ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 330

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
6 ta' Ottubru 2020

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 330/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9933 — Apollo Capital Management/Chyronhego) ( 1 )

1

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

2020/C 330/02

Deċiżjoni Tal-Kunsill tas-30 ta’ Settembru 2020 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 330/03

Rata tal-kambju tal-euro — Il-5 ta' Ottubru 2020

4

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 330/04

Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

5

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 330/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9939 — Sampo/RMI/Hastings) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

2020/C 330/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9871 — Telefónica/Liberty Global/JV) ( 1 )

15

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 330/07

Pubblikazzjoni ta’ notifika tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

17

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/1

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9933 — Apollo Capital Management/Chyronhego)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 330/01)

Fit 28 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9933. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

6.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-30 ta’ Settembru 2020

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(2020/C 330/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li l-Kunsill irid jaħtar rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru bħala Membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) ;

(2)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill ħatar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (2).

(3)

Il-Gvern Kroat informa lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant tiegħu fuq il-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid li jenħtieġ li jinħatar għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-1 ta’ Ottubru 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Dubravka Marija KREKOVIĆ, ta’ nazzjonalità Kroata, imwielda fil-11 ta’ Awwissu 1973, għandha tinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u tissostitwixxi lis-Sur Bojan VIDOVIĆ, għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-1 ta’ Ottubru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-30 ta’ Settembru 2020

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2018 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU C 460, 21.12.2018, p. 11).

Il-Kummissjoni Ewropea

6.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/4

Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta' Ottubru 2020

(2020/C 330/03)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1768

JPY

Yen Ġappuniż

124,25

DKK

Krona Daniża

7,4400

GBP

Lira Sterlina

0,90810

SEK

Krona Żvediża

10,4645

CHF

Frank Żvizzeru

1,0781

ISK

Krona Iżlandiża

162,40

NOK

Krona Norveġiża

10,8855

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,096

HUF

Forint Ungeriż

358,17

PLN

Zloty Pollakk

4,4980

RON

Leu Rumen

4,8740

TRY

Lira Turka

9,1614

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6379

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5614

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1203

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7703

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6007

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 363,72

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,3447

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0128

HRK

Kuna Kroata

7,5680

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 324,61

MYR

Ringgit Malażjan

4,8867

PHP

Peso Filippin

56,961

RUB

Rouble Russu

92,5353

THB

Baht Tajlandiż

36,846

BRL

Real Brażiljan

6,6568

MXN

Peso Messikan

25,2551

INR

Rupi Indjan

86,0870

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

6.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/5

Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2020/C 330/04)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (EU) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠA MILL-ISTATI MEMBRI

IĊ-ĊEKJA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil- ĠU C 100, 16.3.2018.

1)   Format uniformi

A)    Permess ta’ residenza maħruġ f’konformità mal-format uniformi (karta tal-identità)

Permess ta’ residenza maħruġ fil-forma ta’ karta tal-identità skont il-format uniformi bit-titolu “Povolení k pobytu”. Il-permess ta’ residenza jinħareġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’perjodu ta’ validità massimu ta’ 10 snin.

i)

Permess ta’ residenza maħruġ mill-4 ta’ Lulju 2011 sas-26 ta’ Ġunju 2020 fil-forma ta’ karta tal-identità skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 380/2008 tat-18 ta’ April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Fiċ-ċirkolazzjoni sa Ġunju 2030.

ii)

Permess ta’ residenza maħruġ mis-27 ta’ Ġunju 2020 fil-forma ta’ karta tal-identità skont ir-Regolament (UE) 2017/1954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-25 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

B)   Permess ta’ residenza maħruġ f’konformità mal-format uniformi (stiker imwaħħal)

Permess ta’ residenza maħruġ fil-forma tal-istiker uniformi mwaħħal ma’ dokument tal-ivvjaġġar. L-istiker inħareġ sal-4 ta’ Lulju 2011 b’validità massima ta’ 10 snin — jiċċirkola sal-4 ta’ Lulju 2021. Dan l-istiker jintuża wkoll bħala dokument ta’ permess ta’ residenza maħruġ lid-diplomati, uffiċjali konsulari u persunal ieħor tal-missjonijiet diplomatiċi.

Tip ta’ permess ta’ residenza — lista ta’ finijiet

Numru mdaħħal fil-qasam 6.4 – tip ta’ permess

Spjegazzjoni tan-numri mdaħħla

Numru mdaħħal fil-qasam 6.4 – tip ta’ permess

Spjegazzjoni tan-numri mdaħħla

0

Skop Mediku

49

Protezzjoni internazzjonali mogħtija (ażil)

2

Skop kulturali

54

Protezzjoni internazzjonali mogħtija (protezzjoni kumplimentari)

4

Stedina

56

Residenti għal żmien twil ta’ Stati Membri oħra

5

Raġunijiet politiċi/stedina uffiċjali

57

Membru tal-familja ta’ residenti għal żmien twil ta’ Stati Membri oħra

6

Skopijiet kummerċjali (persuna li taħdem għal rasha)

58

Membri tal-familja ta’ riċerkatur xjentifiku

7

Attivitajiet relatati mal-isport

59

Membru tal-familja ta’ detentur ta’ Karta Blu maħruġa minn Stat Membru ieħor

17-20

Raġunijiet familjari/privati

60

Riunifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

23

Skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (id-Direttiva 2004/114/SE)

67

Il-permess ta’ residenza preċedenti ġie annullat

24

Skopijiet oħra ta’ studju mhux inklużi fid-Direttiva 2004/114/SE

68

Residenti għal żmien twil (CZ)

25

Skop tar-riċerka xjentifika (id-Direttiva 2005/71/SE)

69

Residenti għal żmien twil (UE)

27

Skopijiet ta’ negozju (impjieg)

78

Skopijiet ta’ negozju (investiment)

28

Detentur ta’ Karta blu

79

ICT

36

Skopijiet ta’ negozju (imprenditorija)

80

ICT mobbli

41

Residenza permessa għal raġunijiet umanitarji

88

Skopijiet oħra

42

Residenza mogħtija għal raġunijiet li jistħoqqilhom kunsiderazzjoni speċjali

91

Awtorizzazzjoni ta’ residenza (Att Nru 326/1999 Coll., dwar ir-Residenza ta’ Persuni Barranin fit-Territorju tar-Repubblika Ċeka)

43

Interess nazzjonali jew obbligi internazzjonali

95-98

Riunifikazzjoni tal-familja

47

Residenza permanenti – applikant li fil-bidu kien applika għall-protezzjoni internazzjonali

99

Għanijiet oħra

48

Permess ta’ residenza ta’ minorenni taħt it-18-il sena (raġunijiet familjari)

Huma biss in-numri msemmija hawn fuq li jidhru fuq il-format uniformi ta’ permess ta’ residenza u huma maħsuba għal użu nazzjonali, l-aktar għal skopijiet ta’ statistika. In-numru jidher fuq il-permess ta’ residenza flimkien mar-rimarki obbligatorji stabbiliti mid-direttivi rilevanti (il-pożizzjoni tan-numru tiġi qabel ir-rimarki). Madankollu, in-numru ma jbiddilx it-tifsira tar-rimarki obbligatorji.

Direttiva

Rimarki obbligatorji fil-lingwa nazzjonali

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin

Fejn jiddaħħal it-tip ta’ permess: „modrá karta EU“

Fejn jiddaħħlu r-rimarki: „bývalý držitel modré karty EU“

Id-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali

Fejn jiddaħħal it-tip ta’ permess: „ICT“ jew „ICT mobbli“

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul

Fejn jiddaħħal it-tip ta’ permess: „povolení k pobytu pro dlouhodobě pobývajícího rezidenta – ES“

Fejn jiddaħħlu r-rimarki: „Mezinárodní ochrana poskytnuta [MS] dne [date]“.

2)   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini ta’ pajjiż terz ekwivalenti għall-permessi ta’ residenza

A)    Průkaz o pobytu rodinného příslušníka občana Evropské unie / Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni

Ktejjeb singlu blu skur b’iskrizzjoni kulur il-fidda fuq il-faċċata „Průkaz o pobytu rodinného příslušníka občana Evropské unie “ (titlu tad-dokument fil-lingwa Ċeka).

Dan id-dokument inħareġ lill-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE bħala permess ta’ residenza temporanju mill-1 ta’ Mejju 2004 tal-31 ta’ Diċembru 2012. Il-validità massima ta’ dan id-dokument hija ta’ ħames (5) snin — fiċ-ċirkolazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Mill-1 ta’ Lulju 2013 jinħareġ minfloku d-dokument ippreżentat taħt il-punt B) Pobytová karta rodinného příslušníka občana Evropské unie.

B)    Pobytová karta rodinného příslušníka občana Evropské unie / Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni

Ktejjeb singlu blu skur b’iskrizzjoni kulur il-fidda fuq il-qoxra „Pobytová karta rodinného příslušníka občana Evropské unie “ (titlu preċiż tad-dokument fil-lingwa Ċeka).

Dan id-dokument jinħareġ lill-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE bħala permess ta’ residenza temporanju (minflok id-dokument A) mill-1 ta’ Jannar 2013.

C)    Průkaz o povolení k trvalému pobytu / Karta ta’ residenza permanenti

Ktejjeb singlu blu skur b’iskrizzjoni kulur il-fidda fuq il-qoxra “Průkaz o povolení k trvalému pobytu“ (it-titlu preċiż tad-dokument fil-lingwa Ċeka).

Dan id-dokument inħareġ lill-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE bħala permess ta’ residenza permanenti sal-14 ta’ Awwissu 2017. Mill-15 t’Awwissu 2017 dan id-dokument jinħareġ ukoll lil ċittadini tal-Iżvizzera, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein u lill-membri tal-familja tagħhom bħala permess ta’ residenza permanenti. Mill-1 ta’ Jannar 2018 dan id-dokument se jinħareġ liċ-ċittadini tal-UE kollha.

D)    Potvrzení o přechodném pobytu na území (občané EU) / Ċertifikat ta’ residenza temporanja (ċittadini tal-UE)

Dokument mitwi ta’ erba’ (4) paġni, magħmul minn karta sintetika bi stampar iswed fuq il-qoxra „Potvrzení o přechodném pobytu na území“. Dan id-dokument huwa maħruġ bħala permess ta’ residenza temporanju għaċ-ċittadini tal-UE, l-Iżvizzera, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein fuq talba tagħhom.

E)    Průkaz o povolení k trvalému pobytu občana Evropské unie / Karta ta’ residenza permanenti għaċ-ċittadini tal-UE

Ktejjeb singlu vjola b’iskrizzjoni kulur il-fidda fuq il-qoxra „Průkaz o povolení k trvalému pobytu občana Evropské unie “ (titlu preċiż tad-dokument fil-lingwa Ċeka).

Dan id-dokument jinħareġ lil ċittadini tal-UE bħala permess ta’ residenza permanenti sal-aħħar tal-2017, il-validita massima hija ta’ 10 snin — fiċ-ċirkolazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2027). Mill-1 ta’ Jannar 2018 dan id-dokument se jiġi sostitwit mill-„Průkaz o povolení k trvalému pobytu“ (jekk jogħġbok ara d-dokument ippreżentat taħt l-ittra C).

F)    Průkaz o povolení k pobytu pro cizince / Permess ta’ residenza għal barranin

Ktejjeb singlu aħdar ċar b’iskrizzjoni ħamra fuq il-qoxra „Průkaz o povolení k pobytu pro cizince“ (titlu preċiż tad-dokument fil-lingwa Ċeka).

Dan id-dokument kien jinħareġ liċ-ċittadini tal-Iżvizzera, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Lichtenstein bħala permess ta’ residenza permanenti u lill-membri tal-familja tagħhom bħala permess ta’ residenza temporanja sal-14 ta’Awwissu 2017. Mill-15 ta’ Awwissu 2017 dan id-dokument jinħareġ biss lill-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-Iżvizzera, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein bħala permess ta’ residenza temporanju.

G)    Průkaz povolení k pobytu azylanta / Permess ta’ residenza għal persuni mogħtija l-ażil

Ktejjeb singlu griż b’iskrizzjoni sewda fuq il-qoxra „Průkaz povolení k pobytu azylanta“ (titlu preċiż tad-dokument fil-lingwa Ċeka). Dan id-dokument jinħareġ lil persuni li jkunu ngħataw l-ażil. Madankollu, mill-4 ta’ Lulju 2011 jinħareġ biss f’sitwazzjonijiet speċifiċi u f’ħafna każi minfloku tinħareġ il-karta tal-identità bil-format uniformi.

H)    Průkaz oprávnění k pobytu osoby požívající doplňkové ochrany / Permess ta’ residenza għal persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja

Ktejjeb singlu isfar b’iskrizzjoni sewda fuq il-qoxra „Průkaz oprávnění k pobytu osoby požívající doplňkové ochrany“ (titlu preċiż tad-dokument fil-lingwa Ċeka). Dan id-dokument jinħareġ lil persuni li jkunu ingħataw protezzjoni sussidjarja. Madankollu, mill-4 ta’ Lulju 2011 jinħareġ biss f’sitwazzjonijiet speċifiċi u f’ħafna każi minflok tinħareġ il-karta tal-identità bil-format uniformi.

I)    Diplomatický identifikační průkaz / Karta ta’ identifikazzjoni diplomatika

Karta tal-Identità diplomatika maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin bir-rimarki li ġejjin:

RIMARKI

SPJEGAZZJONI

D

Membri ta’ missjonijiet diplomatiċi — persunal diplomatiku

K

Membri ta’ konsulat — uffiċjali konsulari

MO/D

Membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn privileġġi u immunitajiet diplomatiċi

ATP

Membri amministrattivi u tekniċi ta’ missjonijiet diplomatiċi

KZ

Membri ta’ konsulat — impjegati konsulari

МО/ATP

Membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu mill-istess privileġġi u immunitajiet bħall-persunal amministrattiv u tekniku ta’ missjonijiet diplomatiċi

MO

Membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn privileġġi u immunitajiet skont ftehim rilevanti

SP, jew SP/K

Membri tal-persunal tas-servizz tal-missjonijiet diplomatiċi jew konsulati

SSO, jew SSO/K

Impjegati personali ta’ membri ta’ missjonijiet diplomatiċi jew konsulati

iii)

Il-karta tal-Identità diplomatika kienet tinħareġ b’iskrizzjoni ta’ kulur iswed fuq il-faċċata „Diplomatický identifikační průkaz/Karta tal-Indentità Diplomatika” sal-14 ta’ Awwissu 2017 b’validità massima ta’ erba’ (4) snin — fiċ-ċirkolazzjoni sa Awwissu 2021.

iv)

Mill-15 ta’ Awwissu 2017, il-karta tal-identità diplomatika l-ġdida tinħareġ b’iskrizzjoni sewda fuq il-qoxra „Identifikační průkaz a povolení k pobytu/Permess ta’ residenza għal żmien twil u Karta tal-Identità“.

Dan id-dokument huwa karta llaminata fil-fojl (105 x 74 mm). Fuq quddiem il-karta jkollha r-ritratt tad-detentur u tindika ismu/isimha, in-nazzjonalità, id-data tat-twelid, is-sess, il-funzjoni u d-data tal-iskadenza tal-karta tal-identità. Fuq in-naħa ta’ wara tiegħu, id-dokument huwa dokument uffiċjali u prova tal-identità, kif ukoll prova ta’ residenza għal żmien twil fir-Repubblika Ċeka.

L-AWSTRIJA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil- ĠU C 345, 27.9.2018

Permessi ta’ residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:

I.

Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002

Permess ta’ residenza bi “prova ta’ stabbiliment” fil-forma ta’ kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005)

Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2005)

Permessi ta’ residenza li jaqgħu taħt “l-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru tal-familja” (Familienangehörige), “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt- EG), “residenza permanenti — membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) u “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) fil-forma ta’ kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2006).

Il-permess ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih ikun inħareġ.

Permess ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jista’ jinħareġ għall-iskopijiet li ġejjin: trasferiment fi ħdan ażjenda (ICT), ħaddiem ippostjat, persuna li taħdem għal rasha, każijiet speċjali ta’ impjieg, student tal-iskola, fornitur tas-servizzi soċjali, riunifikazzjoni tal-familja. Permessi għal awtorizzazzjoni tar-residenza (Aufenthaltsbewilligung) għall-iskop ta’ trasferimenti fi ħdan ażjenda (“ICT” u “ITC mobbli”) ilhom jinħarġu mill-1 ta’ Ottubru 2017. Permessi għal “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) ta’ “student” (“Student”), “volontier” u għall-“mobbiltà ta’ riċerkatur” ilhom jinħarġu mill-1 ta’ Settembru 2018.

Permessi għal “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) ta’ “student” (“Studierender”), inħarġu sal-31 ta’ Awwissu 2018.

Il-permess ta’ residenza “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jista’ jinħareġ mingħajr iktar dettalji jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti. Mill-1 ta’ Ottubru 2017, il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jistgħu jinħarġu wkoll għal riċerkaturi, artisti, jew każijiet speċjali ta’ impjieg.

Il-permessi ta’ residenza “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) kienu jinħarġu fl-Awstrija sat-30 ta’ Ġunju 2011 għall-kategoriji ta’ “ħaddiem ewlieni”, “mhux limitat” u “limitat”.

Il-permessi “residenza permanenti - EU” (Daueraufenthalt-EG) u “residenza permanenti” - membru ta’ familja (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) kienu jinħarġu fl-Awstrija sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” ((Aufenthaltsbewilligung) għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kienu jinħarġu fl-Awstrija sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) kienu jinħarġu wkoll għall-ħaddiem b’impjieg b’rotazzjoni, artisti u riċerkaturi sat-30 ta’ Settembru 2017.

Il-kard “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot-Karte), il-kard plus “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot-Karte plus) u l-kard blu tal-UE (Blaue Karte EU) fil-forma ta’ kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta’ Lulju 2011).

Permessi ta’ “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EU) skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014).

Permessi ta’ “dritt ta’ residenza plus” (“Aufenthaltsberechtigung plus”) maħruġa skont it-Taqsima 55(1) jew it-Taqsima 56(1) tal-Att dwar l-Asil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 huma skont id-dispożizzjonijiet preċedenti tat-Taqsimiet 41(a)(9) u 43(3) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014.

Permess ta’ “dritt ta’ residenza” (Aufenthaltsberechtigung) maħruġa skont it-Taqsima 55(2) jew it-Taqsima 56(2) tal-Att dwar l-Ażil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jikkorrispondi għall-permess preċedenti “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) maħruġ skont it-Taqsima 43(3) u (4) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014.

Il-permess ta’ “dritt ta’ residenza għal raġunijiet ta’ protezzjoni speċjali” (“Aufenthaltsberechtigung aus besonderem Schutz”) maħruġ skont it-Taqsima 57 tal-Att dwar l-Ażil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jittrasponi ulterjorment id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni preċedenti kienet it-Taqsima 69(a)(1) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif imfissra fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014.

II.

Permessi ta’ residenza li, skont id-Direttiva 2004/38, mhux bilfors ikunu jridu jinħarġu f’format uniformi

Il-permess ta’ residenza li jagħti dritt ta’ residenza fl-Unjoni ta’ iktar minn tliet xhur għal membri ta’ familja ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz.

Il-kard ta’ residenza permanenti li tiddokumenta dritt ta’ residenza fl-Unjoni ta’ iktar minn tliet xhur għall-membri tal-familja ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma tikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz.

Dokumenti oħra li jagħtu d-dritt ta’ soġġorn jew inkella d-dritt ta’ dħul mill-ġdid fl-Awstrija (skont l-Artikolu 2(16)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:

Dokument ta’ identità b’ritratt f’format ta’ kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar, blu, aħdar, kannella, griż u oranġjo maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin.

Dokument tal-identità b’ritratt f’format ta’ kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet, ta’ lewn griż ċar b’referenza għall-kategoriji aħmar, oranġjo, isfar, aħdar, blu, kannella u griż maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Affarijiet Ewropej, tal-Integrazzjoni u Barranin.

“Persuna intitolata għal status ta’ ażil” skont it-Taqsima 3 tal-Att dwar l-Ażil tal-2005 jew tad-dispożizzjonijiet preċedenti — normalment dokumentat b’dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali (maħruġ fl-Awstrija sa mit-28 ta’ Awwissu 2006) jew b’kard għal persuni intitolati għall-ażil skont it-Taqsima 51(a) tal-Att dwar l-Ażil tal-2005 (maħruġ għal ċittadini barranin li applikaw għal protezzjoni internazzjonali mill-15 ta’ Novembru 2015 u li jkunu ngħataw dan l-istatus mill-1 ta’ Ġunju 2016).

“Persuna li għandha status ta’ protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Ażil tal-2005 jew id-dispożizzjonijiet preċedenti - normalment dokumentat permezz ta’ kard għal persuni detenturi ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja skont it-Taqsima 52 tal-Att dwar l-Asil tal-2005.

Lista ta’ persuni li jipparteċipaw fi vjaġġ skolastiku fi ħdan l-Unjoni Ewropea fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta rigward faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi residenti fi Stat Membru.

“Konferma ta’ residenza legali skont it-Taqsima 31(1)(5) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz - FPG)”/ “Talba għal estensjoni skont it-Taqsima 2(4)(17a) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz - FPG)” flimkien ma’ dokument validu tal-ivvjaġġar.

Permess tal-impjieg maħruġ skont it-Taqsima 32c tal-Att dwar l-Impjieg tal-Barranin (Ausländerbeschäftigungsgesetz) flimkien ma’ viża “D” valida jew skaduta għal ħaddiema staġjonali jew skont l-Artikolu 22a tal-Att tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni (Fremdenpolizeigesetz — FPG).

Permess ta’ residenza indefinit - maħruġ fil-forma ta’ viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att tal-1992 dwar il-Barranin (FRG) (maħruġ sal-31 ta’ Diċembru 1992 mill-awtoritajiet domestiċi Awstrijaċi u mill-uffiċċji rappreżentattivi barranin fil-forma ta’ timbru).

Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker aħdar sa Nru 790.000.

Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker aħdar u abjad min-Nru 790.001 ’l fuq.

Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker skont l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/11/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 1996, il-Ġurnal Uffiċjal L 7 tal-10.1.1997, li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 2004).

“Konferma tal-eliġibbiltà għad-dħul fl-Awstrija, skont it-Taqsima 24 tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) jew it-Taqsima 59 tal-Att dwar l-Ażil” fil-forma ta’ stiker aħdar u blu.

IL-LATVJA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil- ĠU C 304, 9.9.2014

1.    Permessi ta’ residenza koperti mill-punt (a) tal-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 562/2006:

Uzturēšanās atļauja

Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker maħruġ sal-31 ta' Marzu 2012.

Uzturēšanās atļauja

Permess ta’ residenza fil-forma ta’ karta tal-identità elettronika (eID), maħruġ mil-1 ta' April 2012 ’il quddiem. Dan it-tip ta’ permess jinħareġ għall-kategoriji ta’ persuni li ġejjin:

ċittadini ta’ pajjiżi terzi intitolati skont id-Direttiva 2004/38/KE, bl-indikazzjoni ‘Karta ta’ residenza ta’ membru ta’ familja ta’ ċittadin tal-Unjoni’ jew ‘Karta ta’ residenza permanenti ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni;

ċittadin ta’ pajjiżi terzi mingħajr dritt skont id-Direttiva 2004/38/KE.

Savienības pilsoņa ģimenes locekļa uzturēšanās atļauja

Permess ta’ residenza għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni. Dan huwa permess ta’ residenza temporanju għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE/ŻEE/CH li huwa ċittadin ta’ pajjiż terz; Formola fil-format A5 b’karatteristiċi tas-sigurtà inkorporati fiha; maħruġa sal-31 ta' Marzu 2012.

Savienības pilsoņa ģimenes locekļa pastāvīgās uzturēšanās atļauja

Permess ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni. Dan huwa permess ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE/ŻEE/CH li jkun ċittadin ta’ pajjiż terz; Format A5 bil-karatteristiċi tas-sigurtà inkorporati fih; maħruġa sal-31 ta' Marzu 2012.

2.    Permessi ta’ residenza kopert mill-punt (b) tal-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 562/2006

Latvijas Republikas nepilsoņa pase

Passaport tal-barranin Latvjan, ta’ kulur vjola. Dawn il-passaporti jinħarġu lil persuni mhux ċittadini tal-Latvja, u skont il-leġiżlazzjoni Latvjana jawtorizzaw residenza u dħul mill-ġdid fil-Latvja. L-istatus ta’ persuni mhux ċittadini huwa ekwivalenti għall-istatus ta’ detentur ta’ permess ta’ residenza permanenti Latvjan. Id-detentur ta’ passaport tal-barranin m’għandux bżonn ta’ permess ta’ residenza biex jgħix fil-Latvja u biex jidħol mill-ġdid wara vvjaġġar barra mill-pajjiż.

Karta tal-identità tal-barranin Latvjana, fil-forma ta’ karta tal-identità elettronika. Dawn il-karti jinħarġu lil persuni mhux ċittadini tal-Latvja, u skont il-leġiżlazzjoni Latvjana jawtorizzaw residenza u dħul mill-ġdid fil-Latvja. L-istatus ta’ persuni mhux ċittadini huwa ekwivalenti għall-istatus ta’ detentur ta’ permess ta’ residenza permanenti Latvjan. Id-detentur ta’ karta tal-identità tal-barranin m’għandux bżonn ta’ permess ta’ residenza biex jgħix fil-Latvja u biex jidħol mill-ġdid wara vvjaġġar barra mill-pajjiż.

Bezvalstnieka ceļošanas dokuments

Dokument tal-ivvjaġġar ta’ persuna apolida, ta’ kulur kannella. Dawn id-dokumenti jinħarġu lil persuni li l-Latvja tirrikonoxxi bħala apolidi; skont il-leġiżlazzjoni Latvjana huma jawtorizzaw ir-residenza u d-dħul mill-ġdid fil-Latvja. Id-detentur ta’ dokument tal-ivvjaġġar ta’ persuna apolida m’għandux bżonn ta’ permess ta’ residenza biex jgħix fil-Latvja u biex jidħol mill-ġdid wara vvjaġġar barra mill-pajjiż.

Bēgļa ceļošanas dokuments

Dokument tal-ivjaġġar tar-refuġjati, ta’ kulur blu. Dawn id-dokumenti jinħarġu lil persuni li l-Latvja tirrikonoxxi bħala refuġjati; skont il-leġiżlazzjoni Latvjana huma jawtorizzaw ir-residenza u d-dħul mill-ġdid fil-Latvja. Id-detentur ta’ dokument tal-ivvjaġġar ta’ refuġjat m’għandux bżonn ta’ permess ta’ residenza biex jgħix fil-Latvja u biex jidħol mill-ġdid wara vvjaġġar barra mill-pajjiż.

Ceļošanas dokuments (alternatīvais statuss)

Dokument tal-ivvjaġġar għal persuna li tingħata status ta’ protezzjoni sussidjarja, ta’ kulur blu. Dawn id-dokumenti jinħarġu lil persuni li lilhom il-Latvja tagħti status ta’ protezzjoni sussidjarja u li ma jistgħux jiksbu dokument tal-ivvjaġġar maħruġ mill-pajjiż ta’ residenza preċedenti tagħhom. skont il-leġiżlazzjoni Latvjana dawn id-dokumenti jawtorizzaw ir-residenza u d-dħul mill-ġdid fil-Latvja. Id-detentur ta’ dokument tal-ivvjaġġar ta’ persuna li tingħata status ta’ protezzjoni sussidjarja m’għandux bżonn ta’ permess ta’ residenza biex jgħix fil-Latvja u biex jidħol mill-ġdid wara vvjaġġar barra mill-pajjiż.

Ceļotāju saraksts izglītības iestādes ekskursijām Eiropas Savienībā

Lista ta’ vjaġġaturi għal vjaġġi tal-iskola fl-Unjoni Ewropea

Nacionālo bruņoto spēku izsniegtā identifikācijas karte

Karta tal-identità maħruġa mill-Forzi Armati Nazzjonali lill-persunal militari tal-forzi armati tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-persunal ċivili impjegat mal-forzi armati, id-dipendenti ta’ tali il-persunal militari jew ċivili u persuni oħrajn relatati mal-forzi armati.

Karti tal-identità maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (ara l-Anness 20)

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1.

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5.

ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11.

ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14.

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14.

ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12.

ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13.

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5.

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15.

ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9.

ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2.

ĠU C 298, 8.12.2009, p.15.

ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20.

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5.

ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26.

ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8.

ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6.

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5.

ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1.

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26.

ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7.

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5.

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7.

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4.

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6.

ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8.

ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4.

ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9.

ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59.

ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3.

ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12.

ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5.

ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3.

ĠU C 151, 28.4.2016, p. 4.

ĠU C 16, 18.1.2017, p. 5.

ĠU C 69, 4.3.2017, p. 6.

ĠU C 94, 25.3.2017, p. 3.

ĠU C 297, 8.9.2017, p. 3.

ĠU C 343, 13.10.2017, p. 12.

ĠU C 100, 16.3.2018, p. 25.

ĠU C 144, 25.4.2018, p. 8.

ĠU C 173, 22.5.2018, p. 6.

ĠU C 222, 26.6.2018, p. 12.

ĠU C 248, 16.7.2018, p. 4.

ĠU C 269, 31.7.2018, p. 27.

ĠU C 345, 27.9.2018. p. 5.

ĠU C 27, 22.1.2019. p. 8.

ĠU C 34, 28.1.2019, p. 4.

ĠU C 46, 5.2.2019, p. 5.

(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/13

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9939 — Sampo/RMI/Hastings)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 330/05)

1.   

Fid-29 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Sampo plc (“Sampo”, Finlandja),

Rant Merchant Investment Holdings Limited (“RMI”, l-Afrika t’Isfel)

Hastings Group Holdings plc (“Hastings”, ir-Renju Unit).

Sampo u RMI jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Hastings kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Sampo hija kumpanija tal-assikurazzjoni attiva fl-Iskandinavja u l-Baltiċi li toffri prodotti tal-assikurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja kif ukoll servizzi ta’ ġestjoni tal-ġid, u assikurazzjoni tal-gwadanji u tar-riskju personali.

RMI hija kumpanija azzjonarja tal-investimenti fis-servizzi finanzjarji li tinvesti f’ditti tal-assikurazzjoni, servizzi finanzjarji u kumpaniji ta’ ġestjoni tal-assi.

Hastings hija attiva fil-provvista u d-distribuzzjoni tal-assikurazzjoni mhux fuq il-ħajja, speċifikament għall-assikurazzjoni tal-karozzi, vannijiet, muturi u djar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9939 — Sampo/RMI/Hastings

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

6.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/15

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9871 — Telefónica/Liberty Global/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 330/06)

1.   

Fit-30 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Telefónica S.A. (“Telefónica”, Spanja),

Liberty Global PLC (“Liberty Global”, ir-Renju Unit),

il-Joint Ventre (“JV”, ir-Renju Unit).

Telefónica u Liberty Global jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ JV maħluqa ġdida, li tgħaqqad in-negozju UK Limited ta’ Telefónica (“O2”) u n-negozju Virgin Media ta’ Liberty Global (“Virgin Media”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Telefónica: kumpanija globali tat-telekomunikazzjonijiet li tħaddem networks ta’ komunikazzjoni fissi u tal-mobile. Hija toffri servizzi mobbli, ta’ linja fissa, tal-internet u tat-televiżjoni taħt numru ta’ ditti, inklużi Movistar, O2 u Vivo. Telefónica hija kkwotata fil-Borża ta’ Madrid, ta’ New York, ta’ Lima u ta’ Buenos Aires. In-negozju O2 ta’ Telefónica huwa attiv fir-Renju Unit u joffri servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet bil-mobile bħal telefonati, SMS, MMS, internet mobbli, broadband mobbli, roaming, u servizzi ta’ terminazzjoni tat-telefonati.

Liberty Global: kumpanija internazzjonali tal-video, tal-broadband u tal-komunikazzjonijiet ikkwotata fil-Borża tan-NASDAQ, b’operazzjonijiet konsolidati fir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Belġju, il-Polonja u s-Slovakkja. In-negozju Virgin Media ta’ Liberty Global huwa attiv fir-Renju Unit u l-attività prinċipali tiegħu hija l-forniment ta’ servizzi ta’ broadband b’linja fissa, telefonija u televiżjoni bi ħlas. Virgin Media tipprovdi wkoll servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli bħala MVNO taħt il-marka Virgin Mobile.

il-JV: operatur ta’ network tal-komunikazzjoni fissa u mobbli attiv fir-Renju Unit, li jgħaqqad in-negozju O2 ta’ Telefónica u n-negozju Virgin Media ta’ Liberty Global. Dan jinkludi wkoll l-interessi ta’ O2 fil-joint vernture Tesco Mobile, li hija attiva bħala operatur ta’ network virtwali mobbli (“MVNO”) fir-Renju Unit, u l-joint venture CTIL ta’ qsim tan-network mobbli ma’ Vodafone.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9871 — Telefónica/Liberty Global/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

6.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/17

Pubblikazzjoni ta’ notifika tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 330/07)

Din in-notifika hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD GĦAD-DOKUMENT UNIKU

“EGER/EGRI”

PDO-HU-A1328-AM05

Id-data tan-notifika: 28-07-2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Modifika tad-dati tat-tqegħid fis-suq għal “classicus bikavér” [demm tal-barri klassiku] għall-1 ta’ settembru tas-sena ta’ wara l-ħsad; għal inbejjed superior u grand superior għall-1 ta’ novembru tas-sena ta’ wara l-ħsad; u għas-“superior csillag” [stilla superjuri] għall-15 ta’ marzu tas-sena ta’ wara l-ħsad.

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

VIII. Kundizzjonijiet ulterjuri

(b)

It-taqsima tad-Dokument Uniku affettwata:

Aktar kundizzjonijiet – L-aktar data bikrija għat-tqegħid fis-suq

(c)

Ġustifikazzjoni: It-tneħħija tal-perjodi tal-ibbottiljar u l-istandardizzazzjoni tal-ħinijiet tal-maturazzjoni jeħtieġu l-istabbiliment ta’ dati ta’ tqegħid fis-suq aktar bikrin sabiex l-inbejjed “csillag” [stilla] u “bikavér” [demm tal-barri] b’natura ta’ frott frisk jaslu għand il-konsumaturi qabel.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem tal-prodott

Eger

Egri

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid(inbejjed)

Classicus bikavér [Demm tal-barri klassiku]

Taħlita ta’ nbejjed ħomor xotti abbażi ta’ Kékfrankos, li l-kulur tagħhom jista’ jvarja minn aħmar lewn il-granata għal rubin skur, b’aromi ta’ ħwawar flimkien ma’ togħma ta’ frott, mingħajr noti tanniċi evidenti. Dan l-inbid għandu maturazzjoni karatteristika u noti ta’ frott frisk, u l-kumplessità tiegħu hija murija wkoll mill-fatt li l-ebda varjetà waħda ta’ għeneb ma tista’ tiddomina l-karattru tal-inbid.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

11,5

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Classicus muskotály [Muscat klassiku]

Inbejjed bojod vivaċi u friski bi sfumaturi li jvarjaw minn bojod jagħtu fl-aħdar għal sofor b’riflessi ħodor jew sofor, b’riħa u b’togħma distinta tal-muscat. Jista’ jkun inbid xott, semi xott, semi ħelu jew ħelu.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

10

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Classicus siller [Siller klassiku]

Inbejjed magħmulin minn għeneb aħmar, li fihom materja aktar koloranti u kulur aktar qawwi minn inbejjed rożè, bi sfumaturi ta’ aħmar ċar xierqa għall-varjetà u għall-kompożizzjoni varjetali. Inbejjed xotti bi sfumaturi ta’ oranġjo; aktar robusti u aċidiċi, bi ħjiliet ta’ frott u ta’ ħwawar kemm fir-riħa kif ukoll fit-togħma.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum):

11

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Classicus rozé [Rożè klassiku]

Inbejjed ħfief, friski b’aċidita intensa, magħmulin minn għeneb aħmar, bi sfumaturi li jvarjaw minn kulur il-qoxra tal-basla għal roża, b’aromi u b’togħmiet ta’ frott vivaċi u friski (lampun, ħawħ, ċirasa qarsa, passolina ħamra, ribes iswed, frawli, eċċ), u kultant aromi ta’ fjuri.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

10,5

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Classicus fehér [Abjad klassiku]

Inbejjed bojod u friski b’togħma li ddum tintiegħem, bi sfumaturi fil-kulur li jvarjaw minn abjad fl-aħdar għal isfar fl-aħdar jew isfar. L-inbejjed varjetali għandhom irwejjaħ u togħmiet ta’ frott u oħrajn li huma tipiċi tal-varjetà użata. L-inbid abjad jista’ jiġi prodott xott, semi xott, semi ħelu jew ħelu.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

10,5

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Classicus csillag [Stilla klassika]

Inbid abjad xott vivaċi u frisk bi sfumaturi fil-kulur li jvarjaw minn abjad fl-aħdar għal isfar fl-aħdar jew isfar. Għandu riħa ta’ frott u/jew ta’ fjuri fl-imnieħer, b’togħma ta’ frott intensiva. Il-kumplessità tiegħu hija evidenzjata sew mill-fatt li l-ebda varjetà waħda ta’ għeneb, jew il-maturazzjoni fi btieti tal-injam, ma tista’ tiddomina l-karattru tal-inbid.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

11

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Classicus vörös [Aħmar klassiku]

Inbejjed ħomor bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar kulur il-granata għal kulur ir-rubin skur. L-inbejjed varjetali għandhom tonalitajiet u sfumaturi ta’ kuluri li huma tipiċi tal-varjetà użata. Ir-riħa, it-togħma, l-aċidi arrotonditi u l-kontenut tat-tannini tal-inbejjed imħalltin jirriflettu l-proporzjonijiet relattivi tal-varjetajiet użati. Inbejjed li jvarjaw minn xotti għal ħelwin, b’togħma ħafifa u matura, u b’aromi ta’ frott (ċirasa, lampun, ġewż, passolina ħamra, ribes iswed, eċċ) u ta’ ħwawar (kannella, vanilja, ċikkulata, tabakk, eċċ.).

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’ % tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

11

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Superior bikavér [Demm tal-barri superjuri]

Inbid bi sfumaturi aktar skuri mill-inbejjed ħomor ta’ Classicus Eger, li jvarjaw minn aħmar kulur il-granata għal rubin skur, b’bażi ta’ Kékfrankos, ta’ kwalità għolja, b’riħa u b’togħma ta’ ħwawar rikka u ta’ frott, iżda qatt b’noti tanniċi evidenti. Għandhom noti karatteristiċi ta’ maturazzjoni u ta’ frott frisk; madankollu, il-maturazzjoni fit-tul fil-btieti u fil-fliexken tagħti karattru matur u robust. Il-kumplessità hija illustrata wkoll mill-fatt li l-ebda varjetà waħda ta’ għeneb ma tkun tista’ tiddomina l-karattru tal-inbid.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’ % tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

12,5

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Superior fehér [Abjad superjuri]

Inbejjed ta’ kwalità għolja, żviluppati, maturi b’togħma li ddum tintiegħem u b’qawwa alkoħolika relattivament għolja u li l-kulur tagħhom jista’ jvarja minn abjad li jagħti fl-aħdar għal isfar li jagħti fl-aħdar jew isfar. L-inbejjed varjetali għandhom irwejjaħ u togħmiet ta’ frott u oħrajn li huma tipiċi għat-tip ta’ għenba tal-inbid. L-inbejjed imħalltin huma robusti b’togħma li ddum tintiegħem, b’karatteristiċi differenti li jiddependu fuq il-proporzjon tat-tipi fit-taħlita, u jistgħu jkunu xotti, semi xotti, semi ħelwin jew ħelwin.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

12

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Superior csillag [Stilla superjuri]

Inbid abjad xott, żviluppat aktar, aktar matur, intens u kumpless, b’togħma rikka u robusta, li l-kulur tiegħu jista’ jvarja minn abjad jagħti fl-aħdar għal isfar jagħti fl-aħdar jew isfar, b’aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri. Il-karattru ta’ ebda varjetà waħda ta’ għeneb ma huwa predominanti. Okkażjonalment, jista’ jkollu karattru minerali (jiddependi mit-territorju) jew aromi speċifiċi oħrajn.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

12

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Superior vörös [Aħmar superjuri]

Inbid bi sfumaturi aktar skuri mill-inbejjed ħomor ta’ Classicus Eger, li jvarjaw minn aħmar kulur il-granata għal rubin skur. L-inbejjed varjetali għandhom tonalitajiet u sfumaturi ta’ kuluri li huma tipiċi tal-varjetà użata. L-inbejjed imħalltin għandhom riħa, togħma, aċidi arrotonditi u kontenut tat-tannini li jirriflettu l-proporzjonijiet relattivi tal-varjetajiet użati. Inbejjed b’aromi maturati evidenti li jvarjaw minn xotti għal ħelwin, b’togħma ħafifa u matura, u b’aromi ta’ frott (ċirasa, lampun, ġewż, passolina ħamra, ribes iswed, eċċ) u ta’ ħwawar (kannella, vanilja, ċikkulata, tabakk, eċċ.).

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

12

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Superior késői szüretelésű [Ħsad tardiv superjuri]

L-inbejjed bojod ivarjaw minn abjad fl-aħdar għal isfar fl-aħdar jew isfar; il-ħomor ivarjaw bejn kulur il-granata u r-rubin skur. Fil-każ li tintuża varjetà ta’ għenba waħda, l-inbid jieħu l-intensità u l-isfumaturi tal-kuluri, kif ukoll l-aromi u t-togħmiet tal-inbid speċifiċi għall-varjetà; meta jintużaw diversi varjetajiet, il-karatteristiċi huma aktar kumplessi. L-irwejjaħ u t-togħmiet ta’ għeneb misjur (eż. għeneb imqadded) jippredominaw, bil-feġġa possibbli ta’ aromi “botritizzati” fformati minn tħassir nobbli.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

11

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

33,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Grand superior bikavér [Demm tal-barri grand superior]

Inbid aħmar qawwi, rikk u robust b’tonalitajiet u bi sfumaturi fil-kulur li jvarjaw minn aħmar lewn il-granata għal rubin skur. Minħabba l-użu obbligatorju ta’ Kékfrankos, huwa inbid aħmar xott imħallat uniku differenti minn taħlitiet ta’ nbejjed ħomor oħra. Għandu wkoll irwejjaħ u aromi rikki ta’ ħwawar u ta’ frott. Dan huwa kkaratterizzat minn togħma li ddum tintiegħem, mingħajr noti tanniċi evidenti żżejjed. F’ħafna każijiet, l-inbejjed maħsubin għall-kummerċjalizzazzjoni b’indikazzjoni tat-territorju għandhom karattru uniku (bħall-mineralità). B’riżultat ta’ maturazzjoni twila fil-btieti u fil-fliexken, jista’ jkollu wkoll ħjiliet qawwijin ta’ maturazzjoni. Il-kumplessità hija illustrata sew mill-fatt li l-ebda varjetà waħda ta’ għeneb ma tista’ tiddomina l-karattru tal-inbid.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

12

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Grand superior fehér [Abjad grand superior]

Inbid abjad qawwi, robust, rikk u matur li l-kulur tiegħu jista’ jvarja minn abjad fl-aħdar għal isfar fl-aħdar jew isfar. Il-karattru matur ħafna tiegħu, b’togħma li ddum tintiegħem u l-kontenut ta’ alkoħol relattivament għoli tiegħu huma evidenza tal-kwalità għolja tiegħu. L-inbejjed varjetali għandhom irwejjaħ u togħmiet ta’ frott u oħrajn li huma tipiċi għat-tip ta’ għenba tal-inbid. L-inbejjed imħalltin huma robusti b’togħma li ddum tintiegħem, b’karatteristiċi differenti li jiddependu fuq il-proporzjon tat-tipi fit-taħlita, u jistgħu jkunu xotti, semi xotti, semi ħelwin jew ħelwin.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

12

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Grand superior csillag [Stilla grand superior]

Inbid abjad xott, robust, rikk u qawwi. Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn abjad fl-aħdar għal isfar fl-aħdar jew isfar. Grazzi għal vitikultura u maturità stabbiliti, huwa nbid b’togħmiet u b’aromi partikolarment maturi. Il-kumplessità tiegħu tintwera mill-fatt li l-karattru ta’ ebda varjetà waħda ta’ għeneb ma jitħalla jippredomina. L-inbid għandu wkoll togħmiet rikki u ta’ frott, u okkażjonalment, jista’ jkollu karattru minerali (jiddependi mit-territorju). Għandu togħma robusta u li ddum tintiegħem, u huwa mmaturat fi btieti tal-injam.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

12

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Grand superior vörös [Aħmar grand superior]

Inbid aħmar maturat, robust, qawwi u rikk. Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn aħmar kulur il-granata għal kulur ir-rubin skur. L-inbejjed varjetali għandhom tonalitajiet u sfumaturi ta’ kuluri li huma tipiċi għat-tip ta’ għenba tal-inbid. B’konsegwenza ta’ perjodu partikolarment twil ta’ maturazzjoni, l-inbid huwa kkaratterizzat primarjament minn aromi tal-maturazzjoni, irwejjaħ u togħmiet maturi, tannini maturati u aċidi arrotondati. L-inbejjed imħalltin huma robusti, b’togħma bellusija, b’togħmiet partikolarment maturi u b’kontenut ta’ tannini li jiddependu mill-proporzjon tat-tipi fit-taħlita. L-irwejjaħ u t-togħmiet tagħhom jista’ jkollhom ukoll aromi ta’ frott (ċirasa qarsa, lampun, ġewż, passolina ħamra, ribes iswed, eċċ) u ta’ ħwawar (kannella, injam maħruq, vanilja, ċikkulata, tabakk, eċċ.). L-inbejjed ivarjaw minn xotti għal ħelwin.

* Il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’ % tal-volum):

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’ % tal-volum):

12

Aċidità totali minima:

4,6 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattiki enoloġiċi obbligatorji (1)

Prattika enoloġika speċifika

Classicus bikavér [Demm tal-barri klassiku]:

il-polpa tal-għenba għandha tiġi ffermentata bil-qoxra għal tal-anqas 8 ijiem;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet;

l-inbid għandu jimmatura fil-btieti tal-injam għal mill-anqas 6 xhur, ħlief: inbejjed magħmulin mill-varjetajiet Blauburger, Kadarka, Kékoportó u Turán.

Regoli dwar it-taħlit:

it-taħlit ta’ mill-inqas erba’ varjetajiet ta’ dwieli huwa obbligatorju, bi proporzjon ta’ aktar minn 5 % kull waħda;

il-proporzjon tal-varjetà Kékfrankos għandu jkun bejn 30 % u 65 %, u din il-varjetà għandu jkollha l-akbar proporzjon fit-taħlita;

il-proporzjon tal-inbid mill-varjetajiet tad-dwieli Turán u Bíborkadarka m’għandux jaqbeż, la flimkien, u lanqas separatament, l-10 %.

Classicus muskotály [Muscat klassiku]:

l-għeneb għandu jiġi pproċessat dakinhar li jinqata’;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet;

il-most jenħtieġ li jiġi ppurifikat.

Classicus siller [Siller klassiku]:

il-polpa tal-għenba għandha tiġi ffermentata bil-qoxra;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet.

Classicus rozé u Classicus fehér [Rożè klassiku u Abjad klassiku]:

l-għeneb għandu jiġi pproċessat dakinhar li jinqata’;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet;

il-most jenħtieġ li jiġi ppurifikat.

Prattiki enoloġiċi obbligatorji (2)

Prattika enoloġika speċifika

Classicus csillag [Stilla klassika]:

l-għeneb għandu jiġi pproċessat dakinhar li jinqata’;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet;

il-most jenħtieġ li jiġi ppurifikat.

Regoli dwar it-taħlit:

il-proporzjon tal-inbejjed ta’ mill-inqas erba’ varjetajiet tad-dwieli, meħudin separatament, jenħtieġ jaqbeż il-5 %;

il-proporzjon tal-inbid ta’ varjetà waħda m’għandux jaqbeż il-50 %;

l-użu ta’ mill-inqas waħda mill-varjetajiet li ġejjin huwa obbligatorju, u għandu jitħallat ma’ dawn il-varjetajiet fi proporzjon ta’ mhux inqas minn 50 %: Cserszegi fűszeres, Ezerfürtű, Furmint, Gyöngyrizling, Hárslevelű, Irsai Olivér, Juhfark, Kabar, Királyleányka, Leányka, Mátrai muskotály, Mézes, Olaszrizling, Zefír, Zenit u Zengő;

il-proporzjon fit-taħlita tal-inbejjed tal-varjetajiet li ġejjin, meħudin individwalment u flimkien, ma jistax jaqbeż it-30 %: Cserszegi fűszeres, Gyöngyrizling, Irsai Olivér, Mátrai muskotály, Ottonel muskotály, Sárga muskotály u Zefír.

Classicus vörös [Aħmar klassiku]:

il-polpa tal-għenba għandha tiġi ffermentata bil-qoxra;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet.

Prattiki enoloġiċi obbligatorji (3)

Prattika enoloġika speċifika

Superior bikavér [Demm tal-barri superjuri]:

il-polpa tal-għenba għandha tiġi ffermentata bil-qoxra għal tal-anqas 14-il jum;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet;

l-inbid għandu jimmatura fil-btieti tal-injam għal tal-anqas 12-il xahar.

Regoli dwar it-taħlit:

il-proporzjon tal-inbejjed ta’ mill-inqas erba’ varjetajiet tad-dwieli, meħudin separatament, jenħtieġ jaqbeż il-5 %;

il-proporzjon tal-varjetà Kékfrankos għandu jkun bejn 30 % u 65 %, u din il-varjetà għandu jkollha l-akbar proporzjon fit-taħlita;

il-proporzjon tal-inbid tal-varjetà tad-dielja Turán m’għandux jaqbeż l-10 %.

Superior fehér [Abjad superjuri]:

l-għeneb għandu jiġi pproċessat dakinhar li jinqata’;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet;

il-most jenħtieġ li jiġi ppurifikat.

Superior csillag [Stilla superjuri]:

Prattiki enoloġiċi obbligatorji (4)

Prattika enoloġika speċifika

Superior vörös [Aħmar superjuri]:

il-polpa tal-għenba għandha tiġi ffermentata bil-qoxra;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet.

Superior késői szüretelésű [Ħsad tardiv superjuri]:

l-għeneb għandu jiġi pproċessat dakinhar li jinqata’;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet;

il-most jenħtieġ li jiġi ppurifikat.

Grand superior bikavér [Demm tal-barri grand superior]:

il-polpa tal-għenba għandha tiġi ffermentata bil-qoxra għal tal-anqas 14-il jum;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet;

l-inbid għandu jimmatura fil-btieti tal-injam għal tal-anqas 12-il xahar.

Regoli dwar it-taħlit:

il-proporzjon tal-inbejjed ta’ mill-inqas erba’ varjetajiet tad-dwieli, meħudin separatament, jenħtieġ jaqbeż il-5 %;

il-proporzjon tal-varjetà Kékfrankos għandu jkun bejn 30 % u 65 %, u din il-varjetà għandu jkollha l-akbar proporzjon fit-taħlita;

il-proporzjon tal-inbid tal-varjetà tad-dielja Turán m’għandux jaqbeż l-10 %.

Grand superior fehér [Abjad grand superior]:

L-għeneb għandu jiġi pproċessat dakinhar li jinqata’;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet;

il-most jenħtieġ li jiġi ppurifikat;

l-inbid għandu jimmatura għal tal-anqas 6 xhur.

Grand superior vörös [Aħmar grand superior]:

Il-polpa tal-għenba għandha tiġi ffermentata bil-qoxra;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet.

Prattiki enoloġiċi obbligatorji (5)

Prattika enoloġika speċifika

Grand superior csillag [Stilla grand superior]:

L-għeneb għandu jiġi pproċessat dakinhar li jinqata’;

it-tagħsir għandu jsir biss f’magħsar tal-lottijiet;

il-most jenħtieġ li jiġi ppurifikat;

l-inbid għandu jimmatura għal tal-anqas 6 xhur.

Regoli dwar it-taħlit:

il-proporzjon tal-inbejjed ta’ mill-inqas erba’ varjetajiet tad-dwieli, meħudin separatament, jenħtieġ jaqbeż il-5 %;

il-proporzjon tal-inbid ta’ varjetà waħda m’għandux jaqbeż il-50 %;

l-użu ta’ mill-inqas waħda mill-varjetajiet li ġejjin huwa obbligatorju, u għandu jitħallat ma’ dawn il-varjetajiet fi proporzjon ta’ mhux inqas minn 50 %: Cserszegi fűszeres, Ezerfürtű, Furmint, Gyöngyrizling, Hárslevelű, Irsai Olivér, Juhfark, Kabar, Királyleányka, Leányka, Mátrai muskotály, Mézes, Olaszrizling, Zefír, Zenit u Zengő;

il-proporzjon fit-taħlita tal-inbejjed tal-varjetajiet li ġejjin, meħudin individwalment u flimkien, ma jistax jaqbeż it-30 %: Cserszegi fűszeres, Gyöngyrizling, Irsai Olivér, Mátrai muskotály, Ottonel muskotály, Sárga muskotály u Zefír.

Prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati (lil hinn mil-leġiżlazzjoni eżistenti)

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

L-għoti tal-ħlewwa lill-inbejjed:

Classicus bikavér [Demm tal-barri klassiku]

Classicus csillag [Stilla klassika]

l-inbejjed Superior u Grand superior kollha

Superior késői szüretelésű u Grand superior csillag:

l-użu ta’ laqx tal-ballut;

l-osmosi inversa;

id-dealkoħolizzazzjoni parzjali tal-inbejjed.

Regoli dwar il-vitikultura (1)

Prattika ta’ kultivazzjoni

1.

Regoli dwar l-għoti tal-forma lid-dwieli:

a.

Għall-vinji diġà eżistenti fl-1 ta’ Awwissu 2010 (l-inbejjed klassiċi, superior u grand superior): għeneb adattat għall-produzzjoni ta’ nbejjed klassiċi, superior u grand superior ta’ oriġini protetta jista’ jinqata’ minn kwalunkwe vinja, ikun xi jkun il-metodu tal-kultivazzjoni, għal sakemm il-vinja ddum titħaddem.

b.

Għall-vinji li jitħawlu wara l-1 ta’ Awwissu 2010 (inbejjed klassiċi, superior u grand superior):

i.

Guyot,

ii.

b’zokk (cordon) ta’ tul medju-għoli,

iii.

b’zokk (cordon) baxx,

iv.

umbrella,

v.

fann,

vi.

ras,

vii.

imtellgħin għamla ta’ tazza (gobelet).

2.

Regoli dwar id-densità tad-dwieli fil-vinja.

a.

Għall-vinji li kienu diġà jeżistu fl-1 ta’ Awwissu 2010: Għeneb adattat għall-produzzjoni ta’ nbejjed klassiċi, superior u grand superior ta’ oriġini protetta jista’ jinqata’ minn kwalunkwe vinja, ikun xi jkun l-ispazju bejn dielja u oħra, għal sakemm il-vinja ddum titħaddem.

b.

Għall-vinji mħawlin wara l-1 ta’ Awwissu 2010 (inbejjed klassiċi):

i.

densità tad-dwieli ta’ mill-inqas 3 700 dielja/ha,

ii.

distanza bejn id-dwieli ta’ mill-anqas 0,8 m.

c.

Għall-vinji mħawlin wara l-1 ta’ Awwissu 2010 (inbejjed superior u grand superior):

i.

densità tad-dwieli: tal-anqas 4 000 dielja/ha,

ii.

distanza bejn id-dwieli ta’ mill-anqas 0,8 m.

3.

Metodu ta’ ħsad: mekkaniku jew manwali

4.

Iffissar tad-data tal-ħsad: il-maturità tal-varjetajiet tal-għeneb imkabbra hija ddeterminata mill-maġistrat kompetenti tal-komunità tal-inbid, li mbagħad jistabbilixxi d-data tal-bidu għall-ħsad tal-varjetà fuq dik il-bażi.

Kwalità tal-għeneb (kontenut minimu ta’ zokkor espress bħala qawwa alkoħolika potenzjali) (1)

Prattika ta’ kultivazzjoni

Classicus bikavér [Demm tal-barri klassiku]:

10,60 % skont il-volum, (17-il° grad tal-most Ungeriż): Bíbor kadarka, Blauburger, Kadarka, Kékfrankos, Kékoportó, Turán, Zweigelt

12,08 % skont il-volum, (19-il° grad tal-most Ungeriż): Cabernet franc, Cabernet sauvignon, Menoire, Merlot, Pinot noir, Syrah

Classicus muskotály [Muscat klassiku]:

9,83 % skont il-volum, (16-il° grad tal-most Ungeriż): Chasselas, Csaba gyöngye, Cserszegi Fűszeres, Ezerfürtű, Hamburgi muskotály, Irsai Olivér, Mátrai muskotály, Ottonel muskotály, Sárga muskotály

10,57 % skont il-volum, (17-il° grad tal-most Ungeriż): Bouvier, Chardonnay, Furmint, Gyöngyrizling, Hárslevelű, Juhfark, Kabar, Kerner, Királyleányka, Leányka, Mézes, Olaszrizling, Pinot blanc, Rajnai rizling, Rizlingszilváni, Sauvignon, Szürkebarát, Tramini, Viognier, Zefír, Zenit, Zengő, Zöldszilváni, Zöld veltelíni

Classicus siller [Siller klassiku]:

10,60 % skont il-volum, (17-il° grad tal-most Ungeriż): Alibernet, Bíborkadarka, Blauburger, Cabernet dorsa, Cabernet franc, Cabernet sauvignon, Csókaszőlő, Kadarka, Kármin, Kékfrankos, Kékoportó, Merlot, Pinot noir, Syrah, Turán, Zweigelt

Classicus rozé [Rożè klassiku]:

10,60 % skont il-volum, (17-il° grad tal-most Ungeriż): Alibernet, Bíborkadarka, Blauburger, Cabernet dorsa, Cabernet franc, Cabernet sauvignon, Csókaszőlő, Kadarka, Kármin, Kékfrankos, Kékoportó, Menoire, Merlot, Pinot noir, Syrah, Turán, Zweigelt

Kwalità tal-għeneb (kontenut minimu ta’ zokkor espress bħala qawwa alkoħolika potenzjali) (2)

Prattika ta’ kultivazzjoni

Classicus fehér [Abjad klassiku]:

9,83 % skont il-volum, (16-il° grad tal-most Ungeriż): Chasselas, Cserszegi Fűszeres, Ezerfürtű, Irsai Olivér, Mátrai muskotály, Ottonel muskotály, Sárga muskotály, Kadarka

10,60 % skont il-volum, (17-il° grad tal-most Ungeriż): Bouvier, Chardonnay, Furmint, Gyöngyrizling, Hárslevelű, Juhfark, Kabar, Kerner, Királyleányka, Leányka, Mézes, Olaszrizling, Pinot blanc, Rajnai rizling, Rizlingszilváni, Sauvignon, Szürkebarát, Tramini, Viognier, Zefír, Zenit, Zengő, Zöldszilváni, Zöld veltelíni

Classicus csillag [Stilla klassika]:

9,83 % skont il-volum, (16-il° grad tal-most Ungeriż): Chasselas, Cserszegi Fűszeres, Ezerfürtű, Chasselas, Irsai Olivér, Mátrai muskotály, Ottonel muskotály, Sárga muskotály

10,57 % skont il-volum, (17-il° grad tal-most Ungeriż): Bouvier, Chardonnay, Furmint, Gyöngyrizling, Hárslevelű, Juhfark, Kabar, Kerner, Királyleányka, Leányka, Mézes, Olaszrizling, Pinot blanc, Rajnai rizling, Rizlingszilváni, Sauvignon, Szürkebarát, Tramini Viognier, Zefír, Zenit, Zengő, Zöldszilváni, Zöldveltelíni

Classicus vörös [Aħmar klassiku]:

10,60 % skont il-volum, (17-il° grad tal-most Ungeriż): Alibernet, Bíborkadarka, Blauburger, Csókaszőlő, Kadarka, Kármin, Kékfrankos, Kékoportó, Turán, Zweigelt

12,08 % skont il-volum, (19-il° grad tal-most Ungeriż): Cabernet franc, Cabernet sauvignon, Menoire, Merlot, Pinot noir, Syrah

Għall-inbejjed superior u grand superior kollha:

12,83 % skont il-volum (20° grad tal-most Ungeriż) għall-varjetajiet kollha

b.   Rendimenti massimi

Għal inbejjed klassiċi

100 ettolitru għal kull ettaru

Inbejjed Classicus — ħsad manwali

13 600 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Għal inbejjed klassiċi — ħsad mekkaniku

13 100 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Għal inbejjed superior

60 ettolitru għal kull ettaru

Għall-inbejjed superior — ħsad manwali

8 100 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Għal inbejjed superior — ħsad mekkaniku

7 800 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Għal inbejjed grand superior

35 ettolitru għal kull ettaru

Għall-inbejjed grand superior — ħsad manwali

6 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbejjed grand superior — ħsad mekkaniku

5 600 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

1.   INBEJJED KLASSIĊI:

Żoni tal-muniċipalitajiet ta’ Aldebrő, Andornaktálya, Demjén, Eger, Egerbakta, Egerszalók, Egerszólát, Feldebrő, Felsőtárkány, Kerecsend, Maklár, Nagytálya, Noszvaj, Novaj, Ostoros, Szomolya, Tarnaszentmária, Tófalu u Verpelét huma kklassifikati bħala ta’ Klassi I u II skont il-katast tal-vitikultura

2.   INBEJJED SUPERIOR U GRAND SUPERIOR:

Żoni tal-muniċipalitajiet ta’ Aldebrő, Andornaktálya, Demjén, Eger, Egerbakta, Egerszalók, Egerszólát, Feldebrő, Felsőtárkány, Kerecsend, Maklár, Nagytálya, Noszvaj, Novaj, Ostoros, Szomolya, Tarnaszentmária, Tófalu u Verpelét huma kklassifikati bħala ta’ Klassi I u II skont il-katast tal-vitikultura

7.   Varjetà tad-dielja prinċipali (varjetajiet)

alibernet

blauburger

bouvier

bíbor kadarka

cabernet franc - cabernet

cabernet franc - carbonet

cabernet franc - carmenet

cabernet franc - gros cabernet

cabernet franc - gros vidur

cabernet franc - kaberne fran

cabernet sauvignon

chardonnay - chardonnay blanc

chardonnay - kereklevelű

chardonnay - morillon blanc

chardonnay - ronci bilé

chasselas - chasselas blanc

chasselas - chasselas dorato

chasselas - chasselas doré

chasselas - chrupka belia

chasselas - fehér fábiánszőlő

chasselas - fehér gyöngyszőlő

chasselas - fendant blanc

chasselas - saszla belaja

chasselas - weisser gutedel

cserszegi fűszeres

csókaszőlő

ezerfürtű

furmint - furmint bianco

furmint - moslavac bijeli

furmint - mosler

furmint - posipel

furmint - som

furmint - szigeti

furmint - zapfner

gyöngyrizling

hamburgi muskotály - miszket hamburgszki

hamburgi muskotály - moscato d’amburgo

hamburgi muskotály - muscat de hambourg

hamburgi muskotály - muscat de hamburg

hamburgi muskotály - muszkat gamburgszkij

hárslevelű - feuilles de tilleul

hárslevelű - garszleveljü

hárslevelű - lindeblättrige

hárslevelű - lipovina

irsai olivér - irsai

irsai olivér - muskat olivér

irsai olivér - zolotis

irsai olivér - zolotisztüj rannüj

juhfark - fehérboros

juhfark - lämmerschwantz

juhfark - mohácsi

juhfark - tarpai

kabar

kadarka - csetereska

kadarka - fekete budai

kadarka - gamza

kadarka - jenei fekete

kadarka - kadar

kadarka - kadarka negra

kadarka - negru moale

kadarka - szkadarka

kadarka - törökszőlő

kerner

királyleányka - dánosi leányka

királyleányka - erdei sárga

királyleányka - feteasca regale

királyleányka - galbena de ardeal

királyleányka - königliche mädchentraube

királyleányka - königstochter

királyleányka - little princess

kármin

kékfrankos - blauer lemberger

kékfrankos - blauer limberger

kékfrankos - blaufränkisch

kékfrankos - limberger

kékfrankos - moravka

kékoportó - blauer portugieser

kékoportó - modry portugal

kékoportó - portugais bleu

kékoportó - portugalske modré

kékoportó - portugizer

leányka - dievcenske hrozno

leányka - feteasca alba

leányka - leányszőlő

leányka - mädchentraube

menoire

merlot

mátrai muskotály

mézes

olasz rizling - grasevina

olasz rizling - nemes rizling

olasz rizling - olaszrizling

olasz rizling - riesling italien

olasz rizling - risling vlassky

olasz rizling - taljanska grasevina

olasz rizling - welschriesling

ottonel muskotály - miszket otonel

ottonel muskotály - muscat ottonel

ottonel muskotály - muskat ottonel

pinot blanc - fehér burgundi

pinot blanc - pinot beluj

pinot blanc - pinot bianco

pinot blanc - weissburgunder

pinot noir - blauer burgunder

pinot noir - kisburgundi kék

pinot noir - kék burgundi

pinot noir - kék rulandi

pinot noir - pignula

pinot noir - pino csernüj

pinot noir - pinot cernii

pinot noir - pinot nero

pinot noir - pinot tinto

pinot noir - rulandski modre

pinot noir - savagnin noir

pinot noir - spätburgunder

rajnai rizling - johannisberger

rajnai rizling - rheinriesling

rajnai rizling - rhine riesling

rajnai rizling - riesling

rajnai rizling - riesling blanc

rajnai rizling - weisser riesling

rizlingszilváni - müller thurgau

rizlingszilváni - müller thurgau bijeli

rizlingszilváni - müller thurgau blanc

rizlingszilváni - rivaner

rizlingszilváni - rizvanac

sauvignon - sauvignon bianco

sauvignon - sauvignon bijeli

sauvignon - sauvignon blanc

sauvignon - sovinjon

syrah - blauer syrah

syrah - marsanne noir

syrah - serine noir

syrah - shiraz

syrah - sirac

szürkebarát - auvergans gris

szürkebarát - grauburgunder

szürkebarát - graumönch

szürkebarát - pinot grigio

szürkebarát - pinot gris

szürkebarát - ruländer

sárga muskotály - moscato bianco

sárga muskotály - muscat blanc

sárga muskotály - muscat bélüj

sárga muskotály - muscat de frontignan

sárga muskotály - muscat de lunel

sárga muskotály - muscat lunel

sárga muskotály - muscat sylvaner

sárga muskotály - muscat zlty

sárga muskotály - muskat weisser

sárga muskotály - weiler

sárga muskotály - weisser

tramini - gewürtztraminer

tramini - roter traminer

tramini - savagnin rose

tramini - tramin cervené

tramini - traminer

tramini - traminer rosso

viognier

zefír

zengő

zenit

zweigelt - blauer zweigeltrebe

zweigelt - rotburger

zweigelt - zweigeltrebe

zöld szagos - decsi szagos

zöld szagos - zöld muskotály

zöld szilváni - grüner sylvaner

zöld szilváni - silvanec zeleni

zöld szilváni - sylvánske zelené

zöld veltelíni - grüner muskateller

zöld veltelíni - grüner veltliner

zöld veltelíni - veltlinské zelené

zöld veltelíni - zöldveltelíni

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

“Inbid (1)”

1.   Deskrizzjoni taż-żona demarkata

Fatturi naturali

Eger tinsab bejn il-Muntanji Mátra u Bükk, fil-punt ta’ intersezzjoni tal-Għoljiet Ungeriżi tat-Tramuntana u tal-Pjanura l-Kbira Unġeriża, f’altitudni ta’ bejn 160 u 180 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Fil-ġnub tal-wied ta’ Eger, kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent hemm għoljiet li huma għoljin bejn 200 u 300 metru.

Lejn il-grigal tal-belt hemm il-blat kbir tal-Għolja Nagy-Eged, li jilħaq għoli ta’ aktar minn 500 metru. L-għolja tifrex mil-Lvant sal-Punent, u n-naħa tal-kultivazzjoni tad-dwieli tagħha tħares lejn in-Nofsinhar.

Tipi ta’ ħamrija tar-reġjun tal-vitikultura ta’ Eger

Il-ħamrija taż-żoni ta’ produzzjoni bl-isem ġeografiku ta’ “Eger” hija magħmula minn bosta varjetajiet ta’ ħamrija tal-foresta kannella ffurmata fuq it-tuff rolitiku ta’ oriġini vulkanika (ramman, chernozem, banded, degradat), bl-eċċezzjoni tal-ħamrija ramlija mat-tarf tax-xmara li tlaqqa’ l-inħawi tal-muniċipalitajiet ta’ Verpelét, Feldebrő, Aldebrő u Tófalu. Ħlief għal xi ftit eċċezzjonijiet, id-dwieli jinsabu fuq pjanijiet u fuq it-territorji ġentili tagħhom tan-Nofsinhar, tal-Punent u tal-Lvant. Minnhom joħorġu l-Għolja Nagy-Eed, li għandha ħamrija kannella tal-foresti fformata fuq sediment ta’ ġebel tal-ġir tal-baħar, u l-Għolja Mész, li għandha bażi ta’ andesit.

L-adegwatezza tal-ħamrija għat-tħawwil tal-vinji hija msaħħa aktar bil-kundizzjonijiet topografiċi favorevoli tat-truf tal-belt. Il-vinji tħawlu fuq ix-xaqlibiet tan-nofsinhar u tax-xlokk tal-għoljiet u tal-elevazzjonijiet, fuq dawk li huma magħrufin bħala “verő” [territorji mimlijin xemx]. Id-data meteoroloġika tipika għar-reġjun tal-vitikultura fuq medja ta’ 47 sena hija kif ġej: temperatura annwali medja: 10,65 °C; preċipitazzjoni annwali medja: 592,6 mm; medja annwali ta’ sigħat ta’ xemx: 1 964 siegħa. Il-leġiżlazzjoni attwalment fis-seħħ telenka ż-żoni adatti għat-tħawwil tad-dwieli bħala dawk ikklassifikati fil-klassijiet I u II skont il-katast tal-vinja. Għaldaqstant, hemm 18 431 ettaru ta’ żoni tal-klassi I u 3 914-il ettaru ta’ żoni tal-klassi II xierqa għat-tħawwil ta’ dwieli fir-reġjun tal-inbid ta’ Eger. L-erja totali hija ta’ 22 345 ettaru.

Fatturi umani

Il-feġġa tad-dwieli fil-viċinanza ta’ Eger u l-vitikultura fil-Medju Evu.

Instabet werqa tad-dielja fossilizzata ta’ 30 miljun sena, il-“Vitis Hungararica”, fuq in-naħa tal-Għolja Kis-Eged. Madankollu, mhijiex relatata mal-vitikultura tal-lum. Skont id-data arkeoloġika, Eger u l-viċinanzi tagħha ilhom ippopolati mis-seklu 10 ’il quddiem. Sa kmieni tas-seklu 11, huwa maħsub li kienet saret raħal maġġuri fl-Ungerija. Skont il-karta tal-1261 tar-Re Béla IV, l-ewwel re tal-Ungerija, San Stiefnu, ta d-dieċma tal-inbid tal-wied ta’ Eger lid-Djoċesi ta’ Eger. L-invażjoni tat-Tatar fl-1241 naqqset il-popolazzjoni u n-nuqqas ta’ ħaddiema ġiegħel lir-Re Béla IV iġib il-barranin biex joqogħdu fil-pajjiż. Huwa maħsub li kien bejn wieħed u ieħor f’dan iż-żmien li l-ewwel Walloons waslu f’Eger, li kienu magħrufa li jgħixu fit-triq li kien jisimha Olasz utca; kien hemm ukoll nies li ġew mill-Wallonja f’Tállya, li introduċew il-vitikultura Franċiża u l-ħżin tal-inbid fil-btieti.

Huwa maħsub li l-ewwel kantini nbnew mill-Knisja, u dawk tal-bidu nett kienu magħrufin bħala dézsmapince [kantina tad-dieċma tal-inbid].

Ir-reputazzjoni tal-vitikultura fir-reġjun ta’ Eger tmur lura għal bosta sekli. L-istampatur u inċiżur Fjamming Gaspar Bouttats ipproduċa diversi inċiżjonijiet tar-ram relatati mal-Ungerija, inkluża veduta ta’ Eger, jew “Erlau”, fid-“Deskrizzjoni exacte des Royaumes de Hongrie”, ippubblikata f’Antwerp fl-1688. Inċiżjoni aktar antika ta’ Eger (Agria vulgo Erla), “Agria vulgo Erla”, il-belt tal-vitikultura tirreżisti lit-Torok, ġiet għandna wkoll, ippubblikata minn G. Hoefnagel fl-1617. Iż-żewġ inċiżjonijiet juru l-kastell famuż tal-belt u l-vinji.

Sorsi jissuġġerixxu li l-vitikultura għaddiet minn tibdil sinifikanti matul is-seklu 17. Varjetajiet ta’ għenba ħamra bdew isiru iktar popolari fuq varjetajiet ta’ għenba bajda li qabel kienu dominanti.

Għandu jiġi nnotat li l-vitikulturisti ta’ Eger żviluppaw għodda speċjali magħrufa bħala l-“imgħażqa ta’ Eger” għall-kultivazzjoni tar-raba’ iebes fiż-żona. Biex ikejlu l-inbejjed tagħhom, kienu jużaw "Eger akó" [madwar 200 litru], li kien madwar erba’ darbiet l-"akó" regolari. Il-kwalitajiet ta’ preservazzjoni ta’ kważi-aċidità u ta’ preservazzjoni fit-tul tal-inbejjed ħtieġu maturazzjoni fuq perjodu ta’ żmien twil fi btieti tal-injam. Il-produtturi kienu jimmaturaw l-inbejjed tagħhom fil-btieti fil-kantini u f’sistemi fil-kantini minquxin mit-tuff rolitiku taħt il-belt, li kienu jipprovdu klima naturali fil-kantina (klima għall-maturazzjoni).

Klassifikazzjoni taż-żoni tal-vinji fil-passat

Il-produzzjoni tal-inbid f’Eger kellha l-ewwel era tad-deheb fis-seklu 15-16 u esperjenzat rinaxximent fis-seklu 18. Rekords li jmorru lura sal-1760 u l-1789 jagħtuna informazzjoni dwar il-kwalità taż-żoni tal-vinji. Fl-1760, il-vinji kienu maqsumin fi tliet klassijiet fuq il-bażi tal-kwalità tal-ħamrija, il-pendil tat-territorju, l-ammont ta’ xemx, eċċ. Kważi 50 % tal-vinji kienu tal-ewwel klassi.

Fl-1789, il-vinji ta’ Eger inqasmu f’sitt klassijiet (fil-livell nazzjonali kien hemm tmien klassijiet, iżda ż-żona ta’ Eger ma kellha l-ebda vinja fl-aħħar żewġ klassijiet). Il-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-klassifikazzjoni kienu simili għal dawk tal-1760, bid-differenza li ħafna vinji eċċellenti li kienu jipproduċu l-għeneb għall-inbid “aszú” ġew ikklassifikati wkoll fl-ewwel klassi.

Eger kellha regoli fis-seħħ għall-komunità tal-inbid sa mis-seklu 18. Dawn kienu jiġu infurzati mill-uffiċjali tal-komunità tal-inbid, li min-naħa tagħhom kienu sorveljati mill-maġistrat.

“Inbid (2)”

1.   Deskrizzjoni taż-żona demarkata (tkompli)

Il-varjetajiet tad-dwieli kkultivati u l-inbejjed prodotti minnhom

Sal-feġġa tal-Kadarka fis-seklu 15, introdotta f’Eger mis-Serbi li ħarbu minn djarhom taħt l-okkupazzjoni Torka, iż-żona prinċipalment ipproduċiet għeneb abjad. Minbarra l-Kadarka, is-Serbi introduċew metodi ta’ kif isir l-inbid aħmar. Fir-rekords tal-Kontea ta’ Heves tal-Iskola tal-Istat ta’ Buda tal-Vitikultura jidhru mhux inqas minn 56 varjetà ta’ għeneb. Il-Kontea ta’ Pest u ta’ Baranya biss kellhom aktar varjetajiet. Il-maġġoranza tal-vinji kienu qed jipproduċu l-varjetajiet ta’ Lúdtalpú u ta’ Kereklevelű direttament qabel l-epidemija ta’ phylloxera. Fl-1859, “Szġlészeti Lapok” [Bullettin Viticulturist] qajjem il-ħtieġa għall-propagazzjoni suffiċjenti ta’ “speċijiet” oħrajn minbarra l-Kadarka, u faħħar il-kwalitajiet eċċellenti ta’ teinturier ta’ Oporto u Fekete muskotály.

Il-varjetà ta’ inbid aħmar skur Eger magħrufa bl-isem ta’ Bikavér [demm tal-barri] dehret għall-ewwel darba fi ktieb tal-proverbji fl-1851: "Demm tal-barri huwa l-isem ta’ inbejjed ħomor qawwijin, bħall-inbid Eger". Wara l-epidemija tal-phylloxera, ġie stabbilit l-Istazzjon ta’ Eger tal-Istitut Ampeloloġiku b’mod konġunt mal-Iskola tal-Vitikultura, sabiex tintwera l-importanza tal-produzzjoni tal-għeneb u tal-inbid f’Eger. Sussegwentement, dan sar wieħed mill-aktar istituti Ungeriżi importanti għat-trobbija tar-reżistenza, għar-riċerka dwar il-valur tal-varjetajiet, għall-evalwazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni (territorji ) u r-riċerka dwar it-tekniki tal-vitikultura, b’mod partikolari tal-inbid aħmar.

Protezzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Eger”

L-importanza tal-inbejjed ta’ Eger hija kkonfermata mill-fatt li fil-15 ta’ Settembru 1970, id-denominazzjonijiet ta’ oriġini EGER (ERLAU) u EGRI (ERLAUER) ġew irreġistrati taħt it-Taqsima 33 “INBEJJED” tal-Ftehim ta’ Lisbona għall-Protezzjoni ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom, u dan ikkontribwixxa b’mod sinifikanti għall-protezzjoni tas-swieq tagħhom.

2.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

Ir-reġjun huwa adattat għall-produzzjoni ta’ inbejjed bojod li huma jew ħfief iżda b’togħma li ddum tintiegħem, jew tqal, robusti u qawwija. Dawn l-inbejjed huma rikki fl-aromi u fil-minerali, u huma wkoll aktar rikki fl-aċidi naturali mill-inbejjed prodotti fir-reġjuni tal-inbid fin-nofsinhar ta’ Eger.

Ir-reġjun tal-vitikultura jipproduċi wkoll inbejjed rożè b’togħma rikka u nbejjed siller b’ħajja itwal mill-medja Ungeriża, b’aromi mhux biss ta’ frott frisk iżda wkoll ta’ frott misjur.

L-inbejjed ħomor għandhom kontenut ta’ tannini relattivament baxx u, minħabba l-prossimità tal-konfini tat-tramuntana għall-produzzjoni tal-inbid u l-irjieħ fl-għoljiet u fil-widien, huma għandhom kważi-aċidità, togħma li ddum tintiegħem u aromi ta’ frott u ta’ ħwawar varji qawwijin, li jagħmluhom adatti għal maturazzjoni fit-tul.

L-użu ta’ numru kbir ta’ varjetajiet dejjem kien karatteristika fir-reġjun tal-inbid. Dan wassal għar-reputazzjoni tagħha bħala reġjun tal-inbejjed imħallta, b’mod partikolari Egri Bikavér.

3.   Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Il-kundizzjonijiet klimatiċi ġenerali tar-reġjun tal-inbid huma influwenzati b’mod ewlieni mill-prossimità tal-Muntanji Bükk. Dawn jipprovdu protezzjoni mill-ġlata tax-xitwa, u l-iljieli friski li jirriżultaw mir-“riħ tal-muntanji” wara jiem sħan tas-sajf u tal-ħarifa jiżguraw li l-għeneb iżomm aċidità raffinata u eleganti u l-aromi tal-frott primarju tiegħu. Din hija r-raġuni għala, meta wieħed jitkellem b’mod ġenerali, l-inbejjed "Eger" għandhom aċidità vivaċi u togħma li ddum tintiegħem. Il-ħamriji tar-reġjun tal-inbid ta’ Eger għandhom bilanċ tajjeb ta’ ilma, u, minħabba l-preċipitazzjoni annwali medja ta’ 600 mm, l-għeneb jiżviluppa b’mod ibbilanċjat u mingħajr stress. B’konsegwenza ta’ dan, l-ebda aċidità immatura minħabba n-nuqqas ta’ ilma ma tifforma f’dawn l-inbejjed.

Il-varjetà tal-kundizzjonijiet klimatiċi u l-kompożizzjoni tal-ħamrija fir-reġjun tal-inbid ta’ Eger tfisser li hemm differenzi sinifikanti bejn it-territorji individwali f’termini tal-kontenut alkoħoliku, l-aċidità u l-aroma tal-inbejjed, b’mod partikolari fil-vendemmji d-“dgħajfin”. Esperimenti mwettqa fl-Egri Szġlészeti és Borászati Kutató Intézet (Istitut tar-Riċerka dwar l-Għeneb u l-Inbid ta’ Eger) urew li s-sitwazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni u l-espożizzjoni tagħhom għandhom impatt akbar fuq il-qawwa alkoħolika u l-intensità tal-inbejjed, filwaqt li l-kompożizzjoni tal-ħamrija għandha rwol akbar fil-kompożizzjoni tal-aroma sottili. Għaldaqstant, territorji b’karatteristiċi differenti tal-ħamrija jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed speċifiċi b’karatteristiċi differenti. Pereżempju, l-inbejjed prodotti f’ħamrija b’saff irqaq ta’ ħamrija ta’ fuq li tkun ta’ oriġini vulkanika huma aktar minerali; inbejjed prodotti f’ħamrija fonda b’kontenut għoli ta’ tafal huma aktar robusti; u l-inbejjed tal-ħamrija ramlija tar-reġjun ta’ Debrő huma aktar qawwija minħabba t-tisħin rapidu tal-ħamrija.

It-tradizzjonijiet u din id-diversità klimatika jeħtieġu u jiġġustifikaw il-kultivazzjoni ta’ ħafna varjetajiet differenti ta’ dwieli u l-produzzjoni ta’ firxa wiesgħa ħafna ta’ nbejjed fir-reġjun tal-vitikultura. B’mod uniku, il-kundizzjonijiet klimatiċi u pedoloġiċi taż-żona ta’ produzzjoni demarkata “Eger” jippermettu lill-vitikulturisti jipproduċu kull tip ta’ nbid ta’ kwalità eċċellenti, għall-kuntrarju ta’ reġjuni oħrajn tal-vitikultura.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Regoli ġenerali dwar it-tikkettar (1)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

(a)

L-espressjoni tradizzjonali “inbid ta’ oriġini protetta” tista’ tintuża biex tissostitwixxi l-espressjoni “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”, fil-forma ta’ “inbid klassiku ta’ oriġini protetta”, “inbid superjuri ta’ oriġini protetta” jew “inbid grand superjuri ta’ oriġini protetta”.

(b)

Ismijiet ta’ varjetà, espressjonijiet tradizzjonali, espressjonijiet ristretti oħra, jew espressjonijiet li jirreferu għall-kulur tal-inbid jistgħu jiġu indikati biss jekk dawn l-espressjonijiet ma jispikkawx aktar mid-Denominazzjoni tal-Oriġini f’termini tat-tipa, id-daqs tat-tipa jew il-kulur tat-tipa tagħhom.

(c)

Fil-każ ta’ nbejjed superjuri, għandha tiżdied l-espressjoni “Superior” u fil-każ ta’ nbejjed grand superior għandha tiżdied l-espressjoni “Grand superior” mal-isem tal-inbid*, u din għandha tiġi indikata fuq it-tikketta wara d-Denominazzjoni tal-Oriġini, bl-istess tipografija. Fejn jiġi inkluż l-isem tat-territorju , kull kamp viżiv li jkun fih l-isem tax-xaqliba jrid jindika l-klassifikazzjoni u l-isem tal-muniċipalità.

(d)

L-espressjoni tradizzjonali “Bikavér” tista’ tidher biss fuq inbid prodott mill-għeneb li jitkabbar fiż-żoni li ġejjin: Andornaktálya, Demjén, Eger, Egerbakta, Egerszalók, Egerszólát, Felsőtárkány, Kerecsend, Maklár, Nagytálya, Noszvaj, Novaj, Ostoros, u Szomolya, ikkatergorizzati fil-Klassi I u II skont il-katast tal-vitikultura; it-territorji ta’ Cinege, Közép-bérc, Ördöngös, Öreg-hegy, Padok u Szirák tal-muniċipalità ta’ Verpelét; u t-territorju ta’ Dobi tető ta’ Tarnaszentmária.

Regoli ġenerali dwar it-tikkettar (2)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

(e)

L-espressjoni tradizzjonali “Bikavér” tista’ tidher fuq it-tikketta biss immedjatament wara l-forma “Egri” tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Egri”, fl-istess linja u bl-użu tal-istess tipografija.

(f)

Il-forma jew ir-ras ta’ barri jew kwalunkwe immaġni reminixxenti tagħha, u l-kelma “bikavér” b’lingwa barranija, jew kwalunkwe terminu li jirreferi għad-demm ta’ barri bl-Ungeriż jew b’lingwa barranija, jistgħu jiġu indikati biss fuq it-tikketta u l-flixkun tal-inbejjed Egri Bikavér, Egri Bikavér Superior u Egri Bikavér Grand Superior. Eċċezzjoni hija l-figura li tirreferi għar-ras tal-barri fuq it-trademark tar-reġjun tal-inbid ta’ Eger.

(g)

Stampi li jirrappreżentaw jew li jagħmlu referenza għal stilla ta’ kwalunkwe daqs jew għamla, jew għall-kelma “csillag” [stilla] f’lingwa barranija, jew kwalunkwe terminu li jirreferi għal stilla bl-Ungeriż jew b’lingwa barranija, jistgħu jidhru biss fuq l-inbejjed Egri Csillag, Egri Csillag Superior u Egri Csillag Grand Superior.

(h)

Indikazzjoni ta’ isem ta’ varjetà fil-każ ta’ taħlit hija possibbli biss jekk is-sehem ta’ kull varjetà fit-taħlita jkun aktar minn jew ugwali għal 5 %. F’dak il-każ, l-isem tal-varjetà jista’ jiġi indikat biss f’karattri li ma jaqbżux 20 % tad-daqs tat-tipa użata għall-indikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

(i)

Is-sena tal-vendemmja għandha tiġi indikata.

(j)

L-indikazzjoni tal-isem tat-territorju hija obbligatorja għall-inbejjed grand superior.

Ismijiet ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar u regoli li jirregolaw id-demarkazzjoni u l-indikazzjoni tagħhom (1)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

(a)

Muniċipalitajiet:

(i)

L-inbejjed klassiċi, superior u grand superior, it-tipi kollha ta’ nbid;

(ii)

identità tal-oriġini: tal-anqas 85 %;

(iii)

l-ismijiet tal-muniċipalitajiet li jistgħu jiġu indikati: Aldebrő, Andornaktálya, Demjén, Eger, Egerbakta, Egerszalók, Egerszólát, Feldebrő, Felsőtárkány, Kerecsend, Maklár, Nagytálya, Noszvaj, Novaj, Ostoros, Szomolya, Tarnaszentmária, Tófalu, Verpelét.

(b)

Konnessjoni bejn unitajiet ġeografiċi iżgħar u trademarks: fil-każ ta’ prodotti tal-inbid iddeżinjati bl-użu ta’ trademarks reġistrati li jikkonsistu parzjalment jew kompletament mill-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, jew ta’ referenza għal żona ġeografika tal-pajjiż, jew bl-użu ta’ trademarks stabbiliti permezz tal-użu qabel il-11 ta’ Mejju 2002, ir-regoli li jappartjenu għall-oriġini tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbejjed ma japplikawx.

(c)

Territorji:

(i)

fuq l-inbejjed grand superior biss;

(ii)

identità tal-oriġini: tal-anqas 95 %;

(iii)

it-tikketta għandha tindika wkoll il-muniċipalità tar-reġjun tal-inbid;

(iv)

ismijiet tat-territorji:

Aldebrő: Káli-völgy, Poharas-dűlő, Sík-hegy, Szent Donát-dűlő, Uraké;

Andornaktálya: Bánya-tető, Cserje, Cserjés-lápa, Dezerta, Felső-rétre járó, Felső-tábla, Gesztenyési-dűlő, Kerek-szilvás, Kétágú-dűlő, Kis-hegy, Málnás, Marinka, Mocsáry, Nagy-parlag, Nagy-völgy, Parti-dűlő, Pesti, Pünkösd-tető, Rózsa-hegy, Schwarcz, Szállás-völgy, Szél-hegy, Zúgó-part;

Demjén: Bodzás-tető, Farkas-hegy, Hangács, Nyitra, Pünkösd-tető, Szőlőhegy, Varjasi-dűlő.

Regoli għad-demarkazzjoni u l-indikazzjoni ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar (2)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

(iv)

ismijiet tat-territorji (tissokta):

Eger: Almagyar, Áfrika, Agárdi, Almár-völgy, Bajusz, Bajusz-völgy, Bánya-tető, Békési, Benke-lápa, Birka, Braun-völgy, Cigléd, Cinege, Déllés, Dobrányi, Donát, Érseki, Erzsébet-völgy, Fehér-hegy, Felső-galagonyás, Fertő, Gőzmalmos, Grőber, Grőber-völgy, Gyilkos, Hajdú-hegy, Hergyimó, Kerékkötő, Kis-Eged, Kis-galagonyás, Kis-Kocs, Kolompos, Kolompos-völgy, Kőlyuk-tető, Kőporos, Kutya-hegy, Losonci-völgy, Makjány, Marinka, Merengő, Mész-hegy, Mezey alsó, Mezey öreg, Nagy-galagonyás, Nagy-Eged-dűlő, Nagy-Eged-hegy, Nagy-Kocs, Nyerges, Nyúzó, Öreg-hegy, Pap-hegy, Pirittyó, Posta út, Rác-hegy, Rádé, Répás-tető, Rózsás, Sík-hegy, Steiner, Szarkás, Szépasszony-völgy, Szőlőcske, Szőlőske, Tiba, Tibrik, Tihamér, Tót-hegy, Új-fogás, Vécsey-völgy, Vidra, Vizes-hegy;

Egerbakta: Dobos-lápa, Ivánka, Ivánkafő, Magyalos, Muki-lápa, Ortás, Pap-tag, Szőlő-tető, Töviskes, Zsebe-lápa;

Egerszalók: Ádám-völgy, Buk-tető, Ferenc-hegy, Juhkosár, Káptalan-völgy, Kis-határ, Kovászó, Kővágó, Magyalos, Nagy Ádám-tető, Pap-tag, Vágás;

Egerszólát: Alsó-hegy, Birka-tető, Boldogságos, Csutaj-tető, Felső-hegy, Kamra-völgy, Kántor-tag, Szarvas, Tó-bérc;

Feldebrő: Alberki, Bogár-hát, Csepegő, Csonkás, Egri út, Szőlők háta;

Felsőtárkány: Homok-hegy, Homok-lápa, Nyavalyás, Öreg-hegy, Tiba alja.

Regoli għad-demarkazzjoni u l-indikazzjoni ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar (3)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

(iv)

ismijiet tat-territorji (tissokta):

Kerecsend: Nagy-aszó, Öreg-hegy, Tardi-dűlő;

Maklár: Nagy-aszó, Öreg-hegy;

Nagytálya: Kendervát, Nagy-aszó, Öreg-hegy, Pipis, Vitis-dűlő;

Noszvaj: Csókás, Dóc, Herceg, Hosszú-szél, Kőkötő, Nagyfai-dűlő, Nyilas-már, Perzselő, Pipis, Szeles-oldal, Szeles-tető, Tekenő-hát, Zsidó-szél;

Novaj: Halom, Hegyi-tábla, Hermány, Hodály-tető, Juhszalagos, Kis-gyepföld, Mezőkövesdi út tető, Nagy-gyepföld, Nagyút, Öreg-hegy, Pap-föld, Szeszfőzde-tető, Vitéz;

Ostoros: Bikus, Csárda-kert, Gólint, Hermány, Janó, Kutya-hegy, Pajados, Sóderbánya-tető, Szél-hegy, Szilvás-tető, Tag, Verem-part;

Szomolya: Csáj-lapos, Demecs, Galagonyás, Gyűr, Ispán-berki, Jató-tető, Kangyalló, Mácsalma, Nagy-völgy-tető, Pazsag, Proletár, Szilos-oldal, Vas-lápa, Vén-hegy;

Tarnaszentmária: Dobi-oldal, Dobi-tető, Szőlőhegy;

Tófalu: Bogár-hát, Petes alja;

Verpelét: Ácsok, Alberki, Cinege, Fekete-oldal, Hagyóka, Hosszúi-dűlő, Kecske-hát, Kerékkötő, Keresztfa, Királyi-dűlő, Kis-hegy, Kő-hegy, Közép-bérc, Majka, Ördöngős, Öreg-hegy, Padok, Pallagfő, Szent János-völgy, Szirák, Tilalmas, Tölgyes-szél, Túró-mező, Varjas, Veres.

Regoli għall-indikazzjoni tat-tipi ta’ nbid (1)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Classicus bikavér [Demm tal-barri klassiku]:

L-espressjoni tradizzjonali “Bikavér” tista’ tidher fuq it-tikketta biss immedjatament wara l-forma “Egri” tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Egri”, fl-istess linja u bl-użu tal-istess tipografija.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “fahordós érlelésű bor” [inbid immaturat fi btieti], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni], “ó” [immaturat], “muzeális bor” [inbid storiku].

Classicus muskotály [Muscat klassiku]:

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “cuvée”, “első szüret” [l-ewwel ħsad], “virgin vintage”, “újbor” [inbid ġdid], “primőr” [inbid bikri], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni].

Il-kelma “Muskotály” tista’ tintuża biss b’tali mod li, minħabba t-tipa, id-daqs tat-tipa jew il-kulur tat-tipa tagħha li tintuża, ma tispikkax aktar mid-denominazzjoni ta’ oriġini.

Classicus siller u Classicus rozé [Siller klassiku u Rożè klassiku]:

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “cuvée”, “első szüret” [l-ewwel ħsad], “virgin vintage”, “újbor” [inbid ġdid], “primőr” [inbid bikri], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni].

Classicus fehér [Abjad klassiku]:

L-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jkunu indikati biss b’tali mod li, minħabba t-tipa, id-daqs tat-tipa jew il-kulur tat-tipa tagħhom, dawn ma jispikkawx aktar mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Ismijiet oħrajn tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jiġu indikati biss f’karattri li ma jaqbżux nofs id-daqs tat-tipa użata għall-indikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “cuvée”, “fahordós érlelésű bor” (inbid immaturat fi btieti tal-injam), “első szüret” (l-ewwel ħsad), “virgin vintage”, “újbor” (inbid ġdid), “primőr” (inbid bikri), “termőhelyen palackozva” (ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni), “ó” (immaturat), “muzeális bor” (inbid storiku).

Regoli għall-indikazzjoni tat-tipi ta’ nbid (2)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Classicus csillag [Stilla klassika]:

L-espressjoni “csillag” tista’ tidher fuq it-tikketta biss immedjatament wara l-forma “Egri” tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Egri”, fl-istess linja u bl-użu tal-istess tipografija.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “fahordós érlelésű bor” [inbid immaturat fi btieti tal-injam], “első szüret” [l-ewwel ħsad], “virgin vintage”, “újbor” [inbid ġdid], “primőr” [inbid bikri], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni].

Classicus vörös [Aħmar klassiku]:

L-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jkunu indikati biss b’tali mod li, minħabba t-tipa, id-daqs tat-tipa jew il-kulur tat-tipa tagħhom, dawn ma jispikkawx aktar mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Ismijiet oħrajn tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jiġu indikati biss f’karattri li ma jaqbżux nofs id-daqs tat-tipa użata għall-indikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “cuvée”, “fahordós érlelésű bor” (inbid immaturat fi btieti tal-injam), “első szüret” (l-ewwel ħsad), “virgin vintage”, “újbor” (inbid ġdid), “primőr” (inbid bikri), “termőhelyen palackozva” (ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni), “ó” (immaturat), “muzeális bor” (inbid storiku).

Superior bikavér [Demm tal-barri superjuri]:

L-espressjoni tradizzjonali “Bikavér” tista’ tidher fuq it-tikketta biss immedjatament wara l-forma “Egri” tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Egri”, fl-istess linja u bl-użu tal-istess tipografija.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “fahordós érlelésű bor” [inbid immaturat fi btieti tal-injam], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni].

Superior fehér [Abjad superjuri]:

L-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jkunu indikati biss b’tali mod li, minħabba t-tipa, id-daqs tat-tipa jew il-kulur tat-tipa tagħhom, dawn ma jispikkawx aktar mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Ismijiet oħrajn tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jiġu indikati biss f’karattri li ma jaqbżux nofs id-daqs tat-tipa użata għall-indikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “cuvée”, “fahordós érlelésű bor” [inbid immaturat fi btieti], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni], “főbor” [inbid prinċipali].

Regoli għall-indikazzjoni tat-tipi ta’ nbid (3)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Superior csillag [Stilla superjuri]:

L-espressjoni “csillag” tista’ tidher fuq it-tikketta biss immedjatament wara l-forma “Egri” tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Egri”, fl-istess linja u bl-użu tal-istess tipografija.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “fahordós érlelésű bor” [inbid immaturat fi btieti tal-injam], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni].

Superior vörös [Aħmar superjuri]:

L-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jkunu indikati biss b’tali mod li, minħabba t-tipa, id-daqs tat-tipa jew il-kulur tat-tipa tagħhom, dawn ma jispikkawx aktar mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Ismijiet oħrajn tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jiġu indikati biss f’karattri li ma jaqbżux nofs id-daqs tat-tipa użata għall-indikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “cuvée”, “fahordós érlelésű bor” [inbid immaturat fi btieti], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni], “főbor” [inbid prinċipali].

Superior késői szüretelésű [Ħsad tardiv superjuri]:

L-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jkunu indikati biss b’tali mod li, minħabba t-tipa, id-daqs tat-tipa jew il-kulur tat-tipa tagħhom, dawn ma jispikkawx aktar mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Ismijiet oħrajn tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jiġu indikati biss f’karattri li ma jaqbżux nofs id-daqs tat-tipa użata għall-indikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “cuvée”, “fahordós érlelésű bor” [inbid immaturat fi btieti tal-injam], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni].

Grand superior bikavér [Demm tal-barri grand superior]:

L-espressjoni tradizzjonali “Bikavér” tista’ tidher fuq it-tikketta biss immedjatament wara l-forma “Egri” tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Egri”, fl-istess linja u bl-użu tal-istess tipografija.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “fahordós érlelésű bor” [inbid immaturat fi btieti tal-injam], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni].

Regoli għall-indikazzjoni tat-tipi ta’ nbid (4)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Grand superior fehér [Abjad grand superior]:

L-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jkunu indikati biss b’tali mod li, minħabba t-tipa, id-daqs tat-tipa jew il-kulur tat-tipa tagħhom, dawn ma jispikkawx aktar mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Ismijiet oħrajn tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jiġu indikati biss f’karattri li ma jaqbżux nofs id-daqs tat-tipa użata għall-indikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “cuvée”, “fahordós érlelésű bor” [inbid immaturat fi btieti tal-injam], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni].

Grand superior csillag [Stilla grand superior]:

L-espressjoni “csillag” tista’ tidher fuq it-tikketta biss immedjatament wara l-forma “Egri” tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Egri”, fl-istess linja u bl-użu tal-istess tipografija.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “fahordós érlelésű bor” [inbid immaturat fi btieti tal-injam], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni].

Grand superior vörös [Aħmar grand superior]:

L-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jkunu indikati biss b’tali mod li, minħabba t-tipa, id-daqs tat-tipa jew il-kulur tat-tipa tagħhom, dawn ma jispikkawx aktar mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Ismijiet oħrajn tal-varjetajiet tad-dwieli jistgħu jiġu indikati biss f’karattri li ma jaqbżux nofs id-daqs tat-tipa użata għall-indikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Espressjonijiet tradizzjonali u espressjonijiet ristretti oħrajn li jistgħu jiġu indikati: “barrique”, “cuvée”, “fahordós érlelésű bor” [inbid immaturat fi btieti tal-injam], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni].

Regoli dwar il-preżentazzjoni

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

(a)

Inbejjed superior u grand superior (kull tip ta’ nbid), kif ukoll classicus Bikavér u Csillag jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss fi fliexken tal-ħġieġ. It-tipi l-oħrajn kollha ta’ nbid għandhom jitpoġġew fis-suq biss fi fliexken tal-ħġieġ jew f’bag-in-box.

(b)

Il-preżentazzjoni tal-inbejjed tista’ ssir biss mill-bottiljaturi rreġistrati mill-Kunsill tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Vitikultura ta’ Eger. L-obbligu tal-ibbottiljar ma japplikax, fiż-żona tal-produzzjoni, għall-inbejjed magħmulin minn vitikulturisti fil-kantina tagħhom stess, għall-konsum fuq il-post.

(c)

Il-preżentazzjoni tista’ ssir barra miż-żona demarkata biss jekk in-notifika tingħata 48 siegħa qabel ma ssir il-preżentazzjoni. Il-preżentazzjoni għandha ssir fi żmien 90 jum mid-dispaċċ mill-post tal-produzzjoni sabiex jinżammu l-kwalitajiet organolettiċi.

Data l-iktar kmieni tal-bejgħ

Qafas legali:

Mill-organizzazzjoni responsabbli li tiġġestixxi d-DOP/l-IĠP, fejn stabbilit mill-Istati Membri

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

(a)

Inbejjed klassiċi:

(i)

Bikavér: l-1 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad;

(ii)

Csillag: il-15 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad;

(iii)

għal kull tip ieħor ta’ nbid: mhux regolata.

(b)

Inbejjed Superior:

(i)

Bikavér: l-1 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad;

(ii)

Csillag: il-15 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad;

(iii)

għal kull tip ieħor ta’ nbid: mhux regolata.

(c)

Għall-inbejjed grand superior:

(i)

Bikavér: l-1 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad;

(ii)

Csillag: l-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad;

(iii)

għal kull tip ieħor ta’ nbid: mhux regolata.

Il-produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata

Qafas legali:

Mill-organizzazzjoni responsabbli li tiġġestixxi d-DOP/l-IĠP, fejn stabbilit mill-Istati Membri

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Fil-muniċipalità ta’ Kompolt; fil-muniċipalitajiet ta’ Bogács, Bükkzsérc u Cserépfalu fil-każ ta’ għeneb imkabbar fuq it-territorju ta’ Dóc dűlġ fil-muniċipalità ta’ Noszvaj.

Regoli tranżizzjonali

Qafas legali:

Mill-organizzazzjoni responsabbli li tiġġestixxi d-DOP/l-IĠP, fejn stabbilit mill-Istati Membri

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

(a)

Il-produtturi li poġġew fis-suq l-inbid “Egri Bikavér” magħmul minn għeneb ikkultivat qabel il-31 ta’ Diċembru 2009, b’indikazzjoni tat-territorju, u li ssodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20 tad-Digriet Nru 102/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 tal-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali dwar l-inbejjed ta’ oriġini protetta tar-reġjun tal-inbid ta’ Eger, għandhom, fis-snin sussegwenti, waqt it-taħlit ta’ “Egri Bikavér” minn għeneb li joriġina mill-istess vinja u territorju, japplikaw ir-regoli preċedenti dwar it-taħlit ta’ “Egri Bikavér”, kif stabbilit fid-Digriet Nru 103/2003 tal-31 ta’ Diċembru 2003 tal-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali, għal sakemm il-vinja ddum tintuża jew sakemm il-produttur jimmodifika l-kompożizzjoni tal-varjetà tal-vinja.

(b)

Vitikulturi li jipproduċu Classicus Egri Bikavér għal standards organiċi minn vinji organiċi, li huma kapaċi jipprovdu evidenza li, f’sena partikolari, ma jkunux jistgħu jħalltu l-inbejjed ta’ erba’ varjetajiet ta’ għeneb kif stabbilit fil-punt III, jistgħu, f’dik is-sena, jipproduċu Classicus Egri Bikavér organiku billi jħalltu l-inbejjed ta’ tliet varjetajiet ta’ għeneb, filwaqt li jikkonformaw mar-regoli dwar it-taħlit.

(c)

Ir-regoli tranżizzjonali huma revokati b’effett mis-sena tal-inbid 2021/2022.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://boraszat.kormany.hu/download/f/5d/82000/Eger_OEM_v4_boraszat_200215.pdf

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.