ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 339

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
12 ta' Ottubru 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 339/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 339/02

Kawża C-325/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Conseil national des centres commerciaux vs Premier ministre, Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance, Ministre de la cohésion des territoires et des relations avec les collectivités territoriales

2

2020/C 339/03

Kawża C-333/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Berlin Chemie A. Menarini SRL vs Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii Bucureşti – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

2

2020/C 339/04

Kawża C-337/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-23 ta’ Lulju 2020 – DM, LR vs Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) Alpes-Provence

3

2020/C 339/05

Kawża C-340/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-24 ta’ Lulju 2020 – Bank Sepah vs Overseas Financial Limited, Oaktree Finance Limited

4

2020/C 339/06

Kawża C-341/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Taljana

4

2020/C 339/07

Kawża C-342/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-23 ta’ Lulju 2020 – A SCPI

6

2020/C 339/08

Kawża C-344/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fis-27 ta’ Lulju 2020 – L.F. vs S.C.R.L.

6

2020/C 339/09

Kawża C-347/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja) fit-28 ta’ Lulju 2020 – SIA Zinātnes parks vs Finanšu ministrija

7

2020/C 339/10

Kawża C-353/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi (il-Belġju) fil-31 ta’ Lulju 2020 – Skeyes vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

8

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 339/11

Kawża T-758/14 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni Ewropea (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-karti b’ċirkwit integrat – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Ġurisdizzjoni sħiħa – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Teħid inkunsiderazzjoni tal-parteċipazzjoni unikament f’parti minn netwerk ta’ kuntatti bilaterali bejn kompetituri)

10

2020/C 339/12

Kawża T-429/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – BRF u SHB Comercio e Industria de Alimentos vs Il-Kummissjoni (Saħħa pubblika – Regoli speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem – Emenda tal-lista ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ oriġini annimali, fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti li jinsabu fil-Brażil – Artikolu 12(4)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 – Komitoloġija – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Setgħat tal-Kummissjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità)

11

2020/C 339/13

Kawża T-490/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Neda Industrial Group vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u organi li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ liġi – Żball ta’ evalwazzjoni – Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament)

11

2020/C 339/14

Kawża T-661/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Securitec vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Manutenzjoni ta’ installazzjonijiet ta’ sigurtà fil-binjiet okkupati u/jew ġestiti mill-Kummissjoni fil-Belġju u fil-Lussemburgu – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Kriterji ta’ selezzjoni – Illegalità ta’ klawżola tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt – Ugwaljanza fit-trattament)

12

2020/C 339/15

Kawża T-748/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Glimarpol vs EUIPO – Metar (Għodda Pnewmatika) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għodda pnewmatika – Disinn preċedenti – Prova tal-iżvelar – Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Raġuni għal invalidità – Karattru individwali – Impressjoni globali differenti – Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002)

13

2020/C 339/16

Kawża T-38/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (FAEGA u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità – Tolleranza u klemenza fil-qasam tas-sanzjonijiet – Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa – Evalwazzjoni tad-dannu finanzjarju għall-Unjoni – Proporzjonalità – Aspettattivi leġittimi)

14

2020/C 339/17

Kawża T-138/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – WH vs EUIPO (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2018 – Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni – Rikors għal annullament – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Artikoli 76 u 78(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Tqabbil tal-merti)

14

2020/C 339/18

Kawża T-186/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Zubedi vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni)

15

2020/C 339/19

Kawża T-305/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Welmax + vs EUIPO – Valmex Medical Imaging (welmax) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali welmax – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti valmex – Terminu ta’ appell quddiem il-Bord tal-Appell – Tardività – Bidu tad-dekorrenza – Komunikazzjoni – Prova ta’ korrispondenza permezz ta’ posta rreġistrata – Komunikazzjoni permezz tal-posta elettronika – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-appell fit-terminu previst – Appell meqjus li ma tressaqx – Portata tat-talbiet għal regolarizzazzjoni – Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikoli 23 u 56 sa 58 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625)

16

2020/C 339/20

Kawża T-533/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Lulju 2020 – Artur Florêncio & Filhos, Affsports vs EUIPO – Anadeco Gestion (sflooring) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea sflooring – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti T-FLOORING – Prova ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

16

2020/C 339/21

Kawża T-605/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – EP vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura ta’ promozzjoni 2018 – Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eżami komparattiv tal-merti)

17

2020/C 339/22

Kawża T-659/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – FF Group Romania vs EUIPO – KiK Textilien und Non-Food (_kix) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea_kix – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti kik – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001”)

18

2020/C 339/23

Kawża T-686/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Euroapotheca vs EUIPO – General Nutrition Investment (GNC LIVE WELL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GNC LIVE WELL – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu serju tat-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001))

18

2020/C 339/24

Kawża T-696/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Teva Pharmaceutical Industries vs EUIPO (Moins de migraine pour vivre mieux) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Moins de migraine pour vivre mieux – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

19

2020/C 339/25

Kawża T-697/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Teva Pharmaceutical Industries vs EUIPO (Weniger Migräne. Mehr vom Leben.) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Weniger Migräne. Mehr vom Leben. – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

20

2020/C 339/26

Kawża T-800/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Austria Tabak vs EUIPO – Mignot & De Block (AIR) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali AIR – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 – Bidla tal-karattru distintiv)

20

2020/C 339/27

Kawża T-347/19 u T-348/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Falqui u Poggiolini vs Il-Parlament (“Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Statut uniku tad-deputat Ewropew – Deputati Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani – Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet – Emenda tal-ammont tal-pensjonijiet – Rikorsi manifestament inammissibbli)

21

2020/C 339/28

Kawżi magħquda T-395/19, T-396/19, T-405/19, T-408/19, T-419/19, T-423/19, T-424/19, T-428/19, T-433/19, T-437/19, T-443/19, T-455/19, T-458/19 sa T-462/19, T-464/19, T-469/19 u T-477/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Tognoli et vs Il-Parlament (Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Statut uniku tad-deputat Ewropew – Deputati Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani – Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet – Emenda tal-ammont tal-pensjonijiet – Rikorsi manifestament inammissibbli)

22

2020/C 339/29

Kawża T-470/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2020 – DD vs FRA

22

2020/C 339/30

Kawża T-498/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2020 – Diego vs EUIPO — Forbo Financial Services (WOOD STEP LAMINATE FLOORING)

24

2020/C 339/31

Kawża T-514/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2020 – Uno vs Il-Kummissjoni

25

2020/C 339/32

Kawża T-516/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2020 – Mandelay vs EUIPO – Qx World (QUEST 9)

25

2020/C 339/33

Kawża T-517/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2020 – VF International vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)

26

2020/C 339/34

Kawża T-518/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2020 – VF International vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)

27

2020/C 339/35

Kawża T-523/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2020 – Setarcos Consulting vs EUIPO (Blockchain Island)

28

2020/C 339/36

Kawża T-526/20: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2020 – Devin vs EUIPO – Haskovo Chamber of Commerce and Industry (DEVIN)

28

2020/C 339/37

Kawża T-528/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2020 – Kočner vs Europol

29

2020/C 339/38

Kawża T-529/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2020 – LR vs BEI

30

2020/C 339/39

Kawża T-531/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2020 – Wolf Oil vs EUIPO – Rolf Lubricants (ROLF)

31

2020/C 339/40

Kawża T-542/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2020 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Pfizer (RUXIMBLIS)

32


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 339/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 329, 5.10.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 320, 28.9.2020

ĠU C 313, 21.9.2020

ĠU C 304, 14.9.2020

ĠU C 297, 7.9.2020

ĠU C 287, 31.8.2020

ĠU C 279, 24.8.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Conseil national des centres commerciaux vs Premier ministre, Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance, Ministre de la cohésion des territoires et des relations avec les collectivités territoriales

(Kawża C-325/20)

(2020/C 339/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Conseil national des centres commerciaux

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance, Ministre de la cohésion des territoires et des relations avec les collectivités territoriales

Domanda preliminari

L-Artikolu 14(6) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-preżenza, fi ħdan korp kolleġġjali kompetenti biex jadotta opinjoni dwar liċenzja ta’ operat kummerċjali, ta’ persuna kkwalifikata li tirrappreżenta l-qafas ekonomiku, li r-rwol tagħha jkun limitat biex tippreżenta s-sitwazzjoni tal-qafas ekonomiku fiż-żona kummerċjali rilevanti u l-impatt tal-proġett fuq dan il-qafas ekonomiku, mingħajr ma tipparteċipa fil-vot dwar l-applikazzjoni għal liċenzja?


(1)  ĠU 2006, L 376, p. 36.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Berlin Chemie A. Menarini SRL vs Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii Bucureşti – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

(Kawża C-333/20)

(2020/C 339/03)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Berlin Chemie A. Menarini SRL

Konvenuta: Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii Bucureşti – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

Intervenjenti: Berlin Chemie AG

Domandi preliminari

1)

Sabiex tevalwa li impriża li tikkunsinna oġġetti fit-territorju ta’ Stat Membru li huwa differenti minn dak li fih tinsab l-attività ekonomika tagħha għandha, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal 15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), stabbiliment [wieħed] fiss fl-Istat li fih tikkunsinna l-oġġetti, huwa neċessarju li r-riżorsi umani u tekniċi użati mill-kumpannija fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat huma tagħha jew ikun biżżejjed li l-kumpannija jkollha aċċess immedjat u permanenti għal dawn ir-riżorsi umani u tekniċi permezz ta’ kumpannija oħra affiljata, li hija tikkontrolla u li tagħha għandha l-maġġoranza tal-azzjonijiet?

2)

Sabiex tevalwa li impriża li tikkunsinna oġġetti fit-territorju ta’ Stat Membru li huwa differenti minn dak li fih tinsab l-attività ekonomika tagħha għandha, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 u tal-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 , stabbiliment [wieħed] fiss fl-Istat li fih tikkunsinna l-oġġetti, huwa neċessarju li l-allegat stabbiliment fiss ikun involut direttament f’deċiżjonijiet relatati mal-provvista ta’ oġġetti jew ikun biżżejjed li l-kumpannija jkollha, fl-Istat fejn tipprovdi l-oġġetti, ir-riżorsi tekniċi u umani li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha permezz ta’ kuntratti ma’ kumpanniji terzi li jkollhom bħala l-għan tagħhom attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, regolatorji, ta’ reklamar, ta’ ħażna, ta’ rappreżentazzjoni, liema attivitajiet x’aktarx jinfluwenzaw direttament il-volum tal-bejgħ?

3)

Fl-interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 u tal-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 282/2011, il-possibbiltà għal persuna taxxabbli li jkollha aċċess immedjat u permanenti għar-riżorsi tekniċi u umani ta’ persuna taxxabbli oħra affiljata taħt il-kontroll tagħha teskludi l-possibbiltà li din l-aħħar kumpannija tkun affiljata bħala fornitur ta’ servizzi għall-istabbiliment fiss hekk stabbilit?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  ĠU 2011, L 77, p. 1.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-23 ta’ Lulju 2020 – DM, LR vs Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) Alpes-Provence

(Kawża C-337/20)

(2020/C 339/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DM, LR

Konvenuta: Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) Alpes-Provence

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 58 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jistabbilixxi, għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati jew eżegwiti skorrettament, sistema ta’ responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li teskludi kwalunkwe azzjoni għal responsabbiltà ċivili ta’ dritt nazzjonali bbażata, fir-rigward tal-istess fatti, fuq nuqqas minn dan il-fornitur li jikkonforma ruħu mal-obbligi imposti mid-dritt nazzjonali, b’mod partikolari fil-każ li l-utent ta’ servizz ta’ ħlas ma jkunx, fi żmien tlettax-il xahar mid-debitu, informa lill-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas li tranżazzjoni ta’ ħlas ma kinitx ġiet awtorizzata jew ġiet eżegwita skorrettament?

2)

F’każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-istess artikolu jipprekludi l-garanti tal-utent tas-servizz ta’ ħlas milli jinvoka, fir-rigward tal-istess fatti, ir-responsabbiltà ċivili tad-dritt nazzjonali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, benefiċjarju tal-garanzija, sabiex jikkontesta l-ammont tad-dejn iggarantit?


(1)  ĠU 2007, L 319, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009, L 187, p. 5.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-24 ta’ Lulju 2020 – Bank Sepah vs Overseas Financial Limited, Oaktree Finance Limited

(Kawża C-340/20)

(2020/C 339/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bank Sepah

Konvenuti: Overseas Financial Limited, Oaktree Finance Limited

Il-parti l-oħra: Procureur général près la Cour de cassation

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu (1)(h) u (j) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 (1), l-Artikolu 1(i) u (h) u l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 961/2010 (2) kif ukoll l-Artikolu (1)(k) u (j) u l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 (3) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprekludu li tiġi implimentata fir-rigward ta’ assi ffriżati, miżura li ma għandhiex effett ta’ ħruġ ta’ assi mill-patrimonju, bħal garanzija ġudizzjarja jew sekwestru kawtelatorju, li huma previsti mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Franċiż ta’ Eżekuzzjoni?

2)

Il-fatt li l-bażi tad-dejn li għandu jiġi rkuprat mingħand il-persuna jew l-entità li l-assi tagħha huma ffriżati ma huwiex relatat mal-programm nukleari u ballistiku Iranjan u huwa preċedenti għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1737 (2006) tat-23 ta’ Diċembru 2006 huwa rilevanti sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2008, L 335M, p. 969, rettifika fil-ĠU 2009, L 64M, p. 423).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1, rettifika fil-ĠU 2012, L 332, p. 31, fil-ĠU 2014, L 93, p. 85 u fil-ĠU 2019, L 297, p. 8).


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/4


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-341/20)

(2020/C 339/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Moro, A. Armenia, aġenti)

Konvenuta: ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi tat il-benefiċċju tal-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa għal karburanti użati minn dgħajjes għal użu privat jew għal divertiment, biss jekk dawn id-dgħajjes huma s-suġġett ta’ kuntratt ta’ noleġġ, irrispettivament mill-mod li bih dawn id-dgħajjes jiġu attwalment użati, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE (1)

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

L-Artikolu 14(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jeżentaw il-prodotti ta’ enerġija pprovduti għall-użu, bħala karburant jew kombustibbli għan-navigazzjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni, inkluż is-sajd, barra minn dgħajjes għal użu privat jew għal divertiment. Mid-definizzjoni ta’ dgħajsa privata għad-divertiment li tinsab fid-dispożizzjoni msemmija hawn fuq jirriżulta li l-eżenzjoni hija rriżervata għal dgħajjes tad-divertiment użati għall-provvista ta’ servizz bi ħlas, għal finijiet kummerċjali. Dan ikun il-każ kemm jekk l-utent huwa s-sid tad-dgħajsa jew jekk ikun il-kerrej jew ikun in-noleġġatur.

2.

Il-kunċett ta’ utent ġie ċċarat bis-sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2011, Haltergemeinschaft, C-250/10 (2), skont liema, fil-kuntest ta’ kiri jew noleġġ, l-utent li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-għoti jew ir-rifjut tal-eżenzjoni inkwistjoni huwa l-kerrej jew in-noleġġatur u mhux il-persuna li tagħti b’kera jew b’noleġġ. Minn din is-sentenza jirriżulta wkoll li, sabiex ikun hemm lok ta’ benefiċċju mill-eżenzjoni, mhux biżżejjed li n-noleġġ jiġi kkunsidrat bħala attività kummerċjali għall-persuna li tagħti b’noleġġ, billi dak li huwa importanti li jiġi vverifikat huwa l-użu li jsri min-noleġġatur tad-dgħajsa. Għalhekk huwa l-utent aħħari u l-użu aħħari tad-dgħajsa li huma relevanti u huwa dan l-użu li għandu jintuża “direttament għall-provvista ta’ servizzi bi ħlas” sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mid-dritt għal eżenzjoni, bħalma fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-13 ta’ Lulju 2017, Vakarų Baltijos laivų statykla, C 151/16 (3).

3.

Għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni inkwistjoni, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi analizzat fuq bażi ta’ każ b’każ x’inhu l-użu attwali tad-dgħajsa privata tad-divertiment.

4.

Issa, mill-analiżi tad-dispożizzjonijiet Taljani li japplikaw l-eżenzjoni inkwistjoni u mir-risposti għall-ittra ta’ notifika formali u għall-opinjoni motivata jirriżulta li r-rifjut jew l-għoti tal-eżenzjoni jseħħ indipendentement mill-użu effettiv tad-dgħajsa.

5.

F’dan ir-rikors, il-Kummissjoni tqis li fl-Italja l-applikazzjoni tal-eżenzjoni inkwistjoni tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE.

6.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni targumenta li l-awtoritajiet tat-taxxa Taljani ma jwettqux analiżi każ b’każ ta’ kif id-dgħajsa hija effettivament użata, għall-finijiet ta’ għoti jew rifjut tal-eżenzjoni. L-awtoritajiet Taljani jargumentaw fil-fatt li din l-evalwazzjoni titwettaq billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi ta’ leġiżlazzjoni settorjali li jkunu sempliċement intiżi sabiex jiffaċilitaw din l-evalwazzjoni, bħal jekk in-navigazzjoni hijiex permessa permezz ta’ kuntratt ta’ noleġġ tipiku jew kuntratt ta’ kiri jew ta’ noleġġ okkażjonali. L-awtoritajiet Taljani jsostnu, madankollu, li fil-każ ta’ noleġġ, l-eżenzjoni għandha fi kwalunkwe każ tingħata lil operaturi ekonomiċi li jipprovdu servizzi ta’ navigazzjoni marittima, filwaqt li dawk li jikru jew jinnoleġġaw b’mod okkażjonali għandhom jiġu esklużi mill-eżenzjoni. Billi jaffermaw mill-ġdid li l-għoti jew ir-rifjut tal-eżenzjoni għandu jseħħ fuq il-bażi tat-tip ta’ kuntratt konkluż u għalhekk b’mod astratt, l-awtoritajiet Taljani jikkonfermaw li ma jivverifikawx b’mod konkret jekk l-eżenzjoni hijiex mogħtija lil min huwa intitolat għaliha u miċħuda lil dawk li ma humiex intitolati għaliha.

7.

Minbarra n-noleġġ, fil-każ ta’ kiri u ta’ noleġġ okkażjonali, kull possibbiltà ta’ eżenzjoni hija għalhekk eskluża anke jekk, fir-realtà, id-dgħajsa tista’ tintuża mill-utent aħħari sabiex jiġu pprovduti servizzi direttament bi ħlas u l-fatt li l-persuna li tikri jew tinnoleġġja b’mod okkażjonali għandhiex il-ħsieb li twettaq hija stess attività ta’ navigazzjoni jew le huwa irrelevanti f’dan ir-rigward. In-noleġġ okkażjonali fil-fatt ma huwiex ikkunsidrat, fil-liġi Taljana, bħala użu kummerċjali possibbli tad-dgħajsa.

(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).

(2)  EU:C:2011:862, punt 22.

(3)  EU:C:2017:537, punti 29 u 30.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-23 ta’ Lulju 2020 – A SCPI

(Kawża C-342/20)

(2020/C 339/07)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A SCPI

Konvenuta: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domanda preliminari

L-Artikoli 49, 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jipprovdu li huma biss fondi miftuħa ta’ investiment barranin stabbiliti f’forma kuntrattwali li jistgħu jitqiesu li huma ekwivalenti għal fondi ta’ investiment Finlandiżi eżentati mit-taxxa fuq id-dħul, b’tali mod li fondi ta’ investiment barranin li l-forma legali tagħhom ma hijiex stabbilita b’kuntratt huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn fil-Finlandja, minkejja li ma hemm ebda differenza oġġettiva sinjifikattiva oħra bejnhom u l-fondi ta’ investiment Finlandiżi?


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fis-27 ta’ Lulju 2020 – L.F. vs S.C.R.L.

(Kawża C-344/20)

(2020/C 339/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L.F.

Konvenuta: S.C.R.L.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-reliġjon u t-twemmin huma żewġ aspetti tal-istess kriterju protett jew, bil-kontra, fis-sens li r-reliġjon u t-twemmin jifformaw kriterji distinti billi, minn naħa, dak tar-reliġjon, jinkludi t-twemmin li huwa marbut miegħu u, min-naħa l-oħra, dak tat-twemmin ikun liema jkun?

2)

Fil-possibbiltà fejn l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-reliġjon u t-twemmin huma żewġ aspetti tal-istess kriterju protett, dan jostakola li, fuq il-bażi tal-Artikolu 8 tal-istess direttiva u sabiex tipprevjeni tnaqqis tal-livell ta’ protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni, il-qorti nazzjonali tkompli tinterpreta regola tad-dritt intern bħala dik tal-Artikolu 4(4) tal-Liġi tal-10.5.2007 intiża li tiġġieled kontra ċerti forom ta’ diskriminazzjoni, fis-sens li t-twemmin reliġjuż, filosofiku u politiku jikkostitwixxu kriterji protetti distinti?

3)

L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/78 jista’ jiġi interpretat fis-sens li r-regola inkluża fir-regolament tax-xogħol ta’ impriża li tipprojbixxi lill-ħaddiema milli “jimmanifestaw bi kwalunkwe mod, la bi kliem, u lanqas b’ilbies, la b’mod ieħor, it-twemmin reliġjuż, filosofiku jew politiku tagħhom, ikunu liema jkunu” tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta, meta l-implimentazzjoni konkreta ta’ din ir-regola interna turi li:

a)

ħaddiema li tixtieq teżerċita l-libertà ta’ reliġjon tagħha permezz ta’ sinjal viżibbli (b’konnotazzjonijiet), f’dan il-każ velu, hija ttrattata b’mod inqas favorevoli minn ħaddiem ieħor li ma jaderixxi ma’ ebda reliġjon, ma għandu ebda twemmin filosofiku u ebda lealtà politika u li, minħabba dan il-fatt, ma għandu ebda bżonn li juri kwalunkwe sinjal politiku, filosofiku jew reliġjuż?

b)

ħaddiema li tixtieq teżerċita l-libertà ta’ reliġjon tagħha permezz ta’ sinjal viżibbli (b’konnotazzjonijiet), f’dan il-każ velu, hija ttrattata b’mod inqas favorevoli minn ħaddiem ieħor li għandu kwalunkwe twemmin filosofiku jew politiku, iżda li l-bżonn li juri dan pubblikament permezz ta’ sinjal (b’konnotazzjonijiet) huwa inqas, jew saħansitra ineżistenti?

c)

ħaddiema li tixtieq teżerċita l-libertà ta’ reliġjon tagħha permezz ta’ sinjal viżibbli (b’konnotazzjonijiet), f’dan il-każ velu, hija ttrattata b’mod inqas favorevoli minn ħaddiem ieħor li jaderixxi ma’ reliġjon oħra, jew saħansitra l-istess waħda, iżda li l-bżonn li juri dan pubblikament permezz ta’ sinjal (b’konnotazzjonijiet) huwa inqas, jekk mhux ineżistenti?

d)

jekk wieħed jitlaq mill-konstatazzjoni li twemmin ma għandux neċessarjament natura reliġjuża, filosofika jew politika u li huwa jista’ tkun ta’ tip ieħor (artistiku, estetiku, sportiv, musikali,…), ħaddiema li tixtieq teżerċita l-libertà tagħha ta’ reliġjon permezz ta’ sinjal viżibbli (b’konnotazzjonijiet), f’dan il-każ velu, hija ttrattata b’mod inqas favorevoli minn ħaddiem ieħor li għandu twemmin ieħor differenti minn dak reliġjuż, filosofiku jew politiku, u li jurih bl-ilbies?

e)

jekk wieħed jitlaq mill-prinċipju li l-aspett negattiv tal-libertà li wieħed juri t-twemmin tiegħu jfisser ukoll li l-individwu ma jistax jiġi obbligat juri l-appartenenza tiegħu jew it-twemmin reliġjuż tiegħu, ħaddiema li tixtieq teżerċita l-libertà ta’ reliġjon tagħha billi tilbes velu li ma huwiex fih innifsu simbolu ineqwivoku ta’ din ir-reliġjon, peress li ħaddiema oħra tista’ tagħżel li tilbsu għal raġunijiet estetiċi, kulturali jew anki għal raġuni ta’ saħħa u li ma huwiex neċessarjament distint minn sempliċi bandana, hija ttrattata b’mod inqas favorevoli minn ħaddiem ieħor li juri bi kliem it-twemmin tiegħu reliġjuż, filosofiku jew politiku, peress li għall-ħaddiema li tilbes il-velu dan jimplika ksur iktar fundamentali tal-libertà ta’ reliġjon abbażi tal-Artikolu 9(1) tal-KEDB, peress li, ħlief fil-każ li l-preġudizzji jkunu prevalenti, is-sinifikat reliġjuż permezz ta’ velu ma huwiex ċar u jista’, ħafna drabi, jintwera biss jekk il-persuna li tilbsu tkun obbligata turi l-motivazzjoni tagħha lill-persuna li timpjegaha?

f)

il-ħaddiema li tixtieq teżerċita l-libertà ta’ reliġjon tagħha permezz ta’ sinjal viżibbli (b’konnotazzjonijiet), f’dan il-każ velu, hija ttrattata b’mod inqas favorevoli minn ħaddiem ieħor tal-istess twemmin li jagħżel li jurih billi jkollu daqna (okkorrenza li ma hijiex manifestament ipprojbita mir-regola interna, bil-kontra għal manifestazzjoni bl-ilbies)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja) fit-28 ta’ Lulju 2020 – SIA Zinātnes parks vs Finanšu ministrija

(Kawża C-347/20)

(2020/C 339/09)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA Zinātnes parks

Konvenut: Finanšu ministrija

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “kapital azzjonarju sottoskritt” previst fl-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (1), flimkien ma dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni dwar l-attività tal-kumpanniji, għandu jiġi interpretat fis-sens li bħala bażi għad-determinazzjoni tal-kapital azzjonarju sottoskritt għandha tittieħed biss inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li tkun saret pubblika skont il-forom previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ kull Stat Membru, u meqjus il-fatt li, għaldaqstant, tali informazzjoni għandha titqies li hija valida biss minn dak il-mument?

2)

Fl-evalwazzjoni tal-kunċett ta’ “impriża f’diffikultà” previst fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, għandha tingħata importanza lir-rekwiżiti, stabbiliti fil-kuntest tal-proċess ta’ għażla ta’ proġetti għal fondi Ewropej, dwar liema dokumenti għandhom jiġu prodotti sabiex tiġi pprovata s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża inkwistjoni?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun waħda affermattiva, leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-għażla ta’ proġetti li tistabbilixxi li l-applikazzjonijiet għal proġetti ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ kjarifiki wara li jiġu ppreżentati hija kompatibbli mal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni previsti fl-Artikolu 125(3)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (2)?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 320.

(2)  ĠU 2013, L 347, p. 320.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi (il-Belġju) fil-31 ta’ Lulju 2020 – Skeyes vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

(Kawża C-353/20)

(2020/C 339/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skeyes

Konvenuta: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament Nru 550/2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri li jevitaw li jiġu mistħarrġa mill-qrati tagħhom in-nuqqasijiet allegati inkonnessjoni mal-obbligu ta’ provvista ta’ servizzi mill-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jew id-dispożizzjonijiet tar-regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jobbligaw lill-Istati Membri jipprovdu rimedju effettiv kontra n-nuqqasijiet allegati b’kont meħud tan-natura tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti?

2)

Ir-Regolament Nru 550/2004, sa fejn jispeċifika li: “Il-forniment ta’ servizzi ta’ traffiku ta’ l-ajru, kif ipprevedut minn dan ir-Regolament, huwa konness ma’ l-eżerċizzju tal-poteri (setgħat) ta’ awtorita pubblika, li m’humiex ta’ natura ekonomika li tiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni tat-Trattat”, għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi mhux biss ir-regoli tal-kompetizzjoni fil-veru sens tal-kelma iżda wkoll ir-regola l-oħra applikabbli għall-impriżi pubbliċi attivi fis-suq tal-oġġetti u tas-servizzi, li għandhom effett indirett fuq il-kompetizzjoni, bħal dawk li jipprojbixxu l-ostakoli għal-libertà ta’ intrapriża u ta’ provvista ta’ servizzi?


(1)  Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 31).


Il-Qorti Ġenerali

12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-758/14 RENV) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karti b’ċirkwit integrat - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ġurisdizzjoni sħiħa - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tal-parteċipazzjoni unikament f’parti minn netwerk ta’ kuntatti bilaterali bejn kompetituri”)

(2020/C 339/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infineon Technologies AG (Neubiberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Dreher, T. Lübbig u M. Klusmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, A. Dawes u J. Norris, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6250 finali, tat-3 ta’ Settembru 2014, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża AT.39574 – Karti b’ċirkwit integrat), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Infineon Technologies mill-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6250 finali, tat-3 ta’ Settembru 2014, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża AT.39574 – Karti b’ċirkwit integrat), huwa ta’ EUR 76 871 600.

2)

Infineon Technologies u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-758/14, dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura ta’ appell fil-Kawża C-99/17 P u dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura ta’ rinviju.


(1)  ĠU C 107, 30.3.2015.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – BRF u SHB Comercio e Industria de Alimentos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/18) (1)

(Saħħa pubblika - Regoli speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem - Emenda tal-lista ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ oriġini annimali, fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti li jinsabu fil-Brażil - Artikolu 12(4)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 - Komitoloġija - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Setgħat tal-Kummissjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità)

(2020/C 339/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BRF SA (Itajaí, il-Brażil) u SHB Comércio e Indústria de Alimentos SA (Itajaí) (rappreżentanti: D. Arts u G. van Thuyne, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, B. Eggers u B. Hofstötter, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700 tat-8 ta’ Mejju 2018 li jemenda l-lista ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-annimali, rigward ċerti stabbilimenti mill-Brażil (ĠU 2018, L 118, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BRF SA u SHB Comércio e Indústria de Alimentos SA huma kkundannati għall-ispejjeż tal-Kummissjoni, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 341, 24.9.2018.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Neda Industrial Group vs Il-Kunsill

(Kawża T-490/18) (1)

(Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u organi li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ liġi - Żball ta’ evalwazzjoni - Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament)

(2020/C 339/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Neda Industrial Group (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: L. Vidal, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/833 tal-4 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2018, L 140, p. 87), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/827 tal-4 ta’ Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2018, L 140, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u min-naħa l-oħra, tal-ittra tas-6 ta’ Ġunju 2018 mibgħuta mill-Kunsill lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/833 tal-4 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/827 tal-4 ta’ Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Neda Industrial Group.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2018/833 huma miżmuma sa fejn jikkonċernaw lil Neda Industrial Group sakemm jieħu effett l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2018/827.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Securitec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-661/18) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Manutenzjoni ta’ installazzjonijiet ta’ sigurtà fil-binjiet okkupati u/jew ġestiti mill-Kummissjoni fil-Belġju u fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta’ selezzjoni - Illegalità ta’ klawżola tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2020/C 339/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Securitec (Livange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Peuvrel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Ilkova u A Katsimerou u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2018 li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti għal-lott Nru 4 tal-kuntratt li kien is-suġġett tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti ristretta HR/R1/PR/2017/059 u dwar il-“manutenzjoni tal-installazzjonijiet ta’ sigurtà fil-bini okkupat u/jew ġestit mill-Kummissjoni Ewropea fil-Belġju u fil-Lussemburgu” kif ukoll, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2018 li tirrifjuta li tipprovdi lir-rikorrenti l-ispeċifikazzjonijiet li hija kienet talbet fil-kuntest tal-istess proċedura tal-11 ta’ Settembru 2018.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Settembru 2018 li tiċħad l-offerta ppreżentata minn Securitec għal-lott Nru 4 tal-kuntratt li kien is-suġġett ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti ristretta HR/R1/PR/2017/059 u marbuta mal-“manutenzjoni tal-installazzjonijiet ta’ sigurtà fil-bini okkupat u/jew ġestit mill-Kummissjoni Ewropea fil-Belġju u fil-Lussemburgu” kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2018 li tirrifjuta li tipprovdi lil Securitec l-ispeċifikazzjonijiet li hija kienet talbet fil-kuntest tal-istess proċedura tal-11 ta’ Settembru 2018 huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ziegler SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Glimarpol vs EUIPO – Metar (Għodda Pnewmatika)

(Kawża T-748/18) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għodda pnewmatika - Disinn preċedenti - Prova tal-iżvelar - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002”)

(2020/C 339/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glimarpol sp. z o.o. (Bytom, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u H. O’Neill, aġenti)

Intervenjent, insostenn tal-konvenut: Metar sp. z o.o. (Gliwice, il-Polonja) (rappreżentanti: R. Skubisz u M. Mazurek, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 1615/2017-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Metar u Glimarpol.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Glimarpol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Metar sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 25.2.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/19) (1)

(“FAEGA u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità - Tolleranza u klemenza fil-qasam tas-sanzjonijiet - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Evalwazzjoni tad-dannu finanzjarju għall-Unjoni - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi”)

(2020/C 339/16)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa, J. Saraiva de Almeida u P. Estêvão, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rechena u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1841 tas-16 ta’ Novembru 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2018, L 298, p. 34).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 103, 18.3.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – WH vs EUIPO

(Kawża T-138/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2018 - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni - Rikors għal annullament - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Artikoli 76 u 78(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tqabbil tal-merti”)

(2020/C 339/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: WH (rappreżentant: E. Fontes Vila, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u K. Tóth, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2018 li permezz tagħha l-EUIPO stabbilixxa l-lista definittiva ta’ uffiċjali promossi fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni 2018 sa fejn din id-deċiżjoni ma inkludietx l-isem tar-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2018 li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tal-ħatra ċaħdet l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

WH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 29.4.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Zubedi vs Il-Kunsill

(Kawża T-186/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni”)

(2020/C 339/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Khaled Zubedi (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: M. Lester, QC, u M. O’Kane, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u A. Limonet, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 13) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 4) sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Khaled Zubedi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Welmax + vs EUIPO – Valmex Medical Imaging (welmax)

(Kawża T-305/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali welmax - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti valmex - Terminu ta’ appell quddiem il-Bord tal-Appell - Tardività - Bidu tad-dekorrenza - Komunikazzjoni - Prova ta’ korrispondenza permezz ta’ posta rreġistrata - Komunikazzjoni permezz tal-posta elettronika - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-appell fit-terminu previst - Appell meqjus li ma tressaqx - Portata tat-talbiet għal regolarizzazzjoni - Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikoli 23 u 56 sa 58 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)

(2020/C 339/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Welmax + sp. z o. o. sp.k. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentant: M. Machyński, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Valmex Medical Imaging GmbH (Augsburg, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2019 (Każ R 2245/2018-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Valmex Medical Imaging u Welmax +.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Welmax + sp. z o. o. sp.k. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 230, 8.7.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Lulju 2020 – Artur Florêncio & Filhos, Affsports vs EUIPO – Anadeco Gestion (sflooring)

(Kawża T-533/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea sflooring - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti T-FLOORING - Prova ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2020/C 339/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Artur Florêncio & Filhos, Affsports Lda (Sintra, il-Portugall) (rappreżentant: D. Martins Pereira Soares, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Anadeco Gestion, SA (Carthagène, Spanja) (rappreżentanti: J. Erdozain Lopez u J. Galan Lopez, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2019 (Każ R 1870/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Anadeco Gestion u Artur Florêncio & Filhos, Affsports.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Mejju 2019 (Każ R 1870/2018-4) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO u Anadeco Gestion, SA huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti minn Artur Florêncio & Filhos, Affsports Lda quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 312, 16.9.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – EP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-605/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ promozzjoni 2018 - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eżami komparattiv tal-merti”)

(2020/C 339/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: EP (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Lilamand u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2018 li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 9 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2018.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Novembru 2018 li EP ma jiġix promoss għall-grad AD 9 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2018 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – FF Group Romania vs EUIPO – KiK Textilien und Non-Food (_kix)

(Kawża T-659/19) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea_kix - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti kik - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001”)

(2020/C 339/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FF Group Roomania SRL (Bucarest, ir-Romanija) (rappreżentant: A. Căvescu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KiK Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Pechan, S. Körber u N. Fangmann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Lulju 2019 (Każ R 353/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn KiK Textilien und Non-Food u FF Group Romania.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FF Group Romania SRL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Euroapotheca vs EUIPO – General Nutrition Investment (GNC LIVE WELL)

(Kawża T-686/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GNC LIVE WELL - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu serju tat-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2020/C 339/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Euroapotheca UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentanti: R. Žabolienė u E. Saukalas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: General Nutrition Investment Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Rijsdijk, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2019 (Każ R 2189/2018-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Euroapotheca u General Nutrition Investment Company.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Euroapotheca UAB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Teva Pharmaceutical Industries vs EUIPO (Moins de migraine pour vivre mieux)

(Kawża T-696/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Moins de migraine pour vivre mieux - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 339/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Petach Tikva, l-Iżrael) (rappreżentanti: J. Bogatz u Y. Stone, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u V. Ruzek, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Awwissu 2019 (Każ R 778/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Moins de migraine pour vivre mieux bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Teva Pharmaceutical Industries Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Teva Pharmaceutical Industries vs EUIPO (Weniger Migräne. Mehr vom Leben.)

(Kawża T-697/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Weniger Migräne. Mehr vom Leben. - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 339/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Petach Tikva, l-Iżrael) (rappreżentanti: J. Bogatz u Y. Stone, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u V. Ruzek, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Awwissu 2019 (Każ R 779/2019-5), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Weniger Migräne. Mehr vom Leben. bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Teva Pharmaceutical Industries Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Austria Tabak vs EUIPO – Mignot & De Block (AIR)

(Kawża T-800/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali AIR - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 - Bidla tal-karattru distintiv”)

(2020/C 339/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Austria Tabak GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u R. Ahijón Lana, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mignot & De Block BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Körber, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Settembru 2019 (Każ R 1665/2018-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Mignot & De Block u Austria Tabak.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Austria Tabak GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Falqui u Poggiolini vs Il-Parlament

(Kawża T-347/19 u T-348/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Statut uniku tad-deputat Ewropew - Deputati Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani - Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet - Emenda tal-ammont tal-pensjonijiet - Rikorsi manifestament inammissibbli)

(2020/C 339/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Enrico Falqui (Firenze, l-Italja), Danilo Poggiolini (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sorrentino u A. Sandulli, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-noti tal-11 ta’ April 2019 stabbiliti, fil-każ ta’ kull wieħed mir-rikorrenti, mill-Kap tal-Unità “Remunerazzjoni u drittijiet soċjali tad-deputati” tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament u li jikkonċerna l-adattament tal-pensjonijiet li huma jibbenefikaw minnhom wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

Enrico Falqui u Danilo Poggiolini għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Tognoli et vs Il-Parlament

(Kawżi magħquda T-395/19, T-396/19, T-405/19, T-408/19, T-419/19, T-423/19, T-424/19, T-428/19, T-433/19, T-437/19, T-443/19, T-455/19, T-458/19 sa T-462/19, T-464/19, T-469/19 u T-477/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Statut uniku tad-deputat Ewropew - Deputati Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani - Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet - Emenda tal-ammont tal-pensjonijiet - Rikorsi manifestament inammissibbli”)

(2020/C 339/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Carlo Tognoli (Milano, l-Italja) u d-19 ir-rikorrent l-ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness tad-digriet (rappreżentant fil-Kawżi T-395/19, T-396/19, T-419/19, T-423/19, T-424/19, T-428/19, T-433/19, T-437/19, T-455/19, T-458/19 sa T-462/19, T-464/19, T-469/19 u T-477/19: M. Merola, avukat, rappreżentanti fil-Kawżi T-405/19, T-408/19 u T-443/19: M. Merola u L. Florio, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-noti tal-11 ta’ April 2019 stabbiliti, fil-każ ta’ kull wieħed mir-rikorrenti, mill-Kap tal-Unità “Remunerazzjoni u drittijiet soċjali tad-deputati” tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament u li jikkonċerna l-adattament tal-pensjonijiet li huma jibbenefikaw minnhom wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

Carlo Tognoli u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidhru fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/22


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2020 – DD vs FRA

(Kawża T-470/20)

(2020/C 339/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DD (rappreżentanti: A. Blot u L. Levi, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA tal-11 ta’ Novembru 2019 li tagħti s-sanzjoni dixxiplinari ta’ revoka, effettiva mill-15 ta’ Novembru 2019;

jekk hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA tal-15 ta’ April 2020, li waslet fl-istess jum, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-16 ta’ Diċembru 2019 kontra l-imsemmija deċiżjoni;

tikkumpensa d-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ sensieli ta’ motivi relatati ma’ kwistjonijiet ta’ mertu u ta’ proċedura, rispettivament, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Fuq il-mertu:

1.

L-ewwel motiv fuq il-mertu bbażat fuq żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Ksur tal-Artikolu 7(1) tad-dritt Awstrijak tad-drittijiet tal-awtur – Ksur tal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

2.

It-tieni motiv fuq il-mertu bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ diliġenza dovuta – Ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza – Oneru tal-prova – Realtà tal-fatti mhux ipprovata – Obbligu ta’ proporzjonalità fid-dikjarazzjonijiet magħmula.

3.

It-tielet motiv fuq il-mertu bbażat fuq nuqqas ta’ imparzjalità, newtralità u oġġettività tad-Direttur bħala Awtorità tal-Ħatra – Ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza – Użu ħażin ta’ poter.

4.

Ir-raba’ motiv fuq il-mertu bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

i. L-allegat ksur mir-rikorrent tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal huwa fattwalment infondat.

ii. L-allegat ksur mir-rikorrent tal-Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal huwa fattwalment infondat.

iii. L-allegat ksur mir-rikorrent tal-Artikolu 21 tar-Regolamenti tal-Persunal huwa fattwalment infondat.

Fir-rigward tal-proċedura, ir-rikorrent jilmenta dwar l-irregolaritajiet proċedurali li ġejjin:

1.

L-ewwel motiv proċedurali bbażat fuq il-fatt li l-ftuħ tal-investigazzjoni amministrattiva kien nieqes minn provi, anki dawk prima facie, u li l-proċeduri dixxiplinari nfetħu irregolarment.

2.

It-tieni motiv proċedurali bbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-mandat mill-persuna responsabbli għall-investigazzjoni – Huwa wkoll allegat il-ksur mill-konvenuta tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 7(6) tad-Deċiżjoni tal-FRA Nru 2013/01 (1), tal-Artikoli 4(1)(a), 4(1)(b), 4(1)(c), 4(1)(d) u 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1725 (2), u, qabel l-applikabbiltà tar-Regolament 2018/1725, tal-Artikoli 4(1)(a), 4(1)(b), 4(1)(c), 4(1)(d) u 5(1)(a) tar-Regolament (KE) 45/2001 (3) – Huwa wkoll allegat, barra minn hekk, il-ksur tal-effetti ta’ sentenza ta’ annullament.

3.

It-tielet motiv proċedurali bbażat fuq nuqqas ta’ imparzjalità, newtralità u oġġettività tal-persuna responsabbli għall-investigazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv proċedurali bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ – Huwa wkoll allegat il-ksur mill-konvenuta tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 12 tiegħu.

5.

Il-ħames motiv proċedurali bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura – Huwa wkoll allegat il-ksur mill-konvenuta tat-terminu raġonevoli u tal-Artikolu 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.

Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka, sussidjarjament, il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Deċiżjoni dwar it-Twettiq ta’ Inkjesti Amministrattivi u Proċeduri Dixxiplinari.

(2)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39).

(3)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102, rettifika fil-ĠU 2013, L 298, p. 50).


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/24


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2020 – Diego vs EUIPO — Forbo Financial Services (WOOD STEP LAMINATE FLOORING)

(Kawża T-498/20)

(2020/C 339/30)

Lingwa tar-rikors: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Diego Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (Dabas, l-Ungerija) (rappreżentant: P. Jalsovszky, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Forbo Financial Services AG (Baar, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “WOOD STEP LAMINATE FLOORING” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 675 802

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 1630/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonstata li ma hemmx probabbilta ta’ konfużjoni bejn it-trade marks STEP u WOOD STEP Laminate Flooring;

tordna lill-EUIPO jirreġistra t-trade mark kontenzjuża;

tordna lill-EUIPO jiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-parti li titlef għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 26(2) TFUE;

Ksur tal-Artikoli 34 u 35 TFUE.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/25


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2020 – Uno vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/20)

(2020/C 339/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Uno Organización Empresarial de Logística y Transporte (Coslada, Spanja) (rappreżentant: J. Piqueras Ruiz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2020) 3108 final, tal-14 ta’ Mejju 2020, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.50872 (2020/NN) – Kumpens lill-Correos għal obbligu ta’ servizz universali, 2011-2020; u b’konsegwenza ta’ dan,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk sostnuti fil-Kawża T-513/20, Asempre vs Il-Kummissjoni.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/25


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2020 – Mandelay vs EUIPO – Qx World (QUEST 9)

(Kawża T-516/20)

(2020/C 339/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mandelay Magyarország Kereskedelmi Kft. (Mandelay Kft.) (Szigetszentmiklós, l-Ungerija) (rappreżentanti: V. Luszcz, C. Sár u É. Ulviczki, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Qx World Kft. (Budapest, l-Ungerija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “QUEST 9” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 885 953

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 1900/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-proċedura kif ukoll fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;

fil-każ ta’ intervent, tikkundanna lill-intervenjent ibati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-proċedura kif ukoll fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali;

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/26


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2020 – VF International vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)

(Kawża T-517/20)

(2020/C 339/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. van Innis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: National Geographic Society (Washington, District of Columbia, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “NATIONAL GEOGRAPHIC” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 419 731

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 1665/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/27


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2020 – VF International vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)

(Kawża T-518/20)

(2020/C 339/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. van Innis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: National Geographic Society (Washington, District of Columbia, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “NATIONAL GEOGRAPHIC” bil-kuluri isfar u iswed – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 148 799

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 1664/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/28


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2020 – Setarcos Consulting vs EUIPO (Blockchain Island)

(Kawża T-523/20)

(2020/C 339/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Setarcos Consulting Ltd. (Sliema, Malta) (rappreżentant: S. Stafylakis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Blockchain Island” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 027 834

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2806/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż relatati mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/28


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2020 – Devin vs EUIPO – Haskovo Chamber of Commerce and Industry (DEVIN)

(Kawża T-526/20)

(2020/C 339/36)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Devin EAD (Devin, il-Bulgarija) (rappreżentanti: B. Van Asbroeck, G. de Villegas u C. Haine, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Haskovo Chamber of Commerce and Industry (Haskovo, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “DEVIN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 408 865

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 2535/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a), flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) u mal-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a), flimkien mal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a), flimkien mal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/29


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2020 – Kočner vs Europol

(Kawża T-528/20)

(2020/C 339/37)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrent: Marián Kočner (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: M. Mandzák u M. Para, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 100 000 jew

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Is-suġġett tar-rikors huwa talba skont l-Artikolu 268 TFUE għall-kumpens, abbażi responsabbiltà mhux kuntrattwali, għad-dannu sostnut mir-rikorrent bħala riżultat ta’ żewġ avvenimenti dannużi. Skont ir-rikorrent, l-ewwel avveniment dannuż jikkonsisti fl-ipproċessar, mill-konvenuta, ta’ data personali tar-rikorrent mingħajr il-kunsens ta’ qorti jew ta’ korp amministrattiv indipendenti permezz tal-kisba u l-estrazzjoni tad-data minn telefons ċellulari u permezz tal-iżvelar mhux awtorizzat tad-data minn ambjenti madwar il-konvenuta (l-avveniment dannuż numru 1). It-tieni avveniment dannuż allegatament jikkonsisti f’li l-konvenuta fasslet rapport uffiċjali li fih hija indikat li r-rikorrent jinsab imniżżel fl-hekk imsejħa “Listi tal-mafja” (“Mafiánsky zoznamy”).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-aġir illegali tal-konvenuta li jikkonsisti fl-iżvelar mhux awtorizzat ta’ data personali tar-rikorrent għad-dispożizzjoni tal-konvenuta, li għalih hija responsabbli l-konvenuta abbażi tal-Artikolu 38(7) tar-Regolament Nru 2016/794 (1). Fil-każ ta’ żvelar mhux awtorizzat ta’ data minn telefons ċellulari sigurizzati hemm ksur tad-drittijiet protetti permezz tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li, b’rabta kawżali mal-avveniment dannuż numru 1, kien hemm dannu mhux finanzjarju, li r-rikorrent jivvaluta għal EUR 50 000 fir-rigward tal-avveniment dannuż numru 1.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-klassifikazzjoni tar-rikorrent fl-hekk imsejħa “Listi tal-mafja” (“Mafiánsky zoznamy”), li ma huma rregolati minn ebda dispożizzjoni, la fil-livell tad-dritt tal-Unjoni u lanqas fid-dritt nazzjonali, la fir-Repubblika Slovakka u lanqas fi Stat Membru tal-Unjoni, u tali klassifikazzjoni tar-rikorrent hija ksur manifest f’termini ta’ pproċessar illegali tad-data personali. Dawn il-listi manifestament jiksru d-drittijiet protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. B’rabta kawżali mal-avveniment dannuż numru 2 seħħ dannu mhux finanzjarju li r-rikorrent jivvaluta għal EUR 50 000.


(1)  Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU 2016, L 135, p. 53).


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/30


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2020 – LR vs BEI

(Kawża T-529/20)

(2020/C 339/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: LR (rappreżentant Á. Gómez de la Cruz Pérez, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tad-9 ta’ Jannar 2020, li ċaħdet it-talba għal allokazzjoni għal sistemazzjoni ġdida tar-rikorrent għat-trasferiment tiegħu lejn il-post fejn jinstab iċ-ċentru tal-interessi tiegħu wara tmiem ir-relazzjoni kuntrattwali tax-xogħol tiegħu mal-konvenut, kif ukoll id-deċiżjoni tal-15 ta’ Mejju 2020 li tiċħad l-ilment amministrattiv tad-19 ta’ Frar 2020 imressaq mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-konvenut tad-9 ta’ Jannar 2020.

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-15 ta’ Mejju 2020 li ċaħdet it-talba tar-rikorrent tad-19 ta’ Frar 2020 intiża sabiex jiġi rikonoxxut lilu dritt għal allokazzjoni għal sistemazzjoni ġdida, fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja jirrikonoxxu dan id-dritt lir-rikorrenti fil-Kawża T-387/19, DF u DG vs BEI.

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-allokazzjoni għal sistemazzjoni ġdida miżjuda bl-interessi moratorji kkalkolati bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti, sal-ħlas integrali tal-allokazzjoni.

tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ liġi.

Ir-rikorrent jiddikjara f’dan ir-rigward li l-interpretazzjoni l-ġdida, sa mill-2017, tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 13(1) tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-BEI, hija vvizzjata minn żball manifest ta’ liġi u tmur kontra l-atti ta’ din l-istituzzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal.

Ir-rikorrent jiddikjara f’dan ir-rigward li l-interpretazzjoni l-ġdida tikkostitwixxi proċedura leġiżlattiva f’vesti differenti, adottata minn korp li ma għandux il-kompetenza u li la rrispettat il-modalitajiet u lanqas il-proċedura, u li matulha ma ġewx ikkonsultati r-rappreżentanti tal-persunal.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ drittijiet kweżiti, ta’ protezzjoni ta’ aspettativi leġittimi u ta’ assenza ta’ sistema tranżitorja.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/31


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2020 – Wolf Oil vs EUIPO – Rolf Lubricants (ROLF)

(Kawża T-531/20)

(2020/C 339/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wolf Oil Corp. (Hemiksem, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Heremans u L. Depypere, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rolf Lubricants GmbH (Leverkusen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva “ROLF” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 286 835 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 1958/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex l-azzjoni tagħha titqies li hija fondata u, konsegwentement, tilqa’ l-oppożizzjoni tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/32


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2020 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Pfizer (RUXIMBLIS)

(Kawża T-542/20)

(2020/C 339/40)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pfizer Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “RUXIMBLIS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 865 738

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 1877/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi il-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.