ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 329

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
5 ta' Ottubru 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 329/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 329/02

Kawża C-114/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Danilo Di Bernardo (Appell – Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet – Possibbiltà għall-amministrazzjoni li tikkompleta l-motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ ammissjoni quddiem il-qorti – Kundizzjonijiet – Każijiet eċċezzjonali – Kunċett ta’ assenza ta’ motivazzjoni)

2

2020/C 329/03

Kawża C-256/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wien – l-Awstrija) – proċedura mibdija minn S.A.D. Maler und Anstreicher OG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni – Prinċipju ta’ indipendenza tal-ġudikatura – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 267 TFUE – Ammissibbiltà – Dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-attribuzzjoni tal-kawżi f’qorti – Rimedju ġudizzjarju – Interpretazzjoni neċessarja sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha – Inammissibbiltà manifesta)

2

2020/C 329/04

Kawża C-192/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd Prešov (is-Slovakkja) fil-5 ta’ Mejju 2020 – Prima Banka Slovensko a.s. vs HD

3

2020/C 329/05

Kawża C-295/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Lulju 2020 – Sanresa UAB vs Aplinkos apsaugos departamentas prie Aplinkos ministerijos

4

2020/C 329/06

Kawża C-303/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Lulju 2020 – Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) S.A. vs KM

5

2020/C 329/07

Kawża C-326/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – SIA MONO vs Valsts ieņēmumu dienests

5

2020/C 329/08

Kawża C-332/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Roma Multiservizi spa, Rekeep spa vs Roma Capitale, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

6

2020/C 329/09

Kawża C-345/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

7

2020/C 329/10

Kawża C-350/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (L-Italja) fit-30 ta’ Lulju 2020 – O.D., R.I.H.V., B.O., F.G., M.K.F.B., E.S., N.P., S.E.A. vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

7

2020/C 329/11

Kawża C-374/20 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2020 minn Agrochem-Maks d.o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-28 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-574/18, Agrochem-Maks vs Il-Kummissjoni

8

2020/C 329/12

Kawża C-67/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (preċedentement Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) – l-Ungerija) – KD vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

9

2020/C 329/13

Kawża C-209/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken – il-Ġermanja) – SM vs Sparkasse Saarbrücken

9

2020/C 329/14

Kawża C-210/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság)- l-Ungerija) – TN vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, li kienet Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

9

2020/C 329/15

Kawża C-531/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – PO vs Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real

10

2020/C 329/16

Kawża C-533/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – RQ vs Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real

10

2020/C 329/17

Kawża C-534/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – SR vs Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real

10

2020/C 329/18

Kawża C-549/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – DX vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

10

2020/C 329/19

Kawża C-560/19: Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Valencia – Spanja) – GT vs Air Nostrum Líneas Aéreas del Mediterráneo SA

11

2020/C 329/20

Kawża C-567/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – LP vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

11

2020/C 329/21

Kawża C-740/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li qabel kienet il-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) – l-Ungerija) – NJ vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság

11

2020/C 329/22

Kawżi MagħqudaC-808/19 u C-809/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landgericht Gera – il-Ġermanja) – DS (C-808/19), ER (C-809/19) vs Volkswagen AG

11

2020/C 329/23

Kawża C-905/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Darmstadt – il-Ġermanja) – EP vs Kreis Groß-Gerau

12

2020/C 329/24

Kawża C-31/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Alicante – Spanja) – Bankia SA vs SI

12

2020/C 329/25

Kawża C-44/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato- l-Italja) – Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA) vs PC, RE

12

2020/C 329/26

Kawża C-93/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bezirksgericht Schwechat – l-Awstrija) – JU vs Air France Direktion für Österreich

12

2020/C 329/27

Kawża C-127/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Gliwicach – il-Polonja) – D. Spółka Akcyjna vs W. Zrt

13

2020/C 329/28

Kawża C-133/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – European Pallet Association eV vs PHZ BV

13

2020/C 329/29

Kawża C-138/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – O. vs P. AG

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 329/30

Kawża T-110/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Jiangsu Seraphim Solar System vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina – Impenji – Ammissibbiltà – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 – Annullament ta’ fatturi konformi – Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda)

14

2020/C 329/31

Kawża T-578/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – CA Consumer Finance vs BĊE (Politika ekonomika u monetarja – Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu – Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq stabbiliment ta’ kreditu – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 – Ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji – Ksur minħabba negliġenza – Drittijiet tad-difiża – Ammont tas-sanzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni)

15

2020/C 329/32

Kawża T-729/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Dinamo vs EUIPO (Favorit) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Favorit – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

15

2020/C 329/33

Kawża T-150/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2020 – Tartu Agro vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

16

2020/C 329/34

Kawża T-462/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – ZU vs Il-Kummissjoni

16

2020/C 329/35

Kawża T-487/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2020 – Rezon vs EUIPO (imot.bg)

17

2020/C 329/36

Kawża T-490/20: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2020 – CH u CN vs Il-Parlament

18

2020/C 329/37

Kawża T-496/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2020 – CRII-GEN et vs Il-Kummissjoni

19

2020/C 329/38

Kawża T-500/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Selmikeit & Giczella vs EUIPO – Boehmert & Boehmert (HALLOWIENER)

19

2020/C 329/39

Kawża T-502/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Munich vs EUIPO – Tone Watch (MUNICH10A.T.M.)

20

2020/C 329/40

Kawża T-503/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – T i D Kontrolni sistemi vs EUIPO – Sigmatron (Apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni)

21

2020/C 329/41

Kawża T-507/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2020 – Colombani vs SEAE

22

2020/C 329/42

Kawża T-510/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2020 – Fachverband Spielhallen u LM vs Il-Kummissjoni

23

2020/C 329/43

Kawża T-515/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2020 – Puma vs EUIPO – Caterpillar (SPEEDCAT)

24

2020/C 329/44

Kawża T-520/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2020 – Bonicelli vs L-Impriża Konġunta Fusion for Energy

24

2020/C 329/45

Kawża T-527/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2020 – Aldi vs EUIPO (CUCINA)

25

2020/C 329/46

Kawża T-530/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2020 – Interfloat u GMB vs Il-Kummissjoni

26


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 329/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 320, 28.9.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 313, 21.9.2020

ĠU C 304, 14.9.2020

ĠU C 297, 7.9.2020

ĠU C 287, 31.8.2020

ĠU C 279, 24.8.2020

ĠU C 271, 17.8.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Danilo Di Bernardo

(Kawża C-114/19 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet - Possibbiltà għall-amministrazzjoni li tikkompleta l-motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ ammissjoni quddiem il-qorti - Kundizzjonijiet - Każijiet eċċezzjonali - Kunċett ta’ “assenza ta’ motivazzjoni”)

(2020/C 329/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u G. Gattinara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Danilo Di Bernardo (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avocats)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wien – l-Awstrija) – proċedura mibdija minn S.A.D. Maler und Anstreicher OG

(Kawża C-256/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ indipendenza tal-ġudikatura - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 267 TFUE - Ammissibbiltà - Dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-attribuzzjoni tal-kawżi f’qorti - Rimedju ġudizzjarju - Interpretazzjoni neċessarja sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha - Inammissibbiltà manifesta)

(2020/C 329/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

S.A.D. Maler und Anstreicher OG

Intervenjenti: Magistrat der Stadt Wien, Bauarbeiter Urlaubs- und Abfertigungskasse

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari imressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Frar 2019, hija inammissabbli.


(1)  ĠU C 213, 24.06.2019.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd Prešov (is-Slovakkja) fil-5 ta’ Mejju 2020 – Prima Banka Slovensko a.s. vs HD

(Kawża C-192/20)

(2020/C 329/04)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd Prešov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prima Banka Slovensko a.s.

Konvenut: HD

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1) tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 93/13”), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(1) u 7(1) tagħha, moqrija flimkien mal-interpretazzjoni mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Awwissu 2018, Banco Santander (C-96/16 u C-94/17, ECLI:EU:C:2018:643), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni bħad-dispożizzjoni ta’ qafas protettiva li tinsab fl-Artikolu 54(1) tal-Kodiċi Ċivili, li ma tippermettix li s-sitwazzjoni tal-konsumatur tmur għall-agħar permezz ta’ kuntratt bi ksur tal-leġiżlazzjoni li, fil-każ ta’ ħlas tardiv min-naħa tal-konsumatur fir-rimbors tas-self, tirregola d-drittijiet tal-kreditur bil-mod segwenti:

il-kreditur għandu dritt għall-interessi moratorji sal-limitu stabbilit permezz ta’ digriet governattiv,

il-kreditur għandu dritt għal penalitajiet oħra li huwa jista’ jimponi fuq il-konsumatur u li, flimkien mal-interessi moratorji, ma jistgħux jeċċedu l-ammont prinċipali tas-self dovut,

il-kreditur għandu dritt għall-kumpens għad-dannu jekk dan ikun ikbar mill-interessi moratorji, jiġifieri għall-kumpens mingħajr limitu għad-dannu sal-ammont tad-dannu reali?

2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi fis-sens tal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 169(1) TFUE, jipprekludi li l-konsumatur iħallas, bħala riżultat tad-dewmien tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-impenji kuntrattwali, l-ispejjeż b’rata fissa tal-kreditur minflok id-dannu reali tal-kreditur, għalkemm id-dannu reali jkun inqas mill-ispejjeż b’rata fissa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Lulju 2020 – “Sanresa” UAB vs Aplinkos apsaugos departamentas prie Aplinkos ministerijos

(Kawża C-295/20)

(2020/C 329/05)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti fil-kassazzjoni: ‘Sanresa’ UAB

Parti oħra fil-proċedura: Aplinkos apsaugos departamentas prie Aplinkos ministerijos

Domandi preliminari

1)

Għandhom jiġu interpretati l-Artikolu 18(2), il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 56(1), l-Artikolu 58(1)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(2) tad-Direttiva 2014/24 (1), kif ukoll l-Artikoli 3 sa 6 tar-Regolament Nru 1013/2006 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan tal-aħħar (moqrija flimkien jew separatament, iżda mingħajr limitu), fis-sens li l-kunsens mogħti lil operatur ekonomiku, neċessarju biex jiġi ttrasferit skart ta’ Stat Membru lejn ieħor, għandu jiġi kklassifikat bħala kundizzjoni tal-implimentazzjoni tas-suq u mhux bħala kundizzjoni marbuta mad-dritt li tiġi eżerċitata l-attività kkonċernata?

2)

Jekk wieħed jippreżumi li l-kunsens għat-trasferiment tal-iskart imsemmi hawn fuq għandu jitqies bħala kriterju ta’ għażla tal-fornituri (kapaċità li wieħed jeżerċita l-attività professjonali), għandhom jiġu interpretati u applikati l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ kompetizzjoni leali stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24, fl-Artikolu 58(1)(a), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(2) ta’ din l-istess direttiva, il-prinċipji ta’ moviment liberu tal-persuni, merkanzija u servizzi stabbiliti fl-Artikolu 26(2) TFUE, kif ukoll fl-Artikoli 7 sa 9 tar-Regolament Nru 1013/2006 (moqrija flimkien jew separatament, iżda mingħajr limitu), fis-sens li l-kundizzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi ta’ mmaniġġar ta’ skart għandhom, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna t-termini ta’ preżentazzjoni tal-offerti, jippermettu lill-operaturi ekonomiċi, nazzjonali jew barranin, li jixtiequ jittrasportaw l-iskart lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li jipparteċipaw bis-sħiħ għal dan il-kuntratt pubbliku u b’mod partikolari li jippreżentaw kunsens li jkun ingħata għal data wara l-iskadenza tal-preżentazzjoni tal-offerti?

3)

Jekk wieħed jippreżumi li l-kunsens għat-trasferiment ta’ skart imsemmi hawn fuq għandu jiġi kkunsidrat bħala kundizzjoni ta’ implimentazzjoni tal-kuntratt, fis-sens tal-Artikolu 49, tal-punt 17 tal-Parti C tal-Anness V, kif ukoll tal-Artikolu 70 tad-Direttiva 2014/24, il-prinċipji ta’ għoti ta’ kuntratti stabbiliti fl-Artikolu 18 ta’ din l-istess direttiva kif ukoll il-prinċipji ġenerali ta’ għoti ta’ kuntratti stabbiliti fl-Artikolu 56 tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-offerta ta’ offerent li ma pproduċiex dan il-kunsens ma tistax tiġi miċħuda?

4)

Għandhom jiġu interpretati l-Artikolu 18, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(1), l-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 58(2) tad-Direttiva 2014/24, fis-sens li jostakolaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti li jiddefinixxu minn qabel, fid-dokumenti tal-kuntratt, proċedura ta’ evalwazzjoni tal-offerti li skont din id-dritt tal-fornituri li jeżerċitaw l-attività kkonċernata (il-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw l-attività professjonali) ser tkun ivverifikata parzjalment jew mhux ser tkun ivverifikata xejn, minkejja li t-tgawdija ta’ dan id-dritt hija kundizzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni leċita tal-kuntratt u li huwa possibbli għall-awtorità kontraenti li jkollha konjizzjoni li dan id-dritt huwa neċessarju qabel ma jiġu stabbiliti d-dokumenti tal-kuntratt?

5)

Għandhom jiġu interpretati l-Artikolu 18, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tad-Direttiva 2014/24, il-punt 35 tal-Artikolu 2, l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament Nru 1013/2006 kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan tal-aħħar, fis-sens li, fir-rigward ta’ kuntratt pubbliku tal-immaniġġar ta’ skart, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiksbu tali servizzi b’mod leċitu biss jekk jiddefinixxu l-kwantità u l-kompożizzjoni tal-iskart, kif ukoll il-kundizzjonijiet importanti l-oħra tal-implimentazzjoni tal-kuntratt (pereżempju, l-ippakkjar), b’mod ċar u preċiż fid-dokumenti tal-kuntratt?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).

(2)  Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU 2006, L 190, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 334, p. 46 u fil-ĠU 2015, L 277, p. 61).


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Lulju 2020 – Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) S.A. vs KM

(Kawża C-303/20)

(2020/C 329/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Opatowie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) S.A.

Konvenut: KM

Domanda preliminari

Is-sanzjoni għar-responsabbiltà għal kontravvenzjonijiet prevista fl-Artikolu 138c(1) tal-Kodeks wykroczeń (il-Kodiċi Pollakk għall-Kontravvenzjonijiet) għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu tal-evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) tikkostitwixxi implimentazzjoni xierqa u suffiċjenti tar-rekwiżit ta’ stabbiliment fid-dritt nazzjonali ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi għall-ksur, min-naħa tal-kreditur, tal-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur impost fuq Stat Membru permezz tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – SIA MONO vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-326/20)

(2020/C 329/07)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti fl-appell: SIA MONO

Konvenut fl-ewwel istanza u appellat fl-appell: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa intiżi għal użu fil-kuntest tar-relazzjonijiet diplomatiċi u konsulari għandhom ikunu eżentati mill-imsemmija dazji bil-kundizzjoni li l-ħlas għal dawn il-prodotti jkun previst permezz ta’ mezzi li ma humiex kontanti, li l-ħlas ikun effettivament seħħ u li l-ħlas lill-fornitur ikun sar mid-destinatarji reali tal-imsemmija prodotti?

2)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet u limiti li, fil-kuntest tar-relazzjonijiet diplomatiċi u konsulari, jissuġġettaw l-eżenzjoni minn dazji tas-sisa għall-prodotti suġġetti għall-imsemmija dazji għar-rekwiżit li x-xerrej ta’ dawn il-prodotti jkun ħallas effettivament għalihom permezz ta’ mezzi differenti mill-kontanti?


(1)  ĠU 2009, L 9, p. 12.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Roma Multiservizi spa, Rekeep spa vs Roma Capitale, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

(Kawża C-332/20)

(2020/C 329/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Roma Multiservizi spa, Rekeep spa

Konvenuti: Roma Capitale, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Domandi preliminari

1)

Huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea u ma’ interpretazzjoni korretta tal-premessi 14 u 32, kif ukoll tal-Artikoli 12 u 18 tad-Direttiva 24/2014/UE (1) u 30 tad-Direttiva 23/2014/UE (2), anki b’riferiment għall-Artikolu 107 TFUE, li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-limitu minimu ta’ 30 % ta’ azzjonijiet ta’ soċju privat f’kumpannija futura pubblika-privata, liema limitu ġie meqjus bħala adegwat mil-leġiżlatur nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-prinċipji legali tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fil-qasam tal-ġurisprudenza Komunitarja, tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-kompożizzjoni formali/iddikjarata tal-imsemmi soċju jew inkella l-awtorità li tniedi s-sejħa għal offerti tista’ – jew effettivament għandha – tieħu inkunsiderazzoni l-azzjonijiet indiretti li hija stess għandha fis-soċju privat parteċipanti fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti?

2)

F’każ li tingħata risposta pożittiva għall-ewwel domanda, huwa koerenti u konformi mal-prinċipji legali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari mal-prinċipju ta’ kompetizzjoni, proporzjonalità u ta’ adegwatezza, li l-awtorità li tniedi s-sejħa għal offerti tista’ teskludi mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti dak is-soċju privat parteċipanti, li l-parteċipazzjoni effettiva tiegħu permezz ta’ azzjonijiet fil-kumpannija futura pubblika-privata, meta titqies il-parteċipazzjoni identifikata pubblika diretta jew indiretta, tkun effettivament tammonta għal inqas minn 30 %?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).

(2)  Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU 2014, L 94, p. 1).


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/7


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-345/20)

(2020/C 329/09)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u C. Vrignon, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li billi ma wettqitx l-interkonnessjoni tar-reġistru elettroniku nazzjonali tagħha mal-verżjoni l-ġdida tar-Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/480 tal-1 ta’ April 2016 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 (1);

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali għall-verżjoni l-ġdida tal-ERRU, li l-Istati Membri għandhom iwettqu konformement mal-proċeduri u rekwiżiti tekniċi previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/480, hekk kif rikjest mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, kellha sseħħ sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Jannar 2019.


(1)  ĠU 2016, L 87, p. 4.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (L-Italja) fit-30 ta’ Lulju 2020 – O.D., R.I.H.V., B.O., F.G., M.K.F.B., E.S., N.P., S.E.A. vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

(Kawża C-350/20)

(2020/C 329/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte costituzionale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: O.D., R.I.H.V., B.O., F.G., M.K.F.B., E.S., N.P., S.E.A.

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Domanda preliminari

L-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ipproklamata fis-7 ta’ Diċembru 2000 f’Nice, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jinkludi l-allowance tat-twelid u l-allowance tal-maternità, skont l-Artikolu 3(1)(b) u (j) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), msemmija fl-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (2) u, għaldaqstant, id-dritt tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma testendix għal barranin li huma detenturi tal-permess uniku previst fl-istess direttiva, il-benefiċċju ta’ dawk il-miżuri ta’ assigurazzjoni soċjali, li diġà ngħatat lil barranin li għandhom permess ta’ residenza fl-Unjoni Ewropea għal residenti għal perijodu twil?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(2)  ĠU 2011, L 343, p. 1


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/8


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2020 minn Agrochem-Maks d.o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-28 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-574/18, Agrochem-Maks vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-374/20 P)

(2020/C 329/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Agrochem-Maks d.o.o. (rappreżentanti: S. Pappas u A. Pappas, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Isvezja

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u għall-ispejjeż tal-appellanti f’din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat ir-rekwiżiti tal-proċedura dwar it-talbiet għal iktar informazzjoni fil-kuntest tat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi sostniet li l-ilment (relatat mas-seba’ kwistjonijiet mhux iffinalizzati) li l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-evalwazzjonijiet tal-EFSA u dik tal-Istat Membru Relatur teħtieġ raġunament fil-fond dwar dik il-kwistjoni għandu jiġi miċħud bħala infondat fir-rigward tar-raba’ kwistjoni u bħala ineffettiv fir-rigward tal-kwistjonijiet l-oħra.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha sabiex teżamina l-aspettattivi leġittimi tal-appellanti.

Il-Qorti Ġenerali kkwalifikat b’mod żbaljat il-fatti u kisret l-Artikolu 6(f) tar-Regolament Nru 1107/2009 (1), il-punt 2.2 tal-Anness II ta’ dak ir-regolament u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat u applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ prekawzjoni.


(1)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1).


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/9


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (preċedentement Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) – l-Ungerija) – KD vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-67/19) (1)

(2020/C 329/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 139, 15.04.2019


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/9


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken – il-Ġermanja) – SM vs Sparkasse Saarbrücken

(Kawża C-209/19) (1)

(2020/C 329/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/9


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság)- l-Ungerija) – TN vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, li kienet Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-210/19) (1)

(2020/C 329/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 182, 27.5.2019


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/10


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – PO vs Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real

(Kawża C-531/19) (1)

(2020/C 329/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 372, 4.11.2019


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/10


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – RQ vs Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real

(Kawża C-533/19) (1)

(2020/C 329/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 372, 04.11.2019.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/10


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – SR vs Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real

(Kawża C-534/19) (1)

(2020/C 329/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 372, 04.11.2019


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/10


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – DX vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

(Kawża C-549/19) (1)

(2020/C 329/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 372, 4.11.2019.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/11


Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Valencia – Spanja) – GT vs Air Nostrum Líneas Aéreas del Mediterráneo SA

(Kawża C-560/19) (1)

(2020/C 329/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 372, 4.11.2019.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – LP vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

(Kawża C-567/19) (1)

(2020/C 329/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 372, 04.11.2019.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li qabel kienet il-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) – l-Ungerija) – NJ vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság

(Kawża C-740/19) (1)

(2020/C 329/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landgericht Gera – il-Ġermanja) – DS (C-808/19), ER (C-809/19) vs Volkswagen AG

(Kawżi MagħqudaC-808/19 u C-809/19) (1)

(2020/C 329/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawżi.


(1)  ĠU C 45, 10.02.2020.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Darmstadt – il-Ġermanja) – EP vs Kreis Groß-Gerau

(Kawża C-905/19) (1)

(2020/C 329/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Alicante – Spanja) – Bankia SA vs SI

(Kawża C-31/20) (1)

(2020/C 329/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato- l-Italja) – Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA) vs PC, RE

(Kawża C-44/20) (1)

(2020/C 329/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bezirksgericht Schwechat – l-Awstrija) – JU vs Air France Direktion für Österreich

(Kawża C-93/20) (1)

(2020/C 329/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 201, 15.06.2020


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Gliwicach – il-Polonja) – D. Spółka Akcyjna vs W. Zrt

(Kawża C-127/20) (1)

(2020/C 329/27)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 209, 22.06.2020.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – European Pallet Association eV vs PHZ BV

(Kawża C-133/20) (1)

(2020/C 329/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 209, 22.06.2020.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – O. vs P. AG

(Kawża C-138/20) (1)

(2020/C 329/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


Il-Qorti Ġenerali

5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Jiangsu Seraphim Solar System vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/17) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina - Impenji - Ammissibbiltà - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 - Annullament ta’ fatturi konformi - Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda)

(2020/C 329/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: Y. Melin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Kuplewatzky u T. Maxian Rusche, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistit minn N. Tuominen, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2146 tas-7 ta’ Diċembru 2016 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn ta’ żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri definittivi (ĠU 2016, L 333, p. 4), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2146 tas-7 ta’ Diċembru 2016 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn ta’ żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Jiangsu Seraphim Solar System.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – CA Consumer Finance vs BĊE

(Kawża T-578/18) (1)

(Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq stabbiliment ta’ kreditu - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji - Ksur minħabba negliġenza - Drittijiet tad-difiża - Ammont tas-sanzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2020/C 329/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CA Consumer Finance (Massy, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, A. Pizzolla u D. Segoin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2018-FRCAG-77 tal-BĊE tas-16 ta’ Lulju 2018 meħuda abbażi tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), u li timponi fuq ir-rikorrenti sanzjoni pekunjarja amministrattiva ta’ ammont ta’ EUR 200 000 għal ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji previsti fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki JO 2013, L 208, p. 68, u JO 2013, L 321, p. 6).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ECB/SSM/2018-FRCAG-77 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tas-16 ta’ Lulju 2018 hija annullata sa fejn timponi fuq CA Consumer Finance sanzjoni pekunjarja amministrattiva fl-ammont ta’ EUR 200 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

CA Consumer Finance hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Il-BĊE huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Dinamo vs EUIPO (Favorit)

(Kawża T-729/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Favorit - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 329/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dinamo GmbH (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Settembru 2019 (Każ R 985/2019-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Favorit bħal trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dinamo GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 423, 16.12.2019.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/16


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2020 – Tartu Agro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-150/20 R)

(“Miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 329/33)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Tartu Agro AS (Tartu, l-Estonja) (rappreżentanti: T. Järviste, T. Kaurov, M. Valberg u M. Peetsalu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u E. Randvere, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 252 final tal-24 ta’ Jannar 2020, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39182 (2017/C) (ex 2017/NN) (ex 2014/CP) mogħtija mir-Repubblika tal-Estonja lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-30 ta’ Marzu 2020, Tartu Agro vs Il-Kummissjoni (T-150/20 R), huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/16


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – ZU vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/20)

(2020/C 329/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta’ Settembru 2019, li tirrifjuta informazzjoni rilevanti għad-difiża tiegħu, u tas-6 ta’ April 2020, li tiċħad l-ilment tiegħu;

tordna lill-konvenuta tħallas ammont ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-dannu materjali mġarrab, flimkien mal-interessi bir-rata legali sakemm ikun sar il-ħlas kollu; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tad-difiża tar-rikorrent u tad-dritt tiegħu għal rimedju effettiv.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Awtorità tal-Ħatra wettqet żball manifest meta evalwat is-suġġett tal-ilment, ħalliet barra motiv ewlieni u ma kkunsidratx il-probabbiltà ta’ bidla fis-sitwazzjoni legali tar-rikorrent.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/17


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2020 – “Rezon” vs EUIPO (imot.bg)

(Kawża T-487/20)

(2020/C 329/35)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti:“Rezon” OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: М. Yordanova-Harizanova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewoprea “imot.bg” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 001 398

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2270/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kemm ta’ din il-kawża kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/18


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2020 – CH u CN vs Il-Parlament

(Kawża T-490/20)

(2020/C 329/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CH u CN (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors tagħhom ammissibbli;

tannulla d-deċiżjonijiet kkontestati, sa fejn huma ma jieħdux pożizzjoni b’mod definittiv dwar ir-realtà tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddikjarati;

tikkundanna lill-konvenut għall-pagament, lil kull wieħed minnhom, ta’ ammont ta’ EUR 5 000, ex aequo et bono, b’kumpens għad-dannu morali kkawżat bil-qbiż ta’ terminu raġonevoli, biż-żieda tal-interessi moratorji sal-pagament komplet;

tikkundanna lill-konvenut għall-pagament, lil kull wieħed minnhom, ta’ ammont ta’ EUR 100 000, ex aequo et bono, b’kumpens għad-dannu morali kkawżat permezz tal-assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni definittiva dwar ir-realtà tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddikjarati, biż-żieda tal-interessi moratorji sal-pagament komplet;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Parlament tat-13 ta’ Settembru 2019 li bihom l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ ta’ din l-istituzzjoni, b’risposta għat-talbiet tagħhom għall-assistenza, ma ħaditx pożizzjoni b’mod definittiv dwar ir-realtà tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddikjarati, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ assistenza u tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”), minħabba li billi ma ħaditx pożizzjoni b’mod definittiv inkwantu għall-eżistenza tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddikjarati, l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Parlament naqqset mid-dmir ta’ assistenza li għalih hija obbligata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll fuq ksur tad-dritt għad-dinjità u tal-Artikoli 1 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li billi ma ħaditx pożizzjoni b’mod definittiv inkwantu għall-eżistenza tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddikjarati, l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Parlament naqqset mill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir tagħha ta’ premura, b’hekk kisret id-dritt għad-dinjità tal-biedem tar-rikorrenti.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/19


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2020 – CRII-GEN et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-496/20)

(2020/C 329/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Comité de recherche et d’information indépendantes sur le génie génétique (CRII-GEN) (Pariġi, Franza) u 6 rikorrenti oħra (rappreżentant: C. Lepage, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2020 li tiċħad ir-rikors amministrattiv tar-rikorrenti intiż għall-irtirar tal-approvazzjoni mogħtija lill-glifosat, dawn tal-aħħar jinvokaw motiv uniku, ibbażat fuq l-assenza ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Skont ir-rikorrenti, il-prinċipju ta’ prekawzjoni jiġġustifika fil-fatt l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-glifosat, li twassal għaldaqstant għal eżami mill-ġdid, jew għal irtirar tal-awtorizzazzjoni tiegħu. F’dan ir-rigward, huma jsostnu li numru bla għadd ta’ studji juru r-riskju kemm karċinoġeniku kif ukoll ta’ perturbazzjoni endokrinali tal-glifosat u tal-prodotti dderivati minnu. Barra minn hekk ir-rabta progressivament murija bejn il-pestiċidi li jniġġsu l-atmosfera u l-Covid-19 timplika neċessarjament eżami mill-ġdid tal-awtorizzazzjoni tal-glifosat fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi l-ġodda.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/19


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Selmikeit & Giczella vs EUIPO – Boehmert & Boehmert (HALLOWIENER)

(Kawża T-500/20)

(2020/C 329/38)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Selmikeit & Giczella GmbH (Osterode, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Keute, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Boehmert & Boehmert Anwaltspartnerschaft mbB – Patentanwälte Rechtsanwälte (Bremen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “HALLOWIENER” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 369 489

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 1893/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal revoka tat-trade mark ikkontestata Nru 9 369 489 HALLOWIENER.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/20


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Munich vs EUIPO – Tone Watch (MUNICH10A.T.M.)

(Kawża T-502/20)

(2020/C 329/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Munich, SL (La Torre de Claramunt, Spanja) (rappreżentant: M. Guix Vilanova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tone Watch, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali “MUNICH10A.T.M.” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 727 899

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 2472/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja MUNICH10A.T. M. no 10 727 899, li hija proprjetà ta’ Importaciones Issar, SL, f’dak li jirrigwarda l-prodotti fil-klassijiet 9 (Nuċċalijiet tax-xemx), 14 (Oġġetti li juru l-ħin u strumenti tal-ħin, Kaxxetti għall-arloġġi [preżentazzjoni]) u 35 (Bejgħ bl-ingrossa, bl-imnut u permezz ta’ networks tal-kompjuter globali ta’ nuċċalijiet tax-xemx, metalli prezzjużi u l-ligi tagħhom, ġojjellerija, ġojjellerija falza, arloġġi u strumenti tal-ħin) tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice, filwaqt li tikkonferma l-imsemmija deċiżjoni sa fejn tiddikjara l-invalidità tas-servizzi fil-klassi 35(Reklamar, ġestjoni ta’ negozju, amministrazzjoni ta’ negozju, u funzjonijiet tal-uffiċċju), billi tilqa’ l-appell inċidentali u billi tannulla l-prodotti fil-klassijiet 14, jiġifieri, metalli prezzjużi u l-ligi tagħhom prodotti minn dawn il-materjali jew indurati mhux inklużi fi klassijiet oħra, u 35, jiġifieri l-kiri ta’ distributuri awtomatiċi intiżi għall-bejgħ u tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Id-deċiżjoni kkontestata tiċħad ir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti li għandhom l-element komuni “MUNICH” u fiha jiġi deċiż b’mod żbaljat li l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001 ma huwiex applikabbli f’dan il-każ;

Teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni fi ħdan il-pubbliku bejn it-trade marks konfliġġenti;

L-interpretazzjoni mogħtija mid-deċiżjoni kkontestata għaċ-ċaħda tal-appell inċidentali mressaq mir-rikorrenti, jiġifieri li dan ma ġiex ippreżentat permezz ta’ dokument separat, hija eżaġerazzjoni formali restrittiva ħafna, peress li jista’ jidher b’mod ċar u espliċitu li dan l-appell inċidentali seħħ, u tipprekludi lir-rikorrenti milli teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/21


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – “T i D Kontrolni sistemi” vs EUIPO – Sigmatron (Apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni)

(Kawża T-503/20)

(2020/C 329/40)

Lingwa tar-rikors: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti:“T i D Kontrolni sistemi” EOOD (Varna, il-Bulgarija) (rappreżentant: P. Priparzhenski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell:“Sigmatron” EOOD (Sofija, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: id-disinn industrijali Komunitarju 3065887-0001 (Apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni)

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ April 2020 fil-Każ R 956/2019-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lil “Sigmatron” EOOD għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kawża, li jammontaw għal EUR 47 000, skont il-lista bl-ispejjeż annessa mar-rikors.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 28(1) u tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament Nru 2245/2002 u tal-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002 u tal-prassi stabbilita tal-EUIPO fl-applikazzjoni tagħhom.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/22


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2020 – Colombani vs SEAE

(Kawża T-507/20)

(2020/C 329/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marc Colombani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-SEAE li jiċħad it-talba tiegħu għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża T-372/18, kif traskritta mill-ġdid permezz tan- nota ta’ X fid-data tat-23 ta’ Marzu 2020 u sa fejn meħtieġ tad-deċiżjoni tas-SEAE li jiċħad l-ilment tiegħu R/195/20 li jtenni t-talba tiegħu għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża T-372/18, kif traskritta mill-ġdid permezz tan- nota ta’ Y fid-data tat-30 ta’ Lulju 2020;

tannulla d-deċiżjoni li biha SEAE ċaħad il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Korea, innotifikata permezz ta’ nota tad-29 ta’ Ottubru 2019, iffirmata mid-Direttriċi tar-Riżorsi Umani, sa fejn is-SEAE rrifjuta li jimmotiva din u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni li tiċħad it-talba tiegħu għal aċċess għal dokumenti, innotifikata permezz ta’ ittra elettronika tas-Segretarjat tal-Kumitat Konsultattiv tal-Ħatriet (CCN) tas-SEAE, fid-data tal-24 ta’ Jannar 2020;

tannulla, minn naħa, id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tas-SEAE, fid-data tas-27 ta’ Novembru 2019, li ma tilqax il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fl-Użbekistan u għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Maċedonja tat-Tramuntana, u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-21 ta’ Frar 2020 ta’ ċaħda tat-talba tiegħu għal aċċess għal dokumenti;

tikkundanna lill-konvenut li jħallas lir-rikorrent kumpens għad--danni materjali, ta’ ammont ta’ EUR 3 500, u psikoloġiċi, ta’ ammont iffissat simbolikament għal EUR 1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi, li minnhom l-ewwel tlieta jikkonċernaw il-parti tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Kawża T-372/18, Colombani vs SEAE, u t-tlieta tal-aħħar jikkonċernaw id-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-kandidaturi tar-rikorrent u d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet tiegħu għal aċċess għal dokumenti.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE u n-nuqqas amministrattiv.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ newtralità, ta’ imparzjalità, ta’ indipendenza u ta’ ekwità.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ data personali u fl-interpretazzjoni tar-Regolamenti Nru 2018/1725 u Nru 1049/2001, l-assenza ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea li huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija regolamenti.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-limitazzjoni għad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni tikser il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ dritt għal smigħ xieraq, ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, id-dritt għal rikors effettiv u twaqqaf kull stħarriġ ġudizzjarju tal-atti kontenzjużi.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/23


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2020 – Fachverband Spielhallen u LM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-510/20)

(2020/C 329/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fachverband Spielhallen eV (Berlin, il-Germanja) u LM (rappreżentanti: A. Bartosch u R. Schmidt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-konvenuta ċaħdet b’mod definittiv l-ilment tar-rikorrenti fir-rigward tal-miżura 3 jiġifieri t-tnaqqis tat-taxxa fuq in-negozju u tat-taxxa fuq id-dħul jew tat-taxxa fuq il-kumpanniji wara t-tnaqqis tal-ammonti mħallsa fil-kuntest tal-imposta fuq il-profitti skont l-Artikolu 14 SpielbankG NRW mill-ammont suġġett għal dawn it-taxxi fil-Land Nordrhein-Westfalen u b’hekk irrifjutat li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ din il-miżura;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019)8819 final tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44944 (2019/C ex 2016/FC) – Trattament fiskali tal-operaturi ta’ casinos pubbliċi fil-Ġermanja u għajnuna mill-Istat SA.53552 (2019/C ex 2019/FC) – Garanzija allegata għall-operaturi tal-casinos pubbliċi fil-Ġermanja – il-Ġermanja.

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku bbażat fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tagħhom sa fejn il-Kummissjoni rrifjutat li tiftaħ, ukoll fir-rigward tal-miżura 3, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Dan il-motiv huwa maqsum f’erba’ partijiet:

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni meta saret il-klassifikazzjoni tal-imposta fuq il-profitti skont l-Artikolu 14 SpielbankG NRW, il-verżjoni preċedenti, bħala taxxa – stabbiliment ta’ premessa żbaljata għall-investigazzjoni.

Assenza ta’ klassifikazzjoni tal-imposta fuq il-profitti skont l-Artikolu 14 SpielbankG NRW, il-verżjoni preċedenti, bħala taxxa skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt Ġermaniż.

Argumenti mhux xierqa mressqa mill-konvenuta sabiex issostni n-natura fiskali tal-imposta fuq il-profitti.

Distinzjoni bejn it-taxxi fuq il-profitti ġenerali u speċjali – inverżjoni tar-relazzjoni regola-eċċezzjoni.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/24


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2020 – Puma vs EUIPO – Caterpillar (SPEEDCAT)

(Kawża T-515/20)

(2020/C 329/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Caterpillar Inc. (Peoria, Illinois, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SPEEDCAT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 703 225

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 1016/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/24


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2020 – Bonicelli vs L-Impriża Konġunta Fusion for Energy

(Kawża T-520/20)

(2020/C 329/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Tullio Bonicelli (Badalona, Spanja) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ Fusion for Energy tal-24 ta’ Ottubru 2019, ippubblikata fl-istess jum, u li fiha l-lista tal-membri tal-persunal promossi għall-proċedura ta’ promozzjoni 2019, sa fejn isem T. Bonicelli ma jinsabx fiha;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni ta’ Fusion for Energy tat-8 ta’ Mejju 2020 li tiċħad l-ilment ta’ T. Bonicelli ppreżentat fit-22 ta’ Jannar 2020 kontra l-lista tal-membri tal-persunal promossi għall-proċedura ta’ promozzjoni 2019;

tikkundanna lil Fusion for Energy għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-abbuż u l-użu ħażin ta’ poter, kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jinvoka r-rifjut sistematiku tal-konvenuta li tagħti promozzjoni lil kwalunkwe uffiċjal għall-grad AD 14 u jqis li dan ir-rifjut jeċċedi kunsiderevolment is-setgħa diskrezzjonali li għandha l-Awtorità tal-Ħatra fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent isostni li l-konvenuta ma wrietx li wettqet eżami tal-merti tar-rikorrent u paragun tal-merti tiegħu ma’ dawk tal-uffiċjali l-oħra kklassifikati fil-grad AD 13.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq id-diskriminazzjoni tar-rikorrent li, fil-kwalità tiegħu ta’ kap ta’ unità, ma jibbenefikax mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30(8) u (9) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u li huwa wkoll vittma tar-rifjut tal-konvenuta li tagħti promozzjoni lil kwalunkwe uffiċjal għall-grad AD 14. B’hekk, ċerti uffiċjali li għandhom l-istess grad bħar-rikorrent, iżda li ma humiex kapijiet ta’ unità, jistgħu jirċievu remunerazzjoni ogħla.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ prospetti raġonevoli ta’ karriera. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jinvoka r-rapporti ta’ evalwazzjoni eċċellenti tiegħu, il-konsistenza fit-tul tal-merti tiegħu, il-livell ta’ responsabbiltajiet imwettqa, l-użu ta’ diversi lingwi fil-kuntest tax-xogħol tiegħu, l-anzjanità tiegħu fil-grad u l-proposta tas-superjur ġerarkiku tiegħu li jiġi promoss fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2019, kif ukoll ir-rakkomandazzjoni f’dan l-istess sens tal-Kumitat Konġunt tal-Promozzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni. B’mod partikolari, ir-rikorrent iqis li l-motivazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra għaċ-ċaħda tal-ilment tiegħu hija nieqsa minn informazzjoni speċifika għall-każ tiegħu, u dan huwa ekwivalenti għal assenza totali ta’ motivazzjoni.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/25


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2020 – Aldi vs EUIPO (CUCINA)

(Kawża T-527/20)

(2020/C 329/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni CUCINA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 135 080.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 463/2020-2.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/26


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2020 – Interfloat u GMB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-530/20)

(2020/C 329/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Interfloat Corp. (Ruggel, il-Liechtenstein) u GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (Tschernitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Karpenstein u R. Sangi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2020) 3287 final tas-26 ta’ Mejju 2020 dwar il-miżuri SA.39990 (2016/C) (ex 2016/NN) (ex 2014/FC) (ex 2014/CP) – implimentati mill-Belġju għal Ducatt NV, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma setgħetx tagħlaq proċedura ta’ investigazzjoni formali li kienet infetħet minħabba lment imressaq mir-rikorrenti. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar il-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat”) jipprevedi proċedura speċifika u rregolata b’mod eżawrjenti għall-għeluq tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Dan jeħtieġ, b’mod partikolari, li l-proċedura ta’ investigazzjoni formali tiġi konkluża permezz ta’ waħda mill-erba’ tipi ta’ deċiżjonijiet stabbiliti b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 9. L-għeluq ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali huwa previst biss sa fejn l-Istat Membru kkonċernat jirtira n-notifika tiegħu (Artikolu 10). Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-formulazzjoni, l-istruttura u l-għan tal-Artikolu 108(2) TFUE kif ukoll tar–Regolament dwar il-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat u għalhekk kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Effettivament ma hemmx ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-għeluq tal-proċedura.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).