ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 358

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
26 ta' Ottubru 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 358/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9898 — Archer-Daniels-Midland/Marfrig Global Foods/PlantPlus Foods JV) ( 1 )

1

2020/C 358/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9716 — AMS/OSRAM) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2020/C 358/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1556, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

3

2020/C 358/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 358/05

Rata tal-kambju tal-euro — It-23 ta' Ottubru 2020

5

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2020/C 358/06

Rapport Speċjali Nru 22/2020 Il-futur tal-aġenziji tal-UE — Potenzjal għal aktar flessibbiltà u kooperazzjoni

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 358/07

Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri(Passenger Name Records, PNR) Lista aġġornata tal-Istati Membri li ddeċidew li japplikaw id-Direttiva PNR għat-titjiriet ġewwa l-UE msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (Jekk Stat Membru jiddeċiedi li japplika din id-Direttiva għat-titjiriet ġewwa l-UE għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub. Stat Membru jista’ jagħti jew jirrevoka tali notifika f’kull waqt. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik in-notifika u kwalunkwe revoka tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea)

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 358/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9935 — Altor Fund Manager/Stena/Gunnebo) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2020/C 358/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9677 — DIC/BASF Colors & Effects) ( 1 )

10

2020/C 358/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9835 — Bertelsmann/Schweizerische Post/Cinfoni Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9898 — Archer-Daniels-Midland/Marfrig Global Foods/PlantPlus Foods JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 358/01)

Fit 31 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9898. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9716 — AMS/OSRAM)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 358/02)

Fit 6 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9716. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1556, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

(2020/C 358/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1556 (2), u fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 (3).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għadhom jissodisfaw il-kriterju mniżżel fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea u għalhekk għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri, kif imġedda bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1556.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni konċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, qabel it-30 ta' Ġunju 2021, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq titqies mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 u fir-raba’ u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 280 26.10.2010, p. 10.

(2)  ĠU L 355, 26.10.2020, p. 3.

(3)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.


26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/4


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

(2020/C 358/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1556 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 (4).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, it-Tkabbir u l-Protezzjoni Ċivil — RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat fi:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1556, u r-Regolament (UE) Nru 1284/2009.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK u r-Regolament (UE) Nru 1284/2009.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 280 26.10.2010, p. 10.

(3)  ĠU L 355, 26.10.2020, p. 3.

(4)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.


Il-Kummissjoni Ewropea

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta' Ottubru 2020

(2020/C 358/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1856

JPY

Yen Ġappuniż

124,17

DKK

Krona Daniża

7,4407

GBP

Lira Sterlina

0,90675

SEK

Krona Żvediża

10,3618

CHF

Frank Żvizzeru

1,0715

ISK

Krona Iżlandiża

164,90

NOK

Krona Norveġiża

10,9178

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,222

HUF

Forint Ungeriż

364,17

PLN

Zloty Pollakk

4,5823

RON

Leu Rumen

4,8740

TRY

Lira Turka

9,4418

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6578

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5563

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1885

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7703

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6089

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 338,52

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,1905

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9157

HRK

Kuna Kroata

7,5778

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 410,24

MYR

Ringgit Malażjan

4,9291

PHP

Peso Filippin

57,388

RUB

Rouble Russu

90,6421

THB

Baht Tajlandiż

37,056

BRL

Real Brażiljan

6,6052

MXN

Peso Messikan

24,7530

INR

Rupi Indjan

87,3245


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/6


Rapport Speċjali Nru 22/2020

Il-futur tal-aġenziji tal-UE — Potenzjal għal aktar flessibbiltà u kooperazzjoni

(2020/C 358/06)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 22/2020 “Il-futur tal-aġenziji tal-UE — Potenzjal għal aktar flessibbiltà u kooperazzjoni” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/7


REĠISTRI TAL-ISMIJIET TAL-PASSIĠĠIERI(Passenger Name Records, PNR)

Lista aġġornata tal-Istati Membri li ddeċidew li japplikaw id-Direttiva PNR għat-titjiriet ġewwa l-UE msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (*1)

(Jekk Stat Membru jiddeċiedi li japplika din id-Direttiva għat-titjiriet ġewwa l-UE għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub. Stat Membru jista’ jagħti jew jirrevoka tali notifika f’kull waqt. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik in-notifika u kwalunkwe revoka tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea)

(2020/C 358/07)

L-Istati Membri li nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR f’titjiriet ġewwa l-UE huma:

Il-Belġju,

Il-Bulgarija,

Iċ-Ċekja,

Il-Ġermanja,

L-Estonja,

Il-Greċja,

Spanja,

Franza,

Il-Kroazja,

L-Italja,

Ċipru,

Il-Latvja,

Il-Litwanja,

Il-Lussemburgu,

L-Ungerija,

Malta,

In-Netherlands,

Il-Polonja,

Il-Portugall,

Ir-Rumanija,

Is-Slovakkja,

Il-Finlandja,

L-Iżvezja,

Ir-Renju Unit.


(*1)  ĠU C 196, 8.6.2018, p. 29.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9935 — Altor Fund Manager/Stena/Gunnebo)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 358/08)

1.   

Fis-16 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Stena Adactum AB (“Stena”, l-Isvezja),

Altor Fund Manager AB (“Altor”, l-Isvezja),

Gunnebo AB (publ) (“Gunnebo”, l-Isvezja).

Altor, permezz ta’ Altor Fund V, u Stena jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Gunnebo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-28 ta’ Settembru 2020.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Stena: parti mill-grupp Stena AB, li huwa attiv madwar id-dinja f’diversi oqsma, bħall-operazzjonijiet tat-tankers u tal-laneċ, il-kiri ta’ bastimenti u t-tħaffir lil hinn mill-kosta. Stena AB hija waħda mit-tliet kumpaniji prinċipali fis-Stena Sphere, li tikkonsisti wkoll fi Stena Sessan AB u Stena Metall AB, kollha stabbiliti fl-Isvezja,

Altor: ditta ta’ ekwità privata li tiffoka, fost l-oħrajn, fuq investimenti u ċessjonijiet fis-segment tas-suq medju tar-reġjun Nordiku kif ukoll investimenti fir-reġjun tad-diskors Ġermaniż (DACH), permezz tal-fondi ġestiti tagħha. Altor Fund V, ġestit minn Altor, huwa parti mill-grupp Altor ta’ fondi ta’ ekwità privata ffukati fuq l-investiment fi u l-iżvilupp ta’ kumpaniji ta’ daqs medju,

Gunnebo: tipprovdi prodotti u servizzi ta’ sigurtà, inkluż ġestjoni tal-flus kontanti, sistemi ta’ kontroll tal-allarm u tal-aċċess, sigurtà tad-dħul, kaxxiforti u kmamar tas-sigurtà, kif ukoll konsulenza u servizzi relatati mas-sigurtà. Hija topera globalment u f’aktar minn 25 pajjiż madwar id-dinja. Fiż-ŻEE, Gunnebo hija prinċipalment attiva fid-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, Spanja, l-Iżvezja, in-Netherlands, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u r-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9935 — Altor Fund Manager/Stena/Gunnebo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9677 — DIC/BASF Colors & Effects)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 358/09)

1.   

Fis-16 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The DIC Corporation (“DIC”, il-Ġappun),

BASF Colors & Effects (“BCE”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn BASF SE.

DIC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ BCE kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Mejju 2020, iżda l-avviż ġie sussegwentement irtirat fit-23 ta’ Ġunju 2020.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

DIC: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ linka tal-istampar, pigmenti organiċi u reżini sintetiċi. Fir-rigward tal-pigmenti u koloranti oħra, id-DIC hija attiva prinċipalment permezz tas-sussidjarja, proprjetà kollha kemm hi tagħha, Sun Chemical Corporation;

BCE: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ pigmenti u koloranti oħra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9677 — DIC/BASF Colors & Effects

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9835 — Bertelsmann/Schweizerische Post/Cinfoni

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 358/10)

1.   

Fid-19 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bertelsmann SE & Co. KGaA (“Bertelsmann”, il-Ġermanja);

Die Schweizerische Post AG (“Schweizerische Post”, l-Isvizzera);

Cinfoni AG (“Cinfoni”, l-Isvizzera).

Bertelsmann u Schweizerische Post jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Cinfoni.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Bertelsmann hija kumpanija globali tal-media u s-servizzi, attiva fit-televiżjoni, il-media stampata, l-industrija tal-mużika, l-edukazzjoni u servizzi oħra, inkluż il-forniment ta’ data loġistika, finanzjarja u finanzjarja.

Schweizerische Post hija s-servizz postali pubbliku Svizzeru, attiva wkoll fil-forniment ta’ servizzi finanzjarji.

Cinfoni tipprevedi li tipprovdi soluzzjoni internazzjonali li tippermetti r-reġistrazzjoni, l-identifikazzjoni u l-iskambju kif ukoll l-użu mill-ġdid ta’ data ta’ għarfien dwar il-klijent tiegħek (know-your-customer, KYC) u ta’ kontra l-ħasil tal-flus (anti-money-laundering, AML) kif ukoll data bażika regolatorja oħra (pereżempju data tal-MiFID II u l-FATCA).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9835 – Bertelsmann/Schweizerische Post/Cinfoni

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.