzjonali u etniċi u biex jippromwovu kultura ta' tolleranza fl-iskejjel tagħhom bħala parti mill-kurrikuli tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jniedu djalogi kulturali, inklużi iżda mhux esklussivament fl-iskejjel, dwar il-forom u l-uċuħ differenti tal-mibegħda kontra l-gruppi ta' minoranza; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll l-istorja u d-dritt tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, jiġu integrati bħala komponenti tas-sistema edukattiva nazzjonali tagħhom; |
|
29. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jniedu kampanji kontra d-diskors ta' mibegħda, biex jistabbilixxu unitajiet kontra r-reati ta' mibegħda fil-forzi tal-pulizija bbażati fuq l-għarfien tal-isfidi li qed jiffaċċjaw il-gruppi ta' minoranza differenti u jwettqu taħriġ intern kontinwu, u jiggarantixxu li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi jkunu ugwali quddiem il-liġi u jiżguraw li jkollhom aċċess ugwali għall-ġustizzja u d-drittijiet proċedurali; |
|
30. |
Iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mingħajr biża'; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu edukazzjoni obbligatorja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, iċ-ċittadinanza demokratika u l-litteriżmu politiku fil-kurrikuli tal-iskejjel tagħhom fil-livelli kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ obbligatorju għal dawk responsabbli, li huma essenzjali għall-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri u li għandhom ikunu mgħammra biex iservu liċ-ċittadini kollha billi jużaw approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw id-diskriminazzjoni intersettorjali kemm fil-politiki tagħhom kif ukoll permezz tal-programmi ta' finanzjament tagħhom; |
|
31. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri, sabiex tinħoloq fiduċja reċiproka, iwaqqfu kummissjonijiet nazzjonali tal-verità u tar-rikonċiljazzjoni sabiex jirrikonoxxu l-persekuzzjoni, l-esklużjoni u n-nuqqas ta' rikonoxximent tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi tul is-sekli, u jiddokumentaw dawn il-kwistjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jikkundannaw b'mod ċar u jissanzjonaw iċ-ċaħda tal-atroċitajiet kontra persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u jħeġġiġhom iżommu u jonoraw ġranet ta' kommemorazzjoni ewlenin ta' gruppi ta' minoranza fil-livell statali, bħall-Jum ta' Tifkira tal-Olokawst tar-Rom; iħeġġiġhom jistabbilixxu istituzzjonijiet li juru l-istorja u l-kultura ta' gruppi minoritarji u jappoġġawhom kemm finanzjarjament kif ukoll amministrattivament; |
|
32. |
Iqis li l-parteċipazzjoni soċjali, ekonomika, politika u kulturali attiva u sinifikanti minn gruppi ta' minoranzi hija essenzjali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu strateġiji li jkun fihom kemm miżuri proattivi kif ukoll reattivi abbażi ta' konsultazzjonijiet reali u sistematiċi ma' rappreżentanti ta' grupp ta' minoranzi, u li jinvolvuhom fit-tħaddim, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni ta' programmi u proġetti prinċipali mnedija fil-livelli kollha, inkluż fil-livell lokali sabiex jiġu ssalvagwardjati l-inklużività u n-nondiskriminazzjoni tagħhom; |
|
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar sħaħ u bir-reqqa tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali, u jħeġġiġhom jinvolvu ruħhom f'kampanji ta' sensibilizzazzjoni fir-rigward ta' leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni; jemmen li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li s-sanzjonijiet ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi biżżejjed, kif meħtieġ mid-Direttiva; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja bmod xieraq l-implimentazzjoni tad-Direttiva; |
|
34. |
Jiddispjaċih li l-proposta għal Direttiva dwar it-Trattament Ugwali tal-2008 (COM(2008)0426) għadha pendenti għall-approvazzjoni mill-Kunsill; itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex jadotta l-proposta mill-aktar fis possibbli; |
Minoranzi nazzjonali u etniċi
|
35. |
Jinnota li l-minoranzi nazzjonali u etniċi huma gruppi ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi li ilhom jgħixu fl-istess territorju u jikkondividu identità komuni, f'xi każijiet b'riżultat ta' tibdil fil-fruntieri, u f'oħrajn minħabba li jgħixu għal żmien twil f'żona, fejn huma rnexxielhom jippreservaw l-identità tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproteġu l-identità kulturali u lingwistika ta' minoranzi nazzjonali u etniċi, u biex joħolqu kundizzjonijiet għall-promozzjoni ta' dik l-identità; jenfasizza r-rwol importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE jista' jkollhom fil-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u etniċi, u jqis li r-riorganizzazzjoni amministrattiva u r-riorganizzazzjoni territorjali m'għandhiex ikollha konsegwenzi negattivi għalihom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu riżorsi finanzjarji għall-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi mill-baġit ċentrali, sabiex ma jinħoloqx piż fuq il-baġits lokali; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu opportunitajiet ugwali għall-minoranzi nazzjonali u etniċi sabiex jieħdu sehem fil-ħajja politika u soċjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw sistemi elettorali u liġijiet li jiffaċilitaw ir-rappreżentanza tal-minoranzi nazzjonali u etniċi; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri korrettivi immedjati sabiex itemmu r-reġistrazzjoni tat-twelid diskriminatorja, iwettqu r-reġistrazzjoni tal-membri ta' gruppi ta' minoranza mingħajr diskriminazzjoni u jiżguraw li l-karti tal-identità li jinħarġu ma jkunux diskriminatorji; |
|
37. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu analiżi koerenti tal-politiki attwali dwar il-minoranzi sabiex jikkjarifikaw il-punti pożittivi u l-isfidi u jiżguraw il-konformità mad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali u etniċi; |
|
38. |
Jistieden lill-FRA tabbozza opinjoni dwar kif għandhom jinħolqu mezzi biex jiġu protetti u promossi d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali, b'mod konformi mad-deċiżjoni tal-QĠUE, sentenza fil-każ T-646713/13; |
Drittijiet kulturali
|
39. |
Jenfasizza li l-attivitajiet kulturali huma oqsma essenzjali għall-preservazzjoni tal-identità tal-minoranzi nazzjonali u etniċi, u li l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet tal-minoranzi u l-espressjoni tal-valuri artistiċi fil-lingwa materna huma partikolarment importanti għall-preservazzjoni tad-diversità Ewropea; jinnota li ż-żamma tal-patrimonju kulturali tal-UE tikkostitwixxi interess komuni tal-UE u tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw, isaħħu u jippromwovu d-drittijiet kulturali tal-minoranzi; |
|
40. |
Ifakkar li huwa essenzjali li jinftiehem xi tfisser “kultura” sabiex tiġi ddefinita l-portata tad-drittijiet tal-minoranzi f'dan ir-rigward; jinnota li l-kultura, f'sens wiesa', hija ekwivalenti għall-ġabra sħiħa ta' attivitajiet u kisbiet materjali u mhux materjali ta' komunità partikolari u ta' dak li jiddistingwiha minn oħrajn; jenfasizza li d-drittijiet kulturali għandhom jinkludu d-dritt li wieħed jipparteċipa fil-ħajja kulturali, id-dritt li jgawdi l-kultura, id-dritt li jagħżel li jkun parti minn grupp, id-drittijiet lingwistiċi, u l-protezzjoni tal-wirt kulturali u xjentifiku; |
|
41. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-kontribut tal-minoranzi nazzjonali u etniċi għall-wirt kulturali tal-Unjoni, sabiex jissaħħaħ id-djalogu mar-rappreżentanti tal-minoranzi u mal-persuni li jagħmlu parti minnhom u sabiex jidentifikaw u jimplimentaw politiki u azzjonijiet koordinati għall-ġestjoni sostenibbli tal-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-kultura tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiggarantixxu livell xieraq ta' istituzzjonalizzazzjoni tal-prattiki fil-livell nazzjonali biex jipproteġu d-drittijiet kulturali; |
|
42. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu u jappoġġaw lill-minoranzi nazzjonali u etniċi u lill-persuni li jagħmlu parti minnhom fit-trawwim ta' għarfien u ta' ħiliet li huma meħtieġa sabiex jissalvagwardjaw u jimmaniġġjaw u jiżviluppaw b'mod sostenibbli l-wirt kulturali li għandu jiġi mgħoddi lill-ġenerazzjonijiet futuri; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri istabbilixxu u jżommu fondi kulturali sostanzjali għall-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kemm fil-livelli orizzontali kif ukoll vertikali sabiex jiġi żgurat appoġġ effettiv, trasparenti u ekwu għall-ħajja kulturali tal-komunitajiet minoritarji; |
|
43. |
Jenfasizza l-fatt li l-midja għandha rwol ċentrali fir-rigward tad-drittijiet kulturali u lingwistiċi; ifakkar li l-kapaċità li jkollok aċċess, tirċievi u tippubblika informazzjoni u kontenut f'lingwa li tista' tifhem u tikkomunika mingħajr problemi biha hija prerekwiżit għall-parteċipazzjoni ugwali u effettiva fil-ħajja pubblika, ekonomika, soċjali u kulturali; jinnota, f'dan ir-rigward, li għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u etniċi li jgħixu f'żoni tal-fruntiera, rurali u remoti; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' finanzjament tal-entitajiet tal-midja li jippubblikaw jew ixandru b'lingwi reġjonali jew minoritarji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament xieraq lill-organizzazzjonijiet jew lill-korpi tal-midja li jirrappreżentaw lill-minoranzi sabiex jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-identitajiet kulturali tal-minoranzi u jippermettulhom jaqsmu l-fehmiet, il-lingwa u l-kultura tagħhom mal-maġġoranza; |
|
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-midja tkun tista' topera b'mod indipendenti, jippromwovu l-użu ta' lingwi minoritarji fil-midja, u jqisu l-minoranzi nazzjonali u etniċi meta joħorġu liċenzji għas-servizzi tal-midja, inkluż l-assenjar ta' xandara tat-televiżjoni u tar-radju; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu fondi xierqa lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-minoranzi, bil-ħsieb li jitrawwem is-sens ta' appartenenza tagħhom, u l-identifikazzjoni mal-gruppi ta' minoranzi rispettivi tagħhom, u li l-identitajiet, il-lingwi, l-istorja u l-kulturi tagħhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-maġġoranza; |
|
45. |
Ifakkar fir-rwol fundamentali tal-midja pubblika fil-promozzjoni ta' dan il-kontenut, b'mod partikolari fil-kuntest tal-iskrutinju demokratiku mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex toħloq il-kundizzjonijiet legali u regolatorji biex tiżgura l-libertà tas-servizz, il-passaġġ u r-riċezzjoni ta' kontenut awdjoviżiv fir-reġjuni fejn jgħixu l-minoranzi sabiex dawn ikunu jistgħu jaraw u jisimgħu kontenut fil-lingwa materna tagħhom, fejn tali kontenut jista' jixxandar fil-livell transfruntier mingħajr blokki ġeografiċi; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw, b'mezzi xierqa, li s-servizzi tal-midja awdjoviżiva ma jinkludu l-ebda inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda mmirati lejn persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; jenfasizza li l-midja taqdi rwol importanti fil-kopertura tal-ksur tad-drittijiet tal-minoranzi u jekk ma jiġux irrapportati, ir-realitajiet ta' kuljum li jiffaċċjaw il-minoranzi jibqgħu inviżibbli; |
|
47. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jibqgħu lura minn atti politiċi u legali u minn politiki li għandhom l-għan li jistabbilixxu miżuri restrittivi, bħall-obbligi ta' użu ta' sottotitoli u/jew traduzzjoni u kwoti obbligatorji għal programmi f'lingwi uffiċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippermettu u jippromwovu l-preżenza ta' midja reġjonali jew ta' lingwa minoritarja, ukoll fuq l-interfaċċi online; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament xieraq jew għotjiet għal organizzazzjonijiet u għall-midja li jirrappreżentaw il-minoranzi nazzjonali u etniċi, minħabba l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet reġjonali tagħhom; |
|
48. |
Jistieden lill-Istati Membri biex, fid-dawl tas-Sena Ewropea tal-Patrimonju Kulturali, jivvalorizzaw u jippromwovu l-kulturi minoritarji preżenti f'pajjiżhom, billi jikkontribwixxu għad-disseminazzjoni tal-istorja u t-tradizzjonijiet tagħhom u jiġġieldu kontra l-iżolament tal-komunitajiet ikkonċernati; |
|
49. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-iżvilupp ta' kwalunkwe politika dwar il-patrimonju kulturali għandu jkun inklużiv, ibbażat fuq il-komunitajiet u parteċipattiv, li jinvolvi l-konsultazzjoni u d-djalogu mal-komunitajiet minoritarji kkonċernati; |
Id-dritt għall-edukazzjoni
|
50. |
Jinnota li l-edukazzjoni għandha rwol ewlieni fis-soċjalizzazzjoni u l-iżvilupp tal-identità u tibqa' l-għodda ewlenija biex jngħata nifs ġdid lil-lingwi minoritarji b'riskju ta' estinzjoni u biex dawn jiġu preservati; jenfasizza li kull persuna li tagħmel parti minn minoranza nazzjonali għandha d-dritt għal edukazzjoni f'lingwa minoritarja; jisħaq fuq il-fatt li l-kontinwità tal-edukazzjoni fil-lingwa materna hija essenzjali sabiex tinżamm l-identità kulturali u lingwistika; jinnota li, fil-każ tal-edukazzjoni fil-lingwi minoritarji, m'hemm l-ebda mudell wieħed tal-aħjar prattika waħda li huwa adatt għall-minoranzi nazzjonali u etniċi kollha; jinnota l-bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lill-persuni li jużaw il-lingwa tas-sinjali; |
|
51. |
Ifakkar li l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa jirrakkomanda li l-Partijiet Stati tagħha jiżguraw, sa fejn possibbli u fil-qafas tas-sistema tal-edukazzjoni tagħhom, li persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali jkollhom opportunitajiet adegwati biex jiġu mgħallma l-lingwa minoritarja kkonċernata jew biex jirċievu struzzjoni f'dik il-lingwa, mingħajr preġudizzju għat-tagħlim tal-lingwa uffiċjali jew it-tagħlim b'dik il-lingwa; |
|
52. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-azzjonijiet tagħhom ħalli joħolqu għodda xierqa biex jippromovu u jappoġġaw l-użu uffiċjali ta' lingwi mitkellma minn minoranzi nazzjonali u etniċi, fit-territorji fejn jgħixu, f'livell lokali jew reġjonali, f'konformità mal-prinċipji tal-FCNM u tal-Karta tal-Lingwi, filwaqt li jiżguraw li l-protezzjoni u l-inkoraġġiment tal-użu tal-lingwi reġjonali u minoritarji m'għandhomx ikunu għad-detriment tal-lingwi uffiċjali u l-obbligu li wieħed jitgħallimhom; |
|
53. |
Jesprimi d-dispjaċir tiegħu dwar il-fatt li xi Stati Membri għadhom ma rratifikawx il-Karta tal-Lingwi u li anke xi wħud li rratifikawha ma jimplimentawhiex b'mod effettiv; jinsab iddiżappuntat bil-fatt li f'xi Stati Membri, id-drittijiet eżistenti jew mhumiex implimentati jew sempliċiment mhumiex rispettati; |
|
54. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li, b'mod konformi man-normi internazzjonali, il-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u etniċi jkollhom drittijiet tagħhom garantiti u opportunitajiet adegwati żgurati għal dak li jikkonċerna l-provvista ta' edukazzjoni f'lingwa minoritarja, kif ukoll tagħlim bil-lingwa materna tagħhom kemm fl-istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi kif ukoll f'dawk privati; iħeġġeġ lill-Istati Membri jifformulaw politiki edukattivi xierqa u jimplimentaw dawk li huma l-aktar adattati għall-ħtiġijiet tal-minoranzi nazzjonali u etniċi, anki permezz ta' programmi edukattivi speċifiċi jew permezz ta' kurrikuli u kotba tal-iskola speċjali; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament għat-taħriġ sabiex jiżguraw istruzzjoni effettiva fil-lingwi ta' minoranza u sabiex jinkorporaw l-aħjar prattiki fit-tagħlim tal-lingwi barranin fil-metodoloġija tat-tagħlim tal-lingwi uffiċjali fil-każ tal-kurrikula għal skejjel li jipprovdu edukazzjoni f'lingwa minoritarja; jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri għandhom jippromwovu it-tagħlim kemm tal-lingwi reġjonali jew minoritarji kif ukoll tal-lingwa uffiċjali bl-użu ta' metodi xierqa; |
|
55. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li dawk li jitkellmu lingwa reġjonali jew minoritarja bħala l-lingwa materna tagħhom, ikollhom l-opportunità li jitgħallmu l-lingwa uffiċjali b'mod suffiċjenti, billi jinkorporaw prattika tajba mit-tagħlim ta' lingwi barranin jew tat-tieni lingwi fl-approċċ metodoloġiku adottat sabiex tiġi mgħallma l-lingwa uffiċjali tal-Istat; |
|
56. |
Jenfasizza li persuni li jagħmlu parti minn minoranzi għandhom ukoll jitgħallmu l-lingwa, l-istorja u l-kultura tal-maġġoranza tal-popolazzjoni, u li l-istudenti li jappartjenu għal maġġoranza tal-popolazzjoni, kif ukoll il-pubbliku inġenerali, għandhom isiru familjari mal-istorja u l-kultura tal-minoranzi u għandhom jingħataw l-opportunità sabiex jitgħallmu lingwi tal-minoranzi; |
|
57. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jippromwovu l-produzzjoni ta' kotba li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kelliema ta' lingwi reġjonali jew minoritarji, jew – jekk dan jidher li huwa impossibbli – jiffaċilitaw l-użu ta' kotba minn pajjiżi oħra ppubblikati f'dawk il-lingwi, b'kooperazzjoni mal-korpi tar-regolamentazzjoni tal-edukazzjoni tal-pajjiżi fejn jintużaw lingwi kkonċernati; |
|
58. |
Jenfasizza l-importanza ta' edukazzjoni għolja bil-lingwa materna u tat-taħriġ ta' speċjalisti b'għarfien ta' terminoloġija speċjalizzata, speċjalment f'reġjuni b'għadd kbir ta' kelliema tal-lingwa kkonċernata; jenfasizza l-ħtieġa kritika li jingħataw struzzjonijiet lit-tobba bil-lingwi minoritarji; |
|
59. |
Iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri jinkludu lir-rappreżentanti tal-minoranzi fid-diskussjonijiet dwar l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi tagħhom; |
|
60. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiddefinixxu l-limiti preferenzjali għat-tagħlim tal-lingwi reġjonali jew minoritarji, sabiex tiġi żgurata l-ekwità fl-edukazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu d-dritt ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali jew etniċi li jgħixu f'żoni b'għadd sostanzjali ta' minoranzi bħal dawn, inklużi żoni rurali jew żoni b'insedjamenti iżolati, biex jirċievu edukazzjoni b'lingwa minoritarja, b'mod partikolari bil-lingwa materna tagħhom, jekk ikun hemm domanda suffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-riformi u l-politiki edukattivi ma jirrestrinġux id-dritt li jirċievu edukazzjoni f'lingwa minoritarja; |
|
61. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw id-disponibbiltà ta' appoġġ integrat fuq livell vertikali għal lingwi minoritarji u reġjonali fis-sistemi edukattivi, speċifikament billi jinħolqu, fil-livell tal-Istati Membri, ministeri tal-edukazzjoni kif ukoll fi ħdan il-Kummissjoni, unitajiet responsabbli għall-inkorporazzjoni tal-edukazzjoni fil-lingwi minoritarji u reġjonali fil-kurrikuli tal-iskejjel; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jippromwovu tagħlim kontinwu tal-lingwi minoritarji, mill-edukazzjoni ta' qabel il-primarja sal-edukazzjoni terzjarja; |
|
62. |
Jisħaq fuq il-fatt li t-taħriġ ta' għalliema u l-aċċess għal kotba u materjal tat-tagħlim ta' kwalità tajba huma prekundizzjonijiet essenzjali għall-iżgurar ta' edukazzjoni ta' kwalità tajba għall-istudenti; Iqis li l-kurrikuli, il-materjal edukattiv u l-kotba dwar l-istorja jenħtieġ li jipprovdu stampa ġusta, preċiża u informattiva tas-soċjetajiet u tal-kulturi tal-gruppi ta' minoranzi; jinnota li problema rikonoxxuta ħafna fir-rigward tal-edukazzjoni fil-lingwi minoritarji li teħtieġ li tiġi indirizzata hija d-disponibbiltà insuffiċjenti ta' materjal tat-tagħlim ta' kwalità għolja u ta' għalliema ta' ħila xierqa tal-lingwi minoritarji. jinnota li t-tagħlim tal-istorja b'mod multidimensjonali għandu jkun rekwiżit fl-iskejjel kollha, kemm f'komunitajiet ta' minoranza kif ukoll ta' maġġoranza; jinnota l-importanza li jiġi żviluppat it-taħriġ tal-għalliema sabiex ikun jaqbel mal-ħtiġijiet tat-tagħlim f'livelli differenti u f'tipi differenti ta' skejjel; |
|
63. |
Jissottolinja li t-tagħlim tal-lingwa minoritarja jikkontribwixxi għall-fehim reċiproku bejn il-maġġoranza u l-minoranza u jressaq il-komunitajiet eqreb xulxin; iħeġġeġ lill-Istati Membri japplikaw miżuri pożittivi sabiex tiġi żgurata rappreżentanza xierqa tal-minoranzi fl-edukazzjoni, kif ukoll fl-amministrazzjoni pubblika u fl-aġenziji eżekuttivi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u muniċipali; |
|
64. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-promozzjoni ta' programmi ffukati fuq l-iskambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattiki fir-rigward tal-edukazzjoni f'lingwi reġjonali u minoritarji fl-Ewropa; jistieden lill-UE u lill-Kummissjoni jpoġġu aktar enfasi fuq il-lingwi reġjonali u minoritarji fil-ġenerazzjoni futura tal-programmi Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Ewropa għaċ-Ċittadini taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) l-ġdid; |
|
65. |
Jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li f'xi wħud mill-Istati Membri, l-istudenti li jagħmlu parti minn minoranzi mhumiex integrati fl-istituzzjonijiet tas-sistema edukattiva ġenerali, iżda jinsabu fi skejjel speċjali għar-raġuni li m'għandhomx għarfien biżżejjed tal-lingwa tat-tagħlim; ifakkar li l-edukazzjoni f'lingwa minoritarja jew il-fatt li wieħed jagħmel parti minn kwalunkwe minoranza partikolari ma jistgħux jintużaw bħala skuża biex it-tfal jiġu segregati abbażi ta' identità; jistieden lil-Istati Membri jżommu lura minn din it-tip ta' segregazzjoni u jieħdu miżuri adegwati sabiex dawn l-istudenti jkunu jistgħu jattendu skejjel tal-edukazzjoni ġenerali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-introduzzjoni ta' suġġetti dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi b'mod partikolari fil-kurrikuli tal-iskejjel bħala mezz biex jiġu promossi d-diversità kulturali u t-tolleranza permezz tal-edukazzjoni; |
Id-drittijiet lingwistiċi
|
66. |
Jinnota li l-lingwa hija aspett essenzjali mill-identità kulturali u d-drittijiet tal-bniedem tal-minoranzi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss id-dritt li tintuża lingwa minoritarja, kemm fil-privat kif ukoll fil-pubbliku u mingħajr diskriminazzjoni, f'oqsma fejn hemm għadd sostanzjali ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, biex jiġi żgurat li l-lingwi jistgħu jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra, u biex titħares id-diversità lingwistika fi ħdan l-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-pjan tagħha ta' promozzjoni tat-tagħlim u tal-użu tal-lingwi reġjonali bħala mod potenzjali sabiex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni lingwistika fl-UE, u sabiex tiġi promossa d-diversità lingwistika; ifakkar li l-promozzjoni tal-għarfien ta' lingwi minoritarji minn persuni li mhumiex membri tal-minoranza huwa mod ta' kif jitrawmu l-fehim u r-rikonoxximent reċiproċi; |
|
67. |
Jisħaq fuq il-fatt li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-lingwi Ewropej fil-periklu ta’ estinzjoni u d-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea (11), il-Parlament fakkar li l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni lill-fatt li, bil-politiki tagħhom, xi Stati Membri u reġjuni qed jipperikolaw is-sopravivenza tal-lingwi fi ħdan il-fruntieri tagħhom, anke jekk dawk il-lingwi ma jinsabux f'periklu fil-kuntest Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-ostakoli amministrattivi u leġiżlattivi imposti fuq il-prattika ta' dawn il-lingwi; |
|
68. |
Jinnota li minbarra l-24 lingwa uffiċjali tagħha, fl-UE hemm 60 lingwa oħra li huma wkoll parti mill-wirt kulturali u lingwistiku tagħha u li huma mitkellma f'reġjuni speċifiċi jew minn gruppi speċifiċi minn 40 miljun ruħ; jinnota li l-multilingwiżmu tal-Unjoni Ewropea huwa uniku fil-livell tal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jinnota li l-prinċipju tal-multilingwiżmu huwa minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li jobbliga lill-Unjoni Ewropea tirrispetta d-diversità lingwistika u tappoġġa l-wirt lingwistiku u kulturali rikk tal-Ewropa billi tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika; |
|
69. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex fil-prattika jippermettu u jippromwovu, fil-kuntest tal-awtoritajiet amministrattivi u tal-organizzazzjonijiet tas-servizz pubbliku, l-użu tal-lingwi reġjonali jew minoritarji, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, bħal fir-relazzjonijiet bejn individwi privati u organizzazzjonijiet min naħa, u awtoritajiet pubbliċi min-naħa l-oħra; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-informazzjoni u s-servizzi pubbliċi disponibbli f'dawn il-lingwi, inkluż fuq l-internet, f'żoni fejn hemm għadd sostanzjali ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u etniċi; |
|
70. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-aċċess għal lingwi minoritarji u reġjonali, billi jiffinanzjaw u jappoġġaw attivitajiet ta' traduzzjoni, doppjaġġ u sottotitolar u l-kodifikazzjoni ta' terminoloġija xierqa u nondiskriminatorja fir-reġistri amministrattivi, kummerċjali, ekonomiċi, soċjali, tekniċi u legali; |
|
71. |
Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet muniċipali fiż-żoni kkonċernati biex jippermettu l-użu ta' lingwi reġjonali u minoritarji; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw bħala linji gwida l-prattiki tajbin li diġà jeżistu fil-livell nazzjonali; |
|
72. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-użu ta' lingwi reġjonali jew minoritarji fil-livell lokali u reġjonali; iħeġġeġ b'mod attiv, għal dan il-għan, lill-awtoritajiet muniċipali sabiex jiżguraw l-użu ta' tali lingwi fil-prattika; |
|
73. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li f'żoni b'għadd sostanzjali ta' abitanti li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali, l-immarkar u t-tikkettar tas-sikurezza u tas-sigurtà, l-istruzzjonijiet u l-avviżi pubbliċi obbligatorji li jkunu importanti għaċ-ċittadini, kemm jekk ipprovduti mill-awtoritajiet jew mis-settur privat, kif ukoll l-ismijiet ta' postijiet u d-denominazzjonijiet topografiċi tagħhom, ikunu miktuba f'forma korretta u disponibbli fil-lingwi ġeneralment użati f'reġjun partikolari, inkluż fuq sinjali li jindikaw dħul jew ħruġ minn żoni urbani u fuq is-sinjali l-oħra kollha tat-toroq li jipprovdu informazzjoni; |
|
74. |
Jinnota li r-rappreżentazzjoni viżwali ta' lingwi reġjonali u minoritarji – sinjali tat-toroq, ismijiet tat-toroq, l-ismijiet tal-istituzzjonijiet amministrattivi, pubbliċi u kummerċjali, eċċ. – hija essenzjali għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali u etniċi, peress li din tirrifletti, u tikkontribwixxi għall-użu essenzjali tal-lingwi reġjonali u minoritarji, li jinkoraġġixxu lill-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali/etniċi li jużaw, jippreservaw u jiżviluppaw l-identità lingwistika speċifika tagħhom u d-drittijiet lingwistiċi tagħhom, jesprimu l-identità multietnika lokali tagħhom, u jsaħħu s-sens ta' sjieda tagħhom bħala membri ta' gruppi li jgħixu f'komunità lokali jew reġjonali; |
|
75. |
Jistieden lill-Istati Membri jibqgħu lura minn jew jeliminaw prattiki legali li jimpedixxu l-aċċess tal-minoranzi għall-ispettru sħiħ tal-professjonijiet eżerċitati fi Stat partikolari; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu aċċess xieraq għas-servizzi legali u ġuridiċi; jenfasizza li r-rappreżentanti tal-minoranzi għandhom jiġu informati wkoll b'mod espliċitu dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti skont il-liġi nazzjonali tagħhom f'każ li d-drittijiet tagħhom ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranza jkunu ġew miksura; |
|
76. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li kull persuna li tagħmel parti minn minoranza nazzjonali għandha d-dritt li tuża l-kunjom (tal-missier) u l-ewwel isem tagħha bil-lingwa minoritarja u d-dritt li dawn jiġu rikonoxxuti b'mod uffiċjali, inkluż fil-kuntest tal-libertà ta' moviment fl-UE; |
|
77. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex ineħħu l-ostakli amministrattivi u finanzjarji li jistgħu jxekklu d-diversità lingwistika fil-livell Ewropew u nazzjonali u jimpedixxu t-tgawdija u l-implimentazzjoni tad-drittijiet lingwistiċi tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u etniċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex itemmu l-prattiki lingwistikament diskriminatorji; |
Konklużjoni
|
78. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal qafas komuni ta' standards minimi tal-UE għall-protezzjoni tal-minoranzi; jirrakkomanda li dan il-qafas għandu jkun fih stadji importanti li jistgħu jitkejlu b'rappurtar regolari, u għandu jikkonsisti, bħala minimu,
|
|
79. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-qafas jinkludi ġbir tad-data, kif ukoll metodoloġiji ta' monitoraġġ u rappurtar finanzjarji u orjentati lejn il-kwalità bbażati fuq il-ħidma fil-post, peress li dawn l-elementi jsaħħu l-politiċi effikaċi u bbażati fuq evidenza u jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-effettività tal-istrateġiji, l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda; |
o
o o
|
80. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-istati kandidati, lill-OSKE, lill-OECD, lill-Kunsill tal-Ewropa u lin-Nazzjonijiet Uniti. |
(1) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0032.
(3) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 171.
(4) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.
(7) ĠU C 93, 09.03.2016, p. 52.
(8) ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 405.
(9) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 11.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/27 |
P8_TA(2018)0448
Diġitalizzazzjoni għall-iżvilupp: tnaqqis tal-faqar permezz tat-teknoloġija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar diġitalizzazzjoni għall-iżvilupp: tnaqqis tal-faqar permezz tat-teknoloġija (2018/2083(INI))
(2020/C 363/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 208, 209, 210, 211 u 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra s-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u d-dokument ta' eżitu adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta' Settembru 2015 bit-titolu “Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (“Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għal Żvilupp Sostenibbli”), u s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp – “Our world, our dignity, our future”“Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna” (1), adottat f'Mejju 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Kummerċ għal Kulħadd: Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment” (COM(2015)0497), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2017 bit-titolu “Digital4Development: mainstreaming digital technologies and services into EU Development Policy” (“Digital4Development: l-integrazzjoni tat-teknoloġiji u s-servizzi diġitali fil-Politika tal-UE għall-Iżvilupp”) (SWD(2017)0157), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istrateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (DSM) adottata f'Mejju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Investiment Estern Ewropew, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Politika Kummerċjali għal Kulħadd – It-Twettiq ta' Politika Kummerċjali Progressiva li Tisfrutta b'Mod Għaqli l-Globalizzazzjoni” (COM(2017)0491), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 bit-titolu “Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali” (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar it-tħejjija għas-Summit Umanitarju Dinji: Sfidi u opportunitajiet għall-assistenza umanitarja (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2014 bit-titolu “Rwol Aktar b'Saħħtu tas-Settur Privat fil-Kisba ta' Tkabbir Inklużiv u Sostenibbli fil-Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw” (COM(2014)0263), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Digital for Development” (“Diġitali għall-Iżvilupp”) ta' Novembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO, li saret fi Buenos Aires (l-Arġentina) bejn l-10 u t-13 ta' Diċembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-inizjattivi tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni tan-NU b'appoġġ għall-Pajjiżi fil-Fażi tal-Iżvilupp (ITU-D), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ministerjali li saret f'Cancún fl-2016 mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar l-ekonomija diġitali, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta li saret mill-ministri tal-ICT tal-G7 fil-laqgħa tagħhom li saret f'Takamatsu (il-Ġappun) fid-29 u t-30 ta' April 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-inizjattiva “eTrade for All” (“Kummerċ Elettroniku għal Kulħadd”) tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u l-Protokoll Mhux Obbligatorju tagħha (A/RES/61/106), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0338/2018), |
|
A. |
billi l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp 2017 jenfasizza l-importanza tas-servizzi u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħala xprunatur ta' tkabbir inklużiv u ta' żvilupp sostenibbli; |
|
B. |
billi l-istrateġija tal-Kummissjoni “Digitalisation for Development” (“Diġitalizzazzjoni għall-Iżvilupp”) (D4D) tkopri t-tkabbir ekonomiku u d-drittijiet tal-bniedem, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-agrikoltura u s-sigurtà alimentari, l-infrastruttura bażika, l-ilma u s-sanitazzjoni, il-governanza u l-protezzjoni soċjali kif ukoll l-għanijiet trażversali f'termini ta' ġeneru u ambjent; |
|
C. |
billi t-teknoloġiji diġitali joffru potenzjal li jiżgura s-sostenibbiltà u l-protezzjoni ambjentali; billi, madankollu, il-produzzjoni ta' tagħmir diġitali tuża ċerti metalli rari b'riċiklabbiltà baxxa u riżervi aċċessibbli limitati, u billi l-iskart elettroniku u elettriku jirrappreżenta sfida ambjentali u tas-saħħa; billi, skont studju konġunt mill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) u l-Interpol (4), l-Iskart ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) huwa qasam ta' prijorità tal-kriminalità ambjentali; |
|
D. |
billi skont l-aġġornament tal-2017 tad-database tal-Bank Dinji għall-Izvilupp ta' Dataset Globali (ID4D), huwa stmat li 1,1 biljun persuna madwar id-dinja ma jistgħux jagħtu prova uffiċjali tal-identità tagħhom, inkluża r-reġistrazzjoni tagħhom tat-twelid, u 78 % minnhom jgħixu fl-Afrika sub-Saħarjana u fl-Asja; billi dan huwa ostaklu kbir biex tintlaħaq il-mira 16.9 tal-SDGs, iżda wkoll biex wieħed jipparteċipa fl-ambjent diġitali u jibbenefika minnu; |
|
E. |
billi l-SDGs isemmu b'mod espliċitu t-teknoloġiji diġitali f'ħamsa mill-għanijiet (SDG 4 dwar l-edukazzjoni; SDG 5 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; SDG 8 dwar xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku; SDG 9 dwar l-infrastruttura, l-industrijalizzazzjoni u l-innovazzjoni; u SDG 17 dwar is-sħubijiet); |
|
F. |
billi l-SDGs jenfasizzaw li l-għoti ta' aċċess universali u affordabbli għall-internet lill-persuni li jgħixu fil-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs) sal-2020 se jkun kruċjali biex jitħeġġeġ l-iżvilupp, peress li l-iżvilupp ta' ekonomija diġitali jista' jkun xprunatur tal-impjiegi deċenti u ta' tkabbir inklużiv, tal-volumi tal-esportazzjoni u tad-diversifikazzjoni tal-esportazzjoni; |
|
G. |
billi skont l-UNCTAD, id-diġitizzazzjoni qed tagħti lok dejjem aktar għall-monopolji u tippreżenta sfidi ġodda għall-politiki tal-antitrust u tal-kompetizzjoni kemm tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp kif ukoll dawk żviluppati (5); |
|
H. |
billi fir-rieżami ġenerali tagħha tal-implimentazzjoni tal-eżiti tas-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni (6), l-Assemblea Ġenerali tan-NU impenjat ruħha li tisfrutta l-potenzjal tal-ICTs sabiex tilħaq l-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u għanijiet ta' żvilupp oħra miftiehma internazzjonalment, filwaqt li tinnota li l-ICTs jistgħu jaċċelleraw il-progress fis-17-il SDG kollha; |
|
I. |
billi l-konnettività tibqa' sfida u tħassib responsabbli għad-diversi distakki diġitali kemm fl-aċċess għall-ICTs kif ukoll fl-użu tagħhom; |
|
J. |
billi l-veloċità li biha qed tiżvolġi l-ekonomija diġitali, u l-lakuni sinifikanti li jeżistu f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fir-rigward tal-ekonomija diġitali f'termini ta' żvilupp ta' politika nazzjonali sigura, ta' regolamenti u ta' ħarsien tal-konsumatur, jindikaw il-ħtieġa urġenti ta' żieda fil-bini tal-kapaċità u fl-assistenza teknika għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u speċjalment l-LDCs; |
|
K. |
billi l-litteriżmu u l-ħiliet diġitali huma faċilitaturi ewlenin għal titjib u progress soċjali u personali, kif ukoll għall-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-bini ta' ekonomiji diġitali b'saħħithom; |
|
L. |
billi d-diġitalizzazzjoni għandha tgħin ukoll biex ittejjeb il-provvista u r-reżiljenza ta' għajnuna umanitarja, il-prevenzjoni tar-riskju tad-diżastri u l-appoġġ tranżizzjonali, filwaqt li tgħaqqad l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp f'kuntesti fraġli u affettwati mill-kunflitti; |
|
M. |
billi aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja għad ma għandhiex aċċess għall-internet, u ftit li xejn sar progress biex tintlaħaq il-mira tal-SDG 9 li l-aċċess għall-ICTs jiżdied b'mod sinifikanti u li jsir kull sforz biex jingħata aċċess universali u affordabbli għall-internet fl-LDCs sal-2020; |
|
N. |
billi s-servizzi tal-mowbajl qed jiżdiedu b'mod sinfikanti madwar il-pjaneta u l-għadd ta' utenti tal-mowbajl issa qed jaqbeż l-għadd ta' nies li għandhom aċċess għall-elettriku, għas-sanitazzjoni jew għall-ilma nadif; |
|
O. |
billi l-innovazzjoni umanitarja trid tkun konsistenti mal-prinċipji umanitarji (l-umanità, l-imparzjalità, in-newtralità u l-indipendenza) u mal-prinċipju tad-dinjità; |
|
P. |
billi l-innovazzjoni umanitarja trid titwettaq bl-għan li tippromwovi d-drittijiet, id-dinjità u l-kapaċitajiet tal-popolazzjoni benefiċjarja, u għandu jkun possibbli għall-membri kollha ta' komunità milquta minn kriżi li jibbenefikaw minn innovazzjoni mingħajr ostakli diskriminatorji għall-użu; |
|
Q. |
billi l-analiżi u l-mitigazzjoni tar-riskju jridu jintużaw biex tiġi evitata ħsara mhux intenzjonata, inkluża ħsara li taffettwa l-privatezza u s-sigurtà tad-data u l-impatt li jitħalla fuq l-ekonomiji lokali; |
|
R. |
billi l-esperimenti, il-pilotaġġ u l-provi jridu jsiru f'konformità ma' standards etiċi rikonoxxuti internazzjonalment; |
Il-ħtieġa li tiġi appoġġata d-diġitalizzazzjoni tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp
|
1. |
Jilqa' l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar id-D4D, minħabba li din tintegra t-teknoloġiji diġitali fil-politika tal-UE għall-iżvilupp li għandu jkollha l-għan li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-SDGs; jinsisti fuq l-importanza li tissaħħaħ id-diġitalizzazzjoni li tiffoka fuq l-SDGs; ifakkar li r-rivoluzzjoni diġitali tippreżenta soċjetajiet b'sensiela sħiħa ta' sfidi ġodda, u b'hekk iġġib kemm riskji kif ukoll opportunitajiet; |
|
2. |
Itenni l-potenzjal enormi tat-teknoloġija u tas-servizzi diġitali fl-ilħuq tal-SDGs, dment li tittieħed azzjoni sabiex jiġu indirizzati l-effetti ta' tfixkil tat-teknoloġiji, bħall-awtomatizzazzjoni tal-impjiegi li għandha impatt fuq l-impjegabbiltà, l-esklużjoni diġitali u l-inugwaljanza, iċ-ċibersigurtà, il-privatezza tad-data u kwistjonijiet regolatorji; ifakkar li kwalunkwe strateġija diġitali trid tkun kompletament konformi mat-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u tikkontribwixxi għat-twettiq tagħha, l-aktar b'referenza għall-SDG 4 dwar edukazzjoni ta' kwalità, l-SDG 5 dwar il-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet kollha, l-SDG 8 dwar xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku, u l-SDG 9 dwar l-industrija, l-innovazzjoni u l-infrastruttura; ifakkar li biex l-SDGs jintlaħqu sal-2030, hija meħtieġa sħubija globali, nazzjonali, reġjonali u lokali msaħħa bejn l-atturi governattivi, xjentifiċi, ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili; |
|
3. |
Jirrimarka li, minkejja ż-żieda fil-penetrazzjoni tal-internet, ħafna pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u ekonomiji emerġenti għadhom lura milli jibbenefikaw mid-diġitalizzazzjoni, ħafna nies għad m'għandhomx aċċess għall-ICTs, u jeżistu differenzi kbar kemm bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn iż-żoni urbani u rurali; ifakkar li t-teknoloġija diġitali tibqa' għodda u mhijiex għan fiha nnifsha, u jikkunsidra li minħabba r-restrizzjonijiet finanzjarji l-prijorità għandha tiġi assenjata għall-aktar mezzi effettivi biex jintlaħqu l-SDGs, u li f'xi pajjiżi, anki jekk id-diġitalizzazzjoni tista' tkun utli, għadu meħtieġ li jiġi żgurat it-twettiq tal-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, b'mod partikolari f'termini ta' aċċess għall-ikel, l-enerġija, l-ilma u s-sanitazzjoni, l-edukazzjoni u s-saħħa, kif enfasizzat mir-rapport tan-NU tal-2017 dwar l-SDGs; iqis, madankollu, li l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp diġitali jridu jiġu pprovduti fl-istadju tat-tfassil tal-infrastruttura, anki jekk l-implimentazzjoni ssir fi stadju aktar tard; |
|
4. |
Jenfasizza l-imperattiv li kwalunkwe strateġija kummerċjali diġitali trid tkun kompletament konformi mal-prinċipju ta' Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD), u dan hu essenzjali biex jintlaħqu l-SDGs; jissottolinja li l-aċċess għall-konnettività tal-internet u l-metodi ta' pagament diġitali li huma affidabbli u konformi mal-istandards internazzjonali, bil-leġiżlazzjoni li tipproteġi l-konsumaturi tal-oġġetti u tas-servizzi online, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ir-regoli li jipproteġu d-data personali u l-leġiżlazzjoni tat-taxxa u doganali xierqa għall-kummerċ elettroniku huma kruċjali biex ikun possibbli l-kummerċ diġitali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv; jinnota, f'dan ir-rigward, il-potenzjal tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ biex jiġu appoġġati l-inizjattivi diġitali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transfruntier; |
|
5. |
Jitlob li jiġi żviluppat pjan ta' azzjoni għall-innovazzjoni teknika għall-assistenza umanitarja, biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji legali u etiċi stabbiliti f'dokumenti bħall-Kunsens Ewropew ġdid għall-Iżvilupp – “Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-ġejjieni tagħna” u “Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”, |
|
6. |
Jissottolinja l-fatt li l-aspetti kollha tal-innovazzjoni umanitarja għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni u monitoraġġ, inkluża valutazzjoni tal-impatti primarji u sekondarji tal-proċess ta' innovazzjoni; jenfasizza li għandha ssir analiżi etika u analiżi tar-riskju qabel il-varar ta' proġetti ta' innovazzjoni u ta' diġitalizzazzjoni umanitarja, u, fejn xieraq, għandhom jiġu inkorporati esperti esterni jew ta' partijiet terzi; |
|
7. |
Jitlob l-implimentazzjoni fl-azzjoni esterna tal-UE tal-prinċipji inkorporati fl-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (DSM), permezz ta' appoġġ għall-oqfsa regolatorji tas-sħab tal-UE; |
|
8. |
Jitlob finanzjament suffiċjenti taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027 li jippermetti l-integrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali fl-aspetti kollha tal-politika għall-iżvilupp; |
|
9. |
Jinnota li l-introduzzjoni tat-teknoloġija diġitali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ta' spiss issuperat l-istabbiliment ta' istituzzjonijiet statali, ta' regolamenti legali u ta' mekkaniżmi oħra li jistgħu jgħinu fil-ġestjoni ta' sfidi ġodda li jinqalgħu, b'mod partikolari fir-rigward taċ-ċibersigurtà; jenfasizza l-importanza ta' approfondiment tal-kollaborazzjoni bejn ir-riċerkaturi u l-innovaturi fil-livell interreġjonali, filwaqt li jinkoraġġixxi attivitajiet ta' riċerka u żvilupp li jippromwovu l-progress xjentifiku u t-trasferiment tat-teknoloġija u tal-għarfien; jitlob li d-diġitalizzazzjoni jkollha post prominenti fil-futur tal-ftehim ta' wara Cotonou bħala xprunatur ta' żvilupp inklużiv u sostenibbli, f'konformità mal-linji gwida ta' negozjati; |
|
10. |
Jitlob aktar azzjonijiet konġunti fil-kooperazzjoni tal-infrastruttura diġitali, peress li din għandha ssir waħda mill-attivitajiet ewlenin fis-sħubijiet tal-UE ma' organizzazzjonijiet reġjonali, b'mod partikolari mal-Unjoni Afrikana; jindika l-importanza ta' assistenza teknika u ta' trasferiment ta' għarfien espert lil istituzzjonijiet li qed jiżviluppaw politiki diġitali fil-livelli nazzjonali, reġjonali u kontinentali; |
|
11. |
Jitlob li d-diġitalizzazzjoni tiġi inkorporata fl-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp tal-Istati Membri; |
|
12. |
Jitlob sforz transettorjali aktar miftiehem u olistiku mill-komunità internazzjonali, inklużi atturi mhux statali bħal rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, it-tielet settur, kumpaniji privati u l-akkademja, biex jiġi żgurat li l-bidla lejn ekonomija aktar diġitali ma tħalli lil ħadd jaqa' lura u tikkontribwixxi għall-kisba tal-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU, tiggarantixxi aċċess għal teknoloġiji u servizzi diġitali lill-atturi ekonomiċi u liċ-ċittadini kollha u tevita approċċi differenti li joħolqu inkompatibilitajiet, duplikazzjonijiet jew lakuni fil-leġiżlazzjoni; jitlob titjib fl-artikulazzjoni politika bejn l-UE, l-Istati Membri u atturi rilevanti oħra, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-ħolqien ta' sinerġiji; |
|
13. |
Jindika li t-teknoloġija, l-intelliġenza artifiċjali u l-awtomatizzazzjoni diġà qed jissostitwixxu xi impjiegi b'ħiliet baxxi u medji; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq l-SDGs u jenfasizza li protezzjoni soċjali bażika ffinanzjata mill-istat, huma essenzjali biex jiġu indirizzati xi impatti li jfixklu ta' teknoloġiji l-ġodda, bil-ħsieb li jingħelbu l-bidliet fis-swieq tax-xogħol globali u d-diviżjoni internazzjonali tax-xogħol, li jaffettwaw speċjalment ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; |
|
14. |
Jistieden lis-settur privat jikkontribwixxi b'mod responsabbli għad-D4D permezz tat-teknoloġija u l-innovazzjoni, l-għarfien espert, l-investiment, il-ġestjoni tar-riskju, il-mudelli ta' negozju sostenibbli u t-tkabbir, li għandhom jinkludu l-prevenzjoni, it-tnaqqis, it-tiswija, ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid ta' materja prima; |
|
15. |
Jiddispjaċih li inqas minn nofs il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp għandhom leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, u jħeġġeġ lill-UE tipprovdi assistenza teknika lill-awtoritajiet rilevanti fl-abbozzar ta' leġiżlazzjoni bħal din, b'mod partikolari abbażi tal-esperjenza tagħha u tal-leġiżlazzjoni tagħha stess, li hija rikonoxxuta internazzjonalment bħala mudell tat-tip tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi kkunsidrata l-ispiża li tista' tkun involuta fl-istandardizzazzjoni ta' tali leġiżlazzjoni, b'mod partikolari għall-SMEs; josserva li minħabba n-natura transfruntiera tat-teknoloġija diġitali l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data m'għandhiex tvarja wisq, peress li dan iwassal għal inkompatibilitajiet; |
|
16. |
Jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha jiġbru, jipproċessaw, janalizzaw u jxerrdu d-data u l-istatistika fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u globali sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tad-data, skont l-istandards u l-istrumenti internazzjonali rilevanti u sabiex isegwu l-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli; jinnota li l-ġbir tad-data preċiż u f'waqtu jiżgura l-monitoraġġ adegwat tal-implimentazzjoni, l-aġġustament tal-politiki u l-intervent fejn meħtieġ, kif ukoll l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba u l-impatt tagħhom; ifakkar, madankollu, li filwaqt li r-“rivoluzzjoni tad-data” tagħmilha eħfef, aktar rapida u irħas biex tipproduċi u tanalizza d-data minn firxa wiesgħa ta' sorsi, din tqajjem ukoll sfidi kbar ta' sigurtà u ta' privatezza; jenfasizza, għalhekk, li l-innovazzjonijiet fil-ġbir ta' data f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp m'għandhomx jieħdu post l-istatistiki uffiċjali iżda għandhom jikkomplementawhom; |
|
17. |
Jiddeplora d-distakki diġitali persistenti li jeżistu f'kull pajjiż relatati mal-ġeneru, mal-ġeografija, mal-età, mal-etniċità, u mal-kundizzjoni tas-saħħa jew mad-diżabilità, fost fatturi oħra ta' diskriminazzjoni; jinsisti, għalhekk, li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp internazzjonali għandha taħdem lejn avvanz u inklużjoni akbar ta' persuni żvantaġġati jew f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, filwaqt li tippromwovi l-użu responsabbli ta' għodod diġitali u għarfien adegwat tar-riskji possibbli; jitlob appoġġ għall-innovazzjoni li tkun adattata għall-ħtiġijiet lokali u t-tranżizzjoni għal ekonomiji bbażati fuq l-għarfien; |
|
18. |
Jitlob, għalhekk, aktar sforzi biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-esklużjoni diġitali permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-ħiliet diġitali essenzjali, kif ukoll inizjattivi biex jiffaċilitaw l-użu xieraq tal-ICTs u l-użu ta' għodod diġitali fl-implimentazzjoni ta' metodoloġiji parteċipattivi, skont l-età, is-sitwazzjoni personali u l-kuntest, bl-inklużjoni tal-anzjani u l-persuni b'diżabilità; jinnota li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp internazzjonali tista' tibni fuq it-teknoloġiji diġitali mmirati lejn l-integrazzjoni aħjar tal-gruppi żvantaġġati bil-kundizzjoni li jkollhom aċċess għat-teknoloġiji diġitali; jilqa' l-inizjattivi bħall-“Africa Code Week”, li jikkontribwixxu għall-emanċipazzjoni tal-ġenerazzjoni Afrikana żagħżugħa billi jrawmu l-litteriżmu diġitali; jenfasizza l-importanza tat-tagħlim elettroniku u tat-tagħlim mill-bogħod biex jintlaħqu żoni remoti u persuni ta' kull età; |
|
19. |
Jitlob li l-litteriżmu diġitali jiġi introdott fil-kurrikuli tal-iskejjel fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, mill-primarja sal-università, fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, bil-għan li jinkisbu l-ħiliet meħtieġa sabiex jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni; jemmen, madankollu, li l-għodod tal-ICT u t-teknoloġiji l-ġodda ma għandhomx jissostitwixxu l-għalliema u l-iskejjel veri, iżda għandhom jintużaw bħala mezz biex itejbu l-aċċess għall-edukazzjoni u jtejbu l-kwalità tagħha; jenfasizza li teknoloġiji ġodda huma għodda ewlenija għat-tixrid tal-għarfien, it-taħriġ tal-għalliema u l-ġestjoni tal-istabbilimenti; jinsisti wkoll fuq il-ħtieġa li jissaħħu ċ-ċentri lokali ta' taħriġ (inklużi l-iskejjel tal-ipprogrammar), biex jitħarrġu l-iżviluppaturi u li jiġi inkoraġġit il-ħolqien ta' soluzzjonijiet u ta' applikazzjonijiet diġitali li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet u għar-realtajiet lokali; |
|
20. |
Jenfasizza l-fatt li t-tnaqqis tad-distakk diġitali jimplika l-varar ta' infrastruttura u l-aċċess għaliha, speċjalment fiż-żoni rurali u remoti, li tkun adegwata f'termini ta' kopertura ta' kwalità għolja, tkun affordabbli, affidabbli u sigura; jinnota li l-kawżi prinċipali li qed ixekklu l-konnettività jinkludu l-faqar u n-nuqqas ta' servizzi essenzjali, flimkien ma' netwerks terrestri sottożviluppati, nuqqas ta' politiki pubbliċi u oqfsa regolatorji ta' abilitazzjoni, tassazzjoni għolja fuq prodotti u servizzi diġitali, kompetizzjoni baxxa tas-suq u nuqqas ta' netwerk enerġetiku; |
|
21. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-dipendenza teknoloġika fuq għadd żgħir ta' operaturi, u speċjalment fuq il-GAFA (Google, Apple, Facebook u Amazon), u jappella biex jiġu żviluppati alternattivi ħalli tkun promossa l-kompetizzjoni; jinnota li dan l-għan jista' jiġi segwit bi sħubija bejn l-UE u l-Afrika; |
|
22. |
Ifakkar li l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp huma 'l bogħod milli jkunu immuni għal attakki ċibernetiċi u jenfasizza r-riskji ta' tfixkil tal-istabbiltà ekonomika, politika u demokratika jekk is-sigurtà diġitali ma tkunx garantita; jitlob lill-partijiet ikkonċernati kollha fid-dinja konnessa b'mod diġitali sabiex jerfgħu r-responsabbiltà b'mod attiv billi jadottaw miżuri prattiċi bil-ħsieb li jippromwovu għarfien akbar dwar iċ-ċibersigurtà; jirrimarka, għal dan il-għan, l-importanza li jiġi żviluppat il-kapital uman fil-livelli kollha sabiex jitnaqqas it-theddid għaċ-ċibersigurtà permezz tat-taħriġ, l-edukazzjoni u ż-żieda fl-għarfien, u biex jiġu stabbiliti liġijiet kriminali u oqfsa transnazzjonali xierqa għall-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, kif ukoll il-parteċipazzjoni attiva f'fora internazzjonali bħall-Forum Globali tal-OECD dwar is-Sigurtà Diġitali; |
|
23. |
Ifakkar il-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni għat-tnaqqis tad-differenzi fl-inklużjoni soċjali, għall-aċċess għall-informazzjoni u għat-tnaqqis tal-marġinalizzazzjoni ekonomika fiż-żoni periferiċi; |
Diġitalizzazzjoni: għodda għall-iżvilupp sostenibbli
|
24. |
Jilqa' l-Pjan ta' Investiment Estern tal-UE li jippromwovi l-investiment f'soluzzjonijiet diġitali innovattivi għall-ħtiġijiet lokali, l-inklużjoni finanzjarja u l-ħolqien ta' impjiegi deċenti; jinnota li d-diġitalizzazzjoni hija opportunità ta' investiment importanti u li, fuq il-bażi ta' ħidma konġunta mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali u s-settur privat, il-finanzjament imħallat jirrappreżenta strument importanti biex jiġu mobilizzati r-riżorsi finanzjarji; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni tniedi inizjattivi ġodda b'attenzjoni speċjali fuq l-iżvilupp tal-infrastruttura diġitali, il-promozzjoni ta' governanza elettronika u l-ħiliet diġitali, it-tisħiħ tal-ekonomija diġitali u t-trawwim tal-ekosistemi ta' negozji ġodda ċċentrati fuq l-SDGs, inklużi l-opportunitajiet ta' finanzjament għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) sabiex ikunu jistgħu jinteraġixxu b'mod diġitali mal-intrapriżi multinazzjonali u jaċċessaw il-katini ta' valur globali; |
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tintegra t-teknoloġiji u s-servizzi diġitali fil-politika tal-iżvilupp tal-UE, kif deskritt inter alia fl-aġenda D4D; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi promoss l-użu tat-teknoloġiji diġitali f'oqsma ta' politika speċifiċi, inklużi l-governanza elettronika, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, il-ġestjoni tal-ilma, is-saħħa u l-enerġija; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-investiment fl-infrastruttura diġitali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sabiex jonqos id-distakk diġitali sinifikanti b'mod effettiv għall-fini tal-iżvilupp u bbażat fuq il-prinċipji; |
|
28. |
Ifakkar li l-SMEs fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jikkostitwixxu l-maġġoranza tan-negozji u jħaddmu l-maġġoranza tal-ħaddiema fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi; itenni li l-iffaċilitar tal-kummerċ elettroniku transfruntier regolat sew se jkollu impatt dirett fuq it-titjib tal-għajxien, irawwem standards ta' għajxien ogħla u jagħti spinta lill-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku; jafferma mill-ġdid il-kontribut li tali sforzi jistgħu jagħtu lill-ugwaljanza bejn is-sessi, minħabba li għadd kbir ta' dawn il-kumpaniji huma mmexxija u mħaddma min-nisa; jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu l-ostakli legali, amministrattivi u soċjali għall-intraprenditorija, b'mod partikolari fir-rigward tan-nisa; jitlob li tintuża d-diġitalizzazzjoni biex jiġu promossi wkoll l-edukazzjoni u l-bini tal-kapaċità favur l-intraprenditorija fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp filwaqt li jinħoloq ambjent favorevoli għan-negozji l-ġodda u għall-kumpaniji innovattivi; |
|
29. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitwaqqaf il-kummerċ fil-minerali li l-isfruttament tiegħu jiffinanzja l-kunflitti armati jew jinvolvi xogħol furzat; ifakkar li l-koltan huwa l-materja prima bażika għal ħafna apparat elettroniku (eż. smartphones) u li l-gwerra ċivili li ħakmet ir-reġjun tal-Lagi l-Kbar tal-Afrika, b'mod partikolari fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, minħabba l-isfruttament u l-estrazzjoni u l-kummerċ illegali fih, irriżultat f'aktar minn tmien miljun mewt; jitlob li jintemm l-isfruttament tat-tfal fil-minjieri tal-koltan, kif ukoll li jintemm il-kummerċ illegali fil-koltan, sabiex tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-koltan jiġi estratt u kkummerċjalizzat b'mod aċċettabbli u li jkun ta' benefiċċju għall-popolazzjoni lokali; |
|
30. |
Jinnota li bħala l-akbar settur tal-ekonomija Afrikana, l-agrikoltura tista' potenzjalment tibbenefika ħafna mit-teknoloġiji diġitali; jenfasizza li l-pjattaformi diġitali jistgħu jintużaw fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jinformaw lill-bdiewa dwar il-prezzijiet tas-suq u jgħaqqduhom max-xerrejja potenzjali, kif ukoll biex jipprovdu informazzjoni prattika dwar il-metodi ta' tkabbir u x-xejriet tas-suq, informazzjoni dwar it-temp, u twissijiet u pariri dwar il-mard tal-pjanti u tal-annimali; jissottolinja l-fatt, madankollu, f'kuntest fejn l-agrikoltura qed issir dejjem aktar intensiva fl-għarfien u fit-teknoloġija għolja, li l-agrikoltura diġitali jista' jkollha wkoll effett soċjali enormi u li jfixkel l-ambjent fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, peress li l-aċċess għall-aħħar teknoloġija jista' jibqa' limitat għal farms kbar u industrijalizzati attivi fis-suq tal-esportazzjoni u fl-uċuħ tar-raba' għall-bejgħ, filwaqt li l-għarfien u l-ħiliet limitati jistgħu jimmarġinalizzaw aktar il-biedja fuq skala żgħira f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; |
|
31. |
Jinsisti li l-fondi tal-UE għall-agrikoltura fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp iridu jkunu konformi man-natura trasformattiva tal-Aġenda 2030 u tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, u konsegwentement mal-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien, Xjenzi u Teknoloġiji Agrikoli għall-Iżvilupp (IAASTD) u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel; jenfasizza li dan jimplika r-rikonoxximent tal-multifunzjonalità tal-agrikoltura u ċaqliq rapidu mill-koltivazzjoni ta' monokultura abbażi tal-użu intensiv ta' inputs kimiċi lejn agrikoltura diversifikata u sostenibbli, ibbażata fuq biedja bi prattiki agroekoloġiċi u t-tisħiħ tas-sistemi lokali tal-ikel u tal-biedja fuq skala żgħira; |
|
32. |
Jindika li l-għodod tal-ICT jistgħu jintużaw għat-tixrid tal-informazzjoni li tista' tkun kruċjali kemm għal diżastri u emerġenzi naturali u teknoloġiċi, kif ukoll f'żoni fraġli u milquta minn kunflitti; jenfasizza li t-teknoloġiji diġitali jistgħu jippermettu lill-komunitajiet b'introjtu baxx u lil komunitajiet vulnerabbli oħra jkollhom aċċess għal servizzi bażiċi ta' kwalità (pereżempju s-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma, is-sanitazzjoni u l-elettriku), kif ukoll għal għajnuna umanitarja u servizzi pubbliċi u privati oħra; jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni online (l-aħbarijiet foloz), u jenfasizza l-ħtieġa għal programmi speċifiċi li jiffukaw fuq il-litteriżmu medjatiku bħala għodda biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi; |
|
33. |
Jissottolinja l-fatt li l-innovazzjoni teknoloġika fl-assistenza umanitarja hija prijorità, b'mod speċjali fil-kuntest ta' spustamenti furzati, billi tikkontribwixxi għal soluzzjonijiet sostenibbli li jġibu stabbiltà u dinjità fil-ħajja tan-nies u tista' tiffaċilita r-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp; jilqa' l-inizjattivi globali biex tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni umanitarja, bħall-Alleanza Globali għall-Innovazzjoni Umanitarja (GAHI), il-Fond għall-Innovazzjoni Umanitarja (HIF) u l-Global Pulse tan-NU, u jitlob li l-UE tippromwovi data miftuħa u tappoġġa bil-qawwa lill-komunitajiet globali tal-iżviluppaturi u d-diżinjaturi tas-softwer li qed jibnu teknoloġija miftuħa u prattika bil-għan li jsolvu l-problemi internazzjonali tal-iżvilupp u dawk umanitarji; |
|
34. |
Jenfasizza li t-teknoloġiji diġitali bħall-SMS u l-applikazzjonijiet tal-mowbajl jistgħu jipprovdu għodod affordabbli ġodda għaċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni importanti, li tista' tintuża minn persuni fqar jew iżolati u persuni b'diżabilità; jinnota l-potenzjal tat-teknoloġija tal-mowbajl, li jista' jkollha vantaġġi fosthom prezzijiet baxxi għall-aċċess minħabba kopertura tan-netwerk akbar, użu faċli għall-utent u tnaqqis fil-prezzijiet tat-telefonati u tal-messaġġi testwali; madankollu, ifakkar ukoll li l-mowbajls jiġġeneraw riskji ambjentali u għas-saħħa, b'mod partikolari minħabba l-estrazzjoni tar-riżorsi minerali u ż-żieda fil-livelli ta' skart elettroniku u elettriku; jissottolinja l-fatt li d-diġitalizzazzjoni għandha l-potenzjal li tagħti spinta jew timmina d-demokrazija, u jistieden lill-UE biex tirrifletti b'mod xieraq fuq dawn ir-riskji bil-ħsieb li jiġi kkontrollat l-użu ħażin tat-teknoloġiji diġitali, meta jiġi promoss l-użu tal-innovazzjoni teknoloġika fl-għajnuna għall-iżvilupp, kif ukoll biex tiġi promossa l-governanza tal-internet; |
|
35. |
Jenfasizza l-importanza li tinbena ekosistema sostenibbli għall-ekonomija diġitali sabiex jitnaqqas l-impatt ekoloġiku marbut mad-diġitalizzazzjoni, billi jiġi żviluppat użu effiċjenti tar-riżorsi kemm fis-settur diġitali kif ukoll fis-settur tal-enerġija, b'mod partikolari billi tingħata prijorità lill-ekonomija ċirkolari; jitlob li l-Pjan ta' Investiment Estern (EIP) jappoġġa r-responsabbiltà tal-produttur, b'mod konkret bl-appoġġ tal-SMEs li jiżviluppaw attivitajiet ta' użu mill-ġdid, ta' tiswija u ta' rinnovament u li jinkorpora skemi ta' teħid lura fl-attivitajiet kummerċjali tagħhom bil-għan li jitneħħew il-komponenti perikolużi użati fit-Tagħmir Elettriku u Elettroniku (EEE); jappella għat-tisħiħ tal-għarfien tal-konsumaturi dwar l-effetti ambjentali tal-apparati elettroniċi u għall-indirizzar b'mod effettiv tar-responsabbiltà tan-negozju fil-produzzjoni tal-EEE; jenfasizza bl-istess mod il-ħtieġa li jiġu appoġġati l-istatistika dwar l-iskart elettroniku u elettriku u l-politiki nazzjonali dwar l-iskart elettroniku fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, sabiex tiġi minimizzata l-produzzjoni tal-iskart elettroniku, jiġi evitat id-dumping illegali u t-trattament mhux xieraq tal-iskart elettroniku, jiġi promoss ir-riċiklaġġ, u jinħolqu l-impjiegi fis-settur tar-rinnovament u r-riċiklaġġ; |
|
36. |
Jirrikonoxxi li t-teknoloġiji diġitali jipprovdu lis-settur tal-enerġija b'għodod innovattivi biex jottimizzaw l-użu tar-riżorsi; madankollu, ifakkar li t-teknoloġiji diġitali jħallu marka ekoloġika sinifikanti, bħala konsumatur ta' riżorsi tal-enerġija (hu stmat li l-emissjonijiet diġitali ta' CO2 jammontaw għal 2-5 % tal-emissjonijiet totali) u tal-metalli (bħall-fidda, il-kobalt, ir-ram u t-tantalju), filwaqt li jitfgħu dubju fuq is-sostenibbiltà fit-tul tagħhom; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jinbidlu x-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima; |
|
37. |
Jirrikonoxxi r-rwol potenzjali tat-teknoloġija diġitali fil-promozzjoni tad-demokrazija u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet; |
|
38. |
Jenfasizza l-importanza tal-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' pjattaformi ta' informazzjoni diġitali mmexxija mill-istat li jżidu l-opportunitajiet għall-persuni b'mod ġenerali biex jinfurmaw ruħhom bis-sħiħ dwar id-drittijiet tagħhom u s-servizzi li l-istat jagħmel disponibbli għaċ-ċittadini tiegħu; |
|
39. |
Jenfasizza li l-applikazzjonijiet tal-gvern elettroniku jikkontribwixxu biex jagħmlu s-servizzi pubbliċi aktar rapidi u orħos biex jiġu aċċessati, itejbu l-konsistenza u s-sodisfazzjon taċ-ċittadini, jiffaċilitaw l-artikolazzjoni u l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili, u jżidu t-trasparenza, u b'hekk jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-promozzjoni tad-demokratizzazzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza r-rwol vitali tat-teknoloġija u tad-diġitalizzazzjoni għal politika u amministrazzjoni fiskali effettiva, li jippermettu żieda effettiva fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u jgħinu fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; jinsisti li huwa imperattiv li jinħolqu identitajiet diġitali sikuri, peress li dan jista' jgħin biex jiddetermina l-għadd ta' dawk li jeħtieġu ċerti servizzi bażiċi; |
|
40. |
Jappella għall-isfruttament tal-opportunitajiet mogħtija permezz tat-teknoloġija diġitali bħala mezz ta' titjib fir-reġistrazzjoni tat-tfal fir-reġistri tat-twelid, tal-imwiet u taż-żwiġijiet; jenfasizza li l-UNICEF tistma li, fl-Afrika Sub-Saħarjana biss, 95 miljun tifel u tifla jibqgħu mhux irreġistrati mat-twelid (7) u għalhekk ma jkollhomx ċertifikat tat-twelid, u li dan il-fatt ma jħallix lit-tfal ikkonċernati jiġu rikonoxxuti legalment, sabiex l-eżistenza tagħhom bħala membri tas-soċjetà tibqa' mhux reġistrata mit-twelid u tibqa' hekk fil-ħajja adulta, u dan joħloq distorsjoni fid-data demografika tal-pajjiżi, b'konsegwenzi sinifikanti għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet, b'mod partikolari f'termini ta' aċċess għal edukazzjoni jew għal kura tas-saħħa; |
|
41. |
Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tat-teknoloġija diġitali fil-ġestjoni tas-servizzi tas-saħħa, ir-rispons ta' emerġenza għal epidemiji, it-tixrid tal-kampanji tas-saħħa pubblika, l-aċċess pubbliku għas-servizzi tas-saħħa, kif ukoll fit-taħriġ tal-ħaddiema tas-saħħa, l-appoġġ u l-promozzjoni tar-riċerka bażika, u l-iżvilupp ta' servizzi ta' informazzjoni dwar is-saħħa u s-saħħa elettronika; jistieden, għalhekk, lil dawk li jfasslu l-politika jintroduċu l-politika u l-oqfsa regolatorji xierqa biex iwessgħu l-proġetti tas-saħħa elettronika; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi r-riżorsi finanzjarji meħtieġa f'dan ir-rigward; |
|
42. |
Jilqa' l-programm online tal-Akkademja DEVCO, li jagħmilha possibbli li jiġu mħarrġa online nies mill-pajjiżi sħab tal-UE; jappella għall-iżvilupp ulterjuri ta' programmi ta' taħriġ għal mexxejja lokali u l-istabbiliment ta' proċeduri għall-applikazzjoni ta' sussidji tal-UE, sabiex dawk is-sħab ikunu jistgħu jiksbu stampa aktar ċara tal-aspettattivi, l-għanijiet u l-kundizzjonijiet u b'hekk itejbu l-prospetti li jiksbu aċċettazzjoni għall-proġetti tagħhom; jenfasizza li tali inizjattivi, sakemm ikunu faċilment aċċessibbli, effiċjenti u rilevanti, ikollhom impatt pożittiv fuq l-assorbiment tal-għajnuna u fuq l-immaġni tal-UE fost is-sħab tagħha; |
o
o o
|
43. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. |
(1) ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1.
(2) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 22.
(3) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 106.
(4) Studju UNEP-Interpol, “The Rise of Environmental Crime: a growing Threat to Natural Resources, Peace, Development and Security” (“Iż-Żieda fir-Reati Ambjentali: theddida li qed tikber għar-Riżorsi Naturali, il-Paċi, l-Iżvilupp u s-Sigurtà”), 2016.
(5) UNCTAD, "South-South Digital Cooperation for Industrialisation: A Regional Integration Agenda (“Kooperazzjoni Diġitali Nofsinhar-Nofsinhar għall-Industrijalizzazzjoni: Aġenda ta' Integrazzjoni Reġjonali”) (2017).
(6) Assemblea Ġenerali tan-NU, GA/RES/70/125
(7) https://www.unicef.org/reports/state-worlds-children-2016
L-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2018
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/36 |
P8_TA(2018)0451
L-esportazzjoni tal-armi: l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-esportazzjoni tal-armi: l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (2018/2157(INI))
(2020/C 363/05)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-promozzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u l-preservazzjoni tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (1) (il-Pożizzjoni Komuni), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dsatax-il Rapport Annwali (2) mfassal f'konformità mal-Artikolu 8(2) tal-Pożizzjoni Komuni, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2018/101/PESK tat-22 ta' Jannar 2018 dwar il-promozzjoni ta' kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni tal-armi (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2017/915/PESK tad-29 ta' Mejju 2017 dwar attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Lista Militari Komuni aġġornata tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fis-26 ta' Frar 2018 (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Gwida għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Wassenaar tat-12 ta' Mejju 1996 dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni għall-Armi Konvenzjonali u l-Prodotti u t-Teknoloġiji b'Użu Doppju, flimkien mal-listi, aġġornati f'Diċembru 2017, ta' dawn il-prodotti u t-teknoloġiji u munizzjon (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-25 ta' Ġunju 2012, b'mod partikolari l-Eżitu 11(e) tal-pjan ta' azzjoni, u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2019) tal-20 ta' Lulju 2015, b'mod partikolari l-Objettiv 21(d) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA) adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-2 ta' April 2013 (7), li daħal fis-seħħ fl-24 ta' Diċembru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (9), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 599/2014 tas-16 ta' April 2014, u l-lista ta' oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija fl-Anness I tiegħu (Regolament dwar l-Użu Doppju), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, b'mod partikolari l-Għan 16 li jippromwovi soċjetajiet ġusti, paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda dwar id-Diżarm tan-NU (“Niżguraw il-Futur Komuni tagħna”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/2134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-impatt tat-trasferiment tal-armi fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kwistjoni, b'mod partikolari dawk tat-13 ta' Settembru 2017 (12) u tas-17 ta' Diċembru 2015 (13) dwar l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża li għandu l-għan li jappoġġja l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE (EDIDP) (COM(2017)0294) u l-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża (COM(2018)0476), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen tal-25 ta' Frar 2016 (14), il-15 ta' Ġunju 2017 (15) u t-30 ta' Novembru 2017 (16), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' drones armati (17), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-17 ta' Awwissu 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Jemen, inklużi l-ksur u l-abbużi minn Settembru 2014 (A/HRC/39/43), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0335/2018), |
|
A. |
billi d-dritt inerenti għall-awtodifiża individwali jew kollettiva huwa stabbilit fl-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; |
|
B. |
billi l-esportazzjonijiet u t-trasferimenti tal-armi għandhom impatt innegabbli fuq id-drittijiet tal-bniedem u s-sigurtà tal-bniedem, fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku u fuq id-demokrazija; billi l-esportazzjoni tal-armi tikkontribwixxi wkoll għal ċirkostanzi li jġiegħlu lin-nies jaħarbu minn pajjiżhom; billi hemm raġunijiet b'saħħithom biex tiġi stabbilita sistema għall-kontroll tal-armi stretta, trasparenti, effettiva u aċċettata u ddefinita b'mod komuni; |
|
C. |
billi l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK hija qafas legalment vinkolanti li jistabbilixxi tmien kriterji; billi kull meta dawn ma jkunux issodisfati, il-ħruġ ta' liċenzja tal-esportazzjoni jenħtieġ li jiġi miċħud (kriterji 1-4) jew tal-inqas jitqies li jsir dan (kriterji 5-8); billi d-deċiżjoni ta' trasferiment jew ċaħda tat-trasferiment ta' xi teknoloġija jew tagħmir militari tibqa' għad-diskrezzjoni nazzjonali ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 4(2) tal-Pożizzjoni Komuni; |
|
D. |
billi l-aħħar ċifri (18) juru li l-esportazzjoni tal-armi mill-UE-28 kienet tammonta għal aktar minn 27 % tat-total globali fl-2013-2017, li irriżulta biex l-UE, kollettivament, tkun, it-tieni l-akbar fornitur tal-armi fid-dinja, wara l-Istati Uniti (34 %) u segwita mir-Russja bi 22 %; billi l-2015 u l-2016 kienu l-aktar snin li fihom storikament urew l-ogħla ċifri ta' liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi skont il-valur, mill-bidu tal-ġbir tad-data tal-UE, b'valur totali ta' EUR 195,95 biljun fl-2015 u, skont l-aktar rapport reċenti mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali (COARM), EUR 191,45 miljun fl-2016 (19); billi sfortunatament iċ-ċifri tal-2015 u l-2016 huma qarrieqa u impreċiżi, peress li l-volum ta' liċenzji huwa parzjalment aktar espressjoni ta' intenzjoni milli figura preċiża li tindika esportazzjonijiet reali li jistgħu jkunu mistennija li jimmaterjalizzaw fil-futur qrib; |
|
E. |
billi r-rapporti annwali tal-COARM s'issa huma l-uniku strument li l-għan tiegħu huwa li jkopri l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni; billi dawn ir-rapporti kkontribwixxew għal żieda fit-trasparenza fir-rigward tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istati Membri u billi l-volum ta' linji gwida u kjarifiki fil-Gwida għall-Utent żdied b'mod konsiderevoli; billi, minħabba l-Pożizzjoni Komuni, żdied il-volum ta' informazzjoni dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi; |
|
F. |
billi kemm l-ambjent tas-sigurtà globali kif ukoll dak reġjonali nbidlu b'mod drammatiku, speċjalment fir-rigward tal-viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Unjoni, u dan jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jitjiebu metodoloġiji fir-rigward tal-produzzjoni tal-informazzjoni għall-valutazzjoni tar-riskju tal-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni u sabiex isiru aktar sikuri; |
|
G. |
billi, skont l-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni, it-tmien kriterji jiddefinixxu biss standards minimi u huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura aktar restrittiva li l-Istati Membri jistgħu jieħdu għall-kontroll tal-armi; billi l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-għoti jew iċ-ċaħda ta' liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi huwa esklussivament fil-kompitu tal-Istati Membri; |
|
H. |
billi mhux l-Istati Membri kollha jippreżentaw informazzjoni kompluta lill-COARM; billi, minħabba l-arranġamenti għall-ġbir tad-data u l-proċeduri ta' sottomissjoni differenti tal-Istati Membri individwali u l-interpretazzjoni differenti tagħhom tat-tmien kriterji, is-settijiet tad-data mhumiex kompluti u jvarjaw, u l-prattiki tal-esportazzjoni tal-armi huma ferm differenti; jindika li l-iskambju ta' informazzjoni jrid ikun kompatibbli mal-liġijiet nazzjonali u l-proċeduri amministrattivi ta' kull pajjiż; |
|
I. |
billi bħalissa ma hemm l-ebda mekkaniżmu għall-verifika u r-rappurtar ta' konformità standardizzati u indipendenti skont it-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni; |
|
J. |
billi fis-snin reċenti ġew adottati miżuri dwar it-traffikar ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir, b'Lista aġġornata ta' Oġġetti u Teknoloġiji b'Użu Doppju skont il-Ftehim ta' Wassenaar; billi filwaqt li kwistjonijiet bħall-kontroll tal-intermedjazzjoni għall-armi, il-produzzjoni liċenzjata barra l-UE u l-kontroll fuq l-utenti finali tpoġġew fuq l-aġenda u, sa ċertu punt, ġew inkorporati fil-Pożizzjoni Komuni nfisha, ħafna prodotti, b'mod partikolari fil-qasam ta' oġġetti b'użu doppju, iċ-ċiberteknoloġija u s-sorveljanza, għadhom mhumiex koperti mis-sistema ta' kontroll; |
|
K. |
billi d-dsatax-il rapport annwali jiżvela li 40,5 % tal-liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi ngħataw lil pajjiżi fir-reġjun MENA, b'valur ta' EUR 77,5 biljun, u l-Arabja Sawdija, l-Eġittu u l-Emirati Għarab Magħquda (EGħM) jammontaw għall-biċċa l-kbira ta' dawk l-esportazzjonijiet, b'valur ta' EUR 57,9 biljun; |
|
L. |
billi, f'xi każijiet, l-armi esportati lejn ċerti pajjiżi, pereżempju lejn l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda u membri tal-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija, intużaw f'kunflitti bħal dak fil-Jemen; billi dawn l-esportazzjonijiet jiksru biċ-ċar il-Pożizzjoni Komuni; |
|
M. |
billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen appellat lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) biex tvara inizjattiva sabiex jiġi impost embargo tal-armi tal-UE fuq l-Arabja Sawdija; |
|
N. |
billi l-armi liċenzjati għat-trasferiment mill-Istati Membri tal-UE u sussegwentement użati fil-kunflitt attwali tal-Jemen kellhom impatt katastrofiku fuq l-iżvilupp sostenibbli fil-Jemen; |
|
O. |
billi s-settur tad-difiża sar punt fokali tal-politika tal-UE, fejn l-Istrateġija Globali tal-UE (EUGS) tiddikjara li “industrija tad-difiża Ewropea sostenibbli, innovattiva u kompetittiva hija essenzjali għall-awtonomija strateġika tal-Ewropa u għal PSDK kredibbli” (20); billi l-esportazzjonijiet tal-armi huma kruċjali biex tingħata spinta lill-bażi industrijali u teknoloġika għad-difiża Ewropea, u billi l-prijorità tal-industrija tad-difiża hija li tiggarantixxi s-sigurtà u d-difiża tal-Istati Membri tal-UE u li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-PESK; billi l-kompitu ewlieni tal-Fond Ewropew għad-Difiża u, bħala prekursur, l-EDIDP, li ġie varat reċentement, għandu “[jwieżen] il-kompetittività tal-industrija tad-difiża fl-Ewropa” (21); |
|
P. |
billi l-miżuri ta' trasparenza bħall-monitoraġġ tal-esportazzjonijiet tal-armi jgħinu biex tingħata spinta lill-fiduċja fost l-Istati Membri; |
|
Q. |
billi l-Artikolu 10 tal-Pożizzjoni Komuni juri biċ-ċar li l-osservanza tat-tmien kriterji għandha preċedenza fuq l-interessi ekonomiċi, soċjali, kummerċjali jew industrijali tal-Istati Membri; |
It-tisħiħ tal-Pożizzjoni Komuni u t-titjib tal-implimentazzjoni tagħha
|
1. |
Jissottolinja li l-istati għandhom id-dritt leġittimu li jakkwistaw teknoloġija militari għal skopijiet ta' awtodifiża; jinnota li ż-żamma tal-industrija tad-difiża sservi bħala parti mill-awtodifiża tal-Istati Membri; |
|
2. |
Jinnota li suq Ewropew tad-difiża jservi bħala strument li jiggarantixxi s-sigurtà u d-difiża tal-Istati Membri u ċ-ċittadini tal-Unjoni u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u b'mod partikolari l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); jistieden lill-Istati Membri jegħlbu n-nuqqas attwali ta' effiċjenza fl-infiq għad-difiża minħabba d-duplikazzjoni, il-frammentazzjoni u n-nuqqas ta' interoperabbiltà, u biex ikollhom l-għan li l-UE ssir fornitur tas-sigurtà, anke permezz ta' kontroll aħjar tal-esportazzjoni tal-armi; |
|
3. |
Jirrikonoxxi li l-UE hija l-unika unjoni tal-istati li għandha qafas legalment vinkolanti li permezz tiegħu l-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi qed jitjieb, fosthom f'reġjuni ta' kriżi u f'pajjiżi b'rekord dubjuż fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li pajjiżi terzi Ewropej u mhux Ewropej ingħaqdu mas-sistema tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi abbażi tal-Pożizzjoni Komuni; iħeġġeġ ukoll lill-pajjiżi kandidati li fadal, lil dawk il-pajjiżi li jinsabu fil-proċess li jiksbu l-istatus ta' kandidat, jew pajjiżi oħra li jixtiequ jimpenjaw ruħhom fit-triq lejn l-adeżjoni fl-UE, biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni; |
|
4. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jissaħħaħ ir-rwol tad-Delegazzjonijiet tal-UE biex jassistu lill-Istati Membri u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) bil-valutazzjoni tar-riskju tal-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni u l-implimentazzjoni ta' kontrolli fuq l-utent finali, kontrolli ta' wara t-trasportazzjoni u spezzjonijiet fuq il-post; |
|
5. |
Jinnota li t-tmien kriterji huma applikati u interpretati b'modi differenti mill-Istati Membri; jitlob għalhekk applikazzjoni uniformi, konsistenti u kkoordinata tat-tmien kriterji u implimentazzjoni sħiħa tal-Pożizzjoni Komuni flimkien mal-obbligi kollha tagħha; |
|
6. |
Jemmen li l-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni għandha tinkorpora prinċipju ta' prekawzjoni u li l-Istati Membri, minbarra li jivvalutaw jekk tistax tintuża teknoloġija militari speċifika għal ripressjoni interna jew għal finijiet mhux mixtieqa oħra, għandhom jivvalutaw ukoll ir-riskji abbażi tas-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż ta' destinazzjoni, b'kont meħud ta' fatturi bħall-istat tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u l-iżvilupp soċjoekonomiku tiegħu; |
|
7. |
Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Settembru 2017, biex jużaw il-proċess ta' rieżami attwali biex isaħħu l-mekkaniżmi għall-iskambju ta' informazzjoni billi jagħmlu disponibbli informazzjoni aħjar b'mod kwalitattiv u kwantitattiv għall-valutazzjonijiet tar-riskju tal-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni, billi:
|
|
8. |
Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jżidu l-għadd ta' persunal li jaħdem fuq kwistjonijiet relatati mal-esportazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE; jinkoraġġixxi l-użu tal-fondi tal-UE għall-bini tal-kapaċità fost l-uffiċjali tal-ħruġ tal-liċenzji u l-infurzar fl-Istati Membri; |
|
9. |
Ifakkar li fost ir-raġunijiet għall-istabbiliment tal-Pożizzjoni Komuni kien hemm l-evitar tal-użu tal-armi Ewropej kontra l-forzi armati tal-Istati Membri u l-evitar tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-estensjoni tal-kunflitti armati; itenni li l-Pożizzjoni Komuni tistabbilixxi rekwiżiti minimi li l-Istati Membri jridu japplikaw fil-qasam tal-kontrolli tal-esportazzjoni tal-armi, u li dan jinkludi l-obbligu li tiġi eżaminata talba għal liċenzja tal-esportazzjoni kontra kull wieħed mit-tmien kriterji elenkati fih; |
|
10. |
Jikkritika n-nuqqas sistematiku li t-tmien kriterji jiġu applikati mill-Istati Membri u l-fatt li t-teknoloġija militari tilħaq destinazzjonijiet u utenti finali li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni; jirrepeti s-sejħa tiegħu għal valutazzjoni indipendenti tal-konformità tal-Istati Membri mat-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni; huwa tal-fehma li jenħtieġ li tiġi promossa konverġenza ikbar fl-applikazzjoni tat-tmien kriterji; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti fuq l-Istati Membri li jonqsu milli jiċċekkjaw il-konformità mat-tmien kriterji qabel l-għoti tal-liċenzji; iħeġġeġ lill-Istati Membri itejbu l-konsistenza tal-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni, u jagħtihom parir jipprevedu arranġamenti biex iwettqu kontrolli indipendenti; |
|
11. |
Jemmen li l-esportazzjonijiet lejn l-Arabja Sawdija, l-EGħM u membri oħra tal-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija fil-Jemen mhumiex konformi mill-inqas mal-kriterju 2 minħabba l-involviment ta' dawk il-pajjiżi fi ksur serju tal-liġi umanitarja kif stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tan-NU; itenni s-sejħa tiegħu tat-13 ta' Settembru 2017 rigward il-ħtieġa urġenti li jiġi impost embargo tal-armi fuq l-Arabja Sawdija, u jappella lill-VP/RGħ u lill-Kunsill biex jestendu tali embargo għall-membri l-oħrajn kollha tal-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija fil-Jemen; |
|
12. |
Jemmen li hu meħtieġ li jitnieda proċess li jwassal għal mekkaniżmu li jissanzjona lill-Istati Membri li ma jikkonformawx mal-Pożizzjoni Komuni; |
|
13. |
Jinnota li xi Stati Membri waqfu jipprovdu l-armi lill-Arabja Sawdija u membri oħra tal-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija fil-Jemen minħabba l-azzjonijiet tagħhom, filwaqt li oħrajn komplew jipprovdu teknoloġija militari; jifraħ lil dawk l-Istati Membri, bħal Ġermanja u n-Netherlands, li biddlu l-prattika tagħhom fir-rigward tal-kunflitt tal-Jemen; jiddispjaċih ħafna, madankollu, mill-fatt li Stati Membri oħra jidhru li ma jqisux l-imġiba tal-pajjiż ta' destinazzjoni u l-użu aħħari ta' armi u munizzjon esportati; jissottolinja li din id-disparità fil-prattika tirriskja li ddgħajjef ir-reġim Ewropew ta' kontroll tal-armi kollu kemm hu; |
|
14. |
Huwa allarmat mill-fatt li kważi t-talbiet kollha għal liċenzji għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi speċifiċi bħall-Arabja Sawdija ngħataw minkejja l-fatt li l-esportazzjonijiet lejn dawk il-pajjiżi jiksru mill-inqas il-kriterji 1 sa 6 tal-Pożizzjoni Komuni, filwaqt li jitqies li n-nuqqas li jiġu ssodisfati l-kriterji 1 sa 4 irid iwassal għal ċaħda tal-liċenzja; jiddispjaċih li kważi l-applikazzjonijiet għal liċenzji kollha (95 %) għall-esportazzjonijiet lejn l-Arabja Sawdija ngħataw fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-kategorija ML9 (22) (bastimenti tal-gwerra, li jintużaw biex jiġi infurzat l-imblokk navali fuq il-Jemen), u l-kategorija ML10 (inġenji tal-ajru) u ML4 (bombi eċċ.) li kienu fundamentali fil-kampanja mill-ajru, filwaqt li jikkontribwixxu għad-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja, għall-ħolqien ta' ostakli għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiż kollu, u għat-tbatija kontinwa tal-popolazzjoni tal-Jemen; |
|
15. |
Jinsab maħsud bl-ammont ta' armi u munizzjon, prodotti fl-UE, li nstabu f'idejn id-Da'esh fis-Sirja u fl-Iraq; jinnota li l-Bulgarija u r-Rumanija ma applikawx b'mod effettiv il-Pożizzjoni Komuni fir-rigward ta' trasferimenti mill-ġdid li jiksru ċ-ċertifikati tal-utent finali; jistieden lill-Istati Membri kollha jirrifjutaw trasferimenti simili fil-futur, b'mod partikolari lejn l-Istati Uniti u l-Arabja Sawdija, u jitlob lis-SEAE u lill-Istati Membri, b'mod partikolari lill-Bulgarija u lir-Rumanija, jispjegaw, fil-kuntest tal-COARM iżda wkoll pubblikament quddiem is-Sottokumitat tal-Parlament dwar is-Sigurtà u d-Difiża (SEDE), x'passi ttieħdu dwar din il-kwistjoni; jistieden lis-SEAE jindirizza l-bosta każijiet żvelati mir-rapport reċenti dwar ir-Riċerka tal-Armi għall-Kunflitti, u jesplora metodi aktar effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju ta' devjazzjoni fil-COARM u f'fora rilevanti oħra, inkluż, fil-kuntest tal-proċess ta' rieżami, li jsir obbligatorju għall-Istati Membri li jiċħdu liċenzja tal-esportazzjoni jekk ikun hemm riskju ċar li t-teknoloġija jew it-tagħmir militari li se jiġi esportat jista' jiġi ddevjat; jiddeċiedi li jagħti bidu għal investigazzjoni f'din il-kwistjoni; |
|
16. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-provvista tas-sistemi tal-armi fi żmien ta' gwerra u f'sitwazzjonijiet ta' tensjoni politika sinifikanti tista' taffettwa b'mod sproporzjonat lil persuni ċivili; jissottolinja li l-kunflitti jenħtieġ li jiġu solvuti permezz ta' mezzi diplomatiċi bħala prijorità; jappella, għalhekk, lill-Istati Membri biex jieħdu passi lejn politika barranija u ta' sigurtà komuni ġenwina; |
|
17. |
Jirrikonoxxi li implimentazzjoni aħjar tal-kriterju 8 tikkostitwixxi kontribut deċiżiv għall-għanijiet tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp tal-UE u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, b'mod partikolari l-SDG 16.4; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jużaw il-proċess ta' rieżami għaddej bħalissa dwar il-Pożizzjoni Komuni f'dan ir-rigward; jirrakkomanda li l-Gwida għall-Utent f'dan ir-rigward tiġi aġġornata, b'enfasi mhux biss fuq l-impatt fuq l-iżvilupp tax-xiri tal-armi fuq il-pajjiż riċevitur, iżda wkoll fuq il-ħsara potenzjali għall-iżvilupp magħmul bl-użu ta' armi, inkluż f'pajjiżi li mhumiex l-Istat riċevitur; |
|
18. |
Jissuġġerixxi li għandhom jiġu esplorati modi għall-UE biex tappoġġja l-konformità tal-Istati Membri mat-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni, b'mod partikolari billi tipprovdi informazzjoni matul il-fażi tal-valutazzjoni tar-riskju, kontrolli fuq l-utenti finali, kontrolli ex ante fuq il-vjeġġi, u lista aġġornata regolarment ta' pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni; |
|
19. |
Jinnota li l-Kunsill qed iwettaq valutazzjoni mill-ġdid tal-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni u t-twettiq tal-għanijiet tagħha fl-2018; jitlob li tiġi rieżaminata l-Pożizzjoni Komuni sabiex jiġi determinat kif tiġi implimentata fil-livell nazzjonali, inkluża valutazzjoni tal-modi differenti li bihom tiġi implimentata fil-liġijiet u r-regolamenti tal-istati, il-metodi użati biex jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet għal liċenzji u l-aġenziji u l-ministeri tal-gvern li huma involuti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-proġetti ffinanzjati mill-EDIDP varat dan l-aħħar u bil-Fond għad-Difiża futur, iridu jsiru taħt mekkaniżmi/reġimi ta' kontroll u ta' rapportar nazzjonali u tal-UE u jkunu soġġetti għal skrutinju parlamentari sħiħ; jemmen li l-Faċilità Ewropea għall-Paċi proposta teħtieġ ukoll li tkun soġġetta għal skrutinju parlamentari; |
|
20. |
Jistieden lill-Istati Membri jegħlbu n-nuqqas attwali ta' effiċjenza fl-infiq għad-difiża minħabba d-duplikazzjoni, il-frammentazzjoni u n-nuqqas ta' interoperabbiltà, u biex ikollhom l-għan li l-UE ssir fornitur tas-sigurtà, anke permezz ta' kontroll aħjar tal-esportazzjoni tal-armi; |
|
21. |
Huwa tal-fehma li l-azzjonijiet relatati mal-prodott b'rabta mal-armi żgħar u armamenti ħfief fejn huma żviluppati prinċipalment għal skopijiet ta' esportazzjoni għandhom jiġu esklużi mill-fondi tal-Unjoni fil-kuntest tar-regolament li jmiss li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) (COM(2018)0476); |
|
22. |
Hu tal-fehma li fil-kuntest tal-Brexit ikun importanti għar-Renju Unit li jimpenja ruħu biex jibqa' marbut mal-Pożizzjoni Komuni u li japplika dispożizzjonijiet operattivi kif jagħmlu pajjiżi terzi Ewropej oħrajn; |
|
23. |
Jenfasizza li l-ambizzjoni li tiżdied il-kompetittività tas-settur ta' difiża Ewropea ma għandhiex iddgħajjef l-applikazzjoni tat-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni hekk kif jieħdu preċedenza fuq kwalunkwe interess ekonomiku, kummerċjali, soċjali jew industrijali tal-Istati Membri; |
|
24. |
Iqis li l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/43/KE dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità jenħtieġ li tkun konsistenti mal-Pożizzjoni Komuni, inkluż fir-rigward tal-parts tal-bdil u l-komponenti; jinnota li l-Pożizzjoni Komuni mhijiex restrittiva fil-kamp ta' applikazzjoni u li, għaldaqstant, it-tmien kriterji japplikaw ukoll għal trasferimenti fi ħdan l-UE; |
|
25. |
Itenni l-effett negattiv li l-esportazzjoni bla kontroll suffiċjenti ta' sorveljanza ċibernetika minn kumpaniji tal-UE jista' jkollha fuq is-sigurtà għall-infrastruttura diġitali tal-UE u fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' aġġornament rapidu, effettiv u komprensiv tar-Regolament dwar l-Użu Doppju tal-UE, ifakkar il-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-proposta tal-Kummissjoni kif approvat minn maġġoranza assoluta f'Jannar 2018, u jissuġġerixxi li l-Kunsill jistabbilixxi malajr pożizzjoni ambizzjuża bil-għan li jippermetti lill-koleġiżlaturi jilħqu ftehim qabel il-tmiem ta' dan it-terminu leġiżlattiv; jistieden lill-Istati Membri, fir-rigward tal-kontrolli tal-esportazzjoni u l-applikazzjoni tat-tmien kriterji, sabiex jagħtu attenzjoni akbar lill-oġġetti li jistgħu jintużaw kemm għal skopijiet ċivili kif ukoll militari, bħal pereżempju t-teknoloġija għas-sorveljanza, u bl-istess mod, għall-komponenti li jistgħu jintużaw fl-attakki ċibernetiċi jew biex jitwettaq ksur tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestu fondi suffiċjenti fit-teknoloġija u r-riżorsi umani biex jitħarrġu individwi fi programmi speċifiċi taċ-ċibersigurtà; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu, fil-livell internazzjonali, iż-żieda tal-prodotti kkonċernati fil-listi ta' kontroll (b'mod partikolari ta' Wassenaar); |
|
26. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu eżami aktar dettaljat ta' produzzjoni liċenzjata minn pajjiżi terzi u jiżguraw li jkun hemm salvagwardji aktar b'saħħithom kontra użi mhux mixtieqa; jitlob l-applikazzjoni stretta tal-Pożizzjoni Komuni fir-rigward ta' produzzjoni liċenzjata f'pajjiżi terzi; jitlob li l-arranġamenti ta' produzzjoni liċenzjati jiġu limitati għal pajjiżi li huma partijiet jew firmatarji għat-TKA, u biex dawk il-pajjiżi terzi jkunu obbligati li jesportaw biss tagħmir li jiġi prodott b'liċenzja u awtorizzat b'mod espliċitu mill-Istat Membru oriġinali li qed jesporta; |
|
27. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ għall-indirizzar ta' sitwazzjonijiet fejn l-Istati Membri jagħmlu interpretazzjoni differenti tat-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni għall-esportazzjonijiet ta' prodotti li huma essenzjalment simili, għal destinazzjonijiet u utenti finali simili, sabiex jiġu preservati l-kundizzjonijiet ekwi u l-kredibbiltà tal-UE barra mit-territorju tagħha; |
|
28. |
Jitlob lill-Istati Membri u lis-SEAE jiżviluppaw strateġija dedikata sabiex jipprovdu protezzjoni formali lill-informaturi li jirrappurtaw prattiki minn organizzazzjonijiet u kumpaniji fl-industrija tal-armi li jiksru l-kriterji u l-prinċipji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni; |
|
29. |
Jitlob, barra minn hekk, l-espansjoni, jew aħjar l-applikazzjoni tat-tmien kriterji anke fir-rigward tat-trasferiment tal-pulizija u l-persunal militari u tas-sigurtà, is-servizzi relatati mal-esportazzjoni tal-armi, l-għarfien u t-taħriġ, it-teknoloġija tas-sigurtà kif ukoll fir-rigward ta' servizzi militari u tas-sigurtà privati; |
|
30. |
Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jikkooperaw mill-qrib sabiex jiġu evitati r-riskji li jirriżultaw mid-devjazzjoni u mill-ħżin tal-armi, bħalma huma t-traffikar u l-kuntrabandu ta' armi illegali; jenfasizza r-riskju tal-armi esportati lejn pajjiżi terzi li jidħlu lura fl-UE permezz tal-kuntrabandu u tat-traffikar tal-armi; |
|
31. |
Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jżidu kriterju ġdid mal-Pożizzjoni Komuni sabiex jiġi żgurat li meta jingħataw l-awtorizzazzjonijiet jitqies ir-riskju ta' korruzzjoni dwar l-esportazzjonijiet rilevanti; |
Ir-Rapport Annwali COARM
|
32. |
Ifaħħar l-isforzi tal-Grupp ta' Ħidma COARM fir-rigward tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-konverġenza (b'referenza partikolari għall-Gwida tal-Utent għall-Pożizzjoni Komuni) u t-tisħiħ u l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u l-proċessi ta' approssimazzjoni jew armonizzazzjoni fi ħdan l-UE u l-involviment ta' pajjiżi terzi; |
|
33. |
Jiddispjaċih li l-pubblikazzjoni tard ħafna tat-tmintax-il rapport annwali għall-2015 f'Marzu 2017 u tad-dsatax-il rapport annwali għall-2016 fi Frar 2018; jitlob li tiġi ggarantita proċedura ta' rapportar u sottomissjoni aktar standardizzata u f'waqtha billi tiġi stabbilita skadenza stretta għat-tressiq tad-data sa mhux aktar tard minn Jannar wara s-sena li fiha jkunu saru l-esportazzjonijiet, u billi tiġi stabbilita data tal-pubblikazzjoni fissa sa mhux aktar tard minn Marzu wara s-sena tal-esportazzjonijiet; |
|
34. |
Ifakkar li skont l-Artikolu 8(2) tal-Pożizzjoni Komuni, l-Istati Membri kollha huma obbligati jirrapportaw dwar l-esportazzjoni tal-armi tagħhom, u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi tagħhom, kif stabbilit fil-Pożizzjoni Komuni; jenfasizza li data ta' kwalità għolja u diżaggregata dwar il-kunsinni effettivi hija essenzjali biex wieħed jifhem kif jiġu applikati t-tmien kriterji; |
|
35. |
Jikkritika l-fatt li għadd ta' Stati Membri ma għamlux sottomissjonijiet sħaħ għad-dsatax-il rapport annwali abbażi ta' data speċifika għall-pajjiż dettaljata; huwa mħasseb li, bħala riżultat, informazzjoni importanti hija nieqsa mir-rapport annwali COARM, li għaldaqstant mhuwiex aġġornat jew kapaċi jippreżenta stampa sħiħa tal-attivitajiet ta' esportazzjoni tal-Istati Membri; iqis li jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta' verifika u ta' rapportar standardizzata biex tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata u komprensiva; itenni t-talba tiegħu li l-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux sottomissjonijiet sħaħ jipprovdu informazzjoni addizzjonali rigward l-esportazzjonijiet tagħhom tal-passat fid-dawl tar-rapport annwali li jmiss; |
|
36. |
Jinnota li skont id-dsatax-il rapport annwali, il-kriterji invokati għal ċaħdiet kienu differenti fl-applikazzjoni tagħhom, bil-kriterju 1 jiġi invokat 82 darba, il-kriterju 2 119-il darba, il-kriterju 3 103 darbiet, il-kriterju 4 85 darba, il-kriterju 5 8 darbiet, il-kriterju 6 12-il darba, il-kriterju 7 139 darba, u l-kriterju 8 darba; jinnota bi tħassib li l-għadd ta' liċenzji miċħuda naqas fit-total u anke f'termini relattivi (0,76 % biss ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ġew miċħuda fl-2016 meta mqabbla ma' kważi 1 % fl-2015); jinnota b'diżappunt in-nuqqas kontinwu tar-rapport biex jinkludi ċifri dwar l-eżitu tal-konsultazzjonijiet dwar in-notifiki ta' ċaħda, u jistieden lill-Istati Membri jinkludu din id-data f'rapporti annwali futuri; |
|
37. |
Jissuġġerixxi li l-informazzjoni addizzjonali tinġabar mill-Istati Membri u tiġi ppubblikata kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fir-rapport annwali COARM; jissuġġerixxi wkoll li r-rapport annwali COARM ikun akkumpanjat minn sommarju li fost l-oħrajn għandu jinkludi xejriet li jistgħu jitqabblu mas-snin li għaddew u ċifri globali; |
Il-Parlament u s-soċjetà ċivili
|
38. |
Jinnota li mhux il-parlamenti nazzjonali kollha tal-UE jiskrutinizzaw id-deċiżjonijiet tal-gvern dwar il-ħruġ ta' liċenzji; jirrimarka dwar ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, li jipprevedu l-possibbiltà ta' reazzjonijiet regolari għar-Rapporti Annwali tal-UE dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi, u jappella f'dan ir-rigward għal titjib fis-sitwazzjoni attwali u għal garanzija li l-Parlament se jwieġeb għar-rapport annwali dwar COARM bir-rapport annwali tiegħu stess, li jenħtieġ li jkun barra mill-kwota; jistieden lill-parlamenti nazzjonali jiskambjaw kwalunkwe prattiki eżistenti fil-qasam tar-rappurtar u s-superviżjoni tal-esportazzjonijiet tal-armi; |
|
39. |
Jenfasizza r-rwol importanti li għandhom il-parlamenti nazzjonali, il-Parlament Ewropew, is-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni u l-assoċjazzjonijiet tal-industrija kemm fl-appoġġ kif ukoll fit-tħeġġiġ tal-istandards maqbula tal-Pożizzjoni Komuni fil-livell nazzjonali u tal-UE kif ukoll biex jistabbilixxu sistema ta' kontroll trasparenti u b'obbligu ta' rendikont; jappella, għalhekk, għal mekkaniżmu ta' kontroll trasparenti u b'saħħtu li jsaħħaħ ir-rwol tal-parlamenti u tas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali, lis-soċjetà ċivili u lill-akkademja jeżerċitaw skrutinju indipendenti tal-kummerċ tal-armi, u jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jappoġġjaw dawn l-attivitajiet, inkluż b'mezzi finanzjarji; |
|
40. |
Jenfasizza s-sinifikat u l-leġittimità tas-sorveljanza parlamentari dwar id-data relatata mal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u kif jitwettaq dak il-kontroll; jitlob, f'dan ir-rigward, għall-provvediment ta' miżuri, appoġġ u informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-funzjoni ta' sorveljanza pubblika tkun tista' titwettaq bis-sħiħ; |
|
41. |
Jissuġġerixxi li l-esportazzjonijiet ta' prodotti ffinanzjati taħt l-EDIDP u/jew il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) jenħtieġ li jiġu elenkati separatament fid-data sottomessa lill-COARM, sabiex jiġi żgurat monitoraġġ mill-qrib tal-prodotti li ġew iffinanzjati mill-baġit Ewropew; jistieden lill-Kunsill u lill-Parlament biex jaqblu dwar sistema dettaljata ta' interpretazzjoni u implimentazzjoni inkluż korp superviżorju, korp ta' sanzjonar u kumitat etiku, sabiex jiġi żgurat li l-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni jiġu applikati mill-inqas għall-prodotti ffinanzjati taħt l-EDIDP u/jew l-EDF, sabiex jiġu żgurati oqfsa ugwali tal-esportazzjoni għall-pajjiżi involuti; jemmen li l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni komuni jenħtieġ li japplikaw b'mod prospettiv għall-esportazzjonijiet kollha ta' armi mill-Istati Membri; |
Kontroll tal-armi u diżarm internazzjonali
|
42. |
Jindika l-ambizzjonijiet tal-UE li ssir attur globali għall-paċi; huwa tal-fehma li l-UE jenħtieġ li twettaq ir-responsabbiltà akbar tagħha għall-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa u fid-dinja permezz ta' mekkaniżmi mtejba ta' kontroll tal-esportazzjoni u ta' inizjattivi ta' diżarm, u li, bħala attur globali responsabbli, għandha tkun mexxejja, jiġifieri l-UE jenħtieġ li jkollha rwol attiv, fejn l-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex ifittxu pożizzjoni komuni fl-oqsma tan-nonproliferazzjoni tal-armi, id-diżarm globali u l-kontrolli tat-trasferiment tal-armi, kif ukoll fit-tisħiħ tar-riċerka u l-iżvilupp f'teknoloġiji u proċessi għall-konverżjoni minn strutturi militari għal dawk b'użu ċivili, u permezz ta' miżuri bħall-għoti ta' vantaġġi tal-esportazzjoni għall-oġġetti kkonċernati; |
|
43. |
Ifakkar li l-Istati Membri kollha huma firmatarji għat-TKA; jitlob l-universalizzazzjoni tat-TKA u biex jitpoġġa fokus ikbar fuq dawk il-pajjiżi li mhumiex firmatarji; ifaħħar ukoll l-isforzi ta' sensibilizzazzjoni rigward it-TKA u jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva tiegħu; |
|
44. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jgħinu lil pajjiżi terzi fil-ħolqien, it-titjib u l-applikazzjoni ta' sistemi ta' kontroll ta' armi f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni; |
|
45. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar sistemi ta' armi awtonomi letali (LAWS); jitlob li ssir projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti użati fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' dawn is-sistemi ta' armi; |
|
46. |
Jindika li ftehim effikaċi u internazzjonali għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi jenħtieġ li jkopri t-trasferiment kollha, inkludi t-trasferimenti bejn stati, it-trasferimenti bejn stati u utenti aħħarija mhux statali, il-kera kif ukoll is-self, id-donazzjoni jew it-trasferiment f'forma ta' għajnuna jew skont il-każ, sforzi alternattivi oħra; |
o
o o
|
47. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(1) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.
(3) ĠU L 17, 23.1.2018, p. 40.
(4) ĠU L 139, 30.5.2017, p. 38.
(6) http://www.wassenaar.org/control-lists/, “List of Dual-Use Goods and Technologies and Munitions List” (Lista ta' Prodotti u Teknoloġiji b'Użu Doppju u Lista ta' Munizzjon) skont il-Ftehim ta' Wassenaar dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni għall-Armi Konvenzjonali u l-Prodotti u t-Teknoloġiji b'Użu Doppju.
(7) It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, NU, 13-27217.
(8) ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.
(9) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.
(10) ĠU L 338, 13.12.2016, p. 1.
(11) A/HRC/35/8.
(12) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 63..
(13) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 178.
(14) ĠU C 35, 31.1.2018, p. 142.
(15) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 146.
(16) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 104.
(17) ĠU C 285, 29.8.2017, p. 110.
(18) “Trends in international arms transfers” (Tendenzi internazzjonali dwar trasferimenti ta' armi), 2017 (Skeda Informattiva tas-SIPRI, Marzu 2018).
(19) http://enaat.org/eu-export-browser/licence.en.html
(20) “Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'saħħitha. Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni”, Brussell, Ġunju 2016.
(21) “It-Tnedija tal-Fond Ewropew għad-Difiża”, COM(2017)0295, 7 ta' Ġunju 2017.
(22) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52016XG0406(01)&from=MT
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/45 |
P8_TA(2018)0456
Il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (2018/2886(RSP))
(2020/C 363/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (1) (DRF), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, il-Kumitat tal-Ministri, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2018 tas-17 ta’ Lulju 2018 dwar il-proposta tat-2 ta' Mejju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2018 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 bit-titlu “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt” (COM(2014)0158), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar l-istat tad-dritt f'Malta (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-19 ta' April 2018 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u ta' Martina Kušnírová (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu fil-plenarja dwar l-istat tad-dritt fir-Rumanija, li sar fit-3 ta' Ottubru 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE fl-2016 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (COM(2018)0322), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u billi dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha; |
|
B. |
billi l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali huma f'relazzjoni trijangolari, li jsaħħu lil xulxin u flimkien jissalvagwardjaw il-qalba kostituzzjonali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; |
|
C. |
billi fl-2014, il-Kummissjoni stabbiliet qafas tal-istat tad-dritt; billi dan il-qafas intuża darba biss, u billi dan l-istrument wera li ma kienx biżżejjed biex jipprevjeni jew jirrimedja t-theddid għall-istat tad-dritt; |
|
D. |
billi l-Unjoni Ewropea m'għandhiex mekkaniżmu oġġettiv u permanenti fis-seħħ biex timmonitorja d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha; |
|
E. |
billi t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2018 tindika li għad hemm sfidi f'termini tal-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri kif ukoll f'termini tal-impatt ta' ċerti riformi mwettqa fl-Istati Membri; |
|
F. |
billi hemm għadd kbir ta' proċeduri ta' ksur pendenti fil-qasam tal-ġustizzja, tad-drittijiet fundamentali u taċ-ċittadinanza (7); |
|
G. |
billi l-FRA ppubblikat diversi rapporti li jenfasizzaw l-isfidi għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fi Stati Membri varji, dwar kwistjonijiet li jinkludu l-ispazju dejjem jiċkien għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa (8); |
|
H. |
billi kien hemm reazzjonijiet ad hoc għat-theddid għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u dan wassal għal approċċi differenti ħafna fi Stati Membri differenti; |
|
I. |
billi l-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE inbdiet mill-Kummissjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Polonja, u l-istess proċedura nbdiet mill-Parlament Ewropew fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ungerija; |
|
J. |
billi l-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern stabbilixxa Grupp ta' Monitoraġġ dwar l-Istat tad-Dritt li beda l-ħidma tiegħu fir-rigward tal-qtil ta' ġurnalisti investigattivi u l-istat tad-dritt; |
|
K. |
billi dawn ir-reazzjonijiet tal-UE huma primarjament reattivi aktar milli preventivi, u huma mxekkla mill-attenzjoni inugwali u politiċizzata li qiegħda tingħata għall-isfidi tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fi Stati Membri differenti; |
|
L. |
billi fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324), |
|
M. |
billi l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2018 dwar il-proposta għal regolament enfasizzat il-ħtieġa li jiġu ċċarati aktar is-sorsi ta' gwida u proċeduri li abbażi tagħhom jistgħu jiġu stabbiliti nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri; |
|
N. |
billi rapporti preċedenti tal-UE dwar il-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u r-rapporti tal-pajjiżi tas-Semestru Ewropew tal-2018 jindikaw tħassib serju fir-rigward tal-korruzzjoni f'diversi Stati Membri, u għaldaqstant qiegħda titnaqqar il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet u fl-istat tad-dritt; |
|
O. |
billi l-isfidi għall-istat tad-dritt u għad-demokrazija fl-Istati Membri qegħdin ipoġġu f'riskju l-fiduċja reċiproka fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, li hija bbażata fuq is-suppożizzjoni konfutabbli (praesumptio iuris tantum); |
|
P. |
billi l-isfidi għall-istat tad-dritt u għad-demokrazija fl-Istati Membri qegħdin ipoġġu f'riskju l-leġittimità tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-politiki tagħha dwar l-adeżjoni u l-viċinat; |
|
Q. |
billi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni huma obbligati li jirrispettaw, jipproteġu u jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; |
|
R. |
billi l-Unjoni għadha ma aderixxietx mal-KEDB, minkejja l-obbligu tagħha li tagħmel dan skont l-Artikolu 6(2) tat-TUE; |
|
S. |
billi l-Kummissjoni u l-Kunsill ma ħadux azzjoni fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u s'issa rrifjutaw li jadottaw il-ftehim interistituzzjonali dwar il-Patt tal-UE għad-DRF; |
|
1. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni għadha ma ppreżentatx proposta għal mekkaniżmu komprensiv tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel dan, b'mod partikolari billi tipproponi l-adozzjoni tal-ftehim interistituzzjonali dwar il-Patt tal-UE għad-DRF fl-inizjattiva mhux leġiżlattiva tagħha li jmiss biex issaħħaħ l-infurzar tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea; |
|
2. |
Itenni t-talba tiegħu għal mekkaniżmu tal-UE komprensiv, permanenti u oġġettiv għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u jissottolinja li tali mekkaniżmu huwa meħtieġ b'mod aktar urġenti aktar minn qatt qabel; |
|
3. |
Itenni l-elementi ewlenin ta' tali mekkaniżmu kif propost mill-Parlament fil-forma ta' Patt Interistituzzjonali għad-DRF, li jikkonsisti f'rieżami annwali bbażat fuq l-evidenza u mhux diskriminatorju li jivvaluta, fuq bażi ugwali, il-konformità tal-Istati Membri kollha tal-UE mal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, b'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (ir-Rapport Ewropew dwar id-DRF) li jkun segwit b'dibattitu interparlamentari, u Ċiklu ta' Politika dwar id-DRF fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE; |
|
4. |
Itenni li r-Rapport Ewropew dwar id-DRF irid jinkorpora u jikkomplementa strumenti eżistenti, b'mod partikolari t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja, l-Istrument ta' Sorveljanza tal-Pluraliżmu tal-Midja, ir-Rapport Kontra l-Korruzzjoni u l-proċeduri ta' evalwazzjoni bejn il-pari abbażi tal-Artikolu 70 tat-TFUE u jissostitwixxi l-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika għall-Bulgarija u r-Rumanija; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippubblikax ir-Rapport tal-UE Kontra l-Korruzzjoni fl-2017; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra torbot ir-regolament propost tagħha dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ma' mekkaniżmu tal-UE komprensiv, permanenti u oġġettiv għall-protezzjoni tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittjiet fundamentali; |
|
6. |
Jistieden lill-Kunsill jaqbel li jimpenja ruħu għall-ftehim interistituzzjonali dwar il-Patt għad-DRF, u jappoġġja proposti ulterjuri tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; |
|
7. |
Iqis li, jekk il-Kummissjoni u l-Kunsill ikomplu jirrifjutaw l-istabbiliment ta' Patt għad-DRF, il-Parlament jista' jieħu l-inizjattiva li jniedi rapport pilota dwar id-DRF u dibattitu interparlamentari; |
|
8. |
Jistieden lill-Kunsill jassumi sew ir-rwol istituzzjonali tiegħu fil-proċeduri li għaddejjin bħalissa fil-qafas tal-Artikolu 7(1) tat-TUE, jinforma lill-Parlament immedjatament u b'mod sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura, u jistieden lill-Parlament jippreżenta l-proposta motivata tiegħu lill-Kunsill; |
|
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, u lill-parlament u l-gvernijiet tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni biex titqassam lill-parlamenti u l-kunsilli sottonazzjonali. |
(1) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0340.
(3) Testi Adottati, P8_TA(2018)0055.
(4) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 29.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0183.
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0056.
(7) http://ec.europa.eu/atwork/applying-eu-law/infringements-proceedings/infringement_decisions/index.cfm?lang_code=EN&typeOfSearch=true&active_only=1&noncom=0&r_dossier=&decision_date_from=&decision_date_to=&PressRelease=true&DG=JUST&title=&submit=Search
(8) Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, Challenges facing civil society organisations working on human rights in the EU (L-isfidi li jiffaċċjaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE), Vjenna, 18 ta' Jannar 2018.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/49 |
P8_TA(2018)0457
Implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia (2017/2282(INI))
(2020/C 363/07)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 8 u t-Titolu V, b'mod partikolari l-Artikoli 21, 22, 36 u 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), kif ukoll il-Parti Ħamsa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Georgia, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ b'mod sħiħ fl-1 ta' Lulju 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014 li jinkludu l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (1), u tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni / Żoni ta' Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna (2), ir-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar is-Sħubija tal-Lvant (3) u r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georgia (4), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar it-territorji okkupati tal-Georgia għaxar snin wara l-invażjoni Russa (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali annwali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Georgia, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-9 ta' Novembru 2017 dwar ir-Rapport rigward l-Implimentazzjoni tal-Assoċjazzjoni dwar il-Georgia [traduzzjoni mhux uffiċjali] (SWD(2017)0371), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tas-Summits tas-Sħubija tal-Lvant, l-aktar reċenti dik tal-24 ta' Novembru 2017 fi Brussell, |
|
— |
wara li kkunsidra l-qafas ta' kooperazzjoni “20 riżultat konkret għall-2020” stabbiliti matul is-summit ta' Riga fl-2015 u l-promozzjoni ta' ekonomija, governanza, konnettività u soċjetà aktar b'saħħithom, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas ta' Appoġġ Uniku għall-appoġġ tal-UE lill-Georgia (2017-2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tar-raba' laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia tal-5 ta' Frar 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżiti tal-laqgħat tal-assemblea ta' Euronest, l-aktar reċenti dawk ta' bejn il-25 u s-27 ta' Ġunju 2018, li rriżultaw f'seba' riżoluzzjonijiet u jappellaw lill-UE biex iżżid l-isforzi tagħha ta' medjazzjoni fil-kunflitti ffriżati, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali u r-rakkomandazzjonijiet tas-sitt laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia li saret fis-26 ta' April 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-tielet laqgħa tal-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Georgia tat-22 ta' Marzu 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kummissjoni taħt il-mekkaniżmu ta' sospensjoni tal-eżenzjoni ta' viża, ippubblikat fl-20 ta' Diċembru 2017 (COM(2017)0815), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni finali tal-Kummissjoni ta' Venezja tad-19 ta' Marzu 2018 dwar ir-riforma kostituzzjonali tal-Georgia (CDL-AD(2018)005), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-21 ta' Settembru 2015 intitolat “Gender Equality and Women's Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020” (L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020) (SWD(2015)0182), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tat-2 ta' Lulju 2015 minn Transparency International intitolat “The State of Corruption: Armenia, Azerbaijan, Georgia, Moldova and Ukraine” (L-Istat ta' Korruzzjoni: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudji esperti magħmula għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, inkluż l-istudju dwar “The electoral reforms in three association countries of the Eastern Neighbourhood – Ukraine, Georgia and Moldova and their impact on political developments in these countries” (Ir-riformi elettorali fi tliet pajjiżi assoċjati tal-Viċinat tal-Lvant – l-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova u l-impatt tagħhom fuq l-iżviluppi politiċi f'dawn il-pajjiżi), ippubblikat fis-26 ta' Ottubru 2017 (6), l-istudju intitolat “Association agreements between the EU and Moldova, Georgia and Ukraine” (Ftehimiet ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna), ippubblikat fit-28 ta' Ġunju 2018 (7) u l-istudju komparattiv intitolat “The Development of an Institutional Framework for the Implementation of the Association Agreements in Georgia, Moldova and Ukraine: a comparative perspective” (L-Iżvilupp ta' Qafas Istituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna: perspettiva komparattiva), ippubblikat f'Settembru 2018 (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0320/2018), |
|
A. |
billi r-relazzjonijiet UE-Georgia qed jiġu approfonditi kontinwament permezz ta' kisbiet ġodda maġġuri f'konformità mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia, maż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) u mal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni, inkluż id-dħul fis-seħħ tas-sistema mingħajr viża u l-adeżjoni tal-Georgia mal-Komunità tal-Enerġija; |
|
B. |
billi r-rispett sħiħ għall-valuri ewlenin, li jinkludu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u anke d-drittijiet tal-minoranzi, jirrappreżenta pedament għal aktar integrazzjoni Ewropea; |
|
C. |
billi s-sitwazzjoni umanitarja u l-iżolament tar-reġjuni okkupati tal-Ossezja tan-Nofsinhar u l-Abkażja għadhom jirrappreżentaw waħda mill-isfidi ewlenin għall-Georgia; |
|
D. |
billi l-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni għall-2017 ta' Transparency International juri li għad hemm riżultati tajbin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; |
|
E. |
billi l-Istrateġija Nazzjonali l-ġdida dwar il-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata tal-2017-2020 u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha, adottata fl-2017, jiffokaw fuq il-ġlieda kontra l-hekk imsejħin “thieves in law”, fuq it-tranżitu tad-drogi narkotiċi u ċ-ċiberkriminalità, u fuq l-introduzzjoni tal-pulizija fil-komunità u bbażata fuq l-analiżi; |
|
F. |
billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul, li ngħatat il-mandat biex tipprevjeni u tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika, daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017 u billi ġiet stabbilita Kummissjoni Bejn l-Aġenziji dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, il-Vjolenza kontra n-Nisa u l-Vjolenza Domestika; |
|
G. |
billi l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa ta' Reporters Without Borders juri titjib żgħir, bil-Georgia timxi 'l fuq mill-64 post fl-2017 għall-61 post fl-2018; |
|
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-direzzjoni meħuda tar-riforma u l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u d-DCFTA, li stabbilixxiet lill-Georgia bħala sieħeb ewlieni tal-UE fir-reġjun; jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jkomplu jiżguraw l-istabbiltà, aktar riformi demokratiċi u t-titjib ekonomiku u soċjali għall-tal-Georgia, li huma milquta mill-faqar, mill-qgħad u mil-livell għoli ta' emigrazzjoni ekonomika, bħala fattur ewlieni biex jikkonvinċi lin-nies fit-triq lejn is-sovranità tal-Georgia u l-integrità territorjali fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment, u lejn it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Georgia; |
|
2. |
Jinnota b'sodisfazzjon li l-aġenda Ewropea tal-Georgia għadha tgawdi l-approvazzjoni bejn il-partiti u l-appoġġ tal-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Georgia; jirrimarka li skont l-Artikolu 49 tat-TUE u f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017, kwalunkwe Stat Ewropew jista' japplika biex isir membru tal-UE, dment li jkun jirrispetta l-kriterji ta' Copenhagen; ifakkar, sadanittant, fil-proposta ta' politika “Sħubija tal-Lvant Plus” (EaP+) irrakkomandata mill-Parlament sabiex jinfetħu perspettivi addizzjonali; jilqa' l-inizjattiva tal-Gvern tal-Georgia li jabbozza Pjan Direzzjonali għall-Integrazzjoni tal-UE li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet attwali bejn l-UE u l-Georgia; jilqa' l-impenn attiv tal-Georgia fl-attivitajiet tal-pjattaformi multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant; |
|
3. |
Ifaħħar lill-awtoritajiet tal-Georgia għall-kampanji ta' informazzjoni rikorrenti tagħhom dwar il-benefiċċji u l-opportunitajiet ekonomiċi li jirriżultaw mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u mid-DCFTA u għall-assistenza li pprovdew fil-ġestjoni tal-adattamenti meħtieġa; |
Il-qafas istituzzjonali fis-seħħ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni
|
4. |
Jinnota li l-appoġġ tal-UE lill-Georgia se jilħaq bejn EUR 371 miljun u EUR 453 miljun għall-2017-2020, b'fondi addizzjonali disponibbli skont il-prinċipju “aktar għal aktar” f'konformità mal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi din l-assistenza b'mod proporzjonat lill-kapaċità ta' assorbiment u lill-isforzi għar-riforma tal-Georgia; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Georgia li tnaqqas l-għadd totali ta' ministeri minn 14 għal 11 bl-għan ta' ottimizzazzjoni funzjonali u ta' tnaqqis fl-ispejjeż, u jilqa' d-deċiżjoni tal-Gvern tal-Georgia li jerġa' jalloka t-tfaddil li jirriżulta għas-settur tal-edukazzjoni; |
|
5. |
Jappella għal involviment aktar b'saħħtu tal-Prim Ministru u tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin biex jipprovdi sorveljanza politika ta' livell għoli għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, notevolment permezz tas-semplifikazzjoni tal-istrutturi rilevanti tal-gvern, il-koordinazzjoni u s-sinkronizzazzjoni tal-pjanijiet tal-ministeri kompetenti u l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom; jilqa' l-inkorporazzjoni tal-Uffiċċju tal-Ministru tal-Istat għall-Integrazzjoni Ewropea fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin; jissuġġerixxi, madankollu, li dik is-sjieda tal-integrazzjoni Ewropea għandha tiġi kondiviża fost l-apparat ministerjali kollu; |
|
6. |
Jilqa' l-adozzjoni ta' verżjoni fuq tliet snin tal-Pjan ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA, u jistieden lill-awtoritajiet ifasslu strateġija ta' riforma li tikkomplementa dawn il-Pjanijiet, li tiffoka fuq ir-riżultati lil hinn mil-leġiżlazzjoni u mit-taħriġ tal-persunal, u li tibbaża fuq valutazzjoni tal-impatt mill-esperti, li għandha tindirizza wkoll il-kooperazzjoni interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Gvern u l-amministrazzjoni presidenzjali; iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, lill-Parlament tal-Georgia biex iżid il-kontrolli ta' konformità tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' abbozzi ta' proposti għal riformi domestiċi; |
|
7. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Georgia tassenja persunal ikkwalifikat ħafna biex timplimenta l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni; jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet tal-Georgia jiggarantixxu li l-unitajiet strutturali li jittrattaw kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea fil-ministeri kollha jkunu mgħammra b'għadd suffiċjenti ta' uffiċjali kwalifikati speċifikament; jistieden lis-SEAE u/jew lill-Kummissjoni jipprovdu assistenza fil-bini ta' kapaċità u fit-taħriġ tal-uffiċjali tal-Georgia li jittrattaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA; |
|
8. |
Jilqa' l-istabbiliment tal-Assemblea Interparlamentari tal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna u jħeġġeġ lil din l-assemblea biex twettaq skrutinju fuq l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni; |
|
9. |
Iħeġġeġ lis-SEAE u/jew lill-Kummissjoni jagħtu spinta lill-kapaċitajiet interni biex itejbu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' żieda fir-riżorsi umani ddedikati b'għarfien espert profond tas-sistema amministrattiva u legali tal-Georgia, kif ukoll biex jimxu lejn valutazzjoni kwalitattiva tal-progress, partikolarment permezz tal-introduzzjoni ta' proċessi ta' skrinjar, li jippermettu li jiġi vvalutat il-livell ta' allinjament mal-acquis tal-UE, kif jirrikjedi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; |
|
10. |
Jissottolinja r-rwol kruċjali li s-soċjetà ċivili, inklużi s-sħab soċjali, jiżvolġu fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bħala atturi li jissorveljaw ir-riformi u jilqa' l-isforzi tagħhom fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehim; jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jiżguraw li r-riformi skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA jitwettqu bl-involviment sħiħ tal-awtoritajiet lokali u tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili kif ukoll tas-sħab soċjali dwar il-kwistjoni tal-kisba ta' mudell soċjali “Ewropew”, u jistieden lill-awtoritajiet u lill-UE jiżguraw l-aċċess tagħhom, u dik tal-popolazzjoni f'żoni periferali, għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; |
|
11. |
Jenfasizza l-importanza ta' komunikazzjoni proattiva għaċ-ċittadini tal-Georgia dwar il-benefiċċji u l-għanijiet tanġibbli tas-Sħubija tal-Lvant kif ukoll il-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni permezz ta' informazzjoni bbażata fuq il-fatti, aċċessibbli u ta' kwalità għolja bil-lingwi kollha tal-pajjiż sieħeb; jistieden lill-Georgia, bl-appoġġ tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, biex issaħħaħ l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha; |
|
12. |
Jilqa' l-ftuħ, fl-4 ta' Settembru 2018, tal-Iskola Ewropea tas-Sħubija tal-Lvant bi Programm Internazzjonali tal-Baċellerat għall-istudenti mill-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant f'Tbilisi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jtejbu r-rwol tal-istudji Ewropej fil-kurrikuli regolari tal-iskejjel u l-universitajiet; |
|
13. |
Jappoġġja s-sejbiet u l-konklużjonijiet preliminari dwar l-ewwel ċiklu tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2018 fil-Georgia kif ippreżentati mill-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali, inkluża d-delegazzjoni tagħha tal-Parlament Ewropew; jilqa' n-natura kompetittiva tal-elezzjonijiet u n-nuqqas ta' każijiet ta' vjolenza; jiddeplora l-okkupazzjoni tar-Russja tal-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-Abkażja, kif ukoll id-deċiżjoni tal-awtoritajiet li qed jirregolaw de facto fin-Nofsinhar tal-Ossezja biex jagħlqu l-fruntiera amministrattiva mal-Georgia, u b'hekk jipprevjenu lil ħafna ċittadini Georgjani milli jitfgħu l-vot tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet u lill-partiti politiċi jindirizzaw il-kwistjonijiet ta' tħassib qabel it-tieni ċiklu, b'mod partikolari l-użu ħażin tar-riżorsi tal-Istat, il-limiti eċċessivament għoljin fuq il-finanzjament tal-kampanji u l-fatt li l-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili huma fil-mira ta' attakki verbali intensi minn persuni f'karigi għoljin; |
Djalogu politiku
|
14. |
Itenni l-fatt li l-pożizzjoni tal-UE dwar ir-riforma kostituzzjonali tal-Georgia tikkoinċidi mal-valutazzjoni ġenerali pożittiva tal-Kummissjoni ta' Venezja; jiddispjaċih għall-posponiment tal-implimentazzjoni ta' sistema elettorali kompletament proporzjonali sal-2024; itenni r-rieda tiegħu li josserva elezzjonijiet futuri fil-Georgia u li jgħin lill-awtoritajiet tal-Georgia fis-segwitu u fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li se jiġu ppreżentati; itenni li l-għamla tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali għandha tkun ħielsa minn influwenza politika u li l-perjodu ta' qabel l-elezzjoni għandu jkun ħieles minn kwalunkwe użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi; jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jwettqu investigazzjoni sinifikanti dwar l-inċidenti vjolenti politikament motivati matul l-elezzjonijiet parlamentari tal-2016; |
|
15. |
Jappoġġja t-tisħiħ demokratiku tal-istituzzjonijiet politiċi tal-Georgia u huwa ddedikat biex jgħin f'dan il-qasam; jinnota li l-Georgia hija fost il-ftit pajjiżi fejn il-fergħat kollha ta' setgħa huma involuti fis-Sħubija ta' Governanza Miftuħa; jissottolinja l-importanza li titkompla aġenda ambizzjuża ta' riforma mmirata lejn in-newtralità politika tal-istituzzjonijiet tal-Istat u tal-persunal tagħhom; jisħaq fuq ir-rwol tal-oppożizzjoni f'sistema parlamentari u jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiddaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi aktar rigorużi għall-iskrutinju tal-eżekuttiv, inkluż permezz tal-kapaċità tal-Membri tal-Parlament li jagħmlu mistoqsijiet lill-ministri u lill-Prim Ministru fuq bażi regolari sabiex iżommuhom responsabbli; |
|
16. |
Jilqa' l-implimentazzjoni effettiva tar-reġim ħieles mill-viża għaċ-ċittadini tal-Georgia mis-27 ta' Marzu 2017; jieħu nota tal-konformità tal-Georgia mal-punti referenzjarji tal-liberalizzazzjoni tal-viża u jħeġġeġ il-monitoraġġ regolari tagħhom sabiex tiġi żgurata konformità kontinwa; jinnota li l-introduzzjoni ta' reġimi mingħajr viża ġġib riżultati pożittivi f'termini tal-iżvilupp ta' kuntatti bejn il-popli; ifaħħar lill-Georgia dwar il-miżuri li ħadet biex tindirizza fil-pront il-ksur ta' reġim mingħajr viża, u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jirrikonoxxu lill-Georgia bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu; jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji ta' infurzar tal-Georgia u tal-Istati Membri tal-UE; |
|
17. |
Jilqa' l-implimentazzjoni kontinwa tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-Georgia dwar il-Migrazzjoni u t-tisħiħ tar-riabilitazzjoni tas-setturi fi fruntiera mat-Turkija u l-Ażerbajġan; |
|
18. |
Jappoġġja lill-Georgia fit-tfittxija tagħha għal politika ta' riżoluzzjoni paċifika ta' kunflitti, rikonċiljazzjoni u impenn u fil-parteċipazzjoni kostruttiva tagħha fid-Diskussjonijiet Internazzjonali ta' Ġinevra; jilqa' l-isforzi tal-Georgia biex jinżamm djalogu mar-Russja; ifaħħar l-inizjattiva bit-titlu “A Step to a Better Future” (Pass għal Futur Aħjar), ippreżentata fl-4 ta' April 2018, bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet umanitarji u soċjoekonomiċi tal-popolazzjonijiet li jgħixu f'reġjuni okkupati u li jitrawmu il-kuntatt bejn il-popli u l-bini ta' kunfidenza bejn komunitajiet diviżi; |
|
19. |
Ifakkar b'dispjaċir fil-fatt li, wara 10 snin, il-Federazzjoni Russa għadha għaddejja bl-okkupazzjoni illegali tagħha ta' territorji tal-Georgia, u jtenni l-appoġġ inekwivokabbli tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia; jieħu nota tal-kawża tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) kontra r-Russja dwar l-użu ta' miżuri ta' koerċizzjoni kontra persuni li jgħixu fl-Abkażja u fl-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-adozzjoni mill-Parlament tal-Georgia ta' riżoluzzjoni li tistabbilixxi lista sewda Otkhozoria-Tatunashvili ta' persuni ħatja ta' qtil, ħtif, tortura jew trattament inuman jew li jinsabu taħt investigazzjoni għal dawn ir-reati; jisħaq li l-komunità internazzjonali jeħtiġilha tieħu pożizzjoni konsistenti, koordinata, magħquda u soda kontra l-okkupazzjoni u l-politika ta' annessjoni tar-Russja; |
|
20. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jagħmlu aktar sforzi biex jegħlbu l-ostakli eżistenti u jippruvaw jestendu l-benefiċċji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u tad-DCFTA għall-popolazzjonijiet tal-Abkażja u tar-Reġjun ta' Tskhinvali/l-Ossezja tan-Nofsinhar billi jtejbu l-komunikazzjoni dwar l-opportunitajiet il-ġodda li ġejjin mill-ftehim u jiżviluppaw proġetti ad hoc ta' kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika fil-livell lokali; |
|
21. |
Ifaħħar il-parteċipazzjoni kontinwa tal-Georgia f'operazzjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet ċivili u militari fil-qafas tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żviluppat ulterjorment djalogu ta' livell għoli dwar kwistjonijiet ta' sigurtà bejn l-UE u l-Georgia, b'mod partikolari dwar il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, l-estremiżmu vjolenti, il-propaganda u t-theddid ibridu; |
L-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-libertà tal-midja
|
22. |
Jirrikonoxxi r-riżultati tal-Georgia fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni f'livell baxx u medju li jwasslu għal klassifikazzjoni reġjonali tajba fl-indiċijiet tal-perċezzjoni; jenfasizza madankollu li l-korruzzjoni minn persuni ta' livell għoli għadha kwistjoni serja; ifaħħar l-implimentazzjoni mill-Georgia tal-Istrateġija kontra l-Korruzzjoni u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha; jistieden lill-Georgia tiżgura li l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni tkun indipendenti, ħielsa minn kull interferenza politika u separata mis-Servizz tas-Sigurtà tal-Istat; itenni l-importanza ta' separazzjoni effettiva tas-setgħat u dissoċjazzjoni ċara bejn il-politika u l-interessi ekonomiċi, u jisħaq li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tirrikjedi ġudikatura indipendenti u rekord stabbli ta' investigazzjonijiet f'każijiet ta' livell għoli ta' korruzzjoni, li għad iridu jiġu stabbiliti; jikkunsidra lill-Georgia bħala sieħeb importanti tal-UE f'oqsma differenti ta' kooperazzjoni bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; |
|
23. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jdaħħlu fis-seħħ mekkaniżmu indipendenti u effettiv fih innifsu, separat mill-awtorità tal-uffiċċju tal-prosekutur ġenerali, għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' abbuż minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi sabiex jindirizzaw in-nuqqas persistenti ta' responsabbiltà; jilqa', għalhekk, il-ħolqien tas-Servizz tal-Ispettur tal-Istat għall-investigazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi; |
|
24. |
Jinsab ferm imħasseb dwar il-pressjoni li t-Turkija qed teżerċita fuq ir-residenti Torok fil-Georgia, kif ukoll fuq istituzzjonijiet edukattivi, minħabba l-affiljazzjoni allegata tagħhom mal-moviment Gülen; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jsegwu dan il-każ mill-qrib, filwaqt li jiżguraw li l-proċeduri ġudizzjarji u kwalunkwe azzjoni li tittieħed ikunu kompletament konformi mal-prinċipji u l-istandards Ewropej; iħeġġeġ lill-UE tappoġġja u tgħin lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex jirreżistu l-pressjoni li saret matul dawn l-aħħar xhur, b'mod partikolari, mit-Turkija; |
|
25. |
Jieħu nota tar-riforma ġudizzjarja li għaddejja u tas-sinjali ta' imparzjalità u trasparenza akbar tal-ġudikatura, iżda jfakkar fit-tħassib tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar l-emendi leġiżlattivi proposti li ma jiżgurawx in-newtralità politika tal-Kunsill tal-Avukati tal-Prosekuzzjoni tal-Georgia; jitlob li l-miżuri kollha meħtieġa biex tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja – inkluż permezz ta' tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva – jiġu stabbiliti u biex tiġi garantita l-indipendenza sħiħa tal-Ġudikatura u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur, u jitlob li jkun hemm skrutinju demokratiku tal-Ministeru għall-Intern, inklużi s-servizzi tal-pulizija u tas-sigurtà, li jeħtieġu tiġdid u riforma, ukoll bil-ħsieb li tiġi garantita t-trasparenza, partikolarment f'termini tal-għażla, il-ħatra u l-promozzjoni tal-imħallfin kif ukoll fi proċedimenti dixxiplinari li jappartjenu għalihom; |
|
26. |
Jissottolinja l-importanza tar-riformi li għaddejjin bħalissa fl-amministrazzjoni pubblika; jilqa' l-Liġi dwar is-Servizz Ċivili li għadha kif ġiet adottata u jistenna l-implimentazzjoni rapida tagħha bil-għan li tiġi żgurata żieda sostenibbli fil-fiduċja tal-pubbliku; |
|
27. |
Jinnota bi tħassib li l-Gvern tal-Georgia naqas milli jadotta leġiżlazzjoni ġdida biex itejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni; jiddeplora l-fatt li r-riforma proposta tillimita aktar l-aċċess f'dan il-qasam; jistieden lill-Gvern tal-Georgia jiżgura aċċess effettiv għall-informazzjoni pubblika; ifakkar li dan huwa impenn essenzjali li sar fi ħdan il-qafas tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; |
|
28. |
Iħeġġeġ lill-gvern tal-Georgia biex isegwi l-implimentazzjoni tar-riforma fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; |
|
29. |
Jilqa' l-adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata; |
|
30. |
Jistieden lill-Parlament tal-Georgia biex jikkunsidra pakkett ta' emendi mmirati lejn ir-riforma fil-leġiżlazzjoni dwar il-politika dwar id-droga f'konformità mad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tat-30 ta' Novembru 2017; |
|
31. |
Jilqa' l-approvazzjoni tal-Parlament tal-Georgia għal pakkett ta' liġijiet biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-priġunieri; |
Rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali
|
32. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jkomplu jħaddmu l-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-pajjiż u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom f'fora multilaterali; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' progress fl-investigazzjoni tal-ħtif tal-ġurnalist Ażerbajġani Afgan Mukhtarli minn Tbilisi, fatt li wera ħafna nuqqasijiet fir-rigward tal-funzjonament tas-servizzi tas-sigurtà, inkluża l-interferenza politika partiġjana; jistieden lill-Gvern tal-Georgia jasal għal konklużjoni rapida u kredibbli għall-investigazzjoni, u jenfasizza l-ħtieġa li l-Georgia tiżgura ambjent bla periklu u sigur għal difensuri tad-drittijiet tal-bniedem residenti fit-territorju tagħha biex tiżgura li dawn l-azzjonijiet ma jerġgħux iseħħu; |
|
33. |
Jinnota s-sentenza tal-QEDB tat-28 ta' Novembru 2017 fir-rigward tal-ex Prim Ministru Vano Merabishvili, li stabbiliet ksur tal-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem billi segwiet “aġenda moħbija” u “motivi ulterjuri” meta ġie arrestat l-ex Prim Ministru; |
|
34. |
Jisħaq fuq l-importanza ta' politika u mekkaniżmi ċari, trasparenti u bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-kumpens għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem impenjati matul amministrazzjonijiet preċedenti, bl-assigurazzjoni li dan il-proċess jirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-proċess dovut; |
|
35. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jieħdu passi ulterjuri sabiex jitħarsu l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli, billi jiġu miġġielda d-diskors ta' mibegħda u d-diskriminazzjoni, inkluż fis-suq tax-xogħol permezz ta' Kodiċi dwar ix-Xogħol emendat, kontra persuni LGBTQI, persuni Rom, persuni li jgħixu bl-HIV/AIDS, persuni b'diżabilità u minoranzi oħra; jitlob, b'mod partikolari, lill-Georgia tarmonizza l-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li rratifikat fl-2014; jilqa' r-ratifika tal-Georgia tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), kif ukoll l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Lingwa Uffiċjali u l-Istrateġija tal-Istat għall-Ugwaljanza Ċivika u l-Integrazzjoni, u jitlob li ssir l-implimentazzjoni rapida tagħhom u li jinħoloq mekkaniżmu effiċjenti ta' monitoraġġ; |
|
36. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jieħdu passi ulterjuri biex jipproteġu lin-nisa kontra kull forma ta' vjolenza, abbuż sesswali u fastidju fuq ix-xogħol u f'postijiet pubbliċi, u biex iżidu n-numru ta' nisa fis-suq tax-xogħol u fil-politika fejn għadhom mhumiex rappreżentati biżżejjed; |
|
37. |
Jappella għal tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, li tinkludi l-prevenzjoni tal-vjolenza fuq it-tfal, l-aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal kollha, inklużi dawk b'diżabilità; itenni r-responsabbiltà tal-Gvern tal-Georgia biex jissorvelja bir-reqqa s-sitwazzjoni tat-tfal fl-orfanatrofji u l-istituzzjonijiet residenzjali reliġjużi; |
|
38. |
Ifakkar fl-importanza tal-mezzi tal-massa ħielsa u indipendenti, tal-indipendenza editorjali kif ukoll tal-pluraliżmu u t-trasparenza tas-sjieda fl-ambjent medjatiku bħala prinċipji demokratiċi ewlenin; jinnota b'sodisfazzjon it-titjib fil-Georgia kif rifless fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018 stabbilit mir-Reporters mingħajr fruntieri; jissottolinja l-politiċizzazzjoni tal-kontenut tal-midja; ifakkar fil-każ tal-istazzjon tat-TV Rustavi 2; |
Kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali
|
39. |
Jilqa' l-enfasi li saret fuq il-ħolqien tal-impjiegi kif ukoll fuq id-drittijiet tal-ħaddiema, b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni tal-liġi dwar is-sikurezza okkupazzjonali biex jiġi indirizzat b'mod effettiv l-ammont drammatiku ta' nies li jkollhom inċidenti fuq il-post tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Parlament tal-Georgia jwessa' l-ambitu tal-liġi biex jiġu evitati l-eżenzjonijiet; ifakkar lill-awtoritajiet tal-Georgia dwar l-obbligu li jirrispettaw l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tax-xogħol, u jenfasizza l-ħtieġa li d-Dipartiment ta' Spezzjoni dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol jiġi ttrasformat f'sistema sħiħa u indipendenti ta' spezzjonijiet tax-xogħol allinjata mal-konvenzjoni 81 tal-ILO sabiex tittejjeb is-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u jitnaqqas ix-xogħol mhux iddikjarat; jitlob li l-impjegaturi jieqfu jiddiskriminaw kontra dawk li jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom tat-trade unions; huwa mħasseb dwar it-tħaddim tat-tfal u dwar in-nuqqas ta' libertà ta' assoċjazzjoni għat-trejdjunjins; ifakkar li skont ir-rekwiżiti tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni s-sikurezza okkupazzjonali hija ta' importanza kritika; |
|
40. |
Jinnota li l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali tal-Georgia, billi tirrapreżenta kważi terz tal-kummerċ totali, kif ukoll bħala l-aktar donatur sinifikanti u l-akbar sors ta' investiment barrani dirett; jilqa' l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali ewlenin immirati lejn it-titjib tal-ambjent ekonomiku u tan-negozju u l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji pprovduti mid-DCFTA; jinnota b'mod pożittiv il-progress li għamlet il-Georgia fl-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha fl-oqsma relatati mal-kummerċ, inklużi l-miżuri sanitarji u fitosanitarji, iżda jappella għal aktar progress fis-sikurezza tal-ikel; jissottolinja l-importanza ta' riformi strutturali kontinwi marbuta mat-titjib tal-klima ta' investiment fil-Georgia; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-Georgia jiggarantixxu tqassim ġust tar-riżultati tat-tkabbir ekonomiku tal-Georgia fost il-popolazzjoni, u tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għall-benefiċċju tal-SMEs; |
|
41. |
Jinnota b'sodisfazzjon li għadd ta' prodotti ġodda bdew jiġu esportati lejn l-UE, għalkemm l-esportazzjonijiet tal-Georgia għadhom fil-biċċa l-kbira tagħhom komoditajiet agrikoli u materja prima; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Georgia sabiex tidentifika dawk l-oqsma li jistgħu jrawmu aktar id-diversifikazzjoni ekonomika u tagħtihom prijorità fil-proċess tal-implimentazzjoni tad-DCFTA; jirrakkomanda li l-Georgia tikkunsidra strateġija ta' diversifikazzjoni għall-prodotti esportati lejn is-swieq tal-UE; |
|
42. |
Jinnota b'mod pożittiv il-progress li sar fil-qasam tal-akkwist pubbliku bl-allinjament ippjanat tal-leġiżlazzjoni sal-2022; jisħaq fuq l-importanza ta' korp ta' rieżami imparzjali u indipendenti; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Georgia itejjeb it-trasparenza tas-sistema tal-akkwist pubbliku, b'mod partikolari billi jnaqqas l-eżenzjonijiet minn offerti miftuħa fil-liġi tal-akkwist sabiex jitnaqqas il-volum globali ta' kuntrattar mhux kompetittiv; |
|
43. |
Jilqa' l-adeżjoni tal-Georgia mal-Konvenzjoni dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, li tippermetti akkumulazzjoni ta' oriġini fil-qafas tad-DCFTA; iħeġġeġ lill-Georgia biex, bl-istess mod, taderixxi mal-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta' Transitu; |
Enerġija u oqsma oħra ta' kooperazzjoni
|
44. |
Jilqa' s-sħubija tal-Georgia mal-Komunità tal-Enerġija u l-progress lejn l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija tal-Georgia ma' dak tal-UE permezz ta' konverġenza regolatorja, f'konformità mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija; jemmen bis-sħiħ li dan imur lil hinn mill-fatt li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal taħlita tal-enerġija pan-Ewropea f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar miżuri għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-Għan 10 tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU fir-rigward ta' miżuri għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jagħmlu l-isforzi kollha meħtieġa biex iżidu l-adozzjoni tal-Acquis tal-UE dwar l-Enerġija bl-appoġġ tal-UE, kif ukoll il-kooperazzjoni xjentifika u l-iżvilupp tal-innovazzjoni fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli; jinnota li l-pjanijiet bħall-inkorporazzjoni tal-Ministeru għall-Enerġija fil-Ministeru għall-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli għandhom isiru f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Parlament tal-Georgia; |
|
45. |
Jirrakkomanda li l-awtoritajiet tal-Georgia jiżviluppaw strateġija robusta u nazzjonali tal-enerġija, inaqqsu l-livell tas-sussidji tal-enerġija u jsaħħu s-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija u l-indipendenza tal-enerġija; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-enerġija u l-adozzjoni tal-liġijiet meħtieġa, kif ukoll adattament tal-qafas istituzzjonali; jinkoraġġixxi t-tisħiħ tal-funzjonijiet tat-tranżitu tal-enerġija; |
|
46. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jsiru aktar sforzi ta' implimentazzjoni fil-qasam tat-trasport u l-ambjent; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Georgia biex jadotta strateġija għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja; jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jżidu l-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali u sa liema punt l-informazzjoni ambjentali hija kondiviża sabiex jiġi stimulat l-interess pubbliku; |
|
47. |
Ifakkar li l-governanza ambjentali hija karatteristika ewlenija tar-rekwiżiti tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; jilqa' d-dħul fis-seħħ ta' Kodiċi tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali ġdid f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll l-adozzjoni tal-pjan direzzjonali għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Klima; jitlob aktar allinjament tal-politiki ambjentali nazzjonali mal-miri tal-UE sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u, b'mod partikolari, mal-finalizzazzjoni u l-adozzjoni tal-Istrateġija ta' Żvilupp b'Emissjonijiet Baxxi ta' Karbonju; |
|
48. |
Jinnota li l-Georgia impenjat ruħha li timplimenta b'mod effettiv il-ftehimiet ambjentali multilaterali taħt il-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, li jeħtieġ aktar titjib; |
|
49. |
Jieħu nota tal-pjan tal-Gvern tal-Georgia biex jiżviluppa aktar l-idroenerġija; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-awtoritajiet tal-Georgia biex jadottaw u jikkonformaw mal-istandards tal-UE fil-proġetti kollha u, b'mod partikolari, biex japplikaw proċedura ta' Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali miftuħa u trasparenti li tinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti kollha fl-istadji ewlenin tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; |
Dispożizzjonijiet istituzzjonali
|
50. |
Iqis li l-involviment tal-awtoritajiet tal-Georgia mill-mument tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni rilevanti huwa utli sabiex il-proċess ikun aktar inklużiv u jitnaqqsu l-ispejjeż ta' tranżizzjoni għall-Georgia, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-mekkaniżmi ta' skambju ta' informazzjoni ex ante; |
|
51. |
Itenni r-rieda tiegħu li jżid il-monitoraġġ tiegħu tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali mas-sħab tal-Lvant tal-UE; jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jgħaddu lill-Parlament u lill-Kunsill rapporti bil-miktub, aktar spissi u dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet; |
|
52. |
Jinnota li l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-DCFTA hija ffokata ħafna fuq il-flussi kummerċjali u l-ostakli għall-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tivvaluta l-implimentazzjoni tad-DCFTA b'mod xieraq, billi tagħti attenzjoni partikolari lit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis, u lill-impatt fuq is-soċjetà tal-Georgia, u tipprovdi rapportar annwali pubbliku u eżawrjenti, inkluż dwar l-appoġġ tekniku u finanzjarju pprovdut mill-UE; |
|
53. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jkomplu jużaw kull ingranaġġ possibbli biex iħeġġu u jassistu lill-Georgia fl-isforzi tagħha biex timplimenta d-DCFTA b'mod effettiv, u jfakkar li l-implimentazzjoni sostenibbli tad-DCFTA ma tistax tiddependi biss mill-assistenza min-naħa tal-UE, iżda tirrikjedi amministrazzjoni indipendenti min-naħa tal-Georgia, bil-ħsieb li tiġi promossa żieda fil-flussi kummerċjali, tnaqqis fil-piż burokratiku u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi; jistieden liż-żewġ naħat joffru appoġġ akbar lill-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta' daqs Medju (MSMEs) u jipprovdu assistenza teknika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra li tistabbilixxi grupp ta' appoġġ għall-Georgia, b'mod simili għal dak maħluq għall-Ukrajna; |
|
54. |
Jistieden lis-SEAE u/jew lill-Kummissjoni jippubblikaw ir-rapporti annwali kollha dwar l-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni fl-istess ħin, u jippubblikaw simultanjament evalwazzjoni komparattiva tal-livell ta' progress lejn l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA minn kull sieħeb assoċjat, imkejla skont punti ta' riferiment speċifiċi; |
|
55. |
Jiddeċiedi li jfassal rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni; |
o
o o
|
56. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Georgia. |
(1) ĠU C 294, 12.8.2016, p. 31.
(2) ĠU C 11, 12.1.2018, p. 82.
(3) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.
(4) Testi adottati, P8_TA(2018)0073.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0266.
(6) “The electoral reforms in three association countries of the Eastern Neighbourhood – Ukraine, Georgia and Moldova” (Ir-riformi elettorali fi tliet pajjiżi assoċjati tal-Viċinat tal-Lvant – l-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova), il-Parlament Ewropew, is-26 ta' Ottubru 2017.
(7) “Association agreements between the EU and Moldova, Georgia and Ukraine” (Ftehimiet ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna), il-Parlament Ewropew, it-28 ta' Ġunju 2018.
(8) “The Development of an Institutional Framework for the Implementation of the Association Agreements in Georgia, Moldova and Ukraine” (L-Iżvilupp ta' Qafas Istituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna), il-Parlament Ewropew, Settembru 2018.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/58 |
P8_TA(2018)0458
Implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Moldova
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Moldova (2017/2281(INI))
(2020/C 363/08)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u t-Titolu V, b'mod partikolari l-Artikoli 21, 22, 36 u 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), kif ukoll il-Parti Ħamsa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-kriżi politika fil-Moldova wara l-invalidazzjoni tal-elezzjonijiet muniċipali f'Chișinău (1), tal-15 ta' Novembru 2017 dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (2), tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (3) u tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni / Żoni ta' Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-iffirmar f'Novembru 2017, ta' Memorandum ta' Qbil, ta' Ftehim dwar Faċilità ta' Self u ta' Ftehim ta' Għotja dwar l-assistenza mikrofinanzjarja li jammonta għal EUR 100 miljun għall-perjodu 2017-2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Moldova dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Moldova u l-Unjoni Ewropea fl-2017-2019 (NAPIAA), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar ir-Rapport rigward l-Implimentazzjoni tal-Assoċjazzjoni dwar il-Moldova tat-3 ta' April 2018 (SWD(2018)0094), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tas-Summits tas-Sħubija tal-Lvant, l-aktar riċenti dik tal-24 ta' Novembru 2017 fi Brussell, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar ir-Repubblika tal-Moldova tas-26 ta' Frar 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tat-2 ta' Lulju 2015 minn Transparency International intitolat “The State of Corruption: Armenia, Azerbaijan, Georgia, Moldova and Ukraine” (L-Istat ta' Korruzzjoni: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (ODIHR) u tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari dik tal-15 ta' Marzu 2018 dwar ir-riforma elettorali fil-Moldova, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet u l-azzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Euronest, tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant u ta' rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili fil-Moldova, |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tal-missjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fil-Moldova fit-3 u l-4 ta' April 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudji esperti magħmula għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, inkluż l-istudju dwar “The electoral reforms in three association countries of the Eastern Neighbourhood – Ukraine, Georgia and Moldova and their impact on political developments in these countries” (Ir-riformi elettorali fi tliet pajjiżi assoċjati tal-Viċinat tal-Lvant – l-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova u l-impatt tagħhom fuq l-iżviluppi politiċi f'dawn il-pajjiżi), ippubblikat fis-26 ta' Ottubru 2017 (5), il-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea bit-titolu “Association agreements between the EU and Moldova, Georgia and Ukraine” (Ftehimiet ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna), ippubblikata fit-28 ta' Ġunju 2018 (6) u l-istudju komparattiv bit-titolu “The Development of an Institutional Framework for the Implementation of the Association Agreements in Georgia, Moldova and Ukraine” (L-Iżvilupp ta' Qafas Istituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna), ippubblikat f'Lulju 2018 (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0322/2018), |
|
A. |
billi r-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova ġew approfonditi fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant u b'mod partikolari bl-iffirmar, fis-27 ta' Ġunju 2014, u d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta' Lulju 2016, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova inkluż Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA); |
|
B. |
billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni huwa bbażat fuq valuri komuni li jinkludu, “ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u kif definiti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, l-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u l-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida tal-1990”; |
|
C. |
billi permezz ta' dan il-ftehim, il-Moldova hija impenjata li twettaq riformi domestiċi maġġuri skont il-liġijiet u l-prattika tal-UE, f'firxa wiesa' ta' oqsma li jwasslu għal governanza tajba, żvilupp ekonomiku u kooperazzjoni msaħħa mal-UE; billi bħala appoġġ għal dawn l-isforzi, l-UE timpenja ruħha li tipprovdi assistenza finanzjarja u baġitarja sostanzjali lill-Moldova, li tammonta għal EUR 1,14-il biljun f'fondi allokati sa mill-2007, flimkien mal-finanzjament ta' programm reġjonali; |
|
D. |
billi d-DCFTA tippermetti aċċess privileġġjat għal beni u servizzi mill-Moldova lejn is-suq tal-UE; billi, bħala konsegwenza tad-DCFTA, fl-2017, kien hemm żieda ta' 20 % fil-kummerċ UE-Moldova, li jammonta għal EUR 4 biljun; billi l-UE attwalment hija l-akbar sieħba kummerċjali tal-Moldova, u tirrappreżenta aktar minn 55 % tal-kummerċ totali; billi l-UE hija wkoll l-akbar investitur fil-Moldova; billi d-data inizjali għall-2018 tikkonferma din ix-xejra pożittiva; billi r-rata ta' użu preferenzjali ta' 90 % għall-Moldova turi kif id-DCFTA kien ta' benefiċċju għall-impriżi, il-ħaddiema u ċ-ċittadini tal-Moldova; billi sar progress f'oqsma essenzjali bħalma huma l-miżuri sanitarji u fitosanitarji, l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ, id-dwana u l-akkwist pubbliku; billi l-Gruppi Konsultattivi Domestiċi (DAGs) ġew stabbiliti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u s'issa kellhom tliet laqgħat; |
|
E. |
billi bi skambju għar-riformi fil-Moldova fl-oqsma tal-ġustizzja u s-sigurtà inkluż fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-UE qablet ukoll fl-2014 li ddaħħal ivvjaġġar mingħajr viża lejn iż-żona ta' Schengen għaċ-ċittadini tal-Moldova li jkollhom passaport bijometriku; billi aktar minn 1,5 miljun ċittadin tal-Moldova bbenefikaw minn dan ir-reġim mingħajr viża matul l-ewwel erba' snin mill-implimentazzjoni tiegħu; |
|
F. |
billi l-UE, ripetutament esprimiet tħassib fir-rigward tat-tħassir tal-istandards demokratiċi minħabba d-deċiżjonijiet riċenti mill-awtoritajiet Moldovani, inkluż l-invalidar tal-elezzjonijiet lokali f'Lulju 2018 f'Chișinău, abbażi ta' raġunijiet dubjużi u b'mod mhux trasparenti, ir-riforma elettorali ta' Lulju 2017 li ġiet adottata minkejja r-rakkomandazzjonijiet negattivi mill-ODIHR u mill-Kummissjoni ta' Venezja, in-nuqqas ta' progress fil-prosekuzzjoni ta' dawk responsabbli għall-frodi bankarja ta' USD 1 biljun li nkixfet fl-2014, u ż-żieda fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'enfasi partikolari fuq l-imħallfin indipendenti, il-ġurnalisti u l-avversarji politiċi; |
|
G. |
billi, fl-2017, bħala riżultat ta' dawn l-iżviluppi, l-UE ma ħallsitx l-aħħar żewġ pagamenti taħt il-programm ta' appoġġ baġitarju għar-riformi fis-settur tal-ġustizzja minħabba li l-awtoritajiet tal-Moldova ma wrewx impenn suffiċjenti dirett lejn ir-riforma ta' dan is-settur u, fl-2018, l-UE ssospendiet l-iżborż tal-ewwel pagament tal-assistenza makrofinanzjarja minħabba n-nuqqas ta' sodisfazzjon tal-kundizzjonijiet politiċi annessi mad-deċiżjoni tal-4 ta' Lulju 2017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li speċifikat li “kundizzjoni preliminari għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja hija li l-pajjiż benefiċjarju jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inkluża sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem”; |
|
H. |
billi, peress li sa minn dawn id-deċiżjonijiet, aktar żviluppi riċenti komplew iqajmu tħassib, b'mod partikolari l-hekk imsejjaħ “pakkett ta' riforma fiskali” adottat f'Lulju 2018, l-iskema ta' amnestija tat-taxxa li żżid ir-riskju ta' ħasil tal-flus, kif ukoll il-pressjoni ulterjuri li saret fuq l-oppożizzjoni u d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħha u fuq il-mezzi ta' xandir indipendenti żgħar li qed jissieltu biex iżommu ħajjin l-attivitajiet tagħhom minkejja l-adozzjoni, f'Lulju 2018, tal-Kodiċi l-ġdid tas-Servizzi tal-Mezzi Awdjoviżivi; |
|
I. |
billi Transparency International ikklassifikat lill-Moldova fil-pożizzjoni 122 minn 180 fl-Indiċi ta' Perċezzjoni tal-Korruzzjoni 2017 tagħha, flimkien mal-Azerbajġan u l-Mali; billi Reporters Without Borders ikklassifikaw lill-Moldova fil-pożizzjoni 81 minn 180 fil-World Press Freedom Index tagħha, li tfisser rigress mill-pożizzjoni 56 tal-2014; |
Prinċipji ġenerali u valuri komuni
|
1. |
Jenfasizza l-importanza tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni / DCFTA, u jieħu nota tal-progress miksub mill-Moldova sal-lum; jinsisti, madankollu, li l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA, fir-rigward, b'mod partikolari, tar-riformi politiċi, trid tkun prijorità ewlenija, li tippermetti approfondiment ulterjuri tar-relazzjonijiet tal-pajjiż mal-UE, għall-benefiċċju taċ-ċittadini Moldovani kollha, kif ukoll li jinfetħu perspettivi addizzjonali f'konformità mal-politika tas-Sħubija tal-Lvant Plus (EaP+) irrakkomandata mill-Parlament; |
|
2. |
Ifaħħar lill-aġenti kuraġġużi għal bidla pożittiva fil-Moldova, b'mod partikolari dawk li qed imexxu l-isforzi, li jenħtieġ li jiġu segwiti, f'konformità mas-sejħiet mill-UE u mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) biex jiġi riformat is-settur bankarju bħala segwitu tal-frodi bankarja fl-2014 b'valur ta' USD 1 biljun (li tirrappreżenta 12 % tal-PDG); jilqa' l-evalwazzjoni b'suċċess tal-FMI ta' Lulju 2018 tal-implimentazzjoni tal-programm b'appoġġ mill-FMI; jistieden lill-politiċi u lill-ġudikatura tal-Moldova sabiex jingħaqdu flimkien f'dawn l-isforzi biex jirriformaw il-pajjiż u jiġġieldu l-korruzzjoni f'konformità mal-impenji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, peress li n-nuqqas ta' rieda politika hija waħda mill-ostakoli ewlenin li jxekklu riforma kredibbli; jappella lill-forzi politiċi kollha jipparteċipaw fi djalogu kostruttiv fl-interess tal-pajjiż; |
|
3. |
Jesprimi tħassib serju dwar ir-rigress fir-rigward tal-istandards demokratiċi fil-Moldova, b'valuri ewlenin, li l-Moldova kienet qablet magħhom bħala parti mill-AA, bħad-demokrazija – inklużi elezzjonijiet ġusti u trasparenti li jirrispettaw ir-rieda taċ-ċittadini – u l-istat tad-dritt – inkluża l-indipendenza tal-ġudikatura – jisfgħu mdgħajfa mill-mexxejja politiċi attwali f'konfoffa ma' interessi kummerċjali u bi ftit li xejn oppożizzjoni mill-klassi politika u mill-ġudikatura, li jwasslu biex ir-Repubblika tal-Moldova tkun stat mifni mill-interessi oligarkiċi bil-konċentrazzjoni ta' setgħa ekonomika u politika fl-idejn ta' grupp żgħir ta' nies li jeżerċitaw l-influwenza tagħhom fuq il-parlament, il-gvern, il-partiti politiċi, l-amministrazzjoni tal-istat, il-pulizija, il-ġudikatura u l-midja u li jwasslu għal implimentazzjoni ferm mhux sodisfaċenti tal-leġiżlazzjoni b'benefiċċju minimu għaċ-ċittadini; itenni d-determinazzjoni tiegħu li jiffoka fuq it-twettiq ta' impenji biex jiġu rispettati l-valuri komuni aktar milli l-hekk imsejħa argumenti “ġeopolitiċi” xejn konvinċenti; |
|
4. |
Jiddispjaċih li l-ksur intenzjonali tal-kundizzjonijiet politiċi relatati mal-istandards demokratiċi fil-Moldova, b'mod partikolari l-bidliet riċenti fil-leġiżlazzjoni elettorali nazzjonali, li ma ndirizzawx uħud mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-opinjoni konġunta tal-ODIHR u tal-Kummissjoni ta' Venezja, kif ukoll is-sospensjoni ta' Dorin Chirtoacă mill-kariga ta' sindku ta' Chișinău u l-invalidazzjoni tal-elezzjoni ta' Andrei Năstase, li wasslu għas-sospensjoni tal-iżborż tal-Assistenza Makrofinanzjarja u tal-pagamenti pendenti tal-appoġġ baġitarju tal-UE; |
|
5. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li kwalunkwe deċiżjoni dwar l-iżborż futur tal-Assistenza Makrofinanzjarja jenħtieġ li tittieħed biss wara l-elezzjonijiet parlamentari skedati għal Frar 2019 u bil-kondizzjoni li dawn jitwettqu skont standards rikonoxxuti internazzjonalment u vvalutati minn korpi internazzjonali speċjalizzati, u li l-pagament tal-programmi kollha ta' appoġġ baġitarju jenħtieġ li jibqa' ffriżat sakemm isir progress sinifikanti fl-istandards demokratiċi, inkluża r-riforma tal-ġudikatura u tal-azzjoni ġudizzjarja kontra persuni responsabbli minn frodi bankarja bi qbil mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2018; jistieden, fl-istess ħin lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex ikomplu jirrilokaw fondi bħala appoġġ għas-soċjetà ċivili u l-midja indipendenti fil-Moldova, kif ukoll lis-settur privat u lill-awtoritajiet lokali, inkluż permezz ta' proġetti ta' sħubija u żvilupp ġodda, preferibbilment b'mod koordinat mal-assistenza minn pajjiżi oħrajn tal-UE u biex jiġu kkoordinati l-isforzi ma' organizzazzjonijiet oħrajn, bħall-FMI, sabiex tiġi żgurata koerenza akbar f'termini tal-kundizzjonalità tal-assistenza finanzjarja; jistenna b'kawtela r-riżultat tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni elettorali mill-Kumitat Legali tal-Parlament tal-Moldova għall-ħatriet u l-immunitajiet; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa mekkaniżmu għall-monitoraġġ tar-riformi li jkun jinkludi punti referenzjarji ċari; |
|
6. |
Ifakkar fil-kontenut tal-Artikoli 2 u 455 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, skont liema r-rispett għall-prinċipji demokratiċi jikkostitwixxi element essenzjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, li jekk jinkiser, jista' jwassal ukoll għas-sospensjoni tad-drittijiet relatati ma' dan il-ftehim; ifakkar li hemm bżonn ta' sforzi akbar sabiex ikomplu jintlaħqu l-punti referenzjarji kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus; jitlob li kull ftehim futur ikun kondizzjonali wkoll fuq ir-riforma tal-ġudikatura u fuq investigazzjoni dettaljata u l-prosekuzzjoni ta' dawk responsabbli għall-frodi ta' USD 1 biljun; ifakkar ukoll fil-punti referenzjarji ta' kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus relatati mal-politika tal-liberalizzazzjoni tal-viża; |
Il-qafas istituzzjonali fis-seħħ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim
|
7. |
Jilqa' l-adozzjoni ta' bosta liġijiet li jikkonformaw mal-impenji tal-Moldova bħala parti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; jissottolinja madankollu l-importanza ta' implimentazzjoni rapida u sħiħa ta' dawn il-liġijiet sabiex jintlaħaq l-objettiv aħħari li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jwassal għal titjib tanġibbli u sostenibbli fil-kondizzjonijiet ta' għajxien taċ-ċittadini ordinarji fil-Moldova; |
|
8. |
Jappella għal involviment aktar b'saħħtu tal-Prim Ministru u tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u tal-Integrazzjoni Ewropea tal-Moldova fil-provvista ta' sorveljanza politika ta' livell għoli u l-iskrutinju tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, partikolarment permezz tas-simplifikazzjoni kontinwa tal-istrutturi parlamentari u governattivi rilevanti, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi tagħhhom u l-koordinament u s-sinkronizzazzjoni tal-pjanijiet tal-ministeri kompetenti u tal-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom; |
|
9. |
Jilqa' l-istabbiliment tal-assemblea interparlamentari tal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna u l-ewwel laqgħa tagħha li nżammet bejn it-8 u d-9 ta' Ġunju 2018 fi Kiev; iħeġġeġ lil din l-assemblea tiskrutinizza wkoll l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Moldova jwettqu sforzi akbar fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u jorganizzaw l-azzjonijiet tiegħu – b'mod partikolari permezz tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (NAPIAA) innifsu – skont setturi speċifiċi u r-riżultati speċifiċi li għandhom jiġu ġġenerati, aktar milli skont l-artikoli tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, sabiex tiġi żviluppata prijoritizzazzjoni dettaljata u s-sekwenzjar ta' miżuri, xprunati mill-valutazzjoni tal-impatt u mfassla minn unitajiet speċjalizzati ta' esperti; |
|
11. |
Jappella lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex soġġett għall-progress fuq standards demokratiċi, jistabbilixxu Grupp ta' Appoġġ tal-UE għall-Moldova, sabiex jiżdied it-twassil ta' għarfien espert, partikolarment dwar l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Moldovana ma' dik tal-UE, u biex jikkoordinaw it-twassil ta' assistenza finanzjarja lill-Moldova, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati, bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; |
|
12. |
Iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni jagħtu spinta lill-kapaċitajiet interni biex itejbu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' żieda sinifikanti fir-riżorsi umani ddedikati, kif ukoll biex jimxu lejn valutazzjoni kwalitattiva tal-progress, partikolarment permezz tal-introduzzjoni ta' proċessi ta' skrinjar, li jivvalutaw il-livell ta' allinjament mal-acquis tal-UE, kif attwalment huwa rikjest mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; |
|
13. |
Jilqa' d-djalogu mtejjeb fil-livell ministerjali mal-Moldova u ma' sħab assoċjati oħra dwar riformi relatati mal-assoċjazzjoni fil-qasam tal-kummerċ u jappoġġa, soġġett għal progress fl-istandards demokratiċi, it-tnedija ta' djalogi simili f'oqsma oħra koperti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inklużi kwistjonijiet politiċi, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, u l-kooperazzjoni settorjali; |
|
14. |
Ifakkar u jappoġġa l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar ir-riforma elettorali fil-Moldova, skont liema l-bidla lejn sistema elettorali mħallta għall-elezzjonijiet parlamentari kienet nieqsa minn kunsens (għajr mill-partiti Demokratiċi u Soċjalisti) u tista' twassal biex il-kandidati jkunu influwenzati b'mod mhux xieraq mill-interessi kummerċjali; itenni għalhekk l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Moldovani biex itejbu s-sistema elettorali sabiex jiżguraw li l-elezzjonijiet futuri jirriflettu r-rieda taċ-ċittadini Moldovani aktar minn dik tal-ftit; jappella lill-awtoritajiet Moldovani wkoll jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-ODIHR, partikolarment dwar il-finanzjament tal-partiti u l-libertà tal-midja u l-pluraliżmu; itenni li l-Parlament jinsab lest li josserva l-elezzjonijiet parlamentari li jmiss tal-Moldova; |
Djalogu politiku u riforma, kooperazzjoni fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK)
|
15. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-bidliet tal-aħħar mument li saru lill-Kodiċi tas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva li ġie adottat f'Lulju 2018 li ma kinux soġġetti għal konsultazzjonijiet mas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Moldovani jimplimentaw bis-sħiħ il-Kodiċi f'konformità mal-istandards Ewropej għall-libertà u l-pluraliżmu tal-midja kif irrakkomandat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kummissjoni ta' Venezja; jenfasizza l-importanza ta' konsultazzjonijiet ġenwini mas-soċjetà ċivili u mal-midja indipendenti f'dan il-proċess u fl-adozzjoni ta' liġi ġdida dwar ir-reklamar; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evitati t-tentattivi kollha li jimminaw il-pluraliżmu tal-midja, b'mod partikolari dawk li jinkoraġġixxu aktar il-kartelizzazzjoni tas-suq tal-midja u tas-suq tar-reklamar relatat; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Moldovani jadottaw il-liġi l-ġdida dwar ir-reklamar wara konsultazzjoni ġenwina mas-soċjetà ċivili; jinnota bi tħassib li, attwalment il-midja hija monopolizzata ħafna u subordinata għall-gruppi politiċi u tan-negozju tal-pajjiż; jappella għal trasparenza dwar is-sjieda tal-midja u l-għoti ta' assistenza apposta għal midja indipendenti, speċjalment il-ħwienet lokali, sabiex jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-Kodiċi fir-rigward tal-kontenut obbligatorju lokali; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-indipendenza ġenwina tal-aġenzija regolatorja tal-enerġija; |
|
16. |
Jilqa' l-isforzi ta' riforma fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika u tal-ġestjoni finanzjarja pubblika u jinkoraġġixxi li jittieħdu passi ulterjuri li għandhom jittieħdu biex tiżdied it-trasparenza; |
|
17. |
Jilqa' l-kooperazzjoni tajba dwar kwistjonijiet tal-PESK, partikolarment ir-rata għolja ta' allinjament mad-Dikjarazzjonijiet tal-PESK u l-parteċipazzjoni f'missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), kif ukoll il-kooperazzjoni tal-Moldova man-NATO; jinnota l-progress fl-adozzjoni ta' Strateġija ta' Difiża Nazzjonali u tal-Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha għall-2017-2021 wara l-irtirar tal-Istrateġija ta' Sigurtà Nazzjonali mill-President tal-Moldova; jilqa' d-dħul fis-seħħ tal-ftehim UE-Moldova dwar l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata; |
|
18. |
Ifaħħar lill-awtoritajiet Moldovani għat-titjib inkrementali tar-relazzjonijiet ma' Tiraspol, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' bini ta' fiduċja inkluż bil-ftuħ tal-pont Gura Bîcului-Bîcioc u bl-iffirmar ta' sitt protokolli oħra, li tejbu l-ħajja taċ-ċittadini fuq iż-żewġ naħat tax-xmara Nistru; itenni l-impenn sod kif ukoll l-appoġġ tal-UE favur is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Moldova u l-isforzi biex tintlaħaq soluzzjoni paċifika għall-kwistjoni Transnistrijana; jappoġġa bla ebda kundizzjoni l-isforzi tal-OSKE, l-UE u l-partijiet interessati oħra u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jikkooperaw b'mod partikolari ma' SMEs mit-Transnistrija, biex tkompli ssir ħidma fuq dan il-livell ta' involviment, biex jitwettqu sforzi addizzjonali fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u biex jimxu mad-deċiżjonijiet kollha tal-KEDB; jistieden lill-awtoritajiet Moldovani jwettqu sforzi addizzjonali diretti lejn l-adozzjoni rapida u finali tal-Liġi dwar l-istatut legali speċjali ta' Gagauzia; |
L-istat tad-dritt u l-governanza tajba
|
19. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jiżguraw l-indipendenza, l-imparzjalità u l-effikaċja tal-ġudikatura u tal-istituzzjonijiet speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inklużi l-Kunsill Superjuri tal-Prosekuturi, iċ-Ċentru Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u l-Prosekutur Kontra l-Korruzzjoni, l-Awtorità Nazzjonali dwar l-Integrità u l-Aġenzija ta' Rkupru ta' Assi Kriminali, b'mod partikolari billi jkomplu jallokaw riżorsi adegwati li jiggarantixxu proċeduri trasparenti ta' reklutaġġ bil-parteċipazzjoni ta' reklutaturi esperti indipendenti u bl-adozzjoni ta' emendi kostituzzjonali, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, immirati b'mod partikolari lejn it-tneħħija tal-mandat inizjali ta' ħames snin għall-ħatra tal-imħallfin, il-bidla fil-kompożizzjoni u t-tisħiħ tar-rwol tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura u t-tneħħija tas-setgħat tal-Parlament fil-ħatra tal-imħallfin tal-Qorti Suprema; jibqa' mħasseb ħafna dwar il-prattiki tal-ġustizzja selettiva tal-ġudikatura Moldovana u jindika li, skont l-aħħar rapporti ta' Transparency International, din għadha tbati minn indipendenza limitata mill-eżekuttiv u tintuża bħala strument kontra l-avversarji politiċi u l-interessi kummerċjali; itenni l-importanza tal-istabbiliment ta' rekord sod ta' investigazzjonijiet f'każijiet ta' livell għoli ta' korruzzjoni, inkluż fil-konfront ta' profili ta' livell għoli; |
|
20. |
Jilqa' l-emendi leġiżlattivi adottati f'Lulju 2018 li kellhom l-għan li jsaħħu l-għażla tal-imħallfin, ibbażata fuq il-meritu u l-promozzjoni, kif ukoll dwar ir-responsabbiltà tagħhom; |
|
21. |
Itenni t-talbiet tiegħu, imsejsa fuq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-ewwel u t-tieni rapporti Kroll, li għandu jiġi ppubblikat bis-sħiħ, għal prosekuzzjoni rapida u trasparenti ta' dawk kollha responsabbli mill-frodi bankarja ta' USD 1 biljun żvelata fl-2014, kif ukoll l-irkupru tal-assi misruqa; jieħu nota tal-istrateġija dwar l-irkupru tal-assi adottata mill-awtoritajiet Moldovani, iżda jinnota bi tħassib li l-investigazzjoni f'dan il-każ twettqet b'mod ftit li xejn effettiv; jenfasizza l-bżonn li l-qrati jieqfu jonqsu milli jkomplu jipproċedu fuq evidenza solida u biex jeżaminaw minnufih, f'seduti pubbliċi, il-każijiet pendenti jew taħt investigazzjoni, b'mod partikolari dak ta' Ilhan Shor; jenfasizza li l-għażla politika li l-banek jiġu salvati b'finanzi pubbliċi kompliet issaħħaħ is-sens ta' nuqqas qawwi ta' fiduċja fil-politika tal-Moldova; jistieden lill-Kunsill jikkunsidra sanzjonijiet personali u lill-Istati Membri tal-UE jipprovdi appoġġ għall-investigazzjoni; |
|
22. |
Jesprimi tħassib dwar iż-żieda fir-riskju ta' ħasil tal-flus wara l-adozzjoni b'għaġġla tal-hekk imsejjaħ “pakkett ta' riforma fiskali” f'Lulju 2018, li jinkludi skema ta' amnestija mit-taxxa li tista' tillegalizza l-assi miksuba b'mod illeċitu; jappella biex il-pakkett jiġi emendat sabiex jingħalqu dawn il-lakuni, u biex fl-istess ħin tinżamm attenzjoni qawwija fuq l-implimentazzjoni tiegħu b'koordinament mal-Kummissjoni, is-SEAE u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn; |
|
23. |
Jenfasizza l-bżonn li jiġu indirizzati u skoraġġuti okkorrenzi oħrajn ta' kriminalità organizzata, inkluż il-kuntrabandu tal-armi, it-traffikar tal-bnedmin u l-ħasil tal-flus fuq skala kbira, partikolarment mir-Russja; jissottolinja r-responsabbiltà tal-imħallfin fiż-żamma tal-istat tad-dritt u jenfasizza li dawk l-imħallfin ikkundannati leġittimament għandhom jiskontaw is-sentenzi tagħhom; |
|
24. |
Jitlob li jsiru konsultazzjonijiet diretti onlajn dwar id-dikjarazzjonijiet elettroniċi tal-assi ta' individwi politiċi u amministrattivi anzjani, skont l-eżempju tal-Ukrajna; |
|
25. |
Jistieden lill-awtoritajiet Moldovani jirrispettaw il-prinċipji u jimplimentaw l-aħjar prattiki fil-livell internazzjonali li jiggarantixxu ambjent favorevoli għas-soċjetà ċivili; jissottolinja r-rwol essenzjali tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-riformi kif ukoll fil-promozzjoni tat-trasparenza u tar-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet pubbliċi; jistenna, b'mod partikolari, li l-ebda leġiżlazzjoni futura ma xxekkel il-finanzjament nazzjonali jew barrani għall-NGOs u għall-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili Moldovani jew li jkabbru b'mod mhux ġustifikat il-piż amministrattiv u ta' rappurtar fuqhom; jiddispjaċih li f'numru ta' każijiet, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ġiet ristretta, pereżempju bir-rifjut tal-applikazzjoni għall-organizzazzjoni ta' referendum dwar tibdil fis-sistema elettorali mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali f'Marzu 2018; |
Rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali
|
26. |
Jesprimi t-tħassib dwar sinjali ta' tnaqqis ulterjuri fl-ispazju tas-soċjetà ċivili tal-pajjiż, u jistieden lill-awtoritajiet biex iwaqqfu minnufih proċeduri kriminali mhux xierqa jew sproporzjonati, li wħud minnhom oriġinaw minn akkużi ivvintati, u minn ġustizzja selettiva kontra avversarji politiċi, l-avukati tagħhom u/jew il-familji tagħhom; jikkritika l-fatt li l-monitoraġġ tal-proċess mill-Istati Membri tal-UE jew mid-delegazzjoni tas-SEAE qed jiġi mxekkel dejjem aktar mill-esklużjoni tal-pubbliku mill-proċessi; jesprimi tħassib speċifiku dwar proċedimenti mmirati lejn id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, imħallfin indipendenti bħal Domnica Manole u Gheorghe Bălan, ġurnalisti u kritiċi tal-gvern jew tal-President tal-Partit Demokratiku tal-Moldova, Vladimir Plahotniuc; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiggarantixxu d-dritt għal proċess ġust u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem f'bini ta' detenzjoni; jenfasizza l-bżonn għal investigazzjonijiet effettiv fl-allegazzjonijiet ta' tortura fl-istituzzjonijiet ta' detenzjoni u psikjatriċi; jappella lill-awtoritajiet biex jiggarantixxu wkoll il-libertà tal-assemblea u tal-espressjoni u b'mod partikolari, iż-żamma ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi, kif ukoll għar-rispett strett ta' dan id-dritt fundamentali bi qbil mal-istandards internazzjonali; |
|
27. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni ta' Strateġija Nazzjonali ġdida dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-2017, u jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tagħha; |
|
28. |
Jistieden lill-awtoritajiet biex iżidu b'mod sinifikanti l-isforzi biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli, billi jiġġieldu d-diskors ta' mibegħda, il-vjolenza, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni kontra persuni LGBTQI, li kollha għadhom ta' tħassib qawwi, persuni b'diżabbiltà u minoranzi bħall-popolazzjoni tar-Rom, kif ukoll id-diskors ta' mibegħda u d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru jew l-affiljazzjoni politika; |
|
29. |
Jikkundanna bil-qawwa l-estradizzjoni/is-sekwestru reċenti ta' ċittadini Torok li ttieħdu t-Turkija minħabba l-allegazzjonijiet dwar ir-rabtiet tagħhom mal-moviment Gülen, bi ksur tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem bażiċi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Moldova jiggarantixxu li kull talba għal estradizzjoni li toriġina minn pajjiż terz tiġi pproċessata b'mod trasparenti filwaqt li jiġu segwiti l-proċeduri ġudizzjarji b'konformità sħiħa mal-prinċipji u mal-istandards Ewropej; |
Kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali
|
30. |
Jilqa' ż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-Moldova lejn l-UE bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tad-DCFTA u tal-fatt li l-UE hija l-ikbar investitur fil-Moldova, iżda jiddeplora l-fatt li dan ma wassalx għal titjib fis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika taċ-ċittadini; iwissi li n-nuqqas ta' progress fit-titjib tal-istandard ta' għajxien tal-popolazzjoni jhedded l-approvazzjoni taċ-ċittadini lejn l-orjentazzjoni pro-Ewropea tal-pajjiż; |
|
31. |
Ifakkar dwar l-importanza ta' ġudikatura indipendenti u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll it-tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi u burokratiċi fit-titjib tal-klima tal-investiment u tan-negozju; |
|
32. |
Iħeġġeġ progress akbar fl-oqsma tal-istandards sanitarji u fitosanitarji u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi; |
|
33. |
Jitlob konformità effettiva tal-klawsoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u l-impenji internazzjonali, u speċifikament l-implimentazzjoni tajba tal-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO. |
|
34. |
Iqis li l-approssimazzjoni regolatorja mal-acquis tal-UE bħala d-dimensjoni ewlenija tad-DCFTA minħabba li l-aċċess reali għas-suq tal-UE u r-riformi jiddependu ħafna fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tal-leġiżlazzjoni rilevanti; huwa konxju mill-isfida enormi li dan jirrappreżenta għall-governanza, l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni pubblika fil-Moldova u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju adegwat; |
L-enerġija u oqsma oħra ta' kooperazzjoni
|
35. |
Jilqa' l-promulgazzjoni tal-Liġi dwar l-Enerġija fl-2017 bħala pass ieħor lejn it-traspożizzjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija u jħeġġeġ il-passi konkreti mwettqa biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-aġenzija regolatorja tal-enerġija, ANRE; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Moldova lejn il-promozzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija u jikkunsidra kruċjali t-tisħiħ ta' metodi ta' biedja agroekoloġika fil-qafas tal-iżvilupp rurali sostenibbli; |
|
36. |
Jitlob azzjoni aktar determinata fl-oqsma tal-ħarsien tal-ambjent, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tal-ilma mix-xmara Nistru, il-ġestjoni tal-iskart u t-tibdil fil-klima, b'mod partikolari f'termini tal-implimentazzjoni u tal-koordinazzjoni tal-leġiżlazzjoni; |
Dispożizzjonijiet istituzzjonali
|
37. |
Jistieden lill-UE, lill-Istati Membri u lill-Moldova biex ikabbru l-isforzi ta' komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-AA u dwar il-benefiċċji previsti għaċ-ċittadini tal-Moldova dwar ir-riformi relatati u l-integrazzjoni aktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni Russa permezz ta' informazzjoni bbażata fuq il-fatti, aċċessibbli u ta' kwalità bil-lingwi kollha ewlenin użati fil-Moldova; |
|
38. |
Itenni r-rieda tiegħu li jżid il-monitoraġġ tiegħu tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali mas-sħab tal-Lvant tal-UE; jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jgħaddu lill-Parlament u lill-Kunsill rapporti bil-miktub, aktar spissi u regolari dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet; |
|
39. |
Iqis utli l-prattika li l-awtoritajiet tal-Moldova jkunu involuti mill-istadju tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni rilevanti minħabba li dan jagħmel il-proċess aktar inklużiv u jnaqqas l-ispejjeż ta' tranżizzjoni għall-Moldova, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-mekkaniżmi ta' skambju ta' informazzjoni ex ante; |
|
40. |
Jinnota li l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-DCFTA hija ffokata ħafna fuq il-flussi tal-kummerċ u l-ostakli għall-kummerċ; jappella lill-Kummissjoni tosserva u tivvaluta b'mod xieraq l-implimentazzjoni tad-DCFTA, b'attenzjoni partikolari mogħtija lit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis, kif ukoll l-impatt fuq is-soċjetà tal-Moldova, u biex tiżgura rapportar annwali pubbliku u komprensiv, inkluż dwar l-appoġġ tekniku u finanzjarju pprovdut mill-UE; |
|
41. |
Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jippubblikaw ir-rapporti annwali kollha dwar l-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni fl-istess ħin, u jippubblikaw simultanjament evalwazzjoni komparattiva tal-livell ta' progress lejn l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA minn kull sieħeb assoċjat, skont punti ta' riferiment speċifiċi; |
|
42. |
Jiddeċiedi li jfassal rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni; |
o
o o
|
43. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2018)0303.
(2) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.
(3) ĠU C 334, 19.9.2018, p. 199.
(4) ĠU C 11, 12.1.2018, p. 82.
(5) Studju bit-titolu “The electoral reforms in three association countries of the Eastern Neighbourhood – Ukraine, Georgia and Moldova” (Ir-riformi elettorali fi tliet pajjiżi assoċjati tal-Viċinat tal-Lvant – l-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova), il-Parlament Ewropew, 26 ta' Ottubru 2017.
(6) Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea bit-titolu “Association agreements between the EU and Moldova, Georgia and Ukraine” (Ftehimiet ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna), il-Parlament Ewropew, 28 ta' Ġunju 2018.
(7) Studju bit-titolu “The Development of an Institutional Framework for the Implementation of the Association Agreements in Georgia, Moldova and Ukraine” (L-Iżvilupp ta' Qafas Istituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna), il-Parlament Ewropew, Lulju 2018.
Il-Ħamis 15 ta’ Novembru 2018
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/66 |
P8_TA(2018)0459
Il-Vjetnam, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar il-Vjetnam, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi (2018/2925(RSP))
(2020/C 363/09)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar il-libertà tal-espressjoni fil-Vjetnam, b'mod partikolari l-każ ta' Nguyen Van Hoa (1), u tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-Vjetnam (2), b'mod partikolari dwar il-libertà tal-espressjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra s-Seba' Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam tal-1 ta' Diċembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tas-SEAE tad-9 ta' Frar 2018 dwar il-kundanni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam u tal-5 ta' April 2018 dwar il-kundanni tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet lokali tal-UE tal-20 ta' Awwissu 2018 dwar il-kundanna reċenti tas-Sur Le Dinh Luong, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-esperti tan-NU tat-23 ta' Frar 2018 li ħeġġew il-ħelsien tal-attivisti li ntbagħtu l-ħabs talli pprotestaw kontra tixrid ta' sustanzi tossiċi, u tat-12 ta' April 2018 li appellaw għal bidla wara li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem intbagħtu l-ħabs; |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Vjetnam aderixxa miegħu fl-1982, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-26 ta' Frar 2016 fil-każ 1409/2014/MHZ dwar in-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq minn qabel valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi skont il-Bażi ta' Data tal-Priġunieri Politiċi Vjetnamiżi, li nġabret minn The 88 Project, huwa stmat li hemm 160 attivist li qed jiskontaw sentenzi ta' priġunerija fil-Vjetnam u madwar 16-il attivist qegħdin jinżammu taħt arrest preventiv; |
|
B. |
billi l-awtoritajiet Vjetnamiżi qegħdin ikomplu jibgħatu l-ħabs, iżommuhom taħt detenzjoni u jintimidaw lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-ġurnalisti, lill-bloggers, lill-avukati tad-drittijiet tal-bniedem u lill-attivisti tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż; billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ħabbtu wiċċhom ma' sentenzi twal ta' priġunerija għall-ħidmiethom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u talli eżerċitaw id-dritt fundamentali tal-libertajiet, kemm online kif ukoll offline, bi ksur tal-obbligi tal-pajjiż skont id-dritt internazzjonali; |
|
C. |
billi l-attivisti politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem jiffaċċjaw kundizzjonijiet ħorox waqt li jkunu qegħdin jinżammu f'detenzjoni, inkluż ċaħda tal-aċċess għal kura medika, għal konsulenza legali u għal kuntatt mal-familja; |
|
D. |
billi l-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin hija ripressa fil-Vjetnam, u billi l-Knisja Kattolika u reliġjonijiet mhux rikonoxxuti, bħall-Knisja Buddista Unifikata tal-Vjetnam, bosta knejjes Protestanti u oħrajn, inklużi membri tal-minoranza etnika ta' Montagnards, għadhom isofru persekuzzjoni reliġjuża ħarxa; |
|
E. |
billi Hoang Duc Binh ġie kkundannat għal 14-il sena priġunerija talli bbloggja dwar protesti dwar id-diżastru ta' Formosa; billi Nguyen Nam Phong ġie kkundannat għal sentejn priġunerija talli allegatament irrifjuta li jobdi ordnijiet minn uffiċjali waqt li kien qiegħed isuq fi triqtu għal protesta; billi l-isforzi tagħhom kienu kruċjali biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u biex tiġi żgurata r-responsabbiltà fir-rigward tat-tixrid mill-impjant tal-azzar ta' Formosa; |
|
F. |
billi f'April 2018 membri tal-Fratellanza għad-Demokrazija ingħataw sentenzi ta' priġunerija ta' bejn seba' snin u ħmistax-il sena bħala parti minn infurzar estensiv tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà nazzjonali tal-Kodiċi Kriminali; billi f'Settembru 2018 Nguyen Trung Truc, membru ieħor ta' dan il-grupp, ġie kkundannat għal 12-il sena priġunerija fuq akkużi li pprova jwaqqa' l-istat; |
|
G. |
billi s-Sur Le Dinh Luong, difensur tad-drittijiet tal-bniedem li ppromwova b'mod paċifiku l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, fis-16 ta' Awwissu 2018, ġie kkundannat abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà nazzjonali tal-Kodiċi Kriminali għal għoxrin sena priġunerija u ħames snin ta' detenzjoni domiċiljari; billi r-rappreżentanti tad-delegazzjoni tal-UE u tal-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE ma tħallewx josservaw il-proċess; billi jeżistu ħafna każijiet oħra ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri oħrajn minħabba t-twemmin tagħhom li qegħdin ibatu destin simili; |
|
H. |
billi fit-12 ta' April 2018 grupp ta' esperti tan-NU, ir-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-President Rapporteur tal-Grupp ta' Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja u r-Rapporteur Speċjali dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, ħeġġew lill-Vjetnam biex ma jippersegwitax lis-soċjetà ċivili jew joħnoq l-oppożizzjoni; |
|
I. |
billi l-Kodiċi Kriminali tal-Vjetnam fih dispożizzjonijiet ripressivi li qegħdin jintużaw b'mod abbużiv biex isikktu, jarrestaw, iżommu taħt detenzjoni, jikkundannaw jew jirrestrinġu l-attività tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, dissidenti, avukati, trade unions, gruppi reliġjużi u organizzazzjonijiet mhux governattivi, b'mod partikolari dawk li jesprimu fehmiet kritiċi dwar il-Gvern tal-Vjetnam; |
|
J. |
billi l-Gvern Vjetnamiż kompla jipprojbixxi l-operat ta' ċentri tal-midja indipendenti jew privati u jeżerċita kontroll strett fuq l-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni u fuq pubblikazzjonijiet stampati; billi f'April 2016, l-Assemblea Nazzjonali għaddiet liġi tal-midja li tirrestrinġi bil-qawwa l-libertà tal-istampa fil-Vjetnam; |
|
K. |
billi fit-12 ta' Ġunju 2018 l-Assemblea Nazzjonali tal-Vjetnam għaddiet liġi dwar iċ-ċibersigurtà bil-għan li tissikka l-kontrolli online, li tirrikjedi lill-fornituri jħassru posts li huma jqisu li huma ta' “theddida” għas-sigurtà nazzjonali; billi din il-liġi timponi restrizzjonijiet ħorox fuq il-libertà tal-espressjoni online u għandha l-għan li thedded id-dritt għall-privatezza; |
|
L. |
billi fl-1 ta' Jannar 2018 daħlet fis-seħħ l-ewwel liġi tal-Vjetnam dwar it-twemmin u r-reliġjon, li tobbliga lill-gruppi reliġjużi kollha fil-pajjiż biex jirreġistraw mal-awtoritajiet u jinfurmawhom dwar l-attivitajiet tagħhom; billi l-awtoritajiet jistgħu jirrifjutaw jew ixekklu applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni u jipprojbixxu attivitajiet reliġjużi li huma jqisu, b'mod arbitrarju, li jmorru kontra l-“interess nazzjonali”, l-“ordni pubbliku” jew l-“unità nazzjonali”; billi b'din il-liġi, il-gvern istituzzjonalizza l-interferenza tiegħu fl-affarijiet reliġjużi u s-superviżjoni tal-Istat fuq il-gruppi reliġjużi; |
|
M. |
billi l-Vjetnam jinsab fil-175 post minn 180 fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa ppubblikati minn Reporters Mingħajr Fruntieri tal-2018; |
|
N. |
billi l-piena tal-mewt għadha tiġi applikata fil-Vjetnam u l-għadd ta' eżekuzzjonijiet mhumiex magħrufa, peress li l-awtoritajiet Vjetnamiżi jikklassifikaw l-istatistika dwar il-piena tal-mewt bħala sigriet tal-istat; billi l-Vjetnam naqqas l-għadd ta' reati li jġorru l-piena tal-mewt minn 22 għal 18 f'Jannar 2018; |
|
O. |
billi l-Vjetnam għadu ma rratifikax l-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, jiġifieri l-Konvenzjoni 98 dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, il-Konvenzjoni 105 dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, u l-Konvenzjoni 87 dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni; |
|
P. |
billi d-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam huwa mezz importanti għal diskussjoni komprensiva u kontinwa dwar kwistjonijiet ta' tħassib għall-UE, inkluż ir-rispett sħiħ għad-drittjiet fundamentali għal-libertà ta' espressjoni, assoċjazzjoni u għaqda paċifika; billi r-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam trid tkun ibbażata fundamentalment fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, kif ukoll dwar ir-rispett tal-istandards internazzjonali f'dan ir-rigward; |
|
Q. |
billi teżisti rabta ċara bejn il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni u l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam, fejn iż-żewġ partijiet impenjaw ruħhom li jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
1. |
Jikkundanna l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam, inkluż il-kundanni, l-intimidazzjoni politika, is-sorveljanza, il-fastidju, l-aggressjonijiet u l-proċessi inġusti ta' attivisti politiċi, ġurnalisti, bloggers, dissidenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jeżerċitaw il-libertà tal-espressjoni tagħhom online jew offline, bi ksur ċar tal-obbligi internazzjonali tal-Vjetnam fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
2. |
Jistieden lill-awtoritajiet Vjetnamiżi jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem u lill-priġunieri li minħabba t-twemmin tagħhom qegħdin jinżammu taħt detenzjoni jew ġew ikkundannati sempliċiment talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, inkluż Hoang Duc Binh, Nguyen Nam Phong, Nguyen Trung Truc u Le Dinh Luong, u biex jitwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom; |
|
3. |
Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Vjetnamiżi biex itemmu r-restrizzjonijiet kollha fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-atti ta' fastidju kontrihom, u li jiggarantixxu f'kull ċirkostanza li dawn ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem mingħajr biża' ta' rappreżalji, u ħielsa minn kwalunkwe restrizzjoni, inkluż mill-fastidju ġudizzjarju; jistieden lill-Gvern tal-Vjetnam ineħħi r-restrizzjonijiet kollha fuq il-libertà tar-reliġjon u jtemm il-fastidju fuq il-komunitajiet reliġjużi; |
|
4. |
Jinsisti li l-Gvern Vjetnamiż jeħtieġlu jiżgura li t-trattament tad-detenuti kollha huwa konformi mal-istandards internazzjonali; jenfasizza l-fatt li d-dritt ta' aċċess għal avukati, professjonisti mediċi u membri tal-familja huwa salvagwardja importanti kontra t-tortura u t-trattament ħażin, u huwa kruċjali għad-dritt ta' proċess ġust; |
|
5. |
Jikkundanna l-abbuż ta' dispożizzjonijiet legali ripressivi li jillimitaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jistieden lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jirrevokaw, jirrevedu u jemendaw kwalunkwe liġi ripressiva, b'mod partikolari l-Kodiċi Kriminali, il-liġi dwar iċ-ċibersigurtà u l-liġi dwar it-twemmin u r-reliġjon, u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni kollha hija konformi mal-istandards u l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-ICCPR, li l-Vjetnam huwa firmatarju tiegħu; jistieden lill-gvern jintroduċi leġiżlazzjoni li tirregola laqgħat u dimostrazzjonijiet pubbliċi f'konformità mad-drittijiet tal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni; |
|
6. |
Jistieden lill-Vjetnam jiffirma u jirratifika it-trattati rilevanti dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti kollha, u l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, kif ukoll il-Konvenzjonijiet tal-ILO Nru 87, Nru 98, Nru 105; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Vjetnam joħroġ stedina permanenti lill-Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, b'mod partikolari lir-Rapporteur Speċjali dwar il-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni u lir-Rapporteur Speċjali dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
8. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jirrikonoxxu l-unions tax-xogħol independenti; |
|
9. |
Jappella lill-UE biex tissorvelja u taħdem mal-awtoritajiet u mal-partijiet ikkonċernati kollha biex titjieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam; |
|
10. |
Itenni l-oppożizzjoni tiegħu għall-piena tal-mewt, ikunu x'ikunu ċ-ċirkustanzi; jistieden lill-awtoritajiet Vjetnamiżi jintroduċu moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt, bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha; jistieden lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jirrevedu s-sentenzi kollha tal-mewt sabiex jiżguraw li dawn il-proċessi kriminali huma konformi mal-istandards internazzjonali; |
|
11. |
Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jappoġġjaw lil gruppi tas-soċjetà ċivili u individwi li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam b'mod attiv, inkluż billi jappellaw biex jinħelsu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-priġunieri minħabba twemmin fil-kuntatti kollha li għandhom mal-awtoritajiet Vjetnamiżi; iħeġġeġ lid-delegazzjoni tal-UE f'Hanoi tipprovdi l-appoġġ kollu xieraq għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu l-ħabs u għall-priġunieri minħabba twemmin, inkluż billi torganizza żjarat fil-ħabs, tissorvelja l-proċessi u tipprovdi assistenza legali; |
|
12. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jagħmlu pressjoni favur titjib konkret tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam, inkluż matul ir-Rieżami Perjodiku Universali dwar il-Vjetnam fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; |
|
13. |
Itenni l-appell tiegħu għal projbizzjoni mal-UE kollha fuq l-esportazzjoni, il-bejgħ, l-aġġornament u l-manutenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' apparat tas-sigurtà li jista' jintuża għar-repressjoni interna, inkluża t-teknoloġija ta' sorveljanza tal-internet, lill-istati li għandhom rekord inkwetanti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
14. |
Jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tas-sħubija u d-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam, u jfakkar fl-importanza tad-Djalogu bħala strument kruċjali li għandu jintuża b'mod effiċjenti biex jakkumpanja u jinkoraġġixxi lill-Vjetnam fl-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-progress taħt id-Djalogu permezz tal-introduzzjoni ta' parametri referenzjarji u mekkaniżmi ta' sorveljanza; |
|
15. |
Jappella lill-Gvern Vjetnamiż u lill-UE, bħala sħab importanti, jimpenjaw ruħhom li jtejbu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-pajjiż, peress li dan huwa pedament tar-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Vjetnam u l-Unjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-ratifika tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam, u fid-dawl tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam; |
|
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Vjetnam, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/70 |
P8_TA(2018)0460
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba (2018/2926(RSP))
(2020/C 363/10)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Kuba, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Novembru 2004 dwar Kuba (1), tat-2 ta' Frar 2006 dwar il-politika tal-UE lejn il-Gvern Kuban (2), tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar Kuba (3), tal-11 ta' Marzu 2010 dwar il-priġunieri ta' kuxjenza f'Kuba (4), u tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (5), u l-approvazzjoni tal-Parlament fir-rigward tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-elezzjoni ta' Miguel Díaz-Canel bħala l-President il-ġdid tal-Assemblea Nazzjonali tal-Poter Popolari ta' Kuba fid-19 ta' April 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sejbiet tal-Kumitat tan-NU dwar l-Għajbien Sfurzat f'Kuba li nħarġu fis-17 ta' Marzu 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni 59/2018 tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja rigward Ariel Ruiz Urquiola, li huwa meqjus minn Amnesty International bħala priġunier minħabba raġunijiet ta' twemmin, adottata fit-82 sessjoni tan-NU li saret mill-20 sal-24 ta' Awwissu 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Eżamijiet Perjodiċi Universali dwar Kuba mwettqa mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Mejju 2013 u f'Mejju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport 2017 ta' Human Rights Watch dwar Kuba u d-dikjarazzjoni tas-27 ta' Lulju 2018 magħmula minn Erika Gueva-Rosas, direttur għall-Amerki fi ħdan Amnesty International, dwar il-mitt jum tal-amministrazzjoni Kubana l-ġdida, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar tal-Kummissjoni Kubana għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u trattati u strumenti internazzjonali oħra fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni ta' Kuba, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li Kuba hija pajjiż firmatarju tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi d-drittijiet tal-bniedem huma inklużi fid-djalogi politiċi tal-UE kif ukoll fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni u ta' kummerċ tagħha; billi l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, għandha tkun wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Unjoni Ewropea fir-relazzjonijiet tagħha ma' Kuba; |
|
B. |
billi, fil-5 ta' Lulju 2017, il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba; billi l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jesprimi b'mod ċar it-tħassib kbir tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba u jinkludi klawsola ta' sospensjoni fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
C. |
billi d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba, immexxi mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, beda fl-2015; billi, fid-9 ta' Ottubru 2018, il-partijiet fir-raba' djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba indirizzaw, fost affarijiet oħra, it-tema tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-affarijiet pubbliċi, inkluż fil-kuntest tal-proċessi elettorali reċenti, kif ukoll il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni u l-possibbiltà li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u setturi oħra tas-soċjetà ċivili jassoċjaw ruħhom, jesprimu l-fehmiet tagħhom u jipparteċipaw fil-ħajja pubblika liberament; billi mhuwiex ċar għall-Parlament jekk din il-laqgħa kinitx konklużiva dwar xi waħda minn dawn it-temi; billi ma nkiseb l-ebda riżultat tanġibbli f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba, minkejja l-fatt li ġie stabbilit id-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u minkejja l-elezzjoni mill-ġdid ta' Kuba fi ħdan il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għall-perjodu 2017-2019; billi d-djalogu politiku jrid jinkludi djalogu dirett u intensiv mas-soċjetà ċivili u mal-oppożizzjoni mingħajr ebda restrizzjoni; |
|
D. |
billi l-Gvern Kuban għadu jirrifjuta li jirrikonoxxi l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem bħala attività leġittima u jiċħad l-istatus legali lil gruppi lokali tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
E. |
billi għandu jsir referendum kostituzzjonali fl-24 ta' Frar 2019; billi l-proċess tat-twaqqif tal-kostituzzjoni l-ġdida huwa nieqes minn konsultazzjoni nazzjonali xierqa, b'tali mod li jiġi żgurat li l-Partit Komunista jmantni r-rwol qawwi tiegħu fis-soċjetà Kubana, li ma għandhiex sistema multipartitika, libertajiet bażiċi u drittijiet politiċi u ċivili, u b'hekk jissaħħu s-sjieda ċentralizzata tal-Istat u l-ekonomija kkontrollata; billi s-sistema politika monopartitika hija ddikjarata bħala “irrevokabbli” fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 224 jiddikjara li huwa pprojbit li l-ġenerazzjonijiet attwali u futuri jibdlu l-irriversibbiltà tas-Soċjaliżmu, kif ukoll is-sistema politika u soċjali attwali; billi jidher li hemm dispożizzjonijiet oħra li huma ferm preokkupanti fl-abbozz; |
|
F. |
billi l-ġurnalisti indipendenti, id-dissidenti paċifiċi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jiddokumentaw l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma membri tal-oppożizzjoni demokratika, qed jiġu ppersegwitati, detenuti arbitrarjament jew miżmuma l-ħabs f'Kuba; billi, skont il-Kummissjoni Kubana għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali, f'Ottubru 2018 twettqu minn tal-anqas 202 arresti arbitrarji fuq żmien qasir, mingħajr dubju għal raġunijiet politiċi, ta' opponenti paċifiċi u attivisti indipendenti tas-soċjetà ċivili li jeżerċitaw id-drittijiet bażiċi tagħhom ta' espressjoni, għaqda u assoċjazzjoni politika; |
|
G. |
billi waħda minn dawn il-persuni hija Dr Eduardo Cardet, koordinatur nazzjonali tal-Moviment Nisrani ta' Liberazzjoni (MCL), li ġie kkundannat għal tliet snin il-ħabs talli eżerċita paċifikament id-dritt tiegħu għal-libertà ta' espressjoni; billi, f'Novembru 2016, ġie arrestat meta mar lura d-dar wara vjaġġ f'Miami; billi Dr Cardet, li huwa meqjus bħala priġunier minħabba raġunijiet ta' twemmin, bħalissa qed jiġi detenut fil-ħabs Cuba SI f'Holguín, fejn qed jinżamm f'iżolament, mingħajr aċċess għal żjarat familjari jew telefonati; |
|
H. |
billi Tomás Núñez Magdariaga, membru tal-Għaqda Patrijottika ta' Kuba (Unión Patriótica de Cuba, UNPACU), grupp mhux uffiċjali tal-oppożizzjoni politika, għamel strajk tal-ġuħ bi protesta għal 62 jum u nħeles fil-15 ta' Ottubru 2018 bis-saħħa tal-pressjoni internazzjonali; billi s-Sur Magdariaga nstab ħati li allegatament hedded lil uffiċjal tal-Istat li fl-aħħar mill-aħħar stqarr li kien huwa li ħoloq l-akkużi miġjuba kontra tiegħu; billi l-każ tiegħu huwa eżempju ċar ieħor tat-tentattivi ta' oppressjoni fil-konfront ta' kwalunkwe idea li tesprimi dissens; |
|
I. |
billi, f'Ottubru 2018, in-Nisa Lebsin l-Abjad (Damas de Blanco) għal darba oħra sfaw il-vittmi ewlenin tar-repressjoni politika u għadd ta' membri tal-Forum Antitotalitarju Magħqud (Foro Antitotalitario Unido, FANTU) kienu soġġetti għal repressjoni f'diversi provinċji tal-pajjiż; |
|
J. |
billi l-priġunieri kollha f'Kuba jeħtiġilhom ikunu ggarantiti trattament uman; billi l-Gvern Kuban jiċħad lill-gruppi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem aċċess għall-ħabsijiet; billi ċ-ċittadini Kubani ma jibbenefikawx minn garanziji ta' proċess ġust, bħad-dritt għal smigħ ġust u pubbliku minn tribunal kompetenti u imparzjali; billi l-priġunieri li jingħataw libertà kondizzjonali ħafna drabi huma soġġetti għal fastidju kontinwu mill-awtoritajiet; |
|
K. |
billi l-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja ddikjara b'mod ċar li l-vittmi Kubani ta' detenzjoni arbitrarja għandhom id-dritt li jfittxu rimedju mill-gvern li jinkludi r-restituzzjoni, il-kumpens, ir-riabilitazzjoni, is-sodisfazzjon u l-garanziji ta' nonrepetizzjoni; |
|
L. |
billi hemm sinjali ta' rispett akbar għal-libertà ta' reliġjon f'Kuba; billi, fl-istess ħin, l-awtoritajiet Kubani għadhom restrittivi ħafna f'dak li għandu x'jaqsam mal-bini jew bini mill-ġdid ta' knejjes Insara; billi l-Knisja progressivament ħarġet bħala l-akbar attur tas-soċjetà ċivili u bħala l-fornitur soċjali mhux statali ewlieni f'Kuba, iżda l-attivitajiet tagħha għadhom taħt kontroll strett min-naħa tal-awtoritajiet; |
|
M. |
billi relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi aktar mill-qrib ma' Kuba huma, min-naħa tal-UE, intiżi biex jgħinu r-riformi politiċi fil-pajjiż jimxu 'l quddiem, bi qbil mal-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini kollha tagħha; billi l-liberalizzazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tippermetti lill-pajjiż jimxi bil-mod il-mod lejn l-ispazji soċjali ħielsa, il-koeżistenza, it-teknoloġija u l-komunikazzjonijiet li huma apprezzati u mitluba mill-popolazzjoni Kubana; |
|
N. |
billi l-Parlament ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lil attivisti Kubani fi tliet okkażjonijiet: Oswaldo Payá fl-2002, in-Nisa Lebsin l-Abjad fl-2005 u Guillermo Fariñas fl-2010; billi xorta waħda r-rebbieħa tal-Premju Sakharov għadhom jiġu impeduti milli jitilqu minn pajjiżhom u milli jipparteċipaw f'avvenimenti internazzjonali; |
|
O. |
billi l-Parlament f'ħafna okkażjonijiet staqsa jekk jistax jibgħat delegazzjonijiet uffiċjali f'Kuba; billi kull darba l-awtoritajiet Kubani ċaħdu l-aċċess għall-pajjiż, anke wara li ġie konkluż il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni; |
|
1. |
Jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni arbitrarja, il-persekuzzjoni, il-fastidju kif ukoll l-attakki fil-konfront tad-dissidenti paċifiċi, il-ġurnalisti indipendenti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-oppożizzjoni politika f'Kuba; jappella biex dawn l-azzjonijiet jintemmu minnufih u biex jinħelsu minnufih il-priġunieri politiċi kollha, inkluż Eduardo Cardet, u dawk miżmuma b'mod arbitrarju sempliċement talli eżerċitaw il-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda tagħhom; |
|
2. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE, lis-SEAE u lid-delegazzjoni tiegħu f'Kuba jirrispettaw b'mod strett il-prinċipji u l-politiki bażiċi tagħhom b'relazzjoni ma' Kuba u jieħdu kull azzjoni meħtieġa biex ifittxu l-ħelsien tal-individwi msemmija hawn fuq, biex jiżguraw li l-fastidju tal-avversarji politiċi u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jintemm minnufih u biex jassistu u jipproteġu lil dawn tal-aħħar; |
|
3. |
Jistieden lill-awtoritajiet Kubani jtejbu l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u t-trattament tal-priġunieri u jippermettu lill-gruppi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u lill-organizzazzjonijiet Kubani indipendenti jiksbu aċċess għall-ħabsijiet tal-pajjiż; jissottolinja li l-priġunerija tad-dissidenti Kubani minħabba l-ideali u l-attività politika paċifika tagħhom tmur kontra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
4. |
Jiddispjaċih li, minkejja l-adozzjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, is-sitwazzjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija ma tjibitx; jappella biex jiġu onorati l-obbligi vinkolanti stabbiliti fil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba, b'mod partikolari rigward ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jenfasizza li s-suċċess ta' dan il-ftehim jiddependi mill-implimentazzjoni tiegħu u minn kemm jiġi osservat; |
|
5. |
Ifakkar li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jinkludi dispożizzjoni dwar is-sospensjoni tal-ftehim li għandha tapplika fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinsisti, għalhekk, li l-Unjoni Ewropea għandha ssegwi u tissorvelja mill-qrib ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'Kuba waqt l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni u li għandu jsir rapportar lura lill-Parlament b'mod regolari; jistieden lill-VP/RGħ Federica Mogherini tinforma lill-Parlament fid-dettall waqt il-plenarja dwar il-passi konkreti li qed jittieħdu bil-għan li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi hawn fuq; |
|
6. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Kuban jiddefinixxi mill-ġdid il-politika tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem billi jallinjaha mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u jħeġġu jippermetti lill-atturi kollha tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni politika jieħdu sehem attiv fil-ħajja politika u soċjali, mingħajr ma jimponi l-ebda restrizzjoni; jistieden lil Kuba tafferma l-intenzjoni tagħha li “tosserva l-ogħla standards fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem” billi tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, kif ukoll il-protokolli fakultattivi tagħhom; |
|
7. |
Ifakkar lill-awtoritajiet Kubani li l-libertà ta' moviment u ta' għaqda hija ggarantita bis-saħħa tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u li din il-libertà testendi għall-attivisti u l-membri tal-oppożizzjoni demokratika; |
|
8. |
Jikkundanna bil-qawwa l-adozzjoni tad-Digriet 349, li jdgħajjef id-dritt għal-libertà artistika f'Kuba; jistieden lill-awtoritajiet Kubani jieħdu l-miżuri leġiżlattivi xierqa biex jirtiraw id-Digriet 349 qabel ma jidħol fis-seħħ f'Diċembru 2018; jenfasizza li l-libertà ta' espressjoni artistika hija fundamentali għal settur kulturali vijabbli u dinamiku li jkun kapaċi joħloq l-impjiegi, jiżviluppa l-industriji kulturali u jagħti l-ħajja mill-ġdid lill-wirt kulturali; |
|
9. |
Jistieden lill-Gvern Kuban jieqaf jimponi ċ-ċensura online u jieqaf jimblokka s-siti tal-internet bl-iskop uniku li jillimita l-kritika politika u li jirrestrinġi l-aċċess għall-informazzjoni; |
|
10. |
Jappoġġja bis-sħiħ is-sejbiet tas-17 ta' Marzu 2017 tal-Kumitat tan-NU dwar l-Għajbien Sfurzat f'Kuba li jħeġġu lil Kuba tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiggarantixxi l-indipendenza sħiħa tas-sistema ġudizzjarja tagħha u twaqqaf Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem indipendenti f'konformità mal-Prinċipji ta' Pariġi; |
|
11. |
Jesprimi tħassib serju dwar l-abbozz il-ġdid tal-Kostituzzjoni u r-referendum ippjanat għal Frar 2019; jenfasizza li l-proċess kollu huwa nieqes mill-inklużjoni, it-tolleranza u r-rispett għad-drittijiet ċivili u politiċi bażiċi li jistgħu jiggarantixxu proċess kostituzzjonali demokratiku; itenni, f'dan is-sens, id-determinazzjoni tiegħu li jinkoraġġixxi proċess ta' tranżizzjoni għal demokrazija pluralistika u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali bl-involviment tal-atturi kollha mingħajr esklużjoni, kif tistqarr id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll irkupru ekonomiku dejjiemi mmirat lejn it-titjib tal-istandards tal-għajxien tal-popolazzjoni Kubana, bi qbil mal-aspirazzjonijiet tal-poplu Kuban; jistieden lill-awtoritajiet Kubani rilevanti jistabbilixxu elezzjonijiet ħielsa u pluralistiċi fil-Kostituzzjoni l-ġdida; |
|
12. |
Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jassistu t-tranżizzjoni ekonomika u politika f'Kuba lejn reġim kompletament demokratiku li jirrispetta d-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini kollha tiegħu; jappoġġja l-użu tad-diversi strumenti tal-politika barranija tal-UE, u b'mod partikolari l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), sabiex jissaħħaħ id-djalogu tal-UE mas-soċjetà ċivili Kubana u ma' dawk li jappoġġjaw tranżizzjoni paċifika f'Kuba; |
|
13. |
Jistieden lill-awtoritajiet Kubani jabolixxu l-piena tal-mewt għad-delitti kollha; jappella biex ikun hemm moratorju fuq il-piena kapitali sakemm din il-bidla ġuridika tiġi adottata formalment; jappella biex issir reviżjoni tas-sentenzi kollha tal-mewt bil-għan li jiġi żgurat li l-proċessi assoċjati kienu konformi mal-istandards internazzjonali u li ma ssir lanqas eżekuzzjoni waħda fil-futur; |
|
14. |
Jistieden lill-Gvern Kuban jippermetti lill-knejjes iwettqu liberament l-attivitajiet ta' kura soċjali tagħhom fis-soċjetà Kubana; jappella biex il-libertà ta' reliġjon u ta' kuxjenza tkun iggarantita bis-sħiħ; |
|
15. |
Jistieden lill-VP/RGħ Federica Mogherini tirrikonoxxi l-eżistenza ta' oppożizzjoni politika fil-konfront tal-Gvern Kuban u tappoġġja l-inklużjoni tagħha fid-djalogu politiku bejn l-UE u Kuba; ifakkar lill-istituzzjonijiet Ewropej li s-soċjetà ċivili u dawk li ngħataw il-Premju Sakharov huma atturi ewlenin għad-demokratizzazzjoni ta' Kuba u li l-vuċi tagħhom trid tinstema' u tittieħed inkunsiderazzjoni fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali; jistieden, f'dan is-sens, lir-rappreżentanti kollha tal-Istati Membri tal-UE biex, matul iż-żjarat li jsiru, iqajmu t-tħassib tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-awtoritajiet Kubani u biex jiltaqgħu mar-rebbieħa tal-Premju Sakharov meta jżuru Kuba bil-għan li tiġi żgurata l-koerenza interna u esterna tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
16. |
Jiddispjaċih ferm dwar ir-rifjut tal-awtoritajiet Kubani li jippermettu lill-kumitati, lid-delegazzjonijiet u lil xi gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew iżuru Kuba minkejja li l-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jippermettu minnufih id-dħul fil-pajjiż, inkluża l-possibbiltà ta' żjarat fil-gżira waqt ir-referendum kostituzzjonali previst fl-24 ta' Frar 2019; |
|
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Poter Popolari ta' Kuba, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità ta' Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew. |
(1) ĠU C 201 E, 18.8.2005, p. 83.
(2) ĠU C 288 E, 24.11.2006, p. 81.
(3) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 377.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/75 |
P8_TA(2018)0461
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fill-Bangladesh
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fill-Bangladesh (2018/2927(RSP))
(2020/C 363/11)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bangladesh tas-6 ta' April 2017 (1) u tas-26 ta' Novembru 2015 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà fil-Bangladesh (3), u wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istatus tekniku tat-28 ta' Settembru 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar inizjattiva ewlenija tal-UE għas-settur tal-ħwejjeġ (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2001 bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari tal-Bangladesh dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt ta' Sostenibbiltà għal Titjib Kontinwu fir-rigward tad-Drittijiet tax-Xogħol u s-Sikurezza tal-Fabbriki fl-Industrija tal-Ħwejjeġ Lesti Biex Jintlibsu u tal-Maljerija fil-Bangladesh, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar is-Sikurezza Kontra n-Nirien u tal-Bini fil-Bangladesh tal-2013, u t-tiġdid tiegħu fl-2018, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta lokali tas-27 ta' Settembru 2018 dwar l-Att dwar is-Sigurtà Diġitali tal-Bangladesh mill-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri tal-UE, id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Kapijiet tal-Missjoni tan-Norveġja u l-Iżvizzera, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Nazzjonali tas-26 ta' Frar 2018 li ġie ppreżentat lill-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-Bangladesh, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat, adottata fl-20 ta' Diċembru 2006 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, u li daħlet fis-seħħ fit-23 ta' Diċembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, approvati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fis-16 ta' Ġunju 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Bangladesh għall-Eliminazzjoni taż-Żwieġ tat-Tfal 2015-2021, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tas-17-il sessjoni tal-Forum Permanenti tan-NU dwar il-Kwistjonijiet Indiġeni (UNPFII), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Att dwar is-Sigurtà Diġitali tal-Bangladesh tal-2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Att dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) tal-Bangladesh, b'mod partikolari t-Taqsima 57 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Bangladesh ilhom stabbiliti, inkluż permezz tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp; billi r-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi huma l-bażi tal-politiki domestiċi u internazzjonali tal-partijiet, u jridu jkunu parti essenzjali tal-azzjoni esterna tal-UE; |
|
B. |
billi r-ripressjoni tal-membri tas-soċjetà ċivili, inklużi l-attivisti politiċi, it-trejdjunjonisti, il-ġurnalisti, l-istudenti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi, żdiedet matul dawn l-aħħar snin fil-Bangladesh; billi l-esperti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-gruppi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem irrappurtaw tendenza ċara fil-Bangladesh ta' eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, arresti arbitrarji tal-massa u għajbien furzat, bħall-każijiet ta' Maroof Zaman u Mir Ahmad Bin Quasem; |
|
C. |
billi l-Bangladesh huwa kklassifikat il-146 pajjiż fost 180 fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa; billi l-vjolazzjonijiet tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-vjolenza, il-fastidju, l-intimidazzjoni u ċ-ċensura tal-ġurnalisti u tal-bloggers, għadhom mifruxa fil-Bangladesh; billi l-Att dwar l-ICT tal-Bangladesh, b'mod partikolari t-Taqsima 57 tiegħu, intuża matul dawn l-aħħar ftit snin għall-arrest u l-prosekuzzjoni ta' attivisti u ġurnalisti li kkritikaw lill-gvern; |
|
D. |
billi l-Att dwar is-Sigurtà Diġitali, kif għadda mill-Parlament tal-Bangladesh fid-19 ta' Settembru 2018, jonqos milli jemenda t-Taqsima 57 tal-Att dwar l-ICT, minkejja l-bosta kritiki li saru mill-ġurnalisti tal-Bangladesh, l-attivisti tad-drittijiet ċivili u l-komunità internazzjonali; |
|
E. |
billi l-fotoġurnalist tal-Bangladesh rikonoxxut internazzjonalment u rebbieħ ta' premji, Shahidul Alam, għalliem u attivist, inħataf bil-forza minn daru fil-5 ta' Awwissu 2018 u ġie arrestat skont l-Att dwar l-ICT wara li kien esprima ruħu dwar protesti reċenti tal-istudenti fil-Bangladesh u kkritika l-użu tal-vjolenza mill-awtoritajiet; billi huwa baqa' f'detenzjoni u ġie miċħud pleġġ għal diversi drabi; billi allegatament huwa ġie miċħud kura medika adegwata u ġie soġġett għal tortura; |
|
F. |
billi għal attakki terroristiċi, il-gvern wieħed b'approċċ strett ta' “tolleranza żero”; billi n-netwerks mobbli fil-Bangladesh ngħalqu, u l-forzi tas-sigurtà tal-Bangladesh allegatament qed jippruvaw jixtru tagħmir ta' sorveljanza elettronika fis-suq internazzjonali; billi l-Gvern tal-Bangladesh beda kampanja ta' sorveljanza intensiva u intrużiva u ta' monitoraġġ tal-midja soċjali; |
|
G. |
billi l-elezzjonijiet fil-Bangladesh huma mistennija li jsiru fit-30 ta' Diċembru 2018; billi l-mexxeja tal-oppożizzjoni u l-eks Prim Ministru Khaleda Zia attwalment qed isservi 10 snin ħabs għall-korruzzjoni u hija pprojbita milli tikkontesta l-elezzjonijiet bħala riżultat ta' dan; billi hija tiċħad l-akkużi, li s-sostenituri tagħha jsostnu li kienu politikament motivati; |
|
H. |
billi n-nisa u l-bniet fil-Bangladesh jesperjenzaw livelli għoljin ta' vjolenza; billi l-Bangladesh għandu l-ogħla rata ta' żwieġ tat-tfal fl-Asja u waħda mill-ogħla rati fid-dinja; billi fl-2017 il-Gvern tal-Bangladesh għadda l-Att dwar it-Trażżin taż-Żwieġ tat-Tfal, li jintroduċi eċċezzjonijiet f'“każijiet speċjali”, filwaqt li jonqos milli jiddefinixxi tali kriterji jew jistabbilixxi età minima għal dawn iż-żwiġijiet; |
|
I. |
billi fil-Bangladesh il-piena tal-mewt tista' tiġi applikata għal reati multipli; billi fl-2017, sitt persuni ġew iġġustizzjati; |
|
J. |
billi kien hemm żieda rrappurtata f'każijiet ta' vjolenza din is-sena, b'mod partikolari kontra n-nisa indiġeni, kif ukoll fastidju u arrest ta' attivisti tad-drittijiet indiġeni fiż-żona ta' Chittagong Hill Tract; |
|
K. |
billi l-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tal-Bangladesh u, bħala Pajjiż l-Anqas Żviluppat, il-Bangladesh jibbenefika mill-aktar reġim favorevoli disponibbli taħt l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) tal-UE, jiġifieri l-arranġament Kollox Ħlief Armi (EBA); |
|
L. |
billi l-Bangladesh huwa mistenni li jibdel l-istatus ta' Pajjiż l-Anqas Żviluppat fl-2024; billi fis-snin sa dak iż-żmien, hija meħtieġa aċċellerazzjoni tar-riformi fid-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol, inkluża l-eradikazzjoni tat-tħaddim tat-tfal; billi għad hemm tħassib dwar id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar ix-Xogħol tal-Bangladesh u l-abbozz tal-Att dwar iż-Żoni tal-Ipproċessar tal-Esportazzjoni; |
|
M. |
billi, fil-qafas tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà, il-Ftehim dwar is-Sikurezza Kontra n-Nirien u tal-Bini fil-Bangladesh ġie ffirmat bejn ditti tal-ħwejjeġ globali, bejjiegħa bl-imnut u trejdjunjins; billi sal-lum, inqas minn nofs il-fabbriki koperti mill-ftehim ikkompletaw miżuri ta' sikurezza adegwati; billi l-ftehim skada f'Ottubru 2018, minkejja li baqa' xogħol sinifikanti xi jsir; billi l-ftehim ġie segwit minn Ftehim ta' Tranżizzjoni li għandu jiġi applikat għal tliet snin; |
|
N. |
billi jeħtieġ li jiġi appoġġat il-ftehim u l-partijiet kollha għandhom jitħallew ikomplu x-xogħol tagħhom mingħajr xkiel, inkluż wara Novembru 2018; billi l-Gvern tal-Bangladesh u ċ-Ċellula ta' Koordinazzjoni ta' Rimedju tiegħu darba biss urew kemm fil-kelma kif ukoll fil-fatt li huma ssodisfaw il-kondizzjonijiet ta' tħejjija u li dawn it-tipi ta' inizjattivi ta' mġiba responsabbli fin-negozju jistgħu ma jkunux meħtieġa aktar; |
|
O. |
billi fl-2018 il-Bangladesh irċieva influss qawwi ta' aktar minn 700 000 rifuġjat Rohingya li ħarbu minn kampanja ta' tindif etniku mill-militar Burmiż, u li għad għandhom bżonn urġenti ta' assistenza umanitarja; billi l-Bangladesh u l-Myanmar laħqu ftehim fit-30 ta' Ottubru 2018 dwar il-bidu tar-rimpatriju tal-poplu Rohingya lura lejn il-Myanmar sa nofs Novembru, u mingħajr il-konsultazzjoni jew l-involviment tal-Aġenzija għar-Rifuġjati tan-NU (UNHCR); |
|
1. |
Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni li dejjem sejra lura tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bangladesh u, b'mod partikolari, dwar it-trażżin kontinwu tal-libertà ta' espressjoni u tal-għaqda kontra l-midja, l-istudenti, l-attivisti u l-oppożizzjoni; jikkundanna l-fatt li l-persuni qed jiġu arrestati u soġġetti għal vjolenza talli jeżerċitaw il-libertà ta' espressjoni tagħhom biex jikkritikaw lill-gvern; jinsab imħasseb ħafna dwar rapporti li l-użu tat-tortura qed isir endemiku; |
|
2. |
Jinnota li l-EPU tan-NU ta' Mejju 2018 faħħar lill-Bangladesh għall-“progress notevoli” tiegħu fit-titjib tad-drittijiet tal-bniedem f'dawn l-aħħar snin; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladesh jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-EPU, b'mod partikolari f'oqsma bħalma huma l-indipendenza tal-ġudikatura, id-drittijiet ċivili u politiċi, il-libertà tal-midja, id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, u d-drittijiet tan-nisa u l-bniet; |
|
3. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bangladesh iwettqu investigazzjonijiet indipendenti dwar rapporti ta' qtil extraġudizzjarju, għajbien furzat u użu eċċessiv tal-forza, inklużi l-każijiet ta' Maroof Zaman u Mir Ahmad Bin Quasem, u jressqu lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja skont l-istandards internazzjonali; jistieden ukoll lill-Bangladesh jirratifika l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat, u jinkorpora d-dispożizzjonijiet tagħha fil-liġi nazzjonali; |
|
4. |
Jitlob lill-awtoritajiet tal-Bangladesh biex immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet jeħilsu lil Shahidul Alam, iwaqqgħu l-akkużi kollha kontrih u jippermettulu jkompli bil-ħidma leġittima tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinsisti li l-awtoritajiet tal-Bangladesh għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-integrità u s-sigurtà fiżika u psikoloġika ta' Shahidul Alam, kif ukoll dawk tal-familja tiegħu, u jiżguraw li, waqt li jkun jinsab f'detenzjoni, Shahidul Alam jiġi ttrattat b'mod li jaderixxi ma' prinċipji u standards internazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bangladesh iniedu investigazzjoni immedjata u pubblika dwar l-allegazzjonijiet li Shahidul Alam ġie ttorturat, u jressqu lill-awturi quddiem il-ġustizzja; |
|
5. |
Jesprimu tħassib serju dwar l-Att dwar l-ICT, mhux biss minħabba li diġà kellu impatt serju fuq ix-xogħol ta' ġurnalisti, bloggers u kummentaturi, iżda anke minħabba li jippenalizza l-eżerċizzju leġittimu tad-dritt għal-libertà ta' espressjoni minn kwalunkwe individwu, inkluż fuq il-midja soċjali; huwa tal-fehma li t-Taqsima 57 tal-Att dwar l-ICT hija inkompatibbli mad-drittijiet fundamentali tal-libertà ta' espressjoni u ta' proċess ġust; |
|
6. |
Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni tal-gvern li jippromulga l-Att dwar is-Sigurtà Diġitali, li fil-fatt jespandi u jsaħħaħ is-setgħat tal-pulizija biex jiġġieled kontra d-diskors liberu, inkluż fuq il-midja soċjali, qabel l-elezzjonijiet nazzjonali fl-2018; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bangladesh jirrevedu b'urġenza l-Att dwar is-Sigurtà Diġitali u l-Att dwar l-ICT u jġibuhom konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li l-Bangladesh huwa firmatarju tagħhom; |
|
7. |
Jittama li l-elezzjoni ġenerali li jmiss tkun paċifika, trasparenti u parteċipattiva sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jesprimu għażla politika ġenwina; jistieden lill-forzi politiċi jżommu lura minn kwalunkwe vjolenza jew istigazzjoni ta' vjolenza matul il-perjodu elettorali; |
|
8. |
Japprezza r-rwol kostruttiv li żvolġa l-Bangladesh f'ċirkostanzi diffiċli meta aċċetta li jilqa' rifuġjati Rohingya; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jipprovdu aktar art biex jitnaqqsu l-iffullar u l-privazzjoni tal-kampijiet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet inaqqsu r-restrizzjonijiet burokratiċi li jimponu fuq l-organizzazzjonijiet umanitarji; iħeġġeġ lill-Gvernijiet tal-Bangladesh u tal-Myanmar jerġgħu jikkunsidraw minnufih id-deċiżjoni li jibdew jirrimpatrijaw ir-rifuġjati Rohingya, peress li l-kondizzjonijiet għal ritorn sikur, dinjituż u volontarju għadhom ma ġewx issodisfati; |
|
9. |
Jitlob lill-UE u lid-donaturi internazzjonali l-oħra jżidu l-isforzi tagħhom biex jipprovdu l-għajnuna finanzjarja u materjali meħtieġa lill-kampijiet tar-rifuġjati Rohingya fil-Bangladesh; |
|
10. |
Jinsisti li l-Bangladesh għandu jikkonforma mal-impenji tiegħu skont l-iskema tal-EBA fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; |
|
11. |
Itenni t-talba tiegħu għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fil-Bangladesh; |
|
12. |
Jesprimi tħassib serju dwar l-annullament tal-Ftehim ta' Tranżizzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta' Novembru 2018; jinnota li l-RCC għad m'għandux il-kapaċità li jissorvelja u jinforza rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà, u dan għandu implikazzjonijiet serji għas-sikurezza u d-drittijiet tal-ħaddiema tal-fabbriki li jinvolvi; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladesh jirrikonoxxi u jimplimenta immedjatament il-Ftehim ta' Tranżizzjoni u juri aktar li huwa lest jieħu f'idejh il-funzjonijiet kollha tal-ftehim; jistieden lid-donaturi jappoġġaw lill-Gvern tal-Bangladesh sabiex dan ikun jista' jsir; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jkomplu l-ħidma tagħhom ta' bini ta' kapaċità, flimkien mal-RCC; |
|
13. |
Jistieden lill-Gvern tal-Bangladesh jadotta bidliet leġiżlattivi għall-Att dwar ix-Xogħol tal-Bangladesh u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu biex iġibhom konformi mal-istandards internazzjonali tax-xogħol tal-ILO, u jippermetti l-libertà sħiħa ta' assoċjazzjoni; jistieden lill-Gvern tal-Bangladesh jieħu l-passi meħtieġa biex jindirizza b'mod effettiv l-atti kollha ta' diskriminazzjoni kontra t-trade unions, inklużi atti ta' vjolenza u intimidazzjoni; |
|
14. |
Jesprimi tħassib li filwaqt li l-Att dwar it-Trażżin taż-Żwieġ tat-Tfal tal-2017 jinkludi dispożizzjonijiet dwar it-tisħiħ tal-prevenzjoni, u dwar il-prosekuzzjoni tat-trasgressuri, huwa madankollu jnikludi klawżola li tippermetti ż-żwieġ taħt l-età ta' 18-il sena taħt ċirkostanzi speċjali bil-kunsens tal-ġenituri u bil-permess tal-qorti; jitlob li din il-lakuna tingħalaq b'urġenza fl-interess tal-ħarsien tat-tfal; |
|
15. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bangladesh ikomplu jindirizzaw l-isfidi tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem se jkomplu jiġu diskussi fil-Kummissjoni Konġunta bejn l-UE u l-Bangladesh, li se ssir f'Dhaka fl-ewwel nofs tal-2019; |
|
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bangladesh. |
(1) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2017 dwar il-Bangladesh, inklużi ż-żwiġijiet tat-tfal (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 65).
(2) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2015 dwar il-libertà ta' espressjoni fil-Bangladesh (ĠU C 366, 27.10.2017, p. 135).
(3) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 100.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/80 |
P8_TA(2018)0464
Servizzi ta' indukrar fl-UE għal ugwaljanza aħjar bejn is-sessi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar is-servizzi tal-kura fl-UE għal ugwaljanza aħjar bejn is-sessi (2018/2077(INI))
(2020/C 363/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 bit-titolu “Inizjattiva ta' appoġġ għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw li jaħdmu” (COM(2017)0252), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' April 2017 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (COM(2017)0253), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 1, 3, 5, 27, 31, 32, 33 u 47 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, adottata fi New York fit-18 ta' Diċembru 1979, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, ratifikata mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) 5: il-ksib tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet kollha, u b'mod partikolari l-Mira 5.4: li jkunu rikonoxxuti u mogħtija valur il-kura u x-xogħol domestiku mhux imħallsa permezz tal-forniment ta' servizzi pubbliċi, infrastruttura u politiki tal-protezzjoni soċjali u l-promozzjoni tar-responsabbiltà kondiviża fl-unità domestika u l-familja, skont il-kuntest nazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-10 ta' Mejju 2018 dwar il-Progress lejn l-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2017 dwar it-Tisħiħ tal-Appoġġ u l-Kura Bbażati fil-Komunità għal Għajxien Indipendenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal: nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta' għada (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2017 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 tal-UE: L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa” (COM(2017)0678), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "L-impenn strateġiku tal-Kummissjoni Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019, u b'mod partikolari l-Kapitolu 3.1 tiegħu: Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-indipendenza ekonomika indaqs tan-nisa u l-irġiel (SWD(2015)0278), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2018 dwar l-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' indukrar għal tfal żgħar, bl-intenzjoni li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, jinstab bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għal ġenituri li jaħdmu u biex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklussiv fl-Ewropa (“l-objettivi ta' Barċellona”), (COM(2018)0273), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-29 ta' Mejju 2013 dwar l-objettivi ta' Barċellona: “L-iżvilupp tas-servizzi ta' akkoljenza tat-tfal żgħar fl-Ewropa għal tkabbir sostenibbli u inklusiv” (COM(2013)0322), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Frar 2011 bit-titolu “Il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal: Nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta' għada” (COM(2011)0066), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni dwar il-kwalità fl-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija (Ares(2018)1505951), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “L-Investiment fit-Tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ” (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), il-komunikazzjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020” (COM(2013)0083) u l-komunikazzjoni tas-26 ta' April 2017 bit-titolu “L-istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (COM(2017)0250), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2014 dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020 (COM(2014)0332), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa fis-setturi privati u pubbliċi fl-UE (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex titwaqqaf u tiġi evitata d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-ħolqien ta' kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol favorevoli għal bilanċ bejn il-ħajja u dik tax-xogħol (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-faqar: perspettiva tal-ġeneru (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar il-ħaddiema domestiċi nisa u n-nisa li jaħdmu fis-settur tal-kura fl-UE (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar ir-rwol tan-nisa f'soċjetà li qed tixjieħ (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar kuntratti atipiċi, karrieri professjonali sikuri, flessigurtà u forom ġodda ta' djalogu soċjali (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2018 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta' Kwalità Għolja (COM(2018)0271) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-istess data, li jakkumpanjah (SWD(2018)0173), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Indiċi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2015 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u r-rapport tiegħu tal-2015 bit-titolu “Reconciliation of work, family and private life in the European Union: Policy review” |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tas-7 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “Company initiatives for workers with care responsibilities for disabled children or adults” (Inizjattivi tal-kumpaniji favur ħaddiema li għandhom fir-responsabbiltà tagħhom il-kura ta' tfal jew adulti b'diżabbiltà), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' sfond tal-Eurofound tal-14 ta' Lulju 2013 bit-titolu “Caring for children and dependants: effect on careers of young workers” (Il-kura tat-tfal u persuni dipendenti: l-effett fuq il-karrieri ta' ħaddiema żgħażagħ), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2014 bit-titolu “Residential care sector: Working conditions and job quality” (Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-impjiegi), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tat-22 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Working and care: Reconciliation measures in times of demographic change” (Ix-xogħol u l-kura: Miżuri ta' rikonċiljazzjoni fi żminijiet ta' tibdil demografiku), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ġenerali tal-Eurofound tas-17 ta' Novembru 2016 dwar is-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Eurofound tat-28 ta' Novembru 2017 bit-titolu “Care homes for older Europeans: Public, for-profit and non-profit providers” (Djar ta' kura għall-anzjani Ewropej: Fornituri pubbliċi, bi skop ta' qligħ u bla skop ta' qligħ), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Eurofound tat-23 ta' Jannar 2018 bit-titolu “European Quality of Life Survey 2016: Quality of life, quality of public services and quality of society” (Stħarriġ tal-kwalità tal-ħajja 2016: Il-kwalità tal-ħajja, il-kwalità tas-servizzi pubbliċi u l-kwalità tas-soċjetà), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-10 ta' Ottubru 2014 imħejji mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni bit-titolu “Adequate social protection for long-term care needs in an ageing society” (Protezzjoni soċjali adegwata għall-ħtiġijiet ta' kura fit-tul f'soċjetà li qed tixjieħ), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-7 ta' Ottubru 2016 imħejji mill-Kumitat tal-Politika Soċjali u l-Kummissjoni dwar is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul u s-sostenibbiltà fiskali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016 dwar id-drittijiet tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li jgħixu fl-unità domestika fejn jaħdmu (12), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2014 dwar l-iżvilupp tas-servizzi għall-familja biex ir-rati tal-impjieg jiżdiedu u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fix-xogħol (13), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Mejju 2010 dwar il-professjonalizzazzjoni tax-xogħol domestiku (14), |
|
— |
wara li kkunsidra Rapport tal-Indiċi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2017 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi: “Measuring gender equality in the European Union 2005-2015” (Il-kejl tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni Ewropea 2005-2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudji mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu ta' Marzu 2016 bit-titolu “Differences in men's and women's work, care and leisure time” (Id-differenzi bejn ix-xogħol, il-kura u l-ħin ta' rikreazzjoni tal-irġiel u tan-nisa) u ta' Novembru 2016 bit-titolu “The use of funds for gender equality in selected Member States” (L-użu ta' fondi għall-ugwaljanza bejn is-sessi fi Stati Membri magħżula), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-proġett WeDo għall-benesseri u d-dinjità tal-persuni anzjani fl-2012 bit-titolu “European Quality Framework for long-term care services: Principles and guidelines for the wellbeing and dignity of older people in need of care and assistance” (Qafas Ewropew tal-Kwalità għas-servizzi ta' kura fit-tul: Prinċipji u linji gwida għall-benesseri u d-dinjità tal-anzjani li jeħtieġu l-kura u l-assistenza), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0352/2018), |
|
A. |
billi, skont l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hi wieħed mill-valuri ewlenin li fuqhom hija msejsa l-UE; billi, barra minn hekk, skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha tfittex li fl-azzjonijiet kollha tagħha telimina l-inugwaljanzi u tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. billi l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi madankollu kienet kajmana; |
|
B. |
billi l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat b'mod konġunt mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fis-17 ta' Novembru 2017, jistabbilixxi prinċipji u għanijiet sinifikanti biex joffri drittijiet ġodda għaċ-ċittadini tal-Unjoni, fosthom l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs, l-appoġġ għat-tfal u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità, li għadhom l-appoġġ unanimu tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; billi l-Prinċipju 9 tal-Pilastru dwar Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata jistabbilixxi li l-ġenituri u persuni oħra b'responsabbiltajiet ta' kura għandhom ikollhom id-dritt għal leave xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi ta' kura; |
|
C. |
billi fl-UE kollha, ir-rata ta' impjieg ġenerali tan-nisa hija kważi 12 % iktar baxxa minn dik tal-irġiel, u 31,5 % tan-nisa li jaħdmu jagħmlu dan fuq bażi part-time, filwaqt li fost l-irġiel, dawk li jaħdmu part-time jammontaw għal 8,2 % biss tal-irġiel li jaħdmu; billi d-differenza fir-rati tal-impjieg bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE għadha 12 %; billi l-evidenza tissuġġerixxi li waħda mill-kawżi ewlenin ta' dan huma r-responsabbiltajiet sproporzjonati ta' kura li għandhom in-nisa; billi l-effett kumulattiv tal-waqfiet multipli fil-karriera li jolqtu lin-nisa b'riżultat tar-responsabbiltajiet ta' kura jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal pagi aktar baxxi, karrieri iqsar u differenzi ta' 16 % u 37 % rispettivament bejn is-salarji u l-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel; billi dan iwassal biex in-nisa jkunu aktar esposti għall-faqar u għall-esklużjoni soċjali, u dan għandu riperkussjonijiet negattivi li jestendu wkoll għat-tfal tagħhom u l-familji tagħhom; billi huwa importanti li jintemmu d-differenzi fl-impjieg, fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel, minħabba li t-telf ekonomiku dovut għad-differenza fl-impjieg bejn in-nisa u l-irġiel jammonta għal EUR 370 biljun fis-sena; billi l-għoti ta' servizzi ta' kura jista' jkun strumentali għal rispons effettiv għan-nuqqasijiet ta' ħaddiema; |
|
D. |
billi “kura” għandha tinftiehem bħala xogħol imwettaq, f'kapaċità personali, f'istituzzjonijiet pubbliċi jew privati jew f'unità domestika jew unitajiet domestiċi privati, għat-tfal, l-anzjani, il-morda jew persuni b'diżabilità; billi x-xogħol tal-kura għandu, f'ċirkostanzi ideali, isir minn persuni li jindukraw b'mod professjonali, li jkunu impjegati minn entitajiet pubbliċi jew privati jew minn familji, jew li jaħdmu għal rashom, iżda jsir ukoll b'mod informali – u mingħajr ħlas – minn persuni li jindukraw mingħajr kwalifiki professjonali, li normalment ikunu membri tal-familja; |
|
E. |
billi bħala medja, in-nisa jqattgħu tliet darbiet aktar ħin fuq xogħol domestiku u ta' kura mhux imħallas, u dan jidher l-aktar fil-koppji li l-iżgħar wild tagħhom għandu inqas minn seba' snin: in-nisa jqattgħu medja ta' 32 siegħa fil-ġimgħa fuq xogħol imħallas u 39 siegħa fuq xogħol mhux imħallas, filwaqt li l-irġiel, fil-ġimgħa jagħmlu 41 siegħa xogħol imħallas u 19-il siegħa xogħol mhux imħallas; |
|
F. |
billi skont iċ-ċifri mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, is-settur tax-xogħol domestiku u tal-kura impjega madwar 52 miljun persuna fid-dinja kollha fl-2010, u 7,4 miljun ħaddiem domestiku ieħor taħt l-età ta' 15-il sena, u jammonta għal bejn 5 % u 9 % tal-impjegar kollu fil-pajjiżi industrijalizzati; |
|
G. |
billi l-impjiegi relatati mal-kura mhumiex imħallsa tajjeb f'ħafna Stati Membri, sikwit ma joffrux kuntratti formali jew drittijiet bażiċi oħra tal-ħaddiema u mhumiex professjonalment attraenti, minħabba riskju kbir ta' stress fiżiku u emozzjonali, it-theddida ta' eżawriment, u nuqqas ta' opportunitajiet ta' żvilupp fil-karriera; billi s-settur joffri ftit opportunitajiet ta' taħriġ u, barra minn hekk, il-ħaddiema f'dan is-settur b'mod predominanti huma persuni kbar fl-età, nisa u ħaddiema migranti; |
|
H. |
billi l-miżuri ta' appoġġ, bħat-tnaqqis fiskali għas-servizzi domestiċi fl-Iżvezja, il-vawċer tal-impjieg għas-servizz Franċiż u l-vawċer għas-servizz Belġjan urew li kienu effettivi għal tnaqqis fix-xogħol mhux iddikjarat, titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għoti tad-drittijiet tax-xogħol regolari lill-ħaddiema domestiċi u lill-ħaddiema fis-settur tal-kura; |
|
I. |
billi l-evidenza turi li 80 % tal-kura provduta fl-UE tingħata minn persuni li jindukraw informali u mingħajr ħlas, li 75 % minnhom huma nisa; billi 27,4 % tan-nisa jaħdmu part-time biex jieħdu ħsieb tfal jew adulti bi ħtiġijiet ta' kura, meta mqabbla ma' 4,6 % tal-irġiel (15); billi l-għoti ta' servizzi ta' kura m'għandux iġiegħel lill-persuni li jindukraw b'mod informali jkollhom jagħżlu bejn ir-responsabilitajiet tal-kura u l-ħin liberu tagħhom, peress li dawk li għandhom impjieg diġà jridu jibbilanċjaw ir-responsabbiltajiet differenti u l-użu tal-ħin tagħhom; |
|
J. |
billi ċerti statistiki nazzjonali juru li madwar 6-7 % tal-persuni li jindukraw fl-Istati Membri huma żgħażagħ taħt l-età ta' 17-il sena, filwaqt li hemm ħames darbiet aktar nisa minn irġiel tal-età ta' bejn 15 u 24 li jagħmlu dan ix-xogħol; billi ż-żgħażagħ li jindukraw ġieli jġorru responsabbiltajiet adulti kbar billi jipprovdu kura, għajnuna u appoġġ lill-ġenituri, lil ħuthom, lin-nanniet jew qraba oħra li jkollhom diżabilità, mard kroniku jew problema ta' saħħa mentali; billi ż-żgħażagħ li jindukraw iħabbtu wiċċhom ma' ostakoli partikolari fl-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ u fir-rikonċiljazzjoni tal-edukazzjoni mar-responsabbiltajiet tal-kura, u dan għandu impatt fuq is-saħħa u l-għajxien tagħhom; |
|
K. |
billi f'għadd ta' Stat Membru jeżisti nuqqas ta' servizzi ta' kura professjonali ta' kwalità disponibbli għal kulħadd, indipendentement mill-introjtu tagħhom; |
|
L. |
billi ħafna membri tal-familji dipendenti li jeħtieġu kura jgħixu f'żoni milquta minn nuqqas persistenti ta' servizzi, filwaqt li l-iżolament u ċirkostanzi oħra jagħmluha diffiċli għalihom li jiksbu aċċess għal servizzi professjonali ta' kura; billi f'ħafna każijiet jieħdu ħsiebhom persuni mhux professjonali, li sikwit ħafna ikunu l-qraba nisa tagħhom; |
|
M. |
billi l-Ewropa qed ikollha tgħaddi minn bidliet demografiċi li qed iwasslu għal inċidenza akbar ta' mard relatat mal-età u popolazzjoni li qed tixjieħ, u għaldaqstant ħtiġijiet akbar ta' kura; billi fi żmien fejn it-talba għall-kura qed tikber, teżisti distribuzzjoni sproporzjonata tar-responsabbiltajiet tal-kura bejn il-ġeneri, fejn in-nisa jġorru l-parti l-kbira tal-piż minħabba r-rwoli sterjotipiċi tal-ġeneri li għadhom jipprevalu fis-soċjetà Ewropea; billi n-numru dejjem akbar ta' persuni anzjani, it-tnaqqis fl-għadd ta' persuni tal-età tax-xogħol u r-restrizzjonijiet baġitarji xprunati mill-awsterità qed ikollhom impatt sinifikanti fuq is-servizzi soċjali, li se jkollu wkoll riperkussjonijiet fuq il-persuni li jkollhom jikkombinaw ix-xogħol u r-responsabbiltajiet ta' kura, sikwit f'ċirkostanzi diffiċli; |
|
N. |
billi hu maħsub li l-popolazzjoni tal-UE se tixjieħ, u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-età ta' 65 u aktar hu mistenni li jikber minn 17,1 % fl-2008 għal 30 % fl-2060, waqt li fl-istess perjodu, dak ta' persuni ta' 80 u aktar se jikber minn 4,4 % għal 12,1 %; |
|
O. |
billi l-anzjani jinsabu f'riskju akbar ta' faqar mill-popolazzjoni ġenerali: fl-2008 madwar 19 % ta' dawk li għandhom 65 sena u aktar kienu f'riskju, meta fl-2000 dawn kienu 17 %; billi din ir-rata hija 5 punti ogħla għan-nisa milli għall-irġiel; |
|
P. |
billi l-anzjani xi drabi jġarrbu sessiżmu u diskriminazzjoni minħabba l-età, filwaqt li l-abbuż tal-anzjani, li jinstab f'varjetà ta' ambjenti ta' kura, huwa problema soċjali fl-Istati Membri kollha; |
|
Q. |
billi l-parti l-kbira tal-mudelli tal-politika nazzjonali għas-servizzi ta' kura fil-preżent mhix adatta biex taqdi l-ħtiġijiet tas-soċjetà Ewropea li qed tixjieħ, u billi l-parti l-kbira tal-Istati Membri s'issa għadhom ma indirizzawx l-isfidi demografiċi fl-inizjattivi u fis-sistemi rispettivi tagħhom tal-politika u tal-kura soċjali; |
|
R. |
billi għalkemm l-għadd ta' djar tal-kura għall-anzjani żdied matul dawn l-aħħar 10 snin fi kważi l-Istati Membri kollha, id-domanda għadha tiżboq id-disponibbiltà ta' akkomodazzjoni indipendenti u servizzi ta' kura ta' appoġġ; billi teżisti ħtieġa urġenti ta' investiment ulterjuri f'servizzi ta' kura fit-tul ibbażati fil-komunità jew fid-dar, għax kulħadd għandu d-dritt għal ħajja indipendenti, servizzi ta' appoġġ u inklużjoni fil-komunità; billi, barra minn hekk, in-nuqqas ta' informazzjoni diżaggregata fil-livell nazzjonali, inkluż dwar strumenti finanzjarji, u n-nuqqas ta' indikaturi tal-kwalità jagħmlu din il-parti importanti tal-infrastruttura tal-kura diffiċli biex tiġi monitorjata u vvalutata, u li jiġu mfassla rakkomandazzjonijiet għat-teħid ta' deċiżjonijiet; |
|
S. |
billi l-miri ta' Barċellona dwar il-kura tat-tfal lil mill-inqas 33 % tat-tfal taħt l-età ta' 3 snin (mira 1) u lil mill-inqas 90 % tat-tfal bejn l-età ta' 3 snin u l-età tal-iskola obbligatorja (mira 2) intlaħqu biss fi 12-il Stat Membru mill-2002, u r-rati f'xi Stati Membri għadhom tant baxxi li joħolqu tħassib; |
|
T. |
billi l-parteċipazzjoni akbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol iżżid il-ħtieġa ta' kura tat-tfal ta' kwalità u bi prezz li jintlaħaq, u d-domanda għall-postijiet fis-servizzi tal-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija fl-Ewropa tiżboq il-provvista; billi l-evidenza turi li l-kura tat-tfal għal dawk li għandhom bejn 0 u 3 snin tintuża prinċipalment fuq bażi part-time (inqas minn 30 siegħa fil-ġimgħa) f'aktar minn nofs l-Istati Membri kollha; billi l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol teħtieġ li l-kura tat-tfal tkun disponibbli full-time u tissodisfa d-domanda waqt il-ħinijiet tax-xogħol tal-ġenituri; |
|
U. |
billi jeżisti nuqqas ta' infrastruttura suffiċjenti li toffri kura tat-tfal aċċessibbli u ta' kwalità għal-livelli kollha ta' introjtu, kif muri mill-fatt li mit-32 miljun tifel u tifla taħt l-età tal-edukazzjoni obbligatorja fl-UE, madwar 15-il miljun biss għandhom aċċess għas-servizzi fit-tfulija bikrija (16) u l-parti l-kbira tan-nefqa pubblika tal-Istati Membri issir għal tfal li jkollhom minn tliet snin sal-età tal-bidu tal-iskola obbligatorja; billi l-investiment mis-setturi kollha għandu jiżdied, għax l-evidenza fil-pajjiżi tal-OECD turi li żieda fl-investiment mill-PDG fis-servizzi tal-kura twassal għal żieda fl-impjegar tan-nisa; billi l-investiment fil-kura tat-tfal hu strateġija li minnha jirbaħ kulħadd, u jiġġenera aktar dħul mit-taxxi minħabba l-parteċipazzjoni akbar tal-ġenituri fis-suq tax-xogħol; billi filwaqt li jikkomplementaw ir-rwol ċentrali tal-familja, l-edukazzjoni u l-kura ta' kwalità fit-tfulija bikrija jipprovdu ħafna benefiċċji għal żmien qasir u fit-tul għall-individwi u għas-soċjetà kollha kemm hi, fosthom għal persuni minn sfondi soċjoekonomikament żvantaġġati jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali, u huma effettivi fl-indirizzar tal-inugwaljanza li tolqot lit-tfal minn età bikrija, u fl-indirizzar tal-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola; |
|
V. |
billi l-edukazzjoni ta' kwalità fit-tfulija bikrija hi investiment effettiv, u tipprovdi l-pedament għal tagħlim tul il-ħajja b'suċċess u tindirizza l-inugwaljanzi u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom it-tfal żvantaġġati; |
|
W. |
billi fl-UE hawn aktar minn 80 miljun persuna b'diżabilità, u dan in-numru qed ikompli jikber, u wieħed minn kull erba' Ewropej għandu qarib b'diżabilità; billi meta saret Parti tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tan-NU fl-2011, l-UE ħadet l-impenn li tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità; billi fid-dawl ta' dawn id-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità ta' kull età, rajna ċaqliqa, riċentement, minn kura istituzzjonalizzata għal kura bbażata fil-komunità għall-persuni b'diżabilità; |
|
X. |
billi taħt l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, kulħadd għandu d-dritt għal ħajja indipendenti u inklużjoni fil-komunità, u dan jinvolvi mhux biss li tkun provduta akkomodazzjoni indipendenti, iżda wkoll li jkunu provduti servizzi ta' appoġġ li jirriflettu l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità; |
|
Y. |
billi t-tfal u l-adulti b'awtiżmu sever aktarx isibuha diffiċli biex jagħmlu l-attivitajiet ta' kuljum weħidhom, u ġeneralment jirrikjedu assistenza fil-parti l-kbira tal-attivitajiet; |
|
Z. |
billi s-servizzi tal-kura fit-tul u tal-kura tat-tfal sikwit huma sottovalutati u f'ħafna Stati Membri din il-professjoni għandha profil u status pjuttost baxx, li hu rifless f'pagi baxxi, rappreżentanza inugwali tan-nisa u tal-irġiel fil-forza tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol mhux tajba; |
|
AA. |
billi l-impjiegi fil-kura formali, inkluża l-kura fid-dar, jinvolvi persunal kwalifikat, li jrid jitħallas b'mod adegwat (17); billi jeħtieġ li tkun żgurata provvista adegwata ta' persuni li jindukraw kwalifikati għax l-iżvilupp ta' servizzi ta' kura formali ta' kwalità għat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità huwa marbut ma' relazzjonijiet tal-impjieg ta' kwalità, pagi diċenti u investiment fil-ħaddiema li jipprovdu dawn is-servizzi, inkluż l-investiment fit-taħriġ tal-persuni li jindukraw it-tfal; billi r-relazzjonijiet tal-impjieg professjonali għall-persuni li jindukraw għandhom effett pożittiv fuq il-ħila tagħhom li jibbilanċjaw ix-xogħol u l-ħajja personali; |
|
AB. |
billi l-utenti tal-kura fit-tul jaf ikollhom diffikultà biex jħallsu għal servizzi ta' kura privati, li normalment ikunu jiswew aktar mis-servizzi ta' kura pprovduti mis-settur pubbliku; billi n-nisa jintlaqtu dejjem aktar mill-irġiel minħabba d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet, u jkollhom jonfqu sehem akbar tal-introjtu tagħhom fuq il-kura fit-tul; |
|
AC. |
billi ġie rappurtat li meta d-disponibbiltà ta' servizzi ta' kura ta' kwalità tkun limitata, persuni minn sfondi żvantaġġati qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi partikolari, fosthom dawk minn familji b'introjtu baxx, dawk li jgħixu f'żoni rurali, u t-tfal minn sfondi ta' minoranzi etniċi jew migranti; |
Il-kuntest fi ħdan il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
|
1. |
Jinnota li d-distakk bejn is-sessi fl-impjiegi jikber sostanzjalment ladarba l-familji jkollhom it-tfal, li jirrifletti d-diffikultajiet li n-nisa jiffaċċjaw fir-rikonċiljazzjoni tat-trobbija tat-tfal u r-responsabbiltajiet tal-indukrar max-xogħol tagħhom, dan huwa dovut għan-nuqqas ta' infrastruttura pubblika tal-kura suffiċjenti u għad-diviżjoni persistenti bbażat fuq il-ġeneri tax-xogħol, li timponi ammont kbir ta' indukrar li jrid isir prinċipalment minn nisa, u dan iwassal biex in-nisa jqattgħu bejn id-doppju u għaxar darbiet aktar ħin mill-irġiel fuq il-kura mhux imħallsa (18); |
|
2. |
Jinnota li kwart tan-nisa kollha għadhom ħaddiema tal-familja li jikkontribwixxu iżda ma jitħallsux, li jfisser li ma jirċievu l-ebda ħlas dirett, u teżisti segregazzjoni ċara tan-nisa fis-setturi li ġeneralment huma kkaratterizzati minn paga baxxa, sigħat twal u spiss b'arranġamenti tax-xogħol informali, li jwasslu għal inqas gwadanji monetarji, soċjali u strutturali għan-nisa; |
|
3. |
Jenfasizza li l-femminilizzazzjoni tal-faqar hija l-konsegwenza ta' diversi fatturi, inklużi d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi, ir-responsabilitajiet tal-kura u l-pawżi relatati; jenfasizza li d-diskriminazzjoni multipla li jħabbtu wiċċhom magħha n-nisa minħabba, fost fatturi oħra, l-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess tagħhom, tikkontribwixxi għall-feminizzazzjoni tal-faqar; |
|
4. |
Jilqa' l-proklamazzjoni interistituzzjonali għal Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u jfakkar il-prinċipji tiegħu, li jinkludu:
|
|
5. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-iżviluppi mhux favorevoli fil-qasam tal-liv tal-ġenituri u d-drittijiet relatati mat-trobbija tat-tfal, bħall-irtirar tal-abbozz ta' direttiva dwar l-estensjoni tal-liv tal-maternità, u s-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li tqis li hija legali t-tkeċċija ta' ħaddiema nisa tqal bħala parti minn sensji kollettivi; jistieden lill-Kummissjoni timla malajr kemm jista' jkun il-lakuni fil-leġiżlazzjoni tal-UE; |
|
6. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ħaddiema u l-persuni li jindukraw, u jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tad-drittijiet individwali tal-liv u l-arranġamenti flessibbli tax-xogħol biex individwi li jaħdmu jiġu megħjuna jimmaniġġjaw il-ħajjiet privati u professjonali tagħhom; ifakkar li l-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandhom jinkoraġġixxu lill-irġiel biex jassumu responsabbiltajiet ta' kura fuq bażi ugwali man-nisa; jemmen li għall-finijiet tal-iżvilupp fil-futur, l-għan jenħtieġ li jkun li l-liv tal-ġenituri u l-liv għall-indukrar jiġu estiżi progressivament (19), kif ukoll il-livell ta' pagament relattiv, li għandu jkun xieraq, sabiex jiġu żgurati l-liv tal-ġenituri mhux trasferibbli, il-garanziji fir-rigward tat-tkeċċija, ir-ritorn fl-istess pożizzjoni jew pożizzjoni ekwivalenti u l-protezzjoni minn diskriminazzjoni mwettqa abbażi ta' deċiżjonijiet tat-teħid tal-liv, u l-estensjoni tad-drittijiet lill-persuni li jaħdmu għal rashom u lil dawk li jeħtieġu liv adegwat sabiex jindukraw persuni dipendenti oħra għajr it-tfal; |
|
7. |
Jistieden lill-Istati Membri kollha jħeġġu lill-missirijiet jagħmlu l-aħjar użu mil-liv tal-paternità, li huwa mod effettiv kif jiġu mħeġġa jaċċettaw ir-responsabbiltà biex jieħdu ħsieb uliedhom u l-familji tagħhom u mezz utli biex tinkiseb ugwaljanza ġenwina bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
8. |
Jemmen li l-għoti ta' servizzi ta' kura ma għandux ikollu impatt negattiv fuq il-livelli tal-pagi tal-persuni li jindukraw jew il-benefiċċji soċjali jew tal-pensjoni; jitlob, f'dan il-kuntest, li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
9. |
Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni diffiċli tal-familji li jieħdu ħsieb tifel jew tifla jew qraba b'diżabbiltà, peress li f'dawn il-każijiet il-kura hija tul ħajjithom kollha; |
|
10. |
Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' servizzi ta' assistenza temporanja għall-ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà; jirrimarka li dan in-nuqqas ta' appoġġ spiss jagħmilha totalment impossibbli għall-ġenituri biex jaħdmu; jinnota, f'dan ir-rigward, in-nuqqas allarmanti ta' faċilitajiet għal persuni li jbatu minn awtiżmu serju; |
|
11. |
Jemmen li kull persuna bi bżonnijiet ta' kura għandu jkollha d-dritt soġġettiv li tagħżel servizzi ta' kura ta' kwalità li jissodisfaw bl-aħjar mod ir-rekwiżiti tagħhom għall-kura u li jkunu xierqa u aċċessibbli kemm għalihom kif ukoll għall-persuni li jindukrawhom; huwa tal-fehma li irrispettivament mid-differenzi bejn l-utenti u l-ħtiġijiet tagħhom, is-servizzi ta' kura għandhom jiġu żviluppati b'mod iffukat fuq il-persuna, individwalizzati u komprensivi; jinnota li l-familji mhumiex omoġenji u li l-politika u l-programmazzjoni għandhom jiġu adattati għal tali varjetà; |
|
12. |
Jemmen li l-għażliet ta' servizzi ta' kura għandhom jirriflettu n-natura tax-xogħol li qed tinbidel hekk kif dawn jiġu żviluppati aktar; |
|
13. |
Jemmen li, f'konformità mad-dritt għal kura fit-tul stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-kura fit-tul għandha titqies bħala fergħa ta' protezzjoni soċjali, li għandha tistabbilixxi d-dritt għal kura ta' kwalità u ffukata fuq il-persuna għal kulħadd; jemmen, barra minn hekk, li hemm ħtieġa urġenti għal aktar investiment f'servizzi ta' kura fit-tul affordabbli ta' kwalità tajba, kif ukoll servizzi ta' kura fid-djar u bbażati fil-komunità, f'konformità mal-Pilastru Soċjali Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u mas-CRPD tan-NU; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jiżguraw aċċess ugwali u trattament ġust għas-servizzi ta' kura għall-anzjani, it-tfal, u l-persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku li jkollhom bżonn kura fit-tul, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil persuni li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati; |
|
14. |
Jenfasizza li d-disponibbiltà ta' infrastruttura, servizzi u appoġġ ta' kura pubblika u privata, varjata, ta' kwalità, aċċessibbli u affordabbli għat-tfal, persuni anzjani, persuni b'diżabbiltà u persuni b'mard kroniku jew li jeħtieġu kura fit-tul, kemm f'pajjiżhom kif ukoll fil-komunità f'sitwazzjonijiet ta' tip ta' djar, uriet li hija aspett kruċjali tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u fattur ewlieni li jippromwovi t-teħid ta' liv fost il-ġenituri u l-persuni li jagħtu l-kura b'mod informali, bħala parti mill-isforzi biex in-nisa jiġu megħjuna jirritornaw malajr u jibqgħu fis-suq tax-xogħol; jilqa' t-tranżizzjoni lejn servizzi bbażati fil-komunità, f'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u s-CRPD tan-NU, filwaqt li jinnota l-ħtieġa li dawn is-servizzi jiġu mmonitorjati biex tiġi żgurata l-kwalità tagħhom; iqis li l-kwalità għolja tal-kura tiddependi fuq il-kwalità għolja tas-servizzi pprovduti u kemm dawn jirrispettaw id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem tar-riċevituri u kif dawn jiżguraw l-inklużjoni tar-riċevituri fil-komunità; |
|
15. |
Ifakkar li n-nuqqas ta' servizzi ta' kura huwa fattur ewlieni tas-sottorappreżentanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol, peress li jagħmilha aktar diffiċli biex jinstab bilanċ bejn ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-familja, li jwassal biex xi nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol għalkollox, jaħdmu inqas sigħat f'impjieg bi ħlas u jqattgħu aktar ħin jaqdu responsabbiltajiet ta' kura mhux imħallsa, b'riperkussjonijiet dannużi għad-drittijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom, b'mod partikolari l-pensjonijiet, u riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali, speċjalment matul l-età avvanzata; |
It-tipi ta' kura
|
16. |
Jinnota li hemm varjetà ta' servizzi ta' kura, inklużi l-indukrar u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija, is-servizzi ta' kura għall-persuni anzjani u l-kura jew l-appoġġ għall-persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku li jkollhom ħtiġijiet ta' saħħa u kura dejjiema, u jinnota li bħala riżultat ta' dan ġew żviluppati approċċi ta' politika differenti; huwa tal-fehma li l-kura tista' tingħata minn persuni li jagħtu kura b'mod formali u informali; |
|
17. |
Jemmen li l-approċċ għall-iżvilupp ta' servizzi ta' kura għandu jqis il-kategoriji kollha ta' utenti u d-differenzi u l-preferenzi differenti tagħhom għat-tipi ta' servizzi ta' kura li jeħtieġu, inklużi persuni li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati, bħall-minoranzi etniċi jew familji migranti, u persuni li jgħixu f'żoni remoti u rurali u familji bi dħul baxx; ifakkar li l-kunċett tal-familja użat fil-leġiżlazzjoni u fil-politiki għandu jinftiehem f'sens wiesa'; |
|
18. |
Jirrikonoxxi li status soċjoekonomiku baxx u livelli baxxi ta' edukazzjoni huma, għal ħafna nies, ostakli għas-servizzi ta' kura, li jaggravaw l-isfidi li jiffaċċjaw biex jiksbu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; iqis li dan jirrikjedi programmazzjoni u politika espliċiti; |
|
19. |
Jinnota li s-settur privat għandu rwol importanti fil-provvista ta' servizzi ta' kura fit-tul għal persuni b'diżabbiltà u persuni anzjani, u li l-kwistjonijiet relatati mal-aċċessibbiltà u l-kwalità ta' tali servizzi tqajmu fl-UE kollha; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta s-sitwazzjoni fis-suq tas-servizzi ta' kura u tieħu l-inizjattivi regolatorji meħtieġa biex tikkontrolla u tissorvelja l-kwalità tas-servizzi offruti f'sitwazzjonijiet bħal dawn; |
Il-kwalità, l-affordabbiltà u l-aċċessibbiltà tal-kura
|
20. |
Jemmen li s-servizzi ta' kura għandhom jitfasslu b'tali mod li jipprovdu għażliet ġenwini lill-utenti, lill-membri tal-familja u lill-persuni li jindukraw kollha, kemm jekk ikunu f'impjieg full-time kif ukoll part-time, dawk li jaħdmu għal rashom jew persuni qiegħda; |
|
21. |
Jemmen li dawk li jippjanaw, jipprogrammaw u jipprovdu servizzi ta' kura għandhom responsabbiltà li jkunu jafu bil-ħtiġijiet tal-utenti u li s-servizzi ta' kura għall-anzjani u persuni b'diżabbiltà jridu jiġu ppjanati u żviluppati bil-parteċipazzjoni attiva u sinifikanti tal-utenti u għandhom jiġu mfassla u implimentati permezz ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet; jinnota l-esperjenzi pożittivi ta' persuni b'diżabbiltajiet mentali u intellettwali li ħadu sehem fl-iżvilupp ta' infrastruttura u servizzi li jtejbu l-għajxien indipendenti u l-kwalità tal-ħajja tagħhom; |
|
22. |
Jirrimarka li l-provvista ta' kura ta' kwalità fl-UE tvarja ħafna kemm fi ħdan kif ukoll fost l-Istati Membri: bejn l-ambjenti privati u pubbliċi, iż-żoni urbani u rurali, u gruppi ta' etajiet differenti; jieħu nota tal-fatt li parti kbira mir-responsabbiltajiet tal-indukrar tat-tfal u tal-kura fit-tul hija r-responsabbiltà tal-familji, speċjalment in-nanniet fil-każ tal-indukrar tat-tfal, li hija partikolarment evidenti fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Ewropa (20); |
|
23. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw kopertura tajba tas-servizzi ta' kura, kemm f'żoni urbani kif ukoll f'żoni rurali, sabiex jitjiebu l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-kura għal persuni li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati, inklużi dawk li jgħixu f'żoni rurali u remoti; |
|
24. |
Jemmen li l-aċċessibbiltà tirriżulta minn taħlita tal-kost u tal-flessibbiltà u li għalhekk għandu jkun hemm firxa ta' provvedimenti tas-servizzi ta' kura, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u għall-kura fid-dar u f'ambjenti bħal dak tad-dar; iqis, barra minn hekk, li l-membri tal-familja jew għandhom ikunu jistgħu jipprovdu l-kura b'mod volontarju jew ikunu ssussidjati biex jakkwistaw servizzi ta' kura; |
|
25. |
Jenfasizza li l-kwalità tas-servizzi ta' kura għandha tinftiehem f'varjetà sħiħa ta' modi, inklużi l-kwalità tal-faċilitajiet u s-servizzi, il-kwalità tal-programmi tat-tagħlim għat-tfal, il-professjonaliżmu tal-persuni li jindukraw, il-kwalità tal-bini u l-ambjent, il-livelli tal-edukazzjoni tal-persuni li jindukraw u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom; |
|
26. |
Jinnota li s-servizzi ta' kura għandhom jiġu żviluppati sabiex isaħħu l-kontinwità tal-kura, il-kura tas-saħħa u soċjali preventiva, ir-rijabilitazzjoni u l-għajxien indipendenti; jemmen li l-arranġamenti diretti għall-kura fid-djar għandhom jiġu mħeġġa, sabiex il-persuni bi bżonnijiet ta' kura jkunu jistgħu jiksbu s-servizzi ta' professjonisti tal-kura kwalifikati fi djarhom u jkunu jistgħu jgħixu b'mod indipendenti, fejn ikun possibbli; huwa tal-fehma li s-servizzi ta' kura għandhom, fejn rilevanti, ikunu mmirati lejn appoġġ tal-familja komprensiv, bħal għajnuna fid-dar, tutoraġġ u indukrar tat-tfal; |
|
27. |
Jenfasizza li l-informazzjoni dwar is-servizzi ta' kura u l-fornituri ta' servizzi disponibbli għandha tkun aċċessibbli għall-ġenituri, għall-anzjani, għall-persuni b'diżabbiltà u/jew li għandhom mard kroniku li jeħtieġu kura fit-tul kif ukoll għal dawk li jagħtu l-kura b'mod informali; |
|
28. |
Jissottolinja l-fatt li n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' servizzi u l-ispejjeż projbittivi tal-indukrar tat-tfal għandhom impatt negattiv fuq it-tfal li ġejjin minn familji bi dħul baxx, li jpoġġihom fi żvantaġġ minn età żgħira; jenfasizza li kull wild għandu d-dritt għal kura ta' kwalità tajba u għall-iżvilupp bikri tat-tfulija, inkluża firxa sħiħa ta' stimoli soċjali; jinnota li l-ispejjeż eċċessivi tas-servizzi ta' kura jaffettwaw ukoll lil persuni dipendenti li ġejjin minn familji bi dħul baxx, filwaqt li jpoġġuhom fi żvantaġġ; |
|
29. |
Huwa tal-fehma li n-nuqqas ta' investiment fl-indukrar tat-tfal ta' kwalità għolja għal tfal taħt it-tliet snin jestendi l-interruzzjonijiet fil-karriera tan-nisa u joħloq diffikultajiet meta jirritornaw għax-xogħol; |
|
30. |
Jemmen li l-programmi nazzjonali għandhom jissaħħu sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja ta' nisa anzjani, b'mod partikolari dawk b'mard li jikkawża diżabbiltà tal-memorja, u l-dawk li jindukraw, li ħafna drabi huma nisa anzjani huma wkoll; jipproponi li l-assoċjazzjonijiet tal-Alzheimer għandhom jiġu kkonsultati fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' tali miżuri; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa gwida għall-Istati Membri, f'konformità mal-proposti fformulati hawn, dwar l-iżvilupp ta' servizzi ta' kura komprensivi favur l-impjiegi, ibbażati fuq il-persuni, u servizzi ta' kura bbażati fuq il-komunità u aċċessibbli li jinkludu l-indukrar tat-tfal, servizzi ta' kura għal persuni anzjani u servizzi ta' kura għal persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku, u li huma bbażati fuq il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni mal-utenti li għalihom huma intiżi s-servizzi biex jiġi żgurat li huma aċċessibbli u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti maħsuba; |
|
32. |
Jieħu nota tad-diversi prattiki fl-Istati Membri u jenfasizza li l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell Ewropew jistgħu jappoġġaw it-tagħlim bejn il-pari u l-konsulenza bejn il-pari fost l-Istati Membri u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' servizzi ta' kura ta' kwalità billi jappoġġaw u jikkomplementaw il-miżuri meħuda fil-livelli reġjonali u nazzjonali, minbarra li jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw sfidi komuni; jistieden lill-Kummissjoni sservi bħala pjattaforma u tiffaċilita dan l-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajbin dwar il-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi ta' kura, kif ukoll il-mudelli differenti ta' provvista għal servizzi ta' kura mfassla apposta għal ċirkostanzi individwali u kapaċitajiet finanzjarji biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-kura; |
|
33. |
Jinsab imħasseb dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'ħafna servizzi ta' kura, bħal pereżempju sigħat twal ta' xogħol, paga inadegwata, nuqqas ta' taħriġ u politiki dgħajfa dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; jinsab imħasseb li x-xogħol ta' kura huwa meqjus bħala settur mhux attraenti għall-impjiegi, li jattira prinċipalment nisa u ħaddiema migranti; jenfasizza li dawn il-kundizzjonijiet għandhom ukoll impatt fuq il-kwalità tal-kura li tingħata; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jagħtu valur mill-ġdid lill-kura bħala għażla ta' karriera, u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas legali għal standards minimi għall-ħaddiema fis-settur, f'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali, u tniedi inizjattiva dwar il-kwalità tal-kura fit-tul, billi tispira ruħha mill-għodod u l-inizjattivi volontarji disponibbli mmexxija mis-soċjetà ċivili, bħall-Qafas Ewropew ta' Kwalità għal servizzi ta' kura fit-tul u l-proposta reċenti tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta' Kwalità Għolja; |
|
34. |
Jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw u jiżguraw li l-istituzzjonijiet u postijiet oħra li jipprovdu l-kura jkunu postijiet sikuri u motivanti għax-xogħol u li hemm investiment adegwat fil-benessri u s-saħħa okkupazzjonali tal-fornituri tas-servizzi tal-kura tas-saħħa; jemmen li huwa essenzjali li jiġi żgurat il-benessri tal-persuni li jindukraw sabiex jiġi evitat l-abbuż ta' dawk li jirċievu l-kura; jappoġġa, f'dan il-kuntest, l-inizjattivi leġiżlattivi għaċ-ċertifikazzjoni u r-rikonoxximent ta' professjonisti li jindukraw, u jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jindukraw, bħall-iżgurar tad-drittijiet tagħhom għal kuntratt ta' impjieg formali u liv imħallas; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza pubblika dwar il-valur tas-servizzi tal-kura sabiex itejbu l-istatus tal-professjoni tal-kura u jippromwovu l-involviment tal-irġiel fl-attivitajiet ta' kura; |
|
35. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Kunsill, għal approvazzjoni, programm tal-persuni li jindukraw Ewropej, bil-għan li jiġu identifikati u rikonoxxuti d-diversi tipi ta' kura fl-Ewropa, u jiġi garantit l-appoġġ finanzjarju għall-persuni li jindukraw, u l-iżvilupp progressiv tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom; |
|
36. |
Ifakkar li r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli (21) speċifikament titlob għal direttiva dwar il-liv tal-persuni li jindukraw; jinnota li l-persuni li jindukraw b'mod informali li jagħżlu li jipprovdu kura informali lill-qraba tagħhom għandhom jirċievu kumpens adegwat u aċċess għad-drittijiet soċjali fuq bażi komparabbli ma' fornituri oħra ta' kura; jitlob, barra minn hekk, approċċ komprensiv biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' persuni li jindukraw b'mod informali li jmorru lil hinn mil-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi, bħall-appoġġ kontinwu għad-dħul, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, il-possibbiltà ta' liv annwali u l-akkumulazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni sabiex ikunu suffiċjenti, anke meta l-livelli ta' dħul tal-persuni li jindukraw jkunu temporanjament aktar baxxi minħabba l-provvediment ta' kura informali, sitwazzjoni li tikkonċerna l-aktar lin-nisa; jemmen li l-għoti ta' servizzi ta' kura m'għandux ikollu impatt negattiv fuq is-saħħa u l-benesseri tal-persuni li jindukraw b'mod informali; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jipprovdu servizzi adegwati ta' kura temporanja u konsulenza, konsulenza bejn il-pari, appoġġ psikoloġiku, kura matul il-jum u faċilitajiet ta' kura temporanja għal persuni li jindukraw b'mod informali li jgħinu biex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-impjieg; |
|
37. |
Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu “care credits” (krediti tal-kura) permezz ta' leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u s-sigurtà soċjali kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel bħala perjodi ekwivalenti għall-akkumulazzjoni ta' drittijiet tal-pensjoni sabiex jiġu protetti dawk li jieqfu għal ftit mill-impjieg biex jipprovdu kura informali u mhux imħallas lil persuna dipendenti jew membru tal-familja u biex jiġi rikonoxxut il-valur tax-xogħol ta' dawn il-persuni li jindukraw għas-soċjetà kollha kemm hi; |
|
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li jindukraw b'mod informali huma rikonoxxuti bħala atturi ugwali fl-għoti tas-servizzi tal-kura u jiżviluppaw, barra minn hekk, bħala parti minn programmi ta' tagħlim tul il-ħajja, taħriġ u rikonoxximent tal-ħiliet miksuba ta' dawk li jindukraw b'mod informali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, jipprovdu appoġġ għal żgħażagħ li jindukraw, f'kooperazzjoni mal-NGOs u l-istabbilimenti edukattivi; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi pjan ta' azzjoni li jkun fih dawn il-miżuri u oħrajn biex jiġu żgurati l-kwalità tal-kura u l-kwalità tal-ħajja tal-persuni li jindukraw; |
|
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu riċerka dwar l-għadd ta' żgħażagħ li jindukraw u dwar l-impatt ta' dan ir-rwol fuq il-benessri u l-għajxien tagħhom u, fuq il-bażi ta' din ir-riċerka, jipprovdu appoġġ u jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni li jindukraw iż-żgħażagħ, b'kooperazzjoni mal-NGOs u l-istabbilimenti edukattivi; |
|
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis aħjar is-servizzi ta' kura u tal-persuni li jindukraw meta tiżviluppa r-riċerka u l-politiki, b'mod partikolari fir-rigward tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), l-Istrateġija tad-Diżabbiltà u l-Programm tas-Saħħa; |
Il-miri tal-kura
|
41. |
Jenfasizza l-fatt li l-isfida attwali biex jintlaħqu l-miri ta' Barċellona hija li jiżdied il-provvediment tal-indukrar tat-tfal għat-tfal ta' bejn 3-4 snin; jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex testendi l-mira tal-Istrateġija 2020 għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ biex toffri postijiet għall-indukrar tat-tfal għal mill-inqas 95 % tat-tfal bejn l-età ta' tliet snin u l-età tal-iskola obbligatorja; jistieden lill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-atturi rilevanti inklużi l-Istati Membri, tirrevedi 'l fuq il-miri ta' Barċellona u l-miri dwar l-edukazzjoni bikrija tat-tfal; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jilħqu l-miri u jagħtu prijorità lill-provvediment ta' kura fl-aġendi politiċi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-oqfsa ta' kwalità nazzjonali tas-servizzi tal-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal billi jqisu l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta' Kura u Edukazzjoni Bikrija tat-Tfal ta' Kwalità Għolja, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirrevedu l-ħames oqsma kruċjali tas-servizzi tal-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal imsemmija fil-proposta: aċċess, forza tax-xogħol, kurrikulu, monitoraġġ u evalwazzjoni, u governanza u finanzjament. jistieden lill-Istati Membri biex fl-għoti ta' servizzi ta' indukrar tat-tfal ta' qabel l-iskola jagħmlu enfasi mhux biss fuq l-aċċessibbiltà iżda anki fuq il-kwalità tal-indukrar, b'mod partikolari għal tfal li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati u tfal b'diżabbiltà; |
|
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi indikaturi u miri ta' kwalità korrispondenti dwar is-servizzi ta' kura għall-anzjani u għall-persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku li jeħtieġu l-kura, simili għall-miri ta' Barċellona, b'għodod ta' monitoraġġ biex jitkejlu l-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà ta' dawn is-servizzi; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-kura għall-anzjani u għall-persuni b'diżabilità u/jew mard kroniku fil-monitoraġġ u r-reviżjoni tagħha tad-data fis-Semestru Ewropew u fir-rapport annwali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jinkludu valutazzjonijiet ta' servizzi ta' kura għal persuni anzjani u persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku fir-rapporti tal-pajjiżi tagħhom, filwaqt li jqisu l-feedback mingħand dawk li jindukraw u dawk li jirċievu l-kura; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi data dwar din il-kura f'sett ta' indikaturi tal-progress soċjali, li għandhom jiġu mmonitorjati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jinkludu dawn l-indikaturi soċjali fost ir-regoli tas-Semestru; iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw u jużaw miżuri korrettivi jekk il-progress ikun kajman ħafna; |
|
44. |
Jistieden ukoll lill-Kummissjoni ttejjeb il-ġbir ta' data diżaggregata skont il-ġeneru u tiżviluppa statistika speċifika għas-settur, definizzjonijiet u indikaturi komparabbli, tivvaluta d-dimensjonijiet tas-sessi tal-aċċessibbiltà, il-kwalità, id-disponibbiltà u l-effiċjenza tas-servizzi ta' kura tat-tfal, persuni b'diżabbiltà u mard kroniku u persuni anzjani fil-livell tal-UE, filwaqt li jinstabu modi biex jiġi evitat li jiżdied il-piż ta' monitoraġġ fuq il-professjonisti tal-kura; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-iżvilupp tas-servizzi ta' kura u tħejji rakkomandazzjonijiet għal azzjoni korrettiva jekk ikun meħtieġ; |
|
45. |
Jistieden lill-Istati Membri jiġbru data ta' kwalità dwar l-għoti ta' servizzi ta' kura disponibbli permezz ta' finanzjament pubbliku u privat għat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà, bil-għan li jimmonitorjaw is-sitwazzjoni ġenerali u jtejbu s-servizzi ta' kura billi jiffokaw mhux biss fuq il-ħtiġijiet tal-utenti iżda wkoll il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tan-numru kbir ta' persuni li jindukraw; jistieden lill-Istati Membri jadottaw strumenti ta' politika effikaċi u azzjonijiet korrettivi meta jkun meħtieġ; |
Il-finanzjament tal-kura
|
46. |
Jistieden lill-Istati Membri, anki bil-għan li jindirizzaw id-defiċit ta' investiment eżistenti, biex iżidu l-investiment pubbliku fis-servizzi ta' kura u fl-infrastruttura għat-tfal, speċjalment fit-tfulija bikrija, u għall-kura ta' persuni dipendenti oħra, jiżguraw aċċess universali għal tali servizzi, itejbu l-kwalità tal-kura, u jżidu l-investiment f'miżuri speċjali li jippermettu li l-persuni li jindukraw ikollhom ħajja professjonali attiva; |
|
47. |
Jinnota l-impatt sproporzjonat li n-nuqqas ta' investiment fi strutturi u servizzi ta' kura għandu fuq ġenituri weħidhom, li l-biċċa l-kbira minnhom huma nisa, u fuq il-familji li jgħixu fil-faqar u f'riskju ta' esklużjoni soċjali; |
|
48. |
Jinnota l-importanza tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-istadji kollha ta' implimentazzjoni tad-diversi politiki, b'mod kruċjali fl-istadju tal-programmazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li d-dimensjoni tal-ġeneri tiġi integrata bis-sħiħ fil-Pjanijiet ta' Riforma Nazzjonali mhux biss bis-sostenn tal-FSE iżda wkoll b'dak ta' fondi tal-UE oħra li jipprovdu riżorsi għall-infrastruttura soċjali ġenerali, li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għall-iżvilupp ta' servizzi ta' kura; |
|
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proċess tas-Semestru Ewropew iservi biex jintlaħaq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b'hekk iħalli biżżejjed spazju biex l-Istati Membri jiffinanzjaw u jsostnu l-finanzjament tagħhom għas-servizzi ta' kura; |
|
50. |
Jappoġġa l-inklużjoni fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tal-Kummissjoni ta' miżuri li jiffokaw fuq l-investiment fil-faċilitajiet għall-kura tat-tfal u d-diżinċentivi fiskali li jipprevjenu lit-tieni sors ta' dħul – fil-biċċa l-kbira nisa – milli jaħdmu aktar jew milli jaħdmu għalkollox, u fuq miżuri oħrajn biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-provvista tal-finanzjament għat-tipi kollha ta' servizzi ta' kura b'attenzjoni partikolari, fejn xieraq, għat-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal servizzi bbażati fil-komunità permezz tal-FSE+ u strumenti finanzjarji oħra li l-għan tagħhom hu li jiffinanzjaw l-infrastruttura soċjali; jistieden lill-Kummissjoni, bl-istess mod, biex issaħħaħ id-dotazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) sabiex tappoġġa l-provvista ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal f'żoni rurali, u biex tkompli tuża l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) sabiex tiffinanzja l-proġetti tal-ECEC; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, timmonitorja b'mod rigoruż l-infiq tal-finanzjament tal-UE, speċjalment taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) fil-qasam tas-servizzi tal-kura soċjali u l-kura fit-tul u biex tiżgura li l-investimenti jkunu konformi mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; |
|
52. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħmilhom applikabbli minn fruntiera għal oħra, bil-għan li l-Istat Membru ta' oriġini ta' persuna jkun jista' jiffinanzja l-assenjazzjoni ta' dak iċ-ċittadin f'faċilità ta' servizz soċjali fi Stat Membru ieħor (f'każijiet fejn tali faċilità mhijiex disponibbli fl-Istat Membru ta' oriġini); |
|
53. |
Jindika l-ħtieġa li ssir analiżi aħjar tal-potenzjal għal investiment pubbliku-privat fl-għoti ta' servizzi ta' kura fir-rigward ta' inizjattivi eżistenti tal-kumpaniji għall-ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' kura ta' persuni b'diżabbiltà u adulti; |
|
54. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu approċċ komprensiv għal kull tip ta' servizz ta' kura u jsaħħu d-dispożizzjonijiet għall-użu effiċjenti u sinerġistiku tal-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-UE fl-oqsma tat-tagħlim tul il-ħajja, ir-riċerka u l-iżvilupp infrastrutturali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprijoritizzaw il-finanzjament għall-kura tat-tfal u l-kura fit-tul bl-użu tal-istrumenti finanzjarji disponibbli fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss, mhux l-inqas il-FEIS eżistenti, il-Fondi SIE, bħall-FSE u l-FEŻR, u l-FAEŻR; iħeġġeġ aktar lill-Istati Membri biex iqassmu r-riżorsi tagħhom b'mod aktar effiċjenti b'tali mod li jiżdied kemm l-aċċess kif ukoll l-affordabbiltà tas-servizzi tal-kura għall-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, u biex ifasslu mudelli ta' finanzjament effiċjenti, inkluż finanzjament immirat, li jsibu l-bilanċ ġust bejn l-investiment pubbliku u l-investiment privat, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali u lokali; |
|
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ikollu riżorsi adegwati biex jimmonitorja l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-kura u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, u biex janalizza jekk u kif il-politiki qed jiksbu t-titjib mixtieq f'dak li jikkonċerna l-ugwaljanza bejn is-sessi; |
|
56. |
Jilqa' d-deċiżjoni ta' xi Stati Membri li jintroduċu inċentivi fiskali għall-kumpaniji li jipprovdu servizzi ta' kura tat-tfal għall-impjegati tagħhom sabiex itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
o
o o
|
57. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(2) ĠU C 175, 15.6.2011, p. 8.
(4) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 6.
(5) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 60.
(6) ĠU C 204, 13.6.2018, p. 76.
(7) ĠU C 76, 28.2.2018, p. 93.
(8) ĠU C 66, 21.2.2018, p. 30.
(10) ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 49.
(11) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 39.
(12) ĠU C 487, 28.12.2016, p. 7.
(13) ĠU C 12, 15.1.2015, p. 16.
(14) ĠU C 21, 21.1.2011, p. 39.
(15) Il-Kummissjoni Ewropea, 2018 Rapport dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
(16) Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni Ewropea għall-2018, Ċentru Ewropew ta' Strateġija Politika (2017), “10 Trends Transforming Education as We Know It” (10 Xejriet li qed jittrasformaw l-edukazzjoni kif nafuha).
(17) Eurofound , “Caring for children and dependants: effect on careers of young workers” (Il-kura tat-tfal u persuni dipendenti: l-effett fuq il-karrieri ta' ħaddiema żgħażagħ),
(18) Data tal-Eurostat mill-2010; ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2015 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea (2016),
(19) Kif appellat fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 162).
(20) Eurofound, Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja 2016: rapport ġenerali.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/94 |
P8_TA(2018)0465
Marda ta' Lyme (Borreljożi)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar il-marda ta' Lyme (Borreljożi) (2018/2774(RSP))
(2020/C 363/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-marda ta' Lyme (borreljożi) (O-000088/2018 – B8-0417/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard dwar analiżi sistematika tal-letteratura xjentifika rigward il-preċiżjoni dijanjostika tat-testijiet seroloġiċi għall-borreljożi ta' Lyme, |
|
— |
wara li kkunsidra l-laqgħa ta' konsultazzjoni tan-netwerk ta' esperti dwar is-sorveljanza tal-borreljożi ta' Lyme fl-Unjoni Ewropea, li saret f'Jannar 2016 fi Stokkolma, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' netwerk għas-sorveljanza epidemjoloġika u l-kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi d-dritt għas-saħħa huwa dritt fundamentali rikonoxxut mit-Trattati Ewropej, b'mod partikolari fl-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); |
|
B. |
billi l-marda ta' Lyme, jew il-borreljożi ta' Lyme, hija marda batterika kkawżata mill-batterju Borrelia burgdorferi, u tiġi trażmessa lill-bnedmin b'gidma ta' qurdiena kkontaminata bil-batterju; billi l-marda ta' Lyme hija marda infettiva li taffettwa lill-bniedem u lil diversi speċijiet ta' annimali domestiċi u selvaġġi; |
|
C. |
billi l-borreljożi ta' Lyme hija l-aktar marda żoonotika komuni fl-Ewropa – huwa stmat li hemm bejn 650 000 u 850 000 każ – u għandha inċidenza ogħla fl-Ewropa Ċentrali; billi l-infezzjoni sseħħ fix-xhur tar-rebbiegħa u s-sajf (minn April sa Ottubru), u l-borreljożi hija rikonoxxuta bħala marda okkupazzjonali għall-bdiewa, il-ħaddiema forestali u r-riċerkaturi li jaħdmu fuq il-post fil-pajjiżi fejn teżisti; |
|
D. |
billi jidher li l-marda u l-qurdien infettat qed jespandu ġeografikament, u issa qed jiġu reġistrati każijiet f'altitudnijiet u latitudnijiet ogħla, kif ukoll fl-ibliet; billi l-kawżi suspettati huma, fost affarijiet oħra, il-bidliet fl-użu tal-art, anki bl-afforestazzjoni ta' art ta' kwalità baxxa jew l-espansjoni ta' pjanti invażivi, it-tibdil fil-klima, it-tisħin globali, l-umdità eċċessiva u attivitajiet oħra relatati mal-imġiba tal-bniedem; |
|
E. |
billi fl-Ewropa ma jeżistix qbil dwar it-trattament, id-dijanjosi u l-iskrinjar tal-marda ta' Lyme, u l-prattiki jvarjaw minn pajjiż għal ieħor; |
|
F. |
billi l-gidma ta' qurdiena infettata u s-sintomi tal-marda ta' Lyme tista' ma tindunax bihom jew, f'xi każijiet, il-marda tista' tkun saħansitra asintomatika, u dan jista' jwassal għal kumplikazzjonijiet serji u ħsara permanenti simili għal dik ta' marda kronika, partikolarment jekk ma tinqabadx fil-pront; |
|
G. |
billi dijanjosi bikrija u aktar affidabbli tal-marda ta' Lyme tista' tnaqqas b'mod sinifikanti l-għadd ta' każijiet fi stadju avvanzat, u b'hekk titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti; billi dan inaqqas ukoll il-piż finanzjarju tal-marda u, skont il-koordinaturi tal-proġett ta' riċerka tal-UE DualDur, għandu jwassal biex, fl-ewwel 5 snin, diġà jiġu ffrankati madwar EUR 330 miljun fi spejjeż tal-kura tas-saħħa; |
|
H. |
billi ħafna pazjenti la ssirilhom dijanjosi fil-pront u lanqas m'għandhom aċċess għal trattament adegwat; billi jħossuhom imċaħħda u injorati mill-awtoritajiet pubbliċi, u xi wħud minnhom għad għandhom sintomi persistenti li jistgħu jwasslu għal mard kroniku; |
|
I. |
billi, fil-preżent, m'hemmx tilqima għall-marda ta' Lyme; |
|
J. |
billi l-inċidenza reali tal-borreljożi ta' Lyme fl-UE mhijiex magħrufa minħabba n-nuqqas ta' statistika dwar din il-marda u l-varjetà kbira ta' definizzjonijiet, metodi tal-laboratorju u sistemi ta' sorveljanza użati; |
|
K. |
billi fl-ICD m'hemmx kodiċijiet separati għall-istadju bikri u l-istadju avvanzat tal-marda ta' Lyme; billi fl-ICD m'hemmx kodiċijiet individwali għas-sintomi differenti tal-marda ta' Lyme fi stadju avvanzat; |
|
L. |
billi l-linji gwida tal-International Lyme and Associated Diseases Society (ILADS) dwar kif għandu jsir it-trattament huma differenti minn dawk tal-Infectious Diseases Society of America (IDSA), u d-differenzi bejn dawn iż-żewġ approċċi jaffettwaw anki l-mod kif tiġi ttrattata l-marda fl-UE; |
|
M. |
billi m'hemmx biżżejjed għarfien profond tal-mekkaniżmu li jbiddel il-marda ta' Lyme f'marda kronika; |
|
N. |
billi l-professjonisti tas-saħħa, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti u l-informaturi, ilhom mal-għaxar snin iwissu dwar din il-problema sanitarja; |
|
O. |
billi l-marda ta' Lyme, għalkemm magħrufa sew fix-xjenza medika, għadha ma tingħarafx biżżejjed mit-tobba, b'mod partikolari minħabba d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fl-identifikazzjoni tas-sintomi u n-nuqqas ta' testijiet dijanjostiċi xierqa; |
|
P. |
billi t-testijiet użati għall-iskrinjar tal-marda ta' Lyme, bħat-test ELISA – li jidentifika biss infezzjoni waħda kull darba – mhux dejjem kapaċi jipprovdu riżultati preċiżi; |
|
Q. |
billi ħafna Ewropej huma kontinwament fir-riskju li jimirdu bil-marda ta' Lyme minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom (bdiewa, ħaddiema forestali, riċerkaturi u studenti li jwettqu attivitajiet ta' riċerka fuq il-post, bħal bijologi, ġeologi, ġeometri jew arkeologi); |
|
R. |
billi l-professjoni medika sikwit issegwi rakkomandazzjonijiet antikwati li ma jikkunsidrawx biżżejjed l-iżviluppi fir-riċerka dwar il-marda ta' Lyme; |
|
1. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tixrid allarmanti tal-marda ta' Lyme fost il-popolazzjoni Ewropea, hekk kif, skont l-istatistika miġbura, madwar miljun ċittadin qed ibatu biha; |
|
2. |
Ifakkar li l-Istati Membri kollha, ftit jew wisq, intlaqtu minn żieda fil-borreljożi ta' Lyme, u għalhekk din hija problema sanitarja Ewropea; |
|
3. |
Jilqa' l-fondi allokati s'issa mill-Unjoni għar-riċerka dwar l-identifikazzjoni bikrija u t-trattament futur tal-borreljożi ta' Lyme (madwar EUR 16-il miljun permezz ta' proġetti bħal ANTIDotE, ID-Lyme u LYMEDIADEX); |
|
4. |
Jitlob finanzjament addizzjonali għall-metodi ta' dijanjosi u trattament tal-marda ta' Lyme; iħeġġeġ, għal dan il-għan, il-promozzjoni ta' sforzi ta' riċerka, f'termini ta' żieda fil-fondi allokati u skambju ta' data epidemjoloġika, inkluża data dwar id-distribuzzjoni u l-prevalenza ta' genospeċijiet patoġeniċi u mhux patoġeniċi; |
|
5. |
Jitlob aktar kooperazzjoni fil-livell internazzjonali għar-riċerka dwar il-marda ta' Lyme; |
|
6. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiġbor kemm jista' jkun informazzjoni dwar il-metodi ta' skrinjar tal-marda ta' Lyme jew dwar it-trattamenti mogħtija fl-Istati Membri; |
|
7. |
Jitlob li jiġi impost l-obbligu ta' notifika fl-Istati Membri kollha fejn tiġi individwata l-marda ta' Lyme; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri f'termini ta' monitoraġġ, dijanjosi u trattament tal-marda ta' Lyme; |
|
9. |
Jilqa' l-fatt li ċerti Stati Membri inkludew il-marda ta' Lyme fis-sistema ta' sorveljanza tagħhom, abbażi ta' metodoloġija speċifika; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi programmi ta' sorveljanza uniformi u taħdem flimkien mal-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-istandardizzazzjoni tat-testijiet dijanjostiċi u t-trattamenti; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-borreljożi bħala marda okkupazzjonali għall-ħaddiema agrikoli u forestali, kif ukoll għax-xjentisti li jaħdmu fuq il-post (bħall-bijologi, il-ġeologi, il-ġeometri jew l-arkeologi); |
|
11. |
Jitlob miżuri ta' prevenzjoni u kontroll individwali tal-qurdien fl-Istati Membri sabiex titrażżan il-firxa tal-Borrelia; |
|
12. |
Jitlob li jitfasslu linji gwida bbażati fuq l-evidenza dwar id-dijanjosi tal-borreljożi ta' Lyme mil-lat kliniku u fil-laboratorju; jappella biex fl-ICD ikun hemm kodiċijiet separati għall-istadju bikri u l-istadju avvanzat tal-marda ta' Lyme; jappella wkoll biex fl-ICD jkun hemm kodiċijiet individwali għas-sintomi differenti tal-marda ta' Lyme fi stadju avvanzat; |
|
13. |
Jitlob li l-Kummissjoni tippubblika linji gwida, abbażi tal-aħjar prattiki fl-UE, fir-rigward tat-taħriġ tat-tobba tal-familja biex id-dijanjosi u l-iskrinjar tal-marda ta' Lyme ikunu faċilitati; |
|
14. |
Jitlob lill-Istati Membri jestendu l-użu tal-eżami kliniku b'tali mod li t-tobba jkunu jistgħu jagħmlu dijanjosi tal-marda ta' Lyme anki jekk it-testijiet seroloġiċi jkunu negattivi, sabiex jgħinu lill-pazjenti joħorġu mill-“impass terapewtiku”; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-kobor tal-fenomenu ta' pazjenti li jagħmlu żmien twil ifittxu dijanjosi u trattament adegwati għall-marda ta' Lyme, u b'mod partikolari l-konsegwenzi finanzjarji għall-pazjenti li jfittxu trattament barra minn pajjiżhom; |
|
16. |
Jitlob l-ippjanar u l-ħolqien ta' proġetti innovattivi li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-ġbir tad-data u għal effikaċja akbar fl-attivitajiet ta' edukazzjoni u sensibilizzazzjoni; |
|
17. |
Jilqa' d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/945 tat-22 ta’ Ġunju 2018 dwar il-mard komunikabbli u l-problemi speċjali tas-saħħa relatati li jridu jiġu koperti mis-sorveljanza epidemjoloġika kif ukoll id-definizzjonijiet tal-każ rilevanti (2), li tinkludi n-newroborreljożi ta' Lyme fil-lista ta' mard li jittieħed; |
|
18. |
Jenfasizza li l-inklużjoni tal-marda ta' Lyme fin-netwerk ta' sorveljanza epidemjoloġika qed tippermetti lill-pazjenti jibbenefikaw mill-vantaġġi ta' sistema tas-saħħa robusta u strutturata li tippermetti komunikazzjoni permanenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, identifikazzjoni rapida u affidabbli ta' każijiet ta' borreljożi ta' Lyme fl-Unjoni, assistenza reċiproka fil-qasam tal-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data ta' sorveljanza miġbura u l-użu tat-tagħmir meħtieġ biex jitwaqqaf it-tixrid tagħha fost il-popolazzjoni; |
|
19. |
Jistieden lill-Istati Membri biex, bl-appoġġ loġistiku tal-Kummissjoni, iniedu kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar il-marda ta' Lyme – l-ewwel u qabel kollox fir-reġjuni l-aktar affettwati mit-tixrid tagħha – biex iwissu lill-popolazzjoni u lil dawk kollha kkonċernati; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan Ewropew għall-ġlieda kontra l-marda ta' Lyme li jkun proporzjonat mas-serjetà ta' din l-epidemija silenzjuża; iħeġġeġ il-ħolqien ta' netwerk Ewropew dwar il-marda ta' Lyme li jinkludi l-partijiet ikkonċernati rilevanti; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippubblikaw linji gwida komuni ta' prevenzjoni għal min hu f'riskju għoli li jieħu l-marda ta' Lyme – bħall-ħaddiema li jaħdmu fuq barra – u linji gwida standardizzati dwar id-dijanjosi u t-trattament; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi testijiet preventivi u metodu għal trattament rapidu u monitoraġġ tal-infezzjoni mill-borreljożi ta' Lyme fost il-professjonisti tas-settur agroforestali u x-xjentisti li jiġbru d-data fuq il-post; |
|
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni. |
Il-Ħamis 29 ta’ Novembru 2018
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/98 |
P8_TA(2018)0474
Awtorizzazzjoni għal ċerti użi ta' dikromat tas-sodju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għal ċerti użi ta' dikromat tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ilario Ormezzano Sai S.R.L.) (D058762/01 – 2018/2929(RSP))
(2020/C 363/14)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għal ċerti użi ta' dikromat tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ilario Ormezzano Sai S.R.L.) (D058762/01, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1) (“ir-Regolament REACH”), b'mod partikolari l-Artikolu 64(8) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji (RAC) u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (SEAC) (2), skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(5) tar-Regolament REACH, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi d-dikromat tas-sodju huwa inkluż fl-Anness XIV tar-Regolament REACH minħabba tliet proprjetajiet intrinsiċi: karċinoġeniċità, mutaġeniċità u tossiċità riproduttiva (kategorija 1B); billi d-dikromat tas-sodju ġie miżjud fil-lista tal-kandidati tar-Regolament REACH fl-2008 (4), minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu bħala karċinoġenu, mutaġenu u tossiku għar-riproduzzjoni (kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
|
B. |
billi l-entità molekulari li tixpruna l-karċinoġeniċità tad-dikromat tas-sodju hija l-kromu (VI) li fih il-jonju, li jiġi rilaxxat meta d-dikromat tas-sodju jinħall u jiddissoċja; billi l-kromu (VI) jikkawża tumuri fil-pulmun fil-bnedmin u fl-annimali permezz tar-rotta tan-nifs u tumuri tal-kanal gastrointestinali fl-annimali permezz tar-rotta orali; |
|
C. |
billi diġà fl-1997 fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (6), id-dikromat tas-sodju ġie identifikat bħala sustanza prijoritarja għall-evalwazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97 (7); billi fl-2008 il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjoni biex jitnaqqas ir-riskju minn esponiment għad-dikromat tas-sodju (8); |
|
D. |
billi Ilario Ormezzano Sai S.R.L (l-Applikant) ressaq applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta' dikromat tas-sodju fiż-żebgħa tas-suf; billi l-applikazzjoni hija deskritta fl-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC bħala applikazzjoni “upstream”; billi l-Applikant huwa l-fornitur ta' dikromat tas-sodju għal 11-il utent downstream li jew jimmanifatturaw iż-żebgħat jew inkella huma żebbiegħa nfushom; |
|
E. |
billi l-iskop tar-Regolament REACH huwa li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluża l-promozzjoni ta' metodi alternattivi għall-valutazzjoni tal-perikli mis-sustanzi, kif ukoll iċ-ċirkolazzjoni libera ta' sustanzi fis-suq intern, filwaqt li jtejjeb l-kompetittività u l-innovazzjoni; billi l-objettiv primarju tar-Regolament REACH huwa l-ewwel wieħed minn dawk it-tliet objettivi, fid-dawl tal-Premessa (16) tal-preambolu għar-Regolament, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja (9); |
|
F. |
billi r-Regolament REACH ma jipprevedix reġim ta' awtorizzazzjoni speċjali għall-hekk imsejħa “applikazzjonijiet upstream”; billi kwalunkwe applikant għal awtorizzazzjoni, irrispettivament mir-rwol jew livell tiegħu fil-katina tal-provvista, għandu jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 62 tar-Regolament REACH; |
|
G. |
billi l-RAC ikkonferma li mhuwiex possibbli li jiġi determinat livell derivat ta' bla effett għall-proprjetajiet karċinoġeniċi tad-dikromat tas-sodju u għaldaqstant, id-dikromat tas-sodju huwa meqjus bħala “sustanza mingħajr valur ta' limitu” għall-finijiet tal-Artikolu 60(3)(a) tar-Regolament REACH; billi dan ifisser li “livell ta' esponiment sikur” teoretiku għal din is-sustanza ma jistax jiġi stabbilit u użat bħala punt ta' riferiment biex jiġi vvalutat jekk ir-riskju li jintuża huwiex ikkontrollat adegwatament; |
|
H. |
billi l-Premessa (70) tar-Regolament REACH tiddikjara “għal kwalunkwe sustanza oħra li għaliha mhux possibbli li jiġi stabbilit livell sikur ta' espożizzjoni, għandhom dejjem jittieħdu miżuri sabiex jiġu minimizzati, sakemm ikun possibbli mil-lat tekniku u prattiku, l-espożizzjoni u l-emissjonijiet bil-għan li tiġi minimizzata l-possibbiltà ta' effetti ħżiena”; |
|
I. |
billi l-RAC ikkonkluda li l-kundizzjonijiet operazzjonali u l-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju deskritti fl-applikazzjoni ma kienux xierqa u effikaċi f'li jillimitaw ir-riskju (10); |
|
J. |
billi l-Artikolu 55 tar-Regolament REACH jipprevedi li s-sostituzzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna b'sustanzi jew teknoloġiji alternattivi aktar sikuri hija għan ċentrali tal-kapitolu tal-awtorizzazzjoni; |
|
K. |
billi l-Artikolu 64(4) tar-Regolament REACH jipprevedi li l-mandat ta' SEAC huwa li jivvaluta “d-disponibbiltà, l-idoneità u l-fattibbiltà teknika ta' alternattivi assoċjati mal-użu jew użi tas-sustanza kif deskritt fl-applikazzjoni […] u ta' kwalunkwe kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi preżentati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu”; |
|
L. |
billi l-Artikolu 62(4)(e) tar-Regolament REACH jirrikjedi li l-applikant għal awtorizzazzjoni jipprovdi “analiżi tal-alternattivi li tikkonsidra r-riskji tagħhom u l-fattibbiltà teknika u ekonomika tas-sostituzzjoni”; |
|
M. |
billi l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH jistipula li awtorizzazzjoni għall-użu ta' sustanza li r-riskji tagħha mhumiex ikkontrollati b'mod adegwat tista' tingħata biss jekk ma jkunx hemm sustanzi jew teknoloġiji alternattivi xierqa; |
|
N. |
billi s-SEAC innota ħafna nuqqasijiet fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-analiżi ta' alternattivi; billi, skont is-SEAC, l-Applikant naqas milli jindirizza kwistjonijiet ewlenin sal-punt li dan “fixkel il-valutazzjoni tal-Kumitat dwar il-fattibbiltà teknika”, u xi aspetti importanti daqs il-fattibbiltà ekonomika tal-alternattivi kienu biss “diskussi fil-qosor” mill-Applikant (11); |
|
O. |
billi l-argument ewlieni użat mill-Applikant biex jikkonkludi li ma kienx hemm alternattivi xierqa kien li l-klijenti (jiġifieri l-manifatturi/il-bejjiegħa tal-ħwejjeġ) ma jaċċettawx il-kwalità tal-kulur tat-tessuti meta miżbugħin b'alternattiva oħra; |
|
P. |
billi, madankollu, ir-rekwiżiti allegati tal-klijenti ma kienu appoġġati minn ebda evidenza, u mhuwiex ċar jekk ir-referenza għal “preferenza tal-klijenti” saritx b'għarfien sħiħ tar-riskju tad-dikromat tas-sodju (12); |
|
Q. |
billi barra minn hekk, is-SEAC innota, minkejja aktar inkjesti mal-Applikant, li “jekk prodott alternattiv fl-aħħar mill-aħħar se jiġi aċċettat mill-klijenti tal-utenti downstream tagħhom xorta jibqa' kemxejn suġġettiv u inċert” (13), is-SEAC innota fil-konklużjoni tiegħu: “Wara li ntlaqgħu l-kjarifiki mill-Applikant, il-Kumitat xorta għadu jsib għadd ta' inċertezzi fl-analiżi”; |
|
R. |
billi minkejja dawn in-nuqqasijiet u l-inċertezzi fl-applikazzjoni, is-SEAC xorta kkonkluda li ma kien hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli, li sempliċement għamel dikjarazzjoni ġenerali li dawn l-inċertezzi “huma inerenti ma' dan it-tip ta' użu (id-diskussjonijiet dwar il-kwalità tal-prodott jistgħu jkunu mxekkla mis-soġġettività tat-tendenzi tal-moda u l-gosti estetiċi tal-konsumatur)” (14); |
|
S. |
billi, f'dan il-kuntest, l-opinjoni tas-SEAC turi li l-Applikant ma pprovdiex analiżi komprensiva ta' alternattivi disponibbli fis-suq biex jiġi sostitwit l-użu ta' dikromat tas-sodju għall-użi li saret applikazzjoni għalihom, iżda jonqos milli jasal għal konklużjonijiet adegwati; |
|
T. |
billi tali eżitu ma jistax jiġi rrikonċiljat mal-fatt li hemm alternattivi li ilhom disponibbli għal ħafna snin (15), li d-ditti tal-moda ewlenin huma kontributuri għall-Programm Pjan Direzzjonali ZDHC, li ma jippermettix l-użu tal-kromu (VI) fil-manifattura tat-tessuti (16), u li l-kumpaniji tat-tessuti individwali għandhom politiki espliċiti li ma jippermettux l-użu tal-kromu (VI) (eż. H&M) (17), inklużi kumpaniji fi swieq tal-moda ta' livell għoli (Armani (18) u Lanificio Ermenegildo Zegna (19)); |
|
U. |
billi l-Gruppo Colle u Ormezzano kienu l-uniċi applikanti għal awtorizzazzjoni skont ir-Regolament REACH għaż-żebgħa tal-kromu; |
|
V. |
billi r-Regolament REACH ipoġġi l-oneru tal-prova fuq l-applikant għal awtorizzazzjoni biex juri li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni huma ssodisfati; billi l-SEAC għandu d-dmir li jipprovdi “parir xjentifiku bbażat fuq il-prinċipji ta' eċċellenza, trasparenza u indipendenza”, li “huwa garanzija proċedurali importanti li l-għan tagħha huwa li tiżgura l-oġġettività xjentifika tal-miżuri adottati u tipprekludi kwalunkwe miżura arbitrarja” (20); |
|
W. |
billi mhuwiex ċar għala, minkejja d-defiċjenzi jew l-inċertezzi identifikati rigward l-analiżi tal-alternattivi, is-SEAC ikkonkluda li kien hemm biżżejjed informazzjoni biex tintlaħaq konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-alternattivi; billi lanqas mhuwa ċar għala t-talbiet tal-preferenzi suġġettivi ma ġewx miċħuda minkejja l-assenza tal-objettiv dettaljat u l-evidenza verifikabbli, u għala dawn it-talbiet ma kienux ivvalutati skont l-aħjar prattika tas-suq; |
|
X. |
billi mhuwiex aċċettabbli li jiġu ttollerati każijiet potenzjalment numerużi ta' infertilità, kanċer u effetti mutaġeniċi, minkejja d-disponibbiltà ta' alternattivi għall-kromat tas-sodju, abbażi ta' suppożizzjoni li l-manifatturi tal-ħwejjeġ ma jaċċettawx alternattivi minħabba “l-preferenza” soġġettiva tagħhom; |
|
Y. |
billi tali interpretazzjoni tal-kunċett ta' alternattivi u l-livell ta' prova meħtieġ mill-applikant la huwa konformi mal-objettiv li jissostitwixxi s-sustanzi ta' tħassib serju ħafna mal-alternattivi, u lanqas mal-objettiv primarju tar-Regolament REACH li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent; |
|
Z. |
billi l-Kummissjoni hija konxja tad-disponibbiltà ta' alternattivi xierqa, b'mod partikolari bis-saħħa tal-informazzjoni pprovduta matul il-konsultazzjoni pubblika u t-trilogu (21) organizzat mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fil-kuntest tal-każ tal-Gruppo Colle (22); |
|
AA. |
billi mhuwiex xieraq għall-Kummissjoni li tinjora informazzjoni kritika li turi d-disponibbiltà ta' alternattivi xierqa minn dak il-każ parallel; |
|
AB. |
billi l-Artikolu 61(2)(b) tar-Regolament REACH jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tirrieżamina awtorizzazzjoni fi kwalunkwe ħin jekk “informazzjoni ġdida dwar sostituti possibbli jsiru disponibbli”; |
|
AC. |
billi l-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-użu ta' sustanza mingħajr limitu għall-applikazzjonijiet li għalihom alternattivi huma magħrufa b'mod ċar li jkunu disponibbli mhix konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH, u tippremja b'mod mhux xieraq lil dawk li jibqgħu lura u toħloq preċedent perikoluż għal deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni futuri taħt ir-Regolament REACH; |
|
1. |
Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, billi ma jirrispettax il-kundizzjonijiet stabbiliti b'dak ir-Regolament għall-għoti ta' awtorizzazzjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha u tressaq abbozz ġdid li jirrifjuta l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal ċerti użi ta' dikromat tas-sodju (Ilario Ormezzano Sai S.R.L.); |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Opinjoni dwar Use of sodium dichromate as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3); Opinjoni dwar Repackaging of sodium dichromate to be supplied as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-imballaġġ mill-ġdid ta' dikromat tas-sodju biex jiġi fornit bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3);
(3) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(4) Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, Deċiżjoni mid-Direttur Eżekuttiv tat-28 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna fil-lista tal-kandidati.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97 tal-27 ta' Jannar 1997 dwar it-tielet lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previsti permezz tar-regolament tal-kunsill (KEE) Nru 793/93 (ĠU L 25, 28.1.1997, p. 13).
(8) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2008 dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi Kromat tas-sodju, Dikromat tas-sodju u 2,2′,6,6′-Tetrabromo-4,4′-isopropilidenedifenol (Tetrabromobisfenol A) (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 62).
(9) Il-Kawża C-558/07, The Queen, fuq talba ta' S.P.C.M. SA, C.H. Erbslöh KG, Lake Chemicals and Minerals Ltd u Hercules Inc. vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs, ECLI:EU:C:2009:430, § 45.
(10) Opinjoni dwar Use of sodium dichromate as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3), p. 19, Mistoqsija 6;
(11) Opinjoni dwar Use of sodium dichromate as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3), pp. 24-25;
(12) Analiżi tal-applikant tal-alternattiva disponibbli fuq: https://echa.europa.eu/documents/10162/88b2f393-17cf-465e-95eb-ba07282ba400
(13) Opinjoni dwar Use of sodium dichromate as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3), p. 24;
(14) Opinjoni dwar Use of sodium dichromate as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3), p. 26;
(15) Ara: https://marketplace.chemsec.org/Alternative/LANASOL-CE-pioneering-replacement-of-chrome-dyes-since-20-years-44
(16) Ara: https://www.roadmaptozero.com/mrsl_online/
(17) Ara: H&M Group Chemical Restrictions 2018 Manufacturing Restricted Substances List (MRSL).
(18) Ara: Armani's Restricted Substances List Version 9 – Effective as of the Season SS 18.
(19) Ara l-preżentazzjoni ta' Huntsman bit-titolu: “Turning risks into opportunities – How to dye wool sustainably” (p. 18).
(20) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tielet Awla) tal-11 ta' Settembru 2002, Pfizer Animal Health SA vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża T-13/99, ECLI:EU:T:2002:209.
(21) Kif spjegat fl-Opinjoni tar-RAC u tas-SEAC fil-Gruppo Colle: Use of sodium dichromate as mordant in wool dyeing (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf) (Numru tal-KE 234-190-3) (p. 21 tirreferi għal żewġ alternattivi: Lanasol u Realan).
(22) Opinjonijiet adottati mill-ECHA u konsultazzjonijiet preċedenti dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni – Gruppo Colle.S.r.l. – Use of Sodium dichromate as mordant in wool dyeing (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf) (Numru tal-KE 234-190-3).
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/102 |
P8_TA(2018)0475
L-iskandlu cum-ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali kurrenti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-iskandlu cum-ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali kurrenti (2018/2900(RSP))
(2020/C 363/15)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-rivelazzjonijiet dwar in-negozju cum-ex magħmula minn konsorzju ta' ġurnalisti investigattivi mmexxija mill-organizzazzjoni tal-midja Ġermaniża mingħajr skop ta' qligħ CORRECTIV fit-18 ta' Ottubru 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (1) (“ir-Regolament dwar l-ESMA”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (2) (“ir-Regolament dwar l-EBA”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (DAC2) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli (DAC6) (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Raba' Kumitat ta' Inkjesta tal-Bundestag Ġermaniż li investiga l-iskandlu, u li ppubblika rapport (5) f'Ġunju 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 (6) u tas-6 ta' Lulju 2016 (7) dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (9), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiwżjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (TAX3), u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni u l-mandat tiegħu (10), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dibattitu fil-plenarja tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar l-iskandlu cum-ex, |
|
— |
wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kumitati konġunti ECON/TAX3 tiegħu tas-26 ta' Novembru 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi t-terminu “cum-ex” u “cum-cum” – jew skemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi – jirreferi għall-prattika tan-negozju ta' ishma b'tali mod li l-identità tas-sid reali tibqa' moħbija u li ż-żewġ partijiet jew aktar involuti jkunu jistgħu jitolbu rifużjonijiet tat-taxxa minn ras il-għajn fuq il-qligħ kapitali li tkun tħallset darba biss; |
|
B. |
billi l-iskandlu cum-ex inkixef lill-pubbliku permezz ta' investigazzjoni kollaborattiva bejn 19-il kumpanij a tal-midja tal-aħbarijiet Ewropej li kienu jinvolvu 12-il pajjiż u 38 ġurnalist; |
|
C. |
billi huwa rrappurtat li 11-il Stat Membru tilfu sa EUR 55,2 biljun fi dħul mit-taxxa bħala riżultat tal-iskemi cum-ex u cum-cum; |
|
D. |
billi, għalkemm huwa diffiċli li dak li jkun jikkalkola l-ammont massimu tad-danni mġarrba, ladarba ħafna azzjonijiet bdew lejn l-aħħar tad-disgħinijiet u ilhom żmien twil preskritti; |
|
E. |
billi l-investigazzjoni mill-konsorzju ta' ġurnalisti Ewropej tidentifika l-Ġermanja, id-Danimarka, Spanja, l-Italja u Franza bħala huma s-swieq ewlenin li allegatament huma fil-mira għal prattiki ta' negozju cum-ex, segwiti min-Norveġja, il-Finlandja, il-Polonja, id-Danimarka, in-Netherlands, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka, u billi dawn il-prattiki potenzjalment jinvolvu għadd mhux magħruf ta' Stati Membri tal-UE kif ukoll pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-Iżvizzera, pereżempju); |
|
F. |
billi għadhom għaddejjin investigazzjonijiet fl-Istati Membri tal-UE l-aktar milquta; |
|
G. |
billi l-iskemi cum-ex u cum-cum għandhom uħud mill-karatteristiċi tal-frodi tat-taxxa, u billi jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk kienx hemm ksur tal-liġijiet nazzjonali jew ta' dawk tal-UE; |
|
H. |
billi ġie rrappurtat li dawn il-prattiki kriminali jinvolvu istituzzjonijiet finanzjarji ta' Stati Membri tal-UE, fosthom diversi banek kummerċjali kbar u magħrufin; |
|
I. |
billi f'xi każijiet l-awtoritajiet rilevanti ma wettqux investigazzjonijiet fil-fond rigward l-informazzjoni kondiviża minn Stati Membri oħra dwar l-iskandlu cum-ex; |
|
J. |
billi l-fatt li investituri barranin huma intitolati jitolbu rifużjoni tat-taxxi minn ras il-għajn fuq id-dividendi għandu rwol ċentrali fir-rivelazzjonijiet; |
|
K. |
billi, minn Settembru 2017 'il hawn, it-tieni Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC2) tirrikjedi li l-Istati Membri tal-UE jiksbu informazzjoni mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom u jaqsmuha mal-Istat Membru ta' residenza tal-kontribwenti fuq bażi annwali; |
|
L. |
billi s-sitt Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC6) tirrikjedi li kwalunkwe persuna li tfassal, tikkummerċjalizza, torganizza, tagħmel disponibbli għall-implimentazzjoni jew timmaniġġja l-implimentazzjoni ta' arranġament transfruntier rapportabbli u li jissodisfa karatteristiċi definiti minn qabel, tirrapporta dawk l-arranġamenti lill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa; |
|
M. |
billi l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriminalità Finanzjarja, l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Evitar tat-Taxxa (TAX3) espliċitament ikopri kwalunkwe żvilupp rilevanti fi ħdan il-kompiti tal-Kumitat li jitfaċċa matul il-mandat tiegħu; |
|
N. |
billi rriżulta li r-rwol tal-informaturi f'dawn l-aħħar 25 sena kien sinifikanti fl-iżvelar ta' informazzjoni sensittiva fiċ-ċentru tal-interess pubbliku, li kien il-każ anke fir-rivelazzjonijiet cum-ex (11); |
|
1. |
Jikkundanna bil-qawwa l-frodi tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa li nkixfu li wasslu għal telf irrappurtat pubblikament ta' dħul tal-Istati Membri mit-taxxa, li jilħaq sa ammont ta' EUR 55,2 biljun skont ċerti stimi tal-midja, liema telf huwa daqqa ta' ħarta kbira għall-ekonomija tas-suq soċjali Ewropea; |
|
2. |
Jenfasizza li, skont id-Direttiva tal-UE Kontra l-Ħasil tal-Flus (12), “reati fiskali” relatati ma' taxxi diretti u indiretti huma inklużi fid-definizzjoni wiesgħa ta' “attività kriminali” u jitqiesu reati predikati għall-ħasil tal-flus; ifakkar li kemm l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll il-konsulenti tat-taxxa, il-kontabilisti u l-avukati, jitqiesu bħala “entitajiet marbutin b'obbligu” skont id-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus, u għalhekk huma marbuta li jikkonformaw ma' sett ta' dmirijiet biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrappurtaw attivitajiet ta' ħasil tal-flus; |
|
3. |
Jinnota bi tħassib li l-iskandlu cum-ex heżżeż il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistemi tat-taxxa, u jenfasizza kemm huwa kruċjali li nerġgħu nirbħu l-fiduċja tal-pubbliku u niżguraw li kwalunkwe dannu kkawżat ma jiġix ripetut; |
|
4. |
Jiddeplora l-fatt li l-Kummissarju inkarigat mit-tassazzjoni ma jirrikonoxxix il-bżonn li tiġi estiża s-sistema kurrenti għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa; |
|
5. |
Jitlob li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Awtorità Bankarja Ewropea jagħmlu inkjesta dwar skemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi bħal cum-ex jew cum-cum ħalli jivvalutaw it-theddidiet potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-baġits nazzjonali; jistabbilixxu n-natura u l-kobor tal-atturi f'dawn l-iskemi; jivvalutaw jekk kienx hemm ksur tal-liġijiet nazzjonali jew ta' dawk tal-Unjoni; jivvalutaw l-azzjonijiet meħuda mis-superviżuri finanzjarji fl-Istati Membri; u jagħmlu rakkomandazzjonijiet adatti għal riforma u għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati; |
|
6. |
Jissottolinja li r-rivelazzjonijiet rapportati ma jaffettwawx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni; |
|
7. |
Jirrakkomanda li l-inkjesta tistabbilixxi x'falla fil-koordinament u s-sorveljanza mis-superviżuri finanzjarji, mill-boroż u mill-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri kollha, biex b'hekk dawn l-iskemi ta' serq tat-taxxa setgħu jibqgħu għaddejjin snin sħaħ minkejja li kienu ġew identifikati; |
|
8. |
Jitlob li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u Ewropej jingħataw mandat biex jeżaminaw prattiki ta' evitar tat-taxxa, peress li dawn jistgħu jikkostitwixxu riskju għall-integrità tas-suq intern; |
|
9. |
Jissottolinja li jidher li dawn ir-rivelazzjonijiet ġodda jindikaw nuqqasijiet possibbli fil-liġijiet nazzjonali dwar it-taxxa u fis-sistemi kurrenti tal-iskambju ta' informazzjoni u tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri; jitlob li l-Istati Membri jimplimentaw b'mod effikaċi l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni; |
|
10. |
Jitlob li l-iskambju ta' informazzjoni jissaħħaħ fil-livell tal-awtoritajiet tat-taxxa sabiex jiġu evitati l-kwistjonijiet bil-kunfidenzjalità rigward it-taxxa li nqalgħu f'xi Stati Membri; |
|
11. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri biex jinnominaw Punti Uniċi ta' Kuntatt (SPoCs) bi qbil mat-Taskforce Internazzjonali Konġunta tal-OECD dwar l-Intelligence u l-Kollaborazzjoni Komuni, u jitlob li l-Kummissjoni tiżgura u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejniethom, bil-ħsieb li tiżgura li l-Istati Membri jaqsmu bejniethom malajr u b'mod effiċjenti l-informazzjoni dwar każijiet b'rilevanza transfruntiera; |
|
12. |
Jistieden ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex, fejn xieraq, iwettqu investigazzjonijiet kriminali, jużaw għodod legali biex jiffriżaw assi suspettużi, jiftħu inkjesti dwar il-bordijiet tat-tmexxija potenzjalment involuti f'dan l-iskandlu u jimponu sanzjonijiet xierqa u dissważivi fuq il-partijiet involuti; huwa tal-fehma li kemm l-awturi kif ukoll il-faċilitaturi ta' dawn ir-reati, li jinkludu mhux biss konsulenti tat-taxxa iżda anke avukati, kontabilisti u banek, għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tintemm l-impunità tal-ħaddiema professjonisti u jiġi żgurat infurzar aħjar tar-regolamenti finanzjarji; |
|
13. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-UE u tal-Istati Membri jinvestigaw ir-rwol tal-fondi tal-assigurazzjoni u tas-superviżuri tal-assigurazzjoni fl-iskandlu; |
|
14. |
Jistieden lill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tad-DAC6 fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni bi rbit ma' arranġamenti transfruntiera rapportabbli, inkluż l-użu ta' talbiet lil gruppi; jitlob, barra minn hekk, li d-DAC6 tiġi msaħħa sabiex tirrikjedi l-iżvelar obbligatorju ta' skemi ta' arbitraġġ ta' dividendi u tal-informazzjoni kollha dwar il-qligħ kapitali, inkluż l-għoti ta' rifużjonijiet tat-taxxa fuq id-dividendi u fuq il-qligħ kapitali; |
|
15. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li ġew identifikati bħala, allegatament, is-swieq ewlenin fil-mira għal prattiki ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi biex jinvestigaw u janalizzaw bir-reqqa l-prattiki ta' ħlas tad-dividendi fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, jidentifikaw il-lakuni fil-liġijiet tat-taxxa tagħhom li jiġġeneraw opportunitajiet għall-isfruttament minn dawk li jagħmlu frodi tat-taxxa u jevitaw it-taxxa, janalizzaw id-dimensjoni transfruntiera potenzjali ta' dawn il-prattiki u jtemmu kull prattika dannuża tat-taxxa; |
|
16. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa għal azzjoni kkoordinata bejn l-awtoritajiet nazzjonali biex jiġi ggarantit li l-assi kollha misruqa mit-teżor pubbliku jiġu rkuprati; |
|
17. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrevedu u jaġġornaw il-ftehimiet bilaterali dwar it-tassazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi biex jagħlqu l-lakuni li jinċentivaw prattiki tan-negozju bbażati fuq it-taxxa bil-għan li jevitawha; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tibda taħdem minnufih dwar proposta għal pulizija finanzjarja Ewropea fil-qafas tal-Europol bil-kapaċitajiet investigattivi proprji, kif ukoll dwar qafas Ewropew għal investigazzjonijiet transfruntieri dwar it-taxxa; |
|
19. |
Jitlob li l-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti, bil-għan li tindirizza l-prattiki tal-arbitraġġ tad-dividendi; |
|
20. |
Jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta r-rwol ta' Vetturi bi Skopijiet Speċjali (SPVs) u ta' Entitajiet bi Skopijiet Speċjali (SPEs) li kixfu d-dokumenti tal-iskandlu cum-ex u li, fejn dan ikun f'loku, tipproponi li tillimita l-użu ta' dawn l-istrumenti; |
|
21. |
Jappella lill-Kummissjoni tikkunsidra l-ħtieġa ta' qafas Ewropew għal tassazzjoni fuq id-dħul kapitali li jnaqqas l-inċentivi li jiddestabbilizzaw il-flussi finanzjarji transfruntiera, jiġġeneraw kompetizzjoni fiskali fost l-Istati Membri u jimminaw il-bażijiet tat-taxxa li jiggarantixxu s-sostenibbiltà tal-istati soċjali Ewropej; |
|
22. |
Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra proposta leġiżlattiva għal Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-UE, ċentru Ewropew għal xogħol investigattiv konġunt u mekkaniżmu ta' twissija bikrija; |
|
23. |
Jinnota l-fatt li l-kriżi finanzjarja tal-2008 rriżultat fi tnaqqis ġeneralizzat ta' riżorsi u ta' persunal fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa; jitlob li l-Istati Membri jinvestu fl-għodod disponibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa u jimmodernizzawhom, u jallokaw riżorsi umani adegwati biex itejbu s-sorveljanza u jnaqqsu il-lakuni ta' ħin u ta' informazzjoni; jitlob li l-Istati Membri jtejbu l-kapaċitajiet u l-ħiliet tal-awtoritajiet finanzjarji tagħhom biex jiżguraw li huma kompletament funzjonali biex jidentifikaw frodi tat-taxxa; |
|
24. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu protetti l-informaturi li jiżvelaw informazzjoni pereżempju dwar il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa fil-livell nazzjonali u f'dak tal-UE; jistieden lil kull min għandu informazzjoni ta' valur għall-interess pubbliku biex jirrappurtaha, internament jew esternament, lill-awtoritajiet nazzjonali, jew fejn ikun meħtieġ, lill-pubbliku; jitlob sabiex il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni tiġi adottata malajr filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet adottati mill-kumitati differenti tal-Parlament Ewropew; |
|
25. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 biex temenda, fost regolamenti oħra, ir-regolament li jistabbilixxi l-EBA sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-EBA fis-superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus fis-settur finanzjarju (COM(2018)0646); jenfasizza li, skont il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-BĊE għandu l-kompitu li jwettaq azzjonijiet ta' intervent bikri kif stabbilit fid-dritt rilevanti tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-BĊE għandu jkollu r-rwol li jwissi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u għandu jikkoordina kwalunkwe azzjoni rigward suspetti ta' nonkonformità mar-regoli kontra l-ħasil tal-flus f'banek jew gruppi taħt superviżjoni; |
|
26. |
Huwa tal-fehma li l-ħidma tal-Kumitati TAXE, TAX2, PANA u TAX3 għandha titkompla, fil-mandat Parlamentari li jmiss, fi struttura permanenti fi ħdan il-Parlament, bħal sottokumitat tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON); |
|
27. |
Jitlob li l-Kumitat Speċjali TAX3 jwettaq il-valutazzjoni tiegħu dwar ir-rivelazzjonijiet cum-ex u jinkludi r-riżultati u kwalunkwe rakkomandazzjoni rilevanti fir-rapport finali tiegħu; |
|
28. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. |
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(3) ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1.
(5) Deutscher Bundestag, Drucksache 18/12700, 20.6.2017.
(6) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 51.
(7) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 79.
(8) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 74.
(9) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132.
(10) Testi adottati, P8_TA(2018)0048.
(11) Smigħ tal-Kumitati ECON/TAX3 tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2018 dwar l-iskandlu cum-ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali kurrenti.
(12) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/107 |
P8_TA(2018)0476
Ir-rwol tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Welfare taż-Żgħażagħ (Jugendamt) f'tilwim fil-familji transfruntieri
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-rwol tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt) f'tilwim transfruntier li jinvolvi l-familji (2018/2856(RSP))
(2020/C 363/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 20 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li jissottolinjaw l-obbligu tal-gvernijiet li jipproteġu l-identità tal-minuri, inklużi r-relazzjonijiet tal-familji tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-1963, b'mod partikolari l-Artikolu 37(b) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' The Hague tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (Brussell IIa) (1), b'mod partikolari l-Artikoli 8, 10, 15, 16, 21, 41, 55 u 57 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta' dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2011 bit-titolu Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2011)0060), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE), b'mod partikolari d-deċiżjonijiet tagħha tat-22 ta' Diċembru 2010 fil-kawża C-497/10 PPU, Mercredi v Chaffe (3), u tat-2 ta' April 2009 fil-każ C-523/07, proċedimenti mressqa minn A (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-immappjar tas-sistemi ta' protezzjoni tal-minuri imwettaq mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidra għadd kbir ta' petizzjonijiet li waslu dwar ir-rwol tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt) f'tilwim transfruntier li jinvolvi l-familji, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapport dwar iż-żjara għal ġbir ta' informazzjoni fil-Ġermanja (23-24 ta' Novembru 2011) biex jiġu investigati l-petizzjonijiet dwar ir-rwol tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar is-salvagwardja tal-aħjar interessi tat-tfal madwar l-UE abbażi ta' petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tat-3 ta' Mejju 2017 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar Kwistjonijiet relatati mal-Benesseri tat-Tfal, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, għal aktar minn 10 snin, kien qiegħed jirċievi petizzjonijiet li fihom għadd kbir ħafna ta' ġenituri mhux Ġermaniżi jiddenunzjaw diskriminazzjoni sistematika u miżuri arbitrarji meħuda kontrihom mill-Uffiċċju Ġermaniż għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt) f'tilwim familjari b'implikazzjonijiet transfruntiera li jinvolvi l-minuri, dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw, inter alia, ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-kustodja tal-minuri; |
|
B. |
billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet joqgħod prinċipalment fuq ir-rapport soġġettiv tal-petizzjonant u ġeneralment ma jkollux aċċess għal deċiżjonijiet ġudizzjarji li jagħtu deskrizzjoni sħiħa u oġġettiva tas-sitwazzjoni, li jkun fiha xhieda żewġ ġenituri, tat-tfal u tax-xhieda; |
|
C. |
billi l-Jugendamt għandu rwol ċentrali fis-sistema Ġermaniża tal-liġi tal-familja, peress li huwa wieħed mill-partijiet fit-tilwim familjari kollu li jinvolvi l-minuri; |
|
D. |
billi f'tilwim familjari li jinvolvi l-minuri, il-Jugendamt jagħti rakkomandazzjoni lill-imħallfin, li n-natura tagħha hija prattikament vinkolanti, u jista' jadotta miżuri temporanji bħal “Beistandschaft” (konsulenza legali), li ma jistgħux jiġu kkontestati; |
|
E. |
billi l-Jugendamt huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati Ġermaniżi; billi l-interpretazzjoni wiesgħa ta' dawn id-deċiżjonijiet mill-Jugendamt, skont il-petizzjonanti, ħafna drabi kienet ta' detriment għall-protezzjoni effettiva tad-drittijiet ta' ġenituri mhux Ġermaniżi; |
|
F. |
billi n-nuqqas ta' rikonoxximent u n-nuqqas ta' infurzar mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi ta' deċiżjonijiet u sentenzi meħuda mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta' Stati Membri oħra tal-UE f'tilwim familjari li jkollu implikazzjonijiet transfruntiera jistgħu jirrappreżentaw ksur tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku u fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri, u b'hekk jipperikolaw il-protezzjoni effettiva tal-aħjar interessi tal-minuri; |
|
G. |
billi l-petizzjonanti ddenunzjaw il-fatt li f'tilwim familjari li jkollu implikazzjonijiet transfruntiera, il-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri tiġi interpretata b'mod sistematiku mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi bil-ħtieġa li jiġi żgurat li l-minuri jibqgħu fit-territorju Ġermaniż, anke f'każijiet li fihom ikunu ġew irrapportati abbuż u vjolenza domestika kontra l-ġenitur mhux Ġermaniż; |
|
H. |
billi fil-petizzjonijiet tagħhom il-ġenituri mhux Ġermaniżi ddenunzjaw konsulenza u appoġġ legali insuffiċjenti, jew l-assenza tagħhom, mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom f'każijiet li fihom ġew adottati proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi allegatament diskriminatorji jew żvantaġġużi kontrihom mill-awtoritajiet Ġermaniżi, inkluż il-Jugendamt, f'tilwim familjari li jinvolvi l-minuri; |
|
I. |
billi skont l-informazzjoni pprovduta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kien hemm 17-il każ ippreżentat quddiem il-Qorti kontra l-Ġermanja minn petizzjonanti mhux Ġermaniżi dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew il-kustodja tat-tfal f'tilwim transfruntier li jinvolvi l-familji, kollha kemm huma vvalutati bħala inammissibbli; |
|
J. |
billi l-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri jeħtiġilhom jiggarantixxu bis-sħiħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minuri kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; billi l-aħjar interessi tal-minuri, prinċipju li jseħħ primarjament u bl-aħjar mod fil-familja tal-minuri stess, huwa prinċipju fundamentali li għandu jiġi rrispettat bħala regola li tiggwida d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-kwistjonijiet tal-kura tal-minuri fil-livelli kollha; |
|
K. |
billi ż-żieda fil-mobbiltà fi ħdan l-UE wasslet għal għadd dejjem akbar ta' tilwim transfruntier dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-kustodja tal-minuri; billi l-Kummissjoni jeħtiġilha żżid l-isforzi tagħha biex tippromwovi fl-Istati Membri kollha, inkluża l-Ġermanja, l-implimentazzjoni konsistenti u konkreta tal-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, irratifikata mill-Istati Membri kollha tal-UE; |
|
L. |
billi l-kamp ta' applikazzjoni u l-objettivi tar-Regolament Brussell IIa huma bbażati fuq il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni abbażi taċ-ċittadinanza bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u fuq il-prinċipju ta' fiduċja reċiproka bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri; |
|
M. |
billi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Brussell IIa ma għandhom bl-ebda mod jippermettu kwalunkwe abbuż tal-għanijiet sottostanti tiegħu li jiġi żgurat ir-rispett reċiproku u r-rikonoxximent reċiproku, li tiġi evitata d-diskriminazzjoni abbażi ta' ċittadinanza u, l-ewwel u qabel kollox, li jiġu verament protetti l-aħjar interessi tal-minuri b'mod oġġettiv; |
|
N. |
billi n-nuqqas ta' verifiki preċiżi u dettaljati dwar in-natura nondiskriminatorja tal-proċeduri u l-prattiki adottati mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi f'tilwim familjari li jkollu implikazzjonijiet transfruntiera li jinvolvi lill-minuri jista' jkollhom effetti detrimentali fuq il-benesseri tal-minuri u jwasslu għal żieda fil-ksur tad-drittijiet tal-ġenituri mhux Ġermaniżi; |
|
O. |
billi l-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika fil-każijiet kollha ta' kwistjonijiet sostantivi tal-liġi tal-familja; |
|
P. |
billi l-Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża ddeċidiet li qorti tista' titlob li tisma' wild li jkun għadu lanqas għalaq tliet snin fiż-żmien tad-deċiżjoni; billi fi Stati Membri oħra tal-UE t-tfal ta' din l-età huma kkunsidrati żgħar wisq u mhux maturi biżżejjed biex jiġu kkonsultati f'tilwim li jinvolvi l-ġenituri tagħhom; |
|
Q. |
billi d-dritt tal-minuri għall-ħajja tal-familja ma għandux ikun mhedded mill-eżerċizzju ta' dritt fundamentali bħal-libertà ta' moviment u ta' residenza; |
|
R. |
billi l-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE tistabbilixxi l-kunċett awtonomu fid-dritt tal-UE tar-“residenza abitwali” tal-minuri u l-pluralità tal-kriterji li għandhom jintużaw mill-ġurisdizzjonijiet nazzjonali biex tiġi determinata r-residenza abitwali; |
|
S. |
billi mill-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jirriżulta li, dment li dan ma jmurx kontra l-interessi tal-minuri, il-minuri għandhom id-dritt li fuq bażi regolari jżommu relazzjoni personali u kuntatt dirett mal-ġenituri tagħhom meta l-ġenituri tagħhom ikunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu; |
|
1. |
Jinnota bi tħassib kbir li l-problemi li jikkonċernaw is-sistema tal-liġi tal-familja Ġermaniża, inkluż ir-rwol kontroversjali tal-Jugendamt, iddenunzjati permezz ta' petizzjonijiet minn ġenituri mhux Ġermaniżi, xorta għadhom ma ġewx solvuti; jissottolinja li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet kontinwament jirċievi petizzjonijiet minn ġenituri mhux Ġermaniżi li fihom hija rrappurtata diskriminazzjoni serja bħala riżultat tal-proċeduri u l-prattiki adottati b'mod konkret mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi f'tilwim transfruntier tal-familja li jinvolvi l-minuri; |
|
2. |
Jinnota bi tħassib il-każijiet kollha ta' diskriminazzjoni allegata kontra ġenituri mhux Ġermaniżi mill-Jugendamt; |
|
3. |
Jirrimarka x-xogħol fit-tul tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fit-trattament tal-petizzjonijiet dwar ir-rwol tal-Jugendamt; jieħu nota tat-tweġibiet dettaljati mogħtija mill-ministeru Ġermaniż kompetenti dwar il-funzjonament tal-liġi tal-familja fil-Ġermanja iżda jissottolinja li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet kontinwament jirċievi petizzjonijiet dwar l-allegata diskriminazzjoni fil-konfront tal-ġenitur mhux Ġermaniż; |
|
4. |
Jenfasizza l-obbligu, kif previst fir-Regolament Brussell IIa, fuq l-awtoritajiet nazzjonali li jirrikonoxxu u jinforzaw sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor f'każijiet li jikkonċernaw il-minuri; jinsab imħasseb dwar il-fatt li f'tilwim familjari li għandu implikazzjonijiet transfruntiera l-awtoritajiet Ġermaniżi, allegatament, jistgħu sistematikament jirrifjutaw li jirrikonoxxu deċiżjonijiet ġudizzjarji meħuda fi Stati Membri oħra f'każijiet li fihom it-tfal li jkunu għadhom lanqas għalqu tliet snin ma jkunux instemgħu; jissottolinja li dan l-aspett jimmina l-prinċipju ta' fiduċja reċiproka ma' Stati Membri oħra li s-sistemi ġuridiċi tagħhom jistabbilixxu limiti ta' età differenti għas-smigħ tat-tfal; |
|
5. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li għal snin sħaħ il-Kummissjoni ma implimentatx kontrolli preċiżi tal-proċeduri u l-prattiki użati fis-sistema tal-liġi tal-familja Ġermaniża, inkluż tal-Jugendamt, fil-qafas tat-tilwim familjari b'implikazzjonijiet transfruntiera, u għaldaqstant naqset milli tipproteġi b'mod effettiv l-aħjar interessi tal-minuri u d-drittijiet relatati oħra kollha; |
|
6. |
Ifakkar fit-tweġiba tal-Kummissjoni fir-rigward tal-petizzjonijiet dwar ir-rwol tal-Jugendamt f'tilwim transfruntier li jinvolvi l-familji; itenni li l-UE m'għandha l-ebda kompetenza ġenerali biex taġixxi f'materji tal-liġi tal-familja, li l-liġi sostantiva tal-familja tibqa' fir-responsabbiltà unika tal-Istati Membri u ma tistax tiġi mmonitorjata mill-Kummissjoni; li, f'każ ta' tħassib dwar il-funzjonament tal-Jugendamt, wieħed għandu jfittex rimedju fil-livell nazzjonali, u li jekk il-ġenituri jqisu li xi wieħed mid-drittijiet fundamentali tagħhom ikun inkiser, jistgħu jressqu lment quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu, ladarba jkunu ġew eżawriti r-rimedji domestiċi; |
|
7. |
Jinsisti fuq l-importanza li l-Istati Membri jiġbru data statistika dwar il-proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji li jikkonċernaw il-kustodja tal-minuri u li jinvolvu lill-ġenituri barranin, b'mod partikolari dwar l-eżitu tas-sentenzi, sabiex jippermettu analiżi dettaljata tax-xejriet eżistenti matul iż-żmien u biex jipprovdu punti ta' riferiment; |
|
8. |
Jenfasizza, skont il-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE, il-kunċett awtonomu fid-dritt tal-UE tar-“residenza abitwali” tal-minuri u l-pluralità tal-kriterji li għandhom jintużaw mill-ġurisdizzjonijiet nazzjonali biex tiġi determinata r-residenza abitwali; |
|
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-residenza abitwali tal-minuri tkun ġiet iddeterminata kif xieraq mill-ġurisdizzjonijiet Ġermaniżi fil-każijiet imsemmija fil-petizzjonijiet li jaslu għand il-Kumitat għall-Petizzjonijiet; |
|
10. |
Jikkritika bil-qawwa l-assenza ta' data statistika dwar l-għadd ta' każijiet fil-Ġermanja li fihom id-deċiżjonijiet tal-qorti ma kinux konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Jugendamt u dwar l-eżiti ta' tilwim familjari li jinvolvi l-ulied ta' koppji binazzjonali, minkejja t-talbiet ripetuti tul bosta snin biex din id-data tinġabar u ssir disponibbli għall-pubbliku; |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta fil-petizzjonijiet inkwistjoni jekk il-ġurisdizzjonijiet Ġermaniżi rrispettawx kif xieraq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Brussell IIa meta kienu qed jistabbilixxu l-kompetenzi tagħhom, u jekk kienux qiesu s-sentenzi jew id-deċiżjonijiet maħruġa minn ġurisdizzjonijiet ta' Stati Membri oħra; |
|
12. |
Jikkundanna l-fatt li, f'każijiet ta' aċċess tal-ġenituri taħt superviżjoni, in-nuqqas ta' ġenituri mhux Ġermaniżi li jikkonformaw mal-proċedura tal-uffiċjali tal-Jugendamt li jadottaw il-Ġermaniż bħala l-lingwa matul il-konverżazzjonijiet ma' wliedhom wassal għal interruzzjoni tal-konverżazzjonijiet u għal projbizzjoni tal-kuntatt bejn il-ġenituri mhux Ġermaniżi u wliedhom; jemmen li din il-proċedura adottata mill-uffiċjali tal-Jugendamt tikkostitwixxi diskriminazzjoni ċara bbażata fuq l-oriġini u l-lingwa kontra ġenituri mhux Ġermaniżi; |
|
13. |
Jenfasizza li l-Jugendamt ġeneralment jippermetti l-użu ta' lingwa materna komuni u, jekk meħtieġ għall-benesseri u s-sikurezza tal-minuri, bħal f'każijiet possibbli ta' ħtif, huma jagħmlu ħilithom biex jipprovdu interpretu sabiex jiżguraw li l-uffiċjali tal-Jugendamt jifhmu l-kontenut tad-diskussjoni; |
|
14. |
Huwa konvint b'mod sod li f'każijiet ta' aċċess tal-ġenituri taħt superviżjoni, l-awtoritajiet Ġermaniżi jridu jippermettu l-lingwi kollha tal-ġenituri waqt konverżazzjonijiet bejn il-ġenituri u wliedhom; jitlob li jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jiggarantixxu li ġenituri mhux Ġermaniżi u wliedhom ikunu jistgħu jikkomunikaw fil-lingwa komuni tagħhom, peress li l-użu ta' din il-lingwa għandu rwol kruċjali fiż-żamma ta' rabtiet emozzjonali qawwija bejn il-ġenituri u wliedhom u jiżgura l-protezzjoni effettiva tal-wirt kulturali u l-benesseri tal-minuri; |
|
15. |
Jemmen bis-sħiħ li jrid jingħata segwitu konsistenti u effettiv lir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali tat-3 ta' Mejju 2017 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar Kwistjonijiet relatati mal-Benesseri tat-Tfal, u b'mod partikolari dawk relatati direttament jew indirettament mar-rwol tal-Jugendamt u mas-sistema tal-liġi tal-familja Ġermaniża; |
|
16. |
Ifakkar lill-Ġermanja fl-obbligi internazzjonali tagħha skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, inkluż l-Artikolu 8 tagħha; jemmen li jrid isir titjib kbir mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kollha biex jissalvagwardjaw b'mod adegwat id-dritt tal-ulied ta' koppji binazzjonali li jippreservaw l-identità tagħhom, inklużi r-relazzjonijiet familjari, kif rikonoxxut mil-liġi mingħajr indħil illegali; |
|
17. |
Iqis li, fid-dawl tal-Artikolu 81 tat-TFUE, il-Kummissjoni tista' u jeħtiġilha jkollha rwol attiv biex tiżgura prattiki ġusti u konsistenti fir-rigward tal-ġenituri fit-trattament ta' każijiet transfruntiera ta' kustodja tal-minuri madwar l-Unjoni; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jsiru kontrolli preċiżi dwar in-natura mhux diskriminatorja tal-proċeduri u l-prattiki użati fis-sistema tal-liġi tal-familja Ġermaniża, inkluż mill-Jugendamt, fil-qafas ta' tilwim transfruntier li jinvolvi l-familji; |
|
19. |
Itenni li l-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika fi kwistjonijiet tal-liġi sostantiva tal-familja; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżid it-taħriġ tal-uffiċjali tas-servizzi soċjali u l-iskambji internazzjonali bejniethom sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-funzjonament tal-kontropartijiet rispettivi tagħhom fi Stati Membri oħra u biex jiġu skambjati prattiki tajbin; |
|
21. |
Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni mill-qrib u ta' komunikazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali u lokali differenti involuti fi proċedimenti dwar il-kura tal-minuri, mis-servizzi soċjali għall-awtoritajiet ġurisdizzjonali u ċentrali; |
|
22. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja u amministrattiva reċiproka bejn l-awtoritajiet Ġermaniżi u l-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra tal-UE sabiex tiġi żgurata fiduċja reċiproka fi kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u sentenzi adottati mill-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra tal-UE f'tilwim familjari b'elementi transfruntiera li jinvolvi lill-minuri; |
|
23. |
Ifakkar fl-importanza li l-ġenituri mhux Ġermaniżi jingħataw mingħajr dewmien, mill-bidu nett u f'kull stadju ta' proċedimenti relatati mal-minuri, informazzjoni kompluta u ċara dwar il-proċedimenti u dwar il-konsegwenzi possibbli tagħhom, f'lingwa li l-ġenituri inkwistjoni jifhmu kompletament, sabiex jiġu evitati każijiet li fihom il-ġenituri jagħtu l-kunsens tagħhom mingħajr ma jkunu fehmu kompletament l-implikazzjonijiet tal-impenji tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri mmirati bil-għan li jtejbu l-appoġġ, l-għajnuna, l-għoti ta'pariri u l-informazzjoni legali għaċ-ċittadini tagħhom f'kawżi li fihom huma jiddenunzjaw proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi diskriminatorji jew żvantaġġużi adottati kontrihiom mill-awtoritajiet Ġermaniżi f'tilwim familjari transfruntier li jinvolvi lill-minuri; |
|
24. |
Jenfasizza li l-każijiet denunzjati li fihom ġenituri mhux Ġermaniżi jiġu mxekkla milli jikkomunikaw ma' wliedhom fil-lingwa materna komuni tagħhom waqt iż-żjarat jikkostitwixxu diskriminazzjoni abbażi tal-lingwa u huma wkoll kontra l-għan li jitrawwem il-multilingwiżmu u d-diversità tal-isfondi kulturali fl-Unjoni u bi ksur tad-drittijiet fundamentali tal-libertà ta' ħsieb, kuxjenza u reliġjon; |
|
25. |
Jistieden lill-Ġermanja żżid l-isforzi tagħha sabiex tiżgura li l-ġenituri jitħallew jużaw lingwa materna komuni ma' wliedhom matul iż-żjarat issorveljati; |
|
26. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar każijiet imqajma minn petizzjonanti dwar skadenzi qosra stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi u dwar dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi li ma ġewx provduti fil-lingwa tal-petizzjonant mhux Ġermaniż; jissottolinja d-dritt taċ-ċittadini li jirrifjutaw li jaċċettaw dokumenti li ma jkunux miktuba jew tradotti f'lingwa li huma jifhmu kif stabbilit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz ta' dokumenti; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-implimentazzjoni fil-Ġermanja tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament sabiex tindirizza kif jixraq il-ksur kollu possibbli; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivverifika r-rispett tar-rekwiżiti lingwistiċi matul il-proċedimenti quddiem il-ġurisdizzjonijiet Ġermaniżi fil-każijiet imsemmija fil-petizzjonijiet preżentati lill-Parlament Ewropew; |
|
28. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri mmirati bil-għan li jtejbu l-appoġġ, l-għajnuna, l-għoti ta' pariri u l-informazzjoni legali għaċ-ċittadini tagħhom f'tilwim familjari transfruntier li jinvolvi l-minuri; jinnota, f'dan il-kuntest, li l-ministeri Ġermaniżi kompetenti fil-livell federali stabbilew il-Punt ta' Kuntatt Ċentrali Ġermaniż għall-Kunflitti Familjari Transfruntiera sabiex jipprovdi konsulenza u informazzjoni f'tilwim familjari transfruntier li jinvolvi r-responsabbiltà tal-ġenituri; |
|
29. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkofinanzjaw u jippromwovu l-istabbiliment ta' pjattaforma li tipprovdi assistenza lil ċittadini tal-UE li ma għandhomx iċ-ċittadinanza tal-pajjiż inkwistjoni fi proċedimenti relatati mal-familja; |
|
30. |
Ifakkar lill-Istati Membri fl-importanza li jimplimentaw b'mod sistematiku d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 u li jiżguraw li l-ambaxxati jew ir-rappreżentanzi konsulari jkunu informati mill-bidu nett dwar il-proċedimenti kollha relatati mal-kura tal-minuri li jinvolvu liċ-ċittadini tagħhom u li jkollhom aċċess sħiħ għad-dokumenti rilevanti; jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni konsulari affidabbli f'dan il-qasam u jissuġġerixxi li l-awtoritajiet konsulari għandhom jitħallew jattendu kull stadju tal-proċedimenti; |
|
31. |
Ifakkar lill-Istati Membri fil-ħtieġa li jagħtu lill-minuri kwalunkwe foster care meħtieġa u ġustifikata f'konformità mad-diċitura tal-Artikoli 8 u 20 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u b'mod partikolari li jippermettu kura tal-minuri kontinwa li tqis l-identità etnika, reliġjuża, lingwistika u kulturali tal-minuri; |
|
32. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.
(2) ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79.
(3) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-22 ta' Diċembru 2010, Barbara Mercredi v Richard Chaffe, C-497/10 PPU, ECLI:EU:C:2010:829.
(4) Sentenza tal-Qorti (it-Tielet Awla) tat-2 ta' April 2009, A, C-523/07, ECLI:EU:C:2009:225.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/113 |
P8_TA(2018)0477
WTO: it-triq 'il quddiem
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar id-WTO: it-triq 'il quddiem (2018/2084(INI))
(2020/C 363/17)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Marrakesh tal-15 ta’ April 1994 li jistabbilixxi l-Organizazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha tad-WTO tal-14 ta' Novembru 2001 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-WTO, b'mod partikolari dawk tal-24 ta' April 2008 dwar “Lejn Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ riformata” (2) u tal-15 ta' Novembru 2017 dwar “in-negozjati multilaterali fid-dawl tal-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO” (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Eżitu adottat b'kunsens fl-10 ta' Diċembru 2017 waqt is-Sessjoni Annwali tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO fi Buenos Aires (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżultati, li jinkludu serje ta' Deċiżjonijiet Ministerjali, tal-11-il Konferenza Ministerjali li saret fi Buenos Aires f'Diċembru 2017, li fiha ma kienx possibbli li tiġi adottata Dikjarazzjoni Ministerjali (5), |
|
— |
wara li kkunsidra s-6 Rieżami Globali tal-Għajnuna għall-Kummerċ, li sar f'Ġinevra mill-11 sat-13 ta' Lulju 2017 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi fi ħdan il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, fis-seħħ minn Novembru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-aħħar rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, ippubblikat fit-8 ta' Ottubru 2018, li juri li l-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 C għadha possibbli jekk il-pajjiżi jżidu l-Kontribut tagħhom Stabbilit fil-Livell Nazzjonali sal-2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-paragrafu 16 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2018 (8), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-laqgħa trilaterali tal-Ministri tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Unjoni Ewropea adottata fil-31 ta' Mejju 2018 (9), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-20 Summit bejn l-UE u ċ-Ċina li tistabbilixxi grupp konġunt ta' ħidma dwar ir-riforma tad-WTO, ippresedut fil-livell tal-Viċi-Ministerjali (10); |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument kunċettwali tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2018 dwar il-modernizzazzjoni tad-WTO (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0379/2018), |
|
A. |
billi sa mill-ħolqien tagħha, id-WTO żvolġiet rwol ċentrali fit-tisħiħ tal-multilateraliżmu, billi tippromwovi ordni ekonomiku dinji inklużiv u trawwem sistema kummerċjali multilaterali miftuħa, ibbażata fuq ir-regoli u nondiskriminatorja; billi llum il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jirrappreżentaw nofs il-kummerċ dinji, li tfisser żieda mit-33 % rreġistrat fl-2000, u li l-għadd ta' persuni li qegħdin jgħixu f'faqar estrem naqas bin-nofs mill-1990, għal ftit inqas minn biljun persuna; billi d-WTO hija mibnija fuq sistema ta' drittijiet u obbligi, li tobbliga lill-membri jiftħu s-swieq tagħhom u ma jiddiskriminawx; |
|
B. |
billi d-WTO għandha tibqa' l-punt ewlieni ta' referenza għall-gvernijiet u n-negozji f'kuntest ta' stipular ta' regoli u tilwim kummerċjali; |
|
C. |
billi l-UE kienet konsistenti favur approċċ kummerċjali b'saħħtu, multilaterali, ibbażat fuq ir-regoli, peress li l-ekonomija tal-UE, u l-ħaddiema u l-konsumaturi fl-UE u s-sħab tagħha, huma integrati ħafna ma' katini ta' valur mondjali u jiddependu fuq żviluppi prevedibbli fil-kummerċ internazzjonali kemm għall-importazzjonijiet kif ukoll għall-esportazzjonijiet u fil-kundizzjonijiet soċjali u ambjentali; |
|
D. |
billi r-riżultati tal-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO fi Buenos Aires f'Diċembru 2017 kienu diżappuntanti, u wrew biċ-ċar li l-funzjoni tan-negozjar tal-organizzazzjoni hija pparalizzata; |
|
E. |
billi s-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli qed tiffaċċja l-agħar kriżi tagħha sa mill-ħolqien tad-WTO, u qed thedded il-funzjonijiet bażiċi tal-organizzazzjoni, b'mod partikolari t-twaqqif ta' regoli u struttura essenzjali għall-kummerċ internazzjonali u t-twettiq tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim l-aktar effikaċi u żviluppat ta' kwalunkwe organizzazzjoni multilaterali; |
|
F. |
billi minkejja eċċezzjonijiet importanti bħall-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, ir-riforma tal-kummerċ tad-WTO waqgħet lura mis-snin 2000; |
|
G. |
billi l-Korp tal-Appell huwa l-“ġojjell fil-kuruna” tad-WTO minħabba n-natura vinkolanti tad-deċiżjonijiet tiegħu u l-istatus tiegħu bħala korp ta' rieżami indipendenti u imparzjali; billi s-sħubija tal-Korp tal-Appell naqset mill-għadd minimu ta' mħallfin li għandu bżonn biex tiffunzjona wara t-tmiem tal-mandat tal-Imħallef Shree Baboo Chekitan Servansing, u tħalli biss tliet imħallfin maħtura; billi dan in-nuqqas ta' ftehim, ikkawżat mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, jista' jwassal għall-kollass ta' sistema li hija essenzjali għall-ġestjoni ta' kwistjonijiet fost il-membri kollha tad-WTO; |
|
1. |
Itenni l-impenn sħiħ tiegħu favur il-valur dejjiemi tal-multilateraliżmu, u jappella għal aġenda kummerċjali bbażata fuq kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli għall-benefiċċju ta' kulħadd, li tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà u għall-aġenda tal-iżvilupp sostenibbli billi tinkludi u ssaħħaħ id-drittijiet soċjali, ambjentali u d-drittijiet tal-bniedem, u tiżgura regoli miftiehma b'mod multilaterali u armonizzati, applikati b'mod uniformi għal kulħadd u rispettati b'mod effettiv; jenfasizza li d-WTO trid tikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-kummerċ ġust u għall-ġlieda kontra l-prattiki inġusti; jenfasizza li l-kummerċ mhuwiex għan fih innifsu iżda għodda biex jintlaħqu l-għanijiet ta' żvilupp definiti b'mod globali; |
|
2. |
Iqis li issa hija kwistjoni ta' urġenza li jitkompla l-proċess ta' modernizzazzjoni tad-WTO fid-dawl tal-aħħar żviluppi iżda wkoll minħabba n-nuqqas ta' progress għal snin twal dwar l-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA), u li jiġu rieżaminati b'mod fundamentali diversi aspetti tal-funzjonament tad-WTO bil-ħsieb li jiżdiedu kemm l-effikaċja u l-leġittimità tagħha; jikkunsidra li huwa essenzjali, f'din il-perspettiva, li s-Segretarjat tad-WTO joħloq opportunitajiet lill-membri kollha tad-WTO biex ikunu involuti fid-dibattitu mill-bidu; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE fid-WTO biex jilħqu lill-membri l-oħra tad-WTO, b'mod partikolari s-sħab kummerċjali ewlenin tagħna bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Kanada, il-Brażil u l-Indja, sabiex jintlaħaq qbil dwar pożizzjonijiet komuni; huwa mħeġġeġ mill-istqarrijiet inizjali mis-summit bejn l-UE u ċ-Ċina dwar ir-riforma tad-WTO; |
|
3. |
Jilqa' f'dan ir-rigward il-mandat mogħti mill-Kunsill Ewropew lill-Kummissjoni fit-28 u d-29 ta' Ġunju 2018, u jieħu nota tal-approċċ deskritt fil-konklużjonijiet, kif ukoll tad-dokument kunċettwali tal-Kummissjoni dwar il-modernizzazzjoni tad-WTO tat-18 ta' Settembru 2018 u l-proposti tal-Kanada għar-riforma tad-WTO tal-25 ta' Settembru 2018; jistenna bil-ħerqa l-pubblikazzjoni ta' aktar proposti, speċjalment minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, kif ukoll minn gruppi ta' ħidma diġà stabbiliti fost l-Istati Membri tad-WTO; |
|
4. |
Jesprimi t-tħassib kollu tiegħu dwar il-fatt li ntlew biss tliet postijiet tax-xogħol fil-Korp tal-Appell, b'hekk jimmina l-funzjonament kurrenti u kif suppost tal-proċess tas-soluzzjoni ta' tilwim, u jistieden bil-qawwa lill-Istati Uniti biex issolvi din is-sitwazzjoni b'mod li tippermetti li jimtlew minnufih il-postijiet vakanti tal-Korp tal-Appell; jilqa' l-proposti inizjali mressqa mill-Kummissjoni fid-dokument kunċettwali dwar il-modernizzazzjoni tad-WTO biex jiġi solvut in-nuqqas ta' ftehim billi jiġu indirizzati xi wħud mit-tħassib li tqajjem, inkluż permezz ta' regoli tranżizzjonali għall-membri li jkunu temmew il-mandat tagħhom jew bidliet fit-tul tat-termini dwar il-Korp tal-Appell jew dwar iż-żmien massimu permess qabel il-pubblikazzjoni ta' rapport, kif ukoll l-istipular tal-ġurisprudenza l-ġdida mill-Korp tal-Appell; jinnota li t-tħassib espress mill-Istati Uniti rigward il-Korp tal-Appell imur lil hinn mill-bidliet proċedurali u jinvolvi riformi sinifikanti għad-deċiżjonijiet tal-imħallfin tal-korp; |
|
5. |
Iqis bħala inġustifikabbli d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li timponi tariffi fuq prodotti tal-azzar u tal-aluminju fil-31 ta' Mejju 2018 għal raġunijiet ta' “sigurtà nazzjonali” skont it-Taqsima 232 tal-Att ta' Espansjoni tal-Kummerċ tal-1962 u jqis li tonqos milli tindirizza l-isfida ppreżentata minn azzar eċċessiv fis-swieq globali u li ma tikkonformax mar-regoli tad-WTO; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex taħdem mal-Istati Uniti biex tindirizza n-nuqqas ta' qbil kummerċjali u biex tneħħi l-ostakli għall-kummerċ fi ħdan il-qafas tad-WTO ibbażat fuq ir-regoli dwar is-soluzzjoni ta' tilwim; |
|
6. |
Huwa tal-fehma li, bħala mezz biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kriżi kurrenti, huwa meħtieġ li d-WTO tadatta għad-dinja li qed tinbidel filwaqt li twettaq uħud mill-kwistjonijiet pendenti tad-DDA, speċjalment fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel; iqis għalhekk li huwa neċessarju li:
|
|
7. |
Jenfasizza li l-UE għandha tenfasizza r-regoli tagħha dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data sabiex ikunu jistgħu jiġu promossi fil-livell internazzjonali u jsiru punt ta' riferiment għall-iżvilupp ta' standards internazzjonali u multilaterali; |
|
8. |
Ifakkar li l-aċċess għall-akkwist pubbliku huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea fin-negozjati kummerċjali tagħha u li, f'dan is-sens, it-twettiq tal-impenji tal-membri tad-WTO biex jingħaqdu mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) u t-titjib fil-funzjonament tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim u r-rispett għalihom huma mistennija fi spirtu ta' reċiproċità u benefiċċju reċiproku; jinnota li l-effikaċja sħiħa tat-titjib potenzjali fil-qafas tal-għajnuna mill-Istat u r-rwol tal-intrapriżi pubbliċi tiddependi parzjalment mill-progress f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni taħdem ma' dawk il-membri li jinsabu fil-proċess ta' adeżjoni mal-GPA biex taċċellera l-isforzi tagħhom sabiex jiġu estiżi l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tal-akkwist fost il-membri tad-WTO; |
|
9. |
Huwa konvint li d-differenzazzjoni kurrenti bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk fil-fażi tal-iżvilupp ma tirriflettix ir-realtà ekonomika u s-sitwazzjoni effettiva fid-WTO u li din kienet ta' xkiel għall-progress fiċ-Ċiklu ta' Doha, għad-detriment tal-pajjiżi l-aktar fil-bżonn; iħeġġeġ lill-pajjiżi fil-fażi avvanzata tal-iżvilupp biex jassumu s-sehem tagħhom ta' responsabbiltà u jagħmlu kontribuzzjonijiet proporzjonati mal-livell tagħhom ta' żvilupp u kompetittività (settorjali); jinnota li d-dokument kunċettwali tal-Kummissjoni jitlob regoli li skonthom il-pajjiżi fil-fażi tal-żvilupp mhux se jibqa' jkollhom l-istatus tagħhom ta' dħul baxx hekk kif dawn jiżviluppaw aktar; jemmen li l-mekkaniżmu ta' trattament speċjali u differenzjali (S&DT) għandu jiġi eżaminat mill-ġdid sabiex jirrifletti aħjar l-indiċijiet tal-iżvilupp tal-bniedem, bħala għodda ta' politika li tippermetti lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jorbtu l-implimentazzjoni ta' ftehimiet multilaterali ma' assistenza li jirċievu minn pajjiżi aktar sinjuri u organizzazzjonijiet donaturi; |
|
10. |
Jilqa' b'sodisfazzjon kbir ir-ratifika minn żewġ terzi tas-sħubija fid-WTO tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (TFA) fi Frar 2017; huwa konvint li t-TFA jistabbilixxi eżempju importanti u jista' jipprovdi mudell għal ftehimiet futuri tad-WTO, filwaqt li jqis id-differenzi fl-istatus u l-ħtiġijiet tal-iżvilupp tal-membri tad-WTO; iħeġġeġ lill-membri tad-WTO jerfgħu r-responsabbiltà u jżommu l-impenji tagħhom skont is-setgħa u l-kapaċitajiet ekonomiċi reali tagħhom; iqis li l-isfidi li jmiss se jkunu r-ratifika sħiħa tal-ftehim, speċjalment mill-membri Afrikani li huma mistennija jibbenefikaw l-aktar mill-ftehim, l-implimentazzjoni effettiva tat-TFA, u n-notifika tal-għajnuna għall-iżvilupp skont il-ftehim; |
|
11. |
Jirrikonoxxi li b'mod ġenerali l-adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO fl-2001 żiedet l-aċċess għas-suq nazzjonali tagħha, li kien ta' benefiċċju għall-ekonomija globali; jinsab imħasseb li ċ-Ċina ma tapplikax l-ispirtu u l-prinċipji tal-valuri tad-WTO dwar trattament nazzjonali; |
|
12. |
Huwa tal-fehma li huwa neċessarju li jiġi rivedut il-funzjonament tal-proċess ta' negozjar billi tiġi introdotta aktar flessibbiltà milli hemm bħalissa skont ir-regola tal-kunsens, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-approċċ tal-Impriża Unika illimita l-effikaċja tal-governanza tal-kummerċ multilaterali; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-kunċett ta' multilateraliżmu flessibbli, fejn il-membri tad-WTO interessati li jsegwu kwistjoni partikolari fejn il-kunsens sħiħ għadu mhux possibbli għandhom ikunu jistgħu jagħmlu progress u jikkonkludu ftehimiet plurilaterali jew permezz tal-hekk imsejħa ftehimiet tad-WTO tal-Anness 4, skont l-Artikolu II:3, l-Artikolu III:1, u l-Artikolu X:9 tal-Ftehim ta' Marrakesh, jew permezz ta' ftehimiet ta' “massa kritika” li jestendu l-konċessjonijiet negozjati għas-sħubija tad-WTO fuq il-bażi ta' nazzjon l-aktar iffavorit; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tużax dawn l-Artikoli bħala alternattiva għal djalogu kostruttiv mal-Membri tad-WTO biex jiġu indirizzati l-ostakli għall-kummerċ u r-riforma tad-WTO u għall-funzjonijiet tagħha; iqis, f'dan ir-rigward, li l-membri tiegħu għandhom jagħtu spinta lill-bini tal-kapaċità tad-WTO biex jiġi żgurat li din tkun mgħammra b'riżorsi finanzjarji u umani skont il-ħtiġijiet estiżi sabiex tinżamm l-istess kwalità ta' xogħol; jemmen li, b'mod ġenerali, il-kontribuzzjonijiet monetarji tal-membri l-ġodda għandhom iżidu l-baġit tad-WTO u ma jwasslux għal miżati tas-sħubija aktar baxxi għall-membri eżistenti; |
|
13. |
Jirrikonoxxi li filwaqt li l-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli jibqa' l-parti ewlenija tal-istruttura tad-WTO, hemm possibbiltajiet għal kooperazzjoni plurilaterali aktar profonda u aktar flessibbli fost l-Istati interessati f'oqsma fejn kien diffiċli li jintlaħaq kunsens; jinnota li ftehimiet bħal dawn iridu jikkomplementaw u ma jdgħajfux l-aġenda multilaterali u għandhom jintużaw mhux bħala fora alternattivi biex jiġu indirizzati l-ostakoli għall-kummerċ, iżda pjuttost bħala stadji li jwasslu għall-progress fil-livell multilaterali; jitlob li jissoktaw in-negozjati plurilaterali għall-Ftehim dwar il-Beni Ambjentali (EGA) u l-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TISA), u jitlob regoli speċjali għall-SMEs fil-ftehimiet plurilaterali u multilaterali; jisħaq fuq l-importanza li d-WTO tkompli u tapprofondixxi l-ħidma tagħha fil-kooperazzjoni internazzjonali ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħal, iżda mhux biss, in-NU, l-OECD, id-WCO, u l-ILO; |
|
14. |
Jisħaq fuq ir-rwol li l-kummerċ jista' u jrid jkollu fil-kontribuzzjoni għall-iżvilupp u l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tal-2030 u tal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jiddispjaċih li l-EGA ġie mblukkat fl-2016 u jfakkar fil-potenzjal tiegħu li jipprovdi aktar aċċess għal teknoloġiji ekoloġiċi u jgħin biex jiġu ssodisfati l-impenji msemmija hawn fuq; jissottolinja li lil hinn min-negozjati dwar is-sussidji tas-sajd, id-WTO trid minnufih tiddefinixxi l-azzjoni l-aktar konkreta li hemm bżonn li tittieħed f'dan ir-rigward biex titħares il-ħajja tal-baħar; ifakkar li l-kunċett tad-WTO ta' Metodi ta' Proċess u Produzzjoni (PPM) joffri possibbiltajiet li ssir distinzjoni bejn l-hekk imsejħa “prodotti simili” għall-impatt ambjentali tagħhom; jissuġġerixxi li jiġi rivitalizzat il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Ambjent (CTE) tad-WTO, bil-mandat li jitfasslu kriterji għall-ġlieda kontra l-parassitiżmu ambjentali u li jiġu stabbiliti rabtiet aktar mill-qrib mas-Segretarjat tal-UNFCCC; |
|
15. |
Jafferma mill-ġdid ir-rabtiet bejn l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-iżvilupp inklużiv, kif espress ukoll fl-SDG 5, filwaqt li jenfasizza li l-emanċipazzjoni tan-nisa hija fundamentali għall-qerda tal-faqar u li t-tneħħija tal-ostakli għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-kummerċ hija fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku; jilqa' b'sodisfazzjon l-attenzjoni akbar tad-WTO dwar kwistjonijiet relatati mal-kummerċ u l-ġeneru, u jħeġġeġ lill-121 firmatarju tad-Dikjarazzjoni ta' Buenos Aires dwar il-Kummerċ u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni Ekonomika tan-Nisa tal-2017 biex iwettqu l-impenji tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ sistematiku dwar il-ġeneru fl-oqsma kollha tat-tfassil tar-regoli tad-WTO fil-forma ta' valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi għall-ġeneru; jinnota l-importanza ta' inizjattivi bħal SheTrades li jenfasizzaw ir-rwol pożittiv tan-nisa fil-kummerċ u li jħeġġu parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-kummerċ internazzjonali madwar id-dinja; |
|
16. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-konklużjonijiet tas-6 Rieżami Globali tal-Għajnuna għall-Kummerċ, li sar f'Ġinevra f'Lulju 2017, intitolat “Il-promozzjoni tal-kummerċ, l-inklużività u l-konnettività għal żvilupp sostenibbli”; jappoġġja l-fehma li dan għandu jiġi tradott f'azzjoni konkreta sabiex jiffaċilita l-kummerċ elettroniku, u jibdel l-opportunitajiet diġitali, bħall-blockchain, f'realtajiet kummerċjali, għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ukoll; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-investiment fl-infrastruttura fiżika kif ukoll f'dik diġitali, li huwa kruċjali biex jinkiseb progress f'dan il-qasam, għadu sfida ewlenija; jappella, għalhekk, biex il-membri tad-WTO jippromwovu l-investiment fl-infrastruttura fiżika kif ukoll f'dik diġitali, filwaqt li jinkoraġġixxu, fost inizjattivi oħra, sħubiji pubbliċi-privati; |
|
17. |
Itenni l-appell tiegħu lill-UE biex tiżgura li l-attivitajiet tagħha mal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, kemm fil-qasam tal-iżvilupp kif ukoll f'dak tal-kummerċ, ikunu bbażati fuq qafas ibbilanċjat bejn sħab ugwali, allinjati mal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp stabbilit fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u mmirati lejn il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
18. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO ma kellha l-ebda progress dwar kwistjonijiet ta' importanza fundamentali għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jilqa', madankollu, it-trattament preferenzjali msaħħaħ li ġie assigurat fid-WTO għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, li jinkludi regoli preferenzjali tal-oriġini u trattament preferenzjali għall-fornituri ta' servizzi, u jenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu miżuri ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet li jippermettu lill-fornituri minn pajjiżi l-anqas żviluppati jibbenefikaw mill-eżenzjoni fuq is-servizzi tal-pajjiżi l-anqas żviluppati; |
|
19. |
Jenfasizza li t-trasparenza hija element ewlieni biex jiġi żgurat ambjent kummerċjali u ta' investiment stabbli u prevedibbli; jemmen li huwa importanti li tiżdied it-trasparenza ta' proċeduri ta' monitoraġġ billi jiżdiedu l-inċentivi għall-membri tad-WTO biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' notifika, jitnaqqsu l-kumplessità u l-ostakoli tagħhom u billi jiġi pprovdut bini ta' kapaċità jekk ikun meħtieġ, filwaqt li n-nuqqas ta' konformità b'mod deliberat għandu jiġi skoraġġit u oġġezzjonat; |
|
20. |
Jenfasizza li r-rwol tas-Segretarjat tad-WTO li jiffaċilita u jissalvagwardja approċċ minn isfel għal fuq għall-parteċipazzjoni attiva tal-membri kollha huwa fundamentali u li għandu jiġi msaħħaħ aktar u jsir aktar flessibbli b'appoġġ għad-diversi proċessi ta' negozjar, kif ukoll fil-funzjonijiet ta' implimentazzjoni u monitoraġġ; iqis li jeħtieġ li jissaħħu l-mezzi finanzjarji u umani, kif ukoll ir-riżorsi disponibbli għas-Segretarjat tad-WTO, u jħeġġeġ lill-membri tad-WTO jissodisfaw b'mod reċiproku r-responsabbiltajiet tagħhom f'dan ir-rigward; jesprimi l-fehma li l-ħidma regolari tal-kumitati tad-WTO għandha tiġi rivitalizzata wkoll billi l-presidenti tagħhom jingħataw rwol aktar attiv biex jiżviluppaw u jipproponu soluzzjonijiet u kompromessi, u b'hekk imorru lil hinn mis-sempliċi moderazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-membri, u li dan il-kompitu estiż għandu jkun appoġġjat mis-Segretarjat; |
|
21. |
Jitlob lill-membri tad-WTO biex jiżguraw il-leġittimità demokratika u t-trasparenza billi jsaħħu d-dimensjoni parlamentari tad-WTO, u biex jappoġġjaw memorandum ta' qbil li jistabbilixxi relazzjoni ta' ħidma formali mal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jkun żgurat li l-parlamentari jkollhom aċċess sħiħ għan-negozjati kummerċjali u jkunu involuti fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tad-WTO, u li l-politiki kummerċjali jkunu analizzati adegwatament fl-interessi taċ-ċittadini tagħhom; |
|
22. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lid-Direttur Ġenerali tad-WTO. |
(1) Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha (WT/MIN(01)/DEC/1) tal-14 ta' Novembru 2001 – https://www.wto.org/english/thewto_e/minist_e/min01_e/mindecl_e.htm
(2) ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 77.
(3) Testi adottati, P8_TA(2017)0439.
(4) http://www.europarl.europa.eu/pcwto/en/sessions/2017.html
(5) https://www.wto.org/english/news_e/news17_e/mc11_10dec17_e.htm
(6) https://www.wto.org/english/tratop_e/devel_e/a4t_e/gr17_e/gr17programme_e.htm
(7) http://www.un.org/sustainabledevelopment/sustainable-development-goals/
(8) https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2018/06/29/20180628-euco-conclusions-final/
(9) http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/may/tradoc_156906.pdf
(10) https://www.consilium.europa.eu/media/36165/final-eu-cn-joint-statement-consolidated-text-with-climate-change-clean-energy-annex.pdf
(11) http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/september/tradoc_157331.pdf
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/119 |
P8_TA(2018)0478
Rapport tal-2018 dwar is-Serbja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar is-Serbja (2018/2146(INI))
(2020/C 363/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Salonka fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2003, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Sofija tas-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-“Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija” tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/213/KE (1) tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet, u l-kundizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea mas-Serbja u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/56/KE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2011 dwar l-applikazzjoni tas-Serbja għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (SEC(2011)1208), id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-2 ta' Marzu 2012 biex jingħata status ta' pajjiż kandidat lis-Serbja u d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013 biex jinfetħu n-negozjati ta' adeżjoni mas-Serbja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tas-Serbja, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tat-22 ta' Lulju 2010 dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta' indipendenza fir-rigward tal-Kosovo, u r-riżoluzzjoni 64/298 tad-9 ta' Settembru 2010 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, li rrikonoxxiet il-kontenut tal-opinjoni tal-QIĠ u laqgħet id-disponibbiltà tal-UE li tiffaċilita d-djalogu bejn is-Serbja u l-Kosovo, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Proċess ta' Berlin varat fit-28 ta' Awwissu 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet adottati fit-tmien laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja tat-13 u l-14 ta' Ġunju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODHIR) rigward il-missjoni limitata ta' osservazzjoni elettorali tal-elezzjonijiet parlamentari bikrin fis-Serbja fid-29 ta' Lulju 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-missjoni dwar il-valutazzjoni tal-elezzjoni tal-OSKE/ODHIR tul l-elezzjonijiet presidenzjali fis-Serbja tat-2 ta' April 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni 2018 dwar is-Serbja tas-17 ta' April 2018 (SWD(2018)0152), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titlu “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent” (COM(2018)0065), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet Konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija tat-23 ta' Mejju 2017 (9655/17), |
|
— |
wara li kkunsidra r-raba' laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni UE-Serbja tas-16 ta' Novembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra t-tmien laqgħa tal-Konferenza mas-Serbja dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali tal-25 ta' Ġunju 2018. |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' Lulju 2015 tal-korp kontra l-korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa – GRECO – dwar is-Serbja u r-Raba' rapport tas-Sessjoni ta' Evalwazzjoni tal-GRECO tal-20 ta' Ottubru 2017 bit-titlu “Corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors” (Il-prevenzjoni tal-korruzzjoni fir-rigward tal-membri tal-parlament, l-imħallfin u l-prosekuturi), |
|
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 dwar il-Programm ta' Riforma Ekonomika tal-Kosovo 2018-2020 (SWD(2018)0132) u l-konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, adottat mill-Kunsill fil-25 ta' Mejju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-“Opinion on the draft amendments to the constitutional provisions on the judiciary” (Opinjoni dwar l-abbozz ta' emendi għad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali dwar il-ġudikatura) tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-25 ta' Ġunju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tal-istħarriġ tal-2017 dwar ir-Rom emarġinati fil-Balkani tal-Punent, appoġġat mill-Kummissjoni u li sar mill-Bank Dinji u mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal bit-titlu “Gender Equality and Women's Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020” (L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar is-Serbja (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0331/2018), |
|
A. |
billi s-Serbja, bħal kull pajjiż li jaspira li jaderixxi mal-UE, trid tiġi ġġudikata abbażi tal-merti proprji tagħha li tissodisfa, timplimenta u tikkonforma mal-istess ġabra ta' kriterji, u billi l-kwalità tar-riformi neċessarji u d-dedikazzjoni lejhom jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni; billi l-proċess ta' adeżjoni huwa u jibqa' wieħed ibbażat fuq il-mertu li jiddependi b'mod sħiħ mill-progress oġġettiv miksub minn kull pajjiż, inkluża s-Serbja; |
|
B. |
billi sa mill-ftuħ tan-negozjati mas-Serbja nfetħu erbatax-il kapitolu u tnejn minnhom ingħalqu b'mod provviżorju; |
|
C. |
billi s-Serbja kienet impenjata b'mod kontinwu biex tinnormalizza r-relazzjonijiet mal-Kosovo, li wassal għall-Ewwel Ftehim tal-Prinċipji li Jiggvernaw in-Normalizzazzjoni tar-Relazzjonijiet tad-19 ta' April 2013 u l-ftehimiet ta' Awwissu 2015; billi s-Serbja kompliet tipparteċipa f'dan id-djalogu; |
|
D. |
billi s-Serbja kkontribwiet għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali u għal relazzjonijiet ta' viċinat tajbin, kif ukoll għall-paċi u l-istabbiltà, għar-rikonċiljazzjoni u għal klima li għen biex jiġu indirizzati kwistjonijiet bilaterali miftuħa mill-passat; |
|
E. |
billi s-Serbja żammet l-impenn li toħloq ekonomija tas-suq li tiffunzjona u kompliet tibni riżultati tajbin fl-implimentazzjoni tal-obbligi tal-FSA; |
|
F. |
billi l-istat tad-dritt huwa valur fundamentali li fuqu hija msejsa l-UE u jinsab fil-qalba kemm tal-proċess ta' tkabbir kif ukoll tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni; billi hemm bżonn ta' riformi li jindirizzaw l-isfidi importanti li għad fadal f'dan il-qasam, partikolarment fil-garanzija ta' ġudikatura indipendenti, imparzjali, responsabbli u effiċjenti, u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, kif ukoll fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali; |
|
G. |
billi s-Serbja rratifikat il-konvenzjonijiet fundamentali kollha tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, inklużi b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni tal-1948 (Nru 87), id-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, tal-1949 (Nru 98) u, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-1930 (Nru 29); |
|
H. |
billi s-sitwazzjoni dwar il-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-mezzi ta' komunikazzjoni tibqa' kwistjoni ta' tħassib partikolarment serju, li teħtieġ li tiġi indirizzata b'determinazzjoni u b'effikaċja bħala kwistjoni ta' prijorità; |
|
I. |
billi s-Serbja tibbenefika minn assistenza ta' qabel l-adeżjoni skont l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), b'allokazzjoni indikattiva totali ta' EUR 1,5 biljun għall-2014-2020; billi l-allokazzjoni indikattiva riveduta tal-IPA II għas-Serbja għall-perjodu 2018-2020 hija ta' EUR 722 miljun; billi s-Serbja ngħatat kumpens għall-prestazzjoni ta' nofs it-terminu; |
|
1. |
Jilqa' l-impenn kontinwu muri mis-Serbja fit-triq lejn l-integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea; jappella lis-Serbja, ħalli bl-appoġġ tal-Kummissjoni tippromwovi b'mod attiv din id-deċiżjoni strateġika fost il-pubbliku Serb u tkompli żżid l-informazzjoni li tingħata f'waqtha u b'mod trasparenti, kif ukoll il-viżibbiltà tal-UE u tal-proġetti u l-programmi ffinanzjati minnha; |
|
2. |
Jissottolinja li l-implimentazzjoni bir-reqqa tar-riformi u tal-politiki hija indikatur ewlieni ta' proċess ta' integrazzjoni ta' suċċess; jappella lis-Serbja ttejjeb l-ippjanar, il-koordinament u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u ta' politiki ġodda; jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni ta' tielet reviżjoni tal-programm nazzjonali għall-adozzjoni tal-acquis tal-UE u jwissi kontra l-konsegwenzi ta' traspożizzjoni mhux xierqa fil-liġi nazzjonali ta' liġijiet importanti tal-UE rigward l-allinjament mal-acquis; jilqa' bi pjaċir il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha bit-titlu ta' “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent” li, flimkien ma' rieda politika qawwija, bit-twassil ta' riformi reali u sostnuti, u b'soluzzjonijiet definittivi mal-ġirien, is-Serbja tista' ssir membru tal-UE; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li jekk jingħataw il-garanziji ta' progress meħtieġa, b'mod partikolari fil-qasam fundamentali tal-istat tad-dritt, biex jappoġġjaw il-ftuħ ta' kapitoli mħejjija teknikament u jaċċelleraw il-proċess globali ta' negozjati ta' adeżjoni; |
|
3. |
Jilqa' bi pjaċir it-tlestija b'suċċess tal-proċess ta' pprogrammar IPA 2018 u l-iffirmar tal-Ftehim ta' Finanzjament għall-IPARD II; jistieden lill-Kummissjoni sabiex fit-tfassil tal-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni l-ġdid (IPA III), tinkludi dispożizzjonijiet adegwati li jipprevedu l-possibbiltà tal-adeżjoni tas-Serbja mal-UE; |
|
4. |
Jilqa' bi pjaċir il-progress tas-Serbja fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona, li tiggarantixxi tkabbir ekonomiku u li tippreserva l-istabbiltà makroekonomika u monetarja; jenfasizza li s-Serbja għamlet progress tajjeb biex tindirizza wħud mill-punti ta' dgħufija strateġiċi li kienu problematiċi fil-passat, partikolarment permezz tal-konsolidament tal-baġit; jenfasizza, madankollu, li l-qgħad, l-eżodu tal-imħuħ u l-inattività ekonomika għadhom għoljin; jappella lis-Serbja tiżviluppa pjan sostenibbli għall-futur tal-intrapriżi statali; jenfasizza l-importanza suprema ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għall-ekonomija tas-Serbja u, jappella għal ambjent ta' negozju trasparenti u inqas burokratiku; jappoġġja l-adeżjoni tas-Serbja fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO); |
|
5. |
Jesprimi tħassib dwar il-qgħad persistenti u jenfasizza l-importanza ta' taħriġ u l-iżvilupp ta' ħiliet intraprenditorjali fost iż-żgħażagħ; jappella lis-Serbja ttejjeb il-pożizzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jappella lis-Serbja ssaħħaħ id-djalogu tripartitiku; jitlob għal emenda tal-Liġi dwar il-Kontribuzzjonijiet tal-Assigurazzjoni Soċjali Obbligatorja u tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa bil-għan li tiġi evitata d-diskriminazzjoni kontra l-produtturi agrikoli żgħar; |
|
6. |
Jieħu nota tal-elezzjonijiet presidenzjali tat-2 ta' April 2017; jilqa' bi pjaċir it-twettiq ġenerali tal-elezzjonijiet u jappella lill-awtoritajiet jiżguraw l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali; jitlob lill-awtoritajiet jindirizzaw u jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-OSKE/ODIHR, b'mod partikolari l-garanzija ta' ambjent ekwu matul il-perjodu tal-kampanja elettorali, u l-parteċipazzjoni fi djalogu mal-missjoni internazzjonali ta' osservazzjoni elettorali domestiċi indipendenti; jitlob lill-awtoritajiet jinvestigaw b'mod xieraq l-akkużi ta' irregolaritajiet, ta' vjolenza u ta' intimidazzjoni li tqajmu matul proċessi elettorali fil-passat; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' trasparenza fil-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali; jindika li l-finanzjament tal-partiti politiċi jeħtieġ li jkun trasparenti u konformi mal-istandard internazzjonali; |
|
7. |
Jappella lis-Serbja tkompli tallinja lilha nnifisha mal-politika barranija u ta' sigurtà tal-UE, inkluża l-politika tagħha dwar ir-Russja, anke fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti; jilqa' bi pjaċir il-kontribut importanti tas-Serbja u l-parteċipazzjoni kontinwa f'numru ta' missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) (EUTM Mali, EUTM Somalja, EUNAVFOR Atalanta, EUTM RCA), bis-Serbja tipparteċipa f'erba' minn sitt missjonijiet jew operazzjonijiet militari li attwalment qed jitwettqu mill-Unjoni; jinsab imħasseb madankollu, dwar il-kooperazzjoni militari li għadha għaddejja tas-Serbja mar-Russja u mal-Belarussja; |
|
8. |
Ifaħħar l-approċċ kostruttiv tas-Serbja fir-rigward tal-ġestjoni tal-effetti tal-kriżi migratorja u tar-rifuġjati, kif ukoll l-isforzi sostanzjali li wettaq il-pajjiż biex jipprovdi kenn u provvisti umanitarji, primarjament bl-appoġġ tal-UE; jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni mis-Serbja tal-Liġi dwar l-Asil il-ġdida, il-Liġi dwar il-Barranin u l-Liġi dwar il-Kontroll tal-Fruntieri; iħeġġeġ lis-Serbja tallinja b'mod gradwali l-politika dwar il-viżi tagħha ma' dik tal-UE; jinnota bi tħassib li l-politika dwar il-viżi mhux allinjata tas-Serbja fetħet il-possibbiltà ta' migrazzjoni illegali u ta' kuntrabandu lejn il-pajjiżi tal-UE, kif ukoll lejn il-pajjiżi ġirien mhux tal-UE; iħeġġeġ lis-Serbja ddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu ta' ritorn għall-immigranti irregolari li jikkonforma mal-acquis tal-UE u ttejjeb aktar il-kapaċità tagħha li tindirizza l-bżonnijiet tal-minorenni mhux akkumpanjati; jappella lis-Serbja ssib soluzzjoni vijabbli għar-rifuġjati minn pajjiżi ġirien, inkluż fir-rigward tal-bżonnijiet ta' akkomodazzjoni tagħhom u ta' aċċessibbiltà għax-xogħol u l-edukazzjoni; |
Stat tad-dritt
|
9. |
Iħeġġeġ lis-Serbja tintensifika l-isforzi ta' riforma tagħha fil-qasam tal-istat tad-dritt, u partikolarment tiggarantixxi l-indipendenza u l-effikaċja ġenerali tas-sistema ġudizzjarja; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċjali fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' riforma effikaċi f'dan il-qasam; jinnota li minkejja li ġie reġistrat xi progress fit-tnaqqis ta' każijiet pendenti ta' proċedimenti qodma, u fid-dħul fis-seħħ ta' miżuri ta' armonizzazzjoni tal-prattika tal-qorti, l-indipendenza ġudizzjarja fis-Serbja għadha mhijiex garantita bis-sħiħ u l-ambitu tal-influwenza politika fuq il-ġudikatura jibqa' punt ta' tħassib; jappella lis-Serbja ssaħħaħ l-obbligu ta' rendikont, l-imparzjalità, il-professjonalità u l-effiċjenza ġenerali tal-ġudikatura, kif ukoll tistabbilixxi sistema ta' għajnuna legali mingħajr ħlas li tiżgura għażla wiesgħa ta' fornituri ta' għajnuna legali ħielsa; jitlob l-implimentazzjoni tas-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
10. |
Itenni l-importanza li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jħeġġeġ lis-Serbja turi impenn ċar biex tittratta din il-kwistjoni; jilqa' bi pjaċir l-implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni u l-Ġurisdizzjoni tal-Awtoritajiet tal-Gvern dwar it-Trażżin tal-Kriminalità Organizzata, it-Terroriżmu u l-Korruzzjoni; jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni tal-emendi li saru fit-taqsima dwar il-kriminalità ekonomika tal-kodiċi kriminali tal-pajjiż u jħeġġeġ lis-Serbja timplimenta bis-sħiħ dawn l-emendi, inkluża l-emenda dwar l-abbuż mill-kariga, sabiex tipprevjeni kwalunkwe użu ħażin; jitlob li titkompla l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-pjan ta' azzjoni nazzjonali kontra l-korruzzjoni; itenni t-talba tiegħu lis-Serbja biex tadotta malajr il-liġi l-ġdida tagħha dwar l-Aġenzija għal Kontra l-Korruzzjoni bil-għan li ttejjeb l-ippjanar, il-koordinament u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u ta' politiki ġodda u dawk eżistenti; jenfasizza l-importanza ewlenija li l-Aġenzija tirċievi u żżomm ir-riżorsi umani u finanzjarji li teħtieġ biex taqdi l-mandat tagħha b'mod indipendenti; jenfasizza li l-membri tal-Aġenzija ta' Kontra l-Korruzzjoni jridu jiġu eletti skont il-prinċipji ta' trasparenza, ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess jew ta' affiljazzjoni politika; jitlob lill-awtoritajiet jimlew il-postijiet vakanti kollha fl-Aġenzija; jappella lis-Serbja tkompli ttejjeb il-każistika tagħha dwar l-investigazzjonijiet, l-akkużi u l-kundanni finali f'każijiet ta' korruzzjoni f'livell għoli u tippubblika statistika fuq bażi regolari dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet fil-każijiet kollha ta' allegazzjonijiet ta' korruzzjoni minn uffiċjali pubbliċi; |
|
11. |
Jitlob lill-awtoritajiet Serbi jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO); jitlob lill-Parlament Serb jindirizza b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess, u jadotta l-Kodiċi ta' Kondotta; |
|
12. |
Jirrikonoxxi li sar xi progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u jilqa' bi pjaċir ir-rwol attiv tas-Serbja fil-kooperazzjoni internazzjonali u ta' pulizija reġjonali u ġudizzjarja; jappella lis-Serbja turi impenn akbar u twassal riżultati tanġibbli f'din il-ġlieda, partikolarment permezz ta' rekord konvinċenti ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni f'każijiet ta' kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar illegali u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali mis-Serbja lejn l-UE u lejn pajjiżi mhux tal-UE, l-omiċidji b'rabta mal-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, il-flussi finanzjarji li jappoġġjaw attivitajiet terroristiċi u l-ħasil tal-flus; jappella lis-Serbja tkompli bl-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta' azzjoni li ġie miftiehem mat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF); jiġbed l-attenzjoni għall-għadd dejjem akbar ta' attakki kriminali u jitlob li dawn jiġu riżolti permezz ta' kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet ġudizzjarji; |
Demokrazija u djalogu soċjali
|
13. |
Jenfasizza li l-parlament Serb għadu ma jeżerċitax sorveljanza effettiva tal-eżekuttiv, u li t-trasparenza, l-inklużività u l-kwalità tal-proċess leġiżlattiv jeħtieġ li jitjiebu aktar; jilqa' bi pjaċir it-tnaqqis fl-użu ta' proċeduri ta' urġenza għall-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta' proċeduri ta' urġenza baqa' frekwenti u jxekkel l-iskrutinju parlamentari u pubbliku; jenfasizza li jenħtieġ li tiġi evitata kull azzjoni li tillimita l-kapaċità tal-parlament Serb li jwettaq dibattitu effikaċi dwar il-leġiżlazzjoni u l-iskrutinju tagħha; jenfasizza l-importanza tal-ħidma tal-oppożizzjoni f'demokrazija u jissottolinja li jenħtieġ li l-politiċi tagħha ma jkunux soġġetti għal malafama u libell; jesprimi tħassib li xi politiċi qegħdin jagħmlu użu ħażin tad-diskors pubbliku biex jalimentaw il-qawmien tar-radikaliżmu; jitlob għal miżuri addizzjonali li jiżguraw id-djalogu bejn il-partiti u involviment effikaċi tas-soċjetà ċivili; jitlob lill-Parlament Serb jirrevedi l-prattika ta' ostruzzjoniżmu u jekk din toħnoqx id-dibattitu demokratiku; jilqa' bi pjaċir l-isforzi kontinwi tal-parlament Serb biex itejjeb it-trasparenza permezz ta' dibattiti dwar il-pożizzjonijiet ta' negozjar tas-Serbja li jirrigwardaw il-kapitoli ta' adeżjoni mal-UE, kif ukoll permezz ta' skambji mat-tim ta' negozjaturi ewlenin u mal-Konvenzjoni Nazzjonali dwar l-Unjoni Ewropea; jenfasizza li jeħtieġ li jiġi rikonoxxut u appoġġjat bis-sħiħ ir-rwol tal-korpi regolatorji indipendenti, inkluż l-Ombudsman tal-pajjiż, l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni, l-Awtorità Nazzjonali tal-Awditjar u l-Kummissarju għall-Informazzjoni ta' Importanza Pubblika u l-Protezzjoni tad-Data Personali; jitlob l-impenn tal-Parlament Serb fl-implimentazzjoni tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi regolatorji indipendenti, b'mod partikolari dawk tal-Ombudsperson; ifakkar li d-djalogu soċjali huwa wieħed mill-pilastri tal-mudell soċjali Ewropew u, li konsultazzjoni regolari bejn il-gvern u s-sħab soċjali hija strumentali fil-prevenzjoni tat-tensjoni soċjali u tal-kunflitti; jissottolinja li huwa essenzjali li d-djalogu soċjali jmur lil hinn mill-iskambju ta' informazzjoni u li l-partijiet interessati jenħtieġ li jiġu kkonsultati dwar liġijiet importanti qabel ma jkunu soġġetti għal proċedura parlamentari; |
|
14. |
Jilqa' bi pjaċir il-preżentazzjoni tal-abbozz ta' riforma kostituzzjonali tal-ġudikatura tal-pajjiż li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni ta' Venezja għal opinjoni; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jniedu dibattitu pubbliku inklużiv u li jagħmel sens li jsir b'mod kostruttiv sabiex jissensibilizzaw aktar dwar il-proċess ta' riforma kostituzzjonali fil-pajjiż; jitlob konsultazzjoni pubblika sħiħa qabel ma l-abbozz finali jitressaq quddiem il-parlament Serb; |
|
15. |
Jilqa' bi pjaċir il-progress tas-Serbja fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tagħha, partikolarment permezz tal-adozzjoni ta' bosta liġijiet ġodda dwar is-salarji tas-servizz pubbliku u dwar ir-relazzjonijiet tal-impjieg, dwar il-gvern lokali u s-salarji fil-provinċji awtonomi u, dwar l-akkademja ta' taħriġ nazzjonali; jenfasizza li l-influwenza politika fil-ħatriet maniġerjali ewlenin għadha kwistjoni ta' tħassib; jappella lis-Serbja temenda l-liġi dwar is-servizz ċivili biex tiggarantixxi n-newtralità tal-amministrazzjoni pubblika; jinnota li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi fil-livelli kollha huwa importanti għall-implimentazzjoni b'suċċess tar-riformi ewlenin; jilqa' bi pjaċir il-ħolqien ta' Ministeru tal-Integrazzjoni Ewropea, li jinkorpora l-istrutturi ta' dak li kien l-Uffiċċju għall-Integrazzjoni Serb-Ewropew, li kompla jipprovdi gwida politika favur l-integrazzjoni Ewropea; |
Drittijiet tal-bniedem
|
16. |
Jissottolinja li ddaħħal fis-seħħ il-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li hemm bżonn ta' implimentazzjoni konsistenti u effikaċi fil-pajjiż kollu; jappella lis-Serbja tadotta l-Liġi l-ġdida dwar il-Protezzjoni tad-Data u tiżgura li tikkonforma bis-sħiħ mal-istandards u mal-aħjar prattiki tal-UE; jinnota li hemm bżonn sforzi sostnuti ulterjuri biex titjieb is-sitwazzjoni ta' persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli, inklużi tfal, persuni b'diżabbiltajiet, persuni bl-HIV/AIDS u persuni LGBTI; jikkundanna l-okkorrenza kontinwa ta' reati ta' mibegħda kontra r-Rom u persuni LGBTI; jappella lis-Serbja ssegwi b'mod attiv l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni ta' reati b'motivazzjoni ta' mibegħda; jitlob lill-awtoritajiet Serbi jippromwovu klima ta' tolleranza u jikkundannaw kull forma ta' inċitament għall-mibegħda, approvazzjoni pubblika jew tiċħid ta' ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra; |
|
17. |
Iħeġġeġ lis-Serbja ssaħħaħ ir-rwol u l-kapaċità tal-awtoritajiet tagħha rigward il-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli, inklużi n-nisa, it-tfal u l-persuni b'diżabbiltà u f'dan ir-rigward, tiżgura kooperazzjoni aħjar bejn il-pulizija, il-prosekuturi pubbliċi u s-servizzi soċjali; jilqa' bi pjaċir ir-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul mis-Serbja u tal-iżviluppi reċenti fir-rigward ta' miżuri għall-protezzjoni ta' tfal mill-vjolenza, inkluża d-dikjarazzjoni tal-gvern dwar l-istabbiliment ta' Ombudsperson għat-tfal, u jitlob lill-awtoritajiet jimmonitorjaw l-effett tal-leġiżlazzjoni u ta' miżuri oħra; jissottolinja li għad hemm nuqqasijiet fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni b'diżabbiltà, u jħeġġeġ lill-gvern jadotta strateġija nazzjonali dwar il-persuni b'diżabbiltà; |
|
18. |
Iħeġġeġ bil-qawwi lill-awtoritajiet Serbi jqawwu l-isforzi tagħhom biex itejbu s-sitwazzjoni dwar il-libertà ta' espressjoni u tal-mezzi ta' komunikazzjoni; jilqa' l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma ġdid iddedikat għall-iżvilupp tal-Abbozz tal-Istrateġija tal-Mezzi ta' Komunikazzjoni; jenfasizza l-fatt li t-theddid, il-vjolenza u l-intimidazzjoni kontra l-ġurnalisti u l-organizzazzjonijiet tal-mezzi ta' komunikazzjoni, inklużi l-fastidji u l-intimidazzjoni amministrattiva permezz ta' proċeduri bil-qorti, jibqgħu kwistjonijiet ta' tħassib; jitlob lill-uffiċjali jkunu konsistenti fil-kundanna pubblika ta' kull forma ta' intimidazzjoni ta' ġurnalisti u jżommu lura milli jindaħlu fl-attivitajiet tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tal-ġurnalisti, inkluż fil-kuntest ta' elezzjonijiet; jinnota f'dan ir-rigward li anki jekk ġew solvuti bosta każijiet u ġew ippreżentati xi akkużi kriminali, il-kundanni għadhom rari; jilqa' bi pjaċir l-isforz tal-grupp ta' ħidma permanenti li ġie stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Miżuri għal Żieda fis-Sikurezza tal-Ġurnalisti u jitlob lill-awtoritajiet juru l-impenn sħiħ tagħhom biex jinvestigaw u jieħdu passi kontra kull każ ta' attakk kontra ġurnalisti u l-organizzazzjonijiet tal-mezzi ta' komunikazzjoni; jappella favur l-implimentazzjoni sħiħa tal-liġijiet dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni u t-tisħiħ tal-indipendenza tal-Korp Regolatorju għall-Mezzi ta' Komunikazzjoni Elettroniċi tas-Serbja; jilqa' bi pjaċir l-isforzi mġedda għall-adozzjoni ta' strateġija għall-mezzi ta' komunikazzjoni biex jinħoloq ambjent tal-mezzi tal-komunikazzjoni pluralistiku u jisħaq f'dan ir-rigward, fuq l-importanza ta' konsultazzjoni trasparenti u inklużiva mal-partijiet interessati; jissottolinja l-ħtieġa ta' trasparenza sħiħa fis-sjieda tal-mezzi tal-komunikazzjoni u l-finanzjament tagħhom; jitlob l-adozzjoni ta' politiki li jipproteġu l-mezzi tal-komunikazzjoni u l-programmi f'lingwi ta' minoranzi nazzjonali li jgħixu fis-Serbja; |
|
19. |
Jitlob lill-awtoritajiet Serbi jsaħħu l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tan-nisa u l-gruppi tad-drittijiet tal-bniedem, li għandhom rwol ewlieni f'demokrazija li tiffunzjona tajjeb; jikkundanna l-kampanji negattivi u r-restrizzjonijiet kontra ċerti Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (OSĊ); jitlob li tiġi adottata strateġija nazzjonali u pjan ta' azzjoni relatat biex jiġi rregolat l-ambjent li fih joperaw l-OSĊ; jemmen li hemm bżonn ta' sforzi ulterjuri biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni sistematika bejn il-gvern u s-soċjetà ċivili u jitlob li tingħata aktar attenzjoni fl-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma li jolqtu lis-soċjetà ċivili; |
|
20. |
Jinnota xi progress fil-każ tat-twaqqigħ illegali ta' proprjetà privata u ċ-ċaħda tal-libertà ta' moviment fl-inħawi ta' Savamala f'Belgrad f'April 2016; jitlob li l-każ jiġi solvut u li jkun hemm kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet ġudizzjarji fl-investigazzjonijiet biex il-persuni responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja; |
Rispett u protezzjoni tal-minoranzi
|
21. |
Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni għar-realizzazzjoni tad-drittijiet ta' minoranzi nazzjonali, u l-adozzjoni ta' digriet li jistabbilixxi fond għall-minoranzi nazzjonali; jappella lill-Gvern Serb jimplimenta bis-sħiħ it-trattati internazzjonali kollha li jikkonċernaw id-drittijiet tal-minoranzi; jenfasizza li l-progress fil-qasam ta' garanzija tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali mhuwiex sodisfaċenti u jitlob li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta' azzjoni u għal koordinazzjoni u inklużjoni mtejba tal-partijiet interessati, inklużi l-pajjiżi ġirien skont il-ħtiġijiet tat-trasport u l-komunikazzjoni; jinnota li l-fond għall-minoranzi nazzjonali qed jiffunzjona u kien hemm żieda fil-finanzjament tiegħu; jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni ta' liġijiet kruċjali dwar il-qafas tad-drittijiet tal-minoranzi; itenni l-appell tiegħu li s-Serbja tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-minoranzi, inkluż fir-rigward tal-edukazzjoni u l-kultura, l-użu tal-lingwi tal-minoranzi, ir-rappreżentanza fl-amministrazzjoni pubblika u fil-ġudikatura u l-aċċess kontinwu għall-mezzi ta' komunikazzjoni u s-servizzi reliġjużi bil-lingwi tal-minoranzi; jirrikonoxxi l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċikli ta' elezzjoni tal-minoranzi nazzjonali tal-pajjiż u jitlob l-adozzjoni ta' politiki li jiggarantixxu r-rappreżentanza politika ġusta tagħhom fl-assemblea nazzjonali Serba; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tad-dritt ta' reġistrazzjoni tat-twelid f'waqtu; jenfasizza li l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali hija kundizzjoni preliminari għall-adeżjoni mal-UE; |
|
22. |
Jinnota li d-diversità kulturali tal-Vojvodina tikkontribwixxi għall-identità tas-Serbja; jenfasizza li l-awtonomija tal-Vojvodina għandha tiġi ppreservata u l-liġi dwar ir-riżorsi ta' finanzjament tal-Vojvodina għandha tiġi adottata mingħajr aktar dewmien, kif previst fil-Kostituzzjoni; |
|
23. |
Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni tal-istrateġija l-ġdida għall-inklużjoni soċjali tar-Rom għall-perjodu 2016-2025, flimkien ma' pjan ta' azzjoni li jkopri l-edukazzjoni, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi; jilqa' bi pjaċir ir-rikonoxximent tal-istrateġija li n-nisa Rom jiffaċċjaw diskriminazzjoni partikolari; iħeġġeġ lis-Serbja tistabbilixxi għanijiet u indikaturi ċari għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida; jinsab imħasseb dwar ir-rata għolja ta' bniet Rom li jitilqu mill-iskola; jinnota li l-maġġoranza tar-Rom jbatu minn esklużjoni soċjali u jiffaċċjaw il-ksur sistematiku tad-drittijiet tagħhom; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija l-ġdida għall-inklużjoni tar-Rom u l-pjan ta' azzjoni tagħha; jenfasizza l-importanza tal-ifformular ta' politiki li se jiġġieldu d-diskriminazzjoni kontra r-Rom u kontra ż-Żingari. jitlob għall-parteċipazzjoni pubblika u politika sinifikattiva tar-Rom fil-livelli kollha; |
Kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet ta' bon viċinat
|
24. |
Jilqa' bi pjaċir il-fatt li s-Serbja tibqa' impenjata, b'mod kostruttiv, favur relazzjonijiet bilaterali ma' pajjiżi oħrajn tat-tkabbir u ma' Stati Membri ġirien tal-UE; jilqa' bi pjaċir il-fatt li s-Serbja żammet l-impenn tagħha f'għadd ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni reġjonali bħall-Proċess ta' Kooperazzjoni fl-Ewropa tax-Xlokk, il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali, il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA), l-Inizjattiva Adrijatika-Jonika, l-Istrateġiji makroreġjonali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tad-Danubju (EUSDR), l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR), il-Proċess Brdo-Brijuni, l-inizjattiva tas-Sitt Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-aġenda ta' konnettività tagħha u l-proċess ta' Berlin; jilqa' bi pjaċir ir-riżultati miksuba s'issa mill-inizjattiva tas-Sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u jitlob l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ekonomika Reġjonali (REA); itenni t-talba tiegħu biex is-Serbja timplimenta l-miżuri ta' riforma ta' konnettività assoċjati mal-aġenda ta' konnettività; jilqa' bi pjaċir l-isforzi tas-Serbja biex tipprijoritizza l-investimenti fl-infrastruttura u jissottolinja l-importanza ta' konnettività akbar fir-reġjun; jinnota li jeħtieġ li jsiru sforzi akbar fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni tal-fruntiera sabiex tiġi evitata d-depopolazzjoni tagħhom; jappoġġja l-proposta għal tnaqqis tat-tariffi tar-roaming fil-Balkani tal-Punent; jenfasizza li t-tilwim bilaterali pendenti ma għandux ikollu effett negattiv fuq il-proċess ta' adeżjoni; jappoġġja bil-qawwa l-wegħda tas-sħab tal-Balkani tal-Punent li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, l-istabbiltà reġjonali u l-kooperazzjoni reċiproka; ifakkar li l-UE hija determinata li ssaħħaħ u tintensifika l-impenn tagħha biex tappoġġja t-trasformazzjoni tar-reġjun; |
|
25. |
Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni ta' strateġija nazzjonali għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tad-delitti tal-gwerra; jieħu nota tal-adozzjoni ta' strateġija ta' prosekuzzjoni għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti tal-gwerra u jħeġġeġ lis-Serbja twettaq l-attivitajiet kollha previsti; jilqa' bi pjaċir il-ħatra, f'Mejju 2017, ta' prosekutur ġdid għad-delitti tal-gwerra; itenni t-talba tiegħu għall-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija, partikolarment permezz tat-tressiq 'il quddiem ta' atti ta' akkuża, u għall-adozzjoni ta' strateġija ta' prosekuzzjoni operattiva; jappella lis-Serbja tinvestiga b'mod effettiv il-każijiet kollha ta' delitti tal-gwerra, b'mod partikolari dawk ta' profil għoli, u tikkoopera mas-sħab reġjonali tagħha f'dawn il-każijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu sforzi akbar biex isolvu dawn il-kwistjonijiet fil-proċess tan-negozjati UE-Serbja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ikomplu jindirizzaw il-problema ta' persuni li għebu matul il-gwerer tad-disgħinijiet; jappella lis-Serbja biex għal darb'oħra tikkoopera bis-sħiħ mal-Mekkaniżmu Residwu Internazzjonali tat-Tribunali Kriminali Internazzjonali attwali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jkomplu jaħdmu fuq il-kwistjoni tad-destin tal-persuni li għebu, inkluż il-ftuħ tal-arkivji nazzjonali b'rabta mal-perjodu tal-gwerra; iħeġġeġ lis-Serbja tħejji skema ta' riparazzjoni għall-vittmi u l-familji tagħhom; itenni s-sostenn tiegħu għall-inizjattiva biex toħloq Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward il-vittmi kollha tad-delitti tal-gwerra u ta' ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fl-Ex-Jugoslavja; jenfasizza l-importanza tal-ħidma mwettqa mill-Uffiċċju Reġjonali għall-Kooperazzjoni bejn iż-Żgħażagħ (RYCO) u mill-fergħat lokali tiegħu biex tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni fost iż-żgħażagħ; jitlob għal aktar emendi fil-Liġi dwar Restituzzjoni u jenfasizza l-importanza ta' trattament nondiskriminatorju tar-rikorrenti ta' restituzzjoni meta mqabbel ma' benefiċjarji oħra, b'mod partikolari fil-qasam tar-reġistrazzjoni ta' proprjetà pubblika; |
|
26. |
Jiddispjaċih dwar iċ-ċaħda mtennija tal-ġenoċidju ta' Srebrenica minn xi awtoritajiet Serbi; ifakkarhom li l-koperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja, u s-suċċessur tiegħu l-Mekkaniżmu Internazzjonali li Jeżerċita s-Setgħat Residwi tal-Qrati Kriminali, timplika wkoll li jiġu aċċettati u implimentati għalkollox is-sentenzi u d-deċiżjonijiet tiegħu; jenfasizza li r-rikonoxximent tal-ġenoċidju ta' Srebrenica huwa pass fundamentali fil-mixja tas-Serbja lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea; |
|
27. |
Jilqa' bi pjaċir l-impenn kontinwu tas-Serbja fil-proċess ta' normalizzazzjoni mal-Kosovo, u l-impenn tagħha għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet milħuqa fid-djalogu ffaċilitat mill-UE; jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-President Serb vara djalogu intern dwar il-Kosovo; itenni l-appell tiegħu għal progress fl-implimentazzjoni sħiħa, in bona fide u f'ħin opportun, tal-ftehimiet kollha li diġà ntlaħqu, inklużi dawk dwar l-enerġija u jħeġġeġ liż-żewġ naħat biex ikomplu b'mod determinat il-proċess ta' normalizzazzjoni; jenfasizza l-importanza li tinħoloq assoċjazzjoni/komunità ta' muniċipalitajiet b'maġġoranza Serba; jenfasizza li għandha titħaffef il-ħidma għal fażi ġdida ta' djalogu li għandu l-għan li jikseb normalizzazzjoni sħiħa tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo, li għandha tiġi definita fi ftehim ġuridikament vinkolanti; itenni l-appell tiegħu lis-SEAE biex iwettaq evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-mod li bih iż-żewġ partijiet qegħdin jissodisfaw l-obbligi tagħhom; jikkundanna, b'mod inekwivoku, il-qtil tal-politiku Serb tal-Kosovo, Oliver Ivanović u jenfasizza l-bżonn ta' kooperazzjoni ġenwina bejn l-investigaturi tal-Kosovo u dawk Serbi u ta' appoġġ internazzjonali, biex b'hekk l-awturi tar-reati jinġiebu quddiem il-ġustizzja; |
|
28. |
Jinnota d-dibattitu li għaddej u d-dikjarazzjonijiet pubbliċi dwar aġġustamenti possibbli tal-fruntiera bejn is-Serbja u l-Kosovo, inkluż skambji ta' territorji; jissottolinja n-natura multietnika kemm tal-Kosovo kif ukoll tas-Serbja u li l-objettiv fir-reġjun ma għandux ikun il-ħolqien ta' stati etnikament omoġenji; jappoġġja d-djalogu ffaċilitat mill-UE bħala l-qafas biex jintlaħaq ftehim ta' normalizzazzjoni komprensiv bejn is-Serbja u l-Kosovo; iqis li kwalunkwe ftehim jista' jkun aċċettabbli biss jekk ikun maqbul b'mod reċiproku, filwaqt li titqies l-istabbiltà kumplessiva fir-reġjun u d-dritt internazzjonali; |
|
29. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar dikjarazzjonijiet ripetuti żżejjed minn politiċi ta' grad għoli li jqiegħdu fid-dubju l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina u jikkundanna kull forma ta' retorika nazzjonalista mmirata biex tinkoraġġixxi d-diżintegrazzjoni tagħha; |
Enerġija u trasport
|
30. |
Jappella lis-Serbja timplimenta bis-sħiħ il-miżuri ta' riforma ta' konnettività fis-settur tal-enerġija; iħeġġeġ lis-Serbja tiżviluppa l-kompetizzjoni fis-suq tal-gass u tissodisfa l-obbligi korrispondenti rigward is-separazzjoni kif stipulat mit-Tielet Pakkett tal-Enerġija; jappella lis-Serbja tiżviluppa l-politika tal-enerġija tagħha biex tnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja; jilqa' bi pjaċir l-isforzi tal-pajjiż għall-promozzjoni tal-investimenti fl-oqsma tal-effiċjenza tal-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli; ifakkar li l-leġiżlazzjoni dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija ma tikkonformax bis-sħiħ mad-direttivi korrispondenti tal-UE; jappella lis-Serbja tiddiversifika s-sorsi tal-enerġija tagħha lejn sorsi ta' enerġija rinnovabbli oħrajn; |
|
31. |
Jistieden lill-Gvern Serb biex jadotta l-miżuri meħtieġa biex jippreserva ż-żoni protetti fir-rigward, b'mod partikolari, tal-iżvilupp ta' impjanti tal-idroelettriku f'żoni ambjentalment sensittivi, bħall-Park Naturali Stara Planina; jitlob, f’dan il-kuntest, li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali bir-reqqa msejsa fuq l-standards tal-UE kif stabbiliti mid-Direttiva dwar l-Għasafar, il-Direttiva dwar il-Ħabitats u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; iħeġġeġ lill-Gvern Serb iżid it-trasparenza dwar il-proġetti ppjanati permezz tal-parteċipazzjoni pubblika u l-konsultazzjoni li tinvolvi lill-partijiet interessati kollha; |
|
32. |
Jilqa' bi pjaċir l-impenn konġunt iffirmat mis-Serbja u l-Bulgarija fis-17 ta' Mejju 2018, fl-okkażjoni tas-summit tal-Mexxejja tal-Balkani tal-Punent f'Sofija, dwar il-bini ta' interkonnettur tal-gass bejn iż-żewġ pajjiżi u l-adozzjoni tal-pakkett IPA 2018, li jinkludi l-proġett ta' infrastruttura strateġikament importanti “L-awtostrada tal-paċi Nis-Merdare-Prestina”, li se jippermetti konnessjoni aħjar tat-trasport bejn is-Serbja ċentrali u l-Kosovo u għandu sinifikat simboliku għar-relazzjonijiet fir-reġjun; |
|
33. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-livell allarmanti ta' tniġġis tal-arja fis-Serbja li minħabba fih, skont id-data tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fl-2016 madwar 6 500 persuna mietu minħabba mard respiratorju; jitlob, f'dan ir-rigward, lill-awtoritajiet Serbi jadottaw il-miżuri neċessarji fuq żmien qasir biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni u jirriformaw b'mod effettiv il-politiki tat-trasport u l-mobbiltà fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul fil-bliet il-kbar; |
o
o o
|
34. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tas-Serbja. |
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/127 |
P8_TA(2018)0479
Rapport tal-2018 dwar il-Kosovo
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2018 dwar il-Kosovo (2018/2149(INI))
(2020/C 363/19)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-prospettiva tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Sofia tas-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija annessa magħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kosovo, li ilu fis-seħħ mill-1 ta' April 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Riforma Ewropea (ERA) għall-Kosovo, imnedija fi Pristina fil-11 ta' Novembru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim ta' qafas mal-Kosovo dwar il-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni, li ilu fis-seħħ mill-1 ta' Awwissu 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titlu “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent” (COM(2018)0065), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2018)0450) u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjaha, ir-Rapport 2018 dwar il-Kosovo (SWD(2018)0156), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ewwel ftehim dwar il-prinċipji li jirregolaw in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-gvernijiet tas-Serbja u l-Kosovo tad-19 ta' April 2013, u ftehimiet oħra ta' Brussell fil-qafas tad-djalogu ffaċilitat mill-UE għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet, inkluż dwar il-protokoll tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM), il-qafas legali dwar l-Assoċjazzjoni/il-Komunità ta' muniċipalitajiet b'maġġoranza Serba kif ukoll il-ftehimiet dwar il-Pont ta' Mitrovica u dwar l-enerġija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-integrazzjoni tal-imħallfin, prosekuturi u persunal amministrattiv Serbi tal-Kosovo fil-ġudikatura tal-Kosovo, f'konformità mal-Ftehim dwar il-Ġustizzja milħuq fi Frar 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/856 tat-8 ta' Ġunju 2018 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX Kosovo) (1), li estendiet ukoll it-tul tal-missjoni sal-14 ta' Ġunju 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2017 dwar il-Missjoni u l-Operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) u r-Rapport dwar il-Progress tal-Patt 2017 tal-EULEX, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-attivitajiet li għaddejjin tal-Missjoni Temporanja ta' Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK), inkluż l-aktar rapport reċenti tal-1 ta' Mejju 2018, u r-rapport dwar l-operazzjonijiet tal-Forzi ta' Kosovo (KFOR) tas-7 ta' Frar 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 dwar il-Programm ta' Riforma Ekonomika tal-Kosovo 2018-2020 (SWD(2018)0133) u tal-Kunsill fil-konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija tal-25 ta' Mejju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti finali missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-UE (EUEOM) tal-11 ta' Ġunju 2017 dwar l-elezzjonijiet leġiżlattivi fil-Kosovo u tat-22 ta' Ottubru 2017 dwar l-elezzjonijiet tas-sindki u tal-assemblej muniċipali fil-Kosovo; |
|
— |
wara li kkunsidra r-raba' laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kosovo (SAPC) li saret fi Strasburgu fis-17 u t-18 ta' Jannar 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2016 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo) (COM(2016)0277) u r-raba' rapport tal-Kummissjoni tal-4 ta' Mejju 2016 dwar il-progress li għamel il-Kosovo biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-pjan direzzjonali għal-liberizzazzjoni tal-viża (COM(2016)0276), |
|
— |
wara li kkunsidra r-ratifika tal-Ftehim dwar id-Demarkazzjoni tal-Fruntiera bejn il-Kosovo u l-Montenegro mill-parlamenti tal-Montenegro u tal-Kosovo, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tat-22 ta' Lulju 2010 dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta' indipendenza fir-rigward tal-Kosovo, u r-Riżoluzzjoni 64/298 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-9 ta' Settembru 2010, li rrikonoxxiet il-kontenut tal-opinjoni tal-QIĠ u laqgħet id-disponibbiltà tal-UE li tiffaċilita d-djalogu bejn is-Serbja u l-Kosovo, |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tal-istħarriġ tal-2017 dwar ir-Rom emarġinati fil-Balkani tal-Punent, appoġġat mill-Kummissjoni, u li sar mill-Bank Dinji u mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-21 ta' Settembru 2015 bit-titolu “Gender Equality and Women's Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020” (L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020) (SWD(2015)0182), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kosovo, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0332/2018), |
|
A. |
billi sforzi sostanzjali kontinwi, appoġġati minn djalogu kostruttiv bejn il-forzi politiċi u mal-pajjiżi ġirien, huma meħtieġa sabiex iħejju għall-isfidi ta' sħubija fl-UE; |
|
B. |
billi kull pajjiż tat-tkabbir huwa evalwat individwalment fuq il-merti tiegħu stess, u huma r-rapidità u l-kwalità tar-riformi li jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni; |
|
C. |
billi 114-il pajjiż irrikonoxxew l-indipendenza tal-Kosovo, inkluż 23 mit-28 Stat Membru tal-UE; |
|
D. |
billi l-UE ripetutament uriet ir-rieda tagħha li tassisti fl-iżvilupp ekonomiku u politiku tal-Kosovo permezz ta' perspettiva Ewropea ċara, filwaqt li l-Kosovo wera aspirazzjoni għall-mixja tiegħu lejn l-integrazzjoni Ewropea; |
|
E. |
billi minħabba l-polarizzazzjoni persistenti fost il-partiti politiċi, il-Kosovo wera progress limitat fir-riformi relatati mal-UE, li huma essenzjali biex isir progress ulterjuri fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE; |
|
F. |
billi l-ekonomija informali li hija b'saħħitha qiegħda xxekkel l-iżvilupp ta' ekonomija vijabbli għall-pajjiż kollu; |
|
G. |
billi l-Awli Speċjalizzati għall-Kosovo u l-Uffiċċju ta' Prosekutur Speċjalizzat fl-Aja ilhom kompletament operattivi fl-ambitu ġudizzjarju sa mill-5 ta' Lulju 2017; |
|
H. |
billi fit-8 ta' Ġunju 2018 il-Kunsill iddeċieda li jirrifoka u jestendi l-mandat tal-missjoni tal-UE għall-istat tad-dritt (EULEX), u b'hekk intemmet il-parti eżekuttiva ġudizzjarja tal-mandat tal-missjoni; billi d-data finali l-ġdida tal-mandat kienet stabbilita għall-14 ta' Ġunju 2020; |
|
I. |
billi l-Kosovo jibqa' l-uniku pajjiż fil-Balkani tal-Punent li ċ-ċittadini tiegħu jeħtieġu viża biex jivvjaġġaw lejn iż-Żona Schengen; |
|
1. |
Jilqa' l-atti leġiżlattivi importanti adottati fi ħdan il-qafas tal-Aġenda Ewropea għar-Riforma (ERA) u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom; jemmen li għandu jinbena kunsens bejn il-partijiet differenti biex jiġu adottati riformi ewlenin relatati mal-UE; jistenna b'ħerqa l-adozzjoni ta' Regolament ġdid dwar l-ERA fl-2019; |
|
2. |
Jirrimarka, madankollu, il-pass kajman fl-implimentazzjoni ta' riformi fundamentali, ikkawżat min-nuqqas ta' kunsens bejn il-partijiet differenti u l-polarizzazzjoni politika kontinwa; jinnota li dan kellu konsegwenzi negattivi fuq il-kapaċità tal-assemblea u tal-gvern biex iwettqu riformi sostnuti u sostenibbli; jikkundanna l-aġir ostruttiv ta' xi parlamentari; jistieden lill-partiti politiċi kollha jistabbilixxu djalogu politiku inklużiv; jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb is-sorveljanza effettiva tal-assemblea fuq l-eżekuttiv u t-trasparenza u l-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet, inkluż billi tiġi żgurata parteċipazzjoni attiva u kostruttiva u jiġi limitat l-użu ta' proċeduri urġenti għall-adozzjoni tal-liġijiet; jinkoraġġixxi kunsens dwar riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE; |
|
3. |
Jilqa' l-fatt li ġie rreġistrat xi progress fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, madankollu, jissottolinja l-ħtieġa għal aktar riformi; jappella, b'mod partikolari, biex l-amministrazzjoni tal-istat tiġi depolitiċizzata u ristrutturata; |
|
4. |
Jilqa' r-ratifika li kienet ilha mistennija tal-Ftehim ta' Awwissu 2015 dwar id-Demarkazzjoni tal-Fruntiera mal-Montenegro f'Marzu 2018, li hija pass 'il quddiem fi spirtu ta' relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien; jenfasizza l-importanza ta' dan il-pass lejn il-liberalizzazzjoni tal-viża; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jindirizzaw b'mod komprensiv in-nuqqasijiet elettorali li diġà kienu identifikati, inklużi n-nuqqas ta' trasparenza u l-obbligu ta' rendikont fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali, u l-allegazzjonijiet ta' intimidazzjoni mifruxa fuq il-votanti, b'mod partikolari fi ħdan bosta komunitajiet Serbi tal-Kosovo, billi jippromulgaw, f'waqthom u ferm qabel iċ-ċiklu li jmiss ta' elezzjonijiet, miżuri leġiżlattivi u amministrattivi biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet pendenti tal-missjonijiet ta' osservazzjoni tal-UE u tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni ta' Venezja, sabiex jiżguraw li huma allinjati bis-sħiħ mal-istandards internazzjonali; jilqa' l-passi 'l quddiem li saru fi ħdan l-amministrazzjoni elettorali fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u jistieden lill-Kosovo jżid l-isforzi tiegħu biex iżid il-parteċipazzjoni politika tan-nisa u jsaħħaħ il-qafas legali ġenerali; |
|
6. |
Jesprimi tħassib dwar is-sistema ġudizzjarja tal-Kosovo li mhijiex iffinanzjata biżżejjed, il-korruzzjoni mifruxa, l-elementi ta' manipulazzjoni tal-Istat, l-influwenza politika mhux xierqa u kwistjonijiet ta' nuqqas ta' rispett għal proċessi ġusti u smigħ xieraq, inkluż f'każijiet ta' estradizzjoni; jissottolinja l-importanza tal-proċessi ta' riforma fl-istat tad-dritt, b'enfasi partikolari fuq l-indipendenza u l-effiċjenza u l-ħtieġa li tissaħħaħ aktar il-protezzjoni tax-xhieda; |
|
7. |
Jenfasizza li sistema ġudizzjarja rappreżentattiva u implimentazzjoni uniformi tad-dritt tal-Kosovo huma prerekwiżiti biex jiġi indirizzat l-eżerċizzju tal-ġustizzja inkonsistenti, kajman u ineffiċjenti; jilqa' l-integrazzjoni tal-imħallfin, prosekuturi u persunal amministrattiv Serbi tal-Kosovo fil-ġudikatura tal-Kosovo f'konformità mal-Ftehim tal-Ġustizzja bejn is-Serbja u l-Kosovo tal-2015; jemmen li l-ġudikatura għadha vulnerabbli għal influwenza politika mhux xierqa u li huma meħtieġa aktar sforzi biex tinbena l-kapaċità u tiġi żgurata r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-imħallfin u prosekuturi, inkluż permezz ta' reviżjoni funzjonali sostanzjali tas-sistema ġudizzjarja għall-imħallfin, prosekuturi, uffiċjali tal-pulizija ta' livell għoli u investigaturi kriminali kollha; jilqa' t-twaqqif f'Novembru 2017 tal-Kummissjoni tal-Gvern dwar ir-Rikonoxximent u l-Verifika tal-Istatus tal-Vittmi ta' Vjolenza Sesswali matul il-Kunflitt fil-Kosovo; |
|
8. |
Jinnota li l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar ta' drogi u tal-bnedmin, u ċ-ċiberkriminalità, għadhom kwistjonijiet ta' tħassib li jeħtieġu sforzi konġunti; jilqa' l-progress inizjali li sar fit-tisħiħ tar-rekord fuq l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' korruzzjoni ta' livell għoli u każijiet ta' kriminalità organizzata; jistenna sforzi deċiżivi u sostnuti fl-ambitu tal-obbligi tal-proċess tal-adeżjoni mal-UE; jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Ombudsperson biex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jirrieżamina l-każijiet; |
|
9. |
Jitlob li jitwaqqaf ta' qafas legali mtejjeb, u li l-effiċjenza u l-kapaċità tal-prosekuzzjoni jissaħħu b'tali mod li jippermettu approċċ komprensiv għall-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet, li għandhom ikunu sostanzjati permezz tal-iffriżar, il-konfiska u l-irkupru tal-assi, kif ukoll permezz ta' kundanni finali f'każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli, kriminalità organizzata u finanzjarja, ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu; jitlob salvagwardji li jiggarantixxu l-indipendenza fl-infurzar tal-liġi u fil-prosekuzzjoni, kif ukoll miżuri preventivi kontra l-korruzzjoni f'diversi setturi; jemmen li hemm bżonn aktar miżuri sabiex jiġu żgurati kooperazzjoni u koordinazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi u jiġu massimizzati l-indipendenza u responsabbiltà tal-ġudikatura; jistieden lill-Kosovo jimxi skont il-proċeduri u r-regoli internazzjonali dwar l-estradizzjoni ta' ċittadini barranin, billi jimplimenta l-miżuri meħtieġa biex jiġu evitati każijiet bħal dak tas-sitt ċittadini Torok deportati mill-Kosovo lejn it-Turkija fl-aħħar ta' Marzu 2018; jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Assemblea tal-Kosovo li twaqqaf kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga dan il-każ; |
|
10. |
Jitlob għal kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, li tkun ġenwina u kostruttiva, bejn l-awtoritajiet tal-Kosovo u tas-Serbja; jemmen li s-sħubija tal-Kosovo fl-Interpol u żieda fil-kooperazzjoni mal-Europol se tkompli ttejjeb l-effettività ta' miżuri mmirati kontra l-kriminalità transnazzjonali; iħeġġeġ, sadanittant, aktar kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; |
|
11. |
Iqis li huwa essenzjali li jiġu implimentati f'waqthom u b'mod komprensiv, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsperson, tal-Awditur Ġenerali, tal-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni u tal-Kummissjoni tar-Regolamentazzjoni tal-Akkwist Pubbliku tal-Kosovo; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet fis-sistema tal-akkwist pubbliku u biex jitjiebu l-kooperazzjoni interistituzzjonali u l-iskambju ta' informazzjoni; jirrakkomanda bis-sħiħ li jiġu intensifikati l-kapaċitajiet ta' sorveljanza, evalwazzjoni u tal-awditjar u li jissaħħu l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' strateġija kontra l-frodi biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Kosovo u tal-UE; |
|
12. |
Jilqa' l-konferma tal-Kummissjoni, maħruġa fit-18 ta' Lulju 2018, li l-parametri referenzjarji għal-liberalizzazzjoni tal-viża ġew issodisfati; iqis li huwa vitali li tiġi mogħtija l-liberalizzazzjoni tal-viża lill-Kosovo mingħajr dewmien żejjed; huwa tal-fehma li l-liberalizzazzjoni tal-viża se ttejjeb l-istabbilità u tressaq lill-Kosovo eqreb lejn l-UE billi ttejjeb il-faċilità tal-ivvjaġġar u tan-negozju, filwaqt li tgħin biex jiġu miġġielda l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' persuni u l-korruzzjoni; jistieden lill-Kunsill jadotta l-mandat tiegħu b'mod rapidu biex jipproċedi għall-adozzjoni ta' sistema ta' vjaġġar mingħajr viża; |
|
13. |
Jinnota li lil hinn mill-progress li sar biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża, sforzi sostnuti jridu jitkomplew biex jiġu miġġielda l-kriminalità organizzata, it-traffikar tad-droga, il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' bnedmin u l-korruzzjoni, flimkien ma' sforzi konkreti biex jiġu ġestiti flussi ta' migrazzjoni irregolari u jitnaqqas l-għadd ta' talbiet għall-asil bla bażi; |
|
14. |
Jieħu nota pożittiva tat-tnaqqis kbir fin-numru ta' talbiet għall-asil u r-riammissjoni ta' ċittadini tal-Kosovo, u ta' applikazzjonijiet għal ftehimiet ta' riammissjoni; jieħu nota pożittiva tal-istrateġija l-ġdida ta' riintegrazzjoni u jitlob li din tiġi implimentata bis-sħiħ; |
|
15. |
Ifaħħar lill-Kosovo għall-isforzi li kellu fil-ġlieda kontra l-ħruġ ta' ġellieda barranin, li kważi esklużivament huma ġellieda ġiħadisti, u fl-indirizzar tat-theddid terroristiku; jappella għal kooperazzjoni reġjonali attiva fil-ġlieda kontra l-attivitajiet terroristiċi potenzjali u fit-tfixkil ta' flussi finanzjarji destinati għall-finanzjament tat-terroriżmu; iħeġġeġ lill-Kosovo jindirizza r-radikalizzazzjoni fuq l-internet u l-influwenzi estremisti esterni; jissottolinja l-importanza tal-prevenzjoni tat-terroriżmu, u l-prosekuzzjoni ta' ġellieda suspettati, flimkien mar-riabilitazzjoni, l-edukazzjoni u l-integrazzjoni soċjali tagħhom u tal-familji tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evitata r-radikalizzazzjoni tal-ħabsin u ta' żgħażagħ vulnerabbli b'mod partikolari, u li jkun hemm ħidma attiva għad-deradikalizzazzjoni tagħhom; |
|
16. |
Jikkundanna bl-aktar mod ċar il-qtil tal-politikant Serb tal-Kosovo Oliver Ivanović; iqis il-qtil tiegħu bħala daqqa ta' ħarta kbira għall-vuċijiet kostruttivi u moderati tal-komunità Serba tal-Kosovo; jenfasizza, bħala kwistjoni ta' urġenza, il-ħtieġa għal kooperazzjoni ġenwina bejn l-investigaturi tal-Kosovo u tas-Serbja u għal appoġġ internazzjonali, sabiex kemm l-awturi ta' dan il-qtil kif ukoll dawk li ordnawh jitressqu quddiem il-ġustizzja mingħajr aktar dewmien; |
|
17. |
Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' rieda biex jiġu trattati każijiet ta' delitti tal-gwerra, u jissottolinja l-importanza ta' impenn politiku ċar għall-prosekuzzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo juru l-impenn sod u sostnut għall-obbligi internazzjonali tagħhom fir-rigward ta' Awli Speċjalizzati għall-Kosovo u ta' Uffiċċju ta' Prosekutur Speċjalizzat fl-Aja; jesprimi tħassib profond dwar it-tentattivi mill-membri tal-Assemblea tal-Kosovo biex jirrevokaw l-Att dwar l-Awli Speċjalizzati għall-Kosovo u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat f'Diċembru 2017; jiddispjaċih bil-kbir dwar il-fatt li dawn it-tentattivi wasslu għal nuqqas li jiġu adottati rakkomandazzjonijiet konġunti wara l-posponiment tar-raba' laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kosovo (KPSA) għas-17 u t-18 ta' Jannar 2018; jappella għal approċċ kostruttiv għall-KPSA bejn l-UE u l-Kosovo kif ukoll għal kooperazzjoni parlamentari msaħħa f'dan ir-rigward; |
|
18. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet iżidu l-kooperazzjoni legali reċiproka bejn l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni tal-Kosovo u tas-Serbja u jappoġġaw il-ħolqien ta' kummissjoni reġjonali (RECOM) biex jiġu stabbiliti l-fatti dwar id-delitti tal-gwerra u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem li kienu kommessi fl-Ex-Jugoslavja; |
|
19. |
Jinnota r-rwol importanti li għandha EULEX fit-tisħiħ tal-indipendenza tas-sistema tal-ġustizzja, tal-pulizija u dik doganali; jirrikonoxxi, barra minn hekk, ir-rwol ta' prevenzjoni u rikonċiljazzjoni tal-EULEX fil-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni ta' każijiet ta' delitti tal-gwerra, korruzzjoni u kriminalità organizzata, u l-isforzi kontinwi tagħha biex jiġu identifikati l-persuni nieqsa u s-siti ta' oqbra sabiex jissolvew kompletament il-każijiet; jirrakkomanda valutazzjoni tal-punti b'saħħithom u d-dgħufijiet tal-missjoni; |
|
20. |
Itenni l-appell tiegħu lill-EULEX biex iżżid l-effikaċja u tadotta l-ogħla standards ta' trasparenza u approċċ ta' tolleranza żero fir-rigward tal-korruzzjoni, amministrazzjoni ħażina, imġiba ħażina u interferenza u pressjoni politika; |
|
21. |
Jissottolinja l-ħtieġa li l-Assemblea tal-Kosovo tiġi informata fil-pront dwar l-attivitajiet tal-EULEX u dwar kwalunkwe bidliet fl-istatus legali tagħha; |
|
22. |
Jieħu nota tal-mandat il-ġdid u d-data finali tal-EURLEX; jenfasizza, madankollu, it-twettiq ta' progress konkret fil-Kosovo huwa aktar importanti minn skeda stabbilita; |
|
23. |
Jitlob sabiex l-infurzar tal-qafas tad-drittijiet tal-bniedem ikun l-ogħla prijorità, li għandu jkun appoġġat minn koordinament u finanzjament xierqa u suffiċjenti, speċjalment fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-protezzjoni tat-tfal u tax-xogħol, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabbiltà, u l-minoranzi u komunitajiet etniċi u lingwistiċi, inklużi l-persuni LGBTI; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-Aġenzija għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Koordinatur Nazzjonali għall-Protezzjoni mill-Vjolenza Domestika u li tissaħħaħ il-prevenzjoni; u l-infurzar tal-ġustizzja kontra r-reati relatati; itenni l-ħtieġa li jiġi adottat l-abbozz ta' liġi dwar il-libertà tar-reliġjon; |
|
24. |
Jesprimi tħassib serju dwar l-inugwaljanza bejn il-ġeneri u l-vjolenza minħabba differenza ta' sess; iħeġġeġ lill-Kosovo jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u ta' kontra d-diskriminazzjoni; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-nuqqas ta' progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni kontra l-vjolenza domestika, u jistieden lill-awtoritajiet jadottaw azzjoni aktar stretta u effettiva fil-ġlieda kontra l-vjolenza minħabba differenza ta' sess, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-Aġenzija għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Koordinatur Nazzjonali għall-Protezzjoni mill-Vjolenza Domestika; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jindirizzaw l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi bħala prijorità, inkluż fl-ambitu tal-Aġenda Ewropea għar-Riforma u mas-soċjetà ċivili, inkluż l-organizzazzjonijiet tan-nisa; iħeġġeġ lill-Kosovo jindirizza ulterjorment il-kwistjoni tal-ġustizzja u l-appoġġ għal nisa li kienu soġġetti għal vjolenza sesswali matul il-gwerra; iħeġġeġ lill-Kosovo jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Istanbul; |
|
25. |
Jistieden lill-Assemblea tal-Kosovo tqis id-dokument ta' pożizzjoni ffirmat b'mod konġunt mill-UE, minn UNICEF, mill-Koalizzjoni ta' NGOs għall-Protezzjoni tat-Tfal fil-Kosovo (KOMF) u minn Save the Children fl-abbozzar tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal; |
|
26. |
Jinnota bi tħassib li l-Kosovo għamel progress limitat fil-qasam tad-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà; jistieden lill-Kosovo jissalvagwardja l-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabbiltà; |
|
27. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-minoranzi bħala kwistjoni ta' prijorità, inklużi d-drittijiet tagħhom, kemm kulturali kif ukoll lingwistiċi, u l-opportunitajiet tagħhom; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-minoranzi, bħar-Rom, l-Ashkali u l-Eġizzjani, ikomplu jiffaċċjaw problemi biex jakkwistaw dokumenti personali, li jaffettwa l-kapaċità tagħhom li jaċċessaw iċ-ċittadinanza, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-assistenza soċjali, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jindirizzaw dawn il-problemi; jilqa' r-rieda tal-awtoritajiet li jirrikonoxxu d-drittijiet ta' persuni b'etniċità storika Bulgara fir-reġjuni ta' Gora u Zhupa; jilqa' l-adozzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni ġodda għall-Inklużjoni tal-Komunitajiet Rom u Ashkali fis-Soċjetà tal-Kosovo 2017–2021, u jitlob li l-Kosovo jieħu rwol attiv fil-kooperazzjoni reġjonali tal-proġett dwar l-Integrazzjoni tar-Rom 2020, implimentat mill-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali; |
|
28. |
Jiddispjaċih dwar id-diskriminazzjoni persistenti kontra persuni LGBTI u ż-żieda fid-diskors ta' mibegħda fuq l-internet b'rabta mal-avveniment Gay Pride fi Pristina; |
|
29. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat l-abbozz ta' liġi ġdida dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni ta' NGOs; jappella sabiex tingħata attenzjoni akbar fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni fl-oqsma li jaffettwaw l-ispazju tas-soċjetà ċivili, sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni ma tpoġġix piż sproporzjonat jew ma jkollhiex impatt diskriminatorju fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) jew tnaqqas l-ispazju għas-soċjetà ċivili; jissottolinja l-ħtieġa għal finanzjament pubbliku disponibbli għall-OSĊ; |
|
30. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-libertà editorjali, is-sostenibbiltà finanzjarja u l-indipendenza tax-xandir pubbliku tal-Kosovo, u li tiġi żgurata t-trasparenza fis-sjieda tal-mezzi ta' komunikazzjoni privati f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport annwali tal-Kummissjoni; iħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-liġijiet rilevanti kollha f'dan ir-rigward; jitlob li jkun hemm titjib fix-xandir multilingwistiku u fil-kwalità ta' informazzjoni mogħtija lill-komunitajiet kollha tal-Kosovo; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fl-għadd ta' theddid u attakki kontra l-ġurnalisti, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jinvestigaw u jressqu lil dawk li huma responsabbli quddiem il-ġustizzja; jilqa' l-approvazzjoni tal-Gvern tal-Kosovo tal-abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni tal-informaturi; |
|
31. |
Jitlob li jsiru sforzi kontinwi għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet b'mod komprensiv bejn is-Serbja u l-Kosovo; iqis li n-normalizzazzjoni sħiħa tar-relazzjonijiet mas-Serbja, fl-ambitu ta' ftehim ġuridikament vinkolanti u l-arranġamenti implimentattivi tiegħu, mhijiex possibbli mingħajr l-applikazzjoni komprensiva u reċiproka tal-ftehimiet eżistenti, u hija element fundamentali għaż-żewġ pajjiżi fi triqithom lejn l-integrazzjoni Ewropea; |
|
32. |
Jinnota d-dibattitu li għaddej u d-dikjarazzjonijiet pubbliċi dwar aġġustamenti possibbli tal-fruntiera bejn is-Serbja u l-Kosovo, inkluż skambji ta' territorji; jissottolinja n-natura multietnika kemm tal-Kosovo kif ukoll tas-Serbja u li l-objettiv fir-reġjun ma għandux ikun il-ħolqien ta' stati etnikament omoġenji; jappoġġa d-djalogu ffaċilitat mill-UE bħala l-qafas biex jintlaħaq ftehim ta' normalizzazzjoni komprensiv bejn is-Serbja u l-Kosovo; iqis li kwalunkwe ftehim jista' jkun aċċettabbli biss jekk ikun maqbul b'mod reċiproku, filwaqt li titqies l-istabbiltà kumplessiva fir-reġjun u d-dritt internazzjonali; |
|
33. |
Jinnota li ħames Stati Membri tal-UE għadhom ma rrikonoxxewx lill-Kosovo, u jistedinhom jagħmlu dan; jenfasizza li r-rikonoxximent ikun ta' benefiċċju għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Kosovo u s-Serbja; |
|
34. |
Huwa tal-fehma li t-twettiq tad-djalogu bejn Belgrad u Pristina jrid ikun miftuħ u trasparenti u li dawk responsabbli għalih għandhom regolarment jikkonsultaw mal-Assemblea tal-Kosovo dwar l-iżviluppi tiegħu; |
|
35. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li bosta ftehimiet iffirmati s'issa għadhom ma ġewx implimentati, jew ġew posposti, bħal dawk dwar l-enerġija u dwar l-assoċjazzjoni ta' muniċipalitajiet b'maġġoranza Serba; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet jimplimentaw il-ftehimiet kollha b'mod sħiħ u in bona fide; itenni l-appell tiegħu lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex iwettaq evalwazzjoni tal-prestazzjoni taż-żewġ partijiet fir-rigward tar-rispett tal-obbligi tagħhom sabiex jindirizza l-isfidi kollha fir-rigward tal-implimentazzjoni; iħeġġeġ lill-Gvernijiet Serbi u tal-Kosovo joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li tista' ddgħajjef il-fiduċja bejn il-partijiet u jpoġġu f'riskju l-kontinwazzjoni kostruttiva tad-djalogu; |
|
36. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-għadd dejjem jiżdied ta' inċidenti interetniċi; jikkundanna bil-qawwa l-atti kollha ta' intimidazzjoni u vjolenza; jistenna li l-awtoritajiet tal-Kosovo immedjatament joqogħdu 'l bogħod minn atti bħal dawn, u jitlob li dawk responsabbli jiġu identifikati u jitressqu quddiem il-ġustizzja; jistieden lill-awtorità nazzjonali u lokali jagħmlu sforzi ulterjuri biex jimplimentaw il-liġijiet adottati sabiex ikomplu jiżviluppaw soċjetà multietnika; jiddispjaċih dwar iż-żieda ta' retorika nazzjonalista u estrema fir-reġjun, u jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa ulterjorment ir-rikonċiljazzjoni permezz ta' proġetti kulturali; |
|
37. |
Jitlob għal darb'oħra għall-ftuħ fil-pront u mingħajr xkiel tal-pont ta' Mitrovica, li jikkostitwixxi pass importanti lejn l-unifikazzjoni mill-ġdid tal-belt; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim dwar il-libertà ta' moviment; jistieden lill-awtoritajiet Serbi u tal-Kosovo jippromwovu l-kuntatti interpersonali bejn il-komunitajiet lokali sabiex isaħħu d-djalogu, inkluż fil-livell mhux governattiv; jilqa', f'dan ir-rigward, il-programm ta' kooperazzjoni reċiproka Peja/Savac, u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa inizjattivi simili; jilqa' l-iżvilupp ta' proġetti ta' infrastruttura li jippermettu żieda fil-kuntatti, bħall-awtostrada Nis-Merdare-Pristina; |
|
38. |
Jilqa' l-isforzi tal-Kosovo fiż-żamma ta' relazzjonijiet ta' viċinat kostruttivi fir-reġjun kollu u fl-allinjament proattiv mal-acquis tal-UE dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK), u jitlob li jkun hemm progress ulterjuri f'dan il-qasam; iqis li s-sħubija tal-Kosovo f'korpi internazzjonali se tagħti drittijiet u obbligi li jinvolvu l-applikazzjoni ta' normi u standards internazzjonali; jinkoraġġixxi approċċ pożittiv fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Kosovo f'organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
39. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu adottati u implimentati miżuri li jiżguraw proċeduri ta' privatizzazzjoni trasparenti u kompetittivi u biex jiġu investigati l-irregolaritajiet allegati; jinsab mħasseb dwar il-fatt li r-rimessi tal-migranti jikkostitwixxu mutur sinifikanti tad-domanda domestika; jesprimi tħassib dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fis-suq tax-xogħol, speċjalment matul il-proċess ta' reklutaġġ; |
|
40. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-proċeduri mwiegħra tar-reġistrazzjoni medika u l-kwalità tal-mediċini, u dwar il-korruzzjoni fis-settur tas-saħħa b'mod ġenerali; iħeġġeġ lill-Ministeru għas-Saħħa tal-Kosovo jħaffef l-isforzi tiegħu biex jinvestiga reati bħal dawn u jindirizza l-problemi ta' reġistrazzjoni u ta' kwalità mill-aktar fis possibbli; jappella għal riforma komprensiva tas-settur tas-saħħa, inkluż l-implimentazzjoni ta' assigurazzjoni tas-saħħa universali, sabiex jiġi żgurat aċċess universali għall-kura tas-saħħa; jissottolinja l-ħtieġa għal finanzjament adegwat tas-sistema tas-saħħa pubblika; |
|
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija reġjonali biex tindirizza il-qgħad persistenti fost iż-żgħażagħ u l-eżodu tal-imħuħ billi jiġi indirizzat in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet bejn is-sistema edukattiva u s-suq tax-xogħol, it-titjib tal-kwalità tat-tagħlim, u l-iżgurar tal-finanzjament adegwat għal miżuri attivi fis-suq tax-xogħol u skemi ta' taħriġ vokazzjonali, flimkien ma' faċilitajiet adegwati għall-indukrar tat-tfal u għall-edukazzjoni ta' qabel l-iskola; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress fit-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni; jistieden lill-atturi rilevanti jinkludu lil persuni li jappartjenu għal gruppi ta' minoranzi fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-miżuri għall-impjiegi; |
|
42. |
Iħeġġeġ lill-Kosovo jisfrutta b'mod sħiħ il-potenzjal li joffru programmi tal-UE; jilqa' l-iffirmar tal-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-programmi Erasmus+ u Ewropa Kreattiva; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo u lill-Kummissjoni jappoġġaw aktar lill-SMEs sabiex jiżviluppaw ekonomija vijabbli għall-Kosovo; jappoġġa l-proposta għal tnaqqis tat-tariffi tar-roaming fil-Balkani tal-Punent; |
|
43. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-kwalità estremament ħażina tal-arja ta' Pristina u bliet oħra mniġġsa ħafna; jappella għal sistemi ta' monitoraġġ effikaċi tal-kwalità tal-arja u tal-ilma, għal titjib fl-infrastruttura tat-trattament tal-ilma mormi u għal data dwar it-tniġġis affidabbli u faċilment disponibbli f'ħin reali; jesprimi tħassib dwar ġestjoni ħażina tal-iskart, rimi mhux sostenibbli u prattiki ta' dumping illegali mifruxa; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jadottaw miri ta' separazzjoni u riċiklaġġ tal-iskart, itejbu r-rimi tal-ġbir lokali u l-faċilitajiet ta' riċiklaġġ u biex min iniġġes jinżamm responsabbli; jistieden lin-NU tagħti l-appoġġ meħtieġ lill-vittmi ta' avvelenament miċ-ċomb f'xi kampijiet tar-refuġjati stabbiliti fil-Kosovo, inkluż permezz tal-fond fiduċjarju antiċipat; |
|
44. |
Jinnota li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tal-politika dwar l-enerġija tar-rapport tas-sena l-oħra għandhom ma ġewx implimentati; jenfasizza l-ħtieġa li ma jibqax isir uża mil-linjite għall-ġenerazzjoni tal-enerġija mhux sostenibbli u l-urġenza tad-dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Kosovo A u li tiġi żgurata l-kapaċità ta' ġenerazzjoni u importazzjoni addizzjonali sostenibbli; jinnota progress parzjali dwar it-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-indipendenza tar-regolatur tal-enerġija tal-Kosovo; jitlob għal sforzi akbar fil-qasam tal-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija, b'mod partikolari fis-settur tal-kostruzzjoni; jinnota li filwaqt li ġie adottat l-ewwel qari tal-abbozz ta' liġi dwar l-effiċjenza enerġetika, l-effiċjenza enerġetika hija mxekkla min-nuqqas ta' progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Enerġija bejn il-Kosovo u s-Serbja; jistieden lill-awtoritajiet jistabbilixxu l-fond għall-effiċjenza enerġetika; |
|
45. |
Jenfasizza li l-impjanti tal-idroenerġija għandhom jissodisfaw standards ambjentali tal-UE; jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Ministru għall-Ambjent biex jivvaluta u jissospendi permessi maħruġa għal proġetti idroelettriċi; |
|
46. |
Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress fl-isfruttar tal-potenzjal tar-rinnovabbli; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw il-Pjan ta' Azzjoni għall-Istrateġija tal-Enerġija 2017-2026 sabiex tintlaħaq il-mira obbligatorja għall-enerġija rinnovabbli ta' 25 % sal-2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu rwol ewlieni f'dan ir-rigward; |
|
47. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jadottaw trasport pubbliku kredibbli u sostenibbli u politiki ta' mobbiltà biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet infrastrutturali fit-tul; |
|
48. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll lill-Gvern u lill-Assemblea tal-Kosovo. |
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/135 |
P8_TA(2018)0480
Rapport tal-2018 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2018 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2018/2145(INI))
(2020/C 363/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2005 li tagħti lill-pajjiż l-istatus ta' kandidat għall-adeżjoni mal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Finali għar-Riżoluzzjoni tad-Differenzi kif deskritt fir-riżoluzzjonijiet 817 (1993) u 845 (1993), it-tmiem tal-Ftehim Interim tal-1995 u l-ħolqien ta' Sħubija Strateġika bejn il-Greċja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tas-17 ta' Ġunju 2018, magħrufa wkoll bl-isem ta' Ftehim ta' Prespa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas konkluż f'Ohrid u ffirmat fi Skopje fit-13 ta' Awwissu 2001 (Ftehim Qafas ta' Ohrid, “OFA”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Prijoritajiet ta' Riforma Urġenti tal-Kummissjoni għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ta' Ġunju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim politiku (l-hekk imsejjaħ “Ftehim ta' Pržino”) li ntlaħaq bejn l-erba' partiti politiċi ewlenin fi Skopje fit-2 ta' Ġunju u fil-15 ta' Lulju 2015, u l-ftehim bejn l-erba' partiti dwar l-implimentazzjoni tiegħu tal-20 ta' Lulju u tal-31 ta' Awwissu 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Kwistjonijiet Sistemiċi tal-Istat tad-Dritt tal-14 ta' Settembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Proċess ta' Berlin varat fit-28 ta' Awwissu 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti finali tal-OSKE/ODIHR dwar l-elezzjonijiet parlamentari bikrija tal-11 ta' Diċembru 2016, li ġew ukoll osservati mill-Parlament Ewropew, u l-elezzjonijiet muniċipali tal-15 ta' Ottubru u tad-29 ta' Ottubru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-“Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija” tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, tat-28 ta' Ġunju 2018, li appoġġjaw il-konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni adottati mill-Kunsill fis-26 ta' Ġunju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-laqgħa tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tan-NATO tal-11 u tat-12 ta' Lulju 2018 li tistieden lill-pajjiż jibda t-taħditiet ta' adeżjoni biex jissieħeb fl-alleanza, |
|
— |
wara li kkunsidra l-14-il laqgħa, li saret fit-13 ta' Lulju 2018, tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titolu “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent” (COM(2018)0065), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2018)0450), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “The former Yugoslav Republic of Macedonia 2018 Report” (Rapport 2018 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) (SWD(2018)0154), li jirrakkomandaw il-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni fid-dawl tal-progress li sar u tal-impenn sostnut favur ir-riformi; |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni il-Programm ta' Riformi Ekonomiċi tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (SWD(2018)0134) u l-Konklużjonijiet Konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija tal-25 ta' Mejju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet adottati fl-14-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li saret Strasburgu fis-7 u fit-8 ta' Frar 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċess għal “Djalogu Jean Monnet” mal-karigi ta' tmexxija parlamentari u mal-partiti politiċi fl-Assemblea (Sobranie), varat f'Ohrid mis-17 u sat-18 ta' Mejju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-pajjiż, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0341/2018), |
|
A. |
billi permezz tal-implimentazzjoni ta' riformi demokratiċi sodi u inklużivi u tat-titjib attiv tar-relazzjonijiet mal-ġirien, il-gvern il-ġdid qiegħed juri kontinwità fl-impenn favur it-triq Ewropea u Ewro-Atlantika tal-pajjiż; billi l-isforzi għar-riformi għandhom jimxu pari passu mas-sostenn kontinwu tal-UE favur l-implimentazzjoni tal-Prijoritajiet ta' Riforma Urġenti u riżultati li jistgħu jitkejlu; billi l-prospettiva ta' adeżjoni mal-UE tirrappreżenta xprun qawwi għar-riformi fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, speċjalment fir-rigward tal-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; billi l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hija meqjusa bħala l-pajjiż kandidat li l-aktar għamel progress fl-allinjament tal-leġiżlazzjoni tiegħu mal-acquis tal-UE; |
|
B. |
billi l-Ftehim ta' Prespa tas-17 ta' Ġunju 2018 dwar ir-riżoluzzjoni tad-differenzi u l-ħolqien ta' sħubija strateġika bejn l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Greċja jibgħat sinjal pożittiv tant bżonnjuż għall-istabilità u r-rikonċiljazzjoni fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent kollu kemm hu, itejjeb l-ispirtu tar-relazzjonijiet ta' bon viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali u jwitti t-triq għall-integrazzjoni Ewropea tal-pajjiż; |
|
C. |
billi l-Greċja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja qablu bejniethom dwar 11-il miżura għat-tisħiħ tal-fiduċja, prinċipalment fl-oqsma tal-affarijiet politiċi u tal-UE, l-edukazzjoni u l-kultura, il-kummerċ u l-kooperazzjoni ekonomika, il-konnettività, il-ġustizzja u l-affarijiet interni kif ukoll il-kooperazzjoni fis-saħħa; billi dawn il-miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja diġà pproduċew riżultati konkreti; |
|
D. |
billi l-partiti politiċi kollha u l-istituzzjonijiet statali kollha għandhom id-dmir li jikkontribwixxu għal atmosfera politika aktar inklużiva u miftuħa, b'hekk jitħalla jsir aktar progress fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE; |
|
E. |
billi l-pajjiż għandu jkompli jsaħħaħ, fost affarijiet oħra, il-kapaċità leġiżlattiva u ta' sorveljanza parlamentari, il-ġudikatura, ir-rispett tal-istat tad-dritt, il-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni; billi hemm bżonn sforzi sostnuti għal riformi fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika, l-ekonomija u l-impjiegi, u jinħtieġ ukoll rieżami komprensiv tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas ta' Ohrid (OFA); |
|
F. |
billi l-adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja man-NATO se tikkontribwixxi għall-paċi u għall-istabilità tar-reġjuni kollu kemm hu; |
|
G. |
billi fit-28 ta' Ġunju 2018 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2018, b'hekk witta t-triq għall-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni f'Ġunju 2019; |
|
H. |
billi fit-18 ta' Lulju 2018 il-Kummissjoni inizjalat ftehim dwar l-istatus mal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex it-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) jitħallew iwettqu operazzjonijiet konġunti mal-pajjiż u fi ħdanu għal finijiet ta' migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri, bħala element fundamentali tal-istrateġija tal-Kummissjoni għall-Balkani tal-Punent; |
|
I. |
billi t-tniġġis tal-arja huwa problema kbira fil-bliet tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u skont l-aħħar studju tal-Istitut Meteoroloġiku Finlandiż u l-Istitut tas-Saħħa Pubblika tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Skopje u Tetovo għandhom l-ogħla konċentrazzjoni ta' materja partikolata fina fl-arja (PM2,5) minn fost il-bliet Ewropej kollha; |
|
J. |
billi r-reġjun tal-Balkani huwa strateġikament importanti; |
|
K. |
billi kull pajjiż kandidat huwa valutat individwalment fuq il-merti tiegħu stess, u huma r-rapidità u l-kwalità tar-riformi li jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni u r-ritmu tan-negozjati; |
|
L. |
billi, wara proċess ġudizzjarju eżawrjenti u trasparenti, Nikola Gruevski nstab ħati ta' abbuż ta' poter mill-qrati tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u kkundanat sentejn priġunerija; billi bosta qrati sostnew din il-kundanna u d-deċiżjoni daħlet fis-seħħ wara ġew eżawriti l-appelli kollha; billi kien ukoll akkużat f'erba' kawżi kriminali pendenti oħrajn u involut f'ħames inkriminazzjonijiet kriminali ulterjuri li għadhom għaddejjin; |
Riformi kumplessivi u relazzjonijiet ta' bon viċinat
|
1. |
Jilqa' pożittivament l-impenn politiku qawwi tal-gvern biex jimplimenta bis-sħiħ il-Ftehim ta' Pržino u l-Prijoritajiet ta' Riforma Urġenti, li jwasslu għal sforzi intensifikati għar-riformi relatati mal-UE, fuq il-bażi ta' kooperazzjoni interetnika u bejn id-diversi partiti u ta' konsultazzjonijiet mas-soċjetà ċivili, u jissottolinja l-importanza li jitkomplew dawn l-isforzi f'ġieħ il-futur Ewropew tal-pajjiż; jinkoraġġixxi lill-gvern il-ġdid iżomm rankatura pożittiva u jiżgura li jsir progress fir-riformi relatati mal-UE, jaċċelerahom u jimplimentahom bis-sħiħ, b'mod trasparenti u inklużiv; jitlob li jkun hemm sostenn biex l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tissieħeb mal-organizzazzjonijiet Ewro-Atlantiċi biex tiżdied is-sigurtà reġjonali; |
|
2. |
Jesprimi apprezzament kbir għad-diplomazija pożittiva u l-isforzi attivi għat-tisħiħ tal-fiduċja li wasslu għal kompromess, għar-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet bilaterali miftuħa u għall-promozzjoni ta' relazzjonijiet ta' bon viċinat; jisħaq fuq il-fatt li l-kwistjonijiet bilaterali ma għandhomx ifixklu l-proċess ta' adeżjoni; jilqa' b'sodisfazzjon kbir id-dħul fis-seħħ fl-14 ta' Frar 2018 tat-trattat ta' ħbiberija mal-Bulgarija, li għandu jiggarantixxi relazzjoni ta' bon viċinat dejjiema u konċiljanti bejn iż-żewġ pajjiżi; |
|
3. |
Jilqa' favorevolment il-Ftehim ta' Prespa, tas-17 ta’ Ġunju 2018, bejn il-Greċja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u jfaħħar liż-żewġ naħat għall-isforzi sinifikanti tagħhom biex jilħqu soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn li huma għall-kwistjoni tal-isem; jilqa' pożittivament ir-ratifika tiegħu min-naħa tal-Parlament tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-20 ta' Ġunju u fil-5 ta' Lulju 2018; iqis li huwa fl-interessi taċ-ċittadini tal-pajjiż li l-atturi politiċi kollha u s-soċjetà ċivili kollha jaġixxu b'mod kostruttiv u jerfgħu r-responsabbiltajiet storiċi tagħhom; iħeġġeġ lill-partiti jagħtu prijorità lill-interessi ta' pajjiżhom fuq l-interessi partiġjani, jinformaw b'mod debitu liċ-ċittadini dwar il-kontenuti u l-implikazzjonijiet tal-ftehim u jlestu, b'mod diliġenti, il-proċeduri interni kollha għar-ratifika u għall-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim ta' importanza strateġika, b'hekk jintemm limbu ġeopolitiku li ilu jkarkar is-snin u jagħtu eżempju tajjeb ta' paċi u stabilità fir-reġjun; jisħaq fuq l-importanza tar-referendum tat-30 ta' Settembru 2018 dwar l-integrazzjoni fl-UE u fin-NATO tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; |
|
4. |
Jieħu nota tar-riżultat tar-referendum tat-30 ta' Settembru 2018; jisħaq fuq il-bżonn ta' aktar sostenn għall-futur Ewro-Atlantiku tal-pajjiż u ta' implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Prespa tas-17 ta' Ġunju 2018; jinkoraġġixxi lill-gvern ta' Skopje jieħu l-azzjonijiet kollha neċessarji u possibbli biex jonora d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Prespa, li jiftaħ il-bieb għan-negozjati ta' adeżjoni mal-UE u man-NATO; |
|
5. |
Jilqa' pożittivament il-votazzjoni, li saret fid-19 ta' Ottubru 2018 fis-Sobranie, maħsuba biex tagħti bidu għall-proċess ta' emenda kostituzzjonali ħalli jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Ftehim ta' Prespa; jistieden lill-partiti politiċi kollha jkomplu jikkooperaw fi spirtu ta' responsabbiltà kondiviża fil-fażijiet li jmiss tal-proċedura emendatorja; itenni s-sostenn qawwi tiegħu favur il-futur Ewropew u Ewro-Atlantiku tal-pajjiż u jħeġġeġ lill-gvern u lill-parlament ikomplu ħidmithom fir-riformi li se jwittu t-triq għall-adeżjoni mal-UE; jinkoraġġixxi lill-Prosekutur Pubbliku Speċjali u lill-qrati jwettqu l-investigazzjonijiet indipendenti tagħhom dwar il-kawżi pendenti kollha ta' illeċiti politiċi u kriminali u jtellgħu lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja; |
|
6. |
Jilqa' pożittivament l-isforzi diplomatiċi tal-pajjiż biex irawmu kooperazzjoni bilaterali u reġjonali mal-Albanija u jistabbilixxu relazzjonijiet kwalitattivi ġodda fl-oqsma bħall-kummerċ, l-infurzar tal-liġi, il-ġlieda kontra l-frodi u l-prevenzjoni tat-terroriżmu; |
|
7. |
Ifakkar li l-pajjiż diġà kiseb livell għoli ta' allinjament mal-acquis; jiddispjaċih bil-fatt, madankollu, li partijiet ta' din il-leġiżlazzjoni għadhom ma ġewx implimentati; jieħu nota tat-titjib fl-allinjament mad-dikjarazzjonijiet tal-UE u mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni u jisħaq fuq l-importanza li jintlaħaq progressivament allinjament totali, li huwa rekwiżit preliminari għall-futur Ewro-Atlantiku tal-pajjiż; |
|
8. |
Jirrikonoxxi l-progress li sar fis-settur pubbliku bl-adozzjoni tal-istrateġija ta' riforma tal-amministrazzjoni pubblika u tal-programm ta' riforma tal-ġestjoni finanzjarja; jistieden lill-gvern jimplimenta totalment dawn ir-riformi; jinkoraġġixxi lill-pajjiż isaħħaħ ulterjorment il-professjonalità, billi jtejjeb it-trasparenza u r-rappreżentanza ekwa, u jiggarantixxi r-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-mertu għal dak li għandu x'jaqsam mar-reklutaġġ f'pożizzjonijiet tas-servizz pubbliku; |
|
9. |
Jikkundanna b'aktar termini qawwija possibbli l-attakk tas-27 ta' April 2017 fuq il-Parlament tal-pajjiż, li jikkostitwixxi attakk fuq id-demokrazija u li matulu bosta deputati u ġurnalisti sfaw feruti gravi, u jappella biex l-organizzaturi u dawk responsabbli minn dawn l-atti jittellgħu quddiem il-ġustizzja; jilqa' pożittivament l-investigazzjoni li għaddejja u l-proċess tal-kawża; jenfasizza li d-determinazzjoni tar-responsabbiltajiet għal dawn l-atti ta' vjolenza għandhom tkompli ssir b'konformità tal-liġi u b'mod trasparenti, indipendenti u proporzjonat; ikompli jikkundanna kwalunkwe forma ta' ostruzzjoniżmu u kwalunkwe abbuż ta' proċeduri min-naħa tal-Parlament jew tal-poteri presidenzjali bi ksur tal-kostituzzjoni; |
|
10. |
Jappoġġja totalment ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u d-deċiżjoni tal-Kunsill konsegwenti li stabbiliet Ġunju 2019 bħala d-data għall-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni bħala rikonoxximent tal-isforzi għar-riformi inkoraġġanti; iqis li ftuħ rapidu tal-proċess ta' eżami analitiku tal-acquis (screening) u tat-taħditiet dwar l-adeżjoni se jsostni u jqawwi l-ispinta għar-riformi; iqis li l-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni jkompli jinċentiva d-demokratizzazzjoni u jsaħħaħ l-iskrutinju u l-obbligu ta' rendikont; |
|
11. |
Jilqa' pożittivament l-istedina formali li għamlet in-NATO lill-pajjiż fil-11 ta' Lulju 2018 biex jinfetħu n-negozjati ta' adeżjoni mal-organizzazzjoni; |
|
12. |
Iqis li l-adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja man-NATO tista' tikkontribwixxi biex jinkisbu aktar sigurtà u stabilità politika fix-Xlokk tal-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO jagħtu sostenn attiv favur l-adeżjoni tal-pajjiż man-NATO; |
|
13. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-pajjiż dalwaqt se jgħaddi għat-tieni fażi tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u li se jiġi inkluż fl-Inizjattiva Adrijatika-Jonika, u jistieden lill-Kunsill jinkludi lill-pajjiż fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku; |
Demokratizzazzjoni
|
14. |
Jilqa' pożittivament l-azzjonijiet inizjali li ttieħdu biex jerġgħu jiddaħħlu l-kontrokontrolli u tiżdied l-inklużjoni bis-saħħa ta' miżuri li jtejbu l-kuntest li fih joperaw l-istituzzjonijiet indipendenti inkarigati mis-sorveljanza, il-mezzi ta' komunikazzjoni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ); jilqa' pożittivament id-djalogu kostruttiv bejn il-gvern u l-OSĊ u r-rwol li dawn tal-aħħar żvolġew biex jiggarantixxu sistema ta' kontrokontrolli aħjar; jenfasizza li l-bidliet fundamentali li għaddejjin għandhom isiru fi klima politika inklużiva u miftuħa; |
|
15. |
Japprezza l-isforzi tal-gvern maħsuba biex jipprevjeni rigress u jiġu eliminati l-elementi ta' manipulazzjoni tal-Istat li fadal u jinkoraġġih jintensifika dawn l-isforzi; ifakkar li l-pajjiż kien minn ta' quddiem nett fil-proċess ta' adeżjoni fis-snin 2000; |
|
16. |
Jilqa' pożittivament it-titjib fil-leġiżlazzjoni elettorali, iżda jisħaq fuq il-bżonn ta' reviżjoni puntwali tal-Kodiċi Elettorali billi jiġu indirizzati b'mod komprensiv ir-rakkomandazzjonijiet OSKE/ODIHR, tal-Kummissjoni ta' Venezja u GRECO li fadal dwar il-finanzjament tal-kampanji u dwar il-partiti politiċi; jenfasizza li hemm bżonn aktar sforzi għall-prevenzjoni u għall-investigazzjoni ta' kull forma ta' intimidazzjoni tal-votanti; iħeġġeġ lill-partiti politiċi jiddemokratizzaw il-proċessi deċiżjonali interni tagħhom; |
|
17. |
Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jissuktaw iċ-ċensiment interrott, li jkun jagħti statistika preċiża dwar id-data rigward il-popolazzjoni, biex isservi ta' bażi għall-programmi ta' żvilupp tal-gvern u għall ippjanar adegwat tal-baġit, kif ukoll għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u għall-kalkolu tar-riżultati elettorali; |
|
18. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-issuktar tal-laqgħat tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u jinkoraġġixxi l-ħidma kostruttiva bla heda fi ħdan dan il-qafas interparlamentari; |
|
19. |
Jilqa' pożittivament il-varar tal-proċess għal “Djalogu Jean Monnet” f'Ohrid fis-17 u fit-18 ta' Mejju 2018 u l-adozzjoni konsegwenti tal-Kodiċi ta' Etika bis-sostenn unanimu tal-partiti kollha; jinkoraġġixxi lill-Grupp ta' Ħidma għar-Riformi u l-Funzjonament tas-Sobranie jirrieżami r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament u jressaq proposti għal emendi u skadenzi għall-adozzjoni għal dak li għandu x'jaqsam mal-oqsma prijoritarji definiti fil-konklużjonijiet f'Ohrid; jinkoraġġixxi lill-partijiet ikkonċernati kollha involuti fil-proċess politiku jkomplu jsaħħu l-kultura ta' kompromess u djalogu politiku kostruttiv, speċjalment fost id-deputati tal-Parlament, u jastjenu milli joħolqu kwalunkwe ostruzzjoniżmu li jkun ifixkel il-funzjonament effikaċi tal-Parlament; |
|
20. |
Jirrakkomanda li l-Parlament tal-pajjiż jagħmel użu sħiħ tal-funzjonijiet leġiżlattivi u ta' sorveljanza tiegħu, filwaqt li jillimita rigorożament l-użu tal-proċeduri ta' urġenza li jimminaw l-iskrutinju parlamentari u pubbliku; jitlob li tinbena każistika kredibbli dwar is-sorveljanza tas-servizzi ta' intelligence u l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fil-pajjiż; |
|
21. |
Jilqa' pożittivament il-miżuri sinifikanti li ħa l-gvern biex jerġa' jġib gradwalment kultura tal-kompromess billi jidħol f'kuntatt mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluża l-oppożizzjoni, bil-għan li jissaħħu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u x-xewqa ġenwina ta' riforma b'mod inklużiv u trasparenti; |
|
22. |
Jitlob li tinbeda implimentazzjoni effikaċi tal-istrateġija ta' riforma tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll li jkunu stabbiliti linji ċari ta' obbligu ta' rendikont; jissottolinja l-importanza tar-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-mertu għal dak li għandu x'jaqsam mar-reklutaġġ u tal-konkors miftuħ għall-proċeduri ta' reklutaġġ kollha, u jitlob żieda fil-kapaċità tal-ġestjoni tar-riżorsi umani; jitlob li jittieħdu miżuri msaħħa biex itejbu l-kapaċitajiet ta' ppjanar settorjali u finanzjarju fl-amministrazzjoni pubblika kollha; |
|
23. |
Jilqa' favorevolment it-tisħiħ tal-proċessi ta' deċentralizzazzjoni min-naħa tal-gvern bl-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għad-deċentralizzazzjoni u l-iżvilupp 2018-2020 bħala pass importanti biex tiġi indirizzata l-iskarsezza tal-finanzjamenti u tas-servizzi fil-muniċipalitajiet; |
|
24. |
Jilqa' pożittivament l-isforzi li qegħdin isiru biex jiġi promossi l-governanza tajba, l-obbligu ta' rendikont u ambjent medjatiku liberu, tiżdied it-trasparenza u jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni pubblika, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni tan-nefqa tal-istituzzjonijiet tal-Istat; jitlob miżuri ulterjuri biex ikunu garantiti d-drittijiet taċ-ċittadini għall-aċċess għall-informazzjoni pubblika; jagħmel appell biex isiru sforzi sostnuti ħalli tiżdied l-inklużjoni fil-proċess deċiżjonali u jitjieb il-koordinament interistituzzjonali; |
|
25. |
Jitlob li jsir aktar progress fid-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni pubblika bil-għan li ssir aktar aċċessibbli, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet isibu soluzzjonijiet diġitali innovattivi biex ikomplu jsaħħu t-trasparenza u l-aċċess faċli għall-informazzjoni pubblika u jnaqqsu l-burokrazija relatata; |
Stat tad-dritt
|
26. |
Ifakkar li l-funzjonament korrett tas-sistema ġudizzjarja u l-miżuri effikaċi tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma importantissmi fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE; |
|
27. |
Jilqa' pożittivament l-istrateġija tar-riforma ġudizzjarja mmirata li terġa' ġġib l-indipendenza tal-ġudikatura, l-obbligu ta' rendikont u l-professjonalità u ttemm l-indħil politiku u l-ġustizzja selettiva, u jistieden lill-gvern tal-pajjiż u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra jintensifikaw l-isforzi biex jimplimentaw korrettament l-istrateġija ta' riforma ġudizzjarja, billi jinħolqu mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni sodi; jisħaq fuq il-bżonn ta' allinjament leġiżlattiv komplut konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja; jitlob l-adozzjoni u l-implimentazzjoni kontinwi tal-miżuri previsti fl-istrateġija ta' riforma ġudizzjarja; jissottolinja li hemm bżonn aktar sforzi biex il-ġudikatura tiġi mħarsa mill-indħil politiku; |
|
28. |
Japprezza l-fatt li f'Jannar 2018 twaqqaf il-Kunsill dwar l-Etika Ġudizzjarja u li l-Akkademja tal-Imħallfin u tal-Prosekuturi organizzat korsijiet ta' taħriġ dwar l-imġiba etika għall-imħallfin għal finijiet ta' prevenzjoni tal-kunflitti ta' interessi u ħolqien ta' miżuri kontra l-korruzzjoni; |
|
29. |
Għadu inkwetat bil-korruzzjoni mifruxa u jilqa' pożittivament l-ewwel riżultati fil-prevenzjoni u fil-prosekuzzjoni tagħha; huwa inkwetat bin-numru limitat ta' sentenzi li jkunu għaddew f'ġudikat fir-rigward ta' każijiet ta' korruzzjoni f'livell għoli, iżda jieħu nota tas-sentenzi ta' prim'istanza dwar il-każijiet ta' korruzzjoni u abbuż tal-poter u dwar dak li ġara fis-27 ta' April 2017; jagħmel appell biex isiru sforzi sostnuti ħalli tinbena każistika ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni definittivi f'każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli u tal-kriminalità organizzata; ifaħħar ix-xogħol li għamel l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali (SPO) f'ċirkostanzi diffiċli u għadu inkwetat bl-attakki u l-atti ta' ostruzzjoniżmu fil-konfront ta' xogħlu u bin-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet l-oħrajn; |
|
30. |
Jistieden lill-awtoritajiet jintensifikaw il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-kunflitti ta' interess billi jistabbilixxu u jsaħħu l-kapaċitajiet ta' kontra l-korruzzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità u ċ-ċelloli ta' investigazzjoni finanzjarja, kif ukoll permezz tal-iffriżar, tal-konfiska u tal-irkupru u tal-ġestjoni tal-assi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jibnu każistika ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet u jżidu n-numru ta' kundanni fil-każijiet ta' ħasil tal-flus u ta' reati finanzjarji f'livell għoli; jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-informaturi ta' irregolaritajiet, li tiżgura protezzjoni aqwa lil dawn tal-aħħar u ssaħħaħ il-politiki tal-gvern kontra l-korruzzjoni; jitlob li l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, tal-kontroll finanzjarju u tal-akkwist pubbliku tiġi rieżaminata b'urġenza; jinkoraġġixxi riforma tal-qafas ġuridiku ġenerali b'tali mod li l-Kummissjoni tal-Istat għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni jkollha setgħat ċari u tkun tista' taħdem b'mod totalment indipendenti u li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni jkun jista' jwettaq investigazzjonijiet perjodiċi; |
|
31. |
Jirrimarka li l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata huma mifruxa fir-reġjun u jirrappreżentaw ukoll ostaklu għall-iżvilupp demokratiku, soċjali u ekonomiku tal-pajjiż; iqis li strateġija reġjonali u kooperazzjoni mtejba bejn il-pajjiżi kollha fir-reġjun huma essenzjali biex dawn il-kwistjonijiet jiġu ttrattati b'mod aktar effikaċi; |
|
32. |
Jagħmel appell biex tkun garantita b'mod rigoruż ir-responsabbiltà politika u ġuridika tar-reati, anki għal dawk li jirriżultaw mill-iskandlu tal-interċettazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Parlament ilesti r-riforma tas-servizzi ta' intelligence, u jiżgura sorveljanza esterna adegwata tal-aġenziji tas-sigurtà u tal-intelligence; |
|
33. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jieħdu azzjoni deċiżiva biex iżarmaw ix-xbieki kriminali involuti fit-traffikar tad-droga, tal-bnedmin u tal-armi, u jżidu l-kapaċità istituzzjonali tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni interistituzzjonali ta' bejniethom kif ukoll itejbu l-każistika ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni definittivi; |
|
34. |
Jirrikonoxxi l-isforzi li saru u r-rwol kostruttiv li l-pajjiż żvolġa biex jindirizza l-isfidi tal-kriżi migratorja u tar-rifuġjati Ewropea; josserva l-isforz sostnut u jappella għal aktar titjib tas-sistema tal-asil u tal-ġestjoni tal-migrazzjoni; jinkoraġġixxi lill-pajjiż jintensifika u jkompli jappronfondixxi l-kooperazzjoni reġjonali reċiprokament vantaġġjuża u s-sħubija ma' Frontex fl-ambitu ta' ftehim dwar l-istatus ġdid bil-għan li jiżżarmaw ix-xbieki tat-traffikar tal-bnedmin; |
|
35. |
Jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat li l-migranti u r-rifuġjati, speċjalment in-nisa u t-tfal, li japplikaw għall-asil fil-pajjiż jew li jivvjaġġaw fit-territorju tiegħu jiġu ttrattati skont id-dritt internazzjonali u tal-UE; |
|
36. |
Iqis li huwa neċessarju li l-awtoritajiet ikomplu u jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra r-radikalizzazzjoni Iżlamika u l-ġellieda terroristiċi barranin; jitlob li dan jiġi implimentat bis-saħħa ta' iżjed kooperazzjoni bejn l-aġenziji tas-sigurtà u l-OSĊ, il-mexxejja reliġjużi, il-komunitajiet lokali u l-istituzzjonijiet statali l-oħra fis-setturi tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tas-servizzi soċjali; jitlob li jkun hemm monitoraġġ kontinwu, min-naħa tas-servizzi tas-sigurtà, tal-ġellieda barranin li jirritornaw fil-pajjiż, tar-reintegrazzjoni korretta tagħhom fis-soċjetà, kif ukoll skambju kostanti ta' informazzjoni mal-awtoritajiet tal-UE u tal-pajjiżi ġirien; |
|
37. |
Jitlob titjib ulterjuri tas-sistema tal-ġustizzja għall-minuri; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jallokaw biżżejjed riżorsi tal-baġit għall-implimentazzjoni tal-Liġi dwar il-Ġustizzja għall-Minuri u jtejbu s-servizzi ta' appoġġ għall-bniet u għas-subien vittmi ta' vjolenza u abbużi u għall-minuri f'kunflitt mal-liġi; |
|
38. |
Jistieden lill-awtoritajiet Ungeriżi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa rigward il-każ tal-eks Prim Ministru tal-Maċedonja Gruevski li ħarab minn pajjiżu bl-għajnuna diplomatika sigrieta tal-Ungerija biex jevita sentenza ta' ħabs; iqis dan bħala att ta' interferenza fl-affarijiet interni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u, b'mod partikolari, att ta' disprezz lejn il-ġudikatura u l-istat tad-dritt f'dan il-pajjiż; jinnota t-talba ta' estradizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' Skopje, u jistenna li l-Ungerija taġixxi strettament f'konformità mal-liġijiet nazzjonali u internazzjonali rilevanti billi tirrispondi b'mod pożittiv għal din it-talba; |
Drittijiet fundamentali u soċjetà ċivili
|
39. |
Jilqa' pożittivament il-miżuri biex titjieb il-fiduċja interetnika u jappella għal rieżami inklużiv u trasparenti tal-aspetti pendenti tal-implimentazzjoni tal-OFA; iqis essenzjali l-fatt li tkun garantita l-affermazzjoni totali tal-minoranzi etniċi fil-ħajja pubblika; jagħmel appell biex jittieħdu aktar miżuri li jrawmu l-inklużjoni edukattiva tal-minoranzi biex jissaħħu l-koeżjoni soċjali u l-integrazzjoni tal-komunitajiet; |
|
40. |
Jemmen li l-proċedimenti ġudizzjarji tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom ikomplu skont il-proċeduri fil-pajjiż u li Nikola Gruevski għandu jagħti kont ta' għemilu fi ħdan is-sistema ġudizzjarja tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; jistieden lill-Ungerija tirrispetta l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-istat tad-dritt fil-pajjiż, terġa' tikkunsidra l-asil politiku li tat lil Nikola Gruevski u tipproċedi għall-estradizzjoni tiegħu lil Skopje; jistenna li l-partijiet ikkonċernati kollha jaġixxu fir-rispett strett tad-dritt nazzjonali u internazzjonali rilevanti; jisħaq li dawn il-proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu politiċizzati; |
|
41. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riformi u l-isforzi li saru biex il-qafas ġuridiku jkun allinjat gradwalment mal-istandards tal-UE, id-deċiżjoni tal-pajjiż li jsir osservatur fi ħdan l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u r-ratifika tal-biċċa l-kbira tal-istrumenti internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi implimentazzjoni sħiħa tal-istandards dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dokumenti strateġiċi bħall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), billi tingħata attenzjoni partikolari lid-dritt għal proċess ġust, lil-libertà tal-għaqda u assoċjazzjoni, lid-dritt għall-ħajja, lil-libertà ta' espressjoni u lir-rispett tal-ħajja privata u familjari; |
|
42. |
Josserva li l-adozzjoni tal-liġi dwar l-użu tal-lingwi tikkostitwixxi riżultat importanti u jiddispjaċih bl-użu tat-tattika tat-tfixkil immirata li timmina l-adozzjoni tagħha f'konformità sħiħa mal-proċeduri standard; |
|
43. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ir-ratifika tal-pajjiż, fit-23 ta' Marzu 2018, tal-Konvenzjoni ta' Istanbul u jħeġġu jlesti r-riformi ġuridiċi maħsuba biex jindirizzaw id-diskriminazzjoni u l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u t-tfal kollha u jkompli jeqred il-vjolenza domestika u sessista, li għadhom mifruxin; |
|
44. |
Jissottolinja l-bżonn li jkunu żgurati l-awtonomija u r-riżorsi umani u finanzjarji adegwati għall-korpi indipendenti ta' sorveljanza; ifaħħar ir-rwol tal-Uffiċċju tal-Ombudsman fl-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem u jissottolinja l-bżonn li jkun żgurat segwitu sistemiku għad-deċiżjonijiet tal-Ombudsman; |
|
45. |
Għadu inkwetat bis-sitwazzjoni iebsa tal-persuni b'diżabilità u bid-diskriminazzjoni persistenti fil-konfront tagħhom; jitlob implimentazzjoni effikaċi tal-istrumenti u tal-istrateġiji eżistenti; |
|
46. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-passi inizjali meħuda għat-tisħiħ tal-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jinkludu lill-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru bħala bażi għal diskriminazzjoni fil-Liġi dwar il-Prevenzjoni u l-Protezzjoni kontra d-Diskriminazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jallokaw baġit adegwat għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ugwaljanza u n-Nondiskriminazzjoni 2016-2020; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw b'mod effikaċi r-reati u d-diskors ta' mibegħda fil-konfront tal-minoranzi, fosthom il-gruppi vulnerabbli bħar-Rom u l-komunità LGBTI, u jikkastigaw il-vjolenza ta' natura omofobika u transfobika u l-inċitament għall-vjolenza; għadu inkwetat bil-fatt li l-preġudizzji soċjetali għadhom jippersistu u li d-diskors ta' mibegħda huwa prevalenti kontra l-persuni LGBTI fil-mezzi ta' komunikazzjoni, fl-internet u fil-midja soċjali; jistieden lill-awtoritajiet jiżgura protezzjoni effikaċi u jistabbilixxu sanzjonijiet dissważivi u proporzjonati għad-diskors ta' mibegħda, għall-atti ta' omofobija u transfobija u għall-vjolenza; jisħaq fuq il-bżonn li jingħata aċċess għall-assistenza tas-saħħa lill-persuni transġeneru; jiddeplora n-nuqqasijiet li jippersistu f'ħidmet il-Kummissjoni għall-Protezzjoni mid-Diskriminazzjoni; jilqa' favorevolment it-twaqqif tal-grupp parlamentari interpartitiku għad-drittijiet tal-komunità LGBTI u tal-grupp parlamentari interpartitiku għad-drittijiet tar-Rom; |
|
47. |
Jitlob li jitfasslu strateġiji u leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-gruppi minoritarji u li l-protezzjoni tagħhom tkun totalment implimentata u sostnuta minn fondi pubbliċi; jinsisti li jittieħdu miżuri biex jitjiebu aktar l-edukazzjoni, ir-rati ta' impjieg, is-saħħa, l-alloġġi, l-aċċess għall-beni u għas-servizzi u l-kundizzjonijiet ta' ħajja tar-Rom, u jiġu kkundannati s-segregazzjoni fl-iskejjel u l-forom l-oħra ta' diskriminazzjoni; |
|
48. |
Jilqa' pożittivament it-titjib sostanzjali fil-kuntest operattiv tal-OSĊ u fil-konsultazzjonijiet magħhom, inkluż il-ħolqien tal-Kunsill għall-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili; jisħaq fuq il-bżonn li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku, finanzjarju u politiku, anki bis-saħħa ta' liġijiet dwar il-fondazzjonijiet u d-donazzjonijiet; jenfasizza l-importanza ta' involviment strutturat tal-OSĊ permezz ta' proċess konsultattiv aktar regolari, komprensiv, nondiskriminatorju u prevedibbli; |
|
49. |
Itenni s-sostenn tiegħu fil-konfront tal-inizjattiva maħsuba biex toħloq Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward il-vittmi kollha tad-delitti tal-gwerra u ta' ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem kommessi f'dik li kienet il-Jugoslavja (RECOM); iħeġġeġ lill-gvern jieħu rwol ta' tmexxija fil-ħolqien tagħha; jissottolinja l-importanza ta' dan il-proċess u tal-impenn attiv tal-mexxejja politiċi reġjonali kollha sabiex ir-RECOM tibda topera mill-aktar fis possibbli; jiġbed l-attenzjoni għall-proposta ta' pjan ta' azzjoni tal-koalizzjoni tar-RECOM b'dati u parametri ċari; |
|
50. |
Jilqa' pożittivament iż-żieda fl-isforzi min-naħa tal-gvern biex jintensifika l-proċess ta' deistituzzjonalizzazzjoni u riforma tas-settur soċjali; ifaħħar l-impenn biex tintemm il-prassi li t-tfal jitqiegħdu f'istituti pubbliċi kbar u biex minflok jinħolqu servizzi tal-indukrar ibbażati fuq il-familja u l-komunità; jistieden lill-awtoritajiet jieħdu miżuri urġenti biex ireġġgħu lura r-rata ta' mortalità perinatali dejjem akbar u jistabbilixxu sistema ta' analiżi tal-kawżi ta' din it-tendenza allarmanti; |
|
51. |
Jilqa' favorevolment is-sħubija bejn il-gvern u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ fl-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, li tikkostitwixxi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni tajjeb bejn iż-żgħażagħ u d-deċiżuri fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki għaż-żgħażagħ; jistieden lill-gvern iżid l-appoġġ finanzjarju favur iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tagħhom bil-għan li jindirizza l-kwistjoni tal-“eżodu ta' mħuħ”; |
Mezzi ta' komunikazzjoni
|
52. |
Jissottolinja r-rwol kruċjali tal-mezzi ta' komunikazzjoni indipendenti għal kuntest demokratiku u favorevoli; josserva titjib moderat fl-ambjent medjatiku u fil-kundizzjonijiet għal rapportar indipendenti; jitlob inizjattivi li joħolqu klima favorevoli għall-kondotta professjonali tal-partijiet ikkonċernati kollha fis-settur tal-mezzi ta' komunikazzjoni, ħielsa minn kull influwenza interna jew esterna, kif ukoll għall-ġurnaliżmu investigattiv; jilqa' favorevolment it-tmiem tar-reklamar sostnut mill-Istat fil-mezzi ta' komunikazzjoni fuq il-bażi ta' favoritiżmi politiċi bħala miżura importanti li trawwem kundizzjonijiet ta' parità fis-settur u jappella biex jinħolqu aktar garanziji kontra l-politiċizzazzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni; jisħaq fuq il-bżonn li jissaħħu l-indipendenza u l-kapaċità tar-regolatur tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tas-servizz tax-xandir pubbliku; jitlob miżuri li jtejbu l-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol u soċjali tal-ġurnalisti u li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impunità f'każijiet ta' vjolenza, abbuż jew theddid fil-konfront tal-ġurnalisti, li jkun jikkontribwixxu wkoll biex tonqos sal-minimu l-awtoċensura mifruxa fost il-ġurnalisti; |
|
53. |
Jilqa' bi pjaċir it-titjib fil-garanzija ta' aċċess għall-informazzjoni; jisħaq fuq il-bżonn ta' aġġornament tar-regolamenti tas-servizzi tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tal-aċċess għall-informazzjoni pubblika; jisħaq fuq il-bżonn li tintwera tolleranza żero fir-rigward tat-theddid, tal-intimidazzjoni u tal-attakki fuq il-ġurnalisti u li jingħata segwitu għalihom, permezz ta' reġistrazzjoni adegwata u investigazzjoni bir-reqqa ta' tali każijiet; jikkundanna kwalunkwe forma ta' diskors ta' mibegħda u lingwaġġ xewwiexi; jitlob miżuri effikaċi li jiġġieldu dawn ta' hawn fuq u jiġġieldu kontra l-ksur tal-kodiċi etiku tal-ġurnaliżmu li jsir online; jirrimarka, barra minn hekk, il-bżonn ta' riforma tas-settur tal-mezzi ta' komunikazzjoni mingħajr dewmien bil-għan li tissaħħaħ l-Aġenzija għas-Servizzi Medjatiċi Awdjo u Awdjoviżivi u li jiġi garantit rapportar oġġettiv u professjonali; |
Ekonomija
|
54. |
Jisħaq fuq il-bżonn ta' titjib tal-ambjent tan-negozju billi jiġu żgurati l-konsolidament fiskali kif ukoll it-trasparenza u l-affidabbiltà tar-regolamentazzjoni, filwaqt li jiġu indirizzati l-lakuni li għad fadal fl-istat tad-dritt, it-toqol tal-proċeduri regolatorji u l-ispezzjonijiet arbitrarji; |
|
55. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jegħlbu l-ekonomija informali mdaqqsa u l-problemi persistenti tal-evażjoni tat-taxxa u tal-eżekuzzjoni ħażina tal-kuntratti, li jkomplu jgerrxu lill-investiment barrani dirett; jisħaq fuq il-bżonn ta' implimentazzjoni tal-miżuri dwar l-akkwist pubbliku u l-kontroll finanzjarju intern; josserva l-bżonn li titjieb it-trasparenza tad-data dwar l-infiq pubbliku, l-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat u l-użu tal-fondi tal-UE; jitlob miżuri li jtejbu l-kapaċitajiet ta' ppjanar, programmazzjoni u ġestjoni fl-istrutturi nazzjonali responsabbli mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA); |
|
56. |
Jistieden lill-gvern jagħmel id-diġitalizzazzjoni waħda mill-prijoritajiet trasversali fundamentali tiegħu; iħeġġeġ l-iżvilupp, mingħajr dewmien, ta' aġenda diġitali fit-tul, li tinkludi fost affarijiet oħra strateġika għall-governanza elettronika, strateġija għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) u strateġija nazzjonali għaċ-ċibersigurtà; jissottolinja li aġenda diġitali komprensiva se ttejjeb il-kuntest u l-prestazzjoni ta' natura ekonomika u żżid it-trasparenza u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi; |
|
57. |
Japprezza l-isforzi min-naħa tal-gvern biex itejjeb il-kundizzjonijiet taż-żgħażagħ u jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fil-politika, pereżempju permezz tal-Istrateġija Nazzjonali għaż-Żgħażagħ (2016-2025); jinkoraġġixxi lill-gvern jindirizza r-rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ billi jsewwi n-nuqqas ta' korrispondenza bejn il-ħiliet taż-żgħażagħ gradwati u l-bżonnijiet tal-kumpaniji privati; |
|
58. |
Iħeġġeġ lill-gvern jegħleb il-qgħad fit-tul, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u r-rata baxxa ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol b'mod komprensiv u innovattiv; jitlob riformi urġenti fis-settur tal-edukazzjoni biex jiżguraw li l-ħiliet miksuba jaqblu mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u b'hekk jipprevjenu l-“eżodu ta' mħuħ”; iħeġġeġ lill-gvern jelabora strateġija għall-ħiliet diġitali u jżid il-litteriżmu diġitali fost il-popolazzjoni; |
|
59. |
Ifakkar li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lestiet l-aħħar ċensiment tal-popolazzjoni tagħha fl-2002; jissottolinja l-importanza li jsir ċensiment tal-popolazzjoni ġdid, li ilu żmien mistenni, bil-għan li tinkiseb statistika demografika aġġornata u realistika li taqbel mal-istandards tal-UE; |
|
60. |
Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-Liġi dwar l-Enerġija l-ġdida min-naħa tal-parlament tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li tittrasponi t-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija u hija totalment kompatibbli mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija; jistieden lill-awtoritajiet jikkonċentraw fuq ir-riformi tas-suq enerġetiku, filwaqt li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista u d-diversifikazzjoni tas-sorsi enerġetiċi, speċjalment dawk rinnovabbli; |
|
61. |
Jieħu nota ta' għadd ta' proġetti infrastrutturali ppjanati f'żoni protetti li aktarx ikollhom impatti sinifikanti fuq siti futuri ta' Natura 2000; jitlob, f'dan ir-rigward, li r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni ta' Bern (Nru. 184(2015)) tiġi rispettata billi tiġi sospiża l-implimentazzjoni tal-proġetti fi ħdan it-territorju tal-Park Nazzjonali ta' Mavrovo sakemm tkun tlestiet Valutazzjoni Ambjentali Strateġika f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE; barra minn hekk jitlob li d-Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Patrimonju Dinji tal-UNESCO (40 COM 7B.68) dwar il-Patrimonju Naturali u Kulturali tar-reġjun ta' Ohrid tiġi rispettata u li għandhom isiru Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA) kumplessiva u Valutazzjoni tal-Impatt għall-Patrimonju (HIA) qabel ma ssir kwalunkwe ħidma ulterjuri; iħeġġeġ li tiġi żviluppata strateġija nazzjonali għall-enerġija idroelettrika f'konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE; |
|
62. |
Jinkoraġġixxi lill-pajjiż jiżviluppa kompetizzjoni fis-suq tal-gass u tal-enerġija biex jissepara kompletament is-servizzi skont it-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija; jitlob titjib sostanzjali fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; |
|
63. |
Ifaħħar lill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja talli rratifikat il-Ftehim ta' Pariġi fid-9 ta' Jannar 2018, inkwantu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tista' tintrebaħ biss bis-saħħa ta' sforzi komuni; |
|
64. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ pożittiv tal-gvern għall-kooperazzjoni reġjonali u għar-relazzjonijiet ta' bon viċinat, kif ukoll il-parteċipazzjoni attivi tiegħu fl-inizjattivi reġjonali bħall-Proċess ta' Kooperazzjoni fix-Xlokk tal-Ewropa, il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali, il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA), il-grupp tas-Sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, it-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, il-Ftehim dwar iż-Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea, l-Inizjattiva tal-Ewropa Ċentrali, l-Inizjattiva Reġjonali għall-Migrazzjoni, l-Asil u r-Rifuġjati (MARRI) u l-Proċess ta' Brdo-Brijuni; |
|
65. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-pajjiż favur il-proġetti ta' konnettività mwettqa fil-qafas tal-Proċess ta' Berlin; josserva l-bżonn ta' diversifikazzjoni mit-trasport stradali permezz tal-implimentazzjoni tal-miżuri tar-riforma ferrovjarja, anki permezz il-modernizzazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' kollegamenti ferrovjarji minn Skopje lejn il-kapitali tal-pajjiżi ġirien; jitlob progress akbar fit-tlestija tal-kollegamenti ferrovjarji u stradali fil-qafas tal-Kuritur VIII u tal-Kuritur X; |
|
66. |
Jagħmel appell għal aktar aġevolazzjonijiet kummerċjali u doganali u għal diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet, inkluż bl-użu tal-potenzjal tal-kummerċ intrareġjonali; jistieden lill-Kummissjoni teżenta lill-pajjiż mill-miżuri ta' salvagwardja tal-azzar u tal-aluminju; |
|
67. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu bil-livelli allarmanti ta' tniġġis tal-arja fi Skopje u fil-bliet l-oħra mniġġsin ħafna, u jistieden lill-awtoritajiet statali u lokali jieħdu miżuri urġenti adegwati biex isibu tarf din is-sitwazzjoni ta' emerġenza, permezz ta' miżuri effikaċi mmirati għall-monitoraġġ u għat-titjib tal-kwalità tal-arja, anki billi jissaħħu t-trasport pubbliku u l-pjanijiet ta' mobilità effikaċi; iħeġġeġ lill-pajjiż jarmonizza b'urġenza l-leġiżlazzjoni tiegħu mal-acquis fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, tan-natura u tal-klima; jitlob l-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni tal-iskart; |
o
o o
|
68. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/146 |
P8_TA(2018)0481
Rapport tal-2018 dwar l-Albanija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2018 dwar l-Albanija (2018/2147(INI))
(2020/C 363/21)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 u l-Aġenda ta' Salonka għall-Balkani tal-Punent, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2014 li tagħti lill-Albanija l-istatus ta' pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-26 ta' Ġunju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli għall-Minoranzi Nazzjonali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) dwar l-abbozz tal-leġiżlazzjoni sekondarja dwar il-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali fl-Albanija, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-“Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija” tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-disa' laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Albanija u l-UE tal-15 ta' Novembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titolu “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent” (COM(2018)0065), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 bit-titolu ''Komunikazzjoni tal-2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE'' (COM(2018)0450), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Albania 2018 Report” (Rapport 2018 dwar l-Albanija) (SWD(2018)0151), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet adottati fit-12-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija (SAPC), li saret f'Tirana fit-12 u t-13 ta' Frar 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tal-istħarriġ tal-2017 dwar ir-Rom emarġinati fil-Balkani tal-Punent, appoġġjat mill-Kummissjoni u li sar mill-Bank Dinji u mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal bit-titolu “Gender Equality and Women's Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020” (L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Albanija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0334/2018), |
|
A. |
billi t-tkabbir tal-UE għadu jikkostitwixxi investiment strateġiku fil-paċi, id-demokrazija, il-prosperità, is-sigurtà u l-istabilità fl-Ewropa; |
|
B. |
billi l-Albanija kompliet tagħmel progress kostanti biex tissodisfa l-kriterji politiċi u l-ħames prijoritajiet ewlenin għall-ftuħ ta' negozjati tal-adeżjoni kif ukoll fil-konsolidament tal-istituzzjonijiet u tal-prassi demokratiċi; |
|
C. |
billi l-Kummissjoni rrakkomandat li n-negozjati tal-adeżjoni jinfetħu mal-Albanija, fid-dawl tal-progress tajjeb li sar fit-twettiq tal-ħames prijoritajiet ewlenin; billi n-negozjati tal-adeżjoni se jħallu lill-UE tagħmel skrutinju aktar mill-qrib u huma katalizzatur qawwi għall-implimentazzjoni ta' aktar riformi u għall-konsolidament tal-istituzzjonijiet u tal-prassi demokratiċi; |
|
D. |
billi fit-28 ta' Ġunju 2018 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2018, b'hekk witta t-triq għall-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni f'Ġunju 2019; |
|
E. |
billi għad fadal sfidi u hemm bżonn li dawn jiġu indirizzati rapidament u b'effikaċja, fi spirtu ta' djalogu u kooperazzjoni; |
|
F. |
billi djalogu kostruttiv bejn il-gvern u l-oppożizzjoni dwar ir-riformi relatati mal-UE jibqa' kruċjali biex isir progress fl-aġenda tar-riformi għall-benefiċċju taċ-ċittadini u biex il-pajjiż joqrob lejn l-UE; |
|
G. |
billi fl-Albanija hemm appoġġ wiesa' fost il-pubbliku għall-adeżjoni tal-pajjiż mal-UE; |
|
H. |
billi l-istat tad-dritt huwa valur fundamentali li fuqu hija msejsa l-UE u jinsab fil-qalba kemm tal-proċess tat-tkabbir kif ukoll tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni; billi hemm bżonn ta' riformi li jindirizzaw l-isfidi importanti li għad fadal f'dan il-qasam, partikolarment fil-garanzija ta' ġudikatura indipendenti, imparzjali, responsabbli u effiċjenti, u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, kif ukoll fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali; |
|
I. |
billi l-protezzjoni tal-libertà reliġjuża, tal-wirt kulturali u tad-drittijiet tal-minoranzi huma fost il-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
J. |
billi l-Albanija rratifikat il-konvenzjonijiet fundamentali kollha tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, inklużi b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (nru 87) u l-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, 1949 (nru 98); |
|
K. |
billi kull pajjiż tat-tkabbir huwa valutat individwalment fuq il-merti tiegħu stess, u huma r-rapidità u l-kwalità tar-riformi li jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni; |
|
L. |
billi l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet ta' bon viċinat huma essenzjali għall-progress tal-Albanija lejn l-adeżjoni mal-UE; |
|
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi intensifikati tal-Albanija f'dan ir-rigward, li wasslu biex sar progress sod fl-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-UE, speċjalment fir-riforma komprensiva tal-ġustizzja; jistieden lill-Albanija tikkonsolida r-riformi li kisbet u tkompli tħejji għall-obbligi tal-adeżjoni mal-UE fil-kapitoli kollha; |
|
2. |
Jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li jinfetħu negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija b'rikonoxximent tal-isforzi ta' riforma magħmula mill-Albanija; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill biex jerġa' jevalwa s-sitwazzjoni f'Ġunju 2019; jilqa' favorevolment il-perkors ċar delinjat lejn il-bidu tan-negozjati ta' adeżjoni fl-2019 u jenfasizza l-fatt li beda l-proċess preparatorju ta' eżami analitiku (screening); ifakkar li d-deċiżjoni biex jinfetħu n-negozjati ta' adeżjoni se tiddependi mill-progress ulterjuri fil-proċess ta' riforma, jistieden lill-Kunsill jevalwa b'mod ġust u oġġettiv il-progress li sar mill-pajjiż u jikkonvoka l-ewwel Konferenza Intergovernattiva sa tmiem l-istess sena, u jinkoraġġixxi lill-Albanija żżomm ir-rankatura fir-riformi għal dak il-għan; iqis li l-ftuħ tan-negozjati jkun jagħti kontribut pożittiv lit-tisħiħ tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, billi jagħti inċentivi ulterjuri favur il-proċess ta' riformi u jtejjeb l-iskrutinju tiegħu; |
|
3. |
Jitlob li l-Kummissjoni tapplika l-approċċ imsaħħaħ biex tinnegozja l-Kapitolu 23 (il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali) u l-Kapitolu 24 (il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà); |
|
4. |
Ifakkar li jeħtieġ li l-kapaċitajiet ta' sorveljanza tal-Parlament Albaniż jissaħħu, anki tul il-proċess tal-adeżjoni mal-UE; jitlob użu aktar effiċjenti tad-diversi mekkaniżmi u istituzzjonijiet ta' sorveljanza, fosthom il-kumitati ta' inkjesta; jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Parlament Albaniż, li sejjer itejjeb l-integrità u t-trasparenza tal-proċess parlamentari tal-istituzzjoni u l-fiduċja tal-pubbliku fiha; jissottolinja l-bżonn ta' mekkaniżmu ta' infurzar, li jinkludi sanzjonijiet, biex il-kodiċi jsir effettiv; jissottolinja r-rwol ċentrali tal-Kumitat għall-Integrazzjoni fl-UE u r-responsabilità tal-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni fl-UE bħala forum għal konsultazzjoni dwar it-tħejjijiet għall-adeżjoni; jitlob kooperazzjoni akbar mal-Parlament Albaniż fi ħdan il-qafas tal-programm ta' appoġġ tal-Parlament Ewropew għall-parlamenti tal-pajjiżi kandidati, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jipproduċi leġiżlazzjoni ta' kwalità f'konformità mal-acquis tal-UE u jeżerċita r-rwol ta' sorveljanza tiegħu; |
|
5. |
Jisħaq fuq l-importanza tas-sensibilizzazzjoni fost il-popolazzjoni ġenerali rigward il-proċess ta' adeżjoni mal-UE u r-rwol tal-istituzzjonijiet Ewropej u Albaniżi involuti; |
|
6. |
Iħeġġeġ biex jittieħdu azzjoni u miżuri leġiżlattivi u amministrattivi li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet pendenti tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODIHR); jissottolinja li hemm bżonn riforma elettorali inklużiva u fil-pront, bil-għan li tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku fil-proċess elettorali; ifakkar il-bżonn li tingħata attenzjoni dovuta lill-allegazzjonijiet ta' finanzjamenti illegali u mhux iddikjarati tal-partiti politiċi; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-Kumitat ad hoc tal-Parlament Albaniż għar-Riforma Elettorali b'rabta mal-indipendenza u d-depolitiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni elettorali, mat-trasparenza fil-finanzjament tal-kampanji, mar-reġistrazzjoni tal-votanti, max-xiri ta' voti, mal-użu ta' teknoloġiji ġodda ta' votazzjoni u l-votazzjoni barra mill-pajjiż, u jħeġġu jilħaq kunsens dwar ir-riformi meħtieġa, u jadottahom, fi żmien xieraq qabel l-elezzjonijiet lokali tal-2019; |
|
7. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-liġi Albaniża riveduta dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi; itenni l-appell tiegħu lill-partijiet politiċi tal-pajjiż biex jaqdu l-obbligu tagħhom li jiżguraw l-esklużjoni ta' persuni li għandhom pedina kriminali minn karigi pubbliċi f'kull fergħa u f'kull livell tal-gvern; |
|
8. |
Itenni li djalogu politiku kostruttiv, rieda għal kompromess, kooperazzjoni sostenibbli bejn il-partiti u żamma ta' impenn kostanti favur l-implimentazzjoni u l-konsolidament tar-riformi fil-ħames prijoritajiet ewlenin kollha huma vitali għall-isforz biex jimxi 'l quddiem il-proċess ta' adeżjoni mal-UE u għall-funzjonament korrett ta' reġim demokratiku; jilqa' b'sodisfazzjon il-kollaborazzjoni trasversali u l-kunsens wiesa' bejn il-partiti li ntlaħaq meta ġew ittrattati ċerti riformi fundamentali; jinkoraġġixxi lill-forzi politiċi kollha jagħmlu sforzi akbar biex jistabbilixxu djalogu politiku ġenwin u tinkiseb kooperazzjoni kostruttiva, b'hekk jiġi appoġġjat il-proċess ta' riforma; itenni l-konvinzjoni qawwija tiegħu li d-djalogu politiku għandu jsir fi ħdan istituzzjonijiet demokratiċi; huwa ferm imħasseb dwar il-bojkott de facto tal-proċess parlamentari min-naħa tal-oppożizzjoni wara l-ferjat tas-sajf tal-2018; |
|
9. |
Jissottolinja l-fatt li riforma ġudizzjarja hija talba importanti taċ-ċittadini Albaniżi u prerekwiżit biex terġa' tiġi stabbilita l-fiduċja fl-istat tad-dritt, fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fir-rappreżentanti politiċi; itenni li l-kredibbiltà u l-effikaċja tal-proċess kumplessiv ta' riforma, b'mod speċjali l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, u l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, jiddependu mis-suċċess tal-proċess ta' skrutinju u mill-implimentazzjoni kontinwa u determinata tar-riforma ġudizzjarja; |
|
10. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fir-riforma ġudizzjarja bil-għan li tqawwi l-indipendenza, l-obbligu ta' rendikont, il-professjonalità u l-effiċjenza tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-pajjiż u ttejjeb il-fiduċja tan-nies fl-organi ġudizzjarji; jiddispjaċih li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja għadha dewwiema u ineffiċjenti; josserva li l-proċess ta' rivalutazzjoni għall-imħallfin u għall-prosekuturi kollha ta l-ewwel riżultati konkreti; jilqa' pożittivament il-fatt li l-biċċa l-kbira tad-dossiers prijoritarji diġà ġew ipproċessati; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi, madankollu, ikomplu jagħmlu progress fil-proċess ta' valutazzjoni, bla ma jikkompromettu l-kwalità jew l-ekwità; jisħaq fuq l-importanza li l-proċess ta' valutazzjoni jkun implimentat fir-rispett tal-ogħla standards internazzjonali u jinkoraġġixxi lill-Albanija tkompli l-kooperazzjoni stretta tagħha mal-Operazzjoni ta' Monitoraġġ Internazzjonali; jieħu nota tal-ewwel sensji u riżenji volontarji ta' kandidati qabel is-seduti ta' smigħ tagħhom; iqis, fid-dawl ta' dan kollu, li l-preparazzjoni tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' mħallfin u prosekuturi hija saħansitra aktar importanti u jiddispjaċih, għalhekk, li l-partiti politiċi fl-Albanija ma laħqux qbil, sal-lum, dwar l-emendi neċessarji tal-liġi dwar l-istatus tal-imħallfin u tal-prosekuturi rigward ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-aqwa kapaċitajiet; jinkoraġġixxi l-forniment kontinwu ta' riżorsi finanzjarji u umani lill-istituzzjonijiet ta' valutazzjoni; |
|
11. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jlestu mill-aktar fis possibbli t-twaqqif ta' organi ġudizzjarji ġodda u jerġgħu jqiegħdu lill-Qorti Kostituzzjonali u lill-Qorti Għolja f'qagħda li jiffunzjonaw; jissottolinja l-bżonn li l-funzjonament effikaċi ta' dawn l-istituzzjonijiet ikun sostnut permezz ta' finanzjament u riżorsi umani adegwati; |
|
12. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress kontinwu lejn l-istabbiliment ta' amministrazzjoni pubblika aktar faċli għaċ-ċittadini u aktar trasparenti, professjonali u depolitiċizzata, inkluż fil-livell lokali; iħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta' sorveljanza u ta' dawk tal-Ombudsperson; jinnota wkoll il-progress li sar rigward ir-riforma territorjali u l-konsolidament ulterjuri, mil-lat amministrattiv u finanzjarju, tal-muniċipalitajiet li għadhom kemm inħolqu, kif ukoll it-twaqqif tal-Kunsill Konsultattiv biex itejjeb il-koordinament bejn il-gvern ċentrali u dak lokali; jilqa' pożittivament l-istabbiliment ta' Uffiċċji lokali tal-UE u ta' koordinaturi tal-UE; |
|
13. |
Jappella biex il-kapaċità amministrattiva tal-istituzzjonijiet u l-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-adeżjoni tkompli tissaħħaħ, il-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi trasposta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u jsiru tħejjijiet għan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE; |
|
14. |
Ifaħħar it-titjib sinifikanti li sar fil-qafas ġuridiku u istituzzjonali bil-ħsieb li tiġi evitata u tinqered il-korruzzjoni fl-istituzzjonijiet pubbliċi, inkwantu l-korruzzjoni għadha punt li jqajjem tħassib importanti; jappella biex isiru sforzi addizzjonali ħalli tonqos il-korruzzjoni li taffettwa l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Albanija, tittejjeb il-klima għall-investimenti u tiġi garantita ċ-ċertezza ġuridika tal-investimenti; jissottolinja li jekk huma akkużati, l-uffiċjali għolja ma għandhomx jirċievu trattament preferenzjali meta mqabbla maċ-ċittadini ordinarji; jistieden lill-Albanija tagħmel aktar użu ta' investigazzjonijiet finanzjarji u tibni każistika ta' qbid u konfiska/rkupru tal-assi tal-kriminalità li jirriżultaw minn reati relatati mal-korruzzjoni u turi riżultati konkreti fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-ħasil tal-flus; |
|
15. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-aġġornamenti reċenti għal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż kontra l-korruzzjoni; jenfasizza li jeħtieġ li jiġi kkompletat it-twaqqif tal-Aġenzija Nazzjonali ta' l-Investigazzjoni, tat-Tribunal Speċjali u tal-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali Kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata; jappella għal aktar titjib fil-kooperazzjoni interistituzzjonali u fl-iskambju ta' informazzjoni bejn il-pulizija u l-prosekuzzjoni; jilqa' pożittivament ir-rivalutazzjoni tal-persunal tal-infurzar tal-liġi skont il-liġi dwar il-valutazzjoni tal-pulizija; |
|
16. |
Jappella biex il-korruzzjoni politika u pubblika-privata tingħata aktar attenzjoni; jitlob li tinbena każistika ta' investigazzjonijiet proattivi, prosekuzzjonijiet u kundanni definittivi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, anki fil-livell għoli; |
|
17. |
Jilqa' pożittivament il-progress li sar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, partikolarment l-arresti li saru dan l-aħħar tal-membri tal-grupp kriminali Bajri, u jitlob li jkunu segwiti ulterjorment riżultati tanġibbli u sostenibbli, anki fis-settur speċifiku tal-ġlieda kontra l-kultivazzjoni u t-traffikar tad-drogi, permezz tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni kontra l-kultivazzjoni tal-kannabis; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-korp tal-pulizija qiegħed isir aktar attiv fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, u huwa mħeġġeġ mill-kooperazzjoni internazzjonali intensifikata bejn il-korpi tal-pulizija mwettqa mill-Albanija, li wasslet għal operazzjonijiet effikaċi kontra x-xbieki kriminali, anki fi gruppi ta' ħidma konġunti mal-Istati Membri; jemmen li l-kooperazzjoni bejn il-pulizija, il-prosekuzzjoni u l-aġenziji u l-korpi rilevanti l-oħra għandha tkun ikkonsolidata ulterjorment; |
|
18. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jieħdu azzjoni deċiżiva biex iżarmaw ix-xbieki kriminali involuti fit-traffikar tad-droga, tal-bniedem u tal-armi tan-nar, u jżidu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet, kif ukoll il-kundanni definittivi, speċjalment ta' membri ta' livell għoli tal-gruppi tal-kriminalità organizzata; jindika l-bżonn li jitqawwa l-impenn biex jiġi evitat it-traffikar tal-bnedmin, billi tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal mhux akkumpanjati u vittmi tat-traffikar, speċjalment fost it-tfal tat-triq; |
|
19. |
Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Albaniżi biex jiżguraw b'mod effikaċi l-infurzar u l-progress lejn il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali b'mod effikaċi u trasparenti, filwaqt li fl-istess ħin jieħdu kont tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà, tar-restituzzjoni tagħha u tal-kumpens għaliha; jitlob li jsir il-progress neċessarju fis-settur tad-diġitalizzazzjoni u tal-immappjar tal-proprjetajiet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jgħarrfu liċ-ċittadini b'mod adegwat dwar drittijiethom u dwar il-possibilitajiet tal-infurzar tal-pretensjonijiet tagħhom; jissottolinja li reġim effikaċi tad-drittijiet tal-proprjetà huwa importanti għall-iżgurar tal-istat tad-dritt u ta' ambjent tan-negozju attraenti; |
|
20. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-passi li ttieħdu biex isaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoranzi u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni, inkluż it-trattament indaqs tal-minoranzi kollha; jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-liġi qafas dwar il-minoranzi, li aboliet id-differenzjazzjoni bejn il-minoranzi nazzjonali u l-komunitajiet etnolingwistiċi u introduċiet il-prinċipju tal-awtoidentifikazzjoni, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni u d-dritt li jinżammu l-kulturi, it-tradizzjonijiet u ilsien twelidhom; jitlob l-implimentazzjoni prattika sħiħa u jinkoraġġixxi lill-Albanija tkompli l-isforzi tagħha billi tadotta l-leġiżlazzjoni sekondarja neċessarja għal-liġi qafas, konformement mal-istandards Ewropej u bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha fl-abbozzar tagħha; jinsisti li jittieħdu miżuri biex ikomplu jtejbu l-edukazzjoni, is-saħħa, ir-rati tal-impjieg u l-kundizzjonijiet tal-ħajja tar-Rom, tal-Eġizzjani u ta' minoranzi etniċi oħra; |
|
21. |
Jinnota t-tensjonijiet wara inċident li involva t-telf tal-ħajja ta' Konstantinos Katsifas, membru tal-Minoranza Nazzjonali Griega u ċittadinanza doppju (Albaniż u Grieg), li nqatel b'arma tan-nar mill-Forzi tal-Pulizija Speċjali Albaniża (RENEA) waqt kommemorazzjoni tat-Tieni Gwerra Dinjija ta' suldati Griegi mejtin f'Bularat fit-28 ta' Ottubru 2018; jitlob trażżin fuq in-naħat kollha u jistenna li l-awtoritajiet Albaniżi jinvestigaw u jiċċaraw iċ-ċirkostanzi li wasslu għal dan it-telf ta' ħajja; |
|
22. |
Jilqa' pożittivament il-progress li sar biex jiżdiedu l-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza tan-nisa fil-politika, b'mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta' sistema ta' kwoti tal-ġeneru, u r-rappreżentanza ndaqs tan-nisa fil-gvern il-ġdid; itenni, madankollu, it-tħassib tiegħu għad-diskriminazzjoni tan-nisa u tal-bniet, u għan-nuqqas ta' miżuri xierqa li jipproteġuhom, li jappartjenu għal gruppi żvantaġġati u emarġinati, bħal pereżempju n-nisa Rom (1) u n-nisa b'diżabbiltajiet, id-dispożizzjonijiet diskriminatorji mil-lat tal-ġeneru li għadhom preżenti f'għadd ta' liġijiet, l-aċċess diffiċli għall-ġustizzja għan-nisa, il-perċentwal ta' nisa fis-suq tax-xogħol informali u n-numru kbir ta' każijiet ta' vjolenza domestika fil-konfront tan-nisa u tat-tfal, speċjalment dawk li jappartjenu għall-gruppi vulnerabbli; jitlob risposta adegwata għal dawn il-kwistjonijiet u jfaħħar l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u l-ħolqien ta' sottokumitat parlamentari dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; |
|
23. |
Jinnota bi tħassib li n-nisa li jgħixu f'żoni rurali u remoti u n-nisa Roma u Eġizzjani għad għandhom aċċess limitat għall-kura tas-saħħa primarja u s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u ħafna drabi mhumiex konxji dwar id-disponibbiltà ta' tali servizzi; jistieden għalhekk lill-awtoritajiet Albaniżi biex jiżguraw informazzjoni aħjar dwar dawn is-servizzi u jiżguraw li jkunu aċċessibbli, affordabbli u ta' kwalità; |
|
24. |
Jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv dwar id-drittijiet tat-tfal permezz tal-adozzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, il-Kodiċi tal-Ġustizzja Kriminali għall-Minorenni u l-“Aġenda tat-Tfal 2020”; ifakkar li l-mekkaniżmi istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal għad għandhom bżonn li jitjiebu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jimplimentaw leġiżlazzjoni sekondarja dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u l-ġustizzja għall-minorenni u jitlob żieda fl-allokazzjonijiet finanzjarji għas-sistema ta' protezzjoni tat-tfal, b'mod partikolari l-unitajiet għall-protezzjoni tat-tfal fil-livell lokali u reġjonali; |
|
25. |
Ifaħħar il-klima ta' tolleranza u ta' kooperazzjoni fost il-komunitajiet reliġjużi fil-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jiġġieldu b'mod effikaċi kontra d-diskors ta' mibegħda u l-esklużjoni u d-diskriminazzjoni tal-minoranzi, inklużi l-persuni LGBTI; jilqa' favorevolment il-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Ugwaljanza tal-Ġeneru adottati reċentement minn ħames muniċipalitajiet Albaniżi, konformement mal-Karta Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-ħajja lokali; |
|
26. |
Jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jtejbu l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, hekk li jiżguraw parteċipazzjoni u konsultazzjoni effikaċi tal-pubbliku matul il-proċess kollu tat-teħid tad-deċiżjonijiet u ta' integrazzjoni mal-UE li għaddej bħalissa, inkluż fil-livell nazzjonali u lokali, b'hekk jissaħħu d-demokrazija u t-trasparenza; jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta' riforma tal-qafas ġuridiku u fiskali tal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili (OSĊ) kif ukoll tal-finanzjament pubbliku disponibbli għall-OSĊ li joperaw fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' viġilanza, ta' difiża kif ukoll tal-organizzazzjonijiet ta' bażi ż-żgħar, inkwantu s-sostenibilità finanzjarja tibqa' sfida importanti għal numru mdaqqas ta' organizzazzjonijiet bħal dawn peress li l-proċess ta' reġistrazzjoni attwali huwa kkaratterizzat minn proċeduri twal u li jqumu ħafna flus, u s-sistema attwali tat-taxxa timponi piż notevoli fuq l-OSĊ u jostakola d-donazzjonijiet kemm mill-kumpaniji kif ukoll minn individwi; ifakkar li soċjetà ċivili b'setgħat tirrappreżenta element essenzjali ta' demokrazija dinamika u hija importanti mil-lat strateġiku għat-trasformazzjoni tal-Albanija fi Stat Membru tal-UE; |
|
27. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Gvern Albaniż u l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Persuni Nieqsa, li se jippermetti lil din tal-aħħar tgħin biex jinstabu u jiġu identifikati l-persuni nieqsa matul l-era Komunista; |
|
28. |
Jappella lill-awtoritajiet Albaniżi jsaħħu l-politiki tagħhom fir-rigward tal-persuni b'diżabilitajiet, li jkomplu jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet fl-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi, l-assistenza tas-saħħa u s-servizzi soċjali u fil-parteċipazzjoni fil-proċess deċiżjonali; |
|
29. |
Jiddispjaċih għad-dewmien fit-twaqqif tal-Uffiċċju Reġjonali tal-Kooperazzjoni taż-Żgħażagħ (RYCO) f'Tirana; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jappoġġjaw l-attivitajiet tar-RYCO ħalli għadd kemm jista' jkun kbir ta' żgħażagħ ikunu jistgħu jibbenefikaw minn xogħlu; |
|
30. |
Itenni li l-mezzi ta' komunikazzjoni professjonali u indipendenti, kemm privati kif ukoll tas-servizz pubbliku, huma ta' importanza kritika; jieħu nota li sar progress parzjali biex l-awtorità għall-mezzi ta' komunikazzjoni awdjoviżivi u x-xandir pubbliku tal-pajjiż isiru aktar indipendenti; jappella għal miżuri li jtejbu t-trasparenza finanzjarja tar-reklamar tal-Istat fil-mezzi ta' komunikazzjoni; jappella wkoll għal miżuri biex isaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol u dawk soċjali tal-ġurnalisti; |
|
31. |
Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif tal-Kunsill Albaniż tal-Mezzi ta' Komunikazzjoni, u jissottolinja r-rwol tiegħu fl-istabbiliment ta' standards professjonali u etiċi għoljin għall-ġurnalisti u għall-mezzi ta' komunikazzjoni kif ukoll fil-promozzjoni tal-indipendenza u tal-libertà tagħhom; jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-Kodiċi Etiku Ġurnalistiku rivedut kif ukoll l-Linji Gwida Etiċi għall-Mezzi ta' Komunikazzjoni Online u jitlob it-tisħiħ tal-prinċipji tagħhom, bil-għan li jinżammu l-fiduċja tal-pubbliku, il-veridiċità, l-ekwità, l-integrità, l-indipendenza u l-obbligu ta' rendikont; |
|
32. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jintensifikaw ir-riformi mmirati biex tiżdied il-kompetittività u biex tingħeleb l-ekonomija informali; jenfasizza li l-korruzzjoni, il-lakuni fl-istat tad-dritt u t-toqol tal-proċeduri regolatorji għadhom igerrxu l-investimenti u l-iżvilupp sostenibbli tal-Albanija; jitlob li jkompli jitjieb il-kuntest għall-impriżi u għall-investimenti billi jiġu żgurati qafas regolatorju u leġiżlattiv prevedibbli, ċertezza tad-dritt, l-istat tad-dritt, l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà u eżekuzzjoni msaħħa tal-kuntratti, ikun segwit b'mod vigoruż il-konsolidament fiskali u tissaħħaħ l-amministrazzjoni tat-taxxa; |
|
33. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata konverġenza pożittiva tal-istandards soċjali matul il-proċess ta' adeżjoni; jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija, b'mod partikolari l-attenzjoni tagħha fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku u fuq iż-żgħażagħ; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jikkunsidraw mill-ġdid ir-rwol tas-sħubijiet pubbliċi-privati u l-impatt tagħhom fuq ir-riżorsi komuni u l-beni ta' interess pubbliku bħall-awtostradi, is-saħħa, in-natura u l-wirt kulturali f'konformità mal-obbligu tal-UNESCO; jistieden lill-Albanija tagħmel pubbliċi l-kriterji għall-għoti tal-assistenza soċjali; |
|
34. |
Jibża' li, wara li l-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali tal-Albanija żżarma minħabba ristrutturazzjoni governattiva, jista' jkun hemm effetti negattivi fuq it-tfassil tal-politiki soċjali u tax-xogħol; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jrawmu l-kooperazzjoni mat-trade unions u jsaħħu d-djalogu soċjali; iħeġġeġ li jittieħdu miżuri effikaċi biex jindirizzaw ir-rata għolja tal-qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ u n-nisa, u biex jipprevjenu t-tħaddim tat-tfal; jitlob aktar titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni, filwaqt li jkun aċċertat li l-edukazzjoni tibqa' aċċessibbli għall-popolazzjoni kollha kemm hi; |
|
35. |
Ifaħħar il-fatt li, skont l-Istitut tal-Istatistika tal-Albanija (INSTAT), il-qgħad fl-Albanija niżel; jisħaq fuq il-bżonn li titjieb il-kwalità tas-sistema tal-edukazzjoni, anki billi tiżdied il-kapaċità biex il-persuni jkunu mgħammra b'ħiliet u b'għarfien konformi mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol; jissottolinja l-bżonn li jingħata sostenn lit-tkabbir fit-tul billi jiġu żviluppati l-kapaċità ta' assorbiment teknoloġiku, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni; |
|
36. |
Iħeġġeġ lill-gvern jimmodernizza s-sistema tal-edukazzjoni bil-għan li tinbena soċjetà aktar inklużiva, jonqsu l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni u biex ż-żgħażagħ ikunu mgħammra b'ħiliet u b'għarfien aħjar; |
|
37. |
Japprezza l-impenn tal-Albanija biex timplimenta l-Aġenda tal-Konnettività fil-qafas tal-Proċess ta' Berlin u tadotta l-pakkett tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) 2018, li jinkludi proġett infrastrutturali ta' importanza strateġika marbut mar-rikostruzzjoni tal-port ta' Durrës, li jsaħħaħ il-kollegamenti tal-Albanija mal-Kroazja u mal-Italja u joffri lill-ġirien tal-Albanija mingħajr kosta mal-baħar, il-Kosovo u l-Maċedonja, aċċess għar-rotot tat-trasport marittimi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jħaffu l-pass fl-ippjanar u fil-kostruzzjoni tas-sezzjonijiet Albaniżi tan-netwerks trans-Ewropej u jipproċedu għall-armonizzazzjoni tal-qafas ġuridiku mal-acquis tal-UE; isostni l-proposta biex jonqsu t-tariffi tar-roaming fil-Balkani tal-Punent ħalli jiġi promoss kuntest favorevoli għas-suq u għall-investimenti li jwassal għal ekonomija diġitali; josserva li 40 % tal-popolazzjoni tal-Albanija tgħix f'żoni rurali iżda 1 % biss ta' dawn in-nies huwa konness mal-internet; |
|
38. |
Itenni l-importanza li titjieb l-infrastruttura pubblika fi ħdan il-Balkani tal-Punent u mal-Istati Membri tal-UE; jirrakkomanda li l-awtoritajiet iħaffu l-kostruzzjoni ta' proġetti infrastrutturali kbar bħal dak tal-kollegament ferrovjarju u tal-awtostrada moderna bejn Tirana u Skopje bħala parti mill-Kuritur VIII; |
|
39. |
Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu rigward ċerti proġetti ekonomiċi li wasslu għal ħsara ambjentali gravi f'żoni protetti, bħal ċentri turistiċi fuq skala kbira u l-impjanti idroelettriċi tul ix-xmajjar Vjosa u Valbona; jirrakkomanda lill-Albanija tirrevedi l-istrateġija tagħha fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u tnaqqas id-dipendenza tagħha mill-enerġija idroelettrika għall-produzzjoni tal-elettriku; jistieden għaldaqstant lill-awtoritajiet janalizzaw l-investimenti fil-proġetti marbuta mal-enerġija rinnovabbli differenti minn dik idroelettrika; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jintensifikaw il-kwalità tal-valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi, tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u tal-konsultazzjonijiet pubbliċi marbuta ma' tali proġetti, filwaqt li jqisu kif jaħsbuha l-komunitajiet lokali; iħeġġeġ lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jirrevedu s-sostenn tagħhom favur il-proġetti tal-impjanti idroelettriċi f'każ li jkunu nieqsa minn valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi u valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali ex ante sodi; jisħaq fuq il-bżonn li jkun żgurat li l-proġett tal-Gassdott Trans-Adrijatiku (Trans Adriatic Pipeline, TAP) huwa konformi mal-aspetti ambjentali u soċjali tal-acquis; itenni l-appell tiegħu lill-Albanija biex timplimenta l-miżuri rilevanti ta' ġestjoni tal-iskart u tallinja ruħha mal-acquis ambjentali tal-UE; |
|
40. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Albanija għadha l-pajjiż tal-Balkani tal-Punent li minnu jsir l-akbar għadd ta' daħliet u soġġorni illegali, kif ukoll ta' talbiet għall-asil bla bażi, fl-Istati Membri; jitlob li jiżdiedu l-miżuri meħuda f'dawn l-aħħar xhur biex jiġu indirizzati b'mod effikaċi l-fenomenu tat-talbiet għall-asil bla bażi fl-UE u l-wasliet ta' minuri mhux akkumpanjati, inklużi l-kawżi profondi tagħhom; jinkoraġġixxi miżuri konkreti biex tingħata spinta lill-impjiegi, speċjalment fost iż-żgħażagħ, lill-edukazzjoni, lill-kundizzjonijiet ta' ħajja u lis-saħħa; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jistabbilixxu sistemi maħsuba biex jassistu fir-reintegrazzjoni effikaċi tal-familji u tat-tfal huma li jerġgħu lura f'pajjiżhom; |
|
41. |
Jilqa' pożittivament il-passi li saru biex jintlaħaq ftehim għall-kooperazzjoni operattiva bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Albanija, l-ewwel pajjiż tar-reġjun li miegħu ġie konkluż ftehim bħal dan, u jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni f'livell operattiv; |
|
42. |
Jistieden lill-Gvern Albaniż jirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Artikolu 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u ma jagħtix permess għall-estradizzjoni f'każijiet ta' reati politiċi jew f'każijiet li fihom il-persuna tista' tkun suġġetta għal tortura jew trattament inuman fil-pajjiż li jitlob l-estradizzjoni, |
|
43. |
Ifaħħar lill-Albanija għas-suċċess li kellha fil-ġlieda kontra l-ħruġ ta' ġellieda barranin; jilqa' l-kooperazzjoni reġjonali li nkisbet fil-ġlieda kontra theddidiet terroristiċi potenzjali; itenni l-bżonn ta' aktar miżuri intiżi li jinterrompu l-flussi finanzjarji maħsuba għall-finanzjament tat-terroriżmu, li jsaħħu l-mekkaniżmi ta' prevenzjoni u monitoraġġ li jinvolvu lis-soċjetà ċivili u lill-komunitajiet reliġjużi, u li jindirizzaw b'mod effikaċi r-radikalizzazzjoni online; itenni l-bżonn li jkomplu jitjiebu l-programmi għar-reintegrazzjoni tal-persuni rimpatrijati u l-familji tagħhom u li jipprevjenu r-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet, anki billi jissaħħaħ l-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-komunitajiet reliġjużi; |
|
44. |
Jitlob aktar kooperazzjoni bejn l-Albanija u l-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità tal-informatika u l-kwistjonijiet relatati maċ-ċiberdifiża; |
|
45. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni attiva tal-Albanija fil-Proċess ta' Berlin, fl-inizjattiva tas-Sitt Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u f'inizjattivi reġjonali oħra, u l-kontribut tal-pajjiż għat-tisħiħ tal-profil tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali; jilqa' pożittivament l-iffirmar ta' Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kooperazzjoni Reġjonali u r-Relazzjonijiet ta' Bon Viċinat fi ħdan il-qafas tal-Proċess ta' Berlin; jilqa' favorevolment il-pożizzjoni proattiva tal-Albanija biex tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet ta' bon viċinat mal-pajjiżi l-oħra tat-tkabbir u mal-Istati Membri ġirien u jissottolinja l-fatt li r-relazzjonijiet tajbin huma element essenzjali tal-proċess tat-tkabbir; jilqa' pożittivament il-varar uffiċjali tal-Fond għall-Balkani tal-Punent, li għandu jippromwovi l-valuri komuni u jiżviluppa l-kooperazzjoni reġjonali bejn iċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent; jilqa' favorevolment il-ħolqien tal-Kamra tal-Kummerċ Konġunta Albanija-Serbja f'Tirana u jinkoraġġixxi t-tisħiħ tal-kooperazzjoni kummerċjali u bejn l-impriżi fir-reġjun; japprezza l-isforzi kontinwi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, kif indikat fl-Inizjattiva Adrijatika Trilaterali; itenni li għandhom jiġu evitati dikjarazzjonijiet u azzjonijiet li jista' jkollhom impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet ta' bon viċinat; |
|
46. |
Itenni s-sostenn tiegħu fil-konfront tal-inizjattiva maħsuba biex toħloq Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward il-vittmi kollha tad-delitti tal-gwerra u ta' ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem kommessi f'dik li kienet il-Jugoslavja (RECOM); iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż jieħu rwol ta' tmexxija fil-ħolqien tagħha; jissottolinja l-importanza ta' dan il-proċess u tal-impenn attiv tal-mexxejja politiċi reġjonali kollha sabiex tibda topera mill-aktar fis possibbli; jiġbed l-attenzjoni għall-proposta ta' pjan ta' azzjoni tal-koalizzjoni tar-RECOM b'dati u parametri ċari; |
|
47. |
Ifaħħar bil-qawwa lill-Albanija għall-allinjament sħiħ kontinwu tagħha mal-pożizzjonijiet u mad-dikjarazzjonijiet kollha tal-UE magħmula fil-kuntest tal-politika estera u ta' sigurtà komuni; jistieden lill-Albanija tallinja ruħha mal-pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-integrità tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u tirrinunzja l-ftehim bilaterali ta' immunità li kkonkludiet mal-Istati Uniti; ifaħħar il-parteċipazzjoni attiva tal-Albanija fil-missjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet militari fil-qafas tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni kif ukoll il-kontribut tagħha f'missjoni tan-NATO ta' importanza strateġika għall-UE; |
|
48. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jagħmlu l-aktar użu effikaċi tal-fondi tal-UE fir-reġjuni kollha tal-pajjiż; jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-kundizzjonalità stretta tal-fondi IPA u tivvaluta, bħala parti mir-rapporti tagħha dwar il-pajjiżi, l-effikaċja tal-appoġġ tal-IPA għall-Albanija, speċjalment rigward il-prijoritajiet ewlenin u l-proġetti rilevanti; |
|
49. |
Jieħu nota tal-atmosfera kostruttiva fit-12-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija, li saret f'Tirana mit-12 u sat-13 ta' Frar 2018, jinnota l-kooperazzjoni mtejba li nkisbet bejn ir-rappreżentanti tal-maġġoranza u tal-oppożizzjoni fil-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; jissottolinja li huwa importanti li l-kooperazzjoni bejn il-partiti tibqa' għaddejja fit-triq tar-riforma li twassal għall-adeżjoni mal-UE; |
|
50. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Albanija. |
(1) Il-kelma “Rom” hija użata bħala terminu ġenerali li jinkludi diversi gruppi relatati, sew jekk huma nomadi sew jekk le, bħar-Rom, l-Ashkali, l-Eġizzjani, eċċ., li jista' jkollhom kulturi u stili ta' ħajja differenti ħafna minn xulxin.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/155 |
P8_TA(2018)0482
Rapport tal-2018 dwar il-Montenegro
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Montenegro (2018/2144(INI))
(2020/C 363/22)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro, li ilu fis-seħħ mill-1 ta' Mejju 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-disa' laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro tal-25 ta' Ġunju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-adeżjoni tal-Montenegro man-NATO fil-5 ta' Ġunju 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra r-ratifika mill-parlamenti tal-Montenegro u tal-Kosovo tal-Ftehim tad-Demarkazzjoni tal-Fruntiera bejn il-Montenegro u l-Kosovo, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titolu “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent” (COM(2018)0065), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 bit-titolu ''Komunikazzjoni tal-2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE'' (COM(2018)0450), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Montenegro 2018 Report” (Rapport 2018 dwar il-Montenegro) (SWD(2018)0150), |
|
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 dwar il-Programm ta' Riforma Ekonomika tal-Montenegro (2018-2020) (SWD(2018)0131) u l-Konklużjonijiet Konġunti tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2018 tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Uffiċċju OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (OSKE ODIHR) u d-dikjarazzjoni tad-delegazzjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-Parlament Ewropew, dwar l-elezzjoni presidenzjali tal-15 ta' April 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-15-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro li saret f'Podgorica fis-16 u s-17 ta' Lulju 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tal-istħarriġ tal-2017 dwar ir-Rom emarġinati fil-Balkani tal-Punent, li sar mill-Kummissjoni, mill-Bank Dinji u mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Proċess ta' Berlin varat fit-28 ta' Awwissu 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Montenegro, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0339/2018), |
|
A. |
billi kull pajjiż tat-tkabbir huwa valutat individwalment fuq il-merti tiegħu stess, u huma r-rapidità u l-kwalità tar-riformi li jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni; |
|
B. |
billi attwalment il-Montenegro huwa dak li għamel l-aktar progress fil-proċess tan-negozjati, billi fetaħ 31 mill-35 kapitolu tal-acquis communautaire tal-UE u għalaq provviżorjament in-negozjati dwar tlieta; |
|
C. |
billi d-djalogu kostruttiv fost forzi politiċi interni u mal-pajjiżi ġirien ikun essenzjali biex isir aktar progress fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE; |
|
D. |
billi l-Montenegro baqa' impenjat li joħloq ekonomija tas-suq li tiffunzjona u kompla jikseb riżultati tajbin fl-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA); |
|
E. |
billi l-Montenegro jibbenefika minn assistenza ta' qabel l-adeżjoni fl-ambitu tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II); |
|
F. |
billi l-Montenegro għandu jkompli jsaħħaħ, fost affarijiet oħra, il-kapaċità parlamentari, leġiżlattiva u ta' sorveljanza, it-trasparenza istituzzjonali, ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġestjoni interna tal-każijiet tad-delitti tal-gwerra, l-integrità tal-proċess elettorali, il-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u l-ekonomija informali; |
|
1. |
Jilqa' pożittivament l-impenn kontinwu tal-Montenegro fil-proċess tal-integrazzjoni fl-UE u l-progress tajjeb kontinwu tiegħu, b'mod globali, abbażi ta' appoġġ pubbliku wiesa' għal din id-deċiżjoni strateġika; |
|
2. |
Jissottolinja li l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-riformi jibqgħu indikatur ewlieni ta' integrazzjoni b'suċċess; jitlob lill-Montenegro jtejjeb l-ippjanar, il-koordinament u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u politiki ġodda u jitlob l-implimentazzjoni fil-pront tal-parametri intermedji ta' riferiment għall-kapitoli 23 u 24; |
|
3. |
Jilqa' favorevolment il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, kif iddikjarat fil-komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Frar 2018 dwar l-Istrateġija dwar il-Balkani tal-Punent, li b'rieda politika soda, bir-realizzazzjoni ta' riformi reali u sostnuti u b'soluzzjonijiet definittivi għat-tilwim mal-ġirien, il-Montenegro jista', potenzjalment, ikun lest biex isir Membru sal-2025; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw riżorsi finanzjarji adegwati fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss biex jieħu kont tal-adeżjoni possibbli tal-Montenegro mal-Unjoni Ewropea, kif delinjat fl-Istrateġija dwar il-Balkani tal-Punent; |
Demokratizzazzjoni
|
5. |
Ifakkar lill-partiti politiċi kollha li l-impenn politiku kostruttiv jiddependi minn parlament li jiffunzjona totalment li fih il-politiċi kollha jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom fil-konfront tal-eletturi billi jpoġġu fis-siġġijiet tagħhom fi ħdan il-parlament; jilqa' pożittivament il-fatt li l-maġġoranza tal-partiti tal-oppożizzjoni rritornaw fil-parlament wara bojkott parlamentari fit-tul; iħeġġeġ lill-partiti politiċi l-oħra kollha jirritornaw fil-parlament u jagħmlu aktar sforzi flimkien biex jistabbilixxu djalogu politiku ġenwin bil-għan li jkun żgurat li l-parlament ikollu l-mezzi biex jiżvolġi bis-sħiħ ir-rwol tiegħu ta' leġiżlatur u ta' sorveljanza, b'hekk jerġa' jinġieb proċess demokratiku li jiffunzjona; |
|
6. |
Jitlob l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-parteċipazzjoni pubblika u politika tan-nisa u tal-minoranzi, b'mod partikolari r-Rom (1), anki billi tippermetti l-parteċipazzjoni sinifikattiva tan-nisa li jagħmlu parti minn minoranzi fil-proċessi deċiżjonali u l-okkupazzjoni ta' karigi fl-amministrazzjoni pubblika u f'istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn; |
|
7. |
Jistieden lill-mexxejja politiċi tal-Montenegro jikkonċentraw l-isforzi fuq l-isfidi li għad fadal f'dak li għandu x'jaqsam mal-problemi marbuta mal-istat tad-dritt, mal-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, mal-korruzzjoni, mal-ħasil tal-flus, mal-kriminalità organizzata u mal-vjolenza assoċjata magħha u jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b'mod prijoritarju; |
|
8. |
Jinnota li l-libertajiet fundamentali ġew rispettati fl-elezzjonijiet presidenzjali ta' April 2018; jistieden lill-gvern jikkollabora mal-partiti tal-oppożizzjoni u mas-soċjetà ċivili biex jindirizzaw b'mod komprensiv in-nuqqasijiet identifikati mill-OSKE ODIHR u jimplimentaw bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjonijiet Prijoritarji tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tagħha billi tiġi adottata l-leġiżlazzjoni nazzjonali pendenti, jissaħħu t-trasparenza u l-professjonalità tal-amministrazzjoni elettorali, ħalli l-fiduċja taċ-ċittadini fil-proċess elettorali titjieb; jitlob li l-elezzjonijiet lokali jsiru simultanjament fil-pajjiż kollu u t-titjib tal-kwalità u tat-trasparenza tal-elezzjonijiet; iħeġġeġ it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza tal-finanzjament tal-partiti politiċi; |
|
9. |
Jitlob investigazzjonijiet kompluti fl-allegati irregolaritajiet elettorali kollha; jinsisti, għal darb'oħra, li jingħata segwitu xieraq lill-“iskandlu tar-reġistrazzjoni ta' smigħ” tal-2012; jitlob lill-Aġenzija ta' Kontra l-Korruzzjoni (ACA) tintensifika l-monitoraġġ ta' abbuż possibbli tar-riżorsi pubbliċi għal finijiet tal-partiti politiċi; |
|
10. |
Jesprimi tħassib dwar id-deċiżjoni tal-Parlament Montenegrin li jneħħi lil Vanja Ćalović Marković mill-Kunsill tal-Aġenzija għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni; iħeġġeġ li dan il-każ jiġi ttrattat bi trasparenza sħiħa; |
Stat tad-dritt
|
11. |
Jinnota r-rwol ċentrali li jaqdu l-Awtorità tal-Awditjar, l-ACA, il-Kummissjoni tal-Kontroll tal-Akkwist Pubbliku, l-Aġenzija għall-Kompetizzjoni u l-Awtorità tal-Għajnuna mill-Istat fl-indirizzar tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon ir-riformi kontinwi mmirati lejn it-titjib tal-kapaċità u tal-indipendenza ta' dawn l-istituzzjonijiet, iżda jinnota l-ħtieġa li titjieb l-effiċjenza, tinbena każistika aħjar, titħeġġeġ il-prevenzjoni tal-korruzzjoni, anki bis-saħħa ta' sanzjonijiet adegwati, u jitneħħew l-ostakoli li fadal biex tinkiseb l-indipendenza sħiħa tagħhom; |
|
12. |
Jikkonstata l-progress li sar biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-ACA fl-investigazzjoni tal-finanzjament tal-kampanji; jisħaq fuq il-bżonn, madankollu, li titjieb il-fiduċja fil-konfront tal-aġenzija u tissaħħaħ ir-reputazzjoni tagħha, objettiv li jista' jinkiseb billi ħidmitha titħares ulterjorment minn kull influwenza politika; |
|
13. |
Jilqa' pożittivament l-isforzi magħmula biex titjieb it-trasparenza tal-amministrazzjoni pubblika u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni iżda jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' amministrazzjoni pubblika aktar faċli għaċ-ċittadini, professjonali u depolitiċizzata; ifaħħar ix-xogħol aktar effikaċi tal-Ombudsman; jitlob valutazzjonijiet tal-impatt regolatorji mtejba, rapporti komprensivi dwar l-awditjar u konsultazzjonijiet pubbliċi inklużivi dwar il-proposti leġiżlattivi; jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u tal-aċċess miftuħ għall-informazzjoni għal finijiet tal-ġlieda effikaċi kontra l-korruzzjoni, u jinkoraġġixxi reviżjoni tal-modifiki leġiżlattivi li saru f'Mejju 2017; jirrakkomanda l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi u tal-kapital uman fl-amministrazzjoni pubblika; |
|
14. |
Jilqa' pożittivament il-progress notevoli li wera l-Montenegro fil-governanza elettronika u fil-parteċipazzjoni elettronika, fil-fatt il-pajjiż issa huwa fost l-ewwel 25 pajjiż bl-aħjar riżultati f'dawn is-setturi, skont l-Istħarriġ 2016 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-amministrazzjoni pubblika elettronika; jistieden lill-Gvern Montenegrin iżomm dan ir-ritmu tar-riformi ħalli jkompli jtejjeb l-effiċjenza u l-aċċessibbiltà tal-amministrazzjoni pubblika; |
|
15. |
Jilqa' favorevolment il-progress moderat li sar fir-rigward taż-żieda fl-indipendenza, fit-trasparenza, fl-obbligu ta' rendikont, fil-professjonalità u fl-effiċjenza tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji; jitlob salvagwardji kontra l-indħil politiku u l-applikazzjoni koerenti ta' kodiċijiet etiċi u miżuri dixxiplinari; jilqa' pożittivament il-fatt li l-imħallfin u l-prosekuturi l-ġodda nħatru għall-ewwel darba permezz tas-sistema ta' reklutaġġ il-ġdida; |
|
16. |
Jinnota l-ħtieġa li jimxu 'l quddiem il-proċedimenti ġudizzjarji dwar it-tentattiv ta' allegat kolp ta' stat ta' Ottubru 2016 billi tiġi żgurata l-kooperazzjoni ġudizzjarja sħiħa mal-pajjiżi terzi; jilqa' favorevolment id-deċiżjoni li jixxandru pubblikament il-proċedimenti ġudizzjarji f'ġieħ it-trasparenza; |
|
17. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-emendi tal-Liġi dwar il-Kunsill Ġudizzjarju approvata fid-29 ta' Ġunju 2018, li tippermetti t-tkomplija tal-funzjonament normali tal-Kunsill Ġudizzjarju; josserva li dawn l-emendi ġew adottati konformement mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja; jenfasizza li dawn il-modifiki fir-rigward tal-elezzjoni ta' membri mhux esperti fil-Kunsill jirrappreżentaw biss soluzzjoni temporanja; iħeġġeġ lill-grupp ta' ħidma ad hoc tal-Parlament, ikkostitwit dan l-aħħar, isolvi malajr din il-kwistjoni; |
|
18. |
Jinsab imħasseb dwar il-każijiet dejjem jiżdiedu ta' vjolenza u assassinji marbuta mal-kriminalità organizzata, li għandhom effett negattiv fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini ordinarji; jilqa' pożittivament il-fatt li l-awtoritajiet identifikaw din il-kwistjoni iżda jitlob azzjoni preventiva aktar robusta, inkluż billi jsir rikors għal provvedimenti ta' konfiska tal-assi mhux ibbażati fuq kundanna; ifaħħar l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni mogħtija fil-każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli; jirrikonoxxi, iżda, li dawn ir-riżultati għandhom ikomplu jissaħħu, partikolarment fil-ħasil tal-flus u fit-traffikar ta' bnedmin; |
|
19. |
Jitlob li jsir progress fil-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u l-arrikkiment illeċitu tal-uffiċjali pubbliċi, inkluż fil-livell muniċipali; jistieden lill-awtoritajiet jintensifikaw il-konfiska tal-assi tal-kriminalità, imexxu inkjesti f'ġid inġustifikat u jieħdu passi oħra li jwasslu għaż-żarmar tax-xbieki kriminali, il-qtugħ tar-rabtiet bejn il-kriminalità organizzata, in-negozju u l-politika; jiddenunzja, sadattant, il-prattika ta' impożizzjoni ta' sanzjonijiet aktar baxxi mill-minimu stabbilit mil-liġi, billi għandha effett kontroproduċenti fuq il-prevenzjoni tar-reati ta' korruzzjoni; |
|
20. |
Ifakkar li l-Montenegro għandu jagħmel aktar sforzi biex jiżgura l-protezzjoni effikaċi tad-dritt għall-proprjetà, konformement mal-acquis tal-UE u mal-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-awtoritajiet statali jipprevedu proċedimenti ġusti fi żmien raġonevoli fl-implimentazzjoni tal-qafas ġuridiku nazzjonali eżistenti, inkluż fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà u r-restituzzjoni tal-proprjetà. josserva li reġim sod, mhux diskriminatorju u stabbli għad-drittijiet tal-proprjetà huwa rekwiżit preliminari għall-fiduċja taċ-ċittadini, tal-investituri esterni u tal-impriżi; |
Ġestjoni tal-fruntieri u migrazzjoni
|
21. |
Jinnota li sal-lum il-Montenegro kien kapaċi jiġġestixxi t-talbiet għal asil, iżda jissottolinja li għad irid isir aktar progress; jinkoraġġixxi lill-Montenegro jikkollabora aktar mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex titjieb il-ġestjoni tal-fruntieri, konformement man-normi Ewropej, jindirizza l-migrazzjoni irregolari u jħarbat ix-xbieki tal-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali; jitlob sforzi intensifikati u kooperazzjoni transfruntiera sabiex jiġu evitati u żarmati x-xbieki tal-kriminalità organizzata relatati mat-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll il-kuntrabandu tad-drogi u tat-tabakk; jenfasizza t-tħassib persistenti rigward il-kummerċ illegali ta' tabakk fil-Montenegro, partikolarment madwar iż-żoni ta' kummerċ ħieles tal-pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssostni lill-Montenegro fil-kontroll taż-żoni ta' kummerċ ħieles tiegħu u fil-ħidma għall-prevenzjoni tal-kummerċ illegali; |
|
22. |
Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' progress fl-indirizzar tat-traffikar tal-bnedmin u jħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni tal-prostituzzjoni organizzata furzata u tat-tfal tallaba; jissottolinja li huma neċessarji aktar sforzi għall-identifikazzjoni tal-vittmi u għall-aċċess tagħhom għall-assistenza, għall-kumpens u għall-miżuri ta' protezzjoni; jistieden lill-Montenegro jagħti protezzjoni effikaċi lill-vittmi tat-traffikar, u jagħti attenzjoni partikolari lir-riabilitazzjoni tal-vittmi tfal tat-traffikar u lin-nisa u lill-bniet Rom, minħabba ċ-ċirkostanzi vulnerabbli li fihom jinsabu bħala konsegwenza tal-faqar u tal-emarġinazzjoni; |
Mezzi ta' komunikazzjoni
|
23. |
Jinsab dejjem aktar imħasseb dwar l-istat tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, li fih tliet rapporti suċċessivi tal-Kummissjoni nnutaw li ma kien sar “l-ebda progress”; ifakkar li l-kapitolu 23 relatat infetaħ f'Diċembru 2013 u li huwa l-progress f'dan il-kapitolu u fil-kapitolu 24 li jiddetermina r-ritmu kumplessiv tan-negozjati; jikkundanna fl-aktar termini qawwija possibbli l-intimidazzjoni, il-kampanji ta' malafama u attakki verbali u fiżiċi fuq il-ġurnalisti; jinnota li kien hemm seba' każijiet irrapportati ta' attakki fuq ġurnalisti fl-2017; iħeġġeġ lill-gvern jiżgura li l-ġurnalisti jkunu protetti f'termini prattiċi; jitlob li ttieħed aktar azzjoni biex tkun żgurata l-indipendenza tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tal-ġurnalisti u jinkoraġġixxi l-ġbir sistematiku ta' data relatata mat-theddid fil-konfront tal-ġurnalisti; jinnota li d-Delegazzjoni tal-UE fil-Montenegro qiegħda ssegwi s-sitwazzjoni mill-qrib; |
|
24. |
Huwa partikolarment imħasseb bl-attakk li sar fit-8 ta' Mejju 2018 kontra Olivera Lakić, ġurnalista tal-gazzetta Vijesti, u jitlob investigazzjoni kompluta dwar il-każ; iqis bħala inaċċettabbli l-fatt li ma kien hemm l-ebda żvilupp ġdid fir-rigward tal-investigazzjonijiet f'każijiet antiki ta' vjolenza kontra l-ġurnalisti; jistieden lill-awtoritajiet jikkundannaw bil-qawwa kull attakk kontra l-ġurnalisti u jippromwovu miżuri maħsuba biex jipproteġu lill-ġurnalisti u jeliminaw l-impunità; |
|
25. |
Jiddeplora l-pressjoni finanzjarja u editorjali kontinwa eżerċitata fuq is-servizz tax-xandir pubbliku tal-Montenegro (RTCG) u l-Aġenzija għall-Mezzi ta' Komunikazzjoni Elettroniċi; iħeġġeġ li jiddaħħlu fis-seħħ salvagwardji kontra influwenzi politiċi u kummerċjali indebiti, u li tiġi żgurata trasparenza sħiħa tar-reklamar tal-istat fil-mezzi ta' komunikazzjoni; itenni l-bżonn li l-RTCG u l-organi ta' informazzjoni kollha l-oħrajn ikunu protetti minn influwenzi politiċi indebiti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet statali jfornu kemm lir-regolaturi tal-mezzi ta' komunikazzjoni kif ukoll lis-servizz tax-xandir pubbliku b'biżżejjed fondi biex jiggarantixxu l-awtonomija u l-indipendenza finanzjarji tal-RTCG u tal-Aġenzija għall-Mezzi ta' Komunikazzjoni Elettroniċi, li huma kruċjali għal kuntest medjatiku sod matul il-kampanji elettorali; jiddispjaċih bil-bidla fil-kompożizzjoni tal-kunsill RTCG u bit-tkeċċija tad-Direttur Ġenerali tal-RTCG, is-Sa Andrijana Kadija; jemmen li t-tkeċċijiet prematuri għandhom ikunu permessi biss f'ċirkostanzi limitati; |
|
26. |
Iwissi li nuqqas ta' awtonomija finanzjarja għall-mezzi ta' komunikazzjoni jkebbes id-dipendenza politika u l-polarizzazzjoni tagħhom; jemmen li għandha tintalab allokazzjoni trasparenti u mhux diskriminatorja ta' fondi statali għar-reklamar, u jistieden lill-awtoritajiet jikkunsidraw forom alternattivi ta' sussidji indiretti għall-promozzjoni tal-indipendenza tal-mezzi ta' komunikazzjoni; |
|
27. |
Jissottolinja r-rwol tal-Aġenzija għall-Mezzi ta' Komunikazzjoni Elettroniċi u l-awtoregolamentazzjoni effikaċi fl-iżgurar tal-ogħla standards etiċi fil-mezzi ta' komunikazzjoni tal-Montenegro u fit-tnaqqis fin-numru ta' każijiet ta' malafama; jinnota li s-sitwazzjoni prekarja tal-ġurnalisti timmina l-kwalità u l-professjonalità tal-mezzi ta' komunikazzjoni; |
Soċjetà ċivili u drittijiet tal-bniedem
|
28. |
Jissottolinja r-rwol kruċjali tal-OSĊ fit-titjib tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet statali u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jikkundanna b'mod qawwi l-intimidazzjoni reċenti ta' kampanja ta' malafama inaċċettabbli fil-konfront tal-OSĊ li kkritikaw il-progress kumplessiv bil-mod, jew in-nuqqas tiegħu, f'setturi ewlenin tal-istat tad-dritt; |
|
29. |
Jitlob attenzjoni akbar fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni f'oqsma li jolqtu l-ispazju għad-dispożizzjoni tas-soċjetà ċivili, biex ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni ma timponix piż sproporzjonat lill-OSĊ, ma jkollhiex effetti diskriminatorji jew tnaqqas l-ispazju għad-dispożizzjoni tas-soċjetà ċivili; jissottolinja l-bżonn ta' finanzjament pubbliku disponibbli għall-OSĊ li joperaw fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' viġilanza, ta' difiża kif ukoll tal-organizzazzjonijiet ta' bażi ż-żgħar; jemmen li l-OSĊ għandhom ikunu ħielsa li jirċievu finanzjamenti minn donaturi oħrajn, bħad-donaturi privati u l-organizzazzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji internazzjonali; |
|
30. |
Jieħu nota tal-modifiki lil-liġi dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) maħsuba biex itejbu l-finanzjament pubbliku tagħhom, u jirrakkomanda l-adozzjoni rapida tal-leġiżlazzjoni sekondarja meħtieġa; itenni t-talba tiegħu għal konsultazzjonijiet sistematiċi, inklużivi, f'waqthom u awtentiċi mas-soċjetà ċivili u l-pubbliku ġenerali dwar riformi leġiżlattivi importanti relatati mal-UE, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell lokali, biex tissaħħaħ id-demokrazija u tiżdied it-trasparenza tal-proċess deċiżjonali; jirrakkomanda t-titjib tal-kuntest tar-regolamentazzjoni finanzjarja għal-OSĊ billi jingħataw riżorsi addizzjonali, u d-definizzjoni ta' regoli ċari fir-rigward tal-mekkaniżmi governattivi għall-konsultazzjoni tal-OSĊ; |
|
31. |
Jilqa' pożittivament l-allinjament leġiżlattiv li għaddej rigward id-drittijiet fundamentali; jinkoraġġixxi t-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali li jippermetti l-protezzjoni effikaċi tad-drittijiet, inkluż fl-eventwalità ta' maltrattamenti min-naħa tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, intimidazzjonijiet u attakki fiżiċi; jitlob aġġornamenti għal-liġi dwar il-libertà tat-twemmin reliġjuż; |
|
32. |
Jilqa' pożittivament l-isforzi li saru s'issa fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, iżda jħeġġeġ titjib fil-mekkaniżmi ta' infurzar u monitoraġġ għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, anki billi tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal; jitlob, f'dan ir-rigward, implimentazzjoni effikaċi tal-politiki dwar id-drittijiet fundamentali, partikolarment fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet ta' inklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabbiltajiet, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tar-Rom, billi jkunu garantiti allokazzjonijiet u riżorsi baġitarji adegwati għall-implimentazzjoni tal-politiki u għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet responsabbli; jistieden lill-awtoritajiet jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu ż-żwieġ prekoċi furzat; |
|
33. |
Iħeġġeġ lill-Montenegro jissalvagwardja l-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u jissorvelja l-effetti tagħha fuq in-nisa minn gruppi soċjali żvantaġġati u emarġinati; jistieden lill-Montenegro jiżgura aċċess bla xkiel għall-ġustizzja għan-nisa kollha, u jforni assistenza legali mingħajr ħlas lin-nisa li sfaw vittmi ta' vjolenza sessista, u jagħti attenzjoni partikolari lin-nisa Rom, lin-nisa b'diżabbiltajiet u lin-nisa li jgħixu fi nħawi rurali u remoti; jistieden lill-Montenegro jsaħħaħ ir-rwol u l-kapaċità tal-awtoritajiet rilevanti tiegħu, ħalli jkunu mgħammra aħjar biex jieħdu ħsieb il-protezzjoni u r-riabilitazzjoni tal-vittmi u jaħdmu b'mod proattiv mal-irġiel biex ma jikkommettux vjolenza fuq in-nisa; iħeġġeġ lill-Montenegro jżid l-għadd u l-kapaċità taċ-ċentri ta' akkoljenza statali; |
|
34. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Montenegro jkomplu jtejbu l-klima tal-inklużjoni soċjetali u t-tolleranza u biex jieħdu miżuri effikaċi kontra d-diskors ta' mibegħda, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni tal-minoranzi; josserva li l-Montenegro għadu mhuwiex kompletament konformi mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jkomplu jsaħħu l-isforzi tagħhom għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-persuni LGBTI; għadu inkwetat bid-diffikultajiet marbuta mal-aċċettazzjoni tad-diversità sesswali fis-soċjetà Montenegrina; jesprimi tħassib dwar id-diskriminazzjoni li jsofru n-nisa u l-bniet fil-komunità Rom, u dwar il-fatt li l-popolazzjoni Rom emarġinata fil-Montenegro għandha aċċess limitat għall-opportunitajiet f'kull aspett tal-iżvilupp tal-bniedem, kif evidenzjaw ir-riżultati ta' stħarriġ tal-2017 dwar dan is-suġġett; jisħaq fuq l-importanza li jissaħħaħ is-settur tal-SMEs u li jingħata sostenn permezz ta' leġiżlazzjoni aħjar u tal-implimentazzjoni ta' politika industrijali; |
|
35. |
Josserva l-progress kostanti fit-titjib tal-qagħda tal-minoranzi; jitlob rispett u aktar sforzi għall-protezzjoni tal-identità multietnika tar-reġjun ta' Boka Kotorska; |
|
36. |
Iħeġġeġ lill-Montenegro jvara kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika biex jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra l-persuni LGBTI, u jissalvagwardja investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ekwi fil-każijiet ta' reati kommessi kontrihom; |
|
37. |
Iħeġġeġ lill-Montenegro jvara kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika biex jinkoraġġixxi r-rapportar tal-vjolenza domestika kontra n-nisa u l-bniet, iżid in-numru ta' mħallfin imħarrġa korrettament u sensittivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneru, jiżgura investigazzjoni u prosekuzzjoni korretti tar-reati u jissalvagwardja s-servizzi ta' assistenza, konsulenza u reintegrazzjoni għall-vittmi; |
Ekonomija, politika soċjali, impjiegi u edukazzjoni
|
38. |
Japprezza l-progress li għamel il-Montenegro biex jiżgura l-istabbiltà makroekonomika u l-konsolidament fiskali u jitlob trasparenza fil-baġit u kuntest pożittiv għall-impjiegi u għan-negozju; jenfasizza li l-korruzzjoni, l-ekonomija informali, il-lakuni fl-istat tad-dritt u t-toqol tal-proċeduri regolatorji għadhom igerrxu l-investimenti u jiskoraġġixxu t-tkabbir; jenfasizza li l-mudell soċjali Ewropew jirrikjedi djalogu mal-partijiet ekonomiċi kkonċernati kollha, fosthom it-trade unions; |
|
39. |
Iħeġġeġ li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal li joffru l-għodod diġitali fl-ambitu tar-reġistru katastali, tal-fatturazzjoni u tal-ħruġ tal-permessi tal-bini; jinnota l-ħtieġa li titħaffef l-introduzzjoni tal-aċċess għall-banda wiesgħa għall-impriżi u għall-familji; jisħaq fuq il-bżonn ta' qafas ta' interoperabbiltà fil-livell tal-gvern kollu kemm hu, biex issostni d-diġitalizzazzjoni ulterjuri u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u tan-negozju; Jilqa' favorevolment l-iżvilupp kontinwu tar-reġistrazzjoni elettronika online tal-kumpaniji; |
|
40. |
Jilqa' pożittivament il-modifiki regolatorji fis-settur tal-edukazzjoni u l-isforzi biex jiżdiedu r-rati ta' parteċipazzjoni fl-iskejjel preprimarji, anki għat-tfal li ġejjin minn kuntesti żvantaġġati, u jisħaq fuq l-importanza ta' approċċ komprensiv għall-iżvilupp fl-ewwel snin taż-żgħorija; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw ir-rata tal-qgħad għolja fit-tul fost iż-żgħażagħ u n-nisa, anki permezz ta' valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneru, meta jkun il-każ; jinnota t-tħejjija tal-White Paper għall-promozzjoni tal-impjieg taż-żgħażagħ, f'kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol; jisħaq fuq il-bżonn li jiddaħħlu miżuri attivi għas-suq tax-xogħol, speċjalment għan-nisa li ntlaqtu negattivament mill-abolizzjoni tal-benefiċċji soċjali tagħhom; |
|
41. |
Josserva li jkun tajjeb li s-sħab soċjali jiġu kkonsultati b'mod effikaċi u sistematiku dwar il-kwistjonijiet marbuta mal-impjiegi u mal-affarijiet soċjali; jisħaq fuq il-bżonn li jkomplu jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Kunsill Soċjali; jilqa' pożittivament l-adozzjoni ta' ġabriet ta' regoli għas-settur tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, iżda għadu mħasseb dwar il-perċentwal għoli ta' inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol u dwar in-numru baxx ta' spetturi tax-xogħol; |
|
42. |
Jilqa' l-parteċipazzjoni msaħħa tal-Montenegro fil-programm Erasmus+ u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi rduppjat il-baġit ta' Erasmus+; jinkoraġġixxi koordinament akbar fi kwistjonijiet trasversali li jolqtu lill-impjieg taż-żgħażagħ, lill-inklużjoni, liċ-ċittadinanza attiva, lill-volontarjat u lill-edukazzjoni; |
Ambjent, enerġija u trasport
|
43. |
Jesprimi sodisfazzjon li skont l-Artikolu 1 tal-kostituzzjoni tiegħu, il-Montenegro huwa stat ekoloġiku; jilqa' pożittivament il-ftuħ possibbli tal-kapitolu 27 tal-acquis fin-negozjati mal-Montenegro din is-sena; jistieden lill-awtoritajiet jipproteġu aħjar iż-żoni l-aktar prezzjużi, speċjalment il-bijodiversità, u jirrieżaminaw il-proġetti ta' bini tal-lukandi u tal-impjanti idroelettriċi; |
|
44. |
Josserva li l-iżvilupp ta' kapaċitajiet idroelettriċi u turistiċi addizzjonali, b'mod partikolari f'żoni protetti, irid jirrispetta l-istandards ambjentali tal-UE; jesprimi tħassib dwar l-iżvilupp insostenibbli tal-kapaċitajiet idroelettriċi, peress li 80 proġett ta' impjanti idroelettriċi mhumiex ippjanati skont il-konvenzjonijiet internazzjonali jew il-leġiżlazzjoni tal-UE, minkejja r-rekwiżiti tal-kapitolu 27; iħeġġeġ aktar sfruttament ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli u miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija potenzjali u t-titjib tal-ġestjoni tal-ilma u tal-iskart; jilqa' b'sodisfazzjon l-allinjament ta' suċċess bejn il-liġi tal-Montenegro tal-2016 dwar l-iskambju transfruntier tal-elettriku u tal-gass naturali u t-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija; ifaħħar l-allinjament leġiżlattiv imtejjeb tal-Montenegro fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli, iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet jallinjaw totalment il-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u mad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija; |
|
45. |
Iħeġġeġ lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jirrevedu s-sostenn tagħhom favur il-proġetti tal-impjanti idroelettriċi, u jirtiraw il-finanzjamenti għall-proġetti kollha li jsiru f'żoni protetti jew li jkunu nieqsa minn valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali ex ante sodi; |
|
46. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal informazzjoni f'waqtha u preċiża dwar l-impatt tal-kostruzzjoni tal-awtostrada fuq ix-xmara Tara li għandha ssir disponibbli għal pubbliku wiesa', kif ukoll li jieqfu l-attivitajiet kollha ta' rimi ta' skart u alterazzjoni tal-qiegħ tax-xmara, f'konformità mal-impenji tal-Montenegro għall-preżervazzjoni ta' żoni li għandhom protezzjoni speċjali nazzjonali u internazzjonali; |
|
47. |
Jesprimi tħassib fir-rigward tal-pjan urban speċjali għall-Park Nazzjonali tal-Lag ta' Scutari (Skadar); jisħaq fuq il-bżonn li jkunu abbandunati l-proġetti idroelettriċi fuq skala kbira fuq ix-xmara Morača, minħabba r-riperkussjonijiet negattivi konsiderevoli fuq il-Lag ta' Scutari (Skadar) u x-xmara Tara, li t-tnejn huma żoni protetti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali; |
|
48. |
Jilqa' pożittivament l-iżviluppi pożittivi fl-allinjament ulterjuri mal-acquis tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Montenegro fil-qasam ambjentali u tat-tibdil fil-klima; iħeġġeġ lill-Gvern Montenegrin jipproteġi s-sit ta' Ulcinj Salina fil-livell kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali, konformement mar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju ffinanzjat mill-UE dwar il-protezzjoni tas-sit ta' Ulcinj Salina; jissottolinja l-bżonn urġenti li tkun żgurata l-integrazzjoni ta' Ulcinj Salina fin-netwerk Natura 2000; jitlob l-identifikazzjoni u d-deżinjazzjoni taż-żoni marini protetti; |
|
49. |
Jenfasizza l-parteċipazzjoni proattiva tal-Montenegro u r-rwol kostruttiv fil-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali permezz tal-Proċess ta' Berlin u l-inizjattiva tas-Sitt Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jilqa' pożittivament l-eżitu tas-summit UE-Balkani tal-Punent tal-2018, li sar f'Sofija, u l-adozzjoni tal-pakkett IPA 2018, li jinkludi finanzjamenti għaż-żewġ proġetti infrastrutturali importanti: il-bypass ta' Budva fil-Kuritur Adrijatiku-Joniku u s-sezzjoni ferrovjarja Vrbnica-Bar fil-Kuritur Orjent/Mediterran tal-Lvant; jisħaq fuq l-importanza tar-rotot tat-traffiku li jikkostitwixxu kollegament dirett bejn il-pajjiżi tal-Balkani u s-swieq tal-UE; |
|
50. |
Ifaħħar l-intenzjoni tal-Montenegro li jistabbilixxi l-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS) fit-tliet snin li ġejjin u l-adozzjoni tal-leġislazzjoni sekondarja dwar l-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet tal-karozzi l-ġodda; josserva l-importanza li jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Montenegro aspetti tal-EU ETS, tar-Regolament dwar il-qsim tal-isforzi u tal-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Rapportar (MRM); |
|
51. |
Japprezza l-isforzi kontinwi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, kif indikat fl-Inizjattiva Adrijatika Trilaterali; |
Kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet ta' bon viċinat
|
52. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi kontinwi tal-Montenegro favur kooperazzjoni reġjonali kostruttiva u relazzjonijiet bilaterali ta' bon viċinat; jappoġġja l-proposta għal tnaqqis tat-tariffi tar-roaming fil-Balkani tal-Punent; |
|
53. |
Jilqa' favorevolment ir-ratifika tal-Ftehim tal-Fruntieri tal-Istat bejn il-Montenegro u l-Kosovo; jitlob il-konklużjoni rapida ta' ftehimiet biex jiġi solvut tilwim pendenti dwar il-fruntieri mal-pajjiżi ġirien l-oħra; |
|
54. |
Jilqa' favorevolment l-iffirmar min-naħa tal-Montenegro u tal-Albanija ta' dikjarazzjoni konġunta u 12-il ftehim dwar l-assistenza reċiproka f'diversi oqsma, u jqis dan bħala eżempju ta' kooperazzjoni pożittiva fir-reġjun; |
|
55. |
Iħeġġeġ lill-Montenegro jintensifika l-isforzi tiegħu biex jagħti prijorità u jikkastiga b'mod proattiv id-delitti tal-gwerra u jiċċara x'sar minnhom il-persuni nieqsa; jilqa' pożittivament l-isforzi għar-reintegrazzjoni tal-persuni spostati fl-ambitu tal-Programm Reġjonali għall-Alloġġi; jenfasizza l-fatt li, avolja ġew adottati erba' dokumenti dwar l-istrateġija ta' investigazzjoni dwar id-delitti tal-gwerra, il-prosekutur tal-Istat ma bediex investigazzjonijiet jew proċedimenti ġodda u lanqas ma ressaq akkużi ġodda; jesprimi tħassib dwar il-fatt li mit-tmien każijiet miftuħa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali (SPO) fl-2016, sitta għadhom biss fil-fażi ta' investigazzjoni preliminari; itenni s-sostenn tiegħu fil-konfront tal-inizjattiva li toħloq Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward id-delitti tal-gwerra u l-ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem kommessi f'dik li kienet il-Jugoslavja (RECOM); jisħaq fuq l-importanza ta' dan il-proċess u tal-involviment attiv tal-mexxejja politiċi reġjonali kollha; jilqa' pożittivament is-sostenn pubbliku għar-RECOM min-naħa tal-Prim Ministru; |
|
56. |
Ifaħħar lill-Montenegro għal sena oħra ta' allinjament sħiħ mal-pożizzjonijiet u mad-dikjarazzjonijiet kollha tal-UE fil-kuntest tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK), u jilqa' b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK); japprezza l-mod ta' kif il-Montenegro mexxa l-politika estera tiegħu; jistieden lill-Montenegro jallinja ruħu mal-pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-integrità tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u mal-prinċipji gwida tagħha dwar il-ftehimiet bilaterali ta' immunità; |
|
57. |
Jitlob aktar kooperazzjoni bejn il-Montenegro u l-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità tal-informatika u l-kwistjonijiet relatati maċ-ċiberdifiża; |
|
58. |
Ifakkar l-importanza strateġika tal-adeżjoni tal-Montenegro man-NATO biex ikunu żgurati l-istabbiltà u l-paċi fil-Balkani tal-Punent; |
o
o o
|
59. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Montenegro. |
(1) Il-kelma “Rom” hija użata bħala terminu ġenerali li jinkludi diversi gruppi relatati, sew jekk huma nomadi sew jekk le, mhux biss ir-Rom, iżda wkoll l-Ashkali, l-Eġizzjani u oħrajn, li jista' jkollhom kulturi u stili ta' ħajja differenti ħafna minn xulxin.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/164 |
P8_TA(2018)0484
Is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità (2018/2685(RSP))
(2020/C 363/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD), u d-dħul fis-seħħ tagħha fil-21 ta' Jannar 2011, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità(CRPD) (1), u b'mod speċjali, l-Artikolu 6, dwar in-nisa u l-bniet b'diżabilità, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW, 1979) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha (1999), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 10, 19 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426) u l-pożizzjoni tal-Parlament dwarha tat-2 ta' April 2009 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni tal-Parlament bit-titolu “Discrimination Generated by the Intersection of Gender and Disability” (Diskriminazzjoni Ġġenerata mill-Intersezzjoni tal-Ġeneru u d-Diżabilità), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) intitolat “Poverty, gender and intersecting inequalities in the EU” (Il-faqar, l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u intersezzjonali fl-UE) b'attenzjoni speċjali għall-Kapitolu 8 tiegħu dwar “Gender and disability” (Il-ġeneru u d-diżabilità), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-EIGE 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità (O-000117/2018 – B8-0418/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi fl-UE jgħixu aktar minn 80 miljun persuna b'diżabilità; billi wieħed minn kull erba' Ewropej għandu qarib b'diżabilità; billi madwar 46 miljun mara u tifla fl-UE għandhom diżabilità, ċifra li tinkludi madwar 16 % tal-popolazzjoni femminili totali u li tirrappreżenta 60 % tal-popolazzjoni globali tal-persuni b'diżabilità; |
|
B. |
billi l-kelma “diżabilità” tinkludi varjetà kbira ta' sitwazzjonijiet personali temporanji, fuq perjodu ta' żmien qasir jew fit-tul, li jeħtieġu risponsi ta' politika mfassla apposta u jinkludu kwistjonijiet ta' saħħa mentali; |
|
C. |
billi t-tibdil demografiku u t-tixjiħ tal-popolazzjoni jfissru li aktar persuni qed isiru diżabbli aktar tard f'ħajjithom; |
|
D. |
billi kuljum qed jiġu miċħuda d-drittijiet fundamentali lill-persuni b'diżabilità, billi jiġu pperpetwati d-diffikultajiet fl-aċċess għal impjieg imħallas li jagħti drittijiet, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat; billi t-taħriġ vokazzjonali tal-persuni b'diżabilità ma jilħaqx il-livell meħtieġ u li jista' jinkiseb sabiex ikun jista' jippermetti l-ksib tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-inklużjoni fil-ħajja tax-xogħol; |
|
E. |
billi 18.8 % biss tan-nisa b'diżabilità fl-UE għandhom impjieg; billi 45 % tan-nisa fl-età tax-xogħol (jiġifieri bejn l-20 u l-64 sena) li għandhom diżabilità huma inattivi, filwaqt li ċ-ċifra ekwivalenti għall-irġiel hija 35 %. |
|
F. |
billi 75 % tal-persuni b'diżabilità severa ma għandhomx l-opportunità li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq tax-xogħol Ewropew, u n-nisa b'diżabilità huma minn darbtejn sa ħames darbiet aktar possibbli li jkunu vittmi tal-vjolenza minn nisa mingħajr diżabilità; |
|
G. |
billi 34 % tan-nisa li għandhom problema tas-saħħa jew diżabilità esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali minn sieħeb f'ħajjithom; |
|
H. |
billi l-isterilizzazzjoni tan-nisa b'diżabilità mingħajr l-għarfien jew il-kunsens tagħhom hija forma mifruxa ta' vjolenza, b'mod partikolari fir-rigward ta' membri ta' minoranzi etniċi bħan-nisa Rom; |
|
I. |
billi hemm nuqqas ta' viżibilità tal-persuni b'diżabilità fil-ħajja pubblika u l-midja; |
|
J. |
billi bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tal-persuni li jindukraw fl-Ewropa huma nisa; billi 80 % tal-kura provduta fl-UE tingħata minn persuni li jindukraw b'mod informali u mingħajr ħlas, u li 75 % minnhom huma nisa; billi l-valur ekonomiku tal-kura informali mingħajr ħlas fl-Unjoni, bħala perċentwal tal-ispiża ġenerali tal-forniment tal-kura formali fit-tul, huwa stmat li jvarja minn 50 sa 90 %; |
|
K. |
billi l-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika tan-nisa b'diżabilità hija essenzjali għas-suċċess tal-istrateġija ekonomika u soċjali ġenerali tal-Ewropa; |
|
L. |
billi n-nisa b'diżabilità ta' spiss jiffaċċjaw forom multipli ta' diskriminazzjoni minħabba raġunijiet, fost fatturi oħra, tal-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess tagħhom, fatturi li jikkontribwixxu għall-feminizzazzjoni tal-faqar; |
|
M. |
billi l-persuni b'diżabilità u b'mod partikolari n-nisa b'diżabilità għandhom dħul inqas, u jinsabu f'riskju ogħla ta' faqar u esklużjoni soċjali; billi sitwazzjonijiet ta' faqar u esklużjoni huma pperpetwati fejn il-protezzjoni soċjali hija insuffiċjenti b'mod ċar; billi s-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità li jaħdmu marret għall-agħar matul iż-żmien meta mqabbla ma' dik tal-irġiel (iċ-ċifra għan-nisa li jħabbtu wiċċhom mal-faqar fost dawk li jaħdmu kienet 10 % fl-2007 u 12 % fl-2014); |
|
N. |
billi l-iżviluppi teknoloġiċi huma mimlija kemm b'opportunitajiet kif ukoll bi sfidi, speċjalment għan-nisa b'diżabilità, peress li l-forza tax-xogħol globali qed tuża dejjem aktar għodod diġitali; |
|
O. |
billi għad hemm diffikultajiet fl-aċċess għaċ-ċentri tas-saħħa, il-kura fl-isptarijiet, prodotti ta' appoġġ, mediċini, u terapiji essenzjali għall-monitoraġġ u r-riabilitazzjoni; billi għad hemm problemi severi ta' mobilità, kemm minħabba ostakli arkitettoniċi li jfixklu t-traffiku fl-ispazji pubbliċi u fit-toroq, kif ukoll minħabba aċċess limitat għat-trasport pubbliku u kollettiv; billi għad hemm ostakli ta' komunikazzjoni (bħan-nuqqas ta' interpreti tal-lingwa tas-sinjali fis-servizzi pubbliċi u aċċessibilità fqira għat-televiżjoni għall-persuni neqsin mis-smigħ), li jillimitaw u jipprevjenu l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u l-informazzjoni; billi l-appoġġ, il-protezzjoni, il-komunikazzjoni, is-servizzi tal-kura u tas-saħħa, bħal pereżempju dawk relatati mal-kura primarja tas-saħħa, il-vjolenza kontra n-nisa, il-kura tat-tfal u l-maternità għandhom ikunu kompletament aċċessibbli fil-lingwi, il-forom u l-formati kollha għan-nisa kollha, u speċjalment għan-nisa u l-bniet b'diżabilità; |
|
P. |
billi l-parteċipazzjoni sħiħa tal-persuni b'diżabilità, kif imsemmi fl-Artikolu 29 tas-CRPD, fil-ħajja politika u pubblika, fejn ta' spiss mhumiex rappreżentati biżżejjed, se tibqa' illużjoni, u partikolarment għan-nisa, jekk il-kwistjoni ma tiġix indirizzata kif xieraq; |
|
Q. |
billi, minkejja d-diversi konvenzjonijiet internazzjonali u dispożizzjonijiet tal-liġi Ewropea, kif ukoll l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità attwali, il-persuni b'diżabilità għadhom mhux qed igawdu bis-sħiħ id-drittijiet taċ-ċittadini u dawk soċjali; billi l-aċċess ugwali għall-kultura, l-isport u d-divertiment u l-parteċipazzjoni ugwali fil-ħajja soċjali u politika mhumiex garantiti; billi l-professjonisti li jaħdmu f'dawn l-oqsma huma sottovalutati; billi l-konvenzjonijiet u d-dispożizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq qed jiġu injorati b'mod sistematiku, filwaqt li d-drittijiet fundamentali għadhom qed jiġu miċħuda għall-ħaddiema u l-persuni b'diżabilità; billi n-nisa u l-bniet b'diżabilità għadhom mhux qed jiġu involuti fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u fil-progress b'rabta mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; |
|
R. |
billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ma kinitx orizzontalment integrata fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020; |
|
S. |
billi l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità, u jitolbu l-parteċipazzjoni ugwali tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà; billi t-trattament ugwali jista' jiġi żgurat billi jiġu infurzati miżuri u politiki pożittivi għan-nisa b'diżabilità u l-ommijiet ta' tfal b'diżabilità; |
|
T. |
billi l-inklużjoni ta' dimensjoni dwar il-ġeneri fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020 se tikkontribwixxi għal approċċ integrat biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet b'diżabilità; |
|
U. |
billi l-paga ta' kull xahar tal-irġiel b'diżabilità hija ogħla minn dik tan-nisa b'diżabilità, filwaqt li ż-żewġ pagi huma ġeneralment aktar baxxi minn dawk ta' ħaddiema oħra, f'realtà diskriminatorja li għadha tippersisti; |
|
V. |
billi s-suq tax-xogħol attwali huwa instabbli u prekarju, u ż-żieda fil-qgħad tfisser tnaqqis fl-opportunitajiet ta' aċċess għall-impjieg għal persuni b'diżabilità; |
|
W. |
billi jeżisti nuqqas ta' mezzi umani, materjali u pedagoġiċi fis-sistema tal-iskejjel tal-istat għall-akkumpanjament xieraq u l-inklużjoni effettiva ta' tfal u żgħażagħ bi bżonnijiet edukattivi speċjali; billi l-integrazzjoni sħiħa fis-soċjetà tinkiseb prinċipalment permezz ta' impjiegi ta' kwalità u edukazzjoni aċċessibbli billi l-impjiegi huma meqjusa mhux biss bħala sors ta' dħul, iżda saru wkoll mekkaniżmu ta' integrazzjoni soċjali peress li joħolqu rabta mas-soċjetà, relazzjonijiet interpersonali u sens ta' parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali, kulturali u ekonomika; |
|
X. |
billi n-nisa b'diżabilità jistgħu jesperjenzaw forom uniċi ta' abbuż li huma diffiċli li jiġu rikonoxxuti, bħal pereżempju t-tneħħija jew il-qerda tal-apparati ta' mobilità ta' persuna jew iċ-ċaħda tal-aċċess għal riżorsi relatati mad-diżabilità fil-komunità u/jew għal appuntamenti tal-kura tas-saħħa; |
|
Y. |
billi r-rati tal-kanċer tas-sider għal nisa b'diżabilità huma ħafna ogħla minn dawk tal-popolazzjoni ġenerali femminili, minħabba nuqqas ta' tagħmir adattat ta' skrinjar u dijanjożi; |
|
Z. |
billi l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2017 tal-EIGE juri li bħala medja, 13 % tan-nisa b'diżabilità jesperjenzaw ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati u 12 % ħtiġijiet dentali mhux issodisfati, filwaqt li fil-każ tan-nisa mingħajr diżabilità 5 % jesperjenzaw ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati; |
Rakkomandazzjonijiet ġenerali
|
1. |
Itenni li l-persuni kollha b'diżabilità għandhom ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ mid-drittijiet tagħhom fuq bażi ta' inklużjoni u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà; jenfasizza li dan huwa possibbli biss permezz tal-infurzar tal-politiki attivi u pubbliċi u t-tneħħija tal-ostakli kollha għall-parteċipazzjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw politiki għall-prevenzjoni, it-trattament, ir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni fir-rigward ta' persuni b'diżabilità u appoġġ għall-familji tagħhom, u jġorru r-responsabbiltà għat-twettiq effettiv tad-drittijiet tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u d-dmirijiet tal-ġenituri jew it-tuturi; jitlob ukoll għall-iżvilupp ta' pedagoġija li tissensitizza s-soċjetà għad-dmirijiet tar-rispett u s-solidarjetà ma' persuni b'diżabilità, sabiex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni soċjali li huma suġġetti għaliha; |
|
3. |
Jistieden lill-Istati Membri jissodisfaw l-impenji tagħhom rigward ir-ratifika tas-CRPD, u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu d-drittijiet u l-libertajiet kif ukoll ir-responsabbiltajiet stabbiliti fiha, b'mod partikolari f'oqsma bħalma huma l-impjieg, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-protezzjoni soċjali, l-akkomodazzjoni, il-mobilità, l-aċċess għall-ġustizzja, il-kultura, l-isport, ir-rikreazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u politika, kif ukoll ir-responsabbiltajiet speċifiċi definiti fis-CRPD għad-drittijiet tan-nisa u t-tfal b'diżabilità; |
|
4. |
Jenfasizza l-fatt li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jbatu minn diskriminazzjoni doppja minħabba l-intersezzjoni tal-ġeneru u d-diżabilità, u ħafna drabi saħansitra jistgħu jiġu esposti għal diskriminazzjoni multipla li tirriżulta mill-intersezzjoni tal-ġeneru u d-diżabilità mal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess, il-pajjiż ta' oriġini, il-klassi, l-istatus ta' migrazzjoni, l-età, ir-reliġjon jew l-etniċità; |
|
5. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintegraw lin-nisa u l-bniet b'perspettiva ta' diżabilità fl-istrateġija, il-politiki u l-programmi tagħhom dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istrateġiji tagħhom dwar id-diżabilità u perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tad-diżabilità fil-politiki l-oħra kollha; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tal-iżvilupp ta' prodotti u servizzi li jappoġġaw lill-persuni b'diżabilità fl-attivitajiet tagħhom ta' kuljum; |
|
7. |
Jenfasizza li l-għadd ta' anzjani qiegħed jikber u li, skont id-WHO, il-prevalenza tad-diżabilità hija ogħla fost in-nisa, li huma milquta b'mod partikolari minn dan il-fenomenu minħabba li l-istennija tal-għomor tagħhom hija itwal; jenfasizza li, għalhekk, se jkun hemm żieda proporzjonali fin-numru ta' nisa b'diżabilità; |
|
8. |
Jinsisti li għandha tinġabar data diżaggregata skont il-ġeneru sabiex jiġu identifikati l-forom ta' diskriminazzjoni multipla intersezzjonali li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet b'diżabilità, fl-oqsma kollha koperti mill-Konvenzjoni ta' Istanbul u fejn rilevanti; |
|
9. |
Jistieden lill-EIGE jkompli jipprovdi analiżi u kontributi fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tan-nisa u l-bniet b'diżabilità, b'enfasi speċjali fuq id-diskriminazzjoni intersezzjonali; |
|
10. |
Itenni li n-nisa b'diżabilità ta' spiss iħabbtu wiċċhom ma' sfidi u perikli saħansitra ikbar f'pajjiżi involuti f'kunflitt u f'żoni ta' kunflitt; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li n-nisa b'diżabilità jkunu protetti fil-politiki esterni tal-UE; |
Id-drittijiet tan-nisa b'diżabilità
|
11. |
Jenfasizza li n-nisa b'diżabilità jeħtieġ li jiġu żgurati t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità, aċċessibbli u bi prezz li jintlaħaq, il-kura tas-saħħa, inkluża l-kura tas-saħħa trans-speċifika kif ukoll is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, l-impjiegi, il-mobilità, il-ħajja tal-familja, l-awtonomija fiżika, is-sesswalità u ż-żwieġ, kif ukoll is-salvagwardji li jiggarantixxu dawn id-drittijiet; |
|
12. |
Ifakkar li l-awtoritajiet fil-livelli kollha u l-partijiet interessati rilevanti jeħtieġ li jirrispettaw u jżommu d-dritt għal għajxien indipendenti u, għalhekk, jipprovdu l-istrumenti u l-appoġġ meħtieġa biex jippermettu lill-persuni b'diżabilità, speċjalment in-nisa, li jgawdu l-libertà tal-għażla u l-kontroll fuq ħajjithom u fuq l-istil ta' ħajja tagħhom; |
|
13. |
Jenfasizza li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jeħtieġ li jiġu infurmati bid-drittijiet tagħhom u bis-servizzi taċ-ċittadini disponibbli għalihom; jenfasizza li din l-informazzjoni jeħtieġ li tkun ipprovduta b'mod sempliċi u sikur, filwaqt li jitqiesu l-metodi ta' komunikazzjoni, il-mezzi ta' xandir u l-formati differenti magħżula minnhom u adattati għalihom; jenfasizza li jeħtieġ li ma jkunx hemm konfużjoni bejn id-dritt għall-informazzjoni u l-kunċettwalizzazzjoni tal-ħtieġa li b'mod attiv jiġi mfittex l-aċċess għad-drittijiet (it-trasferiment tar-responsabilità għat-twettiq tad-dritt għal fuq dawk li jinsabu fil-bżonn), peress li l-Istati Membri jeħtieġ li jġorru r-responsabilità li jilħqu lil kull persuna b'diżabilità u jiżgurawlhom u jiggarantulhom id-drittijiet stabbiliti bil-liġi jew b'konvenzjoni internazzjonali; |
|
14. |
Jitlob l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fl-istrutturi regolari tas-soċjetà fil-livelli kollha, inklużi s-saħħa, l-edukazzjoni u l-impjiegi, filwaqt li jitqies li l-użu persistenti u ġeneralizzat ta' strutturi jew servizzi speċjali jwassal għal segregazzjoni u jnaqqas l-opportunitajiet indaqs; |
|
15. |
Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess għal spazji sikuri, pereżempju fil-forma ta' klabbs u assoċjazzjonijiet; |
|
16. |
Jitlob lill-UE tneħħi l-ostakoli għad-dritt tal-vot għall-persuni b'diżabilità, b'mod speċjali għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2019; |
|
17. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinfurzaw il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali, jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni fil-pagi u jiggarantixxu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, fosthom fir-rigward tal-persuni b'diżabilità |
L-aċċessibilità
|
18. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinfurzaw politiki li jippromwovu l-aċċessibilità bħala pass essenzjali lejn l-inklużjoni u kundizzjoni indispensabbli għall-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità; jenfasizza wkoll l-importanza tar-rispett tal-prinċipji ta' trattament u opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-aċċessibilità u l-mobilità; |
|
19. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jieħdu miżuri, b'mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, it-trasport, l-ippjanar urban u d-djar; |
|
20. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li n-nisa u l-bniet b'diżabilità sikwit wisq jiġu mċaħħda mill-aċċess għal faċilitajiet fil-qasam tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; iqis li huwa inkwetanti li l-bniet u n-nisa b'diżabilità jiġu mċaħħda minn kunsens infurmat rigward l-użu ta' kontraċettivi u li anke jiffaċċjaw ir-riskju ta' sterilizzazzjoni mġiegħla; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri leġiżlattivi li jissalvagwardjaw l-integrità fiżika, il-libertà ta' għażla u l-awtodeterminazzjoni fir-rigward tal-ħajja sesswali u riproduttiva tal-bniet u n-nisa b'diżabilità; |
|
21. |
Jinsab imħasseb li huwa żgħir l-għadd ta' pajjiżi li għandhom dispożizzjonijiet li jiżguraw id-dritt ta' persuni b'diżabilità li jkollhom aċċess għar-rikonoxximent legali tal-ġeneru; jinnota li r-rikonoxximent legali tal-ġeneru, anke fejn ikun permess, jaf ikun inaċċessibbli għan-nisa u l-bniet taħt kustodja legali; jinnota li l-valutazzjoni psikjatrika obbligatorja sabiex jiġi aċċessat ir-rikonoxximent tal-ġeneru legali xxekkel l-aċċess għan-nisa u l-bniet bi problemi ta' saħħa mentali; jistieden lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni dwar ir-rikonoxximent legali tal-ġeneru li tkun ibbażata fuq l-awtodeterminazzjoni u tqis il-ħtiġijiet ta' aċċessibilità għal persuni b'diżabilità; |
|
22. |
Jidentifika l-ħtieġa, fir-rigward tat-trasport, li l-Istati Membri jiżviluppaw politiki tat-trasport pubbliku li jiffaċilitaw il-mobilità għall-persuni b'diżabilità, flimkien mat-tneħħija tal-ostakli arkitettoniċi; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jallokaw il-fondi tal-UE meħtieġa biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta' politiki bħal dawn; |
Il-ħaddiema u r-relazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol bl-għan ta' impjiegi ta' kwalità u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
|
23. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki li jippromwovu l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol; iqis li tali politiki għandhom jinkoraġġixxu l-aċċess għall-impjiegi bħala kundizzjoni għall-inklużjoni soċjali u jippromwovu l-opportunitajiet indaqs; |
|
24. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu forom speċifiċi ta' regolamentazzjoni tax-xogħol li jindirizzaw u jintegraw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità, speċjalment fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-sigħat tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi definita leġiżlazzjoni tax-xogħol speċifika li tqis il-ħtiġijiet tan-nisa b'diżabilità fir-rigward tat-tqala u l-maternità, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-preżenza tagħhom fis-suq tax-xogħol u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħaddiem; |
|
25. |
Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa għal arranġamenti biex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-liv tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri u tal-ħinijiet tax-xogħol flessibbli tkun adatta għall-ħtiġijiet diversi relatati ma' twelid multiplu, twelid prematur, ġenituri adottivi, koġenituri, ġenituri b'diżabilità, ġenituri bi problemi ta' saħħa mentali, u ġenituri ta' tfal b'diżabilità, mard kroniku jew problemi ta' saħħa mentali; |
|
26. |
Jappella għall-promozzjoni tad-dritt għas-saħħa u għar-riabilitazzjoni u għal politiki li jfittxu li jipprevjenu u jirrimedjaw l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard okkupazzjonali għall-persuni b'diżabilità; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri b'għarfien espert dwar it-triq 'il quddiem biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni intersezzjonali; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa u tħeġġeġ lill-Istati Membri fl-indirizzar tad-diskriminazzjoni ġġenerata mill-intersezzjoni tal-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, il-karatteristiċi tas-sess u d-diżabilità, permezz ta' taħriġ dwar id-diversità u ħidma ma' min iħaddem dwar miżuri fuq il-post tax-xogħol, eż. il-promozzjoni ta' proċeduri ta' reklutaġġ anonimi; |
L-edukazzjoni
|
29. |
Jistieden lill-Istati Membri biex fl-għoti ta' servizzi ta' indukrar għal tfal ta' qabel l-età tal-iskola jagħmlu enfasi mhux biss fuq l-aċċessibilità, iżda wkoll fuq il-kwalità tal-indukrar u fuq li l-prezz tiegħu ikun jintlaħaq, b'mod partikolari għal tfal b'diżabilità filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' ġenituri b'diżabilità; jistieden ukoll lill-Istati Membri jtejbu l-investiment pubbliku fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (ECEC) għal dawk il-gruppi ta' persuni; |
|
30. |
Jenfasizza l-importanza li n-nisa b'diżabilità jiġu integrati fis-sistemi edukattivi u professjonali ġenerali; |
|
31. |
Jenfasizza li standard u kwalità ogħla tal-edukazzjoni u t-taħriġ se jwasslu għall-emanċipazzjoni akbar tan-nisa b'diżabilità, peress li l-edukazzjoni hija waħda mill-għodod li jinfluwenzaw l-aktar il-progress tas-soċjetà, filwaqt li jipprovdu l-għarfien u l-valuri meħtieġa biex jinkisbu livelli ogħla ta' benessri u tkabbir ekonomiku u personali; jenfasizza l-importanza speċjali ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għall-persuni b'diżabilità; |
|
32. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw opportunitajiet indaqs effettivi fl-aċċess għall-edukazzjoni billi jiggarantixxu l-integrazzjoni effettiva tat-tfal u ż-żgħażagħ b'diżabilità fis-sistemi edukattivi tagħhom fil-livelli kollha; jitlob appoġġ għall-ħtiġijiet edukattivi u materjal edukattiv speċjali, appoġġjat minn skejjel inklużivi sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali, iżda wkoll suċċess, fis-sistema edukattiva; |
|
33. |
Jistieden lill-Istati Membri jinvestu f'edukazzjoni b'livell għoli ta' kwalità għat-tfal u l-adulti b'diżabilità bħala parti mill-edukazzjoni ġenerali, u b'hekk jiffaċilitaw l-aċċess, speċjalment fost l-aktar taqsimiet żvantaġġati tal-popolazzjoni; |
|
34. |
Jitlob politiki tal-edukazzjoni li jaħdmu biex jitneħħew il-ħafna ostakli li jippersistu għall-persuni b'diżabilità; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiksbu, fl-istabbilimenti edukattivi prinċipali tagħhom, il-kundizzjonijiet fiżiċi u/jew pedagoġiċi li jippermettu lill-persuni b'diżabilità biex jattenduhom; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jiżdied l-għadd ta' għalliema li jakkumpanjaw lit-tfal b'diżabilità; |
|
35. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji biex jiġu miġġielda l-bullying u l-fastidju, fosthom f'kuntesti edukattivi u online, kontra t-tfal u ż-żgħażagħ għal raġunijiet ta' diżabilità, identità jew l-espressjoni tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, status ta' migrazzjoni, klassi, età, reliġjon jew etniċità; |
|
36. |
Ifakkar fl-importanza li jitqiesu l-ħtiġijiet tan-nisa u l-bniet b'diżabilità fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi u l-inizjattivi tal-UE, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni, il-mobilità u l-azzjonijiet għaż-żgħażagħ, kif ukoll li jittieħdu l-azzjonijiet rilevanti kollha biex tiġi żgurata aktar il-parteċipazzjoni tagħhom f'opportunitajiet bħal dawn; |
Saħħa
|
37. |
Iqis li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jeħtieġ li jkollhom aċċess sħiħ għall-kura medika u dentali li tissodisfa l-ħtiġijiet partikolari tagħhom, f'oqsma bħall-konsultazzjoni ginekoloġika, eżamijiet mediċi, is-saħħa sesswali u riproduttiva, ippjanar tal-familja u appoġġ adatt matul it-tqala, u kura tas-saħħa trans-speċifika; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw investiment pubbliku f'dan il-qasam u li l-kura tas-saħħa pubblika nazzjonali tagħhom tkun tinkludi aċċess xieraq għal dawn is-servizzi; |
|
38. |
Jenfasizza li n-nisa u l-bniet b'diżabilità għandhom jirċievu l-informazzjoni kollha xierqa biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet b'mod liberu rigward saħħithom; jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi miġġielda l-isterilizzazzjoni mġiegħla; |
|
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miri għas-servizzi ta' kura għall-persuni b'diżabilità, fuq linji simili għall-miri ta' Barċellona, b'għodod tal-monitoraġġ biex jitkejlu l-kwalità, l-aċċessibilità u l-affordabilità ta' dawn is-servizzi; |
|
40. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jkollhom aċċess indaqs kemm għall-kura tas-saħħa speċifika għad-diżabilità kif ukoll għas-servizzi ġenerali; |
|
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri b'għarfien espert dwar it-triq 'il quddiem biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni intersezzjonali; |
Il-vjolenza sessista
|
42. |
jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li l-UE ssir parti kontraenti mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) bħala pass importanti fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità; jistieden lill-UE biex tirratifika malajr il-Konvenzjoni ta' Istanbul u jħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawhiex biex jagħmlu dan; iħeġġeġ lill-Kunsill jipproċedi għall-konklużjoni tal-adeżjoni tal-UE mill-aktar fis possibbli; |
|
43. |
Jenfasizza bi tħassib li n-nisa u l-bniet b'diżabilità huwa aktar probabbli li jsiru vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, b'mod speċjali l-vjolenza domestika u l-isfruttament sesswali; jirrimarka li dan jirrigwarda wkoll l-isterilizzazzjoni u l-abort imġiegħla; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa u jipprovdu servizzi b'livell għoli ta' kwalità, aċċessibbli u mfassla apposta sabiex tintemm il-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal u jiġu appoġġjati l-vittmi tal-vjolenza, filwaqt li jipprovdu persunal imħarreġ biex jagħti pariri speċjalizzati kif ukoll protezzjoni legali xierqa u appoġġ; |
|
44. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu lill-professjonisti tas-saħħa u tal-edukazzjoni kollha taħriġ xieraq għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet b'diżabilità; |
|
45. |
Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta strateġija Ewropea komprensiva biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, bi proposta għal att leġiżlattiv għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista, b'attenzjoni partikolari fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità; jitlob ukoll li jiġi stabbilit osservatorju tal-UE dwar il-vjolenza sessista; |
|
46. |
Jitlob miżuri speċifiċi ta' politika biex jiġu indirizzati l-vjolenza u l-abbuż li jolqtu lil persuni b'diżabilità u b'diffikultajiet fit-tagħlim, b'mod partikolari n-nisa u l-bniet, inklużi intimidazzjoni, bullying u fastidju online, kif ukoll il-vjolenza f'sitwazzjonijiet ta' kura formali u informali; |
L-inklużjoni diġitali u tal-mezzi tax-xandir
|
47. |
Jenfasizza li jeħtieġ li jiżdiedu l-isforzi biex jingħelbu l-isterjotipi u l-preġudizzji dwar id-diżabilità, u li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jeħtieġ li jkollhom iktar viżibilità fil-mezzi tax-xandir sabiex jinbidlu n-normi soċjali ta' esklużjoni prevalenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir, il-korpi rappreżentattivi u l-istituzzjonijiet tat-taħriġ, speċjalment fil-bordijiet tagħhom, u jinvestu f'inizjattivi ta' qawmien tal-kuxjenza pubblika, kif ukoll biex jimmonitorjaw mill-qrib u jsegwu l-progress li jkun sar; |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi u servizzi għan-nisa b'diżabilità, b'enfasi fuq l-inklużjoni diġitali tagħhom u l-potenzjal enormi tad-diġitalizzazzjoni għan-nisa b'diżabilità; |
|
49. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied l-aċċessibilità għas-servizzi tal-mezzi tax-xandir, b'servizzi tal-internet kompletament aċċessibbli li jilħqu l-ogħla standards ta' eċċellenza adattati għall-persuni b'diżabilità; |
|
50. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu lix-xandara jinvolvu għalkollox lin-nisa b'diżabilità bħala parteċipanti u preżentaturi f'mezzi tax-xandir ta' kull xorta; |
Il-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni
|
51. |
Jiddispjaċih li l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 attwalment fis-seħħ ma rnexxilhiex tagħti spinta lill-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi, miżuri u politiki effettivi biex jindirizzaw is-segregazzjoni u r-rifjut tan-nisa b'diżabilità fis-suq tax-xogħol, il-ħajja politika, u l-iskejjel u l-ambjenti tat-tagħlim; |
|
52. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu politiki biex jippermettu u jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-bniet b'diżabilità fil-ħajja pubblika, soċjali, kulturali, ekonomika u politika, b'mod partikolari billi jnaqqsu l-ostakli għall-mobilità u jħeġġu lin-nisa b'diżabilità jiffurmaw organizzazzjonijiet u netwerks u jingħaqdu magħhom, kif ukoll permezz ta' programmi ta' taħriġ u ta' mentorship; |
|
53. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw azzjonijiet pożittivi mmirati lejn in-nisa b'diżabilità sabiex jippromwovu t-taħriġ, kollokamenti f'impjiegi, l-aċċess għall-impjiegi, żamma tal-impjiegi, mogħdijiet tal-karriera ugwali, adattament fil-post tax-xogħol u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa azzjonijiet pożittivi biex tavvanza d-drittijiet tan-nisa u l-bniet b'diżabilità, tistabbilixxi mekkaniżmu biex timmonitorja l-progress, u tiffinanzja l-ġbir ta' data u riċerka dwar in-nisa u l-bniet b'diżabilità, f'konformità mal-prinċipji tas-CRPD; |
|
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2020-2030 li tintegra bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tas-CRPD fil-leġiżlazzjoni, politiki u programmi futuri tal-UE u hija konsistenti mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019, sabiex jiġi żgurat li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jkunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom bħal kwalunkwe persuna oħra; |
|
56. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinkludu l-istandards tas-CRPD fl-oqfsa legali u ta' politika tagħhom sabiex jiżguraw li l-approċċ lejn id-diżabilità bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem ikun rifless għalkollox fil-leġiżlazzjoni u fit-tfassil tal-politiki; |
|
57. |
Jissottolinja li n-nisa u l-bniet b'diżabilità, permezz tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, għandhom jiġu kkonsultati mill-qrib dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki, u jiġu involuti b'mod attiv fihom biex jiġu żgurati n-nondiskriminazzjoni u l-opportunitajiet indaqs, kif ukoll il-monitoraġġ tal-effikaċja tagħhom; jitlob li jkun hemm djalogu strutturat ġenwin bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità għat-tfassil tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2020-2030; |
|
58. |
Jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità jridu jkunu involuti fit-tħejjija, l-eżekuzzjoni u fl-evalwazzjoni ex-post tal-proġetti mwettqa fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni tal-UE; |
Il-finanzjament
|
59. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jottimizzaw il-Fondi Strutturali tal-UE, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew, sabiex jippromwovu l-aċċessibilità u n-nondiskriminazzjoni għan-nisa b'diżabilità, u jżidu l-viżibilità tal-opportunitajiet ta' finanzjament, pereżempju għal negozji ġodda u l-appoġġ tal-intraprenditorija b'mod ġenerali; |
o
o o
|
60. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill. |
(1) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(2) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
Il-Ħamis 29 ta’ Novembru 2018
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/173 |
P8_TA(2018)0483
Difiża tal-libertà akkademika fl-azzjoni esterna tal-UE
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar id-difiża tal-libertà akkademika fl-azzjoni esterna tal-UE (2018/2117(INI))
(2020/C 363/24)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (11855/2012), adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fil-25 ta' Ġunju 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE dwar il-Libertà ta' Espressjoni Online u Offline, adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fit-12 ta' Mejju 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2016, u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Rigward l-Istatus tal-Persunal tat-Tagħlim fl-Edukazzjoni Għolja, adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO), matul id-29 sessjoni tagħha mill-21 ta' Ottubru sat-12 ta' Novembru 1997, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Lima dwar il-Libertà Akkademika u l-Awtonomija tal-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja, adottata mis-Servizz Universitarji Dinji f'Settembru 1988, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 29/7 dwar id-Dritt għall-Edukazzjoni, adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU matul it-42 laqgħa tiegħu tat-2 ta' Lulju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Nru 13 tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, adottat fit-8 ta' Diċembru 1999 waqt il-wieħed u għoxrin sessjoni tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni 891/2017 tal-Kummissjoni ta' Venezja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti minn organizzazzjonijiet nongovernattivi nazzjonali, Ewropej u internazzjonali, u, b'mod partikolari, il-Prinċipji tar-Responsabbiltà tal-Istat biex Jipproteġi l-Edukazzjoni Għolja kontra Attakki, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jindirizzaw id-drittijiet fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0403/2018), |
|
A. |
billi l-UNESCO tiddefinixxi l-libertà akkademika bħala “d-dritt, mingħajr restrizzjoni mid-duttrina stipulata, għal-libertà tat-tagħlim u tad-diskussjoni, għal-libertà tat-twettiq ta' riċerka u tat-tixrid u tal-pubblikazzjoni tar-riżultati tagħha, għal-libertà li l-individwi jesprimu liberament l-opinjoni tagħhom dwar l-istituzzjoni jew is-sistema fejn jaħdmu, għal-libertà minn ċensura istituzzjonali u għal-libertà tal-parteċipazzjoni f'korpi akkademiċi professjonali jew rappreżentattivi”; |
|
B. |
billi d-dritt għall-edukazzjoni huwa ta' importanza fundamentali għat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem l-oħrajn kollha u għall-kisba ta' żvilupp sostenibbli; billi dan id-dritt jista' jitgawda biss f'atmosfera ta' libertà akkademika u bl-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja; |
|
C. |
billi d-Dikjarazzjoni ta' Lima dwar il-Libertà Akkademika u l-Awtonomija tal-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja tiddefinixxi l-libertà akkademika bħala l-libertà tal-membri tal-komunità akkademika – li tkopri l-persuni kollha li jgħallmu, jistudjaw, jirriċerkaw u jaħdmu f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja – individwalment jew kollettivament, fit-twettiq, l-iżvilupp u t-trażmissjoni tal-għarfien, permezz tar-riċerka, l-istudju, id-diskussjoni, id-dokumentazzjoni, il-produzzjoni, il-ħolqien, it-tagħlim, l-għoti ta' lekċers u l-kitba; |
|
D. |
billi din id-definizzjoni trid tkun imsejsa fuq valuri demokratiċi ċentrali, inklużi l-prinċipji tal-aċċess ekwu u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, l-obbligu ta' rendikont, il-ħsieb kritiku u indipendenti, l-awtonomija istituzzjonali u r-responsabbiltà soċjali; billi ma jistax ikun hemm demokrazija mingħajr il-libertà akkademika li tippermetti li jkun hemm dibattitu infurmat; |
|
E. |
billi l-libertà akkademika hija element ewlieni biex isir progress fl-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli stabbiliti fl-Aġenda 2030, fejn l-edukazzjoni ta' kwalità, ir-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni jokkupaw post ċentrali; |
|
F. |
billi l-awtonomija hija prekundizzjoni neċessarja sabiex l-istituzzjonijiet edukattivi jwettqu l-funzjonijiet proprji tagħhom; billi l-libertà akkademika teħtieġ protezzjoni kostanti u viġilanti minn pressjoni mhux dovuta mill-Istat jew minn interessi kummerċjali; |
|
G. |
billi l-libertà akkademika – inklużi l-libertajiet kostitwenti tagħha tal-ħsieb, tal-opinjoni, tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni, tal-ivvjaġġar u tat-tagħlim – tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-ispazju li fih kwalunkwe soċjetà pluralistika miftuħa u stabbli hija ħielsa li taħseb, tixtarr, taqsam l-ideat u tipproduċi, tikkonsma u xxerred l-għarfien; |
|
H. |
billi l-attakki fuq il-libertà akkademika jxekklu r-riċerka, l-istudju, it-tagħlim, id-diskors pubbliku u d-dritt għall-edukazzjoni, jgħarrqu l-kwalità akkademika u l-iżvilupp soċjali, politiku, ekonomiku u kulturali; billi t-tweġibiet għall-kwistjonijiet fis-soċjetà jenħtieġ li jinstabu permezz tar-raġuni, tal-evidenza u tal-persważjoni; |
|
I. |
billi d-dritt għall-edukazzjoni, it-tagħlim u r-riċerka jista' jitgawda bis-sħiħ biss f'atmosfera ta' libertà akkademika; |
|
J. |
billi hemm ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata b'mod adegwat il-libertà akkademika matul il-proċess ta' adeżjoni għall-UE sabiex tiġi evitata l-okkorrenza ta' attakki fl-Istati Membri tal-UE, bħat-tentattivi biex tingħalaq l-Università tal-Ewropa Ċentrali (CEU) f'Budapest, li se jwasslu għar-rilokazzjoni tal-ammissjonijiet tal-istudenti lejn Vjenna mill-2019, kif ukoll l-imblukkar tal-istudji dwar il-ġeneru fl-Ungerija; billi l-pajjiżi kandidati jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom favur valuri fundamentali tal-edukazzjoni għolja, inklużi l-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali; |
|
K. |
billi l-komunità akkademika u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni qed isiru dejjem aktar vulnerabbli għall-interferenza, għall-pressjoni jew għar-ripressjoni mill-istati, mis-settur tan-negozju jew minn atturi oħra mhux statali; billi kull sena, mijiet ta' attakki fuq universitajiet, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-membri tagħhom jiġu rrapportati madwar id-dinja, inklużi qtil, vjolenza u għajbien, detenzjoni inġusta, prosekuzzjoni ħażina, telf tal-pożizzjoni, tkeċċija/espulsjoni minn studji, restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jew il-moviment, u theddid estrem jew sistemiku ieħor; billi l-ksur tal-libertajiet akkademiċi qed iseħħ ukoll fi ħdan l-Istati Membri tal-UE u l-eqreb sħab tagħha; |
|
L. |
billi t-tnaqqis fil-finanzjament pubbliku għall-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni għolja, u l-ħtieġa sussegwenti għal sorsi alternattivi ta' dħul ipoġġu l-libertà akkademika f'riskju, b'mod partikolari meta tali finanzjament estern joriġina minn reġimi awtokratiċi barra mill-pajjiż jew minn korporazzjonijiet multinazzjonali; |
|
M. |
billi l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni barranin fi ħdan l-UE qed jiffaċċjaw attakki minn gvernijiet nazzjonali u qed jiffaċċjaw ksur tal-libertà akkademika tagħhom; |
|
N. |
billi t-tentattivi li jiġu kkontrollati jew imsikkta l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jew tal-akkademiċi, tal-istudenti u tal-persunal tagħhom imorru ferm lil hinn mill-individwi u mill-istituzzjonijiet li qegħdin direttament fil-mira u jaffettwaw lis-soċjetà inġenerali billi jnaqqsu l-ispazju għall-parteċipazzjoni demokratika inklużiva, il-libertà ta' espressjoni u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini kollha u billi jċaħħdu lill-ġenerazzjonijiet futuri minn akkademiċi u riċerkaturi ta' kwalità għolja; |
|
O. |
billi t-twettiq effettiv tad-dritt għall-edukazzjoni u l-garanzija tal-libertà akkademika jeħtieġ lill-istati li jiżguraw livell adegwat u affidabbli ta' finanzjament għall-edukazzjoni; billi l-politiki ta' awsterità finanzjarja u ekonomika dgħajfu serjament il-libertà akkademika u qed ikomplu jagħmlu dan madwar id-dinja, inkluż fi ħdan l-UE; |
|
P. |
billi l-ksur tal-libertà akkademika rarament jiġi indirizzat fi ħdan il-qafas tad-drittijiet tal-bniedem, li jirrifletti, minn naħa, nuqqas ta' familjarità mal-kwistjonijiet tal-libertà akkademika fost is-sostenituri tad-drittijiet tal-bniedem u, min-naħa l-oħra, il-fatt li d-dikjarazzjonijiet spiss ikunu jirreferu għall-ksur ta' drittijiet oħra, bħal-libertà ta' espressjoni jew ta' opinjoni; billi, għaldaqstant, l-istandards f'dan il-qasam mhumiex żviluppati biżżejjed u l-ksur tal-libertà akkademika ma jiġix irrapportat b'mod suffiċjenti; |
|
Q. |
billi hemm ħtieġa ġenerali kemm ta' sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-libertà akkademika bħala għodda biex jiġu promossi d-demokrazija, ir-rispett għall-istat tad-dritt u r-responsabbiltà, kif ukoll li jinħolqu opportunitajiet biex tittejjeb il-kapaċità għall-promozzjoni u għad-difiża tagħha; |
|
R. |
billi huwa importanti li jiġu identifikati l-attakki fuq il-libertà akkademika bħala parti minn fenomenu globali, u biex jitħeġġeġ ir-rikonoxximent tal-akkademiċi u tal-istudenti li jisfaw taħt il-mira mhux biss bħala individwi li jinkisrulhom drittijiethom, iżda anki bħala difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu qed jiġu attakkati; billi huwa meħtieġ rispons b'saħħtu fil-livell internazzjonali u nazzjonali, kemm minn fost l-edukazzjoni għolja nnifisha kif ukoll mis-soċjetà ċivili u l-pubbliku inġenerali; |
|
S. |
billi ħafna akkademiċi u studenti f'riskju ma jkunux jistgħu jiksbu aċċess għall-opportunitajiet ipprovduti mill-programmi tal-UE għall-mobbiltà akkademika u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bħala riżultat tal-fatt li ma ntlaħqux il-kriterji tal-applikazzjoni jew li nstabet diffikultà kbira f'li jiġu segwiti l-proċeduri, ir-rekwiżiti u l-iskedi ġenerali tal-applikazzjoni; |
|
T. |
billi l-limitazzjonijiet fil-finanzjament fil-programmi tal-UE jirrestrinġu l-azzjonijiet tal-organizzazzjonijiet u l-universitajiet fl-UE li diġà jsostnu lill-istudenti u lill-akkademiċi li huma f'riskju jew li jaħarbu minn pajjiżhom minħabba t-theddida ta' persekuzzjoni għall-involviment akkademiku tagħhom; billi dawn l-organizzazzjonijiet u l-universitajiet jeħtieġu aktar assistenza għall-azzjonijiet u l-inizjattivi tagħhom; |
|
U. |
billi l-UE hija impenjata li tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt madwar id-dinja; billi l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija jappella għal politika tal-UE aktar effettiva fl-appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokrazija, inklużi ż-żieda tal-effikaċja tad-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, it-titjib tal-viżibbiltà u tal-impatt tal-istrateġiji tal-pajjiżi dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-iffokar fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u t-titjib tad-diplomazija pubblika u tal-komunikazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
1. |
Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:
|
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. |
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
L-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2018
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/179 |
P8_TA(2018)0449
Rapport interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' ftehim (COM(2018)0322 – C8-0000/2018 – 2018/0166R(APP))
(2020/C 363/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 bit-titolu “Baġit Modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi – Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027” (COM(2018)0321), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2018)0322), u l-proposti tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 dwar is-sistema ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2018)0325, COM(2018)0326, COM(2018)0327 u COM(2018)0328), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 għal Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2018)0323), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar “il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020” u dwar “riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea” (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi min-naħa tal-Parlament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2016 (3) u tal-Kunsill fil-5 ta' Ottubru 2016 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu “Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn kollettiv tal-UE li tilħaq il-mira tal-infiq ta' 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) fuq l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) fi ħdan il-qafas ta' żmien tal-aġenda ta' wara l-2015, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Baġits, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali kif ukoll l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0358/2018), |
|
A. |
billi, skont l-Artikolu 311 tat-TFUE, l-Unjoni jeħtiġilha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi neċessarji sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha u twettaq il-politiki tagħha; |
|
B. |
billi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020 attwali ġie stabbilit, għall-ewwel darba, f'livell aktar baxx mill-predeċessur tiegħu, f'termini kemm tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll dawk ta' pagament; billi l-adozzjoni tardiva tal-QFP u tal-atti leġiżlattivi settorjali ħalliet impatt negattiv ħafna fuq l-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda; |
|
C. |
billi l-QFP malajr wera l-inadegwatezza tiegħu biex jagħti risposta għal serje ta' kriżijiet, impenji internazzjonali ġodda u sfidi politiċi ġodda li ma kinux ġew integrati u/jew antiċipati fil-mument tal-adozzjoni; billi, bl-għan li jiġi żgurat il-finanzjament meħtieġ, il-QFP iġġebbed sal-limiti tiegħu, inkluż rikors mingħajr preċedent għad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà u għall-istrumenti speċjali, wara li ntużaw bis-sħiħ il-marġni disponibbli; billi programmi ta' prijorità għolja tal-UE dwar ir-riċerka u l-infrastruttura saħansitra tneħħew sentejn biss wara l-adozzjoni tagħhom; |
|
D. |
billi ntwera li r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP li tnediet fit-tmiem tal-2016 kienet imperattiva biex jitwessa' l-potenzjal tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-flessibbiltà, filwaqt li naqset milli tirrevedi l-limiti massimi tal-QFP; billi din ir-reviżjoni ġiet ivvalutata b'mod pożittiv kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kunsill; |
|
E. |
billi l-istabbiliment tal-QFP il-ġdid se jkun mument kruċjali għall-Unjoni ta' 27 Stat Membru, għaliex se jipprovdi l-possibbiltà li tiġi approvata viżjoni komuni u fit-tul u li tittieħed deċiżjoni dwar il-prijoritajiet politiċi futuri kif ukoll dwar il-kapaċità tal-Unjoni biex twettaqhom; billi l-QFP tal-2021-2027 għandu jipprovdi lill-Unjoni r-riżorsi meħtieġa biex issaħħaħ it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, ir-riċerka u l-innovazzjoni, tirresponsabilizza liż-żgħażagħ, tindirizza b'mod effikaċi l-isfidi tal-migrazzjoni, tiġġieled kontra l-qgħad, il-faqar persistenti u l-esklużjoni soċjali, tqawwi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, tindirizza s-sostenibbiltà, it-telf ta' bijodiversità u t-tibdil fil-klima, issaħħaħ is-sigurtà u d-difiża tal-UE, tipproteġi l-fruntieri esterni tagħha u ssostni lill-pajjiżi ġirien; |
|
F. |
billi, fid-dawl tal-isfidi globali li l-Istati Membri ma jistgħux jegħlbu waħedhom, għandu jkun possibbli li jiġu rikonoxxuti l-beni komuni Ewropej u determinati s-setturi li fihom l-infiq ikun aktar effikaċi fil-livell Ewropew milli fil-livell nazzjonali, bil-għan li jiġu trasferiti r-riżorsi finanzjarji korrispondenti għal-livell tal-Unjoni u, għaldaqstant, li tissaħħaħ l-importanza strateġika tal-Unjoni mingħajr ma tiżdied neċessarjament in-nefqa pubblika kumplessiva; |
|
G. |
billi fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat sensiela ta' proposti leġiżlattivi dwar il-QFP tal-2021-2027 u dwar ir-riżorsi proprji tal-UE, segwiti minn proposti leġiżlattivi għall-istabbiliment ta' programmi u strumenti ġodda tal-UE; |
|
1. |
Jenfasizza li l-QFP tal-2021-2027 irid jiggarantixxi r-responsabbiltà u l-kapaċità tal-Unjoni li taqdi l-bżonnijiet emerġenti, l-impenji internazzjonali l-ġodda u tilqa' għall-isfidi addizzjonali, u tilħaq il-prijoritajiet u l-objettivi politiċi tagħha; jindika l-problemi serji marbuta mal-finanzjament baxx tal-QFP tal-2014-2020 u jtenni l-ħtieġa li tiġi evitata ripetizzjoni tal-iżbalji preċedenti billi mill-bidu nett jiġi żgurat baġit qawwi u kredibbli tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini matul il-perjodu tas-seba' snin li jmiss; |
|
2. |
Jikkunsidra li l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-QFP tal-2021-2027 u s-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni jirrappreżentaw il-punt tat-tluq għan-negozjati li jmiss; jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar dawn il-proposti, b'antiċipazzjoni tal-mandat ta' negozjar tal-Kunsill li għadu mhuwiex disponibbli; |
|
3. |
Jissottolinja li l-proposta tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-livell globali tal-QFP li jmiss, stabbilit f'1,08 % tal-ING tal-UE-27 (1,11 % wara l-integrazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp), tirrappreżenta, f'termini ta' perċentwal tal-ING, tnaqqis f'termini reali meta mqabbel mal-QFP attwali; jikkunsidra li l-livell tal-QFP propost mhux se jippermetti lill-Unjoni tonora l-impenji politiċi tagħha u tagħti risposta għall-isfidi importanti li għandha quddiemha; għandu, għalhekk, il-ħsieb li jinnegozja ż-żieda meħtieġa; |
|
4. |
Jistqarr, barra minn hekk, l-oppożizzjoni tiegħu għal kwalunkwe tnaqqis fil-livell tal-politiki konsolidati tal-UE, bħall-politika ta' koeżjoni tal-UE u l-politika agrikola komuni (PAK); jopponi b'mod partikolari kwalunkwe tnaqqis radikali li se jħalli impatt negattiv fuq in-natura u l-objettivi stess ta' dawn il-politiki, bħat-tnaqqis propost għall-Fond ta' Koeżjoni jew għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali; jopponi, f'dan il-kuntest, il-proposta li jitnaqqas il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) minkejja l-kamp ta' applikazzjoni mwessa' tiegħu, u l-integrazzjoni tal-erba' programmi soċjali fis-seħħ, partikolarment l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; |
|
5. |
Jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza tal-prinċipji orizzontali li għandhom jirfdu l-QFP u l-politiki relatati kollha tal-UE; jafferma mill-ġdid, f'dan il-kuntest, il-pożizzjoni tiegħu li l-UE jeħtiġilha tonora l-impenn tagħha biex tkun minn ta' quddiem nett fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u jiddeplora n-nuqqas ta' impenn ċar u viżibbli għal dak il-għan fil-proposti tal-QFP; jitlob, għalhekk, l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-politiki u fl-inizjattivi kollha tal-UE tal-QFP li jmiss; jenfasizza barra minn hekk li l-programmi kollha fl-ambitu tal-QFP li jmiss għandhom ikunu konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jisħaq fuq l-importanza li jintlaħqu l-objettivi rigward il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni, anki fil-konfront tal-persuni LGBTI, u l-ħolqien ta' portafoll għall-minoranzi, fosthom ir-Rom, li dawn l-aspetti kollha huma indispensabbli biex jiġu rispettati l-impenji li daħlet għalihom l-UE biex toħloq Ewropa inklużiva; jissottolinja li, biex tirrispetta l-obbligi tagħha fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi, il-kontribut tal-UE biex tilħaq l-objettivi tal-klima għandu jilħaq tal-anqas il-25 % tan-nefqa fil-perjodu tal-QFP 2021-2027, u jiżdied mill-aktar fis possibbli, u sa mhux aktar tard mill-2027, għal 30 %; |
|
6. |
Jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li, minkejja d-dikjarazzjoni konġunta dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mehmuża mar-Regolament dwar il-QFP 2014-2020, ma sarx progress sinifikanti f'dan l-ambitu u li l-Kummissjoni ma qisitx l-implimentazzjoni tagħha waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP; jiddispjaċih ħafna li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ngħatat għalkollox il-ġenb fil-proposta marbuta mal-QFP u jiddeplora n-nuqqas ta' għanijiet, rekwiżiti u indikaturi ċari fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-proposti dwar il-politiki rilevanti tal-UE; jitlob li l-proċeduri baġitarji annwali jevalwaw u jintegraw l-impatt globali tal-politiki tal-UE fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru); jistenna li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni juru impenn imġedded favur l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-QFP li jmiss, b'monitoraġġ effikaċi tal-implimentazzjoni tagħha anki waqt ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP; |
|
7. |
Jissottolinja li l-QFP li jmiss għandu jissejjes fuq aktar obbligu ta' rendikont, semplifikazzjoni, viżibbiltà, trasparenza u fuq il-baġitjar abbażi tal-prestazzjoni; ifakkar, f'dan il-kuntest, fil-bżonn li l-infiq futur ikun aktar iċċentrat fuq il-prestazzjoni u r-riżultati, fuq il-bażi ta' objettivi ta' prestazzjoni rilevanti u ta' definizzjoni komprensiva u kondiviża tal-valur miżjud Ewropew; jitlob lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-prinċipji orizzontali hawn fuq imsemmija, tissemplifika l-obbligu ta' rapportar tal-prestazzjoni, testendih għal approċċ kwalitattiv li jinkludi indikaturi ambjentali u u soċjali u tippreżenta b'mod ċar l-informazzjoni dwar l-isfidi ewlenin li l-UE għad trid tegħleb; |
|
8. |
Huwa konxju tal-isfidi serji li magħhom l-Unjoni qiegħda tħabbat wiċċha u jassumi bis-sħiħ ir-responsabbiltà tiegħu biex jiżgura, fi żmien xieraq, baġit li jkun proporzjonat għall-ħtiġijiet, l-aspettattivi u t-tħassib taċ-ċittadini tal-UE; huwa lest li jidħol minnufih f'negozjati mal-Kunsill, sabiex itejjeb il-proposti tal-Kummissjoni u jfassal QFP realistiku; |
|
9. |
Ifakkar li l-pożizzjoni tal-Parlament diġà hija stabbilita b'mod ċar fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu u tat-30 ta' Mejju 2018, li jikkostitwixxu l-pożizzjoni politika tiegħu għall-QFP tal-2021-2027 u għar-riżorsi proprji; ifakkar li dawn ir-riżoluzzjonijiet ġew adottati b'maġġoranzi kbar ħafna, li juru l-unità u t-tħejjija tal-Parlament għan-negozjati li ġejjin; |
|
10. |
Jistenna, għalhekk, li l-QFP jingħata prijorità assoluta fl-aġenda politika tal-Kunsill u jiddispjaċih li sa issa ma ġie osservat l-ebda progress sinifikanti; jemmen li l-laqgħat regolari bejn il-presidenzi suċċessivi tal-Kunsill u t-tim tan-negozjati tal-Parlament għandhom ikunu intensifikati u jwittu t-triq għal negozjati uffiċjali; jistenna li jintlaħaq ftehim pożittiv qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019, sabiex jiġi evitat li t-tnedija tal-programmi l-ġodda tiġi ostakolata minħabba l-adozzjoni tardiva tal-qafas finanzjarju, kif ġara fil-passat; jissottolinja li dan il-kalendarju se jippermetti lill-Parlament Ewropew, li jkun għadu kif ġie elett, jaġġusta l-QFP tal-2021-2027 matul ir-reviżjoni obbligatorja ta' nofs it-terminu; |
|
11. |
Ifakkar li d-dħul u n-nefqa għandhom jiġu ttrattati bħala pakkett wieħed fin-negozjati li jmiss; jenfasizza, għalhekk, li ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim dwar il-QFP tal-futur mingħajr ma jsir progress korrispondenti fuq ir-riżorsi proprji l-ġodda tal-Unjoni; |
|
12. |
Jenfasizza li l-elementi kollha tal-pakkett tal-QFP/riżorsi proprji, u b'mod partikolari ċ-ċifri tal-QFP, għandhom jibqgħu fuq il-mejda tan-negozjati sakemm jintlaħaq ftehim definittiv; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-pożizzjoni kruċjali tal-Parlament dwar il-proċedura li twassal għall-adozzjoni tar-Regolament attwali tal-QFP u r-rwol dominanti li l-Kunsill Ewropew assuma f'dan il-proċess billi jieħu deċiżjoni b'mod irrevokabbli dwar għadd ta' elementi, inklużi l-limiti massimi tal-QFP u diversi dispożizzjonijiet settorjali relatati mal-politika li jiksru kemm l-ispirtu kif ukoll l-ittra tat-trattati; huwa partikolarment imħasseb dwar il-fatt li l-ewwel elementi tal-hekk imsejħa “kaxex ta' negozjar” tal-QFP imħejjija mill-Presidenza tal-Kunsill isegwu l-istess loġika u fihom kwistjonijiet li għandhom ikunu suġġetti għal proċedura ta' kodeċiżjoni bejn il-Kunsill u l-Parlament fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni relatat mal-ħolqien ta' programmi ġodda tal-UE; biħsiebu, għaldaqstant, jadatta l-istrateġija tiegħu f'dan is-sens; |
|
13. |
Iqis li r-rekwiżit ta' unanimità għall-adozzjoni u għar-reviżjoni tar-Regolament dwar il-QFP jirrappreżenta impediment reali għall-proċess; jitlob li l-Kunsill Ewropew jattiva l-klawsola passerelle prevista fl-Artikolu 312(2) tat-TFUE ħalli l-Kunsill jitħalla jadotta r-Regolament dwar il-QFP b'maġġoranza kwalifikata; |
|
14. |
Jadotta din ir-riżoluzzjoni bil-għan li jiddeskrivi l-mandat ta' negozjar tiegħu dwar kull aspett tal-proposti tal-Kummissjoni, inklużi emendi konkreti kemm għar-Regolament propost dwar il-QFP kif ukoll għall-Ftehim Interistituzzjonali (FII); jippreżenta, barra minn hekk, tabella biċ-ċifri għal kull politika u programm tal-UE, fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet tal-Parlament li diġà ġew adottati f'riżoluzzjonijiet preċedenti relatati mal-QFP; jenfasizza li dawn iċ-ċifri se jagħmlu parti wkoll mill-mandat tal-Parlament għan-negozjati leġiżlattivi li jmiss li jwasslu għall-adozzjoni tal-programmi tal-UE għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2027; |
A. TALBIET RELATATI MAL-QFP
|
15. |
Jitlob, għalhekk, li l-Kunsill iqis b'mod xieraq il-pożizzjonijiet li ġejjin tal-Parlament, bil-għan li jinkiseb riżultat pożittiv fin-negozjati tal-QFP tal-2021-2027 u li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Parlament f'konformità mal-Artikolu 312 tat-TFUE; |
Ċifri
|
16. |
Jikkonferma mill-ġdid il-pożizzjoni formali tiegħu li l-livell tal-QFP tal-2021-2027 għandu jiġi ffissat għal EUR 1 324,1 biljun fi prezzijiet tal-2018, li jirrappreżenta 1,3 % tal-ING tal-UE-27, sabiex jiġi żgurat il-livell ta' finanzjament meħtieġ għal politiki ewlenin tal-UE li se jippermettulhom iwettqu l-missjoni u l-objettivi tagħhom; |
|
17. |
Jitlob, f'dan il-kuntest, li dan il-livell ta' finanzjament li ġej ikun garantit għall-programmi u għall-politiki tal-UE, ippreżentat f'ordni li jirrifletti l-istruttura tal-QFP, kif ipproponiet il-Kummissjoni, u riprodott fit-tabella dettaljata (Annessi III u IV ta' din ir-riżoluzzjoni); jitlob li l-limiti massimi tal-impenji u tal-pagamenti rilevanti jiġu aġġustati f'dan is-sens, kif stabbilit fl-Anness 1 ta' din ir-riżoluzzjoni:
|
|
18. |
Għandu l-ħsieb li jiżgura livell ta' finanzjament suffiċjenti abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni għall-“Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri” (intestatura 4) u s-“Sigurtà u Difiża” li tinkludi r-Rispons għall-Kriżijiet (intestatura 5); jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan skont liema l-prijoritajiet politiċi addizzjonali għandhom jingħaqdu flimkien ma' mezzi finanzjarji addizzjonali, sabiex ma ssirx ħsara għall-politiki u għall-programmi eżistenti u għall-finanzjament tagħhom skont il-QFP il-ġdid; |
|
19. |
Għandu l-ħsieb li jiddefendi l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-iżgurar ta' livell suffiċjenti ta' finanzjament għal amministrazzjoni pubblika Ewropea b'saħħitha, effiċjenti u ta' kwalità għolja għas-servizz taċ-ċittadini Ewropej kollha; ifakkar li, matul il-QFP attwali, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji deċentralizzati tal-UE implimentaw tnaqqis ta' 5 % fil-persunal u jemmen li dawn ma għandhom ikunu suġġetti għall-ebda tnaqqis ieħor li jostakola b'mod dirett ir-realizzazzjoni tal-politiki tal-Unjoni; itenni, għal darb'oħra, l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għar-ripetizzjoni tal-hekk imsejħa riżerva ta' riallokazzjoni għall-aġenziji; |
|
20. |
Huwa determinat li jevita kriżi oħra tal-pagamenti fl-ewwel snin tal-QFP tal-2021-2027, kif kien il-każ matul il-perjodu attwali; iqis li l-limitu massimu kumplessiv tal-pagamenti jrid jieħu kont tal-volum bla preċedenti ta' impenji pendenti fi tmiem l-2020 – li d-daqs stmat tagħhom għadu qiegħed jikber b'mod kostanti minħabba dewmien konsiderevoli fl-implimentazzjoni – li għandhom ikunu saldati fl-ambitu tal-QFP li jmiss; jitlob, għaldaqstant, li l-livell globali tal-pagamenti kif ukoll il-limiti massimi annwali tal-pagamenti, b'mod partikolari fil-bidu tal-perjodu, ikunu ffissati f'livell xieraq li jqis din is-sitwazzjoni wkoll; għandu l-ħsieb li jaċċetta biss diskrepanza limitata u ġustifikata tajjeb bejn l-impenji u l-pagamenti għall-QFP li jmiss; |
|
21. |
Jippreżenta, fuq din il-bażi, tabella fl-Anness III u IV ta' din ir-riżoluzzjoni li tistabbilixxi ċ-ċifri eżatti proposti għal kull politika u programm tal-UE; jiddikjara li, għal finijiet ta' tqabbil, għandu l-ħsieb li jżomm l-istruttura tal-programmi individwali tal-UE kif ġie propost mill-Kummissjoni, mingħajr l-ebda preġudizzju għal bidliet possibbli li jistgħu jintalbu matul il-proċedura leġiżlattiva li twassal għall-adozzjoni ta' dawn il-programmi; |
Reviżjoni ta' nofs it-terminu
|
22. |
Jissottolinja l-ħtieġa li tinżamm reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, li tibni fuq il-preċedent pożittiv stabbilit fil-qafas attwali, u jitlob li jkun hemm:
|
Flessibbiltà
|
23. |
Jilqa' pożittivament il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-flessibbiltà, li jirrappreżentaw bażi tajba għan-negozjati; jaqbel mal-arkitettura ġenerali tal-mekkaniżmi tal-flessibbiltà fil-QFP tal-2021-2027; jenfasizza li l-istrumenti speċjali għandhom missjonijiet differenti u jirrispondu għal bżonnijiet differenti, u jopponi kull tentattiv ta' fużjoni tagħhom; jappoġġja bil-qawwa d-dispożizzjoni ċara skont liema kemm l-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll dawk ta' pagament li jirriżultaw mill-użu ta' strumenti speċjali għandhom jiddaħħlu fil-baġit oltre l-limiti massimi rilevanti tal-QFP, kif ukoll it-tneħħija ta' kwalunkwe ffissar ta' limitu massimu għall-aġġustamenti li jirriżultaw mill-marġni globali għall-pagamenti; jitlob li jiġi introdott titjib addizzjonali, fost oħrajn, dawn li ġejjin:
|
Tul ta' żmien
|
24. |
Jissottolinja l-ħtieġa li t-tul ta' żmien tal-QFP jgħaddi progressivament għal perjodu ta' 5+5, b'reviżjoni ta' nofs it-terminu obbligatorja; jaċċetta li l-QFP li jmiss għandu jkun stabbilit għal perjodu ta' seba' snin bħala soluzzjoni ta' tranżizzjoni li għandha tiġi applikata għall-aħħar darba; jistenna li l-arranġamenti dettaljati marbuta mal-implimentazzjoni ta' qafas 5+5 jiġu approvati f'ħin utli għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP tal-2021-2027; |
Struttura
|
25. |
Jaċċetta l-istruttura ġenerali ta' seba' intestaturi tal-QFP, kif ġie propost mill-Kummissjoni, li fil-biċċa l-kbira tikkorrispondi għall-proposta tal-Parlament stess; jikkunsidra li din l-istruttura tippermetti aktar trasparenza, ittejjeb il-viżibbiltà tan-nefqa tal-UE, filwaqt li żżomm il-grad meħtieġ ta' flessibbiltà; jaqbel, barra minn hekk, mal-ħolqien ta' “raggruppamenti ta' programmi” li huma mistennija li jwasslu għal semplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni sinifikanti tal-istruttura tal-baġit tal-UE u l-allinjament ċar tagħha mal-intestaturi tal-QFP; |
|
26. |
Jinnota li l-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas l-għadd ta' programmi tal-UE b'aktar minn terz; jenfasizza li l-pożizzjoni tal-Parlament fir-rigward tal-istruttura u l-kompożizzjoni tas-37 programm il-ġdid se jkunu ddeterminati matul l-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi settorjali rilevanti; jistenna, f'kull każ, li n-nomenklatura proposta tal-baġit tirrifletti l-komponenti differenti kollha ta' kull programm, b'tali mod li jiżgura t-trasparenza u jipprovdi l-livell ta' informazzjoni meħtieġ biex l-awtorità baġitarja tistabbilixxi l-baġit annwali u tissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu; |
Unità tal-baġit
|
27. |
Jilqa' pożittivament l-integrazzjoni proposta tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-Unjoni, li tagħti tweġiba għal talba li kienet ilha ssir mill-Parlament għall-istrumenti kollha li ma jiġux inklużi fil-baġit; ifakkar li l-prinċipju tal-unità, skont liema l-partiti kollha tad-dħul u tan-nefqa tal-Unjoni jintwerew fil-baġit, huwa kemm rekwiżit tat-Trattat kif ukoll prekundizzjoni bażika tad-demokrazija; |
|
28. |
Jikkontesta, għalhekk, il-loġika u l-ġustifikazzjoni tal-istabbiliment ta' strumenti barra l-baġit, fatt li jipprevjeni s-sorveljanza parlamentari tal-finanzi pubbliċi u jimmina t-trasparenza tat-teħid ta' deċiżjonijiet; jikkunsidra li d-deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti dawn l-istrumenti jeskludu l-Parlament fir-responsabbiltà tripliċi tiegħu bħala awtorità leġiżlattiva, baġitarja u ta' kontroll; jikkunsidra li, jekk jitqiesu neċessarji eċċezzjonijiet biex jintlaħqu objettivi speċifiċi, pereżempju permezz ta' strumenti finanzjarji jew fondi fiduċjarji, dawn għandhom ikunu totalment trasparenti, debitament ġustifikati minn addizzjonalità u valur miżjud murija bil-provi, u sostnuti minn proċeduri deċiżjonali sodi u minn dispożizzjonijiet fil-qasam tal-obbligu ta' rendikont; |
|
29. |
Jenfasizza, madankollu, li l-integrazzjoni ta' dawn l-istrumenti fil-baġit tal-UE ma għandhiex tirriżulta fi tnaqqis tal-finanzjament tal-politiki u tal-programmi l-oħra tal-UE; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li jiġi deċiż il-livell globali tal-QFP li jmiss mingħajr ma tiġi kkalkolata l-allokazzjoni ta' 0,03 % tal-ING tal-UE li tikkorrispondi għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, li għandu jiżdied flimkien mal-limiti massimi miftiehma; |
|
30. |
Jenfasizza li l-limiti massimi tal-QFP ma għandhomx jostakolaw il-finanzjament tal-objettivi politiċi tal-Unjoni permezz tal-baġit tal-Unjoni; jistenna, għalhekk, li tiġi żgurata reviżjoni 'l fuq tal-limiti massimi tal-QFP kull meta tkun meħtieġa għall-finanzjament ta' objettivi politiċi ġodda, mingħajr ma jsir rikors għal metodi ta' finanzjament intergovernattiv; |
B. KWISTJONIJIET LEĠIŻLATTIVI
Stat tad-Dritt
|
31. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-mekkaniżmu l-ġdid li jiżgura r-rispett għall-valuri stipulati fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), fejn l-Istati Membri li ma jirrispettawhomx għandhom ikunu soġġetti għal konsegwenzi finanzjarji; iwissi, madankollu, li l-benefiċjarji finali tal-baġit tal-Unjoni bl-ebda mod ma għandhom jiġu affettwati mill-fatt li l-gvern tagħhom jinjora d-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt; jissottolinja, għalhekk, li dawn il-miżuri ma għandhomx jaffettwaw l-obbligu tal-entitajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri li jagħmlu pagamenti lill-benefiċjarji finali jew lir-riċevituri; |
Proċedura leġiżlattiva ordinarja u atti delegati
|
32. |
Jisħaq li l-objettivi tal-programm u l-prijoritajiet ta' nfiq, l-allokazzjonijiet finanzjarji, l-eliġibbiltà, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti, il-kundizzjonijiet, id-definizzjonijiet, u l-metodi ta' kalkolu għandhom jiġu determinati fil-leġiżlazzjoni rilevanti, b'osservanza sħiħa tal-prerogattivi tal-Parlament bħala koleġiżlatur; jissottolinja li, meta tali miżuri, li jistgħu jinvolvu għażliet importanti ta' politika, ma jiġux inklużi fl-att bażiku, huma għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati; huwa tal-fehma, f'dan il-kuntest, li l-programmi ta' ħidma pluriennali u/jew annwali b'mod ġenerali għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati; |
|
33. |
Jiddikjara l-intenzjoni tal-Parlament, kull meta jkun meħtieġ, li jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar il-governanza, l-obbligu ta' rendikont, it-trasparenza u s-sorveljanza parlamentari, dwar l-għoti ta' setgħa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lis-sħab tagħhom, kif ukoll dwar l-involviment tal-NGOs u tas-soċjetà ċivili fil-ġenerazzjoni li jmiss ta' programmi; beħsiebu wkoll itejjeb u jiċċara, fejn meħtieġ, il-koerenza u s-sinerġiji bejn u fi ħdan id-diversi fondi u politiki; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar flessibbiltà fl-allokazzjoni tar-riżorsi fi ħdan ċerti programmi, iżda jisħaq li dan ma għandux isir għad-detriment tal-objettivi ta' politika oriġinali u fit-tul tagħhom, tal-prevedibbiltà u tad-drittijiet tal-Parlament; |
Klawżoli ta' rieżami
|
34. |
Jindika li fil-programmi u fl-istrumenti individwali tal-QFP għandhom jiġu inklużi klawżoli ta' rieżami dettaljati u effettivi, sabiex jiġi żgurat li jsiru valutazzjonijiet sinifikanti tagħhom u li sussegwentement il-Parlament ikun involut bis-sħiħ f'kull deċiżjoni li tittieħed dwar l-adattamenti meħtieġa; |
Proposti leġiżlattivi
|
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposti leġiżlattivi rilevanti oltre dawk li diġà ressqet, u b'mod partikolari proposta għal regolament li jistabbilixxi Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta tal-Enerġija kif ukoll programm speċifiku dwar it-turiżmu sostenibbli; jappoġġja, barra minn hekk, l-introduzzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal fl-FSE+, l-integrazzjoni ta' linja ta' valuri speċifika tal-Unjoni fil-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri, kif ukoll reviżjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea; jiddispjaċih li l-proposti rilevanti tal-Kummissjoni ma jinkludux miżuri li jirrispondu għar-rekwiżiti tal-Artikolu 174 tat-TFUE fir-rigward tar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, transkonfinali u muntanjużi; jikkunsidra li reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju għandha tiġi proposta wkoll kull meta jkun hemm il-ħtieġa bħala riżultat tan-negozjati tal-QFP; |
|
C. |
RIŻORSI PROPRJI |
|
36. |
Jisħaq li s-sistema attwali tar-Riżorsi Proprji hija kumplessa ħafna, mhijiex ġusta u lanqas trasparenti, u hija totalment inkomprensibbli għaċ-ċittadini tal-UE; jitlob għal darb'oħra biex ikun hemm sistema simplifikata li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jifhmu aħjar; |
|
37. |
Jilqa', f'dan il-kuntest, is-sett ta' proposti tal-Kummissjoni adottati fit-2 ta' Mejju 2018 dwar sistema ġdida ta' Riżorsi Proprji bħala pass importanti lejn riforma aktar ambizzjuża; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-Opinjoni Nru 5/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar is-sistema l-ġdida ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea, li tissottolinja li hemm bżonn ta' kalkolu aħjar u simplifikazzjoni ulterjuri tas-sistema; |
|
38. |
Ifakkar fil-fatt li l-introduzzjoni ta' Riżorsi Proprji ġodda għandu jkollha għan doppju: l-ewwel nett, biex ikun hemm tnaqqis sostanzjali fil-proporzjon tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING, u t-tieni nett, biex jiġi garantit il-finanzjament adegwat tal-infiq tal-UE taħt il-QFP ta' wara l-2020; |
|
39. |
Jappoġġja l-modernizzazzjoni ssuġġerita tar-Riżorsi Proprji eżistenti, li timplika li:
|
|
40. |
Jitlob, skont il-proposta tal-Kummissjoni, l-introduzzjoni programmata ta' grupp ta' Riżorsi Proprji ġodda li, mingħajr ma jżid il-piż fiskali għaċ-ċittadini, jikkorrispondi għal għanijiet strateġiċi essenzjali tal-UE, li l-valur miżjud Ewropew ta' dawn huwa evidenti u insostitwibbli:
|
|
41. |
Jesiġi l-estensjoni tal-lista ta' Riżorsi Proprji ġodda potenzjali, li għandha tinkludi:
|
|
42. |
Jesprimi approvazzjoni qawwija tal-abolizzjoni tar-ribassi kollha u mekkaniżmi oħra ta' korrezzjoni, akkumpanjata, f'każ li jkun hemm il-ħtieġa, minn perjodu limitat ta' eliminazzjoni gradwali; |
|
43. |
Jinsisti fuq l-introduzzjoni ta' dħul ieħor li għandu jikkostitwixxi aktar dħul għall-baġit tal-UE mingħajr ma jinvolvi tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet tal-ING:
|
|
44. |
Jissottolinja, barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' forom oħra ta' dħul, f'konformità mal-proposti tal-Kummissjoni, fil-każ ta':
|
|
45. |
Jindika l-ħtieġa li tinżamm il-kredibbiltà tal-baġit tal-UE fil-konfront tas-swieq finanzjarji, li timplika żieda fil-limiti massimi tar-Riżorsi Proprji; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ bi proposta biex tindirizza s-sitwazzjoni paradossali li permezz tagħha l-kontribuzzjonijiet mir-Renju Unit għal reste à liquider (RAL) qabel l-2021 jidħlu fil-baġit bħala dħul ġenerali, u b'hekk jingħaddu mal-limitu tar-Riżorsi Proprji, filwaqt li dak il-limitu massimu se jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-ING tal-UE-27, fi kliem ieħor mingħajr ir-Renju Unit, ladarba l-pajjiż ikun ħalla l-UE; iqis li l-kontribuzzjonijiet tar-Renju Unit għandhom, għall-kuntrarju, jiġu kkalkulati b'żieda fuq il-limitu tar-Riżorsi Proprji; |
|
47. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-unjoni doganali hija sors importanti tal-kapaċità finanzjarja tal-Unjoni; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-ħtieġa li jiġu armonizzati l-kontroll u l-ġestjoni doganali fl-Unjoni kollha sabiex jiġu evitati u miġġielda l-frodi u l-irregolaritajiet li jagħmlu ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
|
48. |
Iħeġġeġ ġlieda ġenwina kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, bl-introduzzjoni ta' sanzjonijiet dissważivi, għat-territorji offshore u għall-faċilitaturi jew il-promoturi ta' tali attivitajiet, b'mod partikolari u bħala l-ewwel pass dawk li joperaw fl-Ewropa kontinentali; jemmen li l-Istati Membri għandhom jikkooperaw billi jistabbilixxu sistema kkoordinata għall-monitoraġġ tal-movimenti ta' kapital sabiex jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus; |
|
49. |
Huwa tal-fehma li l-ġlieda effettiva kontra l-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxa pprattikati mill-kumpaniji multinazzjonali u dawk l-aktar sinjuri, għandha tpoġġi lura fil-baġits nazzjonali tal-Istati Membri somma ta' madwar elf biljun Euro fis-sena, skont il-Kummissjoni Ewropea, u li f'dan il-każ kien hemm nuqqas reali ta' azzjoni mill-Unjoni Ewropea; |
|
50. |
Jappoġġja bil-qawwa l-preżentazzjoni ta' proposta mill-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2018)0327); ifakkar li l-Parlament irid jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal dan ir-regolament; ifakkar li dan ir-regolament huwa parti integrali mill-pakkett tar-Riżorsi Proprji ppreżentat mill-Kummissjoni, u jistenna li l-Kunsill jindirizza l-erba' testi relatati dwar ir-Riżorsi Proprji bħala pakkett wieħed flimkien mal-QFP; |
D. MODIFIKI GĦALL-PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT LI JISTABBILIXXI L-QFP 2021-2027
|
51. |
Huwa tal-fehma li l-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 għandha tiġi modifikata kif ġej: |
Modifika 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 3
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||
|
|
|
Modifika 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 8
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||
|
|
|
Modifika 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 11
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||
|
|
|
Modifika 12
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||
|
|
|
Modifika 13
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 14
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 15
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 16
Proposta għal regolament
Kapitolu 1 – Artikolu 3 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
Ir-Rispett tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji |
Relazzjoni mar-riżorsi proprji |
Modifika 17
Proposta għal regolament
Kapitolu 1 – Artikolu 3 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
4. Għal kull waħda mis-snin koperti mill-QFP, l-approprjazzjonijiet totali għall-ħlasijiet meħtieġa, wara li jsir l-aġġustament annwali u wara li jitqiesu kwalunkwe aġġustamenti jew reviżjonijiet oħra, kif ukoll l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 2, ma jistgħux ikunu tali li jipproduċu rata ta' ġbir tar-riżorsi proprji li taqbeż il-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea adottata skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 TFUE (“id-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji”) fis-seħħ . |
4. Għal kull waħda mis-snin koperti mill-QFP, l-approprjazzjonijiet totali għall-ħlasijiet meħtieġa, wara li jsir l-aġġustament annwali u wara li jitqiesu kwalunkwe aġġustamenti jew reviżjonijiet oħra, kif ukoll l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 2, ma jistgħux ikunu tali li jipproduċu rata ta' ġbir tar-riżorsi proprji li taqbeż il-limiti tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Unjoni li tipprovdi lilha nfisha l-mezzi neċessarji biex tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq il-politiki tagħha f'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 311 tat-TFUE, u l-obbligu tal-istituzzjonijiet li jiżguraw li jagħmlu l-mezzi finanzjarji disponibbli sabiex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward tal-partijiet terzi f'konformità mal-Artikolu 323 tat-TFUE . |
Modifika 18
Proposta għal regolament
Kapitolu 1 – Artikolu 3 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
5. Fejn ikun meħtieġ, il-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għandhom jitbaxxew sabiex tiġi żgurata konformità mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit skont id-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji fis-seħħ. |
imħassar |
Modifika 19
Proposta għal regolament
Kapitolu 2 – Artikolu 5 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6, 7 u 8 l-ebda aġġustament tekniku ieħor ma għandu jsir fir-rigward tas-sena inkwistjoni, la matul is-sena u lanqas bħala korezzjonijiet ex post fis-snin sussegwenti. |
imħassar |
Modifika 20
Proposta għal regolament
Kapitolu 2 – Artikolu 7 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
Aġġustamenti relatati ma' miżuri marbuta mal-governanza ekonomika tajba jew mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri |
Aġġustamenti relatati mas-sospensjoni tal-impenji baġitarji |
Modifika 21
Proposta għal regolament
Kapitolu 2 – Artikolu 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
Fil-każ tat-tneħħija, skont l-atti bażiċi rilevanti, ta' sospensjoni ta' impenji baġitarji dwar fondi tal-Unjoni fil-kuntest ta' miżuri marbuta mal-governanza ekonomika tajba jew mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri , l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiġu trasferiti għas-snin ta' wara u l-limiti massimi li jikkorrispondu magħhom tal-QFP għandhom jiġu aġġustati skont dan. L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jerġgħu jidħlu fil-baġit ta' wara s-sena n+2. |
Fil-każ tat-tneħħija, skont l-atti bażiċi rilevanti, ta' sospensjoni ta' impenji baġitarji, l-ammonti li jikkorrispondu għandhom jiġu trasferiti għas-snin ta' wara u l-limiti massimi li jikkorrispondu magħhom tal-QFP għandhom jiġu aġġustati skont dan. L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jerġgħu jidħlu fil-baġit ta' wara s-sena n+2. Mis-sena n+3, ammont ekwivalenti għall-impenji li skadew għandu jiddaħħal fir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji prevista fl-Artikolu 12. |
Modifika 22
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 10 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
1. Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, li l-objettivi u l-ambitu tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 , ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 600 miljun (prezzijiet tal-2018). Fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-inqas kwart minn dak l-ammont annwali għandu jibqa' disponibbli biex ikopri ħtiġijiet li jinqalgħu sa tmiem dik is-sena. Il-porzjon tal-ammont annwali mhux użat fis-sena n jista' jintuża sas-sena n+1. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi. |
1. Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huwa intiż li jippermetti għajnuna finanzjarja fil-każ li jseħħu diżastri kbar fit-territorju ta' Stat Membru jew pajjiż kandidat , kif iddefinit fl-att bażiku rilevanti, u ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 1 000 miljun (prezzijiet tal-2018). Fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-inqas kwart minn dak l-ammont annwali għandu jibqa' disponibbli biex ikopri ħtiġijiet li jinqalgħu sa tmiem dik is-sena. Il-porzjon tal-ammont annwali mhux użat fis-sena n jista' jintuża sas-sena n+1. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi. |
Modifika 23
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
|
1a. L-approprjazzjonijiet għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni. |
Modifika 24
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 11 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
2. L-ammont annwali tar-Riżerva huwa stabbilit għal EUR 600 miljun (prezzijiet tal-2018) u jista' jintuża sas-sena n+1 f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Ir-Riżerva għandha tiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi. Sal-1 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-inqas kwart mill-ammont annwali għas-sena n għandu jibqa' disponibbli biex ikopri ħtiġijiet li jinqalgħu sa tmiem dik is-sena. Mhux aktar minn nofs l-ammont disponibbli sat-30 ta' Settembru ta' kull sena jista' jiġi mobbilizzat, rispettivament, għall-operazzjonijiet interni jew esterni. Sa mill-1 ta' Ottubru, il-parti li jibqa' tal-ammont disponibbli tista' tiġi mobbilizzata għal operazzjonijiet interni jew esterni sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet li jitfaċċaw sa tmiem dik is-sena. |
2. L-ammont annwali tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza huwa stabbilit għal EUR 1 000 miljun (prezzijiet tal-2018) u jista' jintuża sas-sena n+1 f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Ir-Riżerva għandha tiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi. Sal-1 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-inqas EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2018) mill-ammont annwali għas-sena n għandu jibqa' disponibbli biex ikopri ħtiġijiet li jinqalgħu sa tmiem dik is-sena. Mhux aktar minn nofs l-ammont disponibbli sat-30 ta' Settembru ta' kull sena jista' jiġi mobbilizzat, rispettivament, għall-operazzjonijiet interni jew esterni. Sa mill-1 ta' Ottubru, il-parti li jibqa' tal-ammont disponibbli tista' tiġi mobbilizzata għal operazzjonijiet interni jew esterni sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet li jitfaċċaw sa tmiem dik is-sena. |
Modifika 25
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 12 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni) |
Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji ) |
Modifika 26
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 12 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||||||||||||
|
1. Il-Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni), li trid tkun disponibbli lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2022 sal-2027, għandha tikkonsisti f'dawn li ġejjin:
|
1. Il-Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji ), li trid tkun disponibbli lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2021 sal-2027, għandha tikkonsisti f'dawn li ġejjin:
|
Modifika 27
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 12 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
2. Il-Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni) jew parti minnu jista' jiġi mmobbilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stipulata fl-Artikolu 314 TFUE. |
2. Il-Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji ) jew parti minnu jista' jiġi mmobbilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stipulata fl-Artikolu 314 TFUE. Il-marġni tas-sena n jistgħu jiġu mmobilizzati għas-snin n u n+1 permezz tar-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji sakemm dan ma jmurx kontra l-baġits emendatorji pendenti jew ippjanati. |
Modifika 28
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
|
3a. Fit-tmiem tal-2027, l-ammonti li jifdal disponibbli taħt ir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji għandhom jiġu ttrasferiti għall-QFP li jmiss sal-2030. |
Modifika 29
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 13 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
L-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jiġi użat għall-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari, ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fil-limiti massimi disponibbli ta' intestatura waħda jew aktar. Suġġett għat-tieni subparagrafu, il-limitu massimu għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà huwa stabbilit għal EUR 1 000 miljun (prezzijiet tal-2018). |
L-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jiġi użat għall-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari, ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fil-limiti massimi disponibbli ta' intestatura waħda jew aktar jew fi ħdan il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u r-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza . Suġġett għat-tieni subparagrafu, il-limitu massimu għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà huwa stabbilit għal EUR 2 000 miljun (prezzijiet tal-2018). |
Modifika 30
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 14 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
1. Marġni ta' Kontinġenza ta' mhux iżjed minn 0,03 % tad-Dħul Nazzjonali Gross tal-Unjoni għandu jiġi kostitwit barra mil-limiti massimi tal-QFP, bħala strument tal-aħħar-rimedju b'reazzjoni għal ċirkostanzi mhux previsti. Dan jista' jiġi mmobbilizzat biss f'rabta ma' baġit emendatorju jew annwali. |
1. Marġni ta' Kontinġenza ta' mhux iżjed minn 0,05 % tad-Dħul Nazzjonali Gross tal-Unjoni għandu jiġi kostitwit barra mil-limiti massimi tal-QFP, bħala strument tal-aħħar-rimedju b'reazzjoni għal ċirkostanzi mhux previsti. Dan jista' jiġi mmobbilizzat biss f'rabta ma' baġit emendatorju jew annwali. Dan jista' jiġi mmobilizzat kemm għall-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll għal dawk ta' pagament, jew għall-approprjazzjonijiet ta' pagament biss. |
Modifika 31
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 14 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
2. L-użu tal-Marġni ta' Kontinġenza ma għandux jaqbeż, fi kwalunkwe sena partikolari, l-ammont massimu stipulat fl-aġġustament tekniku annwali tal-QFP , u għandu jkun konsistenti mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji . |
2. L-użu tal-Marġni ta' Kontinġenza ma għandux jaqbeż, fi kwalunkwe sena partikolari, l-ammont massimu stipulat fl-aġġustament tekniku annwali tal-QFP. |
Modifika 32
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 14 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
3. L-ammonti magħmulin disponibbli permezz tal-mobbilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza għandhom jiġu kollha kkumpensati mal-marġni f'waħda jew aktar mill-intestaturi tal-QFP għas-sena finanzjarja attwali jew dawk futuri. |
imħassar |
Modifika 33
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 14 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
4. L-ammonti paċuti skont il-paragrafu 3 ma għandhomx jiġu mobbilizzati aktar fil-kuntest tal-QFP. L-użu tal-Marġni ta' Kontinġenza ma għandux jirriżulta fil-qbiż tal-limiti totali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament stipulati fil-QFP għas-sena finanzjarja attwali jew għal dawk futuri. |
imħassar |
Modifika 34
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
Rieżami u Reviżjoni tal-QFP |
Reviżjonijiet |
Modifika 35
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – Artikolu 15 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2), l-Artikoli minn 16 sa 20 u 24, f'ċirkostanzi mhux previsti , il-QFP jista' jiġi rivedut f'konformità mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit skont id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji li tkun fis-seħħ . |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2) u l-Artikoli minn 16 sa 20 u 24, il-limiti massimi rilevanti tal-QFP għandhom jiġu riveduti 'l fuq f'każ li dan ikun neċessarju sabiex jiġi ffaċilitat il-finanzjament tal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari għanijiet ta' politika ġodda , f'ċirkostanzi fejn kieku jkun neċessarju li jiġu stabbiliti metodi ta' finanzjament intergovernattivi jew kważi intergovernattivi addizzjonali oħra li jevitaw il-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 tat-TFUE . |
Modifika 36
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – Artikolu 15 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
3. Kull proposta għal reviżjoni tal-QFP skont il-paragrafu 1 għandha teżamina l-possibbiltà għar-riallokazzjoni tan-nefqa bejn il-programmi koperti mill-intestatura kkonċernata mir-reviżjoni, b'referenza partikolari għal kull nuqqas ta' utilizzazzjoni mistennija tal-approprjazzjonijiet. |
imħassar |
Modifika 37
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – Artikolu 16 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
Rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP |
Reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP |
Modifika 38
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – Artikolu 16
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||||||
|
Qabel l-1 ta' Jannar 2024 , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rieżami tal-funzjonament tal-QFP. Dan ir-rieżami għandu, kif ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti rilevanti. |
Qabel l-1 ta' Lulju 2023 , il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fit-TFUE abbażi ta' rieżami tal-funzjonament tal-QFP. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, il-pakketti nazzjonali allokati minn qabel ma għandhomx jitnaqqsu permezz ta' tali reviżjoni. Il-proposta għandha titfassal b'kunsiderazzjoni tal-valutazzjoni:
|
Modifika 39
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – Artikolu 17
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
Meta tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-aġġustamenti tekniċi għall-QFP, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta kwalunkwe proposta biex jiġu riveduti l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali li din tkun tqis bħala meħtieġa, fid-dawl tal-implimentazzjoni, biex tiżgura ġestjoni tajba tal-limiti massimi tal-pagamenti annwali u b'mod partikolari l-progress ordnat tagħhom fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn. |
Meta tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-aġġustamenti tekniċi għall-QFP, jew meta l-limiti massimi għall-pagamenti jistgħu jipprevjenu lill-Unjoni milli tonora l-impenji legali tagħha , il-Kummissjoni għandha tippreżenta kwalunkwe proposta biex jiġu riveduti l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali li din tkun tqis bħala meħtieġa, fid-dawl tal-implimentazzjoni, biex tiżgura ġestjoni tajba tal-limiti massimi tal-pagamenti annwali u b'mod partikolari l-progress ordnat tagħhom fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn. |
Modifika 40
Proposta għal regolament
Kapitolu 5 – Artikolu 21 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
1. Ammont massimu ta' EUR 14 196 miljun ( fi prezzijiet tal-2018 ) għandu jkun disponibbli mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-perjodu 2021 sal-2027 għal proġetti fuq skala kbira skont [ir-Regolament XXXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill – il-Programm Spazjali]. |
1. Ammont massimu għandu jkun disponibbli b'mod konġunt għall-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita ( EGNOS u Galileo ) u għal Copernicus (il-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja) mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-perjodu 2021 sal-2027 . Dan l-ammont massimu għandu jkun stabbilit fil-livell ta' 15 % 'il fuq mill-ammonti indikattivi stabbiliti għaż-żewġ proġetti fuq skala kbira skont [ir-Regolament XXXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill – il-Programm Spazjali]. Kull tisħiħ skont dan l-ammont massimu għandu jiġi ffinanzjat permezz tal-marġni jew tal-istrumenti speċjali, u ma għandux iwassal għal tnaqqis fi programmi u fi proġetti oħrajn. |
Modifika 41
Proposta għal regolament
Kapitolu 5 – Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
|
2a . F'każ li jirriżultaw ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali mill-baġit tal-Unjoni għall-proġetti fuq skala kbira msemmija aktar kmieni, il-Kummissjoni għandha tipproponi reviżjoni tal-limiti massimi tal-QFP kif xieraq. |
Modifika 42
Proposta għal regolament
Kapitolu 6 – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
Kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja |
Trasparenza u kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja |
Modifika 43
Proposta għal regolament
Kapitolu 6 – Artikolu 22
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
Kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja |
Trasparenza u kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja |
Modifika 44
Proposta għal regolament
Kapitolu 6 – Artikolu 22 – paragrafu 4a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
|
Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill għandhom ikunu rappreżentati minn membri tal-istituzzjoni rispettiva meta jsiru laqgħat fuq livell politiku. |
Modifika 45
Proposta għal regolament
Kapitolu 6 – Artikolu 22 – paragrafu 4b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
|
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiltaqgħu f'seduta pubblika meta jadottaw il-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom dwar l-abbozz ta' baġit. |
Modifika 46
Proposta għal regolament
Kapitolu 6 – Artikolu 23
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
L-infiq u d-dħul kollu tal-Unjoni u l-Euratom għandhom jiġu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu [7] tar-Regolament Finanzjarju , inkluża n-nefqa li tirriżulta minn kull deċiżjoni rilevanti meħuda b'mod unanimu mill-Kunsill wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, fil-qafas tal-Artikolu 332 TFUE. |
L-infiq u d-dħul kollu tal-Unjoni u l-Euratom għandhom jiġu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 310(1) tat-TFUE , inkluża n-nefqa li tirriżulta minn kull deċiżjoni rilevanti meħuda b'mod unanimu mill-Kunsill wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, fil-qafas tal-Artikolu 332 TFUE. |
Modifika 47
Proposta għal regolament
Kapitolu 7 – Artikolu 24
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
Qabel l-1 ta' Lulju 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għal qafas finanzjarju pluriennali ġdid. |
Qabel l-1 ta' Lulju 2023, flimkien mal-proposti tagħha għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jistabbilixxi l-metodi għall-implimentazzjoni prattika tal-qafas finanzjarju għal perjodu ta' ħames snin b'żieda ta' ħames snin oħra. Qabel l-1 ta' Lulju 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għal qafas finanzjarju pluriennali ġdid. Jekk qabel il-31 ta' Diċembru 2027 ma jkun ġie adottat l-ebda regolament tal-Kunsill li jiddetermina qafas finanzjarju pluriennali ġdid, il-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet korrispondenti l-oħra għall-aħħar sena tal-QFP, għandhom jiġu estiżi sakemm jiġi adottat regolament li jiddetermina qafas finanzjarju ġdid. Jekk Stat Membru ġdid jissieħeb mal-Unjoni wara l-2020, il-qafas finanzjarju estiż, jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi rivedut sabiex tittieħed in kusiderazzjoni l-adeżjoni. |
E. MODIFIKI GĦALL-PROPOSTA GĦAL FTEHIM INTERISTITUZZJONALI
|
52. |
Jenfasizza li, bħala riżultat tan-negozjar u tal-adozzjoni ta' Regolament ġdid tal-QFP, il-proposta għal Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba jenħtieġ li jiġi mmodifikat kif ġej: |
Modifika 48
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti 1
Taqsima A – punt 6a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||
|
|
|
Modifika 49
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima A – punt 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 50
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima A – punt 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
L-aġġornament tal-previżjonijiet għal approprjazzjonijiet ta' pagament wara l-2027
|
L-aġġornament tal-previżjonijiet għal approprjazzjonijiet ta' pagament
|
Modifika 51
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima B – punt 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 52
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima B – punt 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 53
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima B – punt 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 54
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima B – punt 12
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
Strument ta' Flessibbiltà
|
Strument ta' Flessibbiltà
|
Modifika 55
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti 1
Taqsima B – punt 13
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 56
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti II
Taqsima A – punt 14 a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||||||||||
|
|
|
Modifika 57
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti II
Taqsima B – punt 15 – inċiż 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 58
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti II
Taqsima B – punt 15a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||
|
|
|
Modifika 59
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti III
Taqsima A – punt 24a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||
|
|
|
Modifika 60
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti A – punt 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||
|
|
|
Modifika 61
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti B – punt 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 62
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti C – punt 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 63
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti D – punt 12a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||
|
|
|
Modifika 64
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti E – punt 15
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 65
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti E – punt 19
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
Modifika 66
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti E – punt 21a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||
|
|
|
Modifika 67
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti G – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
|
Parti G. Reste à liquider (RAL) |
Parti G. Implimentazzjoni tal-baġit, pagamenti u “impenji pendenti” (RAL) |
Modifika 68
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti G – punt 36
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Modifika |
||||
|
|
o
o o
|
53. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2018)0075 u P8_TA(2018)0076.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0226.
(3) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 249.
Anness I – QFP 2021-2027: limiti massimi u strumenti barra mil-limiti massimi (prezzijiet tal-2018)
|
(EUR miljun – prezzijiet tal-2018) |
|||||||||||
|
|
Proposta tal-Kummissjoni |
Pożizzjoni tal-Parlament |
|||||||||
|
Approprjazzjonijiet ta' impenn |
Total 2021-2027 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Total 2021-2027 |
||
|
166 303 |
31 035 |
31 006 |
31 297 |
30 725 |
30 615 |
30 757 |
30 574 |
216 010 |
||
|
391 974 |
60 026 |
62 887 |
64 979 |
65 785 |
66 686 |
69 204 |
67 974 |
457 540 |
||
|
Li minnhom: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali |
330 642 |
52 143 |
52 707 |
53 346 |
53 988 |
54 632 |
55 286 |
55 994 |
378 097 |
||
|
336 623 |
57 780 |
57 781 |
57 789 |
57 806 |
57 826 |
57 854 |
57 881 |
404 718 |
||
|
30 829 |
3 227 |
4 389 |
4 605 |
4 844 |
4 926 |
5 066 |
5 138 |
32 194 |
||
|
24 323 |
3 202 |
3 275 |
3 223 |
3 324 |
3 561 |
3 789 |
4 265 |
24 639 |
||
|
108 929 |
15 368 |
15 436 |
15 616 |
15 915 |
16 356 |
16 966 |
17 729 |
113 386 |
||
|
75 602 |
10 388 |
10 518 |
10 705 |
10 864 |
10 910 |
11 052 |
11 165 |
75 602 |
||
|
Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
58 547 |
8 128 |
8 201 |
8 330 |
8 432 |
8 412 |
8 493 |
8 551 |
58 547 |
||
|
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN |
1 134 583 |
181 025 |
185 293 |
188 215 |
189 262 |
190 880 |
194 688 |
194 727 |
1 324 089 |
||
|
bħala perċentwal tad-DNG |
1,11 % |
1,29 % |
1,31 % |
1,31 % |
1,30 % |
1,30 % |
1,3 1 % |
1,29 % |
1,30 % |
||
|
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' PAGAMENT |
1 104 805 |
174 088 |
176 309 |
186 391 |
187 490 |
188 675 |
189 961 |
191 398 |
1 294 311 |
||
|
bħala perċentwal tad-DNG |
1,08 % |
1,24 % |
1,24 % |
1,30 % |
1,29 % |
1,28 % |
1,28 % |
1,27 % |
1,27 % |
||
|
BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Riżerva ta' għajnuna f'emerġenza |
4 200 |
1 000 |
1 000 |
1 000 |
1 000 |
1 000 |
1 000 |
1 000 |
7 000 |
||
|
Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) |
1 400 |
200 |
200 |
200 |
200 |
200 |
200 |
200 |
1 400 |
||
|
Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) |
4 200 |
1 000 |
1 000 |
1 000 |
1 000 |
1 000 |
1 000 |
1 000 |
7 000 |
||
|
Strument ta' Flessibbiltà |
7 000 |
2 000 |
2 000 |
2 000 |
2 000 |
2 000 |
2 000 |
2 000 |
14 000 |
||
|
Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
||
|
Faċilità Ewropea għall-Paċi |
9 223 |
753 |
970 |
1 177 |
1 376 |
1 567 |
1 707 |
1 673 |
9 223 |
||
|
TOTAL BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP |
26 023 |
4 953 |
5 170 |
5 377 |
5 576 |
5 767 |
5 907 |
5 873 |
38 623 |
||
|
TOTAL TAL-QFP + BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP |
1 160 606 |
185 978 |
190 463 |
193 592 |
194 838 |
196 647 |
200 595 |
200 600 |
1 362 712 |
||
|
bħala perċentwal tad-DNG |
1,14 % |
1,32 % |
1,34 % |
1,35 % |
1,34 % |
1,34 % |
1,35 % |
1,33 % |
1,34 % |
||
Anness II – QFP 2021-2027: limiti massimi u strumenti barra mil-limiti massimi (prezzijiet attwali)
|
(EUR Miljun – prezzijiet kurrenti) |
|||||||||||
|
|
Proposta tal-Kummissjoni |
Pożizzjoni tal-Parlament |
|||||||||
|
Approprjazzjonijiet ta' impenn |
Total 2021-2027 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Total 2021-2027 |
||
|
187 370 |
32 935 |
33 562 |
34 555 |
34 601 |
35 167 |
36 037 |
36 539 |
243 395 |
||
|
442 412 |
63 700 |
68 071 |
71 742 |
74 084 |
76 601 |
81 084 |
81 235 |
516 517 |
||
|
Li minnhom: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali |
373 000 |
55 335 |
57 052 |
58 899 |
60 799 |
62 756 |
64 776 |
66 918 |
426 534 |
||
|
378 920 |
61 316 |
62 544 |
63 804 |
65 099 |
66 424 |
67 785 |
69 174 |
456 146 |
||
|
34 902 |
3 425 |
4 751 |
5 084 |
5 455 |
5 658 |
5 936 |
6 140 |
36 448 |
||
|
27 515 |
3 397 |
3 545 |
3 559 |
3 743 |
4 091 |
4 439 |
5 098 |
27 872 |
||
|
123 002 |
16 308 |
16 709 |
17 242 |
17 923 |
18 788 |
19 878 |
21 188 |
128 036 |
||
|
85 287 |
11 024 |
11 385 |
11 819 |
12 235 |
12 532 |
12 949 |
13 343 |
85 287 |
||
|
Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
66 028 |
8 625 |
8 877 |
9 197 |
9 496 |
9 663 |
9 951 |
10 219 |
66 028 |
||
|
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN |
1 279 408 |
192 105 |
200 567 |
207 804 |
213 140 |
219 261 |
228 107 |
232 717 |
1 493 701 |
||
|
bħala perċentwal tad-DNG |
1,11 % |
1,29 % |
1,31 % |
1,31 % |
1,30 % |
1,30 % |
1,31 % |
1,29 % |
1,30 % |
||
|
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' PAGAMENT |
1 246 263 |
184 743 |
190 843 |
205 790 |
211 144 |
216 728 |
222 569 |
228 739 |
1 460 556 |
||
|
bħala perċentwal tad-DNG |
1,08 % |
1,24 % |
1,24 % |
1,30 % |
1,29 % |
1,28 % |
1,28 % |
1,27 % |
1,27 % |
||
|
BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Riżerva ta' għajnuna f'emerġenza |
4 734 |
1 061 |
1 082 |
1 104 |
1 126 |
1 149 |
1 172 |
1 195 |
7 889 |
||
|
Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) |
1 578 |
212 |
216 |
221 |
225 |
230 |
234 |
239 |
1 578 |
||
|
Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) |
4 734 |
1 061 |
1 082 |
1 104 |
1 126 |
1 149 |
1 172 |
1 195 |
7 889 |
||
|
Strument ta' Flessibbiltà |
7 889 |
2 122 |
2 165 |
2 208 |
2 252 |
2 297 |
2 343 |
2 390 |
15 779 |
||
|
Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
||
|
Faċilità Ewropea għall-Paċi |
10 500 |
800 |
1 050 |
1 300 |
1 550 |
1 800 |
2 000 |
2 000 |
10 500 |
||
|
TOTAL BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP |
29 434 |
5 256 |
5 596 |
5 937 |
6 279 |
6 624 |
6 921 |
7 019 |
43 633 |
||
|
TOTAL TAL-QFP + BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP |
1 308 843 |
197 361 |
206 163 |
213 741 |
219 419 |
225 885 |
235 028 |
239 736 |
1 537 334 |
||
|
bħala perċentwal tad-DNG |
1,14 % |
1,32 % |
1,34 % |
1,35 % |
1,34 % |
1,34 % |
1,35 % |
1,33 % |
1,34 % |
||
Anness III – QFP 2021-2027: tqassim skont il-programm (prezzijiet tal-2018)
N.B.: Bl-għan ta' tqabbil, it-tabella ssegwi l-istruttura tal-programmi individwali tal-UE kif ġie propost mill-Kummissjoni, mingħajr l-ebda preġudizzju għal bidliet possibbli li jistgħu jintalbu matul il-proċedura leġiżlattiva li twassal għall-adozzjoni ta' dawn il-programmi.
|
(EUR miljun – prezzijiet tal-2018) |
|||||
|
|
QFP tal-2014-2020 (UE27+FEŻ) |
Proposta tal-Kummissjoni tal-2021-2027 |
Pożizzjoni tal-Parlament 2021-2027 |
||
|
116 361 |
166 303 |
216 010 |
||
|
69 787 |
91 028 |
127 537 |
||
|
Orizzont Ewropa |
64 674 |
83 491 |
120 000 |
||
|
Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom |
2 119 |
2 129 |
2 129 |
||
|
Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) |
2 992 |
5 406 |
5 406 |
||
|
Oħrajn |
2 |
2 |
2 |
||
|
31 886 |
44 375 |
51 798 |
||
|
Fond InvestEU |
3 968 |
13 065 |
14 065 |
||
|
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (total tal-kontribuzzjoni H1) inkluż: |
17 579 |
21 721 |
28 083 |
||
|
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Trasport |
12 393 |
11 384 |
17 746 |
||
|
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Enerġija |
4 185 |
7 675 |
7 675 |
||
|
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Diġitali |
1 001 |
2 662 |
2 662 |
||
|
Programm Ewropa Diġitali |
172 |
8 192 |
8 192 |
||
|
Oħrajn |
9 097 |
177 |
177 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
1 069 |
1 220 |
1 281 |
||
|
5 100 |
5 672 |
8 423 |
||
|
Programm tas-Suq Uniku (inkl. COSME) |
3 547 |
3 630 |
5 823 |
||
|
Programm ta' Kontra l-Frodi tal-UE |
156 |
161 |
322 |
||
|
Kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (FISCALIS) |
226 |
239 |
300 |
||
|
Kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (CUSTOMS) |
536 |
843 |
843 |
||
|
Turiżmu sostenibbli |
|
|
300 |
||
|
Oħrajn |
61 |
87 |
87 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
575 |
714 |
748 |
||
|
11 502 |
14 404 |
15 225 |
||
|
Programm Spazjali Ewropew |
11 308 |
14 196 |
15 017 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
194 |
208 |
208 |
||
|
Marġni |
-1 913 |
10 824 |
13 026 |
||
|
387 250 |
391 974 |
457 540 |
||
|
272 647 |
242 209 |
272 647 |
||
|
FEŻR + Fond ta' Koeżjoni inkluż: |
272 411 |
241 996 |
272 411 |
||
|
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali |
196 564 |
200 622 |
|
||
|
Fond ta' Koeżjoni |
75 848 |
41 374 |
|
||
|
Li minnhom il-kontribuzzjoni għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Trasport |
11 487 |
10 000 |
|
||
|
Appoġġ għall-Komunità Ċiprijotta-Torka |
236 |
213 |
236 |
||
|
273 |
22 281 |
22 281 |
||
|
Programm ta' Appoġġ għal Riformi |
185 |
22 181 |
22 181 |
||
|
Protezzjoni tal-Euro Kontra l-Iffalsifikar |
7 |
7 |
7 |
||
|
Oħrajn |
81 |
93 |
93 |
||
|
115 729 |
123 466 |
157 612 |
||
|
Fond Soċjali Ewropew+ (inkluż EUR 5,9 biljun għall-Garanzija għat-Tfal) |
96 216 |
89 688 |
106 781 |
||
|
Li minnhom saħħa, impjiegi u innovazzjoni soċjali |
1 075 |
1 042 |
1 095 |
||
|
Erasmus+ |
13 699 |
26 368 |
41 097 |
||
|
Korp Ewropew ta' Solidarjetà |
373 |
1 113 |
1 113 |
||
|
Ewropa Kreattiva |
1 403 |
1 642 |
2 806 |
||
|
Ġustizzja |
316 |
271 |
316 |
||
|
Drittijiet u l-valuri, inkluż mill-anqas EUR 500 miljun għal-linja tal-valuri tal-Unjoni |
594 |
570 |
1 627 |
||
|
Oħrajn |
1 158 |
1 185 |
1 185 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
1 971 |
2 629 |
2 687 |
||
|
Marġni |
-1 399 |
4 018 |
4 999 |
||
|
399 608 |
336 623 |
404 718 |
||
|
390 155 |
330 724 |
391 198 |
||
|
FAEG + FAEŻR inkluż: |
382 855 |
324 284 |
383 255 |
||
|
Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) |
286 143 |
254 247 |
|
||
|
Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) |
96 712 |
70 037 |
|
||
|
Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd |
6 243 |
5 448 |
6 867 |
||
|
Oħrajn |
962 |
878 |
962 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
95 |
113 |
113 |
||
|
3 492 |
5 085 |
11 520 |
||
|
Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) |
3 221 |
4 828 |
6 442 |
||
|
Fond ġust ta' tranżizzjoni tal-Enerġija |
|
|
4 800 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
272 |
257 |
278 |
||
|
Marġni |
5 960 |
814 |
1 999 |
||
|
10 051 |
30 829 |
32 194 |
||
|
7 180 |
9 972 |
10 314 |
||
|
Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil |
6 745 |
9 205 |
9 205 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati (*1) |
435 |
768 |
1 109 |
||
|
5 492 |
18 824 |
19 848 |
||
|
Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri |
2 773 |
8 237 |
8 237 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati (*1) |
2 720 |
10 587 |
11 611 |
||
|
Marġni |
-2 621 |
2 033 |
2 033 |
||
|
1 964 |
24 323 |
24 639 |
||
|
3 455 |
4 255 |
4 571 |
||
|
Fond għas-Sigurtà Interna |
1 200 |
2 210 |
2 210 |
||
|
Żmantellar tas-Siti Nukleari inkluż: |
1 359 |
1 045 |
1 359 |
||
|
Żmantellar tas-Siti Nukleari (il-Litwanja) |
459 |
490 |
692 |
||
|
Sikurezza Nukleari u l-Iżmantellar (inkl. ir-Repubblika tal-Bulgarija u s-Slovakkja) |
900 |
555 |
667 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
896 |
1 001 |
1 002 |
||
|
575 |
17 220 |
17 220 |
||
|
Fond Ewropew għad-Difiża |
575 |
11 453 |
11 453 |
||
|
Mobbiltà Militari |
0 |
5 767 |
5 767 |
||
|
1 222 |
1 242 |
1 242 |
||
|
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescUE) |
560 |
1 242 |
1 242 |
||
|
Oħrajn |
662 |
p.m. |
p.m. |
||
|
Marġni |
-3 289 |
1 606 |
1 606 |
||
|
96 295 |
108 929 |
113 386 |
||
|
85 313 |
93 150 |
96 809 |
||
|
Strument(i) li jappoġġja(w) il-politiki tal-viċinat u tal-iżvilupp, inklużi s-suċċessur tal-FEŻ u pjan ta' investiment għall-Afrika |
71 767 |
79 216 |
82 716 |
||
|
Għajnuna Umanitarja |
8 729 |
9 760 |
9 760 |
||
|
Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) |
2 101 |
2 649 |
2 649 |
||
|
Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (inkluża Greenland) |
594 |
444 |
594 |
||
|
Oħrajn |
801 |
949 |
949 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
144 |
132 |
141 |
||
|
13 010 |
12 865 |
13 010 |
||
|
Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni |
13 010 |
12 865 |
13 010 |
||
|
Marġni |
-2 027 |
2 913 |
3 567 |
||
|
70 791 |
75 602 |
75 602 |
||
|
Skejjel u Pensjonijiet Ewropej |
14 047 |
17 055 |
17 055 |
||
|
Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
56 744 |
58 547 |
58 547 |
||
|
TOTAL |
1 082 320 |
1 134 583 |
1 324 089 |
||
|
F'% tad-DNG (UE-27) |
1,16 % |
1,11 % |
1,30 % |
||
(*1) L-ammont tal-PE għall-aġenziji deċentralizzati fil-clusters 10 u 11 jinkludi l-impatt finanzjarju tal-proposti tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-EASO u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.
Anness IV – QFP 2021-2027: tqassim skont il-programm (prezzijiet attwali)
|
(EUR Miljun – prezzijiet kurrenti) |
|||||
|
|
QFP 2014-2020 (UE27+FEŻ) |
Proposta tal-Kummissjoni tal-2021-2027 |
Pożizzjoni tal-Parlament 2021-2027 |
||
|
114 538 |
187 370 |
243 395 |
||
|
68 675 |
102 573 |
143 721 |
||
|
Orizzont Ewropa |
63 679 |
94 100 |
135 248 |
||
|
Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom |
2 085 |
2 400 |
2 400 |
||
|
Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) |
2 910 |
6 070 |
6 070 |
||
|
Oħrajn |
1 |
3 |
3 |
||
|
31 439 |
49 973 |
58 340 |
||
|
Fond InvestEU |
3 909 |
14 725 |
15 852 |
||
|
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (total tal-kontribuzzjoni H1) inkluż: |
17 435 |
24 480 |
31 651 |
||
|
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Trasport |
12 281 |
12 830 |
20 001 |
||
|
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Enerġija |
4 163 |
8 650 |
8 650 |
||
|
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Diġitali |
991 |
3 000 |
3 000 |
||
|
Programm Ewropa Diġitali |
169 |
9 194 |
9 194 |
||
|
Oħrajn |
8 872 |
200 |
200 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
1 053 |
1 374 |
1 444 |
||
|
5 017 |
6 391 |
9 494 |
||
|
Programm tas-Suq Uniku (inkl. COSME) |
3 485 |
4 089 |
6 563 |
||
|
Programm ta' Kontra l-Frodi tal-UE |
153 |
181 |
363 |
||
|
Kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (FISCALIS) |
222 |
270 |
339 |
||
|
Kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (CUSTOMS) |
526 |
950 |
950 |
||
|
Turiżmu sostenibbli |
|
|
338 |
||
|
Oħrajn |
59 |
98 |
98 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
572 |
804 |
843 |
||
|
11 274 |
16 235 |
17 160 |
||
|
Programm Spazjali Ewropew |
11 084 |
16 000 |
16 925 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
190 |
235 |
235 |
||
|
Marġni |
-1 866 |
12 198 |
14 680 |
||
|
380 738 |
442 412 |
516 517 |
||
|
268 218 |
273 240 |
307 578 |
||
|
FEŻR + Fond ta' Koeżjoni inkluż: |
267 987 |
273 000 |
307 312 |
||
|
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali |
193 398 |
226 308 |
|
||
|
Fond ta' Koeżjoni |
74 589 |
46 692 |
|
||
|
Li minnhom il-kontribuzzjoni għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Trasport |
11 306 |
11 285 |
|
||
|
Appoġġ għall-Komunità Ċiprijotta-Torka |
231 |
240 |
266 |
||
|
275 |
25 113 |
25 113 |
||
|
Programm ta' Appoġġ għal Riformi |
188 |
25 000 |
25 000 |
||
|
Protezzjoni tal-Euro Kontra l-Iffalsifikar |
7 |
8 |
8 |
||
|
Oħrajn |
79 |
105 |
105 |
||
|
113 636 |
139 530 |
178 192 |
||
|
Fond Soċjali Ewropew+ (inkluż EUR 5,9 biljun fi prezzijiet tal-2018 għall-Garanzija għat-Tfal) |
94 382 |
101 174 |
120 457 |
||
|
Li minnhom saħħa, impjiegi u innovazzjoni soċjali |
1 055 |
1 174 |
1 234 |
||
|
Erasmus+ |
13 536 |
30 000 |
46 758 |
||
|
Korp Ewropew ta' Solidarjetà |
378 |
1 260 |
1 260 |
||
|
Ewropa Kreattiva |
1 381 |
1 850 |
3 162 |
||
|
Ġustizzja |
|
305 |
356 |
||
|
Drittijiet u l-valuri, inkluż mill-anqas EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2018 għal-linja tal-valuri tal-Unjoni |
|
642 |
1 834 |
||
|
Oħrajn |
1 131 |
1 334 |
1 334 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
1 936 |
2 965 |
3 030 |
||
|
Marġni |
-1 391 |
4 528 |
5 634 |
||
|
391 849 |
378 920 |
456 146 |
||
|
382 608 |
372 264 |
440 898 |
||
|
FAEG + FAEŻR inkluż: |
375 429 |
365 006 |
431 946 |
||
|
Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) |
280 351 |
286 195 |
|
||
|
Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) |
95 078 |
78 811 |
|
||
|
Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd |
6 139 |
6 140 |
7 739 |
||
|
Oħrajn |
946 |
990 |
1 085 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
94 |
128 |
128 |
||
|
3 437 |
5 739 |
12 995 |
||
|
Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) |
3 170 |
5 450 |
7 272 |
||
|
Fond ġust ta' tranżizzjoni tal-Enerġija |
|
|
5 410 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
267 |
289 |
313 |
||
|
Marġni |
5 804 |
918 |
2 254 |
||
|
9 929 |
34 902 |
36 448 |
||
|
7 085 |
11 280 |
11 665 |
||
|
Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil |
6 650 |
10 415 |
10 415 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati (*1) |
435 |
865 |
1 250 |
||
|
5 439 |
21 331 |
22 493 |
||
|
Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri |
2 734 |
9 318 |
9 318 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati (*1) |
2 704 |
12 013 |
13 175 |
||
|
Marġni |
-2 595 |
2 291 |
2 291 |
||
|
1 941 |
27 515 |
27 872 |
||
|
3 394 |
4 806 |
5 162 |
||
|
Fond għas-Sigurtà Interna |
1 179 |
2 500 |
2 500 |
||
|
Żmantellar tas-Siti Nukleari inkluż: |
1 334 |
1 178 |
1 533 |
||
|
Żmantellar tas-Siti Nukleari (il-Litwanja) |
451 |
552 |
780 |
||
|
Sikurezza Nukleari u l-Iżmantellar (inkl. ir-Repubblika tal-Bulgarija u s-Slovakkja) |
883 |
626 |
753 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
882 |
1 128 |
1 129 |
||
|
590 |
19 500 |
19 500 |
||
|
Fond Ewropew għad-Difiża |
590 |
13 000 |
13 000 |
||
|
Mobbiltà Militari |
0 |
6 500 |
6 500 |
||
|
1 209 |
1 400 |
1 400 |
||
|
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescUE) |
561 |
1 400 |
1 400 |
||
|
Oħrajn |
648 |
p.m. |
p.m |
||
|
Marġni |
-3 253 |
1 809 |
1 809 |
||
|
93 381 |
123 002 |
128 036 |
||
|
82 569 |
105 219 |
109 352 |
||
|
Strument(i) li jappoġġja(w) il-politiki tal-viċinat u tal-iżvilupp, inklużi s-suċċessur tal-FEŻ u pjan ta' investiment għall-Afrika |
70 428 |
89 500 |
93 454 |
||
|
Għajnuna Umanitarja |
8 561 |
11 000 |
11 000 |
||
|
Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) |
2 066 |
3 000 |
3 000 |
||
|
Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (inkluża Greenland) |
582 |
500 |
669 |
||
|
Oħrajn |
790 |
1 070 |
1 070 |
||
|
Aġenziji deċentralizzati |
141 |
149 |
159 |
||
|
12 799 |
14 500 |
14 663 |
||
|
Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni |
12 799 |
14 500 |
14 663 |
||
|
Marġni |
-1 987 |
3 283 |
4 020 |
||
|
69 584 |
85 287 |
85 287 |
||
|
Skejjel u Pensjonijiet Ewropej |
13 823 |
19 259 |
19 259 |
||
|
Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
55 761 |
66 028 |
66 028 |
||
|
|
|
|
|
||
|
TOTAL |
1 061 960 |
1 279 408 |
1 493 701 |
||
|
F'% tad-DNG (UE-27) |
1,16 % |
1,11 % |
1,30 % |
||
(*1) L-ammont tal-PE għall-aġenziji deċentralizzati fil-clusters 10 u 11 jinkludi l-impatt finanzjarju tal-proposti tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-EASO u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 13 ta’ Novembru 2018
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/232 |
P8_TA(2018)0440
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja (COM(2018)0658 – C8-0416/2018 – 2018/2230(BUD))
(2020/C 363/26)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0658 – C8-0416/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0357/2018), |
|
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni ma' ċittadini tal-Unjoni u mar-reġjuni milquta mid-diżastri naturali; |
|
2. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) lir-reġjuni milquta minn diżastri naturali fl-Unjoni fl-2017; |
|
3. |
Jappoġġja lill-Istati Membri li jużaw il-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej għar-rikostruzzjoni tar-reġjuni milquta; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tapprova b'mod rapidu r-riallokazzjoni finanzjarja tal-ftehimiet ta' sħubija mitluba mill-Istati Membri għal dan il-għan; |
|
4. |
Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond b'mod trasparenti, u b'hekk tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta fir-reġjuni kollha milquta; |
|
5. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/1859.)
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/235 |
P8_TA(2018)0442
Effiċjenza fl-enerġija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (COM(2016)0761 – C8-0498/2016 – 2016/0376(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 363/27)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0761), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0498/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0391/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 246, 28.7.2017, p. 42.
(2) ĠU C 342, 12.10.2017, p. 119.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-17 ta' Jannar 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0010).
P8_TC1-COD(2016)0376
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/2002.)
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/236 |
P8_TA(2018)0443
Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 war il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM(2016)0759 – C8-0497/2016 – 2016/0375(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 363/28)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0759), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) kif ukoll l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0497/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0402/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 246, 28.07.2017, p. 34.
(2) ĠU C 342, 12.10.2017, p. 111.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-17 ta' Jannar 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0011).
P8_TC1-COD(2016)0375
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1999.)
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/238 |
P8_TA(2018)0444
Il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (COM(2016)0767 – C8-0500/2016 – 2016/0382(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)
(2020/C 363/29)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0767), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0500/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2017 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-20 ta’ Ottubru 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 104, 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0392/2017), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3), filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 246, 28.7.2017, p. 55.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-17 ta’ Jannar 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0009).
P8_TC1-COD(2016)0382
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/2001.)
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/240 |
P8_TA(2018)0445
Pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2017)0097 – C8-0095/2017 – 2017/0043(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 363/30)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0097), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0095/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-pożizzjoni f'forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0337/2018), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0043
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Jenħtieġ li l-politika komuni tas-sajd (il-PKS) tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent marin, għall-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet kollha sfruttati b’mod kummerċjali, u b’mod partikulari għall-kisba ta’ status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) , u status ta' konservazzjoni favorevoli għall-ispeċijiet u l-ħabitats skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (4) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) . [Em. 1] |
|
(1a) |
Fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar fi New York fl-2015, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li, sal-2020, itemmu b'mod effettiv il-qbid u s-sajd eċċessiv, is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u l-prattiki ta' sajd qerrieda u jimplementaw pjanijiet ta' ġestjoni bbażati fuq ix-xjenza, sabiex l-istokkijiet tal-ħut jiġu ripristinati fl-inqas żmien fattibbli, għall-inqas sa livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli skont kif determinat mill-karatteristiċi bijoloġiċi tagħhom. [Em. 2] |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistabbilixxi r-regoli tal-PKS f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu sostenibbli fit-tul mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali li jiġi applikat l-approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd. [Em. 3] |
|
(2a) |
F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli titlob settijiet ta' dejta armonizzati, affidabbli u preċiżi. [Em. 4] |
|
(3) |
Il-pariri xjentifiċi tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) u tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (l-SAC tal-GFCM) indikaw li l-isfruttament tal-istokkijiet tas-sardin u tal-inċova fil-Baħar Adrijatiku jaqbeż il-livelli meħtieġa biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (l-MSY). |
|
(3a) |
Il-Baħar Adrijatiku huwa subżona importanti fil-Mediterran li tirrappreżenta madwar terz tal-valur totali tal-ħatt l-art. [Em. 5] |
|
(4) |
Minkejja li l-istokkijiet tas-sardin u tal-inċova fil-Baħar Adrijatiku huma ġestiti kemm skont pjan ta’ ġestjoni internazzjonali fil-kuntest tal-GFCM u kemm skont pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (7), huma għadhom qed jiġu sfruttati żżejjed u l-miżuri attwali ta’ ġestjoni qed jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jinkiseb l-MSY sal-2020. L-Istati Membri u l-partijiet interessati esprimew appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni għal dawn iż-żewġ stokkijiet fil-livell tal-Unjoni. |
|
(4a) |
Il-pjanijiet ta' ġestjoni implimentati u l-miżuri tekniċi introdotti fl-2016 mistennija jipproduċu effetti fuq l-istokkijiet u jridu jiġu analizzati u kkunsidrati meta jiġi stabbilit pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi fir-reġjun. [Em. 6] |
|
(4b) |
L-introduzzjoni ta' approċċ ta' rilaxx minimu teħtieġ bidliet fil-kampjunar bijoloġiku u l-protokolli tar-riċerka li jieħdu ż-żmien, u għalhekk hemm il-ħtieġa ta' perjodu ta' tranżizzjoni qabel ma jkun jista' jiġi implimentat. [Em. 99] |
|
(5) |
Il-miżuri attwali ta’ ġestjoni għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku għandhom x’jaqsmu mal-aċċess għall-ilmijiet, mal-kontroll tal-isforz tas-sajd u ma’ miżuri tekniċi li jirregolaw l-użu tal-irkaptu. Il-pariri xjentifiċi indikaw li l-kontroll tal-qabdiet huwa l-iktar mezz xieraq biex tiġi adattata l-mortalità mis-sajd u li dan se jkun għodda ta’ ġestjoni aktar effettiva għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar (8) . [Em. 7] |
|
(6) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta’ miżuri ta’ konservazzjoni bħalma huma l-pjanijiet pluriennali, plurennali u l-miżuri tekniċi, l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd u l-allokazzjoni tagħhom, skont kif ikun xieraq, fi kwalunkwe kombinament. [Em. 8] |
|
(6a) |
Is-sajd tal-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku, speċjalment fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18 (GSA 17 u 18), għandu impatt soċjoekonomiku importanti ħafna għall-għajxien u l-futur tal-komunità kostali tal-Istati Membri. [Em. 9] |
|
(6b) |
F'konformità mal-prinċipji u l-objettivi tal-PKS u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ir-reġjonalizzazzjoni jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni li jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet ta' kull żona tas-sajd u għas-salvagwardja tal-kundizzjonijiet ambjentali tagħhom. [Em. 10] |
|
(6c) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allokati f'konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bl-użu ta' kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu wkoll distribwiti b'mod ġust fid-diversi segmenti tas-sajd, inkluż is-sajd tradizzjonali u dak fuq skala żgħira. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas. [Em. 11] |
|
(7) |
Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali għandhom ikunu ibbażati fuq l-aħjar pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli u għandhom ikunu jinkludu objettivi, miri kwantifikabbli bi skedi taż-żmien ċari, punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni , objettivi għall-miżuri ta' konservazzjoni u tekniċi għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art, kif ukoll miżuri maħsuba biex kemm jista' jkun jiġu evitati u mnaqqsa l-qabdiet mhux mixtieqa, u salvagwardji. [Em. 12] |
|
(8) |
L-għan tal-pjan pluriennali għandu jkun li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, u b’mod speċjali biex jintlaħaq u jinżamm l-MSY għall-istokkijiet ikkonċernati, biex is-settur l-istokkijiet tal-ħut jerġgħu jiżdiedu u jinżammu 'l fuq mil-livelli ta' bijomassa li jistgħu jipproduċu MSY, jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, ikun hemm settur tas-sajd isir sostenibbli u biex jipprovdi jiġi pprovdut qafas ta’ ġestjoni effettiv. [Em. 13] |
|
(8a) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jitqiesx bħala preċedent għal pjanijiet pluriennali oħra fil-Baħar Mediterran, sakemm ma jkunx previst mod ieħor. [Em. 14] |
|
(8b) |
Jenħtieġ li pjan pluriennali dejjem isib bilanċ bejn ir-riżultat li jista' jinkiseb, b'kont meħud tal-perjodu ta' żmien, u l-impatt soċjoekonomiku. [Em. 15] |
|
(9) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal l-obbligu tal-ħatt l-art, inkluż għall-qabdiet kollha ta’ speċijiet li huma suġġetti għal daqsijiet minimi kif iddefinit fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 (9) stabbilixxa pjan ta’ tliet snin għall-iskartar tal-ħut li jipprevedi eżenzjoni de minimis mill-obbligu tal-ħatt l-art għall-inċova, is-sardin, il-kavalli u s-sawrell fil-Baħar Adrijatiku. Sabiex jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, huwa xieraq li tiġi estiża l-validità tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 billi d-dispożizzjonijiet rispettivi tiegħu jiddaħħlu fil-pjan pluriennali. |
|
(10) |
F’konformità mal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, minbarra d-deskrittur relatat mas-sajd mogħti dan il-pjan jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-ksib ta' status ambjentali tajjeb kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, u d-deskritturi kwalitattivi 1, 4 u 6 mogħtija fl-Anness I tad-Direttiva wkoll għandhom jenħtieġ li jitqiesu fil-qafas tal-ġestjoni tas-sajd. Jenħtieġ li dan il-pjan jikkontribwixxi wkoll għall-ksib ta' status ta' konservazzjoni favorevoli għall-ħabitats u l-ispeċijiet kif jirrikjedu d-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 92/43/KEE rispettivament . [Em. 16] |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti b’mod konsistenti mal-miri stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali. [Em. 17] |
|
(12) |
Huwa xieraq li l-mortalità mis-sajd fil-mira (F) li tikkorrispondi mal-għan li jintlaħaq u jinżamm l-MSY tiġi stabbilita bħala meded ta’ valuri li huma konsistenti mal-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli (FMSY). Dawk il-meded, ibbażati fuq pariri xjentifiċi, huma meħtieġa sabiex tiġi pprovduta l-flessibbiltà biex jitqiesu l-iżviluppi fil-pariri xjentifiċi, sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tas-sajd imħallat. Il-meded tal-FMSY ikkalkulahom l-STECF u (10) .Abbażi ta' dan il-pjan, dawn huma mfasslin biex jagħtu tnaqqis ta’ mhux aktar minn 5 % fir-rendiment fit-tul meta mqabbel mal-MSY (11). Barra minn hekk, il-limitu massimu tal-medda huwa limitat, hekk li l-probabbiltà li l-istokk jaqa’ taħt il-Blim mhijiex ta’ iktar minn 5 %. [Em. 18] |
|
(13) |
Għall-għanijiet tal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd, irid ikun hemm limitu massimu għall-meded tal-FMSY fil-każ ta’ użu normali u limitu ogħla f’ċerti każijiet, dejjem jekk l-istokk ikkonċernat jitqies li jkun f i stat tajjeb. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan pluriennali, jenħtieġ li l-mira għal kull speċi tkun SSBpa. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu jistgħu jiġu ffissati sal-limitu possibbli li tiġi ffissat a mira ogħla biss jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament b’rabta mas-sajd imħallat jew jekk dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat id-dannu lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta’ bejn l-istokkijiet ta’ speċijiet differenti, jew sabiex jiġu llimitati l-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd minn sena għall-oħra. fejn wieħed mill-istokkijiet ta' pelaġiċi żgħar ikun inqas mill-SSBlim . [Em. 19] |
|
(14) |
F’każijiet fejn ma jkunux disponibbli l-miri marbutin mal-MSY, jenħtieġ li japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni. |
|
(15) |
Għall-istokkijiet li għalihom ikunu disponibbli dawn il-miri, u għall-għanijiet Għall-fini tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja, jeħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala MSY Btrigger u Blim għall-istokkijiet tal-inċova u tas-sardin. SSBlim u SSBpa għall-ħut pelaġiku żgħir. Jekk l-istokkijiet jaqgħu taħt l-MSY Btrigger, il-mortalità mis-sajd għandha titnaqqas iktar mill-FMSY. SSBlim, ikun jenħtieġ li jiġu adottati miżuri ta' rimedju xierqa biex jikkontribwixxu biex l-istokk ikkonċernat jirritorna b'mod rapidu għal livelli ogħla mill-SSBpa . [Em. 20] |
|
(16) |
Jenħtieġ li jiġu implimentati iktar miżuri ta’ salvagwardja jekk id-daqs tal-istokk jaqa’ taħt il-punt ta’ referenza ta’Blim. Jenħtieġ li l-miżuri ta’ salvagwardja jkunu jinkludu t-tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jkun jindika li xi stokk ikun mhedded. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jkollhom magħhom miżuri oħrajn, skont kif ikun xieraq, bħal miżuri tal-Kummissjoni meħudin skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew miżuri tal-Istati Membri meħudin skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 21] |
|
(17) |
Għall-istokkijiet li għalihom ma jkunux disponibbli l-punti ta’ referenza, jenħtieġ li japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni. Fil-każ speċifiku tal-istokkijiet li jinqabdu bħala qabdiet aċċessorji, jekk ma jkunx hemm parir xjentifiku dwar il-livelli minimi tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv għat-tali stokkijiet, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jkun jindika li hemm bżonn ta’ miżuri ta’ rimedju. [Em. 22] |
|
(18) |
Sabiex ikun jista’ jiġi implimentat l-obbligu ta’ ħatt l-art stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li l-pjan jipprevedi miżuri addizzjonali ta’ ġestjoni , b'mod partikolari miżuri biex l-iskartar jiġi eliminat b'mod gradwali, biex jiġi kkalkulat in-numru ta' ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, u biex jitnaqqsu u, fejn possibbli, jiġu eliminati, l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd minn fuq l-ambjent marin . Jenħtieġ li t-tali miżuri jiġu stabbiliti permezz ta’ atti delegati. [Em. 23] |
|
(18a) |
Rakkomandazzjoni konġunta mill-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja (Il-Grupp ta' Livell Għoli “Adriatica”) u studju dwar il-karatteristiċi tekniċi tax-xbieki bit-tartarun tal-borża u l-impatt tagħhom fuq il-komunitajiet tal-qiegħ ġew sottomessi, u riveduti, minn esperti indipendenti u l-STECF. Huwa għalhekk xieraq li tiġi prevista deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, u l-punt 2 tal-Anness II tal-istess Regolament. [Em. 24] |
|
(19) |
Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti min-naħa ta’ Stati Membri li jkollhom interess ta’ ġestjoni dirett, kif inhu meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(19a) |
Jenħtieġ li l-Kunsill iqis is-sajd rikreattiv meta l-parir xjentifiku jindika li tali sajd għandu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' stokk partikolari. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista' jistabbilixxi qabda totali permissibbli (TAC) għall-qabdiet kummerċjali li tieħu kont tal-volum ta' qabdiet rikreattivi u/jew jadotta miżuri oħra li jillimitaw is-sajd rikreattiv, bħal-limitu tal-qabda u l-perjodi ta' għeluq. [Em. 25] |
|
(20) |
Jenħtieġ li l-pjan jipprevedi wkoll l-adozzjoni ta’ ċerti miżuri tekniċi ta’ akkumpanjament, kif ukoll miżuri temporali u spazjali , permezz ta’ atti delegati u b'kont meħud tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli , sabiex dawn jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber jew biex titjieb is-selettività. [Em. 26] |
|
(20a) |
Jenħtieġ li l-irkapti artiġjanali bbażati fuq prattiki storiċi stabbiliti fil-komunitajiet tas-sajd jiġu ssalvagwardjati meta jiġu definiti l-miżuri tekniċi li jirriżultaw mill-pjan pluriennali jew mill-atti delegati adottati skont il-pjan pluriennali. [Em. 27] |
|
(21) |
Bil-għan li tiġi żgurata konformità sħiħa mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ kontroll biex jikkumplimentaw dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (12). |
|
(21a) |
Bil-għan li l-industrija tkun tista' tlaħħaq mal-miżuri għat-tnaqqis tal-isforz tas-sajd u t-tnaqqis konsegwenti ta' introjtu għan-negozji u l-baħħara, jenħtieġ li jkun hemm arranġamenti għal aċċess ta' prijorità għal sostenn xieraq mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) . [Em. 28] |
|
(21b) |
Bil-għan li tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti mal-impatti soċjoekonomiċi, minn naħa waħda jkun ideali li jingħataw derogi mill-perjodi ta' żmien għall-miżuri ta' waqfien temporanju kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, u b'hekk tiġi estiża biss għal bastimenti koperti minn dan il-pjan pluriennali u, min-naħa l-oħra, li jiġi permess il-ftuħ mill-ġdid u l-aċċess mill-istess bastimenti għall-miżuri ta' waqfien permanenti previsti mill-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament. [Em. 29] |
|
(22) |
Filwaqt li jiġi rrikonoxxut li t-tendenza għall-bastimenti li jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku hi li huma jagħmlu vjaġġi qosra tas-sajd, jenħtieġ li l-użu tan-notifiki minn qabel kif inhu meħtieġ skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jiġi adattat sabiex in-notifiki minn qabel jintbagħtu mill-inqas siegħa u nofs nofs siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. Madankollu, meta jitqies l-effett limitat ta’ vjaġġi tas-sajd li jinvolvu kwantitajiet żgħar ħafna ta’ ħut fuq l-istokkijiet ikkonċernati, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu massimu għat-tali notifiki minn qabel meta dawn il-bastimenti jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta’ inċova jew ta’ sardin ħut pelaġiku żgħir . [Em. 30] |
|
(23) |
Filwaqt li jiġi rrikonoxxut li l-għodod elettroniċi ta’ kontroll jiżguraw kontroll aħjar u iżjed f’waqtu tas-sajd, b’mod partikulari tad-distribuzzjoni ġeografika tal-attivitajiet tas-sajd u tal-isfruttament tal-istokkijiet, jenħtieġ li l-użu ta’ sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti u ta’ ġurnal elettroniku ta’ abbord, hekk kif inhu meħtieġ skont l-Artikoli 9 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 rispettivament, jiġi estiż għall-bastimenti kollha tas-sajd li b’kollox ikunu twal tmien metri. |
|
(24) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi għall-qabdiet tal-inċova u tas-sardin ħut pelaġiku żgħir li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet f’port deżinjat jew f’post viċin il-kosta skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, meta jkunu qed jagħżlu dawk il-portijiet jew dawk il-postijiet viċin il-kosta, jeħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 43(5) ta’ dak ir-Regolament b’tali mod li jiġi żgurat kontroll effettiv. [Em. 31] |
|
(25) |
Sabiex ikun hemm adattament f’waqtu u b’mod proporzjonat għall-progress tekniku u xjentifiku u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa l-evoluzzjoni ta’ ċerti miżuri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’rabta mas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament f’dak li għandu x’jaqsam ma’ miżuri ta’ rimedju għall-konservazzjoni tal-kavalli u tas-sawrell, mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u ma’ miżuri tekniċi. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (14). B’mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 32] |
|
(26) |
Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza u tal-effettività tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li t-tali valutazzjoni ssegwi evalwazzjoni perjodika tal-pjan li tkun ibbażata fuq il-parir xjentifiku u li din tissejjes fuqha. Jenħtieġ li l-pjan jiġi evalwat tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u sussegwentement kull ħames snin. Dak il-perjodu jippermetti li jiġi implimentat bis-sħiħ l-obbligu tal-ħatt l-art u li jiġu adottati u implimentati miżuri reġjonalizzati u li dawn jibda jkollhom impatt fuq l-istokkijiet u fuq is-sajd. Dan huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi. [Em. 33] |
|
(27) |
Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, qabel ma ġie abbozzat il-pjan, ġie evalwat l-impatt ekonomiku u soċjali probabbli tiegħu (15). |
|
(27a) |
Bil-għan li s-sajjieda jiġu megħjuna jimplimentaw il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-akbar użu possibbli tal-miżuri disponibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 508/2014. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-miżuri ta' waqfien temporanju li ġew adottati bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament jistgħu jitqiesu eleġibbli għal appoġġ taħt ir-Regolament (UE) Nru 508/2014, bil-għan li jitqiesu l-aspetti soċjoekonomiċi ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa xieraq li tingħata deroga, għall-bastimenti milquta minn dan il-pjan pluriennali, mill-perjodi li matulhom jista' jingħata sostenn kif ukoll mil-limitu massimu fuq il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEMS għall-miżuri ta' waqfien temporanju stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 508/2014, [Em. 34] |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istokkijiet tal-inċova (Engraulis encrasicolus) u tas-sardin (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku (“l-istokkijiet ikkonċernati”( “ħut pelaġiku żgħir” ) u għas-sajd li jisfrutta li jimmira għal dawk l-istokkijiet. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-qabdiet aċċessorji tal-kavalli (Scomber spp.) u tas-sawrell (Trachurus spp.) fil-Baħar Adrijatiku li jinqabdu waqt is-sajd għal wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati jew għat-tnejn li huma. għall-ħut pelaġiku żgħir . [Em. 35]
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.
2. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“il-Baħar Adrijatiku” tfisser is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM; |
|
(b) |
“subżona ġeografika tal-GFCM” tfisser subżona ġeografika tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (il-GFCM), kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16); |
|
(ba) |
“Iffukar” tfisser li s-sardin jew l-inċova jirrappreżentaw tal-inqas 50 % tal-qabda f'piż ħaj. [Em. 37] |
|
(c) |
“stokkijiet pelaġiċi żgħar” “Ħut pelaġiku żgħir” tfisser l-istokkijiet imniżżlin fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe kombinament tagħhom; s tokkijiet tas-sardin (Sardina pilchardus) u l-inċova (Engraulis encrasicolus) ; [Em. 38] |
|
(ca) |
“L-Aqwa parir xjentifiku disponibbli” tirreferi għal parir xjentifiku disponibbli għall-pubbliku li huwa appoġġat mid-dejta u l-metodi xjentifiċi l-aktar aġġornati li nħarġu jew li ġew evalwati minn esperti minn korp xjentifiku internazzjonali indipendenti jew tal-Unjoni rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, bħall-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u l-GFCM, u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 104] |
|
(d) |
“medda tal-FMSY” tfisser medda ta’ valuri fejn, f’sitwazzjonijiet ta’ sajd imħallat u bi qbil mal-parir xjentifiku, il-livelli kollha ta’ mortalità mis-sajd fil-limiti xjentifikament indikati ta’ dik il-medda jwasslu għal rendiment massimu sostenibbli (MSY) fit-tul bil-kundizzjonijiet ambjentali medji eżistenti mingħajr ma jaffettwaw b’mod sinifikanti l-proċess ta’ riproduzzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati; [Em. 39] |
|
(da) |
“Jum tas-sajd” tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta' 24 siegħa, jew parti minnu, meta bastiment tas-sajd ikun involut f'attività tas-sajd, bħat-tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irmonk, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord jew it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, it-tismin u l-ħatt l-art ta' ħut u prodotti tas-sajd, kif definit fil-punt 28 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; [Em. 40] |
|
(db) |
“SSBlim” tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni ta' rimedju sabiex jiġi żgurat li l-istokk jerġa' jinbena sa livell fejn ikun fil-limiti bijoloġiċi ta' sikurezza; [Em. 41] |
|
(dc) |
“SSBpa” tfisser il-punt ta' referenza prekawzjonarju tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni sabiex jiġi żgurat li l-istokk jerġa' jinbena sa livell fejn ikun fil-limiti bijoloġiċi ta' sikurezza; [Em. 42] |
|
(e) |
“MSY Btrigger” tfisser il-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni speċifika u xierqa ta’ ġestjoni sabiex ikun żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jerġgħu jżidu l-istokkijiet għal-livelli ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu MSY fit-tul; [Em. 43] |
|
(f) |
“opportunità tas-sajd” tfisser dritt legali kkwantifikat għas-sajd, mogħti f’termini tal-qabdiet u/jew tal-isforz tas-sajd. |
Artikolu 3
Għanijiet
1. Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd imniżżlin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b’mod partikulari billi japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jerġa’ jżid il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom f’livelli ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. [Em. 45]
2. Il-pjan pluriennali għandu jipprovdi qafas ta’ ġestjoni effettiv, sempliċi u stabbli għall-isfruttament tal-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku.
2a. Il-pjan pluriennali għandu jqis l-aspetti soċjoekonomiċi meta jkun qiegħed jiġi żviluppat jew mibdul, f'konformità mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 47]
3. Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni għat-tnaqqis tal-qbid skartat billi jevita l-qabdiet mhux mixtieqa u jnaqqashom kemm jista’ jkun u għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li huma suġġetti għalih u li għalihom japplika dan ir-Regolament. [Em. 48]
4. Il-pjan pluriennali għandu jimplimenta l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiżgura li jitnaqqsu kemm jista’ jkun , u fejn possibbli jiġu eliminati, l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar , b'mod partikolari l-ħabitats li jinsabu mhedda u l-ispeċijiet protetti, inklużi l-mammiferi tal-baħar, it-tjur tal-baħar u r-rettili . Huwa għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u b’mod partikulari mal-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020 kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE , u mal-miri u r-regoli stabbiliti fid-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE . [Em. 49]
5. B’mod partikulari, il-pjan pluriennali għandu jimmira:
|
(a) |
li jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet deskritti fid-deskrittur 3 stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE; u |
|
(b) |
li jikkontribwixxi sabiex jiġu ssodisfati d-deskritturi rilevanti l-oħrajn stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE b’mod proporzjonat mar-rwol li s-sajd għandu fl-issodisfar tagħhom. |
5a. Il-miżuri skont il-pjan għandhom jittieħdu f'konformità mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli. [Em. 50]
KAPITOLU II
MIRI SOĊJOEKONOMIĊI , SALVAGWARDJI U MIŻURI SPEĊIFIĊI [Em. 51]
Artikolu 4
Miri għall-inċova u għas-sardin għall-pelaġiċi ż-żgħar [Em. 52]
1. Il-mortalità mis-sajd Il-punti ta' referenza fil-mira għandha tintlaħaq għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jintlaħqu mill-aktar fis possibbli u fuq bażi progressiva u inkrimentali sal-2020 għall-istokkijiet ikkonċernati u, wara dak iż-żmien, għandha tinżamm fil-meded stabbiliti għandhom, minn hemm 'il quddiem , jinżammu 'l fuq mill-valuri mogħtija fl-Anness I u f’konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1). [Em. 53]
2. L-opportunitajiet tas-sajd Il-miżuri ta' ġestjoni għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jikkonformaw mal-meded tal-mortalità mis-sajd mal-punti ta' referenza fil-mira stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. [Em. 54]
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu ffissati f’livelli il-miżuri ta' ġestjoni jista' jkollhom fil-mira l-livelli li jikkorrispondu għal livelli aktar baxxi ta’ mortalità mis-sajd valuri ogħla minn dawk stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I jekk:
|
(a) |
abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat; |
|
(b) |
abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta' bejn l-istokkijiet ta' speċijiet differenti; jew |
|
(c) |
wieħed mill-istokkijiet tal-pelaġiċi ż-żgħar huwa inqas mill-punt ta' referenza spjegat fil-kolonna B tal-Anness I. [Em. 55] |
4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-opportunitajiet tas-sajd għal xi stokk partikulari jistgħu jiġu ffissati skont il-meded tal-mortalità mis-sajd stabbiliti fil-kolonna B tal-Anness I, dejjem jekk l-istokk ikkonċernat ikun f’livell ogħla mil-livell minimu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna A tal-Anness II:
|
(a) |
jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat; |
|
(b) |
jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta’ bejn l-istokkijiet ta’ speċijiet differenti; jew |
|
(c) |
sabiex il-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd bejn snin konsekuttivi jiġu llimitati għal mhux aktar minn 20 %. [Em. 56] |
4a. Meta l-parir xjentifiku jindika li s-sajd rikreattiv ikollu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' xi stokk partikolari, il-Kunsill dan għandu jqisu u jista' jillimita s-sajd rikreattiv meta jkun qed jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd biex jevita li tinqabeż il-mira totali tal-mortalità mis-sajd. [Em. 57]
Artikolu 4a
L-għanijiet soċjoekonomiċi
Bil-għan li jitqiesu l-objettivi soċjoekonomiċi spjegati fil-punt (f) tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jkunu qed japplikaw il-miżuri tekniċi u ta' konservazzjoni previsti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu estensiv tal-miżuri rilevanti spjegati fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 [Em. 58]
Artikolu 5
Salvagwardji
1. Il-punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala livelli minimi u livelli ta’ limitu tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li għandhom jiġu applikati sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kapaċità riproduttiva sħiħa tal-istokkijiet ikkonċernati huma stabbiliti fl-Anness II. [Em. 59]
1a. Tliet snin wara l-applikazzjoni tal-miżuri ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 6(1a), ir-riċerka xjentifika għandha tivverifika l-effikaċja tal-miżuri li jkunu ttieħdu, b'mod partikulari fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta lil dawk l-istokkijiet. [Em. 60]
2. Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati mill-pelaġiċi ż-żgħar tkun taħt il-livell minimu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna A B tal-Anness II I , għandhom jiġu adottati l-miżuri kollha ta’ rimedju x-xierqa biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa’ jitla’ isir kontribut ħalli l-popolazzjonijiet tal-pelaġiċi ż-żgħar jerġgħu jitilgħu .malajr għal livelli li jkunu ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY . mill-punt ta' referenza mogħti fil-kolonna A tal-Anness I . B’mod partikulari, b’deroga mill-Artikolu 4(2) u (4) f'konformità mal-Artikolu 4 ( 3 ), l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet ikkonċernati il-miżuri ta' ġestjoni għandhom jiġu ffissati f’livell li jkun konsistenti ma’ mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset iktar mill-medda stabbilita fil-kolonna A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, aġġustati filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa ta’ dak l-istokk. [Em. 61]
3. Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati taż-żewġ stokkijiet ta' pelaġiċi ż-żgħar tkun taħt il-limitu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv (Blim SSBlim ) kif stabbilit fil-kolonna B tal-Anness II I , għandhom jittieħdu iktar miżuri ta’ rimedju biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa’ jitla’ isir kontribut ħalli ż-żewġ stokkijiet jerġgħu jitilgħu malajr għal livelli li jkunu ’l fuq minn dak li jista’ jipproduċi l-MSY mill-punt ta' referenza mogħti fil-kolonna A tal-Anness I . B’mod partikulari, b’deroga mill-Artikolu 4(2) u (4), dawk il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu s-sospensjoni tas-sajd li jkollu fil-mira lill-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis ix-xieraq tal-opportunitajiet tas-sajd miżuri oħra adegwati ta' ġestjoni . [Em. 62]
Artikolu 6
Miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni
1. Meta l-parir xjentifiku jindika li hemm bżonn ta’ azzjoni ta’ rimedju biex tkun żgurata l-konservazzjoni tal-istokkijiet pelaġiċi għall-konservazzjoni tal-pelaġiċi ż-żgħar imsemmijin fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ tal-inċova u tas-sardin, meta l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-istokkijiet għal sena partikulari tkun taħt il-punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni stabbiliti fil-kolonna A B tal-Anness II I ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 b’rabta mal-affarijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, b’mod partikulari d-daqs tal-malja, il-bini tal-irkaptu, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta’ tagħmir tas-selettività sabiex tkun żgurata s-selettività jew sabiex din tittejjeb; |
|
(b) |
l-użu tal-irkaptu tas-sajd u l-fond li fih jintuża l-irkaptu sabiex tkun żgurata s-selettività jew sabiex din tittejjeb; |
|
(c) |
il-projbizzjoni tas-sajd f’żoni speċifiċi jew il-limitazzjoni tas-sajd fihom sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv u l-ħut li għadu qed jikber jew il-ħut ta’ daqs li jkun inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jew biex jiġu protetti l-ispeċijiet tal-ħut li ma jkunux fil-mira; |
|
(d) |
il-projbizzjoni tas-sajd jew tal-użu ta’ ċertu tip ta’ rkaptu f’ċerti perjodi taż-żmien jew il-limitazzjoni tagħhom f’dawn il-perjodi sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv jew il-ħut ta’ daqs li jkun inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jew biex jiġu protetti l-ispeċijiet tal-ħut li ma jkunux fil-mira; |
|
(e) |
id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni sabiex tkun żgurata l-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar; u |
|
(f) |
karatteristiċi oħrajn marbutin mas-selettività. [Em. 63] |
1a. Minkejja l-paragrafu 1, sabiex jintlaħqu l-miri spjegati fl-Artikolu 4, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin għas-snin 2019–2022:
|
(a) |
fl-2019 il-limitu tal-qabdiet għall-pelaġiċi ż-żgħar għandu jkun stabbilit fil-livell tal-qbid tal-2014; ibda mill-2020, il-limiti tal-qabdiet għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jitnaqqsu gradwalment kull sena għall-Istat Membru kkonċernat b'4 % meta mqabbel mas-sena preċedenti sal-2022; madankollu, it-tnaqqis ma għandux japplika jekk fis-sena ta' qabel il-qabda totali għal kull Stat Membru kkonċernat tkun ta' aktar minn 2 % taħt il-livell tal-qabdiet tal-2014; |
|
(b) |
l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li jimmiraw għal pelaġiċi ż-żgħar ma għandux jaqbeż il-180 jum ta' sajd fis-sena u l-20 jum ta' sajd fix-xahar, b'massimu ta' 144 jum ta' sajd fis-sena mmirati għas-sardin u b'massimu ta' 144 jum ta' sajd fis-sena mmirati għall-inċova; |
|
(c) |
l-għeluq ġeotemporali għandu jiġi implimentat kull sena sabiex jiġu protetti ż-żoni tat-tkabbir u tar-riproduzzjoni. tali għeluq, għal tipi differenti ta' rkaptu tas-sajd, għandhom ikopru d-distribuzzjoni sħiħa tal-pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku, għal perjodi ta' mhux anqas minn 15-il jum kontinwi u sa 30 jum kontinwi. dak l-għeluq għandu jseħħ matul il-perijodi li ġejjin:
|
|
(d) |
għeluq addizzjonali għall-bastimenti ta' tul totali ta' aktar minn 12 il metru, separatament għal kull tip ta' rkaptu tas-sajd, għandu jiġi implimentat għal mhux inqas minn sitt xhur; tali għeluq għandu jkopri mill-inqas 30 % taż-żona li tkun ġiet identifikata bħala żona ta' tkabbir jew bħala żona li tkun importanti għall-protezzjoni ta' klassijiet ta' ħut ta' età bikrija (f'ibħra territorjali u interni); |
|
(e) |
il-kapaċità totali tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir u tal-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jkunu qed jistadu b'mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi ż-żgħar ma għandhiex taqbeż il-kapaċità tal-flotta reġistrata tal-flotta attiva tal-2014 f'termini ta' tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ reġistrat gross (GRT), saħħa tal-magna (kW) u numru ta' bastimenti. [Em. 70] |
1b. Minkejja l-paragrafu 1a, sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà u jiġu limitati l-varjazzjonijiet fil-miżuri ta' ġestjoni, id-durata tal-għeluq imsemmi fil-punti (c) u (d) tiegħu ma għandhiex tvarja b'aktar minn 10 % minn sena għall-oħra konsekuttivi. [Em. 71]
Artikolu 6a
Miżuri tekniċi
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, u l-punt 2 tal-Anness II tal-istess Regolament ma għandhomx japplikaw.
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tul massimu tax-xbieki tat-tidwir (tartarun tal-borża u tartaruni mingħajr borża) għandu jkun ristrett għal 600 metru, l-għoli ta' kemm tinżel ix-xibka tkun ta' massimu ta' 1/3 tat-tul tagħha. [Em. 72]
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET MARBUTIN MAL-OBBLIGU TAL-ĦATT L-ART
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet marbutin mal-obbligu tal-ħatt l-art għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar li jinqabdu fil-Baħar Adrijatiku
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar l-affarijiet li ġejjin: [Em. 73]
|
(a) |
l-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet li għalihom l-evidenza xjentifika turi l-aqwa parir xjentifiku disponibbli juri rati għoljin ta’ sopravvivenza sopravivenza , filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkaptu, il-prattiki tas-sajd u l-ekosistema, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art; [Em. 74] |
|
(b) |
l-eżenzjonijiet de minimis sabiex ikun jista’ jiġi implimentat l-obbligu ta’ ħatt l-art; it-tali eżenzjonijiet de minimis għandhom jiġu previsti għall-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għandhom ikunu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih; |
|
(c) |
id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-dokumentazzjoni tal-qabdiet, b’mod partikulari għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art. |
|
(d) |
l-iffissar tad-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni sabiex tkun żgurata l-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar. [Em. 75] |
KAPITOLU IV
REĠJONALIZZAZZJONI
Artikolu 8
Kooperazzjoni reġjonali
1. L-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għall-miżuri msemmijin fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri li jkollhom interess ta’ ġestjoni dirett jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-ewwel darba mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad 12-il xahar wara kull sottomissjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan pluriennali skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament. Huma jistgħu jippreżentaw it-tali rakkomandazzjonijiet ukoll meta jqisu li jkun hemm bżonnhom, b’mod partikulari f’każ li jkun hemm tibdil f’daqqa tas-sitwazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti dwar miżuri li jikkonċernaw sena kalendarja partikulari għandhom jiġu ppreżentati sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ qabel.
3. Is-setgħat mogħtija skont l-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont dispożizzjonijiet oħrajn tal-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
KAPITOLU V
KONTROLL U INFURZAR
Artikolu 9
Rabta mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009
Il-miżuri ta’ kontroll previsti f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw flimkien ma’ dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, ħlief fejn hu previst mod ieħor f’dan il-Kapitolu.
Artikolu 10
Notifika minn qabel
1. B’deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, in-notifika minn qabel imsemmija f’dak l-Artikolu għandha ssir mill-inqas siegħa u nofs nofs siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kostali jistgħu, fuq il-bażi ta’ każ b’każ, jagħtu permess għal dħul qabel fil-port. [Em. 76]
2. L-obbligu ta’ notifika minn qabel għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta’ inċova jew tunnellata żewġ tunnellati ta’ sardin. Dawk il-kwantitajiet għandhom jiġu kkalkolati wara li jitnaqqsu l-qabdiet imsemmija fl-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 77]
Artikolu 11
Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għandha tiġi estiża għall-bastimenti tas-sajd li b’kollox ikunu twal tmien metri jew aktar u li jkunu impenjati fis-sajd għall-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku.
2. L-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ma għandhiex tapplika għall-bastimenti impenjati fis-sajd għall-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku skont dan ir-Regolament, irrispettivament mit-tul tagħhom.
Artikolu 12
Ikkompletar elettroniku u trażmissjoni elettronika tal-ġurnali ta’ abbord dwar is-sajd
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-obbligu li jinżamm ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd f’format elettroniku u li dan jintbagħat permezz ta’ mezzi elettroniċi mill-inqas darba kuljum lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, għandu jiġi estiż għall-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li b’kollox ikunu twal tmien metri jew aktar u li jkunu impenjati fis-sajd għall-inċova jew għas-sardin.
2. L-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ma għandhiex tapplika għall-kaptani ta’ bastimenti li jkunu impenjati fis-sajd għall-inċova jew għas-sardin, irrispettivament mit-tul ta’ dawn il-bastimenti.
2a. B'deroga mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti kollha tal-Unjoni b'tul globali ta' 12-il metri jew aktar għandhom jibagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament qabel il-bidu tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art. [Em. 78]
Artikolu 13
Portijiet deżinjati
Il-limiti massimi li japplikaw għall-piż ħaj tal-ispeċijiet tal-istokkijiet rispettivi li huma suġġetti għall-pjan pluriennali li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet tiegħu f’port deżinjat jew f’post viċin il-kosta kif stabbilit fl-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
2 000 kg ta’ inċova; |
|
(b) |
2 000 kg ta’ sardin. |
KAPITOLU VI
RIEŻAMI
Artikolu 14
Evalwazzjoni tal-pjan pluriennali
Ħames Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ir-Regolament , u kull ħames snin wara dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan pluriennali fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposta biex dan ir-Regolament jiġi emendat . [Em. 80]
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 15
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 . [Em. 81]
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 6 u 7 għal perjodu ta’ ħames snin … [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b’rabta mad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi taż-żmien tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għat-tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perjodu.
3. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6 u 7 fi kwalunkwe ħin. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwaru.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 6 u 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jqajmu oġġezzjoni għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi mgħarraf lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 15a
Appoġġ mill-FEMS
1. Il-miżuri ta' waqfien temporanju adottati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan pluriennali għandhom jitqiesu bħala waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
2. B'deroga mill-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, sal-31 ta' Diċembru 2020 id-durata massima tal -appoġġ taħt dak ir-Regolament għandha tkun ta' disa' xhur, għall-bastimenti tas-sajd soġġetti għall-għeluq ġeografiku u temporali previst f'dan ir-Regolament.
3. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, bħala deroga mill-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, għandu jkun possibbli li tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-FEMS 'il fuq mil-limitu massimu ta' 15 % stabbilit f'dak l-Artikolu.
4. Fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, għandha tingħata prijorità lis-sajjieda affettwati mill-implimentazzjoni tal-miżuri li jinsabu f'dan il-pjan pluriennali.
5. Sal-31 ta' Diċembru 2020, u b'deroga mill-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, il-bastimenti li jkunu waqqfu l-attivitajiet tas-sajd kollha b'riżultat tal-miżuri biex jitnaqqas l-isforz tas-sajd imsemmi f'dan ir-Regolament jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ għall-waqfien permanenti kif imsemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014. [Em. 82]
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 68.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Novembru 2018.
(3) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)(ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(5) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (“ir-Regolament dwar il-Mediterran”) (ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).
(8) Id-dokument tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar il-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fil-Baħar Mediterran imsejjaħ “ Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) Assessment of Mediterranean Sea stocks – part 2 (STECF-11-14)”.
(9) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 tal-20 ta’ Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan ta’ rimi għal ċertu sajd ta’ ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 21).
(10) Id-dokument tal-2015 tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar l-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku imsejjaħ "Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) – Small pelagic stocks in the Adriatic Sea. Ir-rapport tal-ewwel parti tal-valutazzjonijiet tal-istokkijiet fil-Baħar Mediterran imsejjaħ “Mediterranean assessments part 1” (STECF-15-14). 2015 ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu bin-numru EUR 27492 EN, JRC 97707, u fih 52 paġna. [It-tieni parti ta' din ir-referenza tidher li hi żbaljata. OPOCE, jekk jogħġbok iċċekkja.]
(11) Id-dokument tal-2015 tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar l-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u l-valutazzjonijiet tal-Mediterran imsejjaħ “ Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) – Small pelagic stocks in the Adriatic Sea. Mediterranean assessments part 1 (STECF-15-14) ” ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu bin-numru EUR 27492 EN, JRC 97707, li fih 52 paġna. [The second part of this reference seems to be mistaken. OPOCE, please check.]
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(14) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(15) Il-valutazzjoni tal-impatt… [inkludi r-referenza meta din tiġi ppubblikata].
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
ANNESS I
Punti ta’ referenza fil-mira
(kif imsemmi fl-Artikolu 4( Artikoli 4 u 5 ) [Em. 86]
|
Stokk |
Medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY) Medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY) |
|
|
Kolonna A |
Kolonna B |
|
|
Inċova |
Bejn 0,23 u 0,30 SSBpa |
Bejn 0,30 u 0,364 SSBlim |
|
Sardin |
Bejn 0,065 u 0,08 |
Bejn 0,08 u 0,11 SSBlim |
[Em. 87]
ANNESS II
Il-punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni
(kif imsemmi fl-Artikolu 5)
|
Stokk |
Il-livell minimu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv (f’tunnellati) (MSY Btrigger) |
Il-limitu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa (f’tunnellati) (Blim) |
|
Kolonna A |
Kolonna B |
|
|
Inċova |
139 000 |
69 500 |
|
Sardin |
180 000 |
36 000 |
[Em. 84]
L-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2018
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/257 |
P8_TA(2018)0450
Regoli dwar għajnuna mill-Istat: kategoriji ġodda ta' għajnuna mill-Istat *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (COM(2018)0398 – C8-0316/2018 – 2018/0222(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2020/C 363/31)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0398), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0316/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0315/2018), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/258 |
P8_TA(2018)0452
L-għoti tas-setgħa lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (COM(2017)0142 – C8-0119/2017 – 2017/0063(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 363/32)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0142), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 103 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0119/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0057/2018), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0063
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw setgħat biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/1.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tieħu nota tat-test tal-Artikolu 11 dwar miżuri interim li sar bi qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Il-miżuri interim jistgħu jkunu għodda ewlenija għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni biex jiġi żgurat li l-kompetizzjoni ma tiġix ippreġudikata filwaqt li tkun għaddejja investigazzjoni.
Bil-ħsieb li jippermetti lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni li jittrattaw b’mod aktar effettiv l-iżviluppi fi swieq li jinbidlu malajr, il-Kummissjoni timpenja ruħha li hija se twettaq analiżi ta’ jekk hemmx mezzi biex tissimplifika l-adozzjoni ta’ miżuri interim fin-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni fi żmien sentejn mid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-riżultati ta’ dan se jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/260 |
P8_TA(2018)0453
Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC) (riformulazzjoni) (COM(2016)0590 – C8-0379/2016 – 2016/0288(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)
(2020/C 363/33)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0590), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0379/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 1) dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tas-17 ta' Ottubru 2016 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0318/2017), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 125, 21.4.2017, p. 65.
P8_TC1-COD(2016)0288
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/1972.)
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/262 |
P8_TA(2018)0454
Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (COM(2016)0591 – C8-0382/2016 – 2016/0286(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 363/34)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0591), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0382/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2017 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0305/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0286
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1971.)
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/264 |
P8_TA(2018)0455
Standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda (COM(2018)0284 – C8-0197/2018 – 2018/0143(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 363/35)
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 12c (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12d (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.) |
||||
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 16
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 17b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 21
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 22
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 24
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 29
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 30
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 31
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 33
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 36
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 37
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 30 % inqas mil-livelli tal-2005 sal-2030 fis-setturi koperti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2018/… [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi] , u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-flotta tal-Unjoni ta' vetturi tqal ġodda għandhom jitnaqqsu, meta mqabbel mal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza, kif ġej: |
Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 30 % inqas mil-livelli tal-2005 sal-2030 fis-setturi koperti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2018/842 , u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-flotta tal-Unjoni ta' vetturi tqal ġodda għandhom jitnaqqsu, meta mqabbel mal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza, kif ġej: |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet u biex jiġu pprovduti inċentivi għall-iżvilupp u l-użu tas-suq u tal-infrastruttura tal-Unjoni għall-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, dan ir-Regolament jistabbilixxi punt ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifatturi kollha għall-2025 u l-2030, skont l-Artikolu 5. |
|
|
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għandhom jiġu aġġustati skont il-prestazzjoni fuq il-bażi tal-punt ta' riferiment f'konformità mal-punt 4 tal-Anness I. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi ġodda tal-kategoriji N2 u N3 li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin: |
Dan ir-Regolament għandu japplika bħala l-ewwel pass għall-vetturi ġodda tal-kategoriji N2 u N3 li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin: |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan għandu japplika wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 5 u tal-punt 2.3 tal-Anness I, għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3, u għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d). |
Dan għandu japplika wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2a), tal-Artikolu 5 u tal-punt 4 tal-Anness I, għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1a) u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d). Barra minn hekk, dan għandu japplika, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2b) għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 li jissodisfaw il-kriterji tekniċi msemmija fil-paragrafu 2a ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2019, atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji tekniċi għad-definizzjoni tal-iskop vokazzjonali ta' vettura u għad-definizzjoni ta' xarabanks urbani koperti mir-Regolament. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Mill- 2020 u kull sena kalendarja sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) , għal kull manifattur, il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi msemmija fl-Artikolu 4(b) għas-sena kalendarja preċedenti. |
Mill- 1 ta' Jannar 2025 , is-sehem speċifiku ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur f'sena kalendarja għandu jitqabbel mal-valuri li ġejjin: |
|
|
Sitwazzjoni fl-2025: minimu ta' 5 %; |
|
|
Sitwazzjoni fl-2030: 20 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jqis l-għadd u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur f'sena kalendarja, inkluż il-vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), kif ukoll il-vetturi vokazzjonali mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi. |
imħassar |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jiġi kkalkulat skont il-punt 2.3 tal-Anness I. |
imħassar |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 , il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandhom jitqiesu kif ġej: |
Għall-finijiet tal-ilħuq tal-miri msemmija fil-paragrafu 1 , dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), ta' dan ir-Regolament. |
||
|
|
||
|
|
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur b'massimu ta' 3 %. Il-kontribut tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fil-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) għal dak il-fattur għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur b'massimu ta' 1,5 %. |
imħassar |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. It-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tiġi stabbilita għal kull manifattur skont il-punt 5.1 tal-Anness I, abbażi ta' trajettorja lineari bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 u l-mira tal-2025 speċifikata fil-punt (a) ta' dak l-Artikolu, u bejn il-mira tal-2025 u l-mira tal-2030 speċifikati fil-punt (b) ta' dak l-Artikolu. |
2. It-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita għal kull manifattur skont il-punt 5.1 tal-Anness I, abbażi ta' trajettorja lineari bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u l-mira tal-2025 speċifikata fil-punt (a) ta' dak l-Artikolu, u bejn il-mira tal-2025 u l-mira tal-2030 speċifikati fil-punt (b) ta' dak l-Artikolu. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7a L-akkomunament 1. Il-manifatturi konnessi jistgħu jiffurmaw akkomunament bil-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 5. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tistabbilixxi regoli u kundizzjonijiet dettaljati li jippermettu lill-manifatturi konnessi jifformaw akkomunament fuq bażi miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. |
Emendi 74 u 75
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda skont il-paragrafu 2 f'sena kalendarja partikolari mill-2025 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għall-emissjonijiet żejda kkalkulat skont il-formula li ġejja: |
1. Meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda skont il-paragrafu 2 f'sena kalendarja partikolari mill-2025 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi fuq il-manifattur jew il-maniġer tal-akkomunament, skont kif ikun il-każ, primjum għall-emissjonijiet żejda kkalkulat skont il-formula li ġejja: |
|
|
Mill-perjodu 2025 sal-2029, |
|
(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 6 000 €/gCO2/tkm) |
(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 5 000 €/gCO2/tkm) |
|
|
Mill-2030 'il quddiem |
|
|
(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 6 800 €/gCO2/tkm) |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-livell tal-primjum għall-eċċess ta' emissjonijiet dejjem jeċċedi l-ispejjeż marġinali medji tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri msemmija fl-Artikolu 1(1). |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
4. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biex jikkumplimentaw il-miżuri tal-Unjoni jew dawk nazzjonali li, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti, jippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet jew ir-riallokazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tal-karozzi fl-Istati Membri kollha affettwati, b'mod partikolari fir-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni, sabiex jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ġusta lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur. |
2. Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur , u tadotta, fejn ikun xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019 ikkalkulati f'konformità mal-punt 3 tal-Anness I . |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni tad-data rrapportata mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2018/956 u r-Regolament (UE) 2017/2400, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tistabbilixxi, sa mill-2019, skema ta' ttestjar annwali, għal kampjun rappreżentattiv minn kull manifattur tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi speċifikati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/2400 tal-vetturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-riżultati ta' dawk it-testijiet għandhom jitqabblu mad-data mdaħħla mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 u, meta jinstabu irregularitajiet sistematiċi, l-emissjonijiet speċifiċi medji kkalkulati f'konformità mal-punt 2.7 tal-Anness I u, fejn xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019 kkalkulati f'konformità mal-Punt 3 tal-Anness I, għandhom jiġu aġġustati. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
|
L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali |
L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali |
|
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif dan jevolvi maż-żmien. |
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. |
|
2. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà, mingħand il-manifatturi jew l-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta' data robusta mhux personali dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali mill-vetturi tqal. |
2. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà, inkluża għal partijiet terzi għall-fini ta' ttestjar indipendenti, mingħand il-manifatturi jew l-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta' data robusta dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali mill-vetturi tqal , abbażi ta' data minn miters standardizzati tal-konsum tal-fjuwil . |
|
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi test tal-konformità waqt is-servizz fuq it-triq biex tiżgura li l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil fuq it-triq tal-vetturi tqal ma jaqbżux id-data tal-monitoraġġ irrappurtata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 u r-Regolament (UE) 2018/956 b'aktar minn 10 %. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe devjazzjoni li taqbeż dak il-limitu għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta' manifattur, u tadotta, fejn ikun xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019. |
|
|
2b. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif ir-rappreżentanza f'użu reali msemmija fil-paragrafu 1 tevolvi maż-żmien. |
|
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2). |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar tad-data minn miters tal-konsum tal-fjuwil imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2). |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II. |
1. Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha kontinwament u fil-ħin taġġorna l-għodda ta' simulazzjoni VECTO u tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 li għandha tiġi ddeterminata għall-2030 skont l-Artikolu 1 u l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal inkluż it-trejlers. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-modalitajiet li jindirizzaw, b'mod partikolari, il-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, l-aktar ix-xarabanks, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE (30), u s-sistema tal-krediti tas-CO2, u l-adegwatezza li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk il-modalitajiet fl-2030 u lil hinn u, meta xieraq, magħha tinhemeż proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament. |
Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 li għandha tiġi aġġustata, jekk meħtieġ, għall-2030 skont l-Artikolu 1 , il-punt ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għall-2030 skont l-Artikolu 5, u l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal inkluż it-trejlers u l-vetturi vokazzjonali bħat-trakkijiet tal-ġbir tal-iskart . Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-modalitajiet li jindirizzaw, b'mod partikolari, l-varar ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, l-aktar ix-xarabanks, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE (30), u s-sistema tal-krediti tas-CO2, u l-adegwatezza li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk il-modalitajiet fl-2030 u lil hinn , l-introduzzjoni tal-infrastruttura meħtieġa ta' ċċarġjar u ta' riforniment ta' fjuwil , il-possibbiltà li jkunu introdotti standards tas-CO2 għall-magni partikolarment għal vetturi vokazzjonali, il-kumbinazzjonijiet differenti lil hinn mid-dimensjonijiet standard applikabbli għat-trasport nazzjonali, bħall-Kunċetti Modulari, ir-rappreżentanza tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali determinati f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2400 kif ukoll valutazzjoni tal-aġġornament tal-għodda ta' simulazzjoni VECTO. Ir-rapport għandu, kif xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tiżvluppa metodoloġija speċifika biex, fil-każ tal-applikazzjonijiet CNG u LNG, tinkludi l-effett tal-użu ta' fjuwils tat-trasport gassużi avvanzati u rinnovabbli – konformi mal-kriterji sostenibbli definiti skont RED II – għall-komputazzjoni tal-emissjonijiet medji tal-flotta. Fejn xieraq, din il-metodoloġija għandha tkun akkumpanjata minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament. |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-Kummissjoni għandha barra minn hekk tevalwa l-possibbiltà li tiġi żviluppata metodoloġija għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-vetturi tqal kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jiġu stabbiliti l-obbligi ta' rapportar taċ-ċiklu tal-ħajja għall-manifatturi u biex jiġu speċifikati r-regoli u l-proċeduri meħtieġa għal dak ir-rapportar. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' […] stabbilit bir-Regolament (UE) Nru … / 2018 [Governanza] . Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525 / 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1a). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 10(2) u 12(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien mhux determinat minn [enter the date of entry into force of this Regulation]. |
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2 ), 11(2a ) u 12(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [ daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ]. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 10(2) u 12(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2) , 11(2a) u 12(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 10(2) u 12(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunu esprimew l-ebda oġġezzjoni għalih fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2 ), 11(2a ) u 12(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 595/2009
Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt l
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 16a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Artikolu 16a Emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE Fl-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE (1a) il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2.2.4.2:
|
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – punt 2.3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
||
|
Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja, il-fattur ta' mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijiet baxxi (ZLEV) imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jiġi kkalkulat kif ġej: |
|
||
|
ZLEV = V / (Vconv + Vzlev) b'minimu ta' 0,97 |
|
||
|
Fejn: |
|
||
|
V hu l-għadd ta' vetturi tqal ġodda tal-manifattur fl-2025 għajr il-vetturi vokazzjonali kollha skont l-Artikolu 4(a). |
|
||
|
Vconv hu l-għadd ta' vetturi tqal ġodda tal-manifattur għajr il-vetturo vokazzjonali skont l-Artikolu 4(a) u għajr il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi. |
|
||
|
Vzlev hi s-somma ta' Vin u Vout, |
|
||
|
Fejn, |
|
||
|
null |
|
||
|
hi s-somma tal-vetturi tqal kollha mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi bil-karatteristiċi stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(a) sa (d); |
|
||
|
null |
|
||
|
huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1. |
|
||
|
hu l-għadd totali ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet tal-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), immultiplikat bi 2, u sa massimu ta' 1,5 % ta' Vconv. |
|
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – punt 2.7 – formula
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
CO2 = ZLEV × Σ sg share,sg× MPWsg × avgCO2sg |
CO2 = Σ sg share,sg× MPWsg × avgCO2sg |
|
Fejn, |
Fejn, |
|
Σ hi s-somma tas-subgruppi kollha; |
Σ hi s-somma tas-subgruppi kollha; |
|
ZLEV hu kif iddeterminat fil-punt 2.3 |
|
|
share,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.4 |
share,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.4 |
|
MPW,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.6 |
MPW,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.6 |
|
avgCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.2 |
avgCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.2 |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1 – formula – linja 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
T = Σ sg sharesg × MPWsg × (1 – rf) × rCO2sg |
T = ZLEV_benchmark_factor * Σ sg sharesg × MPWsg × (1 – rf) × rCO2sg |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1 – formula – linja 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
rf hi l-mira tat-tnaqqis tas-CO2 (bħala %) kif speċifikat fl-Artikolu 1 (a) u (b) għas-sena kalendarja speċifika; |
rf hi l-mira tat-tnaqqis tas-CO2 (bħala %) kif speċifikat fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 għas-sena kalendarja speċifika; |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Għall-perjodu mill-2025 sal-2029, ZLEV_benchmark_factor huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,03 jew iżgħar minn 0,97 , f'liema każ ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,03 jew 0,97 , kif meħtieġ. |
|
|
Fejn, |
|
|
x huwa 5 % |
|
|
y huwa s-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta ta' vetturi tqal ġodda rreġistrati tal-manifattur, ikkalkulat bħala s-somma tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1) u tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEV_specific f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, diviż bin-numru totali ta' vetturi rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti; |
|
|
ZLEV_specific = 1- (CO2v/(0,5 *rCO2sg), fejn: |
|
|
Co2v2v huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1. |
|
|
rCO2,sg hu kif iddeterminat fit-Taqsima 3 |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Għall-2030 ZLEV_benchmark_factor huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 , f'liema każ ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,05 ; |
|
|
jekk din is-somma tkun bejn 1,0 u 0,98 , ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,0 ; |
|
|
jekk din is-somma tkun aktar baxxa minn 0,95 ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 0,95 . |
|
|
Fejn, |
|
|
x huwa 20 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13. |
|
|
y huwa s-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta ta' vetturi tqal ġodda rreġistrati tal-manifattur, ikkalkulat bħala s-somma tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1) u tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEV_specific f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, diviż bin-numru totali ta' vetturi rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti |
|
|
ZLEV_specific = 1- (CO2v/(0,5 *rCO2sg), fejn: |
|
|
Co2v2v huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v ddeterminati skont il-punt 2.1. |
|
|
rCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 3. |
(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-. Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0354/2018).
(19) L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd, COM(2017) 283 final
(20) It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha, COM(2017) 675 final
(19) L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd, COM(2017) 0283 final
(20) It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha, COM(2017) 0675 final
(21) Ninvestu f'industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, COM(2017)0479
(21) Ninvestu f'industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, COM(2017)0479
(22) Ir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni), (ĠU L …, …, p.).
(22) Ir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni), (ĠU L …, …, p.).
(25) Ir-Regolament (UE) Nru …/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (ĠU L, …, …, p.) .
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1) .
(26) Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif emendata bid-Direttiva …/…/UE [COM(2017)0653] (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).
(26) Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif emendata bid-Direttiva …/…/UE [COM(2017)0653] (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).
(1a) Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).
(27) Opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi Nru 1/2016 “Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing”.
(27) Opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi Nru 1/2016 “Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing”.
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(29) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(29) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(1a) Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1)
(30) Id-Direttiva 2009/33/KE dwar Vetturi Nodfa kif emendata bid-Direttiva …/…/UE
(30) Id-Direttiva 2009/33/KE dwar Vetturi Nodfa kif emendata bid-Direttiva …/…/UE
(1a) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
(1a) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
Il-Ħamis 15 ta’ Novembru 2018
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/296 |
P8_TA(2018)0462
Id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (COM(2017)0548 – C8-0324/2017 – 2017/0237(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)
(2020/C 363/36)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0548), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0324/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta' Lulju 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu f'konformità mal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0340/2018), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0237
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
|
(1) |
Iridu jsiru għadd ta’ emendi fir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) sabiex tingħata protezzjoni aħjar lill-passiġġieri u titħeġġeġ żieda fl-ivvjaġġar bil-ferrovija, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq l-Artikoli 11, 12 u 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea . Fid-dawl ta' dawn l-emendi u fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li dak ir-Regolament għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 jiġi riformulat. [Em. 1] |
|
(2) |
Fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport, hu importanti li d-drittijiet tal-utent tal-passiġġieri ferrovjarji jkunu mħarsa u tittejjeb il-kwalità u l-effettività tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri biex jiġi megħjun it-tkabbir tas-sehem tat-trasport ferrovjarju meta mqabbel ma’ mezzi oħra tat-trasport. |
|
(3) |
Minkejja li fl-Unjoni sar bosta progress fejn tidħol il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji u l-iżgurar ta' kumpens għal dewmien, kanċellazzjonijiet u kwalunkwe ħsara materjali jeħtieġ titjieb li jitjiebu aktar. [Em. 2] |
|
(4) |
Ġaladarba l-passiġġier tal-ferroviji hu l-parti d-dgħajfa fil-kuntratt tat-trasport, għandhom jiġu mħarsa d-drittijiet tal-passiġġier f’dan ir-rigward. |
|
(5) |
Jekk il-passiġġieri tal-ferroviji li jagħmlu vjaġġi internazzjonali u domestiċi fuq distanzi twal jingħataw l-istess drittijiet, dan iżid il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni, jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji, b'mod partikolari rigward l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni u lill-passiġġieri jiggarantilhom livell uniformi ta’ drittijiet għall-kumpens f'każ ta' dewmien jew kanċellazzjoni. Il-passiġġieri jenħtieġ li jirċievu informazzjoni kemm jista' jkun preċiża rigward id-drittijiet tagħhom . [Em. 3] |
|
(5a) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax ħażin l-abbiltà tal-Istati Membri jew tal-awtoritajiet kompetenti li jistabbilixxu tariffi soċjali għal servizzi regolati taħt obbligu ta' servizz pubbliku, kif ukoll għal servizzi kummerċjali. [Em. 4] |
|
(6) |
Is-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri għandhom natura differenti mis-servizzi fuq distanzi twal. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jenħtieġ li jitħallew jeżentaw lis-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri li mhumiex servizzi transfruntieri fl-Unjoni minn ċerti dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. [Em. 136] |
|
(7) |
Huwa mira ta’ dan ir-Regolament li jtejjeb is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fl-Unjoni. Għalhekk l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jagħtu eżenzjonijiet għal servizzi f’reġjuni fejn parti konsiderevoli mis-servizz jitħaddem barra mill-Unjoni, diment li jkun żgurat livell xieraq ta’ drittijiet tal-passiġġieri min-naħa ta’ dawn is-servizzi mogħtija fit-territorju ta’ dawn l-Istati Membri, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom. |
|
(8) |
Madankollu, l-eżenzjonijiet m’għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jiffaċilitaw l-użu tas-servizzi ferrovjarji mill-persuni b’diżabbiltà jew mill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa. Minbarra dan, l-eżenzjoni temporanja m’għandhiex tapplika għad-drittijiet ta’ dawk li jixtiequ jixtru biljetti biex jivvjaġġaw bil-ferrovija biex jagħmlu dan mingħajr diffikultajiet żejda, u lanqas għal dawk id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom, u lanqas għar-rekwiżit li l-impriżi ferrovjarji jkunu assigurati sew, u lanqas għar-rekwiżit li dawk l-impriżi jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw is-sigurtà personali tal-passiġġieri fl-istazzjonijiet ferrovjarji u fuq il-ferroviji u biex jimmaniġġaw ir-riskju. [Em. 6] |
|
(9) |
Id-drittijiet tal-utenti għal servizzi bil-ferrovija jinkludu li jirċievu informazzjoni rigward is-servizz dawk is-servizzi u kwistjonijiet relatati kemm qabel kif ukoll, matul il-vjaġġ kif ukoll warajh . Kull meta hu possibbli, L-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni , mill-aktar fis possibbli, minn qabel u mill-aktar fis possibbli jew għall-inqas fil-bidu tal-vjaġġ . Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata b’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa u jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni lill-bejjiegħa tal-biljetti u lill-impriżi ferrovjarji oħra li jbigħu s-servizz tagħhom . [Em. 7] |
|
(9a) |
Aċċess għad-data operattiva kollha u għat-tariffi f'ħin reali fuq bażi nondiskriminatorja u vijabbli jagħmel l-ivvjaġġar aktar aċċessibbli għal konsumaturi ġodda u jipprovdilhom firxa aktar wiesgħa ta' possibbiltajiet ta' vvjaġġar u tariffi minn fejn jistgħu jagħżlu. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jipprovdu lill-bejjiegħa tal-biljetti kollha data operattiva u dwar it-tariffi, sabiex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar bil-ferrovija. Jenħtieġ li jsiru sforzi biex jippermettu lill-passiġġieri jibbukkjaw il-biljetti globali u l-aħjar vjaġġi ferrovjarji individwali. [Em. 8] |
|
(9b) |
Trasport tal-passiġġieri multimodali intensiv se jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi. Għalhekk jenħtieġ ukoll li l-impriżi ferrovjarji jirreklamaw kombinazzjonijiet ma' mezzi oħra tat-trasport sabiex l-utenti tal-ferroviji jkunu jafu bihom qabel ma jagħmlu r-riżervazzjonijiet tal-ivvjaġġar tagħhom. [Em. 9] |
|
(9c) |
Sistemi tat-trasport tal-passiġġieri multimodali żviluppati sew se jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi. Għalhekk jenħtieġ ukoll li l-impriżi ferrovjarji jirreklamaw kombinazzjonijiet ma' mezzi oħra tat-trasport sabiex l-utenti tal-ferroviji jkunu jafu bihom qabel ma jagħmlu r-riżervazzjonijiet tal-ivvjaġġar tagħhom. [Em. 10] |
|
(10) |
Rekwiżiti aktar dettaljati rigward l-għoti tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar huma stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (TSI) msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 (3). |
|
(11) |
It-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji għandu jinbena fuq il-liġi internazzjonali eżistenti li tinsab fl-Appendiċi A — Regoli uniformi dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Passiġġieri u Bagalji bil-Ferrovija (CIV) mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif modifikati mill-Protokoll għall-modifikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tat-3 ta’ Ġunju 1999 (il-Protokoll tal-1999). Madankollu huwa mixtieq li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi estiż sabiex jipproteġi mhux biss lill-passiġġieri internazzjonali iżda anki lill-passiġġieri domestiċi. Fit-23 ta’ Frar 2013, l-Unjoni aderiet mal-COTIF. |
|
(12) |
Fil-kuntest tal-bejgħ tal-biljetti tat-trasport tal-passiġġieri, l-Istati Membri jenħtieġ jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprojbixxu diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità jew ir-residenza, irrispettivament minn jekk il-passiġġier konċernat hux preżenti, b’mod permanenti jew temporanju, fi Stat Membru ieħor. Dawk il-miżuri jenħtieġ ikopru kull forma moħbija ta’ diskriminazzjoni li, għax jitħaddmu kriterji oħrajn, bħalma huma r-residenza, il-post fiżiku jew diġitali, jista’ jkollhom l-istess effett. Minħabba l-iżvilupp ta’ pjattaformi fuq l-internet li jbigħu l-biljetti tat-trasport tal-passiġġieri, l-Istati Membri jenħtieġ jagħtu attenzjoni speċjali biex jiżguraw li ma ssir l-ebda diskriminazzjoni waqt il-proċess biex jiġu aċċessati l-pjattaformi ta' aċċess għall-pjattaformi fuq l-internet jew biex jinxtraw il-biljetti. Iżda Madankollu, jenħtieġ li l-iskemi tat-trasport li jinvolvu tariffi soċjali ma jiġux esklużi awtomatikament, diment dment li dawn ikunu proporzjonati u jitħaddmu indipendentement min-nazzjonalità tal-persuni konċernati. [Em. 11] |
|
(13) |
Iż-żieda fil-popolarità taċ-ċikliżmu madwar l-Unjoni qed tħalli implikazzjonijiet fuq il-mobbiltà ġenerali u t-turiżmu. Jekk fil-qasma modali jiżdied l-użu tal-ferroviji u taċ-ċikliżmu, jonqos l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent. Għalhekk l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ jiffaċilitaw kemm jista’ jkun it-taħlita taċ-ċikliżmu u l-vjaġġi bil-ferrovija, l-aktar billi jippermettu l-ġarr b'mod partikolari jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed stands għall-ġarr tar-roti fuq il-ferroviji miġbura f'żoni maħsuba għal dak l-iskop abbord ta' kull tip ta' ferrovija tal-passiġġieri, inklużi servizzi b'veloċità għolja, fuq distanza twila, transfruntiera u lokali. Il-passiġġieri jenħtieġ li jiġu infurmati dwar l-ispazju disponibbli għar-roti. Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li japplikaw għall-impriżi ferrovjarji kollha minn… [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] . [Em. 12] |
|
(14) |
L-impriżi ferrovjarji għandhom Jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji jiffaċilitaw it-trasferiment ta’ passiġġieri ferrovjarji minn operatur għal ieħor billi jipprovdu biljetti globali, kull meta dan ikun possibbli. [Em. 13] |
|
(15) |
Fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u sabiex il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għall-ivvjaġġar bil-ferroviji li jkunu komparabbli ma’ dawk ta’ ċittadini oħra, għandhom jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għal nondiskriminazzjoni u assistenza waqt il-vjaġġ tagħhom. Il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, kemm jekk ikkawżata mid-diżabilità mid-diżabbiltà , mill-età jew minn xi fattur ieħor, għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu u għan-nondiskriminazzjoni. Fost l-oħrajn, għandha jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-għoti ta’ informazzjoni aċċessibbli lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa rigward l-aċċessibbiltà tas-servizzi ferrovjarji, il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-vaguni u l-faċilitajiet abbord. Sabiex il-passiġġieri b’indeboliment sensorju jkunu mogħtija l-aħjar informazzjoni dwar xi dewmien, għandhom jenħtieġ li jintużaw sistemi viżivi u awditivi, kif jixraq. Il-Persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa għandhom ikunu jistgħu jixtru l-biljetti minn fuq il-ferrovija mingħajr ħlasijiet żejda li huma xierqa u komprensibbli għal dawk il-passiġġieri . Il-persunal għandu jenħtieġ li jingħata t-taħriġ kif xieraq biex ikun jista’ jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, l-aktar meta jkun qed jagħtihom assistenza. Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar, jenħtieġ li dawn il-persuni għandhom jingħataw assistenza fl-istazzjonijiet u abbord f’kull ħin meta joperaw il-ferroviji mingħajr ħlas biex jitilgħu abbord u mhux biss f’ċerti ħinijiet tal-jum biex jinżlu mill-ferrovija . [Em. 14] |
|
(15a) |
Jekk ma jkun hemm l-ebda faċilità disponibbli għall-bejgħ tal-biljetti fl-istazzjon, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jenħtieġ li jkunu jistgħu jixtru l-biljetti abbord il-ferrovija. [Em. 15] |
|
(16) |
L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ jikkunsidraw il-bżonnijiet tal-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, permezz ta’ konformità mat-TSIs għal persuni b’mobbilità mnaqqsa mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (TSI) (4) u d-Direttiva XXX meta jiġu kkomplementati t-TSI . Minbarra dan, b’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, b’mod partikolari d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-bini u l-vaguni kollha jenħtieġ ikunu li jkunu aċċessibbli billi progressivament jitneħħew l-ostakli l-ostakoli fiżiċi u t-tfixikil t-tfixkil funzjonali meta jinxtara materjal ġdid jew isir xogħol ta’ kostruzzjoni jew xogħol maġġuri ta’ rinnovazzjoni. [Em. 16] |
|
(17) |
Hu mixtieq li dan ir-Regolament joħloq sistema ta’ kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien, li hija marbuta mar-responsabbiltà tal-impriża ferrovjarja, fuq l-istess bażi bħas-sistema internazzjonali pprovduta mill-COTIF u b’mod partikolari r-Regoli Uniformi CIV tagħha dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Il-biljetti mixtrija jenħtieġ li jkunu kompletament rimborżabbli. F’każ ta’ dewmien fit-tul ta’ servizz tal-passiġġieri, l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ jagħtu kumpens lill-passiġġieri skont persentaġġ perċentwal sa 100 % tal-prezz tal-biljett. [Em. 17] |
|
(18) |
L-impriżi ferrovjarji għandhom ikunu jenħtieġ li jkunu obbligati li jkunu assigurati, jew li jagħmlu arranġamenti ekwivalenti, għar-responsabbiltà tagħhom lejn il-passiġġieri tal-ferroviji fil-każ ta’ inċident. Jekk l-Istati Membri jistabbilixxu ammont massimu ta’ kumpens għad-danni f’każ ta’ mewt ta’ passiġġieri jew korrimenti personali ta’ passiġġieri, dak l-ammont tal-inqas jenħtieġ ikun li jkun daqs l-ammont stabbilit fir-Regoli Uniformi CIV. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jżidu l-ammont ta' kumpens għad-danni fil-każ ta' mewt jew korrimenti personali ta' passiġġieri fi kwalunkwe ħin. [Em. 18] |
|
(19) |
Id-drittijiet imsaħħa ta’ kumpens u ta’ assistenza fil-każ ta’ dewmien, konnessjoni li ma ntlaħqitx jew kanċellazzjoni għandhom iwasslu għal inċentivi akbar għas-suq tal-passiġġieri tal-ferroviji, għall-benefiċċju tal-passiġġieri. |
|
(20) |
F’każ ta’ dewmien, il-passiġġieri għandhom jenħtieġ li jingħataw alternattivi għal kontinwazzjoni tat-trasport jew għal ridirezzjonar tar-rotta b’kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli. F’dan il-każ jenħtieġ li jitqiesu b'mod partikolari l-ħtiġijiet tal-persuni ta' informazzjoni xierqa għall-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa. [Em. 19] |
|
(20a) |
L-interpretazzjoni ta' vjaġġ jew ta' vjaġġ ikkombinat jenħtieġ li tinkludi s-sitwazzjonijiet kollha b'ħinijiet ta' konnessjoni minimi realistiċi jew applikabbli fil-mument tal-prenotazzjoni magħmula oriġinarjament, b'kont meħud ta' kwalunkwe fattur rilevanti bħad-daqs u l-post tal-istazzjonijiet rispettivi u l-bankini kkonċernati. [Em. 137] |
|
(21) |
Iżda l-impriża ferrovjarja ma jenħtieġx tkun obbligata tħallas kumpens jekk turi li d-dewmien seħħ minħabba kundizzjonijiet severi tat-temp jew minħabba diżastri naturali kbar li pperikolaw l-operazzjoni sikura tas-servizzi. Kull każ bħal dan jenħtieġ ikollu l-karattru ta’ katastrofi naturali eċċezzjonali, kif distint mill-kundizzjonijiet normali u staġunali tat-temp, bħal ngħidu aħna l-maltempati tal-ħarifa jew l-għargħar urbani regolari li jseħħ bil-mareat jew meta jinħall is-silġ. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ juru li la setgħu jbassru u lanqas jevitaw id-dewmien anki meta jkunu ħadu l-miżuri raġonevoli kollha. [Em. 20] |
|
(22) |
F’koperazzjoni mal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ iħejju li jħejju u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku pjanijiet ta’ kontinġenza biex kemm jista’ jkun inaqqsu l-impatt tal-interruzzjonijiet il-kbar billi lill-passiġġieri jagħtuhom informazzjoni xierqa u attenzjoni. [Em. 21] |
|
(23) |
Dan ir-Regolament m’għandux jillimita d-drittijiet jenħtieġ li ma jillimitax id-drittijiet tal-impriżi ferrovjarji , tal-bejjiegħa tal-biljetti, tal-istazzjonijiet ferrovjarji jew tal-amministraturi tal-infrastruttura milli jitolbu kumpens , meta jkun applikabbli, mingħand xi kwalunkwe persuna, inkluż mingħand xi partijiet terzi, biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn il-passiġġieri skont il-liġi nazzjonali applikabbli dan ir-Regolament . [Em. 22] |
|
(24) |
Meta Stat Membru jagħti eżenzjoni lill-impriżi ferrovjarji mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, hu għandu jħeġġeġ lill-impriżi ferrovjarji, f’konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri, biex idaħħlu fis-seħħ arranġamenti għall-kumpens u għall-assistenza f’każ ta’ interruzzjonijiet kbar fis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri. |
|
(25) |
Hu mixtieq ukoll li l-vittmi tal-inċidenti u dawk li jiddependu fuqhom ikunu meħlusa minn preokkupazzjonijiet finanzjarji għaż-żmien qasir fil-perjodu eżatt wara l-inċident. |
|
(26) |
Hu fl-interess tal-passiġġieri tal-ferroviji li jittieħdu l-miżuri xierqa, bi ftehim ma’ l-awtoritajiet pubbliċi, biex jiżguraw is-sigurtà personali tagħhom fl-istazzjonijiet kif ukoll fuq il-ferroviji. |
|
(27) |
Il-passiġġieri ferrovjarji għandhom ikunu jenħtieġ li jkunu jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja involuta , bejjiegħ tal-biljetti, stazzjon ferrovjarju jew amministratur tal-infrastruttura involuti dwar id-drittijiet u l-obbligi mogħtija minn dan ir-Regolament, u għandhom ikun jenħtieġ li jkunu intitolati li jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli. [Em. 23] |
|
(28) |
L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jenħtieġ li jiddefinixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizz għas-servizzi tal-passiġġieri tal-ferroviji, jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku, jamministrawhom u jimmonitorjawhom , inkluż dawk għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa . [Em. 24] |
|
(29) |
Biex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fit-trasport ferrovjarju, għandu jkun meħtieġ jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jinnominaw Korpi Nazzjonali tal-Infurzar biex isegwu mill-qrib u jinfurzaw dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali. Dawk il-Korpi għandhom ikunu jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu bosta miżuri ta’ infurzar , u jipprovdu l-għażla għall-passiġġieri ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim vinkolanti f'konformità mad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Il-passiġġieri jenħtieġ ikunu li jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom quddiem dawn il-korpi dwar l-allegat ksur tar-Regolament Regolament , u li jużaw soluzzjoni tat-tilwim online stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) meta jkun hemm qbil. Jenħtieġ li jiġi previst ukoll li l-ilmenti jkunu jistgħu jsiru minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw gruppi ta' passiġġieri . Biex ikun żgurat li dawn l-ilmenti jiġu trattati b’mod sodisfaċenti, il-korpi jenħtieġ jikkoperaw li jikkooperaw ukoll bejniethom u dan ir-Regolament jenħtieġ li jkompli jiġi elenkat fl-Anness għar-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) . Kull sena l-korpi tal-infurzar jenħtieġ li jippubblikaw rapporti bl-istatistika fuq is-siti web tagħhom fejn jiddeskrivu n-numru u t-tip ta' lmenti li jkunu rċevew, u r-riżultati tal-azzjonijiet tal-infurzar tagħhom. Barra minn hekk, dawn ir-rapporti jenħtieġ li jkunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji . [Em. 25] |
|
(30) |
L-ipproċessar tad-dejta personali jenħtieġ isir skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(31) |
L-Istati Membri għandhom jenħtieġ li jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta’ kumpens lill-persuna inkwistjoni, jenħtieġ ikunu li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jenħtieġ li jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, multa minima jew perċentwal tal-fatturat annwali tal-impriża jew l-organizzazzjoni rilevanti, skont liema minnhom ikun l-ogħla . [Em. 26] |
|
(32) |
Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Unjoni u l-introduzzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
|
(33) |
Sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri, is-setgħa li tadotta atti b’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni biex temenda l-Annessi I, II, u III tar-Regoli Uniformi CIV, l-informazzjoni minima li għandhom jagħtu l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti, dwar l-istandards minimi tal-kwalità tas-servizz, u biex taġġusta l-ammonti finanzjarji msemmija f’dan ir-Regolament skont l-inflazzjoni. Hu partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-istess parteċipazzjoni waqt it-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u b’mod sistematiku l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
|
(33a) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta mudell standardizzat għal formola ta' lment tal-Unjoni li l-passiġġieri jistgħu jużaw biex japplikaw għal kumpens f'konformità ma dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) . [Em. 27] |
|
(34) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 21, 26, 38 u 47 li jikkonċernaw, rispettivament, il-projbizzjoni ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà, livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’rispett sħiħ ta’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Is-suġġett u l-objettivi [Em. 28]
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-trasport ferrovjarju li jipprevedu l-protezzjoni effettiva tal-passiġġieri u jinkoraġġixxu l-ivvjaġġar ferrovjarju fir-rigward ta’ dan li ġej: [Em. 29]
|
(a) |
in-nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport u tal-ħruġ tal-biljetti ; [Em. 30] |
|
(b) |
ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji u l-obbligi tagħhom tal-assigurazzjoni għall-passiġġieri u għall-bagalji tagħhom; |
|
(c) |
id-drittijiet tal-passiġġieri f’każ ta’ inċidenti li jirriżultaw mill-użu tas-servizzi ferrovjarji u li jikkaġunaw mewt ta’ passiġġier jew korriment personali ta’ passiġġier jew telf ta’ bagalja ta’ passiġġier jew dannu lil bagalja ta’ passiġġier; |
|
(d) |
id-drittijiet u l-kumpens tal-passiġġieri f’każ ta’ tfixkil, bħal kanċellazzjoni jew dewmien; [Em. 31] |
|
(e) |
l-informazzjoni minima , preċiża u f'waqtha li għandha tingħata lill-passiġġieri tiġi pprovduta f'format aċċessibbli għall-passiġġieri, inkluż il-konklużjoni ta' kuntratti ta' trasport u l-ħruġ ta' biljetti ; [Em. 32] |
|
(f) |
in-nondiskriminazzjoni kontra l-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, u l-assistenza obbligatorja minn persunal imħarreġ lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa; [Em. 33] |
|
(g) |
id-definizzjoni u l-monitoraġġ tal-istandards tal-kwalità tas-servizzi u l-immaniġġar tar-riskji għas-sigurtà personali tal-passiġġieri; |
|
(h) |
it-trattament proċeduri xierqa għall-preżentazzjoni u t-trattament tal-ilmenti; [Em. 34] |
|
(i) |
ir-regoli ġenerali dwar l-infurzar. |
Artikolu 2
Il-kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġi u s-servizzi ferrovjarji domestiċi u internazzjonali fl-Unjoni provduti minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar li jkunu liċenzjati skont id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).
2. Soġġetti għall-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw is-servizzi li ġejjin mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:
|
(a) |
is-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri kif imsemmi fid-Direttiva 2012/34/UE, għajr is-servizzi transfruntieri fl-Unjoni; [Em. 138] |
|
(b) |
is-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri li parti konsiderevoli minnhom, inkluż minn tal-inqas waqfa waħda prevista fi stazzjon, issir barra l-Unjoni, u diment li d-drittijiet tal-passiġġieri jkunu żgurati kif xieraq skont il-liġi nazzjonali rilevanti fit-territorju tal-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni. mill-Unjoni. [Em. 36] |
|
(ba) |
servizzi domestiċi ferrovjarji tal-passiġġieri meta din l-eżenzjoni tkun ingħatat mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 għal massimu ta' 12-il xahar wara… [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. [Em. 37] |
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-eżenzjonijiet mogħtija skont il-punti (a) u, (b) tal-paragrafu 2, u dwar l-adegwatezza tal-liġi nazzjonali tagħhom fit-territorju tagħhom għall-finijiet tal-punt (b) (ba) tal-paragrafu 2. [Em. 38]
4. L-Artikoli 5, 10 6 , 11 u 25 , 12, 17 u l-Kapitolu V għandhom japplikaw għas-servizzi ferrovjarji kollha tal-passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, inkluż is-servizzi eżentati skont il-punti il-punt (a) u (b) tal-paragrafu 2. [Em. 39]
4a. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għas-servizzi li jitħaddmu strettament għall-interess storiku tagħhom. [Em. 40]
Artikolu 3
Id-definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“impriża ferrovjarja” tfisser impriża ferrovjarja kif definita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/34/UE; |
|
(1a) |
“trasportatur” tfisser l-impriża ferrovjarja kuntrattwali li magħha l-passiġġier ikun ikkonkluda l-kuntratt ta' trasport jew serje ta' impriżi ferrovjarji suċċessivi li jinżammu responsabbli abbażi ta' dan il-kuntratt; [Em. 41] |
|
(1b)“ |
trasportatur sostituttiv” tfisser impriża ferrovjarja, li ma tkunx ikkonkludiet il-kuntratt ta' trasport mal-passiġġier, iżda li lilha l-impriża ferrovjarja li tkun parti għall-kuntratt tkun fdat, bis-sħiħ jew parzjalment, it-twettiq tat-trasport bil-ferrovija; [Em. 42] |
|
(2) |
“amministratur tal-infrastruttura” tfisser amministratur tal-infrastruttura kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE; |
|
(3) |
“amministratur tal-istazzjon” tfisser entità organizzattiva fi Stat Membru, li ngħatat ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni ta’ stazzjon ferrovjarju u li tista’ tkun l-amministrattur tal-infrastruttura; |
|
(4) |
“operatur tal-vjaġġi” tfisser organizzatur jew bejjiegħ, minbarra impriża ferrovjarja, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 il-punti (8) u (9) tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13); [Em. 43] |
|
(5) |
“bejjiegħ tal-biljetti” tfisser kull bejjiegħ bl-imnut ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju li jikkonkludi kuntratti ta’ trasport u li jbigħ biljetti , biljetti separati jew biljetti globali f’isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar jew għalih innifsu; [Em. 44] |
|
(5a) |
“distributur” tfisser bejjiegħ bl-imnut ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju li jbigħ biljetti f'isem impriża ferrovjarja u li ma jkollu ebda obbligu skont il-kuntratt konkluż bejn il-passiġġier u l-impriża ferrovjarja. [Em. 45] |
|
(6) |
“kuntratt ta’ trasport” tfisser kuntratt ta’ trasport bi ħlas jew mingħajr ħlas bejn impriża ferrovjarja jew bejjiegħ tal-biljetti u l-passiġġier għall-għoti ta’ servizz tat-trasport wieħed jew aktar; [Em. 46] |
|
(6a) |
“biljett” tfisser evidenza valida li tintitola lill-passiġġier għal trasport ferrovjarju, irrispettivament mill-forma, il-karta, il-biljett elettroniku, l-Ismart card jew il-kard tal-ivvjaġġar tiegħu; [Em. 47] |
|
(6b) |
“vjaġġ ikkombinat” tfisser biljett jew biljetti li jirrappreżentaw aktar minn kuntratt ta' trasport wieħed għal servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar; [Em. 48] |
|
(7) |
“riżervazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni, fuq il-karti jew b’forma elettronika, li tagħti d-dritt għal trasport soġġett għal arranġamenti personalizzati ta’ trasport ikkonfermati minn qabel; |
|
(8) |
“biljetti globali” tfisser biljett jew biljetti separati li jirrappreżentaw kuntratt ta’ trasport uniku jew bosta kuntratti ta' trasport għal servizzi ferrovjarji suċċessivi mogħtija mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar mixtrija mill-istess bejjiegħ tal-biljetti, mill-operatur tal-ivvjaġġar jew mill-impriża ferrovjarja għal vjaġġ minn tarf sa tarf ; [Em. 49] |
|
(9) |
“servizz” tfisser servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li jopera bejn stazzjonijiet ferrovjarji jew waqfiet skont skeda tal-ħinijiet; |
|
(10) |
“vjaġġ” tfisser il-ġarr ta’ passiġġieri bejn stazzjon tat-tluq u stazzjon tal-wasla skont kuntratt ta’ trasport uniku; [Em. 50] |
|
(11) |
“servizz domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija” tfisser servizz ferrovjarju tal-passiġġieri li ma jaqsamx fruntiera ta’ Stat Membru; |
|
(12) |
“servizz internazzjonali tal-passiġġieri bil-ferrovija” tfisser servizz internazzjonali tal-passiġġieri bil-ferrovija kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/34/UE; |
|
(13) |
“dewmien” tfisser id-differenza fil-ħin bejn il-ħin meta l-passiġġier kien previst jasal skont il-ħinijiet ippubblikati u l-ħin tal-wasla proprja jew mistenni tiegħu jew tagħha fl-aħħar stazzjon tad-destinazzjoni; |
|
(13a)“ |
wasla” tfisser il-ħin meta, fuq il-pjattaforma tad-destinazzjoni, il-bibien tal-ferrovija jinfetħu u l-passiġġieri jitħallew jinżlu; [Em. 51] |
|
(14) |
“pass tal-ivvjaġġar” jew “biljett staġunali” tfisser biljett għal numru bla limitu ta’ vjaġġi li jipprovdi lid-detentur awtorizzat bi vjaġġar ferrovjarju fuq rotta jew netwerk partikolari matul perjodu speċifiku; |
|
(15) |
“konnessjoni li ma ntlaħqitx” tfisser sitwazzjoni fejn meta, sew jekk taħt kuntratt ta' trasport uniku jew le, passiġġier jitlef servizz wieħed jew aktar waqt vjaġġ jew waqt vjaġġ ikkombinat minħabba dewmien jew kanċellazzjoni ta’ servizz preċedenti wieħed jew aktar; [Em. 139] |
|
(16) |
“persuna b’diżabbiltà” u “persuna b’mobbiltà mnaqqsa” tfisser kull persuna li għandha indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew li jolqot is-sensi sensorjali , permanenti jew temporanju li, meta tiltaqa’ ma’ bosta ostakli ostakoli , jista’ jfixkilha milli tuża t-trasport bis-sħiħ u b’mod effettiv bħall-passiġġieri l-oħra jew li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport tonqos minħabba l-età; [Em. 53] |
|
(17) |
“Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport” tfisser il-kundizzjonijiet tal-impriża ferrovjarja fil-forma ta’ kundizzjonijiet ġenerali jew tariffi legalment fis-seħħ f’kull Stat Membru u li saru parti integrali minnu permezz tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ trasport; |
|
(18) |
“vettura” tfisser vettura bil-mutur jew karru li jinġarru fl-okkażjoni tat-trasport tal-passiġġieri; |
|
(19) |
“Regoli Uniformi CIV” tfisser ir-Regoli Uniformi li jikkonċernaw il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Passiġġieri u Bagalji bil-Ferrovija (CIV), kif stipulat fl-Appendiċi A tal-Konvenzjoni dwar il-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF). |
KAPITOLU II
Il-kuntratt tat-trasport, l-informazzjoni u l-biljetti
Artikolu 4
Il-kuntratt ta’ trasport
Soġġetti għad-Dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-konklużjoni u l-prestazzjoni ta’ kuntratt ta’ trasport u l-għoti tal-informazzjoni u tal-biljetti għandhom ikunu rregolati mid-Dispożizzjonijiet tat-Titolu II u tat-Titolu III tal-Anness I.
Artikolu 5
Kundizzjonijiet nondiskriminatorji tal-kuntratt ta’ trasport
Mingħajr preġudizzju għat-tariffi soċjali, l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa , l-operaturi tal-vjaġġi jew il-bejjiegħa tal-biljetti għandhom joffru kundizzjonijiet kuntrattwali u tal-biljetti tat-trasport u tariffi lill-pubbliku ġenerali u għandhom ibiegħu biljetti, biljetti globali u jaċċettaw riżervazzjonijiet mill-passiġġieri f'konformità mal-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, mingħajr diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba n-nazzjonalità jew ir-residenza tal-klijent tal-passiġġier aħħari jew minħabba l-post tal-istabbiliment tal-impriża ferrovjarja , tal-operaturi tal-vjaġġi jew tal-bejjiegħ tal-biljetti fl-Unjoni jew il-mezz użat mill-passiġġieri biex jixtru l-biljett . [Em. 55]
Artikolu 6
Ir-roti
Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li jrikkbu r-roti abbord il-ferrovija, meta jkun xieraq, bi ħlas raġonevoli. Dawn għandhom iżommu għajnejhom inkluż fuq servizzi ta' veloċità għolja, fuq ir-roti tagħhom matul il-vjaġġ u jiżguraw li ma jkunux ta’ inkonvenjenza u li ma jikkawżaw l-ebda dannu lill-passiġġieri l-oħrajn, lit-tagħmir tal-mobbiltà, lill-bagalji jew lill-operazzjonijiet ferrovjarji. Il-ġarr tar-roti jista’ jiġi rrifjutat jew ristrett minħabba s-sikurezza jew minħabba raġunijiet operazzjonali, diment li distanza twila, transfruntiera u lokali. Il-ferroviji tal-passiġġieri ġodda jew rinnovati kollha għandhom, sa mhux aktar tard minn [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] , jinkludu spazju magħżul apposta għall-ġarr tar-roti miġbura flimkien bi spazju għal mill-inqas tmien roti. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-operaturi turistiċi u, fejn meta jkun xieraq, l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom javżaw lill-passiġġieri bil-kundizzjonijiet għal dan ir-rifjut jew għal din ir-restrizzjoni sa mhux aktar tard mix-xiri tal-biljett bil-kundizzjonijiet għall-ġarr tar-roti fuq is-servizzi kollha skont ir-Regolament (UE) Nru 454/2011. [Em. 56]
Artikolu 7
Esklużjoni tar-rinunzji u stipulazzjoni tal-limiti
1. L-obbligi lejn il-passiġġieri skont dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu limitati jew rinunzjati, b’mod partikolari permezz ta’ xi deroga jew klawżola restrittiva fil-kuntratt ta’ trasport. Kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali li timplika direttament jew indirettament li tirrinunzja, tidderoga minn jew tirrestrinġi d-drittijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament m'għandhiex tkun vinkolanti fuq il-passiġġier. [Em. 57]
2. L-impriżi ferrovjarji , l-operaturi tal-vjaġġi jew il-bejjiegħa tal-biljetti jistgħu joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli lill-passiġġieri mill-kundizzjonijiet imniżżla f’dan ir-Regolament. [Em. 58]
Artikolu 8
L-obbligu li tingħata informazzjoni dwar il-waqfien tas-servizzi ferrovjarji
L-impriżi ferrovjarji, jew meta jkun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kuntratt tas-servizz ferrovjarju pubbliku għandhom jippubblikaw b’mezzi xierqa, u mingħajr dewmien, inkluż b’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX (14), u fir-Regolament (UE) Nru 1300/2014, u fi żmien biżżejjed qabel l-implimentazzjoni tagħhom, id-deċiżjonijiet il-proposti li jitwaqqfu s-servizzi jew li jitnaqqsu sostanzjalment is-servizzi kemm jekk b’mod permanenti jew b’mod temporanju , u għandhom jiżguraw li dawk il-proposti jkunu soġġetti għal konsultazzjoni sinifikanti u xierqa qabel ma ssir kwalunkwe implimentazzjoni . [Em. 59]
Artikolu 9
L-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar
1. L-impriżi ferrovjarji , l-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta’ trasport f'isimhom stess jew f’isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar għandhom jipprovdu lill-passiġġier, fuq talba tiegħu, minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti I fir-rigward tal-vjaġġi li għalihom jiġi offrut kuntratt ta’ trasport mill-impriża ferrovjarja konċernata. Il-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta’ trasport għalihom infushom, u l-operaturi tal-vjaġġi, għandhom jipprovdu din l-informazzjoni meta tkun disponibbli. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-bejjiegħa tal-biljetti u lil impriżi ferrovjarji oħra, li jbigħu s-servizz tagħhom. [Em. 60]
2. L-impriżi ferrovjarji u, meta possibbli l-bejjiegħa applikabbli, il-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jipprovdu lill-passiġġier waqt il-vjaġġ, inkluż fl-istazzjonijiet ta’ konnessjoni, minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti II. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-bejjiegħa tal-biljetti u lil impriżi ferrovjarji oħra, li jbigħu s-servizz tagħhom. [Em. 61]
3. L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata bl-aktar format xieraq inkluż mill-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti lill-passiġġieri billi jintużaw teknoloġiji aġġornati tal-komunikazzjoni faċilment aċċessibbli, użati b'mod komuni u, fir-rigward tal-paragrafu 2, f'ħin reali, u bil-miktub, meta jkun possibbli, sabiex il-passiġġieri jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Anness II ta' dan ir-Regolament . Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX u, fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 u fir-Regolament (UE) Nru 1300 / 2014. Id-disponibbiltà tal-formati aċċessibbli għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandha tiġi rreklamata b'mod ċar . [Em. 62]
4. L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta għall-pubbliku d-data ta’ ħin reali dwar il-ferroviji, anki dwar dawk is-servizzi mħaddma minn impriżi ferrovjarji oħrajn, għall-impriżi ferrovjarji u għall-bejjiegħa tal-biljetti b’mod mhux diskriminatorju f'ħin reali sabiex titneħħa kwalunkwe diskriminazzjoni bejn il-passiġġieri . [Em. 63]
4a. L-impriżi ferrovjarji f'kooperazzjoni mal-amministraturi tal-istazzjon u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jindikaw fl-iskedi ta' żmien informazzjoni dwar konnessjonijiet u stazzjonijiet ferrovjarji aċċessibbli. [Em. 64]
Artikolu 10
Id-disponibbiltà tal-biljetti, biljetti globali u r-riżervazzjonijiet
1. L-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa il-bejjiegħa tal-biljetti għandhom joffru biljetti u, meta disponibbli, biljetti globali u riżervazzjonijiet. Dawn għandhom jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex joffri biljetti globali, anki għall-vjaġġi li jaqsmu l-fruntieri u jew li jinvolvu aktar ferroviji u vjaġġi ta' bil-lejl b'aktar minn impriża ferrovjarja waħda. [Em. 65]
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jiddistribwixxu l-biljetti lill-passiġġieri permezz ta’ minn tal-inqas wieħed mill-punti tal-bejgħ li ġejjin:
|
(a) |
mill-uffiċċji tal-biljetti jew bil-magni tal-biljetti; |
|
(b) |
bit-telefown, bl-internet jew b’xi teknoloġija tal-informatika oħra disponibbli b’mod wiesa’; |
|
(c) |
abbord il-ferroviji. |
L-Istati Membri L-awtoritajiet kompetenti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jistgħu jeżiġu li l-impriżi ferrovjarji jipprovdu biljetti għas-servizzi pprovduti skont kuntratti ta’ servizz pubbliku permezz ta’ aktar minn punt wieħed tal-bejgħ li ġejjin. [Em. 66]
3. L-impriżi ferrovjarji għandhom joffru l-possibbiltà li jinkisbu biljetti għas-servizz rispettiv abbord il-ferrovija, diment dment li dan ma jkunx limitat jew miċħud minħabba raġunijiet ġustifikati sew marbuta mas-sigurtà jew ta’ politika kontra l-frodi jew ta’ riżervazzjoni ferrovjarja obbligatorja jew minħabba raġunijiet kummerċjali raġonevoli , fosthom limitazzjoni dwar spazju jew disponibbiltà ta' postijiet . [Em. 67]
4. Meta ma jkunx hemm uffiċċju tal-biljetti jew magna tal-biljetti fl-istazzjon tat-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu infurmati fl-istazzjon:
|
(a) |
dwar il-possibbiltà li jixtru l-biljetti bit-telefown jew bl-internet jew abbord il-ferrovija, u dwar il-proċedura għal dan ix-xiri; |
|
(b) |
dwar l-eqreb stazzjon tal-ferrovija jew post fejn hemm uffiċċju tal-biljetti u/jew magni tal-biljetti. |
5. Meta ma jkunx hemm uffiċċju tal-biljetti jew magna tal-biljetti aċċessibbli fl-istazzjon tat-tluq, il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jew kwalunkwe mezz ieħor biex jinxtraw il-biljetti minn qabel, il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jitħallew jixtru l-biljetti fuq il-ferrovija mingħajr ħlas żejjed. [Em. 68]
6. Meta l-passiġġier jirċievi biljetti separati għal vjaġġ wieħed jew għal vjaġġ ikkombinat li jinkludi servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar, id-drittijiet tiegħu għall-informazzjoni, l-assistenza, l-għajnuna u l-kumpens għandhom ikunu bħal dawk mogħtija bil-biljetti globali u jkopru l-vjaġġ kollu tat-tluq lejn id-destinazzjoni finali, għajr jekk il-passiġġier ikun informat b’mod espliċitu mod ieħor bil-miktub. B’mod partikolari, din l-informazzjoni għandha tiddikjara li meta l-passiġġier ma jilħaqx xi konnessjoni, dan ma jkunx intitolat għal assistenza jew kumpens abbażi tat-tul kollu tal-vjaġġ. L-oneru tal-prova li l-informazzjoni ngħatat għandha tkun f’idejn l-impriża ferrovjarja, l-aġent tagħha, l-operatur tal-vjaġġi jew il-bejjiegħ tal-biljetti. il-vjaġġ ikkombinat kollu mit-tluq sad-destinazzjoni finali . [Em. 140]
Artikolu 10a
L-għoti ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar permezz tal-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet
1. L-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni kollha dwar l-ivvjaġġar, inkluża informazzjoni operattiva f'ħin reali u d-data dwar l-orarji u t-tariffi, kif imsemmi fl-Artikolu 9, permezz tal-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs).
2. L-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu lill-operaturi tal-vjaġġi, lill-bejjiegħa tal-biljetti u lil impriżi ferrovjarji oħra, li jbigħu s-servizz tagħhom, aċċess nondiskriminatorju għas-sistemi ta' riżervazzjoni permezz ta' APIs, sabiex ikunu jistgħu jikkonkludu kuntratti tat-trasport u joħorġu biljetti, biljetti globali u riżervazzjonijiet, b'tali mod li jipprovdu l-aħjar vjaġġ u l-aktar wieħed kosteffettiv, inklużi vjaġġi transfruntiera.
3. L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-APIs huma dokumentati sew u aċċessibbli b'mod miftuħ mingħajr ebda spiża. L-APIs għandhom jużaw standards miftuħa, protokolli użati b'mod komuni u formati li jinqraw minn magna sabiex jagħmluhom interoperabbli.
4. L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li, ħlief għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza, kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-APIs tagħhom issir disponibbli bil-quddiem għall-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti kemm jista' jkun malajr u mhux inqas minn 3 xhur qabel ma tiġi implimentata bidla. Sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandhom jiġu dokumentati sew u d-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.
5. L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-APIs jingħata b'mod nondiskriminatorju, fl-istess livell ta' disponibbiltà u prestazzjoni, inklużi l-appoġġ, l-aċċess għad-dokumentazzjoni, l-istandards, il-protokolli u l-formati kollha. L-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti m'għandhomx ikunu fi żvantaġġ meta mqabbla mal-impriżi ferrovjarji nfushom.
6. L-APIs għandhom jiġu stabbiliti skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 (16) . [Em. 70]
KAPITOLU III
IR-RESPONSABBILTÀ TAL-IMPRIŻI FERROVJARJI GĦALL-PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI TAGĦHOM
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà
Soġġetta għad-Dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, u mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali applikabbli li tagħti lill-passiġġieri aktar kumpens għad-danni, ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom għandha tkun irregolata mill-Kapitoli I, III u IV tat-Titolu IV, it-Titolu VI u t-Titolu VII tal-Anness I.
Artikolu 12
L-assigurazzjoni u l-kopertura tar-responsabbiltà f’każ ta’ mewt ta’ passiġġier jew korriment personali ta’ passiġġier
Impriża ferrovjarja għandha tkun assigurata b’mod xieraq, skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2012/34/UE u abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji tagħha, jew tagħmel arranġamenti ekwivalenti għal kopertura tar-responsabbiltajiet tagħha skont dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Il-ħlasijiet bil-quddiem
1. Jekk passiġġier jinqatel jew iweġġa’, l-impriża ferrovjarja kif imsemmi fl-Artikolu 26(5) tal-Anness I għandha mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara li tkun ġiet stabbilita l-identità tal-persuna fiżika intitolata għall-kumpens, tagħmel dawn il-ħlasijiet bil-quddiem kif ikun jeħtieġ biex jintlaħqu l-aktar ħtiġijiet immedjati b’mod proporzjonat għad-dannu mġarrab.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-ħlas bil-quddiem m’għandux ikun inqas minn EUR 21 000 għal kull passiġġier f’każ ta’ mewt.
3. Il-ħlas bil-quddiem ma jikkostitwix ammissjoni tar-responsabbiltà u jista’ jitpaċa minn kwalunkwe somma mħallsa wara abbażi ta’ dan ir-Regolament iżda ma jingħatax lura, ħlief fil-każijiet meta d-dannu jkun sar bin-negliġenza jew bi ħtija tal-passiġġier jew meta l-persuna li rċeviet il-ħlas bil-quddiem ma kinitx il-persuna intitolata għall-kumpens.
Artikolu 14
Kontestazzjoni tar-responsabbilità
Anke jekk l-impriża ferrovjarja tikkontesta r-responsabbiltà tagħha għall-korriment fiżiku ta’ passiġġier li hi terfa’, din għandha tagħmel kull sforz raġonevoli biex tassisti lill-passiġġier li jkun qed jagħmel talba għall-kumpens għal dannu mingħand partijiet terzi.
KAPITOLU IV
ID-DEWMIEN, IL-KONNESSJONIJIET LI MA NTLAĦQUX U L-KANĊELLAZZJONIJIET
Artikolu 15
Ir-responsabbiltà għal dewmien, konnessjonijiet li ma ntlaħqux u kanċellazzjonijiet
Soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fejn jidħlu dewmien, konnessjonijiet li ma ntlaħqux u kanċellazzjonijiet għandha tkun irregolata mill-Kapitolu II tat-Titolu IV tal-Anness I.
Artikolu 16
Ir-rimborż u r-ridirezzjonar tar-rotta
1. F’każ li jkun hemm mistenni b’mod raġonevoli, fil-post tat-tluq jew f’każ ta’ konnessjonijiet li ma ntlaħqux matul vjaġġ b’biljett globali, li d-dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali skont il-kuntratt ta’ trasport se jkun aktar minn 60 minuta jew ikkanċellati , il-passiġġier għandu minnufih jingħata l-għażla bejn waħda minn dawn li ġejjin: [Em. 71]
|
(a) |
rimborż sħiħ ta’ kemm jiswa l-biljett, skont il-kundizzjonijiet li bihom ikun tħallas, għall-parti jew għall-partijiet tal-vjaġġ tiegħu li m’għamilx u għall-parti jew għall-partijiet li diġà saru jekk il-vjaġġ ma jkunx għad fadallu skop fir-rigward tal-pjan oriġinali tal-vjaġġ tal-passiġġier, u meta rilevanti jingħata wkoll servizz għar-ritorn lejn l-ewwel punt tat-tluq mal-ewwel opportunità. Il-ħlas tar-rimborż għandu jsir skont l-istess kundizzjonijiet tal-ħlas tal-kumpens imsemmija fl-Artikolu 17; |
|
(b) |
tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b'kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, u mingħajr spejjeż addizzjonali, lejn id-destinazzjoni finali mal-ewwel opportunità , inkluż fil-każ ta' konnessjoni mitlufa minħabba dewmien jew kanċellazzjoni tal-parti ta' qabel tal-passiġġier matul il-vjaġġ. F'każ bħal dan, il-passiġġier għandu jitħalla juża s-servizz disponibbli li jkun imiss għad-destinazzjoni finali anki jekk ma jkunx hemm riżervazzjoni speċifika jew il-ferrovija li jmiss titħaddem minn impriża ferrovjarja oħra. [Em. 72] |
|
(c) |
tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b’kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, lejn id-destinazzjoni finali f’data aktar tard skont il-konvenjenza tal-passiġġier iżda mhux aktar tard minn xahar wara l-istabbiliment mill-ġdid tas-servizz . [Em. 73] |
2. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, ir-ridirezzjonar komparabbli jista’ jsir minn kwalunkwe impriża ferrovjarja u jista’ jkun jinvolvi l-użu ta’ trasport ta’ klassi ogħla u mezzi alternattivi ta’ trasport fuq l-art mingħajr ma jinħolqu spejjeż addizzjonali lill-passiġġier. L-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jevitaw konnessjonijiet addizzjonali. B’kollox, il-ħin tal-vjaġġ bil-mezz ta’ trasport alternattiv għall-parti tal-vjaġġ li ma tkunx saret skont kif ippjanat għandu jkun komparabbli mal-ħin skedat tal-vjaġġ oriġinali. Il-passiġġieri m’għandhomx jingħataw faċilitajiet tat-trasport ta’ klassi aktar baxxa għajr meta dawn il-faċilitajiet ikunu l-uniku mezz ta’ ridirezzjonar disponibbli. [Em. 74]
3. Il-fornituri tas-servizzi tat-trasport ridirezzjonat għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex il-persuni jipprovdu lill-persuni b’diżabbiltà u l-persuni lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jingħataw livell ta’ assistenza u aċċessibbiltà li hu komparabbli ma’ dak tas-servizz meta joffru servizz alternattiv. Dan is-servizz alternattiv jista' jkun komuni għall-passiġġieri kollha jew, fuq deċiżjoni tat-trasportatur, jista' jkun mezz individwali ta' trasport adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa . [Em. 75]
Artikolu 17
Kumpens tal-prezz tal-biljett
1. Mingħajr ma jitlef Filwaqt li jinżamm id-dritt għat-trasport, passiġġier jista’ jitlob kumpens għal dewmien mingħand l-impriża ferrovjarja jekk ikollu dewmien bejn il-postijiet tat-tluq u tal-wasla mogħtija fil-kuntratt fuq il-biljett jew il-biljetti li jirrappreżentaw kuntratt ta’ trasport wieħed jew bosta li għalih l-ispiża tal-biljett ma ġietx tkunx ġiet rimborżata skont l-Artikolu 16. Il-kumpens minimu għad-dewmien għandu jkun kif ġej:
|
(a) |
25 50 % tal-prezz tal-biljett f’każ ta’ dewmien minn 60 minuta sa 119-il 90 minuta, |
|
(b) |
50 75 % tal-prezz tal-biljett f’każ ta’ dewmien ta’ 120 minn 91 minuta jew aktar sa 120 minuta , |
|
(ba) |
100 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien ta' 121 minuta jew aktar. [Em. 76] |
2. Il-paragrafu 1 japplika wkoll għall-passiġġieri li jkollhom pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali. Jekk dawn jaffaċċjaw dewmien jew kanċellazzjonijiet rikorrenti matul il-perjodu ta’ validità tal-pass tal-ivvjaġġar , kard ta' riduzzjoni jew biljett staġunali, dawn jistgħu jitolbu kumpens adegwat skont l-arranġamenti ta’ kumpens tal-impriża ferrovjarja. Dawn l-arranġamenti għandhom jistabbilixxu l-kriterji għad-determinazzjoni tad-dewmien u għall-kalkolu tal-kumpens. Meta d-dewmien ta’ inqas minn 60 minuta jseħħ b’mod ripetut waqt il-perjodu ta’ validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew tal-biljett staġunali, id-dewmien għandu jiġi kkalkulat b’mod kumulattiv u l-passiġġieri għandhom jiġu kumpensati skont l-arranġamenti ta’ kumpens tal-impriża ferrovjarja stabbiliti fil-punti (a) , (b) u (ba) tal-paragrafu 1 . [Em. 77]
3. Il-kumpens għall-kanċellazzjoni jew għad-dewmien għandu jiġi kkalkulat f’relazzjoni mal-prezz sħiħ li l-passiġġier ikun fil-fatt ħallas għas-servizz ikkanċellat jew ittardjat. Meta l-kuntratt ta’ trasport ikun għal vjaġġ bir-ritorn, il-kumpens għall-kanċellazzjoni jew għad-dewmien ’l hemm jew ’l hawn għandu jiġi kkalkulat fuq nofs il-prezz imħallas għall-biljett. Bl-istess mod, il-prezz għad-dewmien fis-servizz bi kwalunkwe kuntratt ta’ trasport ieħor li jippermetti l-ivvjaġġar ta' diversi proporzjonalment għall-prezz sħiħ partijiet sussegwenti tal-vjaġġ għandu jiġi kkalkulat bi proporzjon mal-prezz sħiħ. [Em. 78]
4. Il-kalkolu tal-perjodu tad-dewmien m’għandux iqis kull dewmien li l-impriża ferrovjarja tista’ turi li seħħ barra t-territorji tal-Unjoni.
5. Il-kumpens tal-prezz tal-biljett għandu jiġi mħallas fi żmien xahar wara s-sottomissjoni tat-talba għal kumpens. Il-kumpens jista’ jitħallas f’vawċers u/jew servizzi oħra jekk it-termini huma flessibbli (b’mod partikolari fir-rigward tal-perjodu tal-validità u d-destinazzjoni). Il-kumpens għandu jitħallas fi flus fuq talba tal-passiġġier.
6. Il-kumpens tal-prezz tal-biljett m’għandux jitnaqqas bi spejjeż ta’ transazzjonijiet tranżazzjonijiet finanzjarji bħal miżati, spejjeż tat-telefown tat-telefon jew bolol. L-impriżi ferrovjarji jistgħu jdaħħlu livell minimu li inqas minnu ma jsirux ħlasijiet ta’ kumpens. Dan il-livell ma jistax ikun aktar minn EUR 4 għal kull biljett. [Em. 79]
7. Passiġġieri m’għandhom l-ebda dritt għal kumpens jekk jiġu infurmati bid-dewmien qabel jixtru l-biljett, jew jekk id-dewmien, minħabba kontinwazzjoni fuq servizz differenti jew ridirezzjonar tar-rotta, jibqa’ inqas minn 60 minuta.
8. L-impriża ferrovjarja m’għandhiex tkun obbligata tħallas kumpens jekk turi li d-dewmien seħħ minħabba kundizzjonijiet severi tat-temp jew minħabba diżastri naturali kbar li pperikolaw l-operazzjoni sikura tas-servizzi u li ma setgħux jitbassru jew ikunu evitati anke kieku ttieħdet kull miżura raġonevoli. [Em. 81]
Artikolu 18
L-assistenza
1. F’każ ta’ dewmien fil-wasla jew fit-tluq, il-passiġġieri għandhom jinżammu infurmati dwar is-sitwazzjoni u l-ħin stmat tat-tluq u l-ħin stmat tal-wasla mill-impriża ferrovjarja jew il-bejjiegħ tal-biljetti jew mill-amministratur tal-istazzjon, f'konformità mal-Artikolu 9, hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli. [Em. 83]
2. F’każ ta’ xi dewmien kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ aktar minn 60 minuta, il-passiġġieri għandhom jiġu offruti bla ħlas:
|
(a) |
ikliet u xarbiet b’mod raġonevoli skont il-ħin tal-istennija, jekk ikunu disponibbli fuq il-ferrovija jew fl-istazzjon jew jistgħu b’mod raġonevoli jkunu pprovduti filwaqt li jitqiesu kriterji bħad-distanza mill-fornitur, il-ħin meħtieġ għat-twassil u l-ispiża; |
|
(b) |
lukanda jew akkomodazzjoni oħra, u trasport bejn l-istazzjon ferrovjarju u l-post tal-akkomodazzjoni, f’każijiet fejn jeħtieġu waqfa ta’ lejl jew aktar jew tkun teħtieġ waqfa addizzjonali, fejn u meta jkun fiżikament possibbli, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti ta' aċċess tal-persuni b'diżabbiltajiet u persuni b'mobbiltà mnaqqsa u l-ħtiġijiet ta' annimali ta' assistenza iċċertifikati ; [Em. 84]; |
|
(c) |
jekk il-ferrovija tkun imwaħħla fuq il-linji, trasport mill-ferrovija sal-istazzjon ferrovjarju, sal-punt tat-tluq alternattiv jew sad-destinazzjoni finali tas-servizz, fejn u meta jkun fiżikament possibbli. |
3. Jekk is-servizz ferrovjarju ma jkunx jista’ jitkompla aktar, l-impriżi ferrovjarji għandhom jorganizzaw kemm jista’ jkun malajr servizzi ta’ trasport alternattiv għall-passiġġieri.
4. L-impriżi Fir-rigward tal-passiġġieri affettwati, l-impriżi ferrovjarji għandhom, fuq talba tal-passiġġier, joffru li jiċċertifikaw fuq il-biljett il-biljetti tagħhom jew b’xi mod ieħor li s-servizz tal-ferrovija kellu dewmien, wassal biex konnessjoni ma ntlaħqitx jew għal kanċellazzjoni, skont il-każ. Din iċ-ċertifikazzjoni għandha tapplika b'rabta mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17, soġġett għall-prova tal-passiġġier detentur tal-pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali, li kien qed jivvjaġġa fuq is-servizz affettwat. [Em. 85]
5. Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 3 u 4, l-impriża ferrovjarja li tkun qed topera għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa u tal-persuni , kwalunkwe persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom u annimali ta' assistenza ċċertifikati . [Em. 86]
6. Minbarra l-obbligi fuq l-impriżi ferrovjarji skont l-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-amministratur ta’ stazzjon ferrovjarju li minnu jgħaddu 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-istazzjon, tal-impriżi ferrovjarji l-Istati Membri, l-impriżi ferrovjarji , l-amministraturi tal-istazzjonijiet u tal-amministratur l-amministraturi tal-infrastruttura huma kkoordinati bi pjan xieraq ta’ kontinġenza għandhom jikkooperaw biex iservi ta’ tħejjija għall-possibbiltà ta’ interruzzjonijiet kbar u ta’ dewmien twil jiżguraw li jistgħu jwasslu biex għadd konsiderevoli ta’ passiġġieri jitħallew l-art fl-istazzjon. Il-pjan għandu jiżgura li l-passiġġieri li jitħallew l-art jingħataw assistenza xierqa u informazzjoni, inkluż b’formati aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX. Meta jintalab jagħmel hekk, l-amministratur tal-istazzjon għandu jagħmel il-pjan, u kull emenda fih, disponibbli għall-Korp Nazzjonali tal-Infurzar jew għal kwalunkwe korp ieħor maħtur minn Stat Membru. L-amministraturi tal-istazzjonijiet ferrovjarji li minnhom jgħaddu 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jikkoordinaw l-utenti tal-istazzjonijiet u biex jassistu u jinformaw lill-passiġġieri li jitħallew l-art f’dawn is-sitwazzjonijiet. l-pjanijiet ta' kontinġenza msemmija fl-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2012/34/UE jinkludu rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tas-sistemi ta' twissija u ta' informazzjoni . [Em. 87]
Meta impriża ferrovjarja tħallas kumpens jew tissodisfa l-obbligi l-oħra tagħha skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali ma tista’ tiġi interpretata li tillimita d-dritt tagħha li tfittex kumpens mingħand kwalunkwe persuna, inkluż minn partijiet terzi, skont il-liġi applikabbli. B’mod partikolari, dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jillimita d-dritt tal-impriża ferrovjarja li tfittex rimborż mingħand parti terza, li magħha jkollha kuntratt u li tkun ikkontribwiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew għal obbligi oħra. L-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma tista’ tiġi interpretata bħala li tillimita d-dritt ta’ parti terza, minbarra passiġġier, li magħha impriża ferrovjarja għandha kuntratt, li tfittex rimborż jew kumpens mingħand l-impriża ferrovjarja skont il-liġijiet rilevanti applikabbli. [Em. 88]
KAPITOLU V
IL-PERSUNI B’DIŻABBILTÀ U L-PERSUNI B’MOBBILTÀ MNAQQSA
Artikolu 20
Id-dritt għal trasport
1. L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jistabbilixxu, jew għandu jkollhom f’posthom, bl-involviment attiv ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, regoli ta’ aċċess nondiskriminatorji għat-trasport ta’ persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa inkluż l-assistenti personali tagħhom. Ir-regoli għandhom jippermettu lill-passiġġieri jkunu akkumpanjati minn kelb annimal ta’ assistenza ċċertifikat jew persuna li takkumpanjahom mingħajr ħlas jekk il-mobbiltà indipendenti ma tkunx possibbli, skont kwalunkwe regoli nazzjonali rilevanti , u għandhom jiżguraw li t-trasport ferrovjarju għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkun immedjat kull fejn ikun possibbli . [Em. 89]
2. Ir-riżervi u l-biljetti għandhom jiġu offruti lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa mingħajr spejjeż żejda. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi m’għandhomx jirrifjutaw milli jaċċettaw riżervazzjoni jew joħorġu biljett lil persuna b’diżabbiltà jew lil persuna b’mobbiltà mnaqqsa, jew milli jeżiġu li dik il-persuna tkun akkumpanjata minn persuna oħra, għajr meta dan ikun meħtieġ b’mod strett għal konformità mar-regoli tal-aċċess imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 20a
Impriżi ferrovjarji u amministraturi ta' stazzjonijiet għandhom, meta jikkonformaw mat-TSI għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, jiżguraw li l-istazzjonijiet, il-pjattaformi, il-vetturi ferrovjarji u l-faċilitajiet l-oħra jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa. [Em. 90]
Artikolu 21
L-informazzjoni lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa
1. Fuq talba, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jagħtu lil persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa l-informazzjoni, inkluż b’formati aċċessibbli b’konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 u fid-Direttiva XXX u r-Regolament (UE) Nru 1300/2014 , dwar l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet fl-istazzjon u ta’ faċilitajiet assoċjati, tas-servizzi ferrovjarji u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċess ta’ vetturi ferrovjarji bi qbil mar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) u għandhom jinfurmaw lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa dwar il-faċilitajiet abbord. [Em. 91]
2. Meta impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tal-vjaġġi jeżerċitaw id-deroga stabbilita fl-Artikolu 20(2), dawn għandhom jinfuraw bil-miktub lill-persuna b’diżabbiltà jew lill-persuna b’mobbiltà mnaqqsa kkonċernata bir-raġuni għalfejn għamlet hekk, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mir-rifjut milli ssir ir-riżervazzjoni jew milli jinħareġ biljett jew mill-impożizzjoni tal-kundizzjoni ta’ akkumpanjament. L-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu alternattiva tat-trasport lill-persuna kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà tagħha. [Em. 92]
Artikolu 22
L-assistenza fl-istazzjonijiet ferrovjarji
1. Fil-ħin tat-tluq minn stazzjon tal-ferrovija, waqt t-tranżitu jew fil-ħin tal-wasla fi stazzjon tal-ferrovija b’persunal ta’ persuna b’diżabbiltà jew persuna b’mobbiltà mnaqqsa, l-amministratur tal-istazzjon jew l-impriża ferrovjarja jew it-tnejn li huma għandhom jipprovdu assistenza mingħajr ħlas ħalli dik il-persuna tkun tista’ titla’ abbord is-servizz qabel it-tluq jew li tinżel mis-servizz li jkun wasal li għalih hi tkun xtrat il-biljett, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1). Il-prenotazzjoni tal-assistenza għandha dejjem issir mingħajr ħlas supplementari, ikun liema jkun il-mezz ta' komunikazzjoni li jkun qed jintuża. [Em. 93]
2. Fin-nuqqas ta' persunal ta' akkumpanjament fuq ferrovija jew ta' persunal fi stazzjon, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġonevoli biex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkollhom aċċess għall-ivvjaġġar bil-ferrovija f'konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tad-Direttiva XXX [Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà] u r-Regolament (UE) Nru 454/2011 . [Em. 94]
3. Fi stazzjonijiet mingħajr persunal, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli faċilment, inkluż b'formati aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX u fir-Regolament (UE) Nru 1300/2014 , u li din tingħata skont ir-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) dwar l-eqreb stazzjonijiet b'persunal u li l-assistenza tkun disponibbli b'mod dirett għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. [Em. 95]
4. L-assistenza għandha tkun disponibbli fl-istazzjonijiet kull ħin meta jaħdmu s-servizzi ferrovjarji. [Em. 96]
Artikolu 23
L-assistenza abbord
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1), l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu assistenza lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa mingħajr ħlas abbord il-ferrovija u waqt it-tlugħ u l-inżul mill-ferrovija.
2. Fin-nuqqas ta’ persunal ta’ akkumpanjament fuq il-ferrovija, l-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex il-persuni madankollu jippermettu lill-persuni b’diżabbiltà jew il-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jkollhom aċċess għall-ivvjaġġar bil-ferrovija. [Em. 97]
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-assistenza abbord Persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa għandha tkun tikkonsisti mill-isforzi raġonevoli kollha biex tingħata tiġi offruta assistenza lill-persuna b’diżabbiltà jew lill-persuna b’mobbiltà mnaqqsa biex dik il-persuna jkun jista’jkollha jista' jkollha aċċess għall-istess servizzi fil-ferrovija bħall-passiġġieri l-oħra, f’każ li d-diżabbiltà jew il-mobbiltà mnaqqsa jkunu mod ta' grad tali li ma jħalluhiex ikollha aċċess għal dawk is-servizzi b’mod indipendenti u sikur. [Em. 98]
4. L-assistenza għandha tkun disponibbli abbord il-ferroviji kull ħin meta jaħdmu s-servizzi ferrovjarji. [Em. 99]
Artikolu 24
Il-kundizzjonijiet biex tingħata l-assistenza
L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jikkoperaw biex jipprovdu assistenza mingħajr ħlas lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa skont l-Artikoli 20 u 21 skont il-punti li ġejjin: [Em. 100]
|
(a) |
l-assistenza fl-istazzjonijiet għandha tingħata fil-ħinijiet li waqthom jopera s-servizz bil-kundizzjoni li l-impriża ferrovjarja, l-amministratur tal-istazzjon, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi li mingħandu nxtara jkun inxtara l-biljett jkunu ikunu mgħarrfa bil-ħtieġa tal-persuna għal din l-assistenza mill-inqas 48 12-il siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-assistenza. Fi stazzjonijiet fejn it-traffiku ta' kuljum jaqbeż l-10 000 passiġġier kuljum, l-ebda notifika minn qabel ma hija meħtieġa, madankollu, il-persuni li tkun teħtieġ l-assistenza għandha tkun fl-istazzjon rispettiv mill-inqas 30 minuta qabel it-tluq tal-ferrovija. Fi stazzjonijiet fejn it-traffiku ta' kuljum huwa ta' bejn l-2 000 u l-10 000 passiġġier kuljum, in-notifika għandha titnaqqas għal massimu ta' tliet siegħat. Meta xi biljett jew xi biljett staġunali jippermettu aktar minn vjaġġ wieħed, notifika waħda għandha tkun biżżejjed diment dment li tingħata l-informazzjoni adegwata dwar il-ħin tal-vjaġġi sussegwenti. Din in-notifika għandha tintbagħat lil kull impriża ferrovjarja oħra u lill-amministraturi tal-istazzjonijiet involuti fil-vjaġġ tal-persuna; [Em. 101] |
|
(b) |
l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjoniijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirċievu n-notifiki; |
|
(c) |
jekk ma ssir l-ebda notifika skont il-punt (a), l-impriża ferrovjarja u l-amministratur tal-istazzjon għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġonevoli biex jipprovdu l-assistenza b’mod li l-persuna b’diżabbiltà jew il-persuna b’mobbiltà mnaqqsa tkun tista’ tivvjaġġa; |
|
(d) |
mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi ta’ entitajiet oħra b’rabta maż-żoni ’l barra mill-istazzjon tal-ferrovija, l-amministratur jew xi persuna oħra awtorizzata għandhom jagħżlu punti, fl-istazzjon tal-ferrovija u ’l barra minnu, li fihom il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jistgħu jgħarrfu bil-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-ferrovija u, jekk jeħtieġ, jitolbu għall-assistenza; |
|
(e) |
l-assistenza għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-persuna b’diżabbiltà jew il-persuna b’mobbiltà mnaqqsa tippreżenta ruħha fil-punt magħżul f’ħin stipulat mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur tal-istazzjon li jipprovdu din l-assistenza. Il-ħin stipulat m’għandux ikun aktar minn 60 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat jew il-ħin meta l-passiġġieri kollha huma mitluba jagħmlu check-in. Jekk ma jkun stipulat l-ebda ħin meta l-persuna b’diżabbiltà jew il-persuna b’mobbiltà mnaqqsa jeħtieġ tippreżenta lilha nnifisha, il-persuna għandha tippreżenta lilha nnifisha fil-punt magħżul mhux inqas minn 30 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat jew il-ħin meta l-passiġġieri kollha huma mitluba jagħmlu check-in. [Em. 102] |
Artikolu 25
Il-kumpens marbut mat-tagħmir tal-mobbiltà, tagħmir ieħor speċifiku jew it-tagħmir ta’ assistenza
1. Meta l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jikkawżaw telf jew dannu fis-siġġijiet tar-roti, f’tagħmir ieħor tal-mobbiltà jew fit-tagħmir ta’ assistenza u lill-klieb lill-annimali ta’ assistenza ċċertifikati użati mill-persuni b’diżabbiltà u mill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, dawn għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew id-dannu u għandhom jikkumpensawh mill-aktar fis possibbli . [Em. 103]
2. Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fil-ħin u għandu jkun daqs l-ispiża sħiħa biex jinbidel abbażi tal-valur attwali, jew jissewwa l-ispejjeż sħaħ ta' tiswija tas-siġġu bir-roti, l-apparat jew it-tagħmir mitluf jew li tkun saritlu ħsara , jew it-telf jew il-korriment tal-annimal ta' assistenza ċċertifikat . Il-kumpens għandu wkoll jkopri wkoll l-ispiża għas-sostituzzjoni temporanja fl-eventwalità ta' tiswija meta dawk l-ispejjeż jiġġarrbu mill-passiġġier. Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun daqs l-ispiża biex jinbidel jew jissewwa l-apparat jew it-tagħmir mitluf jew li tkun saritlu ħsara. [Em. 104]
3. Meta meħtieġ, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex malajr jipprovdu sostituzzjonijiet temporanji għal tagħmir speċifiku jew għat-tagħmir ta’ assistenza li, meta possibbli, għandu jkollu karatteristiċi tekniċi u funzjonali simili għal dak mitluf jew bil-ħsara. Il-persuni b’diżabbiltà jew b’mobbiltà mnaqqsa għandhom jitħallew iżommu s-sostituzzjoni temporanja tat-tagħmir sakemm jitħallas il-kumpens imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 26
It-taħriġ tal-persunal
L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom:
|
(a) |
jiżguraw li l-persunal kollu tagħhom, inkluż dak impjegat minn xi parti adempjenti oħra, li jipprovdi assistenza diretta lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, jirċievi taħriġ relatat mad-diżabbiltà sabiex ikun jaf kif jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, inkluż ta’ dawk b’diżabbiltà mentali u b’nuqqasijiet intellettwali; [Em. 105] |
|
(b) |
jipprovdu taħriġ biex ixerrdu għarfien dwar il-bżonnijiet tal-persuni b’diżabbiltà fost il-persunal kollu li jaħdem fl-istazzjon li jaħdem direttament mal-pubbliku li jkun qed jivvjaġġa; |
|
(c) |
jiżguraw li, meta jiġu ingaġġati, il-persunal il-ġdid kollu li se jirrelata direttament mal-pubbliku li jivvjaġġa jirċievi introduzzjoni għal kwistjonijiet relatati mad-diżabbiltà għall-passiġġieri u l-impriża ferrovjarja, u li l-impjegati l-ġodda kollha li jipprovdu assistenza diretta lill-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa jirċievu taħriġ relatat mad-diżabbiltà u li l-persunal jattendi jattendu korsijiet ta’ taħriġ ta’ aġġornament fuq bażi regolari. [Em. 106] |
|
(d) |
meta jintalbu, fit-taħriġ jistgħu jaċċettaw il-parteċipazzjoni ta’ impjegati b’diżabbiltà fit-taħriġ , u jikkunsidraw il-parteċipazzjoni ta’ passiġġieri b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa, u/jew ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom. [Em. 107] |
KAPITOLU VI
IS-SIGURTÀ, L-ILMENTI U L-KWALITÀ TAS-SERVIZZ
Artikolu 27
Is-sigurtà personali tal-passiġġieri
Bi ftehim mal-awtoritajiet pubbliċi, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa fl-oqsma rispettivi ta’ responsabbiltà u jadattawhom mal-livell tas-sigurtà ddefinit mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw is-sigurtà personali tal-passiġġieri fl-istazzjonijiet tal-ferrovija u fuq il-ferroviji u li jimmaniġġaw ir-riskji. Dawn għandhom jikkoperaw u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni dwar l-aqwa prattiki dwar il-prevenzjoni ta’ atti, li aktarx ixejnu l-livell tas-sigurtà.
Artikolu 28
L-ilmenti
1. Kull impriża ferrovjarja, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura tal-istazzjonijiet li jgħaddu minnhom iżjed minn 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandhom iwaqqfu jistabbilixxu mekkaniżmu kull wieħed u waħda minnhom biex jittratta l-ilmenti għad-drittijiet u l-obbligi koperti minn dan ir-Regolament fil-qasam rispettiv tagħhom ta’ responsabbiltà. Dawn għandhom jgħarrfu b’mod wiesa’ lill-passiġġieri bid-dettalji tal-kuntatti tagħhom u bil-lingwi ta’ ħidma tagħhom. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw ilmenti fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti u l-amministratur tal-istazzjon rispettivi jkunu stabbiliti u fi kwalunkwe każ bl-Ingliż. [Em. 108]
2. Il-passiġġieri jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti, stazzjon tal-ferroviji jew amministratur tal-infrastruttura tal-istazzjon involuti. L-ilmenti għandhom jitressqu fi żmien sitt ġimgħat xhur minn meta jseħħ l-inċident li dwaru jkun qed isir l-ilment. Fi żmien xahar minn meta jasal l-ilment, id-destinatarju għandu jagħti jew tweġiba raġunata motivata jew f’każijiet ġustifikati, jinforma lill-passiġġier sa liema data, li l-passiġġier se jirċievi tweġiba f’inqas minn tliet xhur mid-data minn meta jasal l-ilment, wieħed jista’ jistenna tweġiba għall-ilment. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu d-dejta dwar l-inċidenti li hi meħtieġa għal valutazzjoni tal-ilmenti sa sentejn u jagħmluha disponibbli għall-korpi nazzjonali tal-infurzar meta jintalbu jagħmlu hekk. [Em. 109]
3. Id-dettalji dwar il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti għandhom ikunu disponibbli faċilment għall-passiġġieri u aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq talba fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih hija stabbilita l-impriża ferrovjarja. [Em. 110]
4. L-impriża ferrovjarja għandha tippubblika fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 29 in-numru u l-kategoriji ta’ l-ilmenti rċevuti, l-ilmenti trattati, il-ħin tat-tweġiba u l-azzjonijiet għal titjib possibbli li ttieħdu.
4a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formola standardizzata tal-Unjoni għall-ilmenti li l-passiġġieri jistgħu jużaw sabiex japplikaw għall-kumpens skont dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37a(2). [Em. 111]
Artikolu 29
L-istandards tal-kwalità tas-servizzi
1. L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizzi u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità biex tinżamm il-kwalità tas-servizz. L-istandards tal-kwalità tas-servizz għandhom ikopru tal-inqas il-punti elenkati fl-Anness III.
2. L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom stess kif riflessa fl-istandards tal-kwalità tas-servizzi. L-impriżi ferrovjarji għandhom jippubblikaw rapport kull sena fuq il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tagħhom mar-rapport annwali tagħhom. L-impriżi ferrovjarji għandhom jippubblikaw ir-rapporti dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi fuq is-sit web tagħhom. Barra minn hekk, dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.
2a. L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jikkooperaw b'mod attiv mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà biex itejbu l-kwalità tal-aċċessibbiltà tas-servizzi tat-trasport. [Em. 112]
KAPITOLU VII
L-INFORMAZZJONI U L-INFURZAR
Artikolu 30
L-informazzjoni lill-passiġġieri dwar drittijiethom
1. Meta jbigħu biljetti għal vjaġġi bil-ferrovija, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Sabiex ikunu konformi ma’ dan ir-rekwiżit tal-informazzjoni, dawn jistgħu jużaw riassunt tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ippreparat mill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea magħmula disponibbli għalihom. Minbarra dan, dawn għandhom jipprovdu avviż fuq il-biljett stampat informazzjoni stampata fuq karta jew b’format elettroniku jew b’xi bi kwalunkwe mezz ieħor, inkluż bil-formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għall persuni għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva XXX. Dak l-avviż għandu fir-Regolament (UE) Nru 1300/2014 li jispeċifika mnejn minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni f’każ ta’ kanċellazzjoni, konnessjoni li ma tintlaħaqx jew dewmien fit-tul. [Em. 113]
2. L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri b’mod xieraq fl-istazzjoni , fuq il-ferrovija u fuq il-ferrovija is-sit web tagħhom , inkluż bil-formati aċċessibbli b’konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stipulati fid-Direttiva XXX fir-Regolament (UE) Nru 1300/2014 , bid-drittijiet u bl-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, u bid-dettalji tal-kuntatt tal-korp maħtur jew korpi maħtura mill-Istat Membru skont l-Artikolu 31. [Em. 114]
Artikolu 31
Il-ħatra ta’ Korpi Nazzjonali tal-Infurzar
Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Kull korp għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rrispettati.
Fl-organizzazzjoni, id-deċiżjonijet ta’ finanzjament, l-istruttura legali u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu, kull korp għandu jkun indipendenti mill-amministraturi tal-infrastruttura, mill-korp tal-imposti, mill-korp tal-allokazzjoni jew mill-impriża ferrovjarja.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korp jew bil-korpi maħtura skont dan l-Artikolu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u għandhom jippubblikawhom fuq is-siti web tagħhom f'post xieraq . [Em. 115]
Artikolu 32
Il-kompiti tal-infurzar
1. Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jissorveljaw mill-qrib il-konformità ma’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rrispettati. Għal dan il-għan, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jipprovdu lill-istituzzjonijiet lill-korpi b’dokumenti u informazzjoni rilevanti fuq talba tagħhom mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar . Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, il-korpi għandhom iqisu l-informazzjoni ppreżentata lilhom mill-korp maħtur skont l-Artikolu 33 biex jittratta l-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti. Dawn jistgħu jiddeċiedu wkoll dwar azzjonijiet L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nazzjonali tal-infurzar abbażi u dawk li jittrattaw l-ilmenti għandhom jingħataw biżżejjed setgħat u riżorsi għall-infurzar xieraq u effettiv ta’ lmenti individwali li jgħaddilhom dak il-korp mill-passiġġieri skont dan ir-Regolament . [Em. 116]
2. Il-Korpi Kull sena, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jippubblikaw rapporti dwar l-istatistika fuq is-siti web tagħhom fejn jagħtu dettalji dwar l-attivitajiet l-għadd u t-tip ta' lmenti li dawn ikunu rċevew, filwaqt li jagħtu dettalji dwar l-eżitu tal-azzjonijiet tal-infurzar tagħhom, inkluż dwar is-sanzjonijiet applikati, li huma jkunu applikaw. Dan għandu jsir għal kull sena, sa mhux wara l-aħħar aktar tard mill-ewwel jum ta’ April tas-sena kalendarja ta’ wara. Barra minn hekk, dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji. [Em. 117]
3. L-impriżi ferrovjarji għandhom jagħtu d-dettalji tal-kuntatt tal-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar tal-Istati Membri fejn joperaw.
3a. Il-korpi nazzjonali tal-infurzar, f'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, għandhom iwettqu awditi regoli fir-rigward tas-servizzi tal-assistenza mogħtija skont dan ir-Regolament u jippubblikaw ir-riżultati f'formati aċċessibbli u użati b'mod komuni. [Em. 118]
Artikolu 33
It-trattament tal-ilment mill-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar
1. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-konsumaturi biex ifittxu rimedju alternattiv skont id-Direttiva 2013/11/UE, wara li jressaq ilment mingħajr suċċess lill-impriża ferrovjarja, lill-bejjiegħ tal-biljetti fl-istazzjon lill-amministratur tal-istazzjon jew lill-amministratur tal-infrastruttura skont l-Artikolu 28, passiġġier jista’ jilmenta ma’ Korp tal-Infurzar. Il-Korpi tal-Infurzar għandhom jinformaw lil min ilmenta dwar id-dritt tiegħu li jagħmel lment ilment lil korpi tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biex isibu rimedju individwali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tal-infurzar jew dawk li jittrattaw l-ilmenti jiġu rikonoxxuti għall-finijiet ta' skemi alternattivi għal kumpens skont id-Direttiva 2013/11/UE, u li meta l-passiġġieri jfittxu rimedju alternattiv, l-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti, l-amministratur tal-istazzjon jew l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernati għandhom ikunu obbligati jipparteċipaw u l-eżitu għandu jkun vinkolanti fuqhom u effettivament infurzabbli kontrihom. [Em. 119]
2. Kull passiġġier jista’ jilmenta mal-Korp Nazzjonali tal-Infurzar, jew ma’ kwalunkwe korp ieħor maħtur minn xi Stat Membru għal dak il-għan, rigward ksur allegat ta’ dan ir-Regolament. L-ilmenti jistgħu jsiru wkoll minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw gruppi ta' passiġġieri. [Em. 120]
3. Il-korp għandu jikkonferma li rċieva l-ilment fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. Il-proċedura tat-trattament tal-ilment għandha tieħu sa mhux aktar minn tliet xhur. Fejn jidħlu l-każijiet kumplessi, il-korp jista' jestendi dan il-perjodu fid-diskrezzjoni tiegħu għal sitt xhur. F'dan il-każ, il-passiġġieri jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għal din l-estensjoni u biż-żmien meta mistenni tingħalaq il-proċedura. Huma biss il-każijiet li jinvolvu proċedimenti legali li jistgħu jieħdu aktar minn sitt xhur. Meta l-korp ikun ukoll korp tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE, għandhom jieħdu preċedenza l-limiti taż-żmien stabbiliti f'dik id-Direttiva u l-użu ta' soluzzjoni online għat-tilwim f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 524/2013 jista' jsir disponibbli bil-qbil tal-partijiet kollha involuti . [Em. 121]
Il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa.
4. L-ilmenti tal-passiġġieri dwar inċident li jinvolvi impriża ferrovjarja għandu jittrattahom il-Korp Nazzjonali tal-Infurzar tal-Istat Membru li jkun ta l-liċenzja lil dik l-impriża.
5. Meta jsir ilment dwar allegat ksur imwettaq mill-amministraturi tal-istazzjonijiet jew tal-infrastruttura, il-Korp Nazzjonali tal-Infurzar għandu jkun dak tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ l-inċident.
6. Fil-qafas ta’ koperazzjoni skont l-Artikolu 34, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 4 jew 5 meta, minħabba raġunijiet ġustifikati, b’mod partikolari ta’ lingwa jew ta’ residenza, dan ikun fl-interess tal-passiġġier.
Artikolu 33a
Korpi indipendenti ta' konċiljazzjoni
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi indipendenti ta' konċiljazzjoni mgħammra tajjeb li jkunu faċilment aċċessibbli u affordabbli għall-passiġġieri f'każ ta' kunflitti mal-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tagħhom. [Em. 122]
Artikolu 34
L-iskambju tal-informazzjoni u koperazzjoni transfruntiera bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar
1. Jekk jinħatru korpi differenti skont l-Artikoli 31 u 33, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi tar-rappurtar li jiżguraw l-iskambju tal-informazzjoni bejniethom, b’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, biex jgħinu lill-korp nazzjonali tal-infurzar iwettaq ħidmietu ta’ superviżjoni u infurzar u biex il-korp tat-trattament tal-ilmenti maħtur skont l-Artikolu 33 ikun jista’ jiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex jeżamina lmenti individwali.
2. Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar il-prinċipji u l-prattika tal-ħidma u t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom għal għanijiet ta’ koordinazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f’dan il-kompitu.
3. Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jimxu mal-proċedura stabbilita fl-Anness IV.
KAPITOLU VIII
ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 35
Il-penali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi , u għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, multa minima jew perċentwal minimu tal-fatturat annwali tal-impriża jew tal-organizzazzjoni rilevanti, skont liema jkun l-ogħla . L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom. [Em. 123]
2. Fil-qafas ta’ koperazzjoni msemmi fl-Artikolu 34, meta jintalab mill-Korp Nazzjonali tal-Infurzar li jkun qed jittratta l-ilment, il-Korp Nazzjonali tal-Infurzar li hu kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 33(4) jew (5), għandu jinvestiga l-ksur ta’ dan ir-Regolament identifikat minn dak il-Korp u, jekk ikun meħtieġ, jimponi sanzjonijiet.
Artikolu 36
Id-delega tas-setgħat
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 biex:
|
(i) |
taġġusta l-ammonti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 13 skont l-inflazzjoni; |
|
(ii) |
temenda l-Annessi I, II u III biex jitqiesu l-emendi fir-Regoli Uniformi CIV u l-iżviluppi teknoloġiċi f’dan il-qasam. |
Artikolu 37
Eżerċitar tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hi mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 36 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn … [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b’rabta mad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi taż-żmien tal-istess tul, għajr meta l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel jintemm kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 36 tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew aktar tard skont data speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf b’dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 36 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 37a
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 [Em. 124]
Artikolu 38
Rapport
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ dan ir-Regolament sa … [ħames snin wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament].
Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni li għandha tingħata skont dan ir-Regolament . Ir-rapport għandu jkollu miegħu, fejn meħtieġ, proposti xierqa.
Artikolu 39
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 hu mħassar.
Kull referenza għar-Regolament imħassar għandha tinftiehem bħala referenza għal dan ir-Regolament u għandha tinqara skont it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness V.
Artikolu 40
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 197, 8.6.2018, p. 66.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).
(5) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(6) Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(10) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(11) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(13) Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).
(14) Id-Direttiva XXX dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà) (ĠU L X, X.X.XXXX, p. X).
(15) Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
(16) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta’ Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1).
ANNESSI
ANNESS I
Estratt mir-regoli uniformi dwar il-kuntratt għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri u bagalji bil-ferrovija (CIV)
Appendiċi A
tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif modifikata bil-Protokoll għall-modifika tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tat-3 ta’ Ġunju 1999
TITOLU II
KONKLUŻJONI U PRESTAZZJONI TAL-KUNTRATT TA’ TRASPORT
Artikolu 6
Kuntratt ta’ Trasport
1. Bil-kuntratt ta’ trasport, it-trasportatur għandu jidħol għall-impenn li jġorr il-passiġġier kif ukoll, fejn xieraq, il-bagalji u l-vetturi għall-post tad-destinazzjoni u li jwassal il-bagalji u l-vetturi fil-post tad-destinazzjoni.
2. Il-kuntratt ta’ trasport għandu jiġi kkonfermat b’biljett jew aktar maħruġ lill-passiġġier. Madankollu, soġġett għall-Artikolu 9, l-assenza, l-irregolarità jew it-telf ta’ biljett m’għandhomx jaffettwaw l-eżistenza jew il-validità tal-kuntratt li għandha tibqa’ soġġetta għal dawn ir-Regoli Uniformi.
3. Il-biljett għandu jkun evidenza prima facie tal-konklużjoni u l-kontenut tal-kuntratt ta’ trasport.
Artikolu 7
Biljett
1. Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport għandhom jiddeterminaw il-forma u l-kontenut tal-biljetti kif ukoll il-lingwa u l-karattri li bihom huma għandhom jiġu stampati u magħmulin.
2. Dan li ġej, tal-inqas, għandu jiddaħħal fil-biljett:
|
(a) |
it-trasportatur jew it-trasportaturi; |
|
(b) |
stqarrija li t-trasport huwa soġġett, minkejja kwalunkwe klawżola kuntrarja, għal dawn ir-Regoli Uniformi; din tista’ tkun indikata bl-akronimu CIV; |
|
(c) |
kwalunkwe stqarrija oħra meħtieġa biex tipprova l-konklużjoni u l-kontenut tal-kuntratt ta’ trasport u li tippermetti lill-passiġġier jafferma d-drittijiet li jirriżultaw minn dan il-kuntratt. |
3. Il-passiġġier għandu jiżgura, xħin jirċievi l-biljett, li dan ħareġ skont l-istruzzjonijiet tiegħu.
4. Il-biljett għandu jkun trasferibbli jekk ma jkunx ħareġ f’isem il-passiġġier u jekk il-vjaġġ ma jkunx beda.
5. Il-biljett jista’ jiġi stabbilit fil-forma ta’ reġistrazzjoni ta’ dejta elettronika, li tista’ tiġi trasformata f’simboli miktuba leġibbli. Il-proċedura użata għar-reġistrazzjoni u t-trattament tad-dejta għandha tkun ekwivalenti mill-perspettiva funzjonali, b’mod partikolari sa fejn jikkonċerna l-valur evidenzjali tal-biljett irrappreżentat b’dik id-dejta.
Artikolu 8
Pagament u rimborż tal-ħlas tat-trasport
1. Soġġett għal ftehim kuntrarju bejn il-passiġġier u t-trasportatur, il-ħlas tat-trasport għandu jitħallas minn qabel.
2. Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport għandhom jiddeterminaw skont liema kundizzjonijiet għandu jsir ir-rimborż tal-ħlas tat-trasport.
Artikolu 9
Id-dritt li tinġarr. Esklużjoni mit-trasport
1. Il-passiġġier għandu, mill-bidu tal-vjaġġ tiegħu, ikollu fil-pussess tiegħu biljett validu u jippreżentah fl-ispezzjoni tal-biljetti. Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jistgħu jipprovdu:
|
(a) |
li passiġġier li ma jipproduċix biljett validu għandu jħallas, b’żieda mal-ħlas tat-trasport, ħlas addizzjonali; |
|
(b) |
li passiġġier li jirrifjuta li jħallas xħin jintalab il-ħlas tat-trasport jew il-ħlas addizzjonali jista’ jiġi mitlub itemm il-vjaġġ tiegħu; |
|
(c) |
jekk u skont liema kundizzjonijiet għandu jsir ir-rimborż tal-ħlas addizzjonali. |
2. Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jistgħu jipprovdu li l-passiġġieri li:
|
(a) |
jippreżentaw periklu għas-sikurezza u l-funzjonament tajjeb tal-operazzjonijiet jew għas-sigurtà ta’ passiġġieri oħra, |
|
(b) |
joħolqu inkonvenjent lil passiġġieri oħra b’mod intollerabbli, |
għandhom jiġu esklużi mit-trasport jew jistgħu jiġu mitluba jtemmu l-vjaġġ tagħhom u li dawn il-persuni m’għandhomx ikunu intitolati għal rimborż tal-ħlas tat-trasport tagħhom jew ta’ kwalunkwe ħlas għat-trasport ta’ bagalji reġistrati li setgħu ħallsu.
Artikolu 10
Kompletezza ta’ formalitajiet amministrattivi
Il-passiġġier għandu jikkonforma mal-formalitajiet meħtieġa mid-dwana jew mill-awtoritajiet amministrattivi oħra.
Artikolu 11
Kanċellazzjoni u dewmien tal-ferroviji. Konnessjonijiet li ma ntlaħqux
It-trasportatur għandu, fejn neċessarju, jiċċertifika fuq il-biljett li l-ferrovija ġiet ikkanċellata jew il-konnessjoni ma ntlaħqitx.
TITOLU III
TRASPORT TA’ BAGALJI TAL-IDEJN, ANNIMALI, BAGALJI RREĠISTRATI U VETTURI
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 12
Artikoli u annimali aċċettabbli
1. Il-passiġġier jista’ jieħu miegħu oġġetti li jistgħu jiġu mmaniġġjati faċilment (bagalji tal-idejn) u annimali ħajjin skont il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport. Barra minn dan, il-passiġġier jista’ jieħu miegħu oġġetti ingombranti skont id-dispożizzjonijiet speċjali li hemm fil-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport. Oġġetti u annimali li aktarx idejqu jew joħolqu inkonvenjent lill-passiġġieri jew jikkawżaw dannu m’għandhomx jiġu permessi bħala bagalja tal-idejn.
2. Il-passiġġier jista’jwassal l-oġġetti u l-annimali bħala bagalji rreġistrati skont il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.
3. It-trasportatur jista’ jippermetti t-trasport ta’ vetturi fl-okkażjoni tat-trasport ta’ passiġġieri skont id-dispożizzjonijiet speċjali li hemm fil-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.
4. It-trasport ta’ merkanzija perikoluża bħala bagalja tal-idejn, bagalja rreġistrata kif ukoll ġo vetturi jew fuq vetturi li, skont dan it-Titolu jinġarru bil-ferrovija, għandu jikkonforma mar-Regolament li jikkonċerna t-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża bil-Ferrovija (RID).
Artikolu 13
Eżaminazzjoni
1. Fejn ikun hemm raġuni tajba għas-suspett ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet tat-trasport, it-trasportatur għandu jkollu d-dritt li jeżamina jekk l-oġġetti (il-bagalji tal-idejn, il-bagalji rreġistrati, il-vetturi inkluż it-tagħbija tagħhom) u l-annimali ttrasportati jikkonformawx mal-kundizzjonijiet tat-trasport, sakemm il-liġijiet u l-preskrizzjonijiet tal-Istat li fih isir l-eżami ma jipprojbixxux dan l-eżami . Il-passiġġier għandu jkun mistieden jattendi għall-eżami. Jekk ma jidhirx jew ma jkunx jista’ jintlaħaq, it-trasportatur għandu jitlob il-preżenza ta’ żewġ xhieda indipendenti.
2. Jekk ikun stabbilit li l-kundizzjonijiet tat-trasport ma ġewx rispettati, it-trasportatur jista’ jitlob lill-passiġġier iħallas l-ispejjeż li joriġinaw mill-eżami.
Artikolu 14
Kompletezza ta’ formalitajiet amministrattivi
Il-passiġġier għandu jikkonforma mal-formalitajiet meħtieġa mid-dwana jew l-awtoritajiet amministrattivi oħra meta, waqt li jkun qed jiġi ttrasportat, ikollu oġġetti (bagalji tal-idejn, bagalji rreġistrati, vetturi inkluż it-tagħbija tagħhom) jew annimali ttrasportati. Hu għandu jkun preżenti waqt l-ispezzjoni ta’ dawn l-oġġetti ħlief fejn hu previst mod ieħor mil-liġijiet u l-preskrizzjonijiet ta’ kull Stat.
Kapitolu II
Bagalji tal-idejn u annimali
Artikolu 15
Superviżjoni
Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-passiġġier li jissorvelja l-bagalja tal-idejn u l-annimali li hu jieħu miegħu.
Kapitolu III
Bagalji Rreġistrati
Artikolu 16
Konsenja ta’ bagalji rreġistrati
1. L-obbligi kuntrattwali relatati mat-trasferiment tal-bagalji rreġistrati għandhom jiġu stabbiliti b’vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja maħruġ lill-passiġġier.
2. Soġġett għall-Artikolu 22, l-assenza, l-irregolarità jew it-telf tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja m’għandhomx jaffettwaw l-eżistenza jew il-validità tal-ftehim li jikkonċernaw it-trasferiment tal-bagalji rreġistrati, li għandhom jibqgħu soġġetti għal dawn ir-Regoli Uniformi.
3. Il-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja għandu jkun evidenza prima facie tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u l-kundizzjonijiet tat-trasport tagħha.
4. Soġġett għal evidenza kuntrarja, għandu jiġi preżunt li meta t-trasportatur għabba l-bagalja rreġistrata din kienet apparentement f’kundizzjoni tajba, u li n-numru u l-massa tal-punti tal-bagalja jikkorrispondu mal-informazzjoni mdaħħla fuq il-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja.
Artikolu 17
Vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja
1. Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport għandhom jiddeterminaw il-forma u l-kontenut tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja kif ukoll il-lingwa u l-karattri li bihom dan għandu jiġu stampat u magħmul. L-Artikolu 7(5) għandu japplika mutatis mutandis.
2. Dan li ġej, tal-inqas, għandu jiddaħħal fil-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja:
|
(a) |
it-trasportatur jew it-trasportaturi; |
|
(b) |
stqarrija li t-trasport huwa soġġett, minkejja kwalunkwe klawżola kuntrarja, għal dawn ir-Regoli Uniformi; din tista’ tkun indikata bl-akronimu CIV; |
|
(c) |
kwalunkwe stqarrija oħra meħtieġa biex tipprova l-obbligi kuntrattwali li jirrigwardaw it-trasferiment tal-bagalji rreġistrati u li tippermetti lill-passiġġier jafferma d-drittijiet li jirriżultaw minn dan il-kuntratt ta’ trasport. |
3. Il-passiġġier għandu jiżgura, xħin jirċievi l-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja, li dan ħareġ skont l-istruzzjonijiet tiegħu.
Artikolu 18
Reġistrazzjoni u Trasport
1. Ħlief fejn il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jipprovdu mod ieħor, il-bagalji għandhom jiġu rreġistrati biss fuq preżentazzjoni ta’ biljett validu tal-inqas sad-destinazzjoni tal-bagalji. F’każi oħra, ir-reġistrazzjoni tal-bagalji għandha titwettaq skont il-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post tal-konsenja.
2. Meta l-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jipprovdu li l-bagalji jistgħu jiġu aċċettati għal trasport mingħajr il-preżentazzjoni ta’ biljett, id-Dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli Uniformi li jiddeterminaw id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġier fir-rigward tal-bagalji rreġistrati tiegħu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-konsenjatur tal-bagalji rreġistrati.
3. It-trasportatur jista’ jibgħat il-bagalji rreġistrati b’ferrovija oħra jew b’mezz ta’ trasport ieħor u b’rotta differenti minn dik meħuda mill-passiġġier.
Artikolu 19
Pagament ta’ ħlasijiet tat-trasport ta’ bagalji rreġistrati
Soġġett għal ftehim kuntrarju bejn il-passiġġier u t-trasportatur, il-ħlas tat-trasport ta’ bagalji rreġistrati għandu jkun pagabbli mar-reġistrazzjoni.
Artikolu 20
Immarkar ta’ bagalji rreġistrati
Il-passiġġier għandu jindika fuq kull punt tal-bagalji rreġistrati f’post viżibbilment ċar, b’mod reżistenti u leġibbli biżżejjed:
|
(a) |
l-isem u l-indirizz; |
|
(b) |
il-post tad-destinazzjoni. |
Artikolu 21
Id-dritt li tiddisponi minn bagalji rreġistrati
1. Jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu u jekk b’dan ma jinkisrux ir-rekwiżiti tad-dwana jew ir-rekwiżiti ta’ awtoritajiet amministrattivi oħra, il-passiġġier jista’ jitlob li l-bagalji jingħataw lura fil-post tal-konsenja maċ-ċediment tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u, jekk il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jeħtieġu hekk, mal-preżentazzjoni tal-biljett.
2. Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jista’ jkun fihom Dispożizzjonijiet oħra li jirrigwardaw id-dritt li tiddisponi minn bagalji rreġistrati, b’mod partikolari modifiki tal-post tad-destinazzjoni u l-konsegwenzi finanzjarji possibbli li jridu jinġarru mill-passiġġier.
Artikolu 22
It-twassil
1. Il-bagalji rreġistrati għandhom jitwasslu maċ-ċediment tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u, fejn xieraq, mal-ħlas tal-ammonti pagabbli mal-konsenja .
It-trasportatur għandu jkun intitolat, iżda mhux obbligat, li jeżamina jekk id-detentur tal-vawċer hux intitolat jew le li jirċievi l-konsenja .
2. Din għandha tkun ekwivalenti għall-konsenja lid-detentur tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jekk, skont il-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post tal-konsenja:
|
(a) |
il-bagalja ġiet mgħoddija f’idejn l-awtoritajiet tad-dwana jew tal-octroi fil-bini jew l-imħażen tagħhom, meta dawn mhumiex soġġetti għas-superviżjoni tat-trasportatur; |
|
(b) |
annimali ħajjin ġew mgħoddija f’idejn partijiet terzi. |
3. Id-detentur tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jista’ jitlob it-twassil tal-bagalji fil-post tad-destinazzjoni hekk kif jinqabeż il-ħin miftiehem u, fejn xieraq, il-ħin neċessarju għall-operazzjonijiet mwettqa mill-awtoritajiet tad-dwana jew awtoritajiet oħra.
4. Meta ma jkunx hemm ċediment tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja, it-trasportatur għandu biss ikun obbligat iwassal il-bagalji lill-persuna li tipprova d-dritt tagħha għal dan; jekk il-prova offruta tidher insuffiċjenti, it-trasportatur jista’ jitlob li tingħata s-sigurtà.
5. Il-bagalja għandha titwassal fil-post tad-destinazzjoni li għalih ġiet irreġistrata.
6. Id-detentur tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja li l-bagalja tiegħu ma tkunx twasslet, jista’ jitlob li jkollu fuq il-vawċer il-jum u l-ħin meta talab it-twassil skont il-paragrafu 3.
7. Il-persuna intitolata tista’ tirrifjuta li taċċetta l-bagalja jekk it-trasportatur ma jikkonformax mat-talba tiegħu li jwettaq eżami tal-bagalja rreġistrata biex jiġi stabbilit id-dannu allegat.
8. Fil-każi l-oħra kollha, it-twassil tal-bagalja għandu jsir skont il-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post tad-destinazzjoni.
Kapitolu IV
Vetturi
Artikolu 23
Kundizzjonijiet tat-Trasport
Id-dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw it-trasport ta’ vetturi, li jinsabu fil-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport, għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċettazzjoni għat-trasport, ir-reġistrazzjoni, it-tagħbija u t-trasport, il-ħatt u t-twassil kif ukoll l-obbligi tal-passiġġieri.
Artikolu 24
Vawċer tat-Trasport
1. L-obbligi kuntrattwali relatati mat-trasport ta’ vetturi għandhom jiġu stabbiliti b’vawċer tat-trasport maħruġ lill-passiġġier. Il-vawċer tat-trasport jista’ jiġi integrat fil-biljett tal-passiġġier.
2. Il-dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw it-trasport ta’ vetturi, li jinsabu fil-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport, għandhom jiddeterminaw il-forma u l-kontenut tal-vawċer tat-trasport kif ukoll il-lingwa u l-karattri li bihom dan għandu jiġu stampat u magħmul. L-Artikolu 7(5) għandu japplika mutatis mutandis.
3. Dan li ġej, tal-inqas, għandu jiddaħħal fil-vawċer tat-trasport:
|
(a) |
it-trasportatur jew it-trasportaturi; |
|
(b) |
stqarrija li t-trasport huwa soġġett, minkejja kwalunkwe klawżola kuntrarja, għal dawn ir-Regoli Uniformi; din tista’ tkun indikata bl-akronimu CIV; |
|
(c) |
kwalunkwe stqarrija oħra meħtieġa biex tipprova l-obbligi kuntrattwali li jirrigwardaw it-trasport ta’ vetturi u li tippermetti lill-passiġġier jafferma d-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ trasport. |
4. Il-passiġġier għandu jiżgura, xħin jirċievi l-vawċer tat-trasport, li dan ħareġ skont l-istruzzjonijiet tiegħu.
Artikolu 25
Liġi applikabbli
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III relatati mat-trasport ta’ bagalji għandhom japplikaw għall-vetturi.
TITOLU IV
RESPONSABBILTÀ TAT-TRASPORTATUR
Kapitolu I
Responsabbiltà f’każ ta’ mewt ta’ passiġġieri jew korrimenti personali ta’ passiġġieri
Artikolu 26
Bażi tar-responsabbiltà
1. It-trasportatur għandu jkun responsabbli għat-telf jew id-dannu li jirriżultaw minn mewt ta’ passiġġier, korrimenti personali ta’ passiġġier, jew dannu fiżiku jew mentali fuq passiġġier, ikkawżati b’inċident li joriġina mill-operat tal-linja tal-ferrovija u li jseħħ waqt li l-passiġġier ikun ġewwa, dieħel jew nieżel minn vetturi tal-linja tal-ferrovija, tkun xi tkun l-infrastruttura tal-linja tal-ferrovija użata.
2. It-trasportatur għandu jinħeles minn din ir-responsabbiltà
|
(a) |
jekk l-inċident ġie kkawżat minn ċirkostanzi mhux konnessi mal-operat tal-linja tal-ferrovija u li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom; |
|
(b) |
sal-punt li l-inċident huwa tort tal-passiġġier; |
|
(c) |
jekk l-aċċident huwa dovut għall-imġiba ta’ parti terza li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom; impriża oħra li tuża l-istess infrastruttura tal-linja tal-ferrovija ma tistax titqies bħala parti terza; id-dritt għal rikors m’għandux jiġi affettwat. |
3. Jekk l-inċident huwa dovut għall-imġiba ta’ parti terza u jekk, minkejja dan, it-trasportatur mhuwiex meħlus għalkollox mir-responsabbiltà tiegħu skont il-paragrafu 2(c), hu għandu jkun responsabbli b’mod sħiħ sal-limiti stabbiliti f’dawn ir-Regoli Uniformi iżda mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt għal rikors li t-trasportatur jista’ jkollu kontra l-parti terza.
4. Dawn ir-Regoli Uniformi m’għandhom jaffettwaw l-ebda responsabbiltà li jaf ikollu t-trasportatur f’każijiet mhux previsti fil-paragrafu 1.
5. Jekk it-trasport irregolat minn kuntratt ta’ trasport wieħed jitwettaq minn trasportaturi suċċessivi, it-trasportatur marbut skont il-kuntratt ta’ trasport li jipprovdi s-servizz ta’ trasport li fil-kors tiegħu seħħ l-inċident, għandu jkun responsabbli f’każ ta’ mewt ta’, korrimenti personali lill-, passiġġieri. Meta dan is-servizz ma ġiex ipprovdut mit-trasportatur, iżda minn trasportatur sostitut, iż-żewġ trasportaturi għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt u separatament skont dawn ir-Regoli Uniformi.
Artikolu 27
Danni f’każ ta’ mewt
1. F’każ ta’ mewt tal-passiġġier, id-danni għandhom jinkludu:
|
(a) |
kwalunkwe spejjeż meħtieġa wara l-mewt, b’mod partikolari dawk tat-trasport tal-ġisem u l-ispejjeż tal-funeral; |
|
(b) |
jekk il-mewt ma sseħħx mill-ewwel, id-danni previsti fl-Artikolu 28. |
2. Jekk, mal-mewt tal-passiġġier, il-persuni li kellu, jew li kien ser ikollu, d-dmir legali li jmantni jiġu mċaħħda mill-appoġġ tagħhom, dawn il-persuni għandhom ukoll jiġu kumpensati għal dak it-telf. Id-drittijiet ta’ azzjoni minħabba d-danni li ġarrbu l-persuni li l-passiġġier kien qed imantni mingħajr ma kien marbut bil-liġi li jagħmel dan, għandhom jiġu rregolati bil-liġi nazzjonali.
Artikolu 28
Danni f’każ ta’ korriment personali
F’każ ta’ korriment personali jew kwalunkwe dannu fiżiku jew mentali oħra lill-passiġġier, id-danni għandhom jinkludu:
|
(a) |
kwalunkwe spejjeż, b’mod partikolari dawk tal-kura u tat-trasport; |
|
(b) |
kumpens għal telf finanzjarju, dovut għall-inkapaċità tax-xogħol, totali jew parzjali, jew għal ħtiġijiet miżjuda. |
Artikolu 29
Kumpens għal danni oħrajn tal-ġisem
Il-liġi nazzjonali għandha tiddetermina jekk u sa liema limitu għandu t-trasportatur iħallas id-danni għal dannu tal-ġisem barra minn dik li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikoli 27 u 28.
Artikolu 30
Forma u ammont ta’ danni f’każ ta’ mewt jew korriment personali
1. Id-danni skont l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 28(b) għandhom jingħataw fil-forma ta’ ħlas f’daqqa. Madankollu, jekk il-liġi nazzjonali tippermetti pagament ta’ kull sena, id-danni għandhom jingħataw f’dik il-forma jekk jiġi mitlub hekk mill-passiġġier korrut jew mill-persuni intitolati msemmijin fl-Artikolu 27(2) .
2. L-ammont ta’ danni li jridu jingħataw skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, għall-iskopijiet ta’ dawn ir-Regoli Uniformi, il-limitu superjuri għal kull passiġġier għandu jiġi stabbilit għal 175 000 unità ta’ kont bħala ħlas f’daqqa jew bħala annwalità ta’ kull sena li tikkorrispondi għal dik is-somma, fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi limitu superjuri ta’ inqas minn dak l-ammont.
Artikolu 31
Sistemi oħra ta’ trasport
1. Soġġett għall-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet relatati mar-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ mewt ta’, jew korriment personali lill-passiġġieri m’għandhomx japplikaw għal telf jew danni li joriġinaw fil-kors tat-trasport li, skont il-kuntratt ta’ trasport, ma kienx trasport bil-ferrovija.
2. Madankollu, fejn il-vetturi tal-linji tal-ferrovija jinġarru bil-vapur, id-dispożizzjonijiet relatati mar-responsabbiltà f’każ ta’ mewt ta’, jew korrimenti personali lill-passiġġieri għandhom japplikaw għat-telf jew għad-danni msemmija fl-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 33(1), ikkawżata b’inċident li jirriżulta mill-operat tal-linja tal-ferrovija u li jseħħ waqt li l-passiġġier ikun ġewwa, dieħel jew nieżel mill-imsemmija vetturi.
3. Meta, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, l-operat tal-linja tal-ferrovija jiġi temporanjament sospiż u l-passiġġieri jinġarru b’mezz ieħor ta’ trasport, it-trasportatur għandu jkun responsabbli skont dawn ir-Regoli Uniformi.
Kapitolu II
Responsabbiltà f’każ ta’ nuqqas ta’ żamma mal-iskeda tal-ħin
Artikolu 32
Responsabbiltà f’każ ta’ kanċellazzjoni, ittardjar tal-ferroviji jew konnessjonijiet li ma ntlaħqux
1. It-trasportatur għandu jkun responsabbli għall-passiġġier għal telf jew danni li jirriżultaw mill-fatt li, minħabba kanċellazzjoni, dewmien ta’ ferrovija jew konnessjoni li ma ntlaħqitx, il-vjaġġ tiegħu ma jistax jitkompla fl-istess jum, jew li kontinwazzjoni tal-vjaġġ fl-istess jum ma tistax tintalab b’mod raġonevoli minħabba ċirkostanzi speċifiċi. Id-dannigħandhom jinkludu l-ispejjeż raġonevoli tal-akkomodazzjoni kif ukoll l-ispejjeż raġonevoli li jkun hemm bżonn biex jiġu notifikati l-persuni li qed jistennew lill-passiġġier.
2. It-trasportatur għandu jiġi meħlus minn din ir-responsabbiltà, meta l-kanċellazzjoni, l-ittardjar jew il-konnessjoni li ma ntlaħqitx hija attribwibbli għal waħda minn dawn il-kawżi li ġejjin:
|
(a) |
ċirkostanzi mhux konnessi mal-operat tal-linja tal-ferrovija li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom, |
|
(b) |
tort fuq il-parti tal-passiġġier; jew |
|
(c) |
l-imġiba ta’ parti terza li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom; impriża oħra li tuża l-istess infrastruttura tal-linja tal-ferrovija ma tistax titqies bħala parti terza; id-dritt għal rikors m’għandux jiġi affettwat. |
3. Il-liġi nazzjonali għandha tiddetermina jekk u sa liema livell għandu t-trasportatur iħallas id-danni minbarra dawk previsti fil-paragrafu 1. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44.
Kapitolu III
Responsabbiltà fir-rigward ta’ bagalji tal-idejn, annimali, bagalji rreġistrati u vetturi
TAQSIMA 1
Bagalji tal-idejn u annimali
Artikolu 33
Responsabbiltà
1. F’każ ta’ mewt ta’, jew korriment personali lill-, passiġġieri, it-trasportatur għandu jkun responsabbli wkoll għat-telf jew għad-danni li jirriżultaw minn telf totali jew parzjali ta’ oġġetti, jew dannu lil oġġetti li l-passiġġier kellu fuqu jew miegħu bħala bagalja tal-idejn; dan għandu japplika wkoll għall-annimali li l-passiġġier kien ġab miegħu. L-Artikolu 26 għandu japplika mutatis mutandis.
2. F’rigward ieħor, it-trasportatur m’għandux ikun responsabbli għat-telf totali jew parzjali ta’ oġġetti, jew dannu lil oġġetti, bagalji tal-idejn jew annimali li s-superviżjoni tagħhom hija r-responsabbiltà tal-passiġġier skont l-Artikolu 15, sakemm dan it-telf jew id-dannu ma jkunux ikkawżati tort tat-trasportatur. L-Artikoli l-oħra tat-Titolu IV, għajr l-Artikolu 51, u t-Titolu VI m’għandhomx japplikaw f’dan il-każ.
Artikolu 34
Limitu tad-dannu f’każ ta’ telf ta’ oġġetti jew dannu fuq oġġetti
Meta t-trasportatur hu responsabbli skont l-Artikolu 33(1), dan għandu jħallas kumpens sa limitu ta’ 400 unità ta’ kont lil kull passiġġier.
Artikolu 35
Esklużjoni tar-responsabbiltà
It-trasportatur m’għandux ikun responsabbli għall-passiġġier għal telf jew dannu li joriġinaw mill-fatt li l-passiġġier ma jikkonformax mal-formalitajiet meħtieġa mill-awtoritajiet tad-dwana jew minn awtoritajiet amministrattivi oħra.
TAQSIMA 2
Bagalji Rreġistrati
Artikolu 36
Bażi tar-responsabbiltà
1. It-trasportatur għandu jkun responsabbli għal telf jew dannu li joriġinaw minn telf totali jew parzjali ta’ bagalja rreġistrata jew dannu lil bagalja rreġistrata bejn il-ħin li t-trasportatur ħadha f’idejh u l-ħin tat-twassil kif ukoll mid-dewmien fit-twassil.
2. It-trasportatur għandu jiġi meħlus minn din ir-responsabbiltà sal-punt fejn it-telf, id-dannu jew id-dewmien fit-twassil ġie kkawżat tort tal-passiġġier, b’ordni mogħtija mill-passiġġier minflok tort tat-trasportatur, b’difett inerenti fil-bagalja rreġistrata jew b’ċirkostanzi li t-trasportatur ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom.
3. It-trasportatur għandu jiġi meħlus minn din ir-responsabbiltà sal-punt li t-telf jew id-dannu joriġinaw mir-riskji speċjali inerenti f’waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
l-assenza jew l-inadegwatezza tal-ippakkjar; |
|
(b) |
in-natura speċjali tal-bagalja; |
|
(c) |
il-konsenja bħala bagalja ta’ oġġetti mhux aċċettabbli għat-trasport. |
Artikolu 37
Oneru tal-prova
1. L-obbligu li jiġi pprovat li t-telf, id-dannu jew l-ittardjar tat-twassil kien tort ta’ waħda mill-kawżi speċifikati fl-Artikolu 36(2) għandu jkun tat-trasportatur .
2. Meta t-trasportatur jistabbilixxi li, wara li kkunsidra ċ-ċirkostanzi ta’ każ partikolari, it-telf jew id-dannu setgħu oriġinaw minn riskju speċjali wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 36(3), għandu jkun preżunt li dan oriġina minn hemm. Madankollu, il-persuna intitolata għandu jkollha d-dritt li tagħti evidenza li t-telf jew id-dannu ma kinux attribwibbli la fis-sħiħ u lanqas parzjalment għal wieħed minn dawk ir-riskji.
Artikolu 38
Trasportaturi suċċessivi
Jekk trasport irregolat b’kuntratt wieħed jitwettaq minn trasportaturi diversi suċċessivi, kull trasportatur bl-att proprju li jieħu f’idejh il-bagalja bil-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jew il-vettura bil-vawċer tat-trasport, għandu jsir parti għall-kuntratt ta’ trasport fir-rigward tat-tmexxija tal-bagalja jew tat-trasport tal-vetturi, skont it-termini tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jew tal-vawċer tat-trasport u għandu jassumi l-obbligi li joriġinaw minn hemm. F’dan il-każ, kull trasportatur għandu jkun responsabbli għat-trasport matul ir-rotta sħiħa sat-twassil.
Artikolu 39
Trasportatur sostitut
1. Fejn it-trasportatur ħalla t-twettiq tat-trasport, fis-sħiħ jew f’parti, f’idejn trasportatur sostitut, kemm jekk skont id-dritt fil-kuntratt ta’ trasport li jagħmel dan, jew le, it-trasportatur għandu madankollu jibqa’ responsabbli fir-rigward tat-trasport kollu .
2. Id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dawn ir-Regoli Uniformi li jirregolaw ir-responsabbiltà tat-trasportatur għandhom japplikaw ukoll għar-responsabbiltà tat-trasportatur sostitut għat-trasport imwettaq minnu. L-Artikoli 48 u 52 għandhom japplikaw jekk titressaq azzjoni kontra l-impjegati jew kwalunkwe persuna oħra li t-trasportatur sostitut jagħmel użu mis-servizzi tagħha għat-twettiq tat-trasport.
3. Kwalunkwe ftehim speċjali li skontu t-trasportatur jassumi obbligi mhux imposti minn dawn ir-Regoli Uniformi jew jirrinunzja drittijiet mogħtija minn dawn ir-Regoli Uniformi, m’għandu jkollu l-ebda effett fir-rigward tat-trasportatur sostitut li ma jkunx aċċettah espliċitament u bil-miktub. Kemm jekk it-trasportatur sostitut ikun aċċettah u kemm jekk le, it-trasportatur għandu xorta jibqa’ marbut bl-obbligi jew ir-rinunzji li jirriżultaw minn dan il-ftehim speċjali.
4. Meta u safejn it-trasportatur u t-trasportatur sostitut ikunu t-tnejn responsabbli, ir-responsabbiltà għandha tkun konġunta u separata.
5. L-ammont aggregat tal-kumpens pagabbli mit-trasportatur, it-trasportatur sostitut u s-servi tagħhom u persuni oħra li jkunu jużaw is-servizzi tagħhom għat-twettiq tat-trasportazzjoni m’għandux jaqbeż il-limiti previsti f’dawn ir-Regoli Uniformi.
6. Dan l-Artikolu m’għandux jippreġudika d-drittijiet għal rikors li jistgħu jkunu jeżistu bejn it-trasportatur u t-trasportatur sostitut.
Artikolu 40
Preżunzjoni ta’ telf
1. Il-persuna intitolata tista’, mingħajr ma tkun mitluba tipprovdi provi ulterjuri, tikkunsidra oġġett tal-bagalja bħala mitluf meta dan ma jkunx twassal lilha jew impoġġi għad-dispożizzjoni tagħha fi żmien erbatax-il jum wara li t-talba għat-twassil tkun saret skont l-Artikolu 22(3).
2. Jekk oġġett tal-bagalja li jkun meqjus li ntilef jiġi rkuprat fi żmien sena wara t-talba għat-twassil, it-trasportatur irid jinnotifika lill-persuna intitolata jekk l-indirizz tagħha jkun magħruf jew ikun jista’ jiġi aċċertat.
3. Fi żmien tletin jum wara l-wasla ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 2, il-persuna intitolata tista’ titlob li l-oġġett tal-bagalja jitwassal lilha. F’dak il-każ, hija trid tħallas l-ispejjeż relatati mat-trasport tal-oġġett mill-post tal-konsenja għall-post fejn il-konsenja trid tasal u tirrimborża l-kumpens irċevut minbarra, skont il-każ, kwalunkwe spiża inkluża fih. Madankollu hija għandha żżomm id-drittijiet tagħha li titlob il-kumpens għal dewmien fit-twassil previst fl-Artikolu 43.
4. Jekk l-oġġett tal-bagalja rkuprat ma jkunx miġbur fi żmien il-perjodu stipulat fil-paragrafu 3 jew jekk dan ma jkunx irkuprat sa aktar minn sena wara t-talba għat-twassil, it-trasportatur għandu jeħles minnu skont il-liġijiet u l-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post fejn l-oġġett tal-bagalja jkun qiegħed.
Artikolu 41
Kumpens għal telf
1. F’każ ta’ telf totali jew parzjali ta’ bagalja reġistrata, it-trasportatur irid iħallas, għajr għad-danni l-oħrajn kollha:
|
(a) |
jekk l-ammont ta’ telf jew id-dannu mġarrab ikun ippruvat, kumpens daqs dak l-ammont imma mhux aktar minn 80 unità ta’ kont għal kull kilogramm ta’ massa qasira gross jew 1 200 unità ta’ kont għal kull oġġett tal-bagalja; |
|
(b) |
jekk l-ammont ta’ telf jew id-dannu mġarrab ma jkunx stabbilit, id-danni likwidati ta’ 20 unità ta’ kont għal kull kilogramm ta’ massa qasira gross jew 300 unità ta’ kont għal kull oġġett tal-bagalja; |
Il-metodu ta’ kumpens, għal kull kilogramm nieqes jew għal kull oġġett tal-bagalja, għandu jiġi ddeterminat mill-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.
2. Barra minn hekk, it-trasportatur irid jirrimborża l-ispiża għat-trasport tal-bagalja u ammonti oħrajn imħallsa fir-rigward tat-trasport tal-oġġett mitluf kif ukoll id-dazji tad-dwana u tas-sisa li jkunu diġà tħallsu.
Artikolu 42
Kumpens għal danni
1. F’każ ta’ dannu fuq bagalja reġistrata, it-trasportatur irid iħallas kumpens ekwivalenti għat-telf fil-valur tal-bagalja, għajr id-danni l-oħra kollha.
2. Il-kumpens m’għandux ikun aktar minn:
|
(a) |
jekk il-bagalja kollha naqsilha l-valur minħabba dannu, l-ammont li kien ikun pagabbli f’każ ta’ telf totali; |
|
(b) |
jekk parti biss tal-bagalja naqsilha l-valur minħabba dannu, l-ammont li kien ikun pagabbli kieku dik il-parti ntilfet; |
Artikolu 43
Kumpens għal dewmien fit-twassil
1. F’każ ta’ dewmien fit-twassil ta’ bagalja rreġistrata, it-trasportatur irid iħallas għal kull perjodu sħiħ ta’ 24 siegħa wara li jkun intalab it-twassil, iżda soġġett għal massimu ta’ 14-il jum:
|
(a) |
jekk il-persuna intitolata jkollha provi li ġarrbet telf jew dannu b’dan, kumpens daqs l-ammont tat-telf jew tad-dannu, sa mhux aktar minn 0,80 unità ta’ kont għal kull kilogramm ta’ massa gross tal-bagalja jew 14-il unità ta’ kont għal kull oġġett tal-bagalja, imwassal tard; |
|
(b) |
jekk il-persuna intitolata ma jkollhiex provi li ġarrbet telf jew dannu b’dan, id-danni likwidati ta’ 0,14-il unità ta’ kont għal kull kilogramm ta’ massa gross tal-bagalja jew 2,80 unità ta’ kont għal kull oġġett tal-bagalja, imwassla tard. |
Il-metodi ta’ kumpens, skont kull kilogramm nieqes jew skont l-oġġetti tal-bagalja, għandu jkun determinat mill-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.
2. F’każ ta’ telf totali tal-bagalja, il-kumpens previst fil-paragrafu 1 m’għandux ikun pagabbli flimkien ma’ dak previst fl-Artikolu 41.
3. F’każ ta’ telf ta’ parti tal-bagalja, il-kumpens previst fil-paragrafu 1 għandu jkun pagabbli fir-rigward ta’ dik il-parti tal-bagalja li ma tkunx intilfet.
4. F’każ ta’ dannu tal-bagalja li ma tirriżultax minn dewmien fit-twassil, il-kumpens previst fil-paragrafu 1 għandu, fejn xieraq, ikun pagabbli flimkien ma’ dak previst fl-Artikolu 42.
5. It-total ta’ kumpens previst fil-paragrafu 1 flimkien ma’ dak pagabbli skont l-Artikoli 41 u 42 m’għandu fl-ebda każ jaqbeż il-kumpens li kien ikun pagabbli f’każ ta’ telf totali tal-bagalja.
TAQSIMA 3
Vetturi
Artikolu 44
Kumpens għal dewmien
1. F’każ ta’ dewmien fit-tagħbija għal raġuni attribwita lit-trasportatur jew dewmien fit-twassil ta’ vettura, u jekk il-persuna intitolata jkollha provi li ġarrbet telf jew dannu b’dan, it-trasportatur irid iħallas kumpens mhux aktar mill-ammont tal-ispiża tat-trasport.
2. Jekk, f’każ ta’ dewmien tat-tagħbija għal raġuni attribwita għat-trasportatur, il-persuna intitolata tagħżel li ma tipproċedix bil-kuntratt tat-trasport, l-ispiża tat-trasport għandha tkun rimborżata lilha. Barra minn hekk, il-persuna intitolata tista’, jekk ikollha provi li ġarrbet telf jew dannu bħala riżultat tad-dewmien, titlob kumpens ta’ mhux aktar mill-ispiża tat-trasport.
Artikolu 45
Kumpens għal telf
F’każ ta’ telf totali jew parzjali ta’ vettura, il-kumpens pagabbli lill-persuna intitolata għat-telf jew għad-dannu ppruvati għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valur tas-soltu tal-vettura. Dan m’għandux jaqbeż it-8 000 unità ta’ kont. Trejler mgħobbi jew mhux mgħobbi għandu jkun ikkunsidrat bħala vettura separata.
Artikolu 46
Responsabbiltà fir-rigward ta’ oġġetti oħra
1. Fir-rigward ta’ oġġetti li jitħallew fil-vettura jew jitpoġġew f’kaxxi (eż. kaxxi tal-bagalji jew tal-iskì) marbutin mal-vettura, it-trasportatur għandu jkun responsabbli biss għal telf jew dannu kkawżati tort tiegħu. Il-kumpens totali pagabbli m’għandux jaqbeż 1 400 unità ta’ kont.
2. Safejn jirrigwarda l-oġġetti stivati fuq barra tal-vettura, inkluż il-kaxxi msemmija fil-paragrafu 1, it-trasportatur għandu jkun responsabbli biss fir-rigward ta’ oġġetti ppustjati fuq barra tal-vettura jekk jiġi ppruvat li t-telf jew id-dannu jirriżultaw minn azzjoni jew ommissjoni, li t-trasportatur wettaq bl-intenzjoni biex jikkawża dan it-telf jew dan id-dannu jew bi traskuraġni u bl-għarfien li dan it-telf jew dan id-dannu probabbli jirriżultaw.
Artikolu 47
Liġi applikabbli
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 relatati mar-responsabbiltà għall-bagalji għandhom japplikaw għall-vetturi.
Kapitolu IV
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 48
Telf ta’ dritt li jiġu invokati l-limiti tar-responsabbiltà
Il-limiti tar-responsabbiltà previsti f’dawn ir-Regoli Uniformi kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jillimitaw il-kumpens għal ammont fiss, m’għandhomx japplikaw jekk jiġi ppruvat li t-telf jew id-dannu jirriżultaw minn att jew ommissjoni, li t-trasportatur ikun wettaq bl-intenzjoni li jikkawża dan it-telf jew dan id-dannu, jew bi traskuraġni u bl-għarfien li dan it-telf jew dan id-dannu probabbli jirriżultaw.
Artikolu 49
Konverżjoni u interess
1. Fejn il-kalkolu tal-kumpens jeħtieġ il-konverżjoni ta’ somom espressi f’rata barranija, il-konverżjoni għandha tkun bir-rata tal-kambju applikabbli fil-jum u l-post tal-ħlas tal-kumpens.
2. Il-persuna intitolata tista’ titlob interessi fuq il-kumpens, ikkalkulata fuq ħamsa fil-mija kull sena, mill-jum tal-pretensjoni previst fl-Artikolu 55 jew, jekk ma tkun saret l-ebda pretensjoni bħal din, mill-jum meta jkunu ġew istitwiti l-proċedimenti ġudizzjarji.
3. Madankollu, fil-każ ta’ kumpens pagabbli skont l-Artikoli 27 u 28, l-interessi għandhom jingħaddu biss mill-jum meta jkunu seħħew l-avvenimenti relatati mal-istima tal-ammont tal-kumpens, jekk dak il-jum ikun aktar tard minn dak tal-pretensjoni jew mill-jum meta jkunu ġew istitwiti l-proċedimenti ġudizzjarji.
4. Fil-każ ta’ bagalji, l-interessi għandhom ikunu pagabbli biss jekk il-kumpens jaqbeż is-16-il unità ta’ kont għal kull vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalji.
5. Fil-każ ta’ bagalji, jekk il-persuna intitolata ma tissottomettix lit-trasportatur, fi żmien raġonevoli mogħti lilha, id-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa biex l-ammont tal-pretensjoni jiġi stabbilit finalment, l-ebda interess m’għandu jingħadd bejn l-iskadenza mogħtija u s-sottomissjoni proprja ta’ dawn id-dokumenti.
Artikolu 50
Responsabbiltà f’każ ta’ inċidenti nukleari
Skont ir-Regoli Uniformi għal telf jew dannu kkawżati minn inċident nukleari għandha titneħħa r-responsabbiltà minn fuq it-trasportatur meta l-operatur tal-installazzjoni nukleari jew persuna oħra li tissostitwih ikunu responsabbli għal telf jew dannu skont il-liġijiet u l-preskrizzjonijiet ta’ Stat li jirregola r-responsabbiltà fil-qasam tal-enerġija nukleari.
Artikolu 51
Persuni li t-trasportatur huwa responsabbli għalihom
It-trasportatur għandu jkun responsabbli għall-impjegati tiegħu u persuni oħrajn li juża s-servizzi tagħhom għat-twettiq tat-trasport, meta dawn l-impjegati u persuni oħrajn ikunu qed jaġixxu fl-ambitu tal-funzjonijiet tagħhom. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-ferrovija li biha jitwettaq it-trasport għandhom ikunu kkunsidrati bħala persuni li t-trasportatur jagħmel użu tas-servizzi tagħhom għat-twettiq tat-trasport.
Artikolu 52
Azzjonijiet oħra
1. Fil-każijiet kollha fejn dawn ir-Regoli Uniformi għandhom japplikaw, kwalunkwe azzjoni fir-rigward ta’ responsabbiltà, għal kwalunkwe raġuni, jistgħu jitressqu kontra t-trasportatur biss soġġetti għall-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti minn dawn ir-Regoli Uniformi.
2. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe azzjoni mressqa kontra l-impjegati u persuni oħrajn li t-trasportatur huwa responsabbli għalihom skont l-Artikolu 51.
TITOLU V
RESPONSABBILTÀ TAL-PASSIĠĠIER
Artikolu 53
Prinċipji speċjali ta’ responsabbiltà
Il-passiġġier għandu jkun responsabbli għat-trasportatur għal kwalunkwe telf jew dannu:
|
(a) |
li tirriżulta meta jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu skont
|
|
(b) |
ikkawżati minn oġġetti u annimali li hu jġib miegħu, sakemm hu ma jagħtix provi li t-telf jew id-dannu kienu kkawżati minn ċirkostanzi li hu ma setax jevita u li l-konsegwenzi tagħhom ma setax jipprevjeni, minkejja l-fatt li hu eżerċita d-diliġenza meħtieġa ta’ passiġġier kuxjenzjuż. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tat-trasportatur skont l-Artikoli 22 u 33(1). |
TITOLU VI
DIKJARAZZJONI TAD-DRITTIJIET
Artikolu 54
Aċċertazzjoni ta’ telf jew dannu parzjali
1. Meta telf parzjali ta’ oġġett trasportat, jew dannu ta’ oġġett trasportat fir-responsabbiltà tat-trasportatur (bagalji, vetturi) jiġi skopert jew meqjus mit-trasportatur jew allegat mill-persuna intitolata, it-trasportatur irid, mingħajr dewmien, u jekk possibbli fil-preżenza tal-persuna intitolata, jikteb rapport fejn jiddikjara, skont in-natura tat-telf jew id-dannu, il-kundizzjoni tal-oġġett u, sa fejn possibbli, il-qies tat-telf jew tad-dannu, il-kaġun u ż-żmien ta’ meta seħħ.
2. Kopja tar-rapport irid ikun provdut mingħajr ħlas lill-persuna intitolata.
3. Jekk il-persuna intitolata ma taċċettax ir-riżultat fir-rapport, din tista’ titlob li l-kundizzjoni tal-bagalja jew tal-vettura u l-kawża u l-ammont tat-telf jew tad-dannu jkunu aċċertati minn espert imqabbad mill-partijiet tal-kuntratt ta’ trasport jew minn qorti jew tribunal. Il-proċedura ta’ wara għandha tkun irregolata mil-liġijiet u l-preskrizzjonijiet tal-Istat fejn isseħħ din l-aċċertazzjoni.
Artikolu 55
Pretensjonijiet
1. Pretensjonijiet relatati mar-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ mewt, jew korriment personali, il-passiġġieri jridu jindirizzaw bil-miktub lit-trasportatur li kontrih tista’ titressaq azzjoni. Fil-każ ta’ trasport regolat minn kuntratt wieħed u mwettaq minn trasportaturi suċċessivi, il-pretensjonijiet jistgħu jiġu indirizzati wkoll lill-ewwel jew l-aħħar trasportatur kif ukoll lit-trasportatur li jkollu l-post prinċipali tan-negozju, jew il-fergħa jew l-aġenzija li kkonkludew il-kuntratt ta’ trasport fl-Istat fejn il-passiġġier ikollu d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu.
2. Pretensjonijiet oħrajn relatati mal-kuntratt ta’ trasport iridu jkunu indirizzati bil-miktub lit-trasportatur speċifikat fl-Artikolu 56(2) u (3) .
3. Id-dokumenti li l-persuna intitolata taħseb li jixraq tissottomettihom mal-pretensjoni għandhom ikunu ppreżentati fil-forma oriġinali jew il-kopji tagħhom, fejn xieraq, il-kopji debitament ċertifikati jekk it-trasportatur ikun jeħtieġ hekk. Mal-ftehim tal-pretensjoni, it-trasportatur jista’ jitlob iċ-ċediment tal-biljett, il-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u l-vawċer tat-trasport.
Artikolu 56
Trasportaturi li tista’ titressaq azzjoni kontrihom
1. Azzjoni bbażata fuq ir-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ mewt ta’, jew korriment personali għall-passiġġieri, jistgħu jitressqu biss kontra trasportatur li huwa responsabbli skont l-Artikolu 26(5).
2. Soġġetti għall-paragrafu 4, azzjonijiet oħrajn imressqa minn passiġġieri abbażi tal-kuntratt ta’ trasport jistgħu jittieħdu biss kontra l-ewwel trasportatur, l-aħħar trasportatur jew it-trasportatur li jkun wettaq il-parti tat-trasport li matulha jkun seħħ l-avveniment li wassal għall-proċedimenti.
3. Meta, fil-każ ta’ trasport imwettaq minn trasportaturi suċċessivi, it-trasportatur li jrid iwassal il-bagalji jew il-vettura jkun imdaħħal bil-kunsens tiegħu fil-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalji jew fil-vawċer tat-trasport, azzjoni tista’ tittieħed kontrih skont il-paragrafu 2 anke jekk huwa ma jkunx irċieva l-bagalji jew il-vettura.
4. Azzjoni għall-irkupru ta’ somma mħallsa skont il-kuntratt ta’ trasport tista’ tittieħed kontra t-trasportatur li jkun ġabar dik is-somma jew kontra t-trasportatur li tkun inġabret f’ismu.
5. Azzjoni tista’ tittieħed kontra trasportatur għajr kontra dawk speċifikati fil-paragrafi 2 u 4 meta tkun istitwita b’kontropretensjoni jew b’eċċezzjoni fil-proċedimenti relatati ma’ pretensjoni prinċipali bbażata fuq l-istess kuntratt ta’ trasport.
6. Sakemm dawn ir-Regoli Uniformi japplikaw għat-trasportatur sostitut, azzjoni tista’ tittieħed kontrih ukoll.
7. Jekk il-kwerelant ikollu għażla bejn bosta trasportaturi, id-dritt tiegħu għall-għażla għandu jkun mitmum hekk kif iressaq azzjoni kontra wieħed minnhom; dan għandu japplika wkoll jekk il-kwerelant għandu għażla bejn trasportatur wieħed jew aktar u trasportatur sostitut.
Artikolu 58
Tneħħija tad-dritt għal azzjoni f’każ ta’ mewt jew korriment personali
1. Kwalunkwe dritt għal azzjoni mill-persuna intitolata bbażat fuq ir-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ mewt jew korriment personali ta’ passiġġieri, għandu jitneħħa jekk notifika tal-inċident tal-passiġġier ma tkunx ingħatat mill-persuna intitolata, fi żmien 12-il xahar minn meta jkun sar jaf bit-telf jew bid-dannu, lil wieħed mit-trasportaturi li lilu tista’ tiġi indirizzata pretensjoni skont l-Artikolu 55(1). Fejn il-persuna intitolata tagħti notifika verbali tal-inċident lit-trasportatur, it-trasportatur għandu jforniha b’konferma ta’ din in-notifika verbali.
2. Madankollu, id-dritt għal azzjoni m’għandux jitneħħa jekk
|
(a) |
fi żmien il-perjodu previst fil-paragrafu 1, il-persuna intitolata tkun indirizzat pretensjoni lil wieħed mit-trasportaturi nominati fl-Artikolu 55(1); |
|
(b) |
fi żmien il-perjodu previst fil-paragrafu 1 it-trasportatur li jkun responsabbli jkun sar jaf bl-inċident tal-passiġġier b’xi mod ieħor; |
|
(c) |
notifika tal-inċident ma tkunx ingħatat, jew tkun ingħatat tard, bħala riżultat ta’ ċirkostanzi mhux attribwiti għall-persuna intitolata; |
|
(d) |
il-persuna intitolata tagħti provi li l-inċident kien ikkawżat tort fuq il-parti tat-trasportatur. |
Artikolu 59
Tneħħija tad-dritt għal azzjoni li tirriżulta mit-trasport ta’ bagalji
1. L-aċċettazzjoni tal-bagalji mill-persuna intitolata għandha tneħħi d-drittijiet kollha għal azzjoni kontra t-trasportatur li tirriżulta mill-kuntratt ta’ trasport f’każ ta’ telf, dannu jew dewmien parzjali fit-twassil.
2. Madankollu, id-dritt għal azzjoni m’għandux jitneħħa:
|
(a) |
f’każ ta’ telf jew dannu parzjali, jekk
|
|
(b) |
f’każ ta’ telf jew dannu li ma jkunux jidhru li l-eżistenza tagħhom tkun aċċertata wara l-aċċettazzjoni tal-bagalji mill-persuna intitolata, jekk din il-persuna
|
|
(c) |
f’każ ta’ dewmien fit-twassil, jekk fi żmien wieħed u għoxrin jum il-persuna intitolata tkun aċċertat id-drittijiet tagħha kontra wieħed mit-trasportaturi speċifikati l-Artikolu 56(3); |
|
(d) |
jekk il-persuna intitolata tagħti provi li t-telf jew id-dannu jkunu kkawżati tort tat-trasportatur. |
Artikolu 60
Limitazzjoni tal-azzjonijiet
1. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ azzjonijiet għal danni bbażati fuq ir-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ mewt jew korriment personali ta’ passiġġieri għandu jkun:
|
(a) |
fil-każ ta’ passiġġier, tliet snin mill-jum wara l-inċident; |
|
(b) |
fil-każ ta’ persuni intitolati oħrajn, tliet snin mill-jum wara l-mewt tal-passiġġier, soġġett għal massimu ta’ ħames snin mill-jum wara l-inċident. |
2. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal azzjonijiet oħrajn li jirriżultaw mill-kuntratt tat-trasport għandu jkun ta’ sena. Madankollu, il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jkun sentejn fil-każ ta’ azzjoni għal telf jew dannu li jirriżultaw minn att jew ommissjoni mwettqa bl-intenzjoni li jiġu kkawżati dan it-telf jew dan id-dannu, jew bi traskuraġni u bl-għarfien li dan it-telf jew dan id-dannu probabbli jirriżultaw.
3. Il-perjodu ta’ limitazzjoni previst fil-paragrafu 2 għandu jgħodd għal azzjonijiet:
|
(a) |
għal kumpens ta’ telf totali, mill-erbatax-il jum wara l-iskadenza prevista fl-Artikolu 22(31); |
|
(b) |
għal kumpens ta’ telf parzjali, dannu jew dewmien fit-twassil, mill-jum meta jkun sar it-twassil; |
|
(c) |
fil-każijiet l-oħrajn kollha li jinvolvu t-trasport ta’ passiġġieri, mill-jum meta tiskadi l-validità tal-biljett. |
Il-jum indikat għall-bidu tal-perjodu ta’ limitazzjoni m’għandux ikun inkluż fil-perjodu.
4. […]
5. […]
6. Inkella, is-sospensjoni u l-interruzzjoni tal-perjodi ta’ limitazzjoni għandhom jiġu regolati mil-liġi nazzjonali.
TITOLU VII
RELAZZJONIJIET BEJN IT-TRASPORTATURI
Artikolu 61
Apporzjonament tal-ispiża tat-trasport
1. Kwalunkwe trasportatur li jkun ġabar jew li kellu jiġbor spiża tat-trasport, irid iħallas lit-trasportaturi konċernati s-sehem rispettiv tagħhom ta’ din l-ispiża . Il-metodi tal-ħlas għandhom jiġu ffissati bi ftehim bejn it-trasportaturi.
2. L-Artikolu 6(3), l-Artikolu 16(3) u l-Artikolu 25 għandhom japplikaw ukoll għar-relazzjonijiet bejn it-trasportaturi suċċessivi.
Artikolu 62
Dritt għal rikors
1. Trasportatur li jkun ħallas kumpens skont dawn ir-Regoli Uniformi għandu jkollu dritt għal rikors kontra t-trasportaturi li jkunu ħadu sehem fit-trasport skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
it-trasportatur li jkun ikkawża t-telf jew id-dannu għandu jkun l-uniku responsabbli għalihom; |
|
(b) |
meta t-telf jew id-dannu jkunu ġew ikkawżati minn bosta trasportaturi, kull wieħed għandu jkun responsabbli għat-telf jew għad-dannu li jkun ikkawża; jekk din id-distinzjoni tkun impossibbli, il-kumpens għandu jkun proporzjonat bejniethom skont l-ittra c); |
|
(c) |
jekk ma jkunx jista’ jiġi ppruvat liema mit-trasportaturi jkun ikkawża t-telf jew id-dannu, il-kumpens għandu jkun proporzjonat bejn it-trasportaturi kollha li jkunu ħadu sehem fit-trasport, għajr dawk li jkollhom provi li t-telf jew id-dannu ma jkunux ikkawżati minnhom; dan l-apporzjonament għandu jkun proporzjonat skont is-sehem rispettiv tagħhom tal-ispiża tat-trasport. |
2. Fil-każ ta’ insolvenza ta’ xi wieħed minn dawn it-trasportaturi, is-sehem mhux imħallas li jkun dovut minnu għandu jiġi apporzjonat fost it-trasportaturi l-oħra kollha li jkunu ħadu sehem fit-trasport, skont il-proporzjon tas-sehem rispettiv tagħhom tal-ispiża tat-trasport.
Artikolu 63
Proċedura għal rikors
1. Il-validità tal-ħlas magħmul mit-trasportatur li jeżerċita dritt għal rikors skont l-Artikolu 62 ma tistax tiġi kontestata mit-trasportatur li kontrih ikun ġie eżerċitat id-dritt għal rikors, meta l-kumpens ikun ġie determinat minn qorti jew tribunal u meta t-trasportatur imsemmi l-aħħar, debitament moqdi bin-notifika tal-proċedimenti, ikun ġie mogħti opportunità li jintervjeni fil-proċedimenti. Il-qorti jew it-tribunal imqabbdin mill-azzjoni prinċipali għandhom jiddeterminaw iż-żmien li għandu jingħata għal din in-notifika tal-proċedimenti u għal intervenzjoni fil-proċedimenti.
2. Trasportatur li jeżerċita d-dritt tiegħu għal rikors irid jippreżenta l-pretensjoni tiegħu f’wieħed u fl-istess proċediment kontra t-trasportaturi kollha li magħhom ma jkunx laħaq ftehim, inkella għandu jitlef id-dritt tiegħu għal rikors fil-każ ta’ dawk li kontrihom hu ma jkunx ħa proċedimenti.
3. Il-qorti jew it-tribunal għandhom jagħtu d-deċiżjoni tagħhom f’sentenza waħda u fl-istess dwar il-pretensjonijiet kollha ta’ rikors imressqa quddiemu.
4. It-trasportatur li jkun jixtieq jinforza d-dritt tiegħu għal rikors jista’ jressaq l-azzjoni tiegħu fil-qrati jew it-tribunali tal-Istat li fit-territorju tiegħu, wieħed mit-trasportaturi li jkunu ħadu sehem fit-trasport ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jew il-fergħa jew aġenzija li jkunu kkonkludew il-kuntratt ta’ trasport.
5. Meta l-azzjoni trid tittieħed kontra bosta trasportaturi, it-trasportatur kwerelant għandu jkun intitolat li jagħżel il-qorti jew it-tribunal li fihom hu se jressaq il-proċedimenti minn fost dawk kompetenti skont il-paragrafu 4.
6. Il-proċedimenti tar-rikors ma jistgħux jingħaqdu ma’ proċedimenti għal kumpens meħuda mill-persuna intitolata skont il-kuntratt ta’ trasport.
Artikolu 64
Ftehim rigward rikors
It-trasportaturi jistgħu jikkonkludu ftehim li jidderoga mill-Artikoli 61 u 62.
ANNESS II
INFORMAZZJONI MINIMA LI GĦANDHOM JAGĦTU L-IMPRIŻI FERROVJARJI U L-BEJJIEGĦA TAL-BILJETTI
Parti I: Informazzjoni qabel il-vjaġġ
|
— |
Kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt |
|
— |
Skedi taż-żmien u kundizzjonijiet għall-aktar vjaġġi mgħaġġla |
|
— |
Skedi taż-żmien u kundizzjonijiet għall-irħas nollijiet għan-nollijiet disponibbli kollha, inklużi dawk l-aktar baxxi. [Em. 125] |
|
— |
Aċċessibbiltà, kundizzjonijiet tal-aċċess u disponibbiltà abbord ta’ faċilitajiet għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX |
|
— |
Kundizzjonijiet Arranġamenti tal-aċċess għar-roti [Em. 126] |
|
— |
Disponibbiltà ta’ postijiet fiż-żoni tat-tipjip u għan-nollijiet applikabbli kollha fiż-żoni ta’ mingħajr tipjip (u, fejn applikabbli, ta' tipjip) , tal-ewwel u t-tieni klassi kif ukoll ta’ kuċċetti u vaguni tal-irqad [Em. 127] |
|
— |
Kwalunkwe attività li probabbilment tfixkel jew iddewwem is-servizzi Tfixkil u dewmien (ippjanat u f'ħin reali) [Em. 128] |
|
— |
Disponibbiltà ta’ servizzi abbord , inklużi l-wifi u l-latrini [Em. 129] |
|
— |
Proċeduri għar-riklamazzjoni ta’ bagalji mitlufa |
|
— |
Proċeduri għas-sottomissjoni tal-ilmenti. |
Parti II: Informazzjoni waqt il-vjaġġ
|
— |
Servizzi abbord , inkluż il-wifi [Em. 130] |
|
— |
L-istazzjon li jmiss |
|
— |
Dewmien Tfixkil u dewmien (ippjanat u f'ħin reali) [Em. 131] |
|
— |
Servizzi prinċipali ta’ kollegament |
|
— |
Kwistjonijiet ta’ sigurtà u sikurezza |
ANNESS III
STANDARDS MINIMI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ
I. Rekwiżiti għall-impriżi ferrovjarji
Fuq is-sit web tagħhom, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-impriżi ferrovjarji għandhom jippubblikaw ir-rapport dwar il-kwalità tas-servizz li jkun jikkorrispondi għas-sena kummerċjali ta’ qabel u jibagħtuh lill-Korp Nazzjonali tal-Infurzar u lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web tagħha. Fuq is-sit web tagħha, l-impriża għandha tippubblika r-rapport bil-lingwa/i nazzjonali uffiċjali tagħha, u jekk ikun possibbli b’lingwi oħra tal-Unjoni, inkluż taqsira bl-Ingliż.
Ir-rapporti tal-kwalità tas-servizz għandhom jinkludu informazzjoni tal-anqas dwar dawn li ġejjin:
|
1) |
Puntwalità tas-servizzi, u prinċipji ġenerali biex l-impriżi ferrovjarji jittrattaw l-interruzzjonijiet tas-servizzi;
|
|
(2) |
Stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-konsumaturi Sett minimu ta’ kategoriji li għandhom jiġu inklużi:
|
|
(3) |
It-trattament tal-ilmenti
|
|
(4) |
L-assistenza mogħtija lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa l-għadd ta’ każijiet ta’ assistenza għal kull kategorija tas-servizz (internazzjonali, domestiku fuq distanza twila, reġjonali u urbani/suburbani); |
|
(5) |
L-interruzzjonijiet l-eżistenza u deskrizzjoni qasira tal-pjanijiet ta’ kontinġenza, il-pjanijiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet. |
II. Rekwiżiti għall-amministraturi tal-istazzjonijiet u għall-amministraturi tal-infrastruttura
Ir-rapporti tal-kwalità tas-servizz għandhom jinkludu informazzjoni tal-anqas dwar dawn li ġejjin:
|
(1) |
Informazzjoni u biljetti
|
|
(2) |
Il-prinċipji ġenerali li jindirizzaw l-interruzzjonijiet fis-servizz
|
|
(3) |
Deskrizzjoni tal-miżuri fis-seħħ li jiżguraw l-indafa tal-faċilitajiet fl-istazzjon (it-tojlits, eċċ.)
|
|
(4) |
Stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-konsumaturi Sett minimu ta’ kategoriji li għandhom jiġu inklużi:
|
ANNESS IV
PROĊEDURA GĦAT-TRATTAMENT TAL-ILMENTI GĦALL-KORPI NAZZJONALI TAL-INFURZAR
F’każijiet kumplessi bħalma huma l-każijiet li jinvolvu aktar minn pretensjoni waħda jew għadd ta’ operaturi, ivvjaġġar transfruntier jew inċidenti fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx dak li jkun ta l-liċenzja lill-impriża, b’mod partikolari meta ma jkunx ċar liema Korp Nazzjonali tal-Infurzar hu kompetenti, jew meta teħfief jew titħaffef ir-riżoluzzjoni tal-ilment, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jikkoperaw jikkooperaw bejniethom biex jidentifikaw il-korp ewlieni li għandu jservi ta’ punt tal-kuntatt uniku għall-passiġġieri. Kull Korp Nazzjonali tal-Infurzar involut għandu jikkopera jikkoopera biex teħfief ir-riżoluzzjoni tal-ilment (inkluż billi tixtered l-informazzjoni, tingħata għajnuna bi traduzzjoni tad-dokumenti u tingħata informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċidenti). Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa liema korp qed jaġixxi bħala dak ewlieni. Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom dejjem jiżguraw konformità mar-Regolament (UE) 2017/2394.
ANNESS V
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 1(a) |
Artikolu 1(a) |
|
Artikolu 1(b) |
Artikolu 1(b) |
|
---- |
Artikolu 1(c) |
|
Artikolu 1(c) |
Artikolu 1(d) |
|
---- |
Artikolu 1(e) |
|
Artikolu 1(d) |
Artikolu 1(f) |
|
Artikolu 1(e) |
Artikolu 1(g) |
|
---- |
Artikolu 1(h) |
|
Artikolu 1(f) |
Artikolu 1(i) |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 (1) |
Artikolu 2 (1) |
|
Artikolu 2 (2) |
---- |
|
Artikolu 2 (3) |
---- |
|
Artikolu 2 (4) |
---- |
|
Artikolu 2 (5) |
---- |
|
Artikolu 2 (6) |
---- |
|
Artikolu 2 (7) |
---- |
|
---- |
Artikolu 2 (2) |
|
---- |
Artikolu 2 (3) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 3 (1) |
Artikolu 3 (1) |
|
Artikolu 3 (2), (3) |
---- |
|
Artikolu 3 (4) |
Artikolu 3 (2) |
|
Artikolu 3 (5) |
Artikolu 3 (3) |
|
Artikolu 3 (6) |
Artikolu 3 (4) |
|
Artikolu 3 (7) |
Artikolu 3 (5) |
|
Artikolu 3 (8) |
Artikolu 3 (6) |
|
Artikolu 3 (9) |
Artikolu 3 (7) |
|
Artikolu 3 (10) |
Artikolu 3 (8) |
|
---- |
Artikolu 3 (9) |
|
---- |
Artikolu 3 (10) |
|
Artikolu 3 (11) |
Artikolu 3 (11) |
|
---- |
Artikolu 3 (12) |
|
Artikolu 3 (12) |
Artikolu 3 (13) |
|
Artikolu 3 (13) |
Artikolu 3 (14) |
|
Artikolu 3 (14) |
---- |
|
Artikolu 3 (15) |
Artikolu 3 (16) |
|
Artikolu 3 (16) |
Artikolu 3 (17) |
|
Artikolu 3 (17) |
Artikolu 3 (18) |
|
---- |
Artikolu 3 (19) |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
---- |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
|
---- |
Artikolu 9 (4) |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 9 (3) |
---- |
|
---- |
Artikolu 10 (5), (6) |
|
Artikolu 10 |
---- |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 12 (2) |
---- |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
|
---- |
Artikolu 16 (2), (3) |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
|
---- |
Artikolu 17 (8) |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
|
---- |
Artikolu 18 (6) |
|
---- |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 21 (1) |
---- |
|
Artikolu 21 (2) |
Artikolu 22 (2) u Artikolu 23 (2) |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 22 (2) |
---- |
|
---- |
Artikolu 22 (4) |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 23 |
|
---- |
Artikolu 23 (4) |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 25 (1), (2), (3) |
|
---- |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 28 |
|
---- |
Artikolu 28 (3) |
|
Artikolu 27 (3) |
Artikolu 28 (4) |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 31 |
|
---- |
Artikolu 32, 33 |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 34 |
|
---- |
Artikolu 34 (1), (3) |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 33 |
---- |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 36 |
|
Artikolu 35, |
---- |
|
---- |
Artikolu 37 |
|
Artikolu 36 |
Artikolu 38 |
|
---- |
Artikolu 39 |
|
Artikolu 37 |
Artikolu 40 |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness II |
Anness II |
|
Anness III |
Anness III |
|
---- |
Annessi IV sa V |
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/348 |
P8_TA(2018)0463
Il-pollutanti organiċi persistenti ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (riformulazzjoni) (COM(2018)0144 – C8-0124/2018 – 2018/0070(COD)) (1)
(Proċedura leġislattiva ordinarja – riformulazzjoni)
(2020/C 363/37)
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 16
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 17
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b'mod żgur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent. |
Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b'mod żgur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent , skont il-limiti massimi u r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1a) u d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1b) , fejn applikabbli . |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tiġi espressa bl-użu tal-kodiċijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1a) . |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Istati Membri għandhom, waqt li jikkonsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda jew għall-modifikazzjoni b'mod sinifikanti ta' faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tal-kimiċi elenkati fl-Anness III, jikkonsidraw bħala prijorità proċessi, metodi ta' teknika jew prattiċi alternattivi li għandhom utilità simili iżda li jevitaw formazzjoni u emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30). |
3. L-Istati Membri għandhom, waqt li jikkonsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda jew għall-modifikazzjoni b'mod sinifikanti ta' faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tal-kimiċi elenkati fl-Anness III, jikkonsidraw bħala prijorità proċessi, metodi ta' teknika jew prattiki alternattivi (29a) li għandhom utilità simili iżda li jevitaw formazzjoni u emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/EU (30) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, u waqt li tikkonsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali relevanti u kull awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 4 u l-Anness V, tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, miżuri addizjonali dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tispeċifika l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 4(b)(iii) . Dawn il-miżuri għandhom jiġu deċiżi skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 20(2). |
6. Il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, u waqt li tikkonsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali relevanti u kull awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 4 u l-Anness V, tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri skont il-punt (b)(iii) tal-paragrafu 4 . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2). |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt f
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. L-Aġenzija għandha tibda tipprovdi l-assistenza u l-gwida teknika u xjentifika msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) sa … [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri dwar il-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali biex jiġu identifikati u vvalutati s-siti kontaminati bil-POPs u biex jiġu indirizzati r-riskji sinifikanti li tali kontaminazzjoni tista' tippreżenta għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE (32) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex titqies bħala kunfidenzali. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta' informazzjoni ma' pajjiż terz għandhom jipproteġu kull informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi tal-Unjoni . |
3. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE (32) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, informazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-bnedmin u l-ambjent m'għandhiex titqies bħala kunfidenzali. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta' informazzjoni oħra ma' pajjiż terz għandhom jipproteġu kull informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Unjoni għandha tiżgura l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku matul il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkomplu jispeċifikaw l-informazzjoni minima li għandha tingħata skont il-paragrafu 1, inkluż id-definizzjoni ta' indikaturi, mapep u l-ħarsa ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1(f) . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2). |
5. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafu 1, inkluż id-definizzjoni ta' indikaturi, mapep u l-ħarsa ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2). |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 7(5) u 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien mhux determinat li jibda minn nhar […]. |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 7(5) u 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
1. Il-Kummissjoni għandha jkollha l-assistenza tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-kwistjonijiet kollha f'dan ir-Regolament. |
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza ta': |
||||
|
|
|
||||
|
|
|
Emenda 24
Proposta għal regolament
Anness I – parti A – tabella – ringiela 17
Test propost mill-Kummissjoni
|
Bifenili poliklorinati (PCB) |
1336-36-3 u oħrajn |
215-648-1 u oħrajn |
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, l-oġġetti li diġà kienu qed jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw. |
|
|
|
|
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jneħħu mill-użu tagħmir (eż. transformers, kapasiters jew reċipjenti oħrajn li fihom stokkijiet likwidi) li fih iktar minn 0,005 % ta' PCBs u volumi ikbar minn 0,05 dm3, mill-iktar fis possibbli iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025. |
Emenda
|
Bifenili poliklorinati (PCB) |
1336-36-3 u oħrajn |
215-648-1 u oħrajn |
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, l-oġġetti li diġà kienu qed jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw. L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jidentifikaw u jneħħu mill-użu tagħmir (eż. transformers, kapasiters jew reċipjenti oħrajn li fihom stokkijiet likwidi) li fih iktar minn 0,005 % ta' PCBs u volumi ikbar minn 0,05 dm3, mill-iktar fis possibbli u mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Anness I – punt A – ringiela 24a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
|
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Nru tal-KE |
Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Eteru tal-bis(pentabromofenil) (eteru tad-dekabromodifenil; decaBDE) |
1163-19-5 |
214-604-9 |
|
Emenda 26
Proposta għal regolament
Anness I – parti A – ringiela 24b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
|
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Nru tal-KE |
Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra |
||||||||||
|
Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs) |
85535-84-8 |
287-476-5 |
|
Emenda 27
Proposta għal regolament
Anness I – parti B
Test propost mill-Kummissjoni
|
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Nru tal-KE |
Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra |
||||||||||
|
4 |
4 |
4 |
4 |
||||||||||
|
4 |
|
|
4 |
||||||||||
|
5 Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs) |
5 85535-84-8 |
5 287-476-5 |
|
Emenda
imħassar
Emenda 28
Proposta għal regolament
Anness III
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL TNAQQIS TA' EMISSJONI |
LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL TNAQQIS TA' EMISSJONI |
|
SUSTANZA (Nru tas-SAK) |
SUSTANZA (Nru tas-SAK) |
|
Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF) |
Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF) |
|
Eżaklorobenżen (HCB) (Nru tal-CAS: 118-74-1) 118-74-1) |
Eżaklorobenżen (HCB) (Nru tal-CAS: 118-74-1) 118-74-1) |
|
Poliklorobifenili (PCB) |
Poliklorobifenili (PCB) |
|
Idrokarbonuri poliċikliċi aromatiċi (PAHs) (37) |
Idrokarbonuri poliċikliċi aromatiċi (PAHs) (37) |
|
Pentaklorobenżin (Nru tal-CAS 608-93-5) |
Pentaklorobenżin (Nru tal-CAS 608-93-5) |
|
|
Naftaleni Poliklorinati (37a) |
|
|
Eżaklorobutadjen (Nru tal-CAS 87-68-3) |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Anness IV – ringieli 5 – 8
Test propost mill-Kummissjoni
|
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Nru tal-KE |
Limitu ta' konċentrazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(4)(a) |
|
… |
|
|
|
|
Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O |
40088-47-9 u oħrajn |
254-787-2 u oħrajn |
It-total ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil u etere tal-ettabromodifenil: 1 000 mg/kg |
|
Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O |
32534-81-9 u oħrajn |
251-084-2 u oħrajn |
|
|
Etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O |
36483-60-0 u oħrajn 253-058-6 u oħrajn |
|
|
|
Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O |
68928-80-3 u oħrajn |
273-031-2 u oħrajn |
|
|
… |
|
|
|
Emenda
|
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Nru tal-KE |
Limitu ta' konċentrazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(4)(a) |
|
… |
|
|
|
|
Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O |
40088-47-9 u oħrajn |
254-787-2 u oħrajn |
It-total ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil : 500 mg/kg |
|
Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O |
32534-81-9 u oħrajn |
251-084-2 u oħrajn |
|
|
Etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O |
36483-60-0 u oħrajn |
253-058-6 u oħrajn |
|
|
Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O |
68928-80-3 u oħrajn |
273-031-2 u oħrajn |
|
|
Etere tad-dekabromodifenil C12Br10O … |
1163-19-5 u oħrajn |
214-604-9 u oħrajn |
|
Emenda 29
Proposta għal regolament
Anness IV – tabella 1 — kolonna “Limitu ta' konċentrazzjoni riferut fl-Artikolu 7(4)(a)” – ir-ringiela “Polikloronaftaleni” – nota f'qiegħ il-paġna 7
Test propost mill-Kummissjoni
|
|||
|
PCDD |
TEF |
||
|
PCDF |
TEF |
||
|
PCDD |
TEF |
||
|
2,3,7,8-TeCDD |
1 |
||
|
1,2,3,7,8-PeCDD |
1 |
||
|
1,2,3,4,7,8-HxCDD |
0,1 |
||
|
1,2,3,6,7,8-HxCDD |
0,1 |
||
|
1,2,3,7,8,9-HxCDD |
0,1 |
||
|
1,2,3,4,6,7,8-HpCDD |
0,01 |
||
|
OCDD |
0,0003 |
||
|
2,3,7,8-TeCDF |
0,1 |
||
|
1,2,3,7,8-PeCDF |
0,03 |
||
|
2,3,4,7,8-PeCDF |
0,3 |
||
|
1,2,3,4,7,8-HxCDF |
0,1 |
||
|
1,2,3,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
||
|
1,2,3,7,8,9-HxCDF |
0,1 |
||
|
2,3,4,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
||
|
1,2,3,4,6,7,8-HpCDF |
0,01 |
||
|
1,2,3,4,7,8,9-HpCDF |
0,01 |
||
|
OCDF |
0,0003 |
||
Emenda
|
|||
|
PCDD |
TEF |
||
|
2,3,7,8-TeCDD |
1 |
||
|
1,2,3,7,8-PeCDD |
1 |
||
|
1,2,3,4,7,8-HxCDD |
0,1 |
||
|
1,2,3,6,7,8-HxCDD |
0,1 |
||
|
1,2,3,7,8,9-HxCDD |
0,1 |
||
|
1,2,3,4,6,7,8-HpCDD |
0,01 |
||
|
OCDD |
0,0003 |
||
|
PCDF |
TEF |
||
|
2,3,7,8-TeCDF |
0,1 |
||
|
1,2,3,7,8-PeCDF |
0,03 |
||
|
2,3,4,7,8-PeCDF |
0,3 |
||
|
1,2,3,4,7,8-HxCDF |
0,1 |
||
|
PCDD |
TEF |
||
|
1,2,3,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
||
|
1,2,3,7,8,9-HxCDF |
0,1 |
||
|
2,3,4,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
||
|
1,2,3,4,6,7,8-HpCDF |
0,01 |
||
|
1,2,3,4,7,8,9-HpCDF |
0,01 |
||
|
OCDF |
0,0003 |
||
(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-. Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0336/2018).
(17) ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.
(18) ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3.
(17) ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.
(18) ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3.
(18a) ĠU L 142, 2.6.2017, p. 4.
(1a) ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.
(1a) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(1a) Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
(1b) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(1a) Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1).
(30) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(29a) Il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-POPs (2008). Linji gwida dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli u l-Gwida Provviżorja dwar l-Aqwa Prattiki Ambjentali Rilevanti għall-Artikolu 5 u l-Anness C tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes. Ġinevra, Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-POPs. http://www.pops.int/Implementation/BATandBEP/BATBEPGuidelinesArticle5/tabid/187/Default.aspx
(30) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(32) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(32) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(1a) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(1a) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(1b) Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
(1c) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
(37) Għall-iskop ta' inventarji ta' emissjonijiet, l-erba' indikaturi ta' kompożizzjoni indikattivi li ġejjin ser jintużaw: benżo(a)pyrene, benżo(b)fluoranthene, benżo(k)fluoranthene, u indeno(1,2,3-cd)pyrene.
(37) Għall-iskop ta' inventarji ta' emissjonijiet, l-erba' indikaturi ta' kompożizzjoni indikattivi li ġejjin ser jintużaw: benżo(a)pyrene, benżo(b)fluoranthene, benżo(k)fluoranthene, u indeno(1,2,3-cd)pyrene.
(37a) “Naftaleni poliklorinati” tfisser komposti kimiċi bbażati fuq is-sistema taċ-ċirku tan-naftalen, fejn atomu wieħed jew aktar tal-idroġenu jinbidlu b'atomi tal-kloru.
Il-Ħamis 29 ta’ Novembru 2018
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/369 |
P8_TA(2018)0466
Applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (COM(2018)0137 – C8-0120/2018 – 2018/0065(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 363/38)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0137), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0120/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2018 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0346/2018), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2018)0065
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta’ Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/129.)
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/370 |
P8_TA(2018)0467
Il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili oħra ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni) (COM(2018)0316 – C8-0210/2018 – 2018/0160(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
(2020/C 363/39)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0316), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0210/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0387/2018), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari hawn taħt imsemmija; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2018)0160
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/125.)
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/371 |
P8_TA(2018)0468
Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni: L-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali (COM(2018)0719 – C8-0448/2018 – 2018/0371(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 363/40)
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1 (ġdid)
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – titolu
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
Riżorsi għat-trasferiment tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali |
“Riżorsi għat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali”; |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
“1. Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta ta' responsabbiltajiet u fid-dawl tal-iżviluppi tal-politika tal-Unjoni fil-perijodu tal-implimentazzjoni tal-Fond, l-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 15(1), ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta' EUR 6 000 għal kull benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali trasferit minn Stat Membru ieħor.” |
“1. Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta ta' responsabbiltajiet u fid-dawl tal-iżviluppi tal-politika tal-Unjoni fil-perijodu tal-implimentazzjoni tal-Fond, l-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 15(1), ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta' EUR 10 000 għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali u kull benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali ttrasferit minn Stat Membru ieħor.” |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u aktar tard f'deċiżjoni ta' finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni li tapprova l-programm nazzjonali tagħhom. L-impenji mill-ġdid ta' dawk l-ammonti għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ta' trasferimenti tagħhom taħt il-programm nazzjonali għandhom ikunu possibbli fejn ikun ġustifikat kif xieraq fir-reviżjoni tal-programm nazzjonali rispettiv. Ammont jista' jiġi impenjat mill-ġdid jew ittrasferit darba biss. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment permezz tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali. |
3. L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u aktar tard f'deċiżjoni ta' finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni li tapprova l-programm nazzjonali tagħhom. L-impenji mill-ġdid ta' dawk l-ammonti għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ta' trasferimenti tagħhom għal azzjonijiet speċifiċi oħra previsti skont il-Kapitolu II u l-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament taħt il-programm nazzjonali għandhom ikunu possibbli fejn ikun debitament ġustifikat fir-reviżjoni tal-programm nazzjonali rispettiv. Ammont jista' jiġi impenjat mill-ġdid jew ittrasferit darba biss. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment permezz tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali. Il-finanzjament għandu jiġi allokat b'mod trasparenti u effiċjenti bi qbil mal-objettivi tal-programm nazzjonali. |
|
|
Fir-rigward tal-ammonti li jirriżultaw mill-miżuri provviżorji stabbiliti bid-Deċiżjonijiet (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, tal-anqas 20 % tal-ammonti għall-impenn mill-ġdid għandhom jiġu impenjati mill-ġdid għal azzjonijiet taħt il-programmi nazzjonali għar-rilokazzjoni tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew għar-rilokazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jew għar-risistemazzjoni u għal forom oħra ta' ammissjoni umanitarja ad hoc. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 3a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a . Għall-għan tal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, meta l-ammonti li joriġinaw mill-miżuri proviżorji stabbiliti mid-Deċiżjonijiet (UE) Nru 2015/1523 u (UE) Nru 2015/1601 huma impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ittrasferiti għal azzjonijiet oħra taħt il-programm nazzjonali skont il-paragrafu 3, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li ġew impenjati fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment inkwistjoni. |
3a. Għall-fini tal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, meta l-ammonti li joriġinaw mill-miżuri proviżorji stabbiliti mid-Deċiżjonijiet (UE) Nru 2015/1523 u (UE) Nru 2015/1601 jiġu impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ittrasferiti għal azzjonijiet speċifiċi oħra taħt il-programm nazzjonali skont il-paragrafu 3, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li ġew impenjati fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment inkwistjoni. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 3c (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3c. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari rigward it-trasferimenti ta' ammonti għal azzjonijiet oħra taħt il-programmi nazzjonali u l-impenji mill-ġdid. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 4
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
4. Biex jinkisbu b'mod effettiv l-objettivi tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 80 TFUE, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament biex taġġusta s-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari b'kont meħud tar-rati kurrenti tal-inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tat-trasferiment ta' benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju pprovdut mis-somom sħaħ. |
4. Biex jinkisbu b'mod effettiv l-objettivi tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 80 TFUE, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament biex taġġusta s-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari fil-qies tar-rati kurrenti tal-inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor u għar-risistemazzjoni u għal forom oħra ta' ammissjoni umanitarja ad hoc, kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju pprovdut mis-somom sħaħ. |
(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0370/2018).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014. li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/379 |
P8_TA(2018)0469
Adeżjoni tas-Samoa mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn l-UE u l-Istati tal-Paċifiku ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tas-Samoa mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (12281/2018 – C8-0434/2018 – 2018/0291(NLE))
(Approvazzjoni)
(2020/C 363/41)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12281/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0434/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar il-futur tar-relazzjonijiet AKP-UE wara l-2020 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2011 dwar il-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea, min-naħa l-oħra (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehim ta' Cotonou) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0376/2018), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tas-Samoa mal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tas-Samoa. |
(1) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 2.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/380 |
P8_TA(2018)0470
Ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (N8-0120/2018 – C8-0466/2018 – 2018/0905(NLE))
(Approvazzjoni)
(2020/C 363/42)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Novembru 2018 għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċetrali Ewropew (C8-0466/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0380/2018), |
|
A. |
billi l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jressaq lill-Parlament il-proposta tiegħu għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju u li l-President għandu jintgħażel abbażi ta' proċedura miftuħa ta' għażla minn fost l-individwi mhux membri tal-Kunsill Governattv li għandhom reputazzjoni u esperjenza rikonoxxuta f'operazzjonijiet bankarji u finanzjarji; |
|
B. |
billi l-Artikolu 26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-ħatriet għall-Bord Superviżorju skont dak ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki; |
|
C. |
billi, b'ittra bid-data tas-7 ta' Novembru 2018, il-Bank Ċentrali Ewropew ippreżenta lill-Parlament proposta għall-ħatra ta' Andrea Enria bħala President tal-Bord Superviżorju; |
|
D. |
billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad għadda għall-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013; billi fit-twettiq ta' dik l-evalwazzjoni, il-kumitat irċieva curriculum vitae mingħand il-kandidat propost; |
|
E. |
billi l-kumitat organizza smigħ mal-kandidat propost fl-20 ta' Novembru 2018, li matulu l-kandidat għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet mill-membri tal-kumitat; |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra ta' Andrea Enria bħala President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/381 |
P8_TA(2018)0471
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2018/003 EL/Attica publishing
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja – EGF/2018/003 EL/Attica publishing) (COM(2018)0667 – C8-0430/2018 – 2018/2240(BUD))
(2020/C 363/43)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0667 – C8-0430/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0377/2018), |
|
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jagħtu appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex jassistuhom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; |
|
B. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja jenħtieġ li tkun dinamika u disponibbli b'mod kemm jista' jkun effiċjenti u rapidu; |
|
C. |
billi l-awtoritajiet Griegi ssottomettew l-applikazzjoni EGF/2018/003 EL/Attica publishing għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara 550 sensja fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 58 ta' NACE Reviżjoni 2 (Attivitajiet ta' pubblikazzjoni) fir-reġjun tal-livell NUTS 2 ta' Attika (EL30) fil-Greċja; |
|
D. |
billi l-l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG, li jeħtieġ li mill-inqas 500 ħaddiem ikunu ngħataw is-sensja tul perjodu referenzjarju ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell ta' diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2, u li jkunu jinsabu f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi, jew f'iktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2, dment li jkun hemm iktar minn 500 ħaddiem milquta fi tnejn mir-reġjuni kollha flimkien fi Stat Membru; |
|
1. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li, għalhekk, il-Greċja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 2 308 500 skont dan ir-Regolament, ammont li jirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 3 847 500; |
|
2. |
Jinnota li l-awtoritajiet Griegi ppreżentaw l-applikazzjoni fit-22 ta' Mejju 2018, u li, wara li l-Greċja tat informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fl-4 ta' Ottubru 2018 u nnotifikat lill-Parlament fl-istess jum u b'hekk irrispettat l-iskadenza ta' 12-il ġimgħa; |
|
3. |
Jinnota li l-Greċja ssostni li s-sensji huma marbuta mal-kriżi finanzjarja u ekonomika, b'mod partikolari l-effetti tagħha fuq l-ekonomija Griega li jinkludu t-tnaqqis fil-PDG reali per capita, iż-żieda fil-qgħad, it-tnaqqis fis-salarji u t-tnaqqis fl-introjtu tal-unitajiet domestiċi flimkien mal-evoluzzjoni diġitali rapida li, flimkien mat-tnaqqis fl-infiq fuq ir-reklamar li jsir minn entitajiet sinifikanti li jirreklamaw, qed jittrasformaw lis-settur tal-pubblikazzjoni; jinnota li s-settur qed jaffaċċja tnaqqis fid-dħul kemm mir-reklamar kif ukoll mill-bejgħ; |
|
4. |
Ifakkar li s-sensji li ngħataw fi tliet intrapriżi li joperaw fis-settur tal-pubblikazzjoni Grieg huma mistennija jpoġġu pressjoni negattiva konsiderevoli fuq l-ekonomija lokali, u li l-impatt tas-sensji huwa marbut mad-diffikultajiet tal-fatt li l-ħaddiema jiġu impjegati mill-ġdid minħabba l-iskarsezza tal-impjiegi, min-nuqqas ta' korsijiet ta' taħriġ vokazzjonali li jikkorrispondu mal-bżonnijiet rikonoxxuti fis-suq tax-xogħol u mill-għadd kbir ta' ħaddiema li qed ifittxu impjieg; |
|
5. |
Jenfasizza bi tħassib li r-reġjun ta' Attika jirrappreżenta proporzjon kbir ta' qgħad u ta' qgħad fit-tul fil-Greċja fejn il-qgħad għadu għoli; |
|
6. |
Ifakkar li din hi t-tieni applikazzjoni mill-Greċja għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-attivitajiet ta' pubblikazzjoni f'Attika, wara l-applikazzjoni EGF/2014/018 fl-2014 u d-deċiżjoni pożittiva dwarha (4); |
|
7. |
Jinnota li l-applikazzjoni tirrigwarda l-550 ħaddiem li ngħataw is-sensja, u li għadd kbir minnhom huma nisa (41,82 %); jinnota wkoll li 14,73 % tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandhom aktar minn 55 sena filwaqt li 1,6 % għandhom anqas minn 30 sena; jirrikonoxxi, fid-dawl ta' dan, l-importanza tal-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol kofinanzjati mill-FEG favur it-titjib tal-possibbiltajiet ta' reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' dawn il-gruppi vulnerabbli; |
|
8. |
Jilqa' l-fatt li l-offerta ppjanata ta' taħriġ tirrifletti t-tagħlimiet misluta mill-ewwel applikazzjoni EGF-2014-018 GR/Attica li, skont evalwazzjoni li għaddejja bħalissa, kisbet rati ta' integrazzjoni tajbin; |
|
9. |
Jinnota li ebda miżura ma hija ppjanata għaż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEET) minkejja li r-rati tan-NEETs għadhom f'livelli għoljin fil-Greċja; |
|
10. |
Jissottolinja li l-allowances finanzjarji jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira u jistgħu jservu ta' inċentiv reali fil-kuntest ekonomiku speċifiku tal-Greċja; |
|
11. |
Jinnota li l-allowances u l-inċentivi finanzjarji, jiġifieri l-inċentivi għar-reklutaġġ, il-benefiċċju għat-tfittix ta' impjieg u l-benefiċċju għat-taħriġ huma qrib il-massimu ta' 35 % kif stabbiliti fir-Regolament dwar il-FEG; |
|
12. |
Jinnota li l-Greċja qiegħda tippjana ħames tipi ta' azzjonijiet għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja u li huma koperti minn din l-applikazzjoni: (i) gwida okkupazzjonali u għajnuna għat-tfittix ta' impjieg; (ii) taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali f'konformità mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol; (iii) kontribuzzjoni għall-bidu ta' negozju; (iv) benefiċċju għat-tfittix ta' impjieg u benefiċċju għat-taħriġ; (v) inċentivi għar-reklutaġġ; |
|
13. |
Jirrikonoxxi li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati ġie mfassal b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-Unjoni tal-Ġurnalisti tal-Gazzetti li Joħorġu ta' Kuljum f'Ateni (ΕΣΗΕΑ), l-Unjoni tal-Impjegati tal-Gazzetti ta' Kuljum f'Ateni (ΕΠΗΕΑ) u l-Ministeru tax-Xogħol; |
|
14. |
Jisħaq li l-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċevux assistenza minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni u li kwalunkwe finanzjament doppju se jkun evitat; |
|
15. |
Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet rikjesti, u jenħtieġ li jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; |
|
16. |
Itenni li l-assistenza mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, jew miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi u jilqa' b'sodisfazzjon il-konferma min-naħa tal-Greċja f'dan ir-rigward; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex jipprovdu aktar dettalji, fi proposti futuri, dwar is-setturi li jkollhom prospettivi ta' tkabbir, u li għalhekk aktarx jirreklutaw in-nies, kif ukoll biex jiġbru data sostanzjata dwar l-impatt tal-finanzjament mill-FEG, inkluż dwar il-kwalità tal-impjiegi u r-rata ta' reintegrazzjoni miksuba permezz tal-FEG; |
|
18. |
Ifakkar fit-talba tiegħu li l-Kummissjoni tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG; |
|
19. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Deċiżjoni (UE) 2015/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' April 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2014/018 GR/Attica broadcasting, imressqa mill-Greċja) (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 29).
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Greċja – EGF/2018/003 EL/Attica publishing
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2019/275.)
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/385 |
P8_TA(2018)0472
Riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 f'dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni (COM(2017)0571 – C8-0326/2017 – 2017/0245(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 363/44)
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Premessa - 1 (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal Regolament
Premessa 1a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 4
Proposta għal Regolament
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal Regolament
Premessa 2a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 6
Proposta għal Regolament
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal Regolament
Premessa 4a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 8
Proposta għal Regolament
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal Regolament
Premessa 5a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 10
Proposta għal Regolament
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Proposta għal Regolament
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 12
Proposta għal Regolament
Premessa 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 13
Proposta għal Regolament
Premessa 8a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 14
Proposta għal Regolament
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 15
Proposta għal Regolament
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 16
Proposta għal Regolament
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 17
Proposta għal Regolament
Premessa 13
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 18
Proposta għal Regolament
Premessa 13a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 19
Proposta għal Regolament
Premessa 13b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 20
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 25 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fejn, f'żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni jkun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' eċċezzjonalment jerġa' jintroduċi l-kontrolli fuq il-fruntieri fil-partijiet kollha tal-fruntieri interni tiegħu jew f'partijiet speċifiċi tagħhom għal perjodu limitat ta' mhux aktar minn 30 jum jew għall-perijodu prevedibbli tat-theddida serja jekk il-perijodu jaqbeż it-30 jum, iżda ma jaqbiżx is-sitt xhur . L-iskop u t-tul ta' żmien tar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni m'għandux jaqbeż dak li hu strettament neċessarju b'risposta għat-theddida serja. |
1. Fejn, f'żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni jkun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' eċċezzjonalment jirriintroduċi l-kontroll fil-fruntieri fil-partijiet kollha tal-fruntieri interni tiegħu jew f'partijiet speċifiċi tagħhom għal perjodu limitat bħala l-aħħar miżura . L-iskop u t-tul ta' żmien tar-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntieri interni m'għandux jaqbeż dak li huwa strettament neċessarju b'risposta għat-theddida serja. |
Emenda 21
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 25 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-kontrolli fuq il-fruntieri interni għandhom jiġu introdotti mill-ġdid biss bħala l-aħħar soluzzjoni, u f'konformità mal-Artikoli 27, 27a, 28 u 29. Il-kriterji msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 26 u 30, għandhom jiġu kkunsidrati f'kull każ fejn tiġi kkunsidrata deċiżjoni dwar r-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni skont l-Artikolu 27, 27a, 28 jew 29 rispettivament. |
imħassar |
Emendi 22 u 52
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 25 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Jekk it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat tippersisti lil hinn mill-perjodu previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru jista' jestendi l-kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni tiegħu, filwaqt li jikkunsidra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 26 u f'konformità mal-Artikolu 27, għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, filwaqt li jikkunsidra kull element ġdid, għal perjodi li jistgħu jiġġeddu li jikkorrispondi għad-durata prevedibbli tat-theddida serja u mhux għal aktar minn sitt xhur. |
imħassar |
Emenda 23
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 25 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-perjodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni, inkluż kwalunkwe estensjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż is-sena. |
imħassar |
|
Fejn hemm ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 27a, dak il-perjodu totali jista' jiġi estiż għal żmien massimu ta' sentejn b'konformità ma' dak l-Artikolu. |
|
|
Fejn hemm ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 29, il-perjodu totali jista' jiġi estiż bi żmien massimu ta' sentejn b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu. |
|
Emenda 24
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 26
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||||||
|
|
|
||||||
|
Artikolu 26 |
“Artikolu 26 |
||||||
|
Kriterji għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni |
Kriterji għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni |
||||||
|
Fejn Stat Membru jiddeċiedi, bħala l-aħħar soluzzjoni, li jintroduċi mill-ġdid b'mod temporanju kontrolli ta' xi waħda jew aktar mill-fruntieri interni tiegħu jew ta' xi partijiet minnhom jew jiddeċiedi li jestendi tali introduzzjoni mill-ġdid, taħt l-Artikolu 25 jew l-Artikolu 28(1) , huwa għandu jivvaluta sa fejn miżura x'aktarx li tirrimedja b'mod adegwat it-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna, u għandu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura mqabbla ma' dik it-theddida. Meta jagħmel dawn il-valutazzjonijiet, l-Istat Membru għandu b'mod partikolari jqis dawn li ġejjin : |
Qabel ma Stat Membru jiddeċiedi, bħala miżura tal-aħħar istanza, li jirriintroduċi b'mod temporanju kontroll fil-fruntiera ma' xi waħda jew aktar mill-fruntieri interni tiegħu jew ma' xi partijiet minnhom, jew jiddeċiedi li jestendi tali riintroduzzjoni temporanju , huwa għandu jivvaluta: |
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, li r-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni x'aktarx li ma tkunx ta' rimedju suffiċjenti għat-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, huwa ma għandux jirriintroduċi kontrolli fil-fruntieri interni. |
||||||
|
|
Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, li miżuri għajr ir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni x'aktarx li tkun ta' rimedju suffiċjenti għat-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, huwa ma għandux jirriintroduċi jew jestendi l-kontrolli fil-fruntieri interni u għandu jieħu l-miżuri l-oħra. |
||||||
|
|
Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, li r-riintroduzzjoni proposta tal-kontrolli fil-fruntieri interni mhijiex proporzjonali għat-theddida, dan ma għandux jirriintroduċi jew jestendi l-kontrolli fil-fruntieri interni.”; |
Emenda 25
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -i (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – titolu
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
Proċedura għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni skont l-Artikolu 25 |
“Proċedura għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri interni f'każ ta' theddid prevedibbli serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna ”; |
Emenda 26
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -ia (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu - 1 (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 27
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -ib (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
1. Fejn Stat Membru jippjana l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni taħt l-Artikolu 25, huwa għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata, jew fi żmien perijodu iqsar fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-bżonn tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni jsiru magħrufa f'inqas minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja: |
“1. Għall-finijiet tal-paragrafu - 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel ir-riintroduzzjoni ippjanata, jew fi żmien perijodu iqsar fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-bżonn tar-riintroduzzjoni ta' kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni jsiru magħrufa f'inqas minn erba' ġimgħat qabel tar-riintroduzzjoni ippjanata. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:”; |
Emendi 28 u 57
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt i
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt aa
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
imħassar |
||||
|
|
Emenda 29
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ia (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 30
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ii
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt e
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 31
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iii
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1 –l-aħħar sentenza
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' titlob tagħrif addizzjonali mill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), inkluż dwar kooperazzjoni mal-Istati Membri affettwati wkoll mill-estensjoni ppjanata tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni kif ukoll informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex tivvaluta jekk din hiex miżura tal-aħħar istanza. |
Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' titlob tagħrif addizzjonali mill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), inkluż dwar kooperazzjoni mal-Istati Membri affettwati mir-riintroduzzjoni jew mill-estensjoni ppjanati tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni kif ukoll informazzjoni oħra meħtieġa sabiex tivvaluta jekk din hiex miżura tal-aħħar istanza. |
Emenda 32
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiia (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 33
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiib (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||||||||||
|
|
|
Emenda 34
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiic (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li tiġi notifikata lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni skont dak il-paragrafu . |
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1b għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li tiġi notifikata lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni skont dawk il-paragrafi . |
Emenda 35
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiid (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 3
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
3. L-Istati Membri li jagħmlu notifika taħt il-paragrafu 1 jistgħu , fejn ikun meħtieġ u f'konformità mal-liġi nazzjonali, jiddeċiedu li jikklassifikaw partijiet mill-informazzjoni . Tali klassifikazzjoni m'għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew. It-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u dokumenti mibgħutin lill-Parlament Ewropew taħt dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mar-regoli rigward it-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni. |
“3. L-Istati Membri li jippreżentaw notifika jistgħu jikklassifikaw , fejn ikun meħtieġ u f'konformità mad-dritt nazzjonali, l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafi 1 u 1a jew partijiet minnha . Tali klassifikazzjoni m'għandhiex tipprekludi l-aċċess għall-informazzjoni, permezz ta' mezzi adegwati u siguri għall-kooperazzjoni tal-pulizija, mill-Istati Membri l-oħra affettwati mir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni u m'għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew. It-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u dokumenti mibgħutin lill-Parlament Ewropew taħt dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mar-regoli rigward it-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.”; |
Emenda 36
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iv
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Wara n-notifika mill-Istat Membru taħt il-paragrafu 1 , u bil-għan tal-konsultazzjoni prevista fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni jew kwalunkwe Stat Membru ieħor jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72 TFUE, joħorġu opinjoni. |
Wara n-notifika mill-Istat Membru taħt il-paragrafi 1 u 1a , u bil-għan tal-konsultazzjoni prevista fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni jew kwalunkwe Stat Membru ieħor jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72 TFUE, joħorġu opinjoni. |
Emenda 37
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iv
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn il-Kummissjoni jkollha tħassib fir-rigward tal-ħtieġa jew proporzjonalità tar-riintroduzzjoni tal-kontroll fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni jew fejn hija tqis li tkun xierqa konsultazzjoni dwar xi aspetti tan-notifika, hija għandha toħroġ opinjoni f'dan ir-rigward. |
Fejn , abbażi tal-informazzjoni li tinsab fin-notifika jew kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun irċeviet, il-Kummissjoni jkollha tħassib fir-rigward tal-ħtieġa jew proporzjonalità tar-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni, jew fejn hija tqis li tkun xierqa konsultazzjoni dwar xi aspett tan-notifika, hija għandha mingħajr dewmien toħroġ opinjoni f'dan ir-rigward. |
Emenda 38
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iv
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn il-kontroll fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni diġà ġiet introdotta mill-ġdid għal sitt xhur, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni. |
imħassar |
Emenda 39
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt v
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu s-suġġett ta' konsultazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni . Fejn xieraq, il-konsultazzjoni għandha tinkludi laqgħat konġunti, bejn l-Istat Membru li jkun qed jippjana li jerġa' jintroduċi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni , l-Istati Membri l-oħra, speċjalment dawk affettwati direttament minn tali miżuri u l-Aġenziji rilevanti. Il-proporzjonalità tal-miżuri maħsuba, it-theddida identifikata għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, kif ukoll modi li jiżguraw l-implementazzjoni ta' kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri għandhom jiġu eżaminati. L-Istat Membru li jkun qed jippjana li jerġa' jintroduċi jew jestendi l-kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni għandu jikkunsidra bis-sħiħ ir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni meta jwettaq il-kontrolli fuq il-fruntieri. |
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1b u kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni. Il-konsultazzjoni għandha tinkludi: |
||
|
|
|
||
|
|
|
Emenda 40
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27a – titolu
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Proċedura speċifika fejn it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna hija ta' aktar minn sena . |
Proċedura speċifika fejn it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna hija ta' aktar minn sitt xhur . |
Emenda 41
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27a – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. F'każijiet eċċezzjonali, fejn l-Istat Membru qiegħed iħabbat wiċċu mal-istess theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna lil hinn mill-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(4) , u fejn miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonat qegħdin jittieħdu wkoll fit-territorju biex tiġi indirizzata din it-theddida, kontroll fuq il-fruntieri kif riintrodott temporanjament biex jirrispondi għal dik it-theddida jista' jkompli jiġi estiż f'konformità ma' dan l-Artikolu. |
1. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn l-Istat Membru qiegħed iħabbat wiċċu mal-istess theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna lil hinn mill-perjodu msemmi fl-Artikolu 27(1a) , u fejn miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonat qegħdin jittieħdu wkoll fit-territorju biex tiġi indirizzata din it-theddida, kontroll fil-fruntieri kif riintrodott temporanjament biex jirrispondi għal dik it-theddida jista' jkompli jiġi estiż f'konformità ma' dan l-Artikolu. |
Emenda 42
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27a – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(4) , l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni li huwa qed jitlob estensjoni ulterjuri skont il-proċedura speċifika stabbilita f'dan l-Artikolu. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 27(1)(a) sa (e) . Fl-Artikolu 27, il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw. |
2. Sa mhux aktar tard minn tliet ġimgħat qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 27(1)(a) , l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni li huwa qiegħed jitlob estensjoni ulterjuri skont il-proċedura speċifika stabbilita f'dan l-Artikolu. Din in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 27(1) u (1b) . L-Artikolu 27(2) u (3) huma applikabbli. |
Emenda 43
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27a – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni. |
3. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar jekk l-estensjoni proposta tissodisfax ir-rekwiżiti mogħtija fil-paragrafi 1 u 2 u dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-estensjoni proposta . L-Istati Membri affettwati jistgħu jagħmlu osservazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel din toħroġ l-opinjoni tagħha. |
Emenda 44
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 27a – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-Kunsill, filwaqt li jikkunsidra b'mod dovut l-opinjoni tal-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda li l-Istat Membru jiddeċiedi li jkompli jestendi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż, mhux aktar minn tliet darbiet, b'perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu mill-anqas jindika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1)(a) sa (e) . Fejn adatt, huwa għandu jiffissa l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati. |
4. Ladarba jkun qies l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill jista', bħala l-aħħar istanza, jirrakkomanda li l-Istat Membru kkonċernat ikompli jestendi l-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni tiegħu għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu jindika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1) u (1b) u għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati. |
Emendi 45 u 66
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 28 – paragrafu 4
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(4) , il-perijodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni, abbażi tal-perijodu inizjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe estensjoni taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż ix-xahrejn. |
“4. Il-perijodu totali li matulu jiġu riintrodotti l-kontroll fil-fruntieri interni, abbażi tal-perijodu inizjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe estensjoni taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż ix-xahrejn.”; |
Emenda 46
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 28a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 67
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 c (ġdid)
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 47
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 d (ġdid)
Ir-Regolament (KE) 2016/399
Artikolu 29 – paragrafu 5
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
5. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri fil-każ ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna skont l-Artikoli 25, 27 u 28 . |
“5. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri fil-każ ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna skont l-Artikoli 27, 27a u 28 . Madankollu, il-perijodu totali li matulu jiġu riintrodotti jew estiżi l-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni skont dan l-Artikolu ma għandux jiġi estiż bis-saħħa ta' miżuri, jew kombinazzjoni tagħhom, meħuda skont l-Artikoli 27, 27a jew 28.” |
Emenda 69
Proposta għal Regolament
Artikolu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1a Dan ir-Regolament għandu japplika għan-notifiki magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Kwalunkwe perjodu ta' notifika kontinwa għar-riintroduzzjoni jew l-estensjoni tal-kontroll fil-fruntieri fuq il-fruntieri interni li jkun spiċċa qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandu jitqies fil-kalkolu tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 28(4). |
(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0356/2018).
(9) C(2017)3349 final, 12.05.2017.
(9) C(2017)3349 final, 12.05.2017.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/410 |
P8_TA(2018)0473
Regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (COM(2016)0818 – C8-0531/2016 – 2016/0411(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 363/45)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0818), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0531/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Ottubru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0150/2018), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0411
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/2.)