ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 349

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
20 ta' Ottubru 2020

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 349/01

Avviż tal-Kummissjoni Linji gwida dwar l-infurzar tal-obbligi skont ir-Regolament tal-UE dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti b’rabta mal-Inventarju ta’ Materjali Perikolużi tal-bastimenti li jbaħħru fl-ibħra Ewropej

1

2020/C 349/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9928 — QuattroR/HGM/Burgo) ( 1 )

4

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

2020/C 349/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1516, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

5

2020/C 349/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

7

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 349/05

Rata tal-kambju tal-euro — Id-19 ta' Ottubru 2020

8

2020/C 349/06

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2020 li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal bidliet fit-tabelli ta’ allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

9

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 349/07

Tagħrif li taw l-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

16

2020/C 349/08

Tagħrif li taw l-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

17

2020/C 349/09

Tagħrif li taw l-istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

18

2020/C 349/10

Tagħrif li taw L-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

19

2020/C 349/11

Tagħrif li taw l-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

20

2020/C 349/12

Tagħrif li taw l-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

21

V   Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 349/13

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni ta’ prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

22

2020/C 349/14

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

27

2020/C 349/15

32

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/1

Avviż tal-Kummissjoni

Linji gwida dwar l-infurzar tal-obbligi skont ir-Regolament tal-UE dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti b’rabta mal-Inventarju ta’ Materjali Perikolużi tal-bastimenti li jbaħħru fl-ibħra Ewropej

(2020/C 349/01)

Daħla

Mill-31 ta’ Diċembru 2020, ir-Regolament tal-UE dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti (1) jeħtieġ li l-bastimenti kollha eżistenti li jtajru l-bandiera tal-UE u l-bastimenti kollha li jtajru bandiera mhux tal-UE li jidħlu f’port jew f’ankraġġ tal-UE jġorru abbord Inventarju ta’ Materjali Perikolużi (IHM) b’ċertifikat jew b’dikjarazzjoni ta’ konformità kif xieraq.

Il-Kummissjoni rċeviet rapporti mill-partijiet ikkonċernati tal-industrija li r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 wasslu għal diffikultajiet sinifikanti fl-istħarriġ tal-bastimenti u fil-produzzjoni ta’ IHMs iċċertifikati. Il-miżuri ta’ lockdown u r-restrizzjonijiet wesgħin fuq l-ivvjaġġar li ġew introdotti biex jikkontrollaw il-Covid-19 allegatament impedew lil ħafna sidien tal-bastimenti (jew lill-aġenti tagħhom) milli jipproduċu l-IHM fl-ewwel istanza, iżda impedew ukoll lis-surveyors tal-Istat tal-bandiera u lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti milli jivverifikaw u milli jiċċertifikaw l-IHMs.

B’konsegwenza ta’ dan, il-partijiet ikkonċernati tal-industrija jistmaw li bosta eluf ta’ bastimenti x’aktarx ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tal-IHM u jista’ ma jkollhomx iċ-ċertifikazzjoni meħtieġa sal-iskadenza tal-31 ta’ Diċembru 2020.

Għalhekk, meta wieħed iqis it-tfixkil ikkawżat mill-Covid-19, huwa mixtieq li jiġu stabbiliti xi linji gwida komuni sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat lejn l-infurzar mill-awtoritajiet tal-Istati tal-port tal-UE matul l-ispezzjonijiet fuq il-bastimenti mill-1 ta’ Jannar 2021.

Prinċipji ta’ gwida ġenerali

Bħala prinċipju bażiku, ir-responsabbiltà primarja dwar il-konformità mal-obbligi relatati mal-IHM tibqa’ tas-sid tal-bastiment, u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn l-obbligi legali hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istati tal-port tal-UE.

Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jitqiesu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali relatati mal-kriżi tal-Covid-19 fl-infurzar ta’ dawk l-obbligi mill-Istati Membri, meta dawk iċ-ċirkostanzi joħolqu sitwazzjonijiet fejn il-konformità ma’ dawn l-obbligi temporanjament ma tkunx possibbli, jew tkun eċċessivament diffiċli.

Minħabba r-rabtiet tagħha mal-prinċipju tal-proporzjonalità (2), il-force majeure tista’ titqies bħala prinċipju ġenerali tal-liġi tal-UE, li jista’ jiġi invokat anke fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet espliċiti. (3) Fir-rigward tal-kontenut tal-kunċett ta’ force majeure, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ddefiniet il-kunċett kif ġej:

"Issa, minn ġurisprudenza stabbilita, stabbilita f’oqsma tad-dritt tal-Unjoni differenti, jirriżulta li l-kunċett ta’ forza maġġuri għandu jinftiehem fis-sens ta’ ċirkustanzi esterni għal min jinvokahom, anormali u imprevedibbli, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux jiġu evitati minkejja d-diliġenza kollha użata". (4)

Fil-każ partikolari tal-infurzar tal-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament tal-UE dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti, madankollu, ma jista’ jsir l-ebda rikors awtomatiku għall-kunċett ta’ force majeure.

F’dan il-kuntest, l-Istati Membri huma mistiedna jivvalutaw bir-reqqa ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull sid tal-bastiment u l-grad safejn din il-ġurisprudenza tista’ tapplika.

Fil-valutazzjoni tagħhom, l-Istati Membri huma mistiedna wkoll iqisu t-tul tal-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti u d-data tal-applikabbiltà tal-iskadenza tal-IHM u huma mistiedna jikkunsidraw jekk u sa liema punt dak il-perjodu kien użat mis-sid tal-bastiment partikolari biex iħejji għall-konformità ma’ dawk l-obbligi.

Irid jiġi mfakkar ukoll li f’Ottubru 2019 l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) ippubblikat gwida dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Istati tal-portijiet tal-UE biex jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti (5). L-għan ta’ din il-gwida tal-EMSA huwa li tassisti lill-Istati Membri u lill-ispetturi maħtura tagħhom fl-isforzi tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti u d-Direttiva dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (6), fir-rigward tal-ispezzjonijiet li jkopru r-rekwiżiti rispettivi ta’ dawn iż-żewġ strumenti. Huwa dokument ta’ referenza mhux vinkolanti li jipprovdi kemm informazzjoni teknika kif ukoll gwida proċedurali, u b’hekk jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni u għall-infurzar armonizzati tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti u tad-Direttiva dwar il-kontroll mill-Istat tal-port. Għalhekk, matul l-ispezzjonijiet mill-Istati tal-port tal-UE, huwa ġeneralment rakkomandat li din il-gwida tal-EMSA tiġi segwita.

F’dan il-kuntest, issir referenza speċifika għall-kunsiderazzjonijiet ġenerali li hemm referenza għalihom fil-gwida tal-EMSA (taħt it-Taqsima 6.3.2) fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ infurzar li jridu jittieħdu f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-gwida tgħid hekk: “jekk jinstabu nuqqasijiet ta’ konformità fir-rigward ta’ SR [relatat mar-riċiklaġġ tal-bastimenti], l-ispettur għandu jiddeċiedi dwar l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed. L-ispettur għandu jkun issodisfat li kwalunkwe nuqqas ta’ konformità relatat mar-riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkonfermat jew żvelat mill-ispezzjoni huwa, jew se jkun, rettifikat skont l-SRR [ir-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti]". Barra minn hekk, il-gwida tal-EMSA tenfasizza li "l-ispettur jenħtieġ juża ġudizzju professjonali sabiex jiddeċiedi dwar l-azzjoni(jiet) xierqa li għandha tittieħed/għandhom jittieħdu għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità identifikat ta’ SR [relatat mar-riċiklaġġ tal-bastimenti].” Dawn il-prinċipji ta’ gwida ġenerali jenħtieġ li jiġu segwiti wkoll fir-rigward ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità identifikat fir-rigward tal-obbligi tal-IHM li jistgħu jirriżultaw mill-kriżi tal-Covid-19.

Xenarji speċifiċi marbuta mal-Covid-19

Fir-rigward tal-infurzar tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti, l-awtoritajiet tal-Istati tal-port tal-UE x’aktarx li jiġu kkonfrontati b’żewġ xenarji speċifiċi relatati mal-Covid-19 li jistgħu jkunu jeħtieġu approċċ aktar armonizzat waqt l-ispezzjonijiet li jibni fuq il-prinċipji ta’ gwida ġenerali msemmija hawn fuq. Huwa ssuġġerit li dan l-approċċ armonizzat jiġi applikat temporanjament għal perjodu limitat ta’ 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-obbligi relatati mal-IHM għal bastimenti eżistenti li jtajru l-bandiera tal-UE u bastimenti li jtajru l-bandiera mhux tal-UE li jidħlu f’portijiet tal-UE (jiġifieri sat-30 ta’ Ġunju 2021).

1)   Bastimenti mingħajr ċertifikat validu tal-IHM u/jew ta’ sostenn

F’dan il-każ, il-bastiment jista’ jasal f’port tal-UE wara l-31 ta’ Diċembru 2020 mingħajr ma jkollu abbord ċertifikat validu tal-IHM u/jew ta’ sostenn (Ċertifikat tal-Inventarju jew Ċertifikat ta’ Lest għar-Riċiklaġġ għal bastiment bil-bandiera tal-UE jew Dikjarazzjoni ta’ Konformità għal bastiment bil-bandiera mhux tal-UE) u sid il-bastiment/il-kaptan jisħaq li dan in-nuqqas ta’ konformità huwa dovut għas-sitwazzjoni tal-Covid-19.

Fil-każijiet kollha meta ma jiġix ippreżentat IHM validu u/jew iċ-ċertifikat meħtieġ, hemm oneru tal-provi fuq is-sid/il-kaptan, li jrid jipprovdi evidenza li ttieħdu l-miżuri kollha possibbli biex isir ix-xogħol u biex tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni meħtieġa. Tali evidenza ta’ sforzi ta’ konformità tista’ tinkludi pereżempju kuntratt ta’ servizz għall-kampjunar jew stħarriġ. Tista’ tinkludi wkoll ġustifikazzjoni għaliex ma kienx possibbli li jinkiseb IHM nofsu mimli u ċertifikat assoċjat kif imsemmi fit-Taqsima 2, inkluż evidenza ta’ impossibbiltà li jkun hemm konformità ma’ elementi oħrajn taċ-ċertifikazzjoni minbarra l-ispezzjoni abbord. Imbagħad huwa l-ispettur li jiddeċiedi jekk dan huwiex aċċettabbli fuq bażi ta’ każ b’każ skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-bastiment ikkonċernat u bl-użu tal-ġudizzju professjonali tiegħu.

Jekk l-ispettur jiddeċiedi li jaċċetta l-evidenza pprovduta mis-sid/mill-kaptan, allura għaċ-ċertifikat tal-inventarju jew għad-dikjarazzjoni ta’ konformità l-ispettur irid jispeċifika li d-dokumenti jridu jimtlew u jiġu approvati fi żmien 4 xhur wara l-ispezzjoni. Barra minn hekk, trid tingħata twissija lill-bastiment u r-riżultat tal-ispezzjoni u t-twissija jridu jiġu rreġistrati fil-modulu tar-riċiklaġġ tal-bastiment tat-THETIS – UE.

Jekk dawn il-pjanijiet ikollhom jiġu emendati ulterjorment wara l-ispezzjoni, minħabba ssuktar tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jew l-aċċess, is-sid/il-kaptan irid jipprovdi biżżejjed evidenza bil-miktub mill-ispetturi tal-IHM li ma kienx fattibbli li jintlaħqu l-pjanijiet inizjali. Għal darb’oħra, huwa f’idejn l-ispettur li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni li jmiss li jiddeċiedi jekk din l-evidenza hijiex aċċettabbli fuq il-bażi ta’ każ b’każ skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-bastiment ikkonċernat u bl-użu tal-ġudizzju professjonali tiegħu.

Għaċ-Ċertifikat ta’ Bastiment Lest għar-Riċiklaġġ, jekk l-ispettur jaċċetta l-evidenza wara evalwazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ, is-sid/il-kaptan tal-bastiment jenħtieġ li jiġu mwissija li huma meħtieġa jiksbu ċ-Ċertifikat ta’ Bastiment Lest għar-Riċiklaġġ qabel ma jidħlu fil-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Peress li ċ-Ċertifikat ta’ Bastiment Lest għar-Riċiklaġġ huwa validu biss għal tliet xhur, dan jenħtieġ li jimtela u jiġi approvat mill-aktar fis possibbli qabel mal-bastiment ikun għamel l-aħħar vjaġġ tiegħu. Ir-riżultat tal-ispezzjoni u t-twissija jenħtieġ li jiġu rreġistrati fil-modulu tar-riċiklaġġ tal-bastimenti ta’ THETIS – UE.

2)   Bastimenti b’IHM parzjalment mimli b’Ċertifikat tal-Inventarju approvat assoċjat jew b’Ċertifikat ta’ Bastiment Lest għar-Riċiklaġġ (għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-UE) jew Dikjarazzjoni ta’ Konformità (għal bastimenti li ma jtajrux il-bandiera tal-UE), li ma jkunx fihom kampjunar (immirat jew aleatorju) abbord

F’dan il-każ, il-bastiment jista’ jidħol f’port jew f’ankraġġ tal-UE wara l-31 ta’ Diċembru 2020 b’IHM u b’ċertifikat assoċjat abbord, iżda l-IHM tħejja mill-bogħod mingħajr ebda kampjunar abbord. Din is-sitwazzjoni tista’ tirriżulta minħabba li l-istħarriġ abbord li kien jenħtieġ li jitwettaq biex jappoġġa l-IHM ma setax isir minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-ispezzjoni ta’ bastiment matul il-pandemija tal-Covid-19.

Fil-każijiet kollha fejn ċertifikat huwa bbażat fuq l-IHM mingħajr l-element ta’ kampjunar abbord, l-IHM fil-prinċipju jenħtieġ li ma jkunx aċċettabbli billi mhuwiex komplut (7). Madankollu, meta wieħed iqis li minn Marzu 2020 ’l hawn kien hemm ftit jew l-ebda opportunità għas-surveyors biex imorru abbord il-bastimenti u biex iwettqu dan l-istħarriġ, dan l-istħarriġ/kampjunar mill-bogħod jista’ jkun aċċettat b’mod eċċezzjonali, jekk ikun hemm evidenza li l-Istat tal-bandiera jkun qabel ma’ dan (8). Barra minn hekk, f’dan il-każ, irid ikun hemm ukoll pjanijiet u arranġamenti dokumentati miżmuma abbord il-bastiment li jindikaw meta se jkun possibbli għal dawk li jieħdu l-kampjuni kwalifikati li jimlew l-IHM fir-rigward tal-limitazzjonijiet ikkawżati mill-pandemija tal-Covid-19. Imbagħad huwa f’idejn l-ispettur li jiddeċiedi jekk din l-evidenza hijiex aċċettabbli fuq il-bażi ta’ każ b’każ skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-bastiment ikkonċernat u bl-użu tal-ġudizzju professjonali tiegħu.

Jekk l-ispettur jaċċetta l-evidenza pprovduta mis-sid/mill-kaptan, allura għaċ-Ċertifikat tal-Inventarju jew għad-Dikjarazzjoni ta’ Konformità, l-ispettur jenħtieġ li jispeċifika li l-IHM jenħtieġ li jimtela u jiġi approvat fi żmien erba’ xhur wara l-ispezzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li tingħata twissija lill-bastiment u r-riżultat tal-ispezzjoni u t-twissija jenħtieġ li jiġu rreġistrati fil-modulu tar-riċiklaġġ tal-bastimenti tat-THETIS – UE.

Jekk dawn il-pjanijiet ikollhom jiġu emendati ulterjorment wara l-ispezzjoni, minħabba ssuktar tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jew l-aċċess, is-sid/il-kaptan irid jipprovdi biżżejjed evidenza bil-miktub mill-ispetturi tal-IHM li ma kienx fattibbli li jintlaħqu l-pjanijiet inizjali. Għal darb’oħra, huwa f’idejn l-ispettur li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni li jmiss li jiddeċiedi jekk din l-evidenza hijiex aċċettabbli fuq il-bażi ta’ każ b’każ skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-bastiment ikkonċernat u bl-użu tal-ġudizzju professjonali tiegħu.

Għaċ-Ċertifikat ta’ Bastiment Lest għar-Riċiklaġġ, jekk l-ispettur jaċċetta din l-evidenza wara evalwazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ, is-sid/il-kaptan tal-bastiment jenħtieġ li jiġu mwissija li huma meħtieġa jimlew l-IHM u li jiksbu ċ-Ċertifikat ta’ Bastiment Lest għar-Riċiklaġġ qabel ma jidħlu fil-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Ir-riżultat tal-ispezzjoni u t-twissija jenħtieġ li jiġu rreġistrati fil-modulu tar-riċiklaġġ tal-bastimenti ta’ THETIS – UE.

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1).

(2)  Ara diġà, għal dan il-għan, l-Avviż tal-Kummissjoni tal-1988 dwar il-force majeure fil-liġi agrikola Ewropea, C(88) 1696 (ĠU C 259, 6.10.1988, p. 10).

(3)  Ara l-Kawża 71/87, Inter-Kom, EU:C:1988:186, paragrafi 10 sa 17 u l-Kawża C-12/92, Huygen u Oħrajn, EU:C:1993:914, il-paragrafu 31, segwiti ripetutament mill-Qorti Ġenerali partikolarment fil-Kawża T-220/04, Spanja vs il-Kummissjoni, EU:T:2007:97, il-paragrafi 165 sa 172. Ara wkoll l-Opinjoni ta’ AG Trstenjak, fil-Kawża C-101/08, Audilux, EU:C:2009:410, il-paragrafu 71.

(4)  Il-Kawża C-640/15, Vilkas, EU:C:2017:39, il-paragrafu 53.

(5)  http://www.emsa.europa.eu/news-a-press-centre/external-news/item/3721-guidance-on-inspections-of-shipsby-the-port-states-in-accordance-with-regulation-eu-1257-2013-on-ship-recycling.html

(6)  Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).

(7)  Skont l-Artikolu 5(3)(c) tar-Regolament, l-IHM għandu jiġi kkompilat filwaqt li jitqiesu l-linji gwida rilevanti tal-IMO. Jekk l-element tal-kampjunar ma jkunx tlesta, allura l-IHM ma jkunx konformi mal-linji gwida msemmija.

(8)  Huwa mifhum li din hija wkoll is-soluzzjoni li l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet ta’ Klassifikazzjoni (IACS) qiegħda tirrakkomanda lill-membri tagħhom, filwaqt li żżid li l-bqija tal-kampjunar irid isir f’data aktar tard.

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/4

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9928 — QuattroR/HGM/Burgo)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 349/02)

Fit 9 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9928. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/5

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1516, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

(2020/C 349/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1516 (2),u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (3) li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/1686 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għaliex ġew inklużi fil-lista msemmija hawn fuq. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1686. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, dawn għandhom jiġu ppreżentati sal-15 ta' Lulju 2021.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 348, 20.10.2020, p. 14.

(3)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/7

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

(2020/C 349/04)

L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1516 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (4).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu RELEX.1.C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1516, u r-Regolament (UE) 2016/1686.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).

(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(3)  ĠU L 348, 20.10.2020, p. 14.

(4)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/8

Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta' Ottubru 2020

(2020/C 349/05)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1785

JPY

Yen Ġappuniż

124,11

DKK

Krona Daniża

7,4410

GBP

Lira Sterlina

0,90588

SEK

Krona Żvediża

10,3578

CHF

Frank Żvizzeru

1,0724

ISK

Krona Iżlandiża

163,40

NOK

Krona Norveġiża

10,9470

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,346

HUF

Forint Ungeriż

365,05

PLN

Zloty Pollakk

4,5723

RON

Leu Rumen

4,8768

TRY

Lira Turka

9,3057

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6575

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5523

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1334

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7751

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5990

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 341,33

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,3806

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8767

HRK

Kuna Kroata

7,5825

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 347,64

MYR

Ringgit Malażjan

4,8819

PHP

Peso Filippin

57,231

RUB

Rouble Russu

91,4401

THB

Baht Tajlandiż

36,746

BRL

Real Brażiljan

6,6139

MXN

Peso Messikan

24,8118

INR

Rupi Indjan

86,3945

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/9

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Ottubru 2020

li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal bidliet fit-tabelli ta’ allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 349/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011 (2), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ April 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/278/UE (3) li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(2)

Fil-5 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2013/448/UE (4) dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu bejn l-2013 u l-2020.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2014/9/UE (5), il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE (6) u 2011/278/UE fir-rigward tal-listi ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (minn hawn ’il quddiem “il-lista tar-rilaxx tal-karbonju”).

(4)

Bid-Deċiżjonijiet C(2013) 9281 (7), C(2014) 123 (8), C(2014) 674 (9) u C(2014) 1167 (10), il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjonijiet nazzjonali u t-tabelli tal-allokazzjonijiet nazzjonali riveduti tal-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni C (2016) 1152, il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex jibdel it-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali tal-Ġermanja wara li l-Awtorità Ġermaniża għall-Kummerċ tal-Emissjonijiet innotifikat li kienet allokat 61 691 kwota inqas milli kien oriġinarjament previst għall-installazzjoni DE-206012. Dan ġara meta l-awtorità kompetenti tal-Ġermanja naqqset l-allokazzjoni tal-installazzjoni DE-206012 abbażi ta’ deċiżjoni vinkolanti tal-awtorità federali għall-permessi tal-gassijiet serra li eliminat parti mill-istallazzjoni peress li ma kinitx taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS. Dik id-deċiżjoni ma ġietx ikkunsidrata meta l-lista ta’ installazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/UE kienet ippreżentata oriġinarjament. Madankollu, il-valutazzjoni legali kienet inkorretta u għal dan il-għan, it-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja stabbilita fl-Anness V tad-Deċiżjoni C (2016) 1152 jenħtieġ li titreġġa’ lura fir-rigward tal-installazzjoni DE-206012.

(6)

Il-Kummissjoni ssib li l-bidliet notifikati fit-tabella tal-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Ġermanja huma konformi mad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 2011/278/UE. L-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ għalhekk jingħata struzzjonijiet biex idaħħal dawk il-bidliet fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness V tad-Deċiżjoni C(2016)1152 huwa sostitwit bl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jdaħħal il-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja kif stabbilit fl-Anness I.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

FransTIMMERMANS

Viċi President Eżekuttiv

(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9281 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Awstrija, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, in-Netherlands, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 123 tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Franza, il-Litwanja, l-Ungerija u s-Slovakkja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 674 tat-12 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1167 tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Bulgarija, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Polonja, ir-Rumanija u r-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS I

“ANNESS V

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE (NER)

Stat Membru: Il-Ġermanja

ID tal-Installazzjoni (Entranti Ġodda u Għeluq)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-Operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata min-NER, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

DE000000000000490

490

Zellstoff- und Papierfabrik Rosenthal GmbH

Zellstoff- und Papierfabrik Rosenthal GmbH, Zellstofffabrik

1 723

1 916

2 680

2 632

2 583

2 535

2 487

2 438

18 994

DE000000000202469

202469

Carl Macher GmbH & Co KG

Papierfabrik Macher Brunnenthal

0

0

4 498

4 416

4 336

4 255

4 173

4 092

25 770

DE000000000001544

1544

Energie- und Wasserversorgung Bonn/ Rhein-Sieg GmbH

Heizkraftwerk Karlstraße

0

2 826

21 753

19 040

16 412

13 869

11 409

9 036

94 345

DE000000000001697

1697

Arla Foods Deutschland GmbH

Arla Foods Deutschland, Niederlassung Pronsfeld

0

2 436

4 573

4 490

4 408

4 325

4 243

4 161

28 636

DE000000000201341

201341

E.ON Gas Storage GmbH

E.ON Gas Storage Werk Etzel - Feuerungsanlage

1 850

1 656

1 468

1 286

1 108

937

770

611

9 686

DE000000000203657

203657

Celanese Production Germany GmbH & Co. KG

Vinylacetat-Anlage

0

3 469

7 971

7 827

7 684

7 540

7 396

7 253

49 140

DE000000000207007

207007

AIR LIQUIDE Deutschland GmbH

SMR DOR III

0

3 029

27 242

26 751

26 260

25 769

25 278

24 787

159 116

DE000000000004164

4164

Milei GmbH

Gasturbinen Heizkraftwerk Milei

16 634

18 502

18 901

18 560

18 220

17 879

17 538

17 197

143 431

TOTAL

20 207

33 834

89 086

85 002

81 011

77 109

73 294

69 575

529 118

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: Il-Ġermanja

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-Installazzjoni (Entranti Ġodda u Għeluq)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

sem l-Operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata modifikata skont id-data tal-Entranti Ġodda u tal-Għeluq, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

DE000000000000547

547

Glatfelter Gernsbach GmbH

BW_04188888_Papiermaschinen

50 636

29 031

28 512

27 987

27 457

26 922

26 380

25 836

242 761

DE000000000000615

615

Heinrich August Schoeller Söhne GmbH & Co. KG

Papierfabrik Schoellershammer

64 479

63 358

58 354

57 281

56 195

55 100

53 990

52 877

461 634

DE000000000000968

968

Nestlé Deutschland AG

Nestlé Deutschland AG - Werk Singen

10 119

9 056

5 524

4 833

4 164

3 516

2 889

2 286

42 387

DE000000000001628

1628

Stadtwerke Gießen AG

HKW US-Depot

6 340

5 674

5 026

4 400

3 793

3 205

2 636

2 089

33 163

DE000000000001706

1706

Fernwärmeversorgung Zwönitz GmbH (FVZ)

Heizkraftwerk Wiesenstraße

5 100

4 565

3 638

3 184

2 745

2 320

1 908

1 512

24 972

DE000000000001708

1708

Stadtwerke Riesa GmbH

SWR HKW Weida

5 743

5 139

2 487

2 177

1 877

1 586

1 304

1 034

21 347

DE000000000001799

1799

Open Grid Europe GmbH

Open Grid Europe GmbH Werk Krummhörn

54 350

48 639

30 644

26 811

23 097

19 502

16 026

12 678

231 747

DE000000000001819

1819

MEGAL GmbH & Co. KG Mittel-Europäische-Gasleitungsgesellschaft

Mittel-Europäische-Gasleitungsgesellschaft mbH & Co. KG Werk Waidhaus

92 142

82 460

69 286

60 622

52 223

44 097

36 234

28 664

465 728

DE000000000202110

202110

Buderus Edelstahl GmbH

Wärmebehandlungsöfen der Vergüterei

18 682

18 124

18 671

18 327

17 980

17 630

17 275

16 918

143 607

DE000000000000646

646

Daimler AG Mercedes-Benz Werk Wörth

Heizwerk Ost

22 496

20 133

13 569

13 319

13 067

12 812

12 554

12 295

120 245

DE000000000001109

1109

Volkswagen Sachsen GmbH

Heizwerk Zwickau

22 393

20 040

23 906

22 832

21 776

20 741

19 724

18 730

170 142

DE000000000001579

1579

VW Kraftwerk GmbH

Heizwerk Emden

14 336

12 829

17 293

16 975

16 653

16 328

15 999

15 670

126 083

DE000000000000517

517

german paper solutions GmbH & Co. KG

Papierherstellung

12 434

12 219

3 646

3 579

3 511

3 443

3 374

3 304

45 510

DE000000000000578

578

A.Obenauf GmbH & Co. KG

Pappenmaschine 1+2

3 252

1 847

3 138

3 080

3 022

2 963

2 903

2 843

23 048

DE000000000000625

625

Fernwärme Ulm GmbH

Heizwerk Daimlerstraße (HWD)

4 009

1 377

305

267

230

195

160

127

6 670

DE000000000000733

733

Stadtwerke Flensburg GmbH

Reserveheizwerk Nord

8

4

4

4

3

3

2

1

29

DE000000000000734

734

Stadtwerke Flensburg GmbH

Reserveheizwerk Süd

7

9

4

4

2

2

1

1

30

DE000000000000916

916

Zwickauer Energieversorgung GmbH

Heizwerk Eckersbach Zwickau

8 534

7 637

3 383

2 960

2 550

2 153

1 769

1 400

30 386

DE000000000000921

921

Zwickauer Energieversorgung GmbH

Heizwerk Süd Zwickau

23 945

20 080

8 738

6 872

5 920

4 998

4 107

3 249

77 909

DE000000000000944

944

Stadtwerke Wernigerode GmbH

HW Kupferhammer

2 863

2 562

1 135

993

856

723

594

470

10 196

DE000000000001271

1271

RheinEnergie AG

Heizwerk Bocklemünd

45

0

141

123

107

90

74

59

639

DE000000000001278

1278

RheinEnergie AG

Heizwerk Ford P0

22

77

0

0

0

0

0

0

99

DE000000000001313

1313

STEAG GmbH

Kraftwerk Lünen

14 890

13 327

5 903

5 167

4 454

3 764

3 096

2 452

53 053

DE000000000001320

1320

DK Recycling und Roheisen GmbH

Kraftwerk zur Stromerzeugung

1 854

1 660

735

644

555

469

386

306

6 609

DE000000000001339

1339

Deutsche Edelstahlwerke GmbH Witten

Kesselhaus Witten

2 565

2 295

1 017

890

767

647

532

421

9 134

DE000000000001357

1357

envia THERM GmbH

Heizwerk Seehaus Feuerungsanlage

3 182

2 848

631

552

476

402

330

261

8 682

DE000000000001462

1462

Airbus Defence and Space GmbH

Feuerungsanlage der Airbus

7 973

7 761

2 386

2 271

2 158

2 048

1 940

1 835

28 372

DE000000000001556

1556

Energie- und Wasserversorgung Bonn/ Rhein-Sieg GmbH

Heizkraftwerk Süd

32 174

14 397

0

0

0

0

0

0

46 571

DE000000000001595

1595

Netrion GmbH

Heizwerk Einspeisung Nord

226

202

90

79

68

57

47

37

806

DE000000000001596

1596

Netrion GmbH

Heizwerk Vogelstang

97

0

154

135

116

98

81

64

745

DE000000000001739

1739

NürnbergMesse GmbH

MesseNürnberg Heizwerk

1 154

517

0

0

0

0

0

0

1 671

DE000000000001887

1887

GT-HKW Niehl GmbH (vertreten durch die RheinEnergie AG)

GT-HKW Niehl

5 120

4 582

1 015

889

766

648

533

422

13 975

DE000000000001805

1805

Gasunie Deutschland Transport Services GmbH

Verdichterstation Ellund - Gasturbinenanlage

1 181

1 056

65

58

50

42

35

28

2 515

DE000000000001808

1808

GASCADE Gastransport GmbH

Erdgasverdichterstation Olbernhau

5 311

9 402

92

81

71

60

49

39

15 105

DE000000000001867

1867

GASCADE Gastransport GmbH

Erdgasverdichterstation Eischleben

19 534

34 933

28

24

21

18

15

12

54 585

DE000000000204562

204562

Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH Werk Stade

B Solvents

8 676

4 263

8 373

8 219

8 063

7 906

7 747

7 587

60 834

DE000000000000720

720

Fernwärmeversorgung Hamm GmbH

HW-BHKW Mitte

3 313

2 965

2 627

2 300

1 982

1 675

1 378

1 092

17 332

DE000000000000031

31

Shell Deutschland Oil GmbH Rheinland Raffinerie Werk Wesseling

Raffinerieanlagen Wesseling inklusive Kraftwerk, Olefinanlagen (Cracker), Schwerölvergasung und Notstromaggregate

2 117 573

2 080 792

1 683 490

1 737 032

1 704 123

1 670 892

1 637 247

1 603 486

14 234 635

DE000000000001090

1090

BTB Blockheizkraftwerks- Träger- und Betreibergesellschaft mbH Berlin

BTB Heizkraftwerk Adlershof

18 102

16 200

6 325

5 537

4 773

4 033

3 318

2 628

60 916

DE000000000001125

1125

Stadtwerke Merseburg GmbH

SW Merseburg HW-BHKW

14 674

13 132

7 291

6 382

5 501

4 649

3 824

3 029

58 482

DE000000000202934

202934

Georg Fischer Automobilguss GmbH

Gießerei der Georg Fischer Automobilguss GmbH

120 969

118 856

116 718

114 558

112 374

110 170

107 940

105 703

907 288

DE000000000000198

198

SAINT-GOBAIN GLASS Deutschland GmbH

Glasschmelzanlage zur Herstellung von Flachglas nach dem Floatverfahren

98 879

96 719

94 556

92 390

90 222

88 053

85 878

83 716

730 413

DE000000000001652

1652

Bayer Pharma AG Supply Center Bergkamen

Kraftwerk B311 ohne Kessel 2

18 115

17 800

17 485

17 170

16 855

16 539

16 224

15 909

136 097

DE000000000205282

205282

SchwörerHaus KG

Kraftwerksanlage SchwörerHaus KG

10 264

10 086

6 511

5 699

4 912

4 151

3 415

2 705

47 743

DE000000000000787

787

AUDI AG

AUDI AG - Heizwerk Neckarsulm

34 086

30 504

41 118

40 361

39 597

38 825

38 043

37 258

299 792

DE000000000000928

928

Amberger Kaolinwerke Eduard Kick GmbH & Co.KG

Kaolintrocknung Werk Hirschau

12 757

12 536

12 314

12 092

11 870

11 648

11 426

11 205

95 848

DE000000000001094

1094

ADM Hamburg Aktiengesellschaft, Werk Noblee & Thörl

Heizkraftwerk Noblee & Thörl

23 723

21 231

28 622

28 106

27 590

27 074

26 558

26 042

208 946

DE000000000002794

2794

German Pellets GmbH

Anlage zur Erzeugung von Prozesswärme German Pellets; Standort HWI

56 390

55 411

54 420

53 419

52 407

51 385

50 350

49 312

423 094

DE000000000002795

2795

German Pellets GmbH

Biomasse Heizwerk Ettenheim

27 190

26 718

26 240

25 758

25 270

24 777

24 278

23 777

204 008

DE000000000001583

1583

Milei GmbH

Feuerungsanlage

10 039

23 176

0

0

0

0

0

0

33 215

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/16

Tagħrif li taw l-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

(2020/C 349/07)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

29 ta’ Settembru 2020

Tul ta’ żmien

Mid-29 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

PLE/7HJK.

Speċi

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Żona

7h, 7j u 7k

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

---

Numru ta’ referenza

28/TQ123

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/17

Tagħrif li taw l-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

(2020/C 349/08)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

25 ta’ Settembru 2020

Tul ta’ żmien

Mill-25 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SOL/7HJK.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

7h, 7j u 7k

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

---

Numru ta’ referenza

18/TQ123

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/18

Tagħrif li taw l-istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

(2020/C 349/09)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

25 ta’ Settembru 2020

Tul ta’ żmien

Mill-25 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

PLE/7HJK.

Speċi

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Żona

7h, 7j u 7k

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

---

Numru ta’ referenza

19/TQ123

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/19

Tagħrif li taw L-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

(2020/C 349/10)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

1 ta’ Ottubru 2020

Tul ta’ żmien

Mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SOL/8AB.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

8A u 8b

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

---

Numru ta’ referenza

20/TQ123

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/20

Tagħrif li taw l-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

(2020/C 349/11)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

1 ta’ Ottubru 2020

Tul ta’ żmien

Mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

HKE/8ABDE. inkluż il-kondizzjoni speċjali għall-HKE/*57-14

Speċi

Merluzz (Merluccius merluccius)

Żona

8a, 8b, 8d u 8e

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

---

Numru ta’ referenza

22/TQ123

Data u ħin tal-għeluq

1 ta’ Ottubru 2020

Tul ta’ żmien

Mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

HKE/*8ABDE (kondizzjoni speċjali għall-HKE/571214)

Speċi

Merluzz (Merluccius merluccius)

Żona

8a, 8b, 8d u 8e

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

---

Numru ta’ referenza

23/TQ123

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/21

Tagħrif li taw l-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd

(2020/C 349/12)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

1 ta’ Ottubru 2020

Tul ta’ żmien

Mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

POL/*8ABDE (kondizzjoni speċjali għall-POL/07.)

Speċi

Pollakkju (Pollachius pollachius)

Żona

8a, 8b, 8d u 8e

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

---

Numru ta’ referenza

25/TQ123

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/22

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni ta’ prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 349/13)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

“UHLEN BLAUFÜSSER LAY / UHLEN BLAUFÜßER LAY”

DOP-DE-02081-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 6.7.2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Karatteristiċi analitiċi u/jew organolettiċi

Il-karatteristiċi analitiċi jridu jikkorrispondu mar-rekwiżiti legali fil-Ġermanja.

Żball fl-abbozzar.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem il-prodott

Uhlen Blaufüsser Lay

Uhlen Blaufüßer Lay

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid ta’ kwalità

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fil-pjantaġġuni tal-Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodotti tad-dwieli, u kull tip għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment aktar tafli tal-istrati aktar profondi tal-oċean jagħtu lill-Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay) togħma li ta’ spiss tista’ tiġi deskritta bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jistgħu jfakkru fiż-żiffiet aromatiċi tal-baħar. F’xi snin, kien possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima:

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein), issupplimentat minn: inbid Auslese

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fil-pjantaġġuni tal-Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodotti tad-dwieli, u kull tip għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment aktar tafli tal-istrati aktar profondi tal-oċean jagħtu lill-Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay) togħma li ta’ spiss tista’ tiġi deskritta bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jistgħu jfakkru fiż-żiffiet aromatiċi tal-baħar. F’xi snin, kien possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar. Il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima:

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein), issupplimentat minn: Beerenauslese, Trockenbeerenauslese, u Eiswein

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fil-pjantaġġuni tal-Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodotti tad-dwieli, u kull tip għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment aktar tafli tal-istrati aktar profondi tal-oċean jagħtu lill-Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay) togħma li ta’ spiss tista’ tiġi deskritta bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jistgħu jfakkru fiż-żiffiet aromatiċi tal-baħar. F’xi snin, kien possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar. Il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa sottostanti li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese, u aktar kremuża fl-inbejjed Beerenauslese, u jista’ jkollha wkoll noti ta’ għasel. Dawn l-aspetti tat-togħmiet tal-inbejjed huma aktar evidenti fl-inbejjed Trockenbeerenauslese. Fil-każ tal-inbejjed Eiswein, il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq tinkludi aċidità pikkanti.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima:

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni ddefiniti)

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fil-pjantaġġuni tal-Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodotti tad-dwieli, u kull tip għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament.

L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment aktar tafli tal-istrati aktar profondi tal-oċean jagħtu lill-Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay) togħma li ta’ spiss tista’ tiġi deskritta bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jistgħu jfakkru fiż-żiffiet aromatiċi tal-baħar. F’xi snin, kien possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar. Fil-każ tal-inbejjed Sekt b.A., il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għall-inbejjed Prädikatswein hija qawwija u intensifikata bid-diossidu tal-karbonju użat fil-produzzjoni tal-inbid spumanti.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

13,5

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima:

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Dawn li ġejjin mhumiex permessi: sorbat tal-potassju, liżożima, dikarbonat tad-dimetil, elettrodijaliżi, dealkoħolizzazzjoni, skambjaturi ta’ katoni, konċentrazzjoni (krijokonċentrazzjoni, osmosi, kolonna ċentrifuga konika), dolċifikazzjoni, laqx tal-ballut jew preparati.

Inbid ta’ kwalità

Prattika enoloġika speċifika

tal-anqas 88 ° Oechsle jew kontenut massimu ta’ aċidità (espress bħala aċidu tartariku) = 7,5 g/l

Sa 100 ° Oechsle u nbejjed imqawwija: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = “nofsu misjur” skont il-liġi tal-inbid.

Aktar minn 100 ° Oechsle: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = piż tal-most/3

Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein)

Prattika enoloġika speċifika

Inbid Auslese: tal-anqas 105 ° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 90 g/l

Beerenauslese: tal-anqas 130 ° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

Trockenbeerenauslese: tal-anqas 180 ° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 180 g/l

Eiswein: tal-anqas 130 ° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni ddefiniti)

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni tradizzjonali fil-flixkun

b.   Rendimenti massimi

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

L-Uhlen Blaufüsser Lay huwa parti mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Mosel” (DOP-DE-A1270).

Il-vinji tal-Uhlen Blaufüsser Lay jinsabu fiż-żona ta’ Winningen tad-distrett rurali ta’ Mayen-Koblenz fir-Rheinland-Pfalz. L-isem “Blaufüßer Lay” huwa rreġistrat fir-reġistru tal-artijiet bħala diviżjoni fil-miftuħ. Għal aktar minn għaxar snin, ismu deher fuq it-tikkettar bħala indikazzjoni tal-formazzjoni tax-shale. It-terminu “Blumslay” (minn Blaufüßer Lay – Blauslay – Blooslay – Blumslay), kelma bid-djalett li sabet ruħha fil-Ġermaniż uffiċjali, jirreferi għal punt ta’ osservazzjoni ’il fuq mill-vinji. Iż-żona tibda bir-roqgħa art 2219/1 u tispiċċa fid-direzzjoni tax-xmara bl-irqajja' 2179, 2181/1, 2186, 2190, 2189/2.

Il-prodotti bid-DOP “Uhlen Blaufüsser Lay” jistgħu jiġu prodotti fiż-żona rreġistrata tad-DOP “Mosel” (Nru tar-reġistrazzjoni DOP-DE-A1270). Iż-żona demarkata tinsab fid-DOP Mosel.

Il-pjantaġġuni tal-Uhlen Blaufüßer Lay jkopru żona ta’ 1,96 ha.

7.   Varjetà/varjetajiet ewlenin tal-għeneb tal-inbid

Weisser Riesling - Riesling, Riesling renano, Rheinriesling, u Klingelberger

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-vinji tal-Uhlen Blaufüsser Lay jinsabu fil-pajsaġġ imtarraġ tal-Mosel tan-naħa t’isfel. L-istrutturi mtarrġa tal-Uhlen Blaufüsser Lay huma nqassma f’konfigurazzjoni tradizzjonali b’orjentazzjoni lejn il-Lbiċ u jinsabu f’altitudni ta’ bejn madwar 75 m u 210 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. It-temperatura medja ta’ 11,6 °C tul dawn l-aħħar ħames snin kienet relattivament għolja, kif mistenni f’altitudni baxxa bħal din. Il-livelli baxxi ta’ preċipitazzjoni (madwar 620 mm) u l-għadd kbir ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx (1 922) joħolqu mikroklima li hija pjuttost differenti miż-żoni l-oħra tad-DOP “Mosel” u b’mod partikolari hija responsabbli għall-maturità partikolari tal-għeneb (qawwa alkoħolika potenzjali għolja b’aċidità baxxa u fenoli maturi). Jingħad li l-inbejjed huma espressivi ħafna u għandhom togħma mimlija ħafna. Il-kundizzjonijiet ġeografiċi partikolari tar-reġjun tal-Uhlen Blaufüsser Lay jgħinu biex l-għeneb jikseb il-maturità fiżjoloġika u jsawru t-togħma individwali tal-inbejjed li jiġu prodotti hemmhekk.

Fl-iskeda taż-żmien ġeoloġika, l-Uhlen Blaufüßer Lay jaqa’ taħt is-serje Devonjana Inferjuri tas-sistema Devonjana. B’mod aktar speċifiku, iż-żona tikkonsisti f’sedimenti mis-sublivelli ta’ Oberems/Laubach u f’sedimenti aktar qodma mil-livelli ta’ Laubach. Il-fond dejjem jiżdied tal-baħar jidher mill-pakketti magħqudin ta’ ħama u lavanja skuri. Il-ħamrija mimlija blat esposta għall-kundizzjonijiet tat-temp li tirriżulta minn dawn is-sedimenti tagħmel parti minn regosol ta’ tipi differenti ta’ shale tafli ħafna u bi preżenza ta’ ħama. Il-kontenut ogħla ta’ tafal tal-ħamrija joħloq kapaċità ogħla ta’ ritenzjoni tal-ilma fil-ħamrija u temperatura medja tal-ħamrija aktar baxxa fl-istrati aktar baxxi, meta mqabbel ma’ DOP ġirien. B’riżultat ta’ dan, hemm differenzi organolettiċi konsiderevoli meta mqabbla ma’ DOP ġirien. L-Uhlen Blaufüsser Lay għandu sehem iżgħar ta’ komponenti ta’ frott fir-riħa ġeneralment mhux qawwija tiegħu. L-impressjoni minerali u olfattiva li tirriżulta, tkompli fil-palat b’sensazzjoni li ħafna drabi hija deskritta bħala “fina, friska, u ċara”.

L-influwenza tal-bniedem hija bbażata fuq tradizzjoni ta’ produzzjoni tal-inbid li tmur lura eluf ta’ snin. L-arti tat-tħawwil tal-vinji fi strutturi mtarrġin appoġġati minn ħitan tal-ġebel niexef tmur lura għal żmien ir-Rumani. Fis-sena 380 AD, il-poeta Ruman, Ausonius, iddeskriva lil dawn il-binjiet bħala “anfiteatri”. Is-sejba ta’ flus Rumani fl-istrutturi mtarrġin li probabbilment kienu maħsuba bħala offerti, hija prova oħra ta’ din il-prattika. L-inbid ilu jiġi prodott fiż-żona minn dak iż-żmien. Tul is-sekli, il-kwalità tal-produzzjoni kompliet tiġi mtejba permezz tal-iżvilupp ta’ varjetajiet ġodda tal-għeneb (il-varjetà Riesling mill-bidu tas-seklu 19) u modi ġodda ta’ kultivazzjoni (f’arbuxelli, mal-lasti jew mal-ħbula). F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni ambjentali wasslet għal użu dejjem anqas ta’ fertilizzanti minerali solubbli ħafna. B’riżultat ta’ dan, il-popolazzjonijiet ta’ mikroflora u mikrofawna naturali reġgħu lura fil-ħamrija, u dan wassal biex isir aktar assorbiment ta’ nutrijenti, kif ukoll biex isiru aktar proċessi ta’ skambju ta’ katonji bħala riżultat tal-inkorporazzjoni ta’ molekuli kumplessi li jinteraġixxu b’mod simbjotiku mal-mikrobi li jinsabu fix-xniexel. Dawn il-mikrobi jistgħu jintużaw bħala trażmettituri bejn is-sustanzi organiċi u l-minerali speċifiċi li jinsabu fil-ħamrija, u b’hekk jagħmlu t-togħma tal-inbid saħansitra aktar unika.

Ir-relazzjoni deskritta hawn fuq tapplika bl-istess mod għall-inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-informazzjoni li għandha tingħata dwar it-tikketti u l-ippakkjar hija ddefinita mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u fl-Istat Federali tar-Rheinland-Pfalz. Qabel ma t-termini tradizzjonali assoċjati ma’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini jkunu jistgħu jintużaw fuq it-tikketta tiegħu, l-inbid irid ikun għadda minn spezzjoni uffiċjali. L-inbejjed li ssodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dik l-ispezzjoni uffiċjali biss jingħataw numru uffiċjali tal-ispezzjoni magħmul minn diversi ċifri li jindikaw l-awtorità tal-ispezzjoni, in-numru tal-azjenda, l-għadd ta’ nbejjed imressqa għall-ispezzjoni u s-sena meta tressqu jew meta nħareġ in-numru tal-ispezzjoni. In-numru tal-ispezzjoni għandu jiġi indikat fuq it-tikketta. It-termini tradizzjonali “Qualitätswein”, “Prädikatswein” u “Sekt b.A.” huma assoċjati mad-denominazzjoni ta’ oriġini u jistgħu jissostitwixxu d-denominazzjoni “DOP”.

link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/27

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 349/14)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

“UHLEN LAUBACH”

DOP-DE-02082-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 6.7.2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Karatteristiċi analitiċi u/jew organolettiċi

Il-karatteristiċi analitiċi għandhom jikkorrispondu mar-rekwiżiti legali fil-Ġermanja.

Żball fl-abbozzar

2.   Deskrizzjoni territorjali

Wara rieżami mill-awtorità ġeoloġika tal-istat, ġew inklużi żoni addizzjonali tar-reġjun ta’ Uhlen bħala parti mill-qigħan ta’ Laubach.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem il-prodott

“Uhlen Laubach”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid ta’ kwalità

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fil-pjantaġġuni ta’ Uhlen Laubach. Hemm tliet tipi ta’ prodotti tad-dwieli, u kull tip għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Laubach li jkunu għadhom ma mmaturawx għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. B’kontenut ta’ ġir ta’ 25 sa 45 %, il-lavanja Laubach griża hija waħda mill-aktar blatiet kalkarji fir-reġjun tal-Mosel. Minħabba f’hekk l-inbejjed li jimmaturaw hawnhekk għandhom aroma li ta’ spiss tfakkar fl-affumikar frisk u fil-ġellewż, u togħma ġeneralment ratba u aktar mimlija. Akkoljenti u delikati, ħafna mill-inbejjed għandhom togħma affaxxinanti mimlija u profonda. L-inbejjed huma kremużi u ġeneralment lesti biex jiġu kkunsmati wara perjodu qasir ħafna ta’ maturazzjoni.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein), issupplimentat minn: l-inbid Auslese

Il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa sottostanti li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese, u aktar kremuża fl-inbejjed Beerenauslese, u jista’ jkollha wkoll noti ta’ għasel. Dawn l-aspetti tat-togħmiet tal-inbejjed huma aktar evidenti fl-inbejjed Trockenbeerenauslese. Fil-każ tal-inbejjed Eiswein, il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq tinkludi aċidità pikkanti.

L-inbejjed Uhlen Laubach li jkunu għadhom ma mmaturawx għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. B’kontenut ta’ ġir ta’ 25 sa 45 %, il-lavanja Laubach griża hija waħda mill-aktar blatiet kalkarji fir-reġjun tal-Mosel. Minħabba f’hekk l-inbejjed li jimmaturaw hawnhekk għandhom aroma li ta’ spiss tfakkar fl-affumikar frisk u fil-ġellewż, u togħma ġeneralment ratba u aktar mimlija. Akkoljenti u delikati, ħafna mill-inbejjed għandhom togħma affaxxinanti mimlija u profonda. L-inbejjed huma kremużi u ġeneralment lesti biex jiġu kkunsmati wara perjodu qasir ħafna ta’ maturazzjoni. Fil-każ tal-inbejjed Sekt b.A., il-firxa deskritta ta’ aromi u togħmiet tal-inbejjed Prädikatswein hija qawwija u intensifikata bid-diossidu tal-karbonju użat fil-produzzjoni tal-inbid spumanti.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

13,5

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Dawn li ġejjin mhumiex permessi: sorbat tal-potassju, liżożima, dikarbonat tad-dimetil, elettrodijaliżi, dealkoħolizzazzjoni, skambjaturi ta’ katoni, konċentrazzjoni (krijokonċentrazzjoni, osmosi, kolonna ċentrifuga konikali), dolċifikazzjoni, laqx tal-ballut jew preparati.

Inbid ta’ kwalità

Prattika enoloġika speċifika

Tal-anqas 88 ° Oechsle jew kontenut massimu ta’ aċidità (espress bħala aċidu tartariku) = 7,5 g/l

Sa 100 ° Oechsle u nbejjed imqawwija: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = “nofsu misjur” skont il-liġi tal-inbid.

Aktar minn 100 ° Oechsle: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = piż tal-most/3

Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein)

Prattika enoloġika speċifika

Inbid Auslese: tal-anqas 105 °Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 90 g/l

Beerenauslese: tal-anqas 130 ° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

Trockenbeerenauslese: tal-anqas 180 ° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 180 g/l

Eiswein: tal-anqas 130 ° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni ddefiniti)

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni tradizzjonali fil-flixkun

b.   Rendimenti massimi

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Uhlen Laubach hija parti mid-DOP “Mosel” (numru tar-reġistrazzjoni DOP-DE-A1270).

Il-vinji ta’ Uhlen Laubach jinsabu fiż-żona ta’ Winningen fid-distrett rurali ta’ Mayen-Koblenz fl-Istat Federali tar-Rheinland-Pfalz. Din il-parti tar-reġjun ta’ Uhlen ilha magħrufa fid-dinja tal-inbid u fi bnadi oħra għal aktar minn għaxar snin bħala “Laubach”, isem imnissel mid-definizzjoni ġeoloġika preċiża tal-lavanja li hemm f’dik iż-żona. Iż-żona tibda fid-direzzjoni tax-xmara mal-irqajja' 256/112, 2571/118, 2581/119, 2398/0, 2395/3, 2393/0 u tispiċċa fid-direzzjoni tax-xmara bir-roqgħa art 2222/1.

Il-prodotti bit-tikketta tad-DOP “Uhlen Laubach” jistgħu jiġu prodotti fiż-żona tad-DOP irreġistrata “Mosel” (bin-numru tar-reġistrazzjoni DOP-DE-A1270). Iż-żona ddefinita hi koperta mid-DOP “Mosel”. Il-pjantaġġuni ta’ Uhlen Laubach jkopru żona ta’ 13,83 ha.

7.   Varjetajiet ewlenin tal-għeneb tal-inbid

Weisser Riesling – Riesling, Riesling renano, Rheinriesling, u Klingelberger

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-vinji ta’ Uhlen Laubach jinsabu fil-pajsaġġ imtarraġ tal-Mosel tan-naħa t’isfel. L-istrutturi mtarrġa ta’ Uhlen Laubach huma rranġati f’konfigurazzjoni tradizzjonali b’orjentazzjoni lejn il-Lbiċ u jinsabu f’altitudni ta’ bejn madwar 75 m u 210 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. It-temperatura medja ta’ 11,6 °C tul dawn l-aħħar ħames snin kienet relattivament għolja, kif mistenni f’altitudni baxxa bħal din. Il-livelli baxxi ta’ preċipitazzjoni (madwar 620 mm) u l-għadd kbir ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx (1 922) joħolqu mikroklima li hija pjuttost differenti miż-żoni l-oħra tad-DOP “Mosel” u b’mod partikolari hija responsabbli għall-maturità partikolari tal-għeneb (qawwa alkoħolika potenzjali għolja b’aċidità baxxa u fenoli maturi). Jingħad li l-inbejjed huma espressivi ħafna u għandhom togħma mimlija ħafna. Il-kundizzjonijiet ġeografiċi partikolari tar-reġjun ta’ Uhlen Laubach jgħinu biex l-għeneb jikseb il-maturità fiżjoloġika u jsawru t-togħma individwali tal-inbejjed li jiġu prodotti hemmhekk. Fl-iskeda taż-żmien ġeoloġika, Uhlen Laubach jaqa’ taħt is-sistema Devonjana tas-serje Devonjana Inferjuri. B’mod aktar speċifiku, iż-żona tikkonsisti f’sedimenti mis-sublivell ta’ Oberems/Laubach u s-saff ta’ Laubach u s-sublivell ta’ Lahnstein u s-saff ta’ Hohenrhein.

Il-kontenut għoli ta’ ġir tal-lavanja misjub fiż-żona jindika li qiegħ il-baħar huwa dejjem aktar ċatt. B’fond minn 10 sa 20 metru, il-baħar tropikali oriġinarjament kellu biżżejjed ossiġnu biex ikunu jistgħu jikbru l-qroll u l-maskli li issa jinsabu fil-lavanja. Il-ħamrija mimlija blat esposta għall-kundizzjonijiet tat-temp li tirriżulta hija regosol magħmul minn diversi lavanji, il-parti l-kbira minnhom bi preżenza ta' ħama. Il-kontenut ta’ ġir fil-ħamrija huwa ferm ogħla miż-żoni ġirien tad-DOP, jiġiferi anke l-pH tal-ħamrija huwa ogħla (7,5 meta mqabbel ma’ 6,0 fiż-żoni ġirien). Il-partikoli individwali tal-ħamrija jinżammu flimkien fil-parti l-kbira bil-karbonati. Il-fatt li l-ħamrija fiha relattivament ftit partikoli tat-tafal iżda għandha livell għoli ta’ ġebel (aktar minn 50 %) ifisser li din hi ventilata sas-saffi aktar baxxi tagħha. Dan, flimkien ma’ kontenut għoli ta’ ġir u l-mikrofawna u l-mikroflora speċifiċi, b’mod partikolari, jfisser li l-inbejjed ta’ dan ir-reġjun għandhom karatteristiċi organolettiċi differenti ħafna minn dawk prodotti fiż-żoni ġirien tad-DOP. Ħafna drabi l-inbejjed Uhlen Laubach għandhom aroma kemxejn affumikata. It-togħma tagħhom normalment jingħad li hija mimlija, ratba, ħafifa u bellusija. Dawn huma ferm aktar kremużi mill-inbejjed taż-żoni ġirien tad-DOP. B’mod ġenerali dawn ikunu lesti għall-konsum wara perjodu qasir ħafna ta’ maturazzjoni. L-influwenza tal-bniedem hija bbażata fuq tradizzjoni ta’ produzzjoni tal-inbid li tmur lura għal eluf ta’ snin. L-arti tat-tħawwil tal-vinji fi strutturi mtarrġin appoġġati minn ħitan tal-ġebel niexef tmur lura għal żmien ir-Rumani. Fis-sena 380 AD, il-poeta Ruman, Ausonius, iddeskriva lil dan il-bini bħala “anfiteatri”. Is-sejba ta’ flus Rumani fl-istrutturi mtarrġin li probabbilment kienu maħsuba għall-offerti, hija prova oħra ta’ din il-prattika. L-inbid ilu jiġi prodott fiż-żona minn dak iż-żmien. Tul is-sekli, il-kwalità tal-produzzjoni kompliet tiġi mtejba permezz tal-iżvilupp ta’ varjetajiet ġodda tal-għeneb (il-varjetà Riesling mill-bidu tas-seklu 19) u modi ġodda ta’ kultivazzjoni (f’arbuxelli, mal-lasti jew mal-ħbula). F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni ambjentali wasslet għal użu dejjem anqas ta’ fertilizzanti minerali solubbli ħafna. B’riżultat ta’ dan, il-popolazzjonijiet ta’ mikroflora u mikrofawna naturali reġgħu lura fil-ħamrija, u dan wassal biex isir aktar assorbiment ta’ nutrijenti, kif ukoll biex isiru aktar proċessi ta’ skambju ta’ katonji bħala riżultat tal-inkorporazzjoni ta’ molekuli kumplessi li jinteraġixxu b’mod simbjotiku mal-mikrobi li jinsabu fix-xniexel. Dawn il-mikrobi jistgħu jintużaw bħala trażmettituri bejn is-sustanzi organiċi u l-minerali speċifiċi li jinsabu fil-ħamrija, u b’hekk jagħmlu t-togħma tal-inbid saħansitra aktar unika.

Ir-relazzjoni deskritta hawn fuq tapplika bl-istess mod għall-inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Qafas legali:

Leġislazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-informazzjoni li għandha tingħata dwar it-tikketti u l-ippakkjar hija ddefinita mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u fl-Istat Federali tar-Rheinland-Pfalz. Qabel ma t-termini tradizzjonali assoċjati ma’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini jkunu jistgħu jintużaw fuq it-tikketta tiegħu, l-inbid irid ikun għadda minn spezzjoni uffiċjali. L-inbejjed li ssodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dik l-ispezzjoni uffiċjali biss jingħataw numru uffiċjali tal-ispezzjoni magħmul minn bosta ċifri li jindikaw l-awtorità tal-ispezzjoni, in-numru tal-azjenda, l-għadd ta’ nbejjed imressqa għall-ispezzjoni u s-sena meta tressqu jew meta nħareġ in-numru tal-ispezzjoni. In-numru tal-ispezzjoni għandu jiġi indikat fuq it-tikketta. It-termini tradizzjonali “Qualitätswein”, “Prädikatswein” u “Sekt b.A.” huma assoċjati mad-denominazzjoni ta’ oriġini u jistgħu jissostitwixxu d-denominazzjoni “DOP”.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/32

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 349/15)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

“UHLEN ROTH LAY”

DOP-DE-02083-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 6.7.2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Karatteristiċi analitiċi u/jew organolettiċi

Il-karatteristiċi analitiċi għandhom jikkorrispondu mar-rekwiżiti legali fil-Ġermanja.

Żball fl-abbozzar

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem il-prodott

Uhlen Roth Lay

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid ta’ kwalità

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fil-pjantaġġuni ta’ Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodotti tad-dwieli, u kull tip għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma ddefiniti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkunu ħjiliet ta’ tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista’ tinxtamm aroma delikata ta’ vjoli mħallta ma’ għud is-sus.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima:

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) (Auslese)

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fil-pjantaġġuni ta’ Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodotti tad-dwieli, u kull tip għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma ddefiniti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkunu ħjiliet ta’ tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista’ tinxtamm aroma delikata ta’ vjoli mħallta ma’ għud is-sus. Il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa sottostanti li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima:

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) (Beerenauslese, Trockenbeerenauslese u Eiswein)

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fil-pjantaġġuni ta’ Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodotti tad-dwieli, u kull tip għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma ddefiniti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkunu ħjiliet ta’ tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista’ tinxtamm aroma delikata ta’ vjoli mħallta ma’ għud is-sus. Il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa sottostanti li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese, u aktar kremuża fl-inbejjed Beerenauslese, u jista’ jkollha wkoll ħjiel ta’ għasel. Dawn l-aspetti tat-togħmiet tal-inbejjed huma aktar evidenti fl-inbejjed Trockenbeerenauslese. Fil-każ tal-inbejjed Eiswein, il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq tinkludi aċidità pikkanti.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima:

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni ddefiniti)

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fil-pjantaġġuni ta’ Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodotti tad-dwieli, u kull tip għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma ddefiniti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkunu ħjiliet ta’ tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista’ tinxtamm aroma delikata ta’ vjoli mħallta ma’ għud is-sus. Fil-każ tal-inbejjed Sekt b.A., il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għall-inbejjed Prädikatswein hija qawwija u intensifikata bid-diossidu tal-karbonju użat fil-produzzjoni tal-inbid spumanti.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

13,5

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima:

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Dawn li ġejjin mhumiex permessi: sorbat tal-potassju, liżożima, dikarbonat tad-dimetil, elettrodijaliżi, dealkoħolizzazzjoni, skambjaturi ta’ katoni, konċentrazzjoni (krijokonċentrazzjoni, osmosi, kolonna ċentrifuga konikali), dolċifikazzjoni, laqx tal-ballut jew preparati.

Inbid ta’ kwalità

Prattika enoloġika speċifika

tal-anqas 88 ° Oechsle jew kontenut massimu ta’ aċidità (espress bħala aċidu tartariku) = 7,5 g/l

Sa 100 ° Oechsle u nbejjed imqawwija: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = “nofsu misjur” skont il-liġi tal-inbid.

Aktar minn 100 ° Oechsle: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = piż tal-most/3

Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein), issupplimentat minn: Auslese, Beerenauslese, Trockenbeerenauslese, u Eiswein

Prattika enoloġika speċifika

Inbid Auslese: tal-anqas 105 ° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 90 g/l

Beerenauslese: tal-anqas 130° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

Trockenbeerenauslese: tal-anqas 180 °Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 180 g/l

Eiswein: tal-anqas 130 °Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni ddefiniti)

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni tradizzjonali fil-flixkun

b.   Rendimenti massimi

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Uhlen Roth Lay hija parti mid-DOP “Mosel” (numru tar-reġistrazzjoni DOP-DE-A1270).

Il-vinji ta’ Uhlen Roth Lay jinsabu fiż-żoni ta’ Kobern u Winningen fid-distrett rurali ta’ Mayen-Koblenz fl-Istat Federali tar-Rheinland-Pfalz. Imsemmija għall-ogħla quċċata tal-foresta ’l fuq mill-vinji u għall-blat ħamrani, din il-parti tal-pjantaġġuni ta’ Uhlen minn dejjem kienet magħrufa bħala “Uhlen Roth Lay”. Iż-żona tibda bl-ewwel vinji fid-direzzjoni tax-xmara tal-wied ta’ Belltal – l-irqajja' Nri 262/54 u 156/53 – u tispiċċa fid-direzzjoni tax-xmara b’dawn l-irqajja' li ġejjin: Nri 6/1, 117/1 u 2394/3.

Il-prodotti bid-DOP “Uhlen Roth Lay” jistgħu jiġu prodotti fiż-żona reġistrata tad-DOP “Mosel” (Nru tar-reġistrazzjoni DOP-DE-A1270). Iż-żona demarkata tinsab fid-DOP Mosel.

Il-pjantaġġuni ta’ Uhlen Roth Lay jkopru żona ta’ 15,97 ha.

7.   Varjetà/varjetajiet ewlenin tal-għeneb tal-inbid

Weisser Riesling - Riesling, Riesling renano, Rheinriesling, u Klingelberger

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-vinji ta’ Uhlen Roth Lay jinsabu fil-pajsaġġ imtarraġ tal-Mosel tan-naħa t’isfel. L-istrutturi mtarrġa ta’ Uhlen Roth Lay huma mqassmin f’konfigurazzjoni tradizzjonali b’orjentazzjoni lejn in-Nofsinhar u jinsabu f’altitudni ta’ bejn madwar 75 m u 210 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. It-temperatura medja ta’ 11,6 °C tul dawn l-aħħar ħames snin kienet relattivament għolja, kif mistenni f’altitudni baxxa bħal din. Il-livelli baxxi ta’ xita (620 mm) u l-għadd kbir ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx (1 922) joħolqu mikroklima li hija pjuttost differenti miż-żoni l-oħra tad-DOP “Mosel” u b’mod partikolari hija responsabbli għall-maturità partikolari tal-għeneb (qawwa alkoħolika potenzjali għolja b’aċidità baxxa u fenoli maturi). Jingħad li l-inbejjed huma espressivi ħafna u għandhom togħma mimlija ħafna. Il-kundizzjonijiet ġeografiċi partikolari tar-reġjun ta’ Uhlen Roth Lay jgħinu biex l-għeneb jikseb il-maturità fiżjoloġika u jsawru t-togħma individwali tal-inbejjed li jiġu prodotti hemmhekk. Fl-iskeda taż-żmien ġeoloġika, Uhlen Roth Lay jaqa’ taħt is-sistema Devonjana tas-serje Devonjana Inferjuri. B’mod aktar speċifiku, iż-żona tikkonsisti f’sedimenti mis-sublivell ta’ Oberems/Laubach li fihom il-kwarzit Ems u l-parti l-antika tas-saffi ta’ Hohenrhein. Il-blat għandu kontenut għoli ħafna ta’ manjeżju, aluminju u, b’mod partikolari, ħadid. Xi blat jikkonsisti f’8 % ossidi tal-ħadid magħluqa f’globuli żgħar daqs 0,25 mm bejn il-frak tar-ramel. Il-biċċiet individwali jinżammu flimkien bis-silika, li hija dik li tagħmel il-blat iebes ħafna. Il-ħamrija mimlija blat esposta għall-kundizzjonijiet tat-temp li tirriżulta hija regosol magħmul minn diversi lavanji, ħafna minnhom xaħxija u ramlija. Il-pH tal-ħamrija huwa aktar baxx miż-żoni ġirien tad-DOP (madwar 6,0 meta mqabblin ma’ 7,5 fiż-żoni ġirien). Il-fatt li l-ħamrija fiha relattivament ftit partikoli tat-tafal iżda għandha livell għoli ta’ ġebel (aktar minn 50 %) ifisser li din hi ventilata sas-saffi aktar baxxi tagħha. Dan flimkien mal-mikrofawna u l-mikroflora speċifiċi jimplikaw li l-inbejjed ta’ dan ir-reġjun għandhom proprjetajiet organolettiċi differenti ħafna minn dawk prodotti fiż-żoni ġirien tad-DOP. Ħafna nbejjed Uhlen Roth Lay għandhom karattru rfinut sew. Minkejja li ħafna drabi jkunu magħluqin ħafna, l-inbejjed li jkunu għadhom ma mmaturawx għandhom potenzjal enormi fejn tidħol il-maturazzjoni. L-influwenza tal-bniedem hija bbażata fuq tradizzjoni ta’ produzzjoni tal-inbid li tmur lura għal eluf ta’ snin. L-arti tat-tħawwil tal-vinji fi strutturi mtarrġin appoġġati minn ħitan tal-ġebel niexef tmur lura għal żmien ir-Rumani. Fis-sena 380 AD, il-poeta Ruman, Ausonius, iddeskriva lil dan il-bini bħala “anfiteatri”. Is-sejba ta’ flus Rumani fl-istrutturi mtarrġin, li probabbilment kienu maħsuba għall-offerti, hija prova oħra ta’ din il-prattika. L-inbid ilu jiġi prodott fiż-żona minn dak iż-żmien. Tul is-sekli, il-kwalità tal-produzzjoni kompliet tittejjeb permezz tal-iżvilupp ta’ varjetajiet ġodda tal-għeneb (il-varjetà Riesling mill-bidu tas-seklu 19) u modi ġodda ta’ kultivazzjoni (f’arbuxelli, mal-lasti jew mal-ħbula). F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni ambjentali wasslet għal użu dejjem anqas ta’ fertilizzanti minerali solubbli ħafna. B’riżultat ta’ dan, il-popolazzjonijiet ta’ mikroflora u mikrofawna naturali reġgħu lura fil-ħamrija, u dan wassal għal aktar assorbiment ta’ nutrijenti, kif ukoll biex isiru aktar proċessi ta’ skambju ta’ katonji bħala riżultat tal-inkorporazzjoni ta’ molekuli kumplessi li jinteraġixxu b’mod simbjotiku mal-mikrobi li jinsabu fix-xniexel. Dawn il-mikrobi jistgħu jintużaw bħala trażmettituri bejn is-sustanzi organiċi u l-minerali speċifiċi li jinsabu fil-ħamrija, u b’hekk jagħmlu t-togħma tal-inbid saħansitra aktar unika.

Ir-relazzjoni deskritta hawn fuq tapplika bl-istess mod għall-inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni ddefiniti.