|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 325/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9913 — Hella/Minth/JV) ( 1 ) |
|
|
2020/C 325/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9910 — Mapfre Group/Santander Group/Popular Seguros JV) ( 1 ) |
|
|
2020/C 325/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9905 — Bridgepoint/EQT Credit Platform) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2020/C 325/04 |
||
|
2020/C 325/05 |
||
|
2020/C 325/06 |
||
|
2020/C 325/07 |
||
|
2020/C 325/08 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 325/09 |
||
|
2020/C 325/10 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Jannar 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8900 Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall Relatur: L-Irlanda ( 1 ) |
|
|
2020/C 325/11 |
Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (Il-Każ M.8900 — Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall) ( 1 ) |
|
|
2020/C 325/12 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2019 li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ M.8900 — Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall) (notifikat bid-dokument C(2019) 922) ( 1 ) |
|
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2020/C 325/13 |
||
|
2020/C 325/14 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 325/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9957—Advent International/Otto/Hermes Parcelnet/Hermes Germany) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2020/C 325/16 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni Il-Każ M.9941 — Private Theory Luxco/ARC Group Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 325/17 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9913 — Hella/Minth/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 325/01)
Fit 22 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9913. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9910 — Mapfre Group/Santander Group/Popular Seguros JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 325/02)
Fit 22 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9910. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9905 — Bridgepoint/EQT Credit Platform)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 325/03)
Fit 22 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9905. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/4 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
(2020/C 325/04)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1385 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/44 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1380 (5).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu RELEX.1.C li wieħed jista' jikkuntattja f'dan l-indirizz:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C. |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
Belgique/BELGIË |
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta' proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1385, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1380.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament (UE) Nru 2016/44.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.
Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont il-ħtieġa mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew minn meta tiskadi l-validità tal-miżura, jew sakemm idumu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/6 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
(2020/C 325/05)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Alexis Enrique Escalona Marrero (Nru 22), is-Sur Rafael Antonio FRANCO QUINTERO (Nru 23), is-Sur Alexander Enrique GRANKO ARTEAGA (Nru 24), is-Sur José Adelino ORNELAS FERREIRA (Nru 26) u s-Sur José Gregorio Noriega FIGUEROA (Nru 36), persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1) u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, sa mhux aktar tard mit-12 ta' Ottubru 2020, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074.
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/7 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta' tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
(2020/C 325/06)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Mehmet Ferruh AKALIN (nru 1), u tas-Sur Ali Coscun NAMOGLU (nru 2), persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 (1), u l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet intenzjonati għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-12 ta' Ottubru 2020, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/8 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1368, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1367 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2020/C 325/07)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1368 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1367 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni u l-entitajiet jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni u l-entitajiet huma mniżżla fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel it-2 ta' Novembru 2020:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/9 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2020/C 325/08)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1368 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1367 (5).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu RELEX.1.C li wieħed jista' jikkuntattja f’dan l-indirizz:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1368, u r-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1367.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/10 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,00 % fl-1 ta' Ottubru 2020
Rata tal-kambju tal-euro (2)
L-1 ta' Ottubru 2020
(2020/C 325/09)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1752 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
123,98 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4421 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,90723 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,4853 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0787 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
162,20 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,9073 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,918 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
359,89 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4935 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8740 |
|
TRY |
Lira Turka |
9,0606 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6319 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5616 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1082 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7667 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6004 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 365,03 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
19,5373 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9805 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5630 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 423,28 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8788 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,931 |
|
RUB |
Rouble Russu |
90,6050 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,101 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,5821 |
|
MXN |
Peso Messikan |
25,6764 |
|
INR |
Rupi Indjan |
85,8275 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/11 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Jannar 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8900 Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall
Relatur: L-Irlanda
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 325/10)
Operazzjoni
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi f’konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”). |
Dimensjoni tal-Unjoni
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Suq tal-prodotti
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti kif ġie ddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni għall-iskop ta’ valutazzjoni ta’ din l-operazzjoni, b’mod partikolari:
|
Suq Ġeografiku
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti kif ġie ddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni, b’mod partikolari:
|
Valutazzjoni Kompetittiva
Effetti orizzontali mhux koordinati
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-effetti orizzontali mhux koordinati, jiġifieri li
|
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-akkwist tal-kontroll esklużiv ta’ Schwermetall jaggrava l-effetti orizzontali fis-sens li jsaħħaħ il-kapaċità ta’ Wieland li żżid l-ispejjeż tal-kompetituri tagħha fis-suq tal-prodotti llaminati u li jipprovdi lil Wieland b’aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali tar-rivali. |
Effetti vertikali mhux koordinati
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni mhux se tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni bħala riżultat tal-effetti tal-esklużjoni ta’ dħul fir-rigward tal-billetti. |
Impenji
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji ma jeliminawx l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li jirriżulta (i) mill-eliminazzjoni ta’ restrizzjonijiet kompetittivi importanti eżerċitati fuq Wieland minn ARP u / jew (ii) il-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti ta’ Wieland. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji ma jindirizzawx il-kwistjonijiet relatati maż-żieda fl-ispejjeż ta’ terzi persuni li jiddependu fuq fornimenti minn Schwermetall u mal-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali tar-rivali permezz tal-akkwist tas-sehem ta’ 50 % fi Schwermetall. |
Kompatibbiltà mas-suq intern
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li jenħtieġ li l-konċentrazzjoni notifikata tiġi ddikjarata bħala inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(3) u 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/13 |
Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
(Il-Każ M.8900 — Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 325/11)
Introduzzjoni
|
1. |
Fit-13 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha l-impriża Wieland Werke AG (“Wieland”) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), il-kontroll esklużiv ta’ Aurubis Flat Products Business (“ARP”) kollha kemm hi, u Schwermetall hbzeugwerk GmbH & Co. KG (“Schwermetall”) kollha kemm hi (it-“Tranżazzjoni Proposta”). |
|
2. |
Fuq il-bażi tal-ewwel fażi tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-Tranżazzjoni Proposta tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE. B’konsegwenza ta’ dan, fl-1 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti f’konformità mal-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (id-“Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c)”). |
|
3. |
Fit-3 ta’ Awwissu 2018, Wieland talbet għal estensjoni ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3), l-ewwel sentenza tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
4. |
Fit-23 ta’ Awwissu 2018, Wieland u ARP ippreżentaw kummenti bil-miktub dwar id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c). |
|
5. |
Fl-4 ta’ Ottubru 2018, waqt laqgħa formali dwar is-sitwazzjoni attwali, il-Kummissjoni infurmat lil Wieland u lil ARP li l-fehma preliminari tagħha li t-tranżazzjoni x’aktarx kienet se twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva baqgħet f’dak il-punt fit-tieni investigazzjoni ta’ fażi. |
|
6. |
Fit-8 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li testendi l-proċedura b’għaxart ijiem skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3), it-tielet sentenza tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
7. |
Fl-istess jum, Wieland ippreżentat it-tieni abbozz ta’ proposta għal rimedju, li ġie ppreżentat formalment fl-17 ta’ Ottubru 2018. Il-Kummissjoni ma għamlitx eżami tas-suq tas-sett propost ta’ impenji. |
|
8. |
Fl-24 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (“DO”) li ġiet innotifikata lil Wieland fil-25 ta’ Ottubru 2018. ARP u Schwermetall irċevew ukoll verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-DO skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (3) fit-8 ta’ Novembru 2018. |
|
9. |
Fit-3 ta’ Diċembru 2018, Wieland ippreżentat sett ġdid ta’ impenji. Dawn l-impenji tal-aħħar li ġew ittestjati għas-suq kien fis-7 ta’ Diċembru 2018. |
|
10. |
Fit-30 ta’ Novembru 2018, fil-11 ta’ Diċembru 2018 u fl-14 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni bagħtet tliet Ittri ta’ Fatti lil Wieland. Wieland ippreżentat il-kummenti tagħha għal dawn l-Ittri ta’ Fatti fis-7 ta’ Diċembru 2018, fis-17 ta’ Diċembru 2018 u fid-19 ta’ Diċembru 2018 rispettivament. |
Aċċess għall-fajl
|
11. |
Wieland ingħatat aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni fil-25 ta’ Ottubru 2018. L-aċċess sussegwenti għall-fajl ġie pprovdut fit-13 ta’ Diċembru 2018, fis-17 ta’ Diċembru 2018, fil-21 ta’ Diċembru 2018, fis-16 ta’ Jannar 2019 u fit-23 ta’ Jannar 2019. L-aċċess għad-data kunfidenzjali u għall-informazzjoni li fuqhom tibbaża ruħha l-Kummissjoni fid-DO ngħata lill-konsulenti ekonomiċi ta’ Wieland skont il-proċedura tal-kamra tad-data fit-30 u l-31 ta’ Ottubru 2018, fis-6 ta’ Novembru 2018 u fl-4 ta’ Diċembru 2018. |
|
12. |
Ma kienx hemm ilmenti jew talbiet ulterjuri rigward l-aċċess għall-fajl li kienu indirizzati lill-Uffiċjal tas-Seduta. |
Tweġiba għad-DO u s-seduta formali ta’ smigħ orali
|
13. |
L-iskadenza inizjali għal Wieland biex tippreżenta l-kummenti tagħha għad-DO kienet id-9 ta’ Novembru 2018. Din l-iskadenza ġiet estiża sat-12 ta’ Novembru 2018 u Wieland wieġbet sa din id-data. |
|
14. |
Fit-tweġiba tagħha għad-DO, Wieland talbet li tinstema’ oralment. Is-seduta formali ta’ smigħ orali saret fid-19 ta’ Novembru 2018. |
Terzi persuni interessati
|
15. |
F’dawn il-proċedimenti ġew ammessi tliet impriżi bħala terzi persuni interessati. It-terzi persuni interessati kollha ġew ipprovduti b’verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO u ngħataw skadenza biex jippreżentaw t-tweġibiet tagħhom. Verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-kummenti bil-miktub tat-terzi persuni interessati saru disponibbli lil Wieland. L-ebda terza persuna interessata ma talbet li tipparteċipa fis-seduta tas-smigħ orali. |
Ilmenti proċedurali
Talba għal investigazzjoni tas-suq mhux kompluta
|
16. |
Fit-tweġiba tagħha għad-DO u matul is-seduta tas-smigħ orali, Wieland argumentat li l-Kummissjoni kienet naqset milli tiġbor biżżejjed data kwantitattiva u li l-Kummissjoni kienet ibbażat wisq fuq dokumenti interni bħala sors ta’ evidenza. B’mod aktar speċifiku, Wieland kienet tal-fehma li l-Kummissjoni kellha tiġbor data aktar kwantitattiva dwar il-kapaċitajiet u l-volumi ta’ produzzjoni minn terzi persuni. Wieland uriet ukoll dubji dwar l-affidabbiltà tal-evidenza kwalitattiva użata mill-Kummissjoni fid-DO, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dokumenti interni, bl-argument li dawn huma suġġettivi, suxxettibbli għal miżinterpretazzjoni, u mhux neċessarjament rappreżentattivi ta’ pożizzjoni uffiċjali f’Wieland jew ARP. |
|
17. |
Bħala l-ewwel punt, irid jitfakkar li l-kritika min-naħa ta’ Wieland dwar l-użu ta’ dokumenti interni min-naħa tal-Kummissjoni ma tidhirx li hija konformi mal-ġurisprudenza, li tistabbilixxi li ma hemmx ġerarkija bejn it-tipi ta’ provi użati mill-Kummissjoni f’każijiet ta’ amalgamazzjoni, billi l-kompitu tal-Kummissjoni huwa li tagħmel evalwazzjoni globali ta’ dak li jintwera mis-sett ta’ fatturi indikattivi użati għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni kompetittiva (4). |
|
18. |
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kkonfermat b’mod konsistenti li l-Kummissjoni ma tistax tintalab twettaq iktar investigazzjonijiet jekk hija (il-Kummissjoni) tqis li l-investigazzjoni preliminari tal-każ kienet suffiċjenti. (5) Dwar dan il-punt, madankollu, ninnota li jekk il-fajl tal-investigazzjoni fihx provi biżżejjed jew le biex isostni t-teorija ta’ dannu tal-Kummissjoni, fl-aħħar mill-aħħar hija kwistjoni ta’ sustanza u mhux ta’ proċedura. |
Kritika li l-Kummissjoni ma analizzatx ir-rimedji offruti fis-17 ta’ Ottubru 2018
|
19. |
Fit-tweġiba tagħha għad-DO, Wieland ikkritikat lill-Kummissjoni (għal darb’oħra) għax ma għamlitx it-test tas-suq tal-pakkett ta’ rimedju li hija (Wieland) ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2018 (jiġifieri ftit jiem qabel l-adozzjoni tad-DO) (6). Wieland staqsiet dwar kemm hi xierqa l-pożizzjoni tal-Kummissjoni bl-argument li n-nuqqas ta’ ttestjar tas-suq tal-impenji kien jikkostitwixxi fi ksur ta’ “proċess dovut”. |
|
20. |
Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rimedji aċċettabbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (l-“Avviż dwar ir-Rimedji”) biex l-impenji jiġu aċċettati mill-Kummissjoni fi stadju ta’ qabel id-DO, dawn ikollhom ineħħu “dubji serji” imqajma mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 6(1)(c) (7). L-Avviż dwar ir-Rimedji jikkonferma wkoll id-diskrezzjoni tal-Kummissjoni f’li tikkonsulta terzi persuni rigward kwalunkwe rimedji proposti, billi jiddikjara li l-Kummissjoni tagħmel test tas-suq tal-impenji ppreżentati, “meta jitqies li jkun xieraq.” (8) F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma qisetx li jkun xieraq li tagħmel it-test tas-suq tar-rimedji offruti fis-17 ta’ Ottubru 2018, billi dawn ma neħħewx id-“dubji serji” tagħha. Din kienet effettivament valutazzjoni dwar is-sustanza tal-każ li kienet fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni u, għall-kuntrarju tal-pożizzjoni ta’ Wieland, ma tammontax għal ksur ta’ “proċess dovut”. |
|
21. |
F’kull każ, ta’ min jinnota li fit-3 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni għamlet testijiet tas-suq fuq l-impenji offruti wara d-DO mingħand Wieland. |
Ittri ta’ fatti u talba għat-tieni seduta orali
|
22. |
Kif imsemmi hawn fuq, fit-30 ta’ Novembru 2018 il-Kummissjoni indirizzat l-ewwel Ittra tal-Fatti (l-“Ewwel ItF”) lil Wieland. L-Ewwel ItF irreferiet kemm għal (a) evidenza preeżistenti li ma kinitx invokata espressament fid-DO iżda li, wara analiżi ulterjuri tal-fajl, il-Kummissjoni qieset rilevanti biex tappoġġa l-argumenti stabbiliti fid-DO; u kemm għal (b) evidenza addizzjonali miġjuba għall-attenzjoni tal-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-DO. |
|
23. |
Fil-kummenti tagħha għall-Ewwel ItF, Wieland argumentat li ittra tal-fatti tista’ tintuża biss biex il-partijiet ikunu jafu b’evidenza ġdida miksuba wara l-adozzjoni tad-DO, iżda mhux biex tkun ippreżentata evidenza addizzjonali li kienet diġà disponibbli fil-ħin tad-DO. Skont Wieland, li l-Ewwel ItF kienet prinċipalment ibbażata fuq “evidenza preeżistenti” ċċaħħad parzjalment lis-seduta orali mill-għan tagħha billi tipposponi parti sostanzjali tad-diskussjoni u d-difiża sa ċertu ħin wara s-seduta orali, li (skont Wieland) hija l-unika opportunità biex tkun ikkontestata l-evidenza li fuqha straħet il-Kummissjoni quddiem udjenza ikbar. Biex tiġi rrimedjata din l-allegata problema, Wieland talbet seduta orali supplimentari. Fid-19 ta’ Diċembru 2018, id-DĠ Kompetizzjoni rrifjuta t-talba ta’ Wieland u, min-naħa tagħha, Wieland irreferiet il-kwistjoni lill-Uffiċjal tas-Seduta fl-20 ta’ Diċembru 2018. |
|
24. |
Fil-21 ta’ Diċembru 2018, l-Uffiċjal tas-Seduta ċaħad it-talba ta’ Wieland għal seduta ta’ smigħ orali supplimentari. Il-punt tat-tluq għall-valutazzjoni huwa li r-Regolament (KE) Nru 802/2004 jipprevedi biss id-dritt li tintalab seduta formali ta’ smigħ orali meta l-Kummissjoni tibgħat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet. Wara li eżamina l-Ewwel Itf u qabbilha mad-DO, l-Uffiċjal tas-Seduta sab li l-Ewwel ItF ma kien fiha l-ebda oġġezzjoni ġdida mqabbla ma’ dawk diġà stabbiliti fid-DO, iżda sempliċiment identifikat aktar evidenza li tappoġġa l-istess oġġezzjonijiet (9). Li ftit minn din l-evidenza l-ġdida kienet diġà fil-fajl fil-mument li nħarġet id-DO huwa immaterjali, billi l-kriterju li jippermetti li ssir distinzjoni bejn id-DO supplementari u l-ittra tal-fatti huwa jekk kenux ifformulati oġġezzjonijiet ġodda jew le. Fl-aħħar nett, billi ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li t-tim tal-każ deliberatament żamm evidenza sa wara s-seduta ta’ smigħ orali biex iċaħħad is-seduta orali mill-għan tagħha, l-Uffiċjal tas-Seduta ma ra ebda regola jew prinċipju legali li jipprekludu lill-Kummissjoni milli tinkludi f’ittra tal-fatti evidenza li diġà kienet fil-fajl fiż-żmien tad-DO. |
Abbozz ta' deċiżjoni
|
25. |
Fl-abbozz tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni Proposta x’aktarx se tirriżulta f’impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq għall-prodotti rrumblati fiż-ŻEE permezz tat-tneħħija ta’ kompetitur importanti u l-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti għal Wieland. L-abbozz tad-Deċiżjoni jikkonkludi wkoll li l-impenji tat-3 ta’ Diċembru 2018 ma jeliminawx l-impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva li tirriżulta mit-Tranżazzjoni Proposta. L-abbozz tad-Deċiżjoni b’hekk jiddikjara li t-Tranżazzjoni Proposta hija inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
26. |
Jien eżaminajt l-abbozz tad-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u nikkonkludi li jittratta biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom Wieland ingħatat l-opportunità tesprimi l-fehmiet tagħha. |
|
27. |
Fid-dawl ta’ hawn fuq nikkunsidra li f'dan il-każ, l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rispettat. |
Brussell, il-31 ta’ Jannar 2019.
Joos STRAGIER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-"Regolament dwar l-Għaqdiet") (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1).
(4) Ara T-342/07, Ryanair Holdings vs Il-Kummissjoni, EU:T:2010:280, il-paragrafu 136 u T-175/12, Deutsche Börse AG vs Il-Kummissjoni, EU:T:2015:148, il-paragrafu 133.
(5) Ara, pereżempju, T-141/94 Thyssen Stahl v. il-Kummissjoni, EU:T:1999:48, il-paragrafu 110; T-758/14 Infineon Technologies v. il-Kummissjoni, EU:T:2016:737, il-paragrafu 10.
(6) Wieland offriet ukoll rimedji matul l-ewwel fażi tal-investigazzjoni li l-Kummissjoni ma għamlitx test tas-suq minħabba li ma kinux tali li jeliminaw dubji serji b’mod suffiċjenti u ċar.
(7) Ara l-Avviż dwar ir-Rimedji, il-paragrafu 18.
(8) Ara l-Avviż dwar ir-Rimedji, il-paragrafi 80 u 92.
(9) Ara, b’analoġija, is-Sentenza tal-20 ta’ Marzu 2002, fil-Kawża T-23/99, LR af 1998 A/S v il-Kummissjoni, EU:T:2002:75, il-paragrafi 186-195.
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/17 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-5 ta’ Frar 2019
li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
(Il-Każ M.8900 — Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall)
(notifikat bid-dokument C(2019) 922)
(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 325/12)
Fil-5 ta’ Frar 2019 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa, billi l-każ jista’ jkun fil-forma ta’ verżjoni proviżorja, hija disponibbli fil-lingwa awtentiku tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, f'dan l-indirizz: https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm?clear=1&policy_area_id=2
(1)
Fit-13 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) li tirriżulta minn tranżazzjoni proposta li permezz tagħha Wieland Werke AG (“Wieland”, il-Ġermanja) għandha l-intenzjoni li takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju kollu ta’ Aurubis Flat Products Business (“ARP”, il-Ġermanja), u ta’ Schwermetall Habzeugwerk GmbH & Co. KG (“Schwermetall”, il-Ġermanja), permezz ta’ xiri tal-ishma u l-assi (it-“Tranżazzjoni”). F’dan is-sommarju, Wieland, ARP u Schwermetall huma wkoll imsejħa l-“Partijiet”, Wieland hija wkoll denominata l-“Parti Notifikanti”. L-impriża li tirriżulta mit-Tranżazzjoni hija msejħa “l-entità fuża”.
I. IL-PARTIJIET
|
(2) |
Wieland, inkorporata fil-Ġermanja, timmanifattura u tforni prodotti nofshom lesti magħmula mir-ram u l-ligi tar-ram. Wieland tkopri l-katina ta’ produzzjoni għal prodotti tar-ram minn forom tal-ikkastjar għall-bejgħ ta’ prodotti nofshom lesti. Hija tħaddem 12-il impjant b’madwar 7 000 impjegat. Sitta minn dawn l-impjanti jipproduċu prodotti llaminati u jinsabu fil-Ġermanja, fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti, u f’Singapore. |
|
(3) |
ARP hija kkontrollata minn Aurubis AG (“Aurubis”, il-Ġermanja) u hija attiva fil-manifattura u fil-forniment ta’ prodotti nofshom lesti tar-ram u tal-liga tar-ram. Aurubis hija fornitur dinji ta’ metalli mhux ferrużi (fosthom ir-ram) u hija l-akbar produttur Ewropew tar-ram integrat li jservi l-ispettru vertikali kollu mill-produzzjoni tal-anodi tar-ram, katodi u forom għall-produzzjoni ta’ prodotti llaminati u miġbuda. |
|
(4) |
Schwermetall hija impriża konġunta 50/50 bejn Wieland u Aurubis, u hija attiva fil-manifattura ta’ strixxa llaminata minn qabel u ta’ prodotti llaminati tal-liga tar-ram. Schwermetall tforni wkoll lil terzi persuni bi strixxa llaminata minn qabel. Barra minn hekk, Schwermetall tbigħ strixxa ta’ muniti - strixxa llaminata użata għall-produzzjoni ta’ muniti - li tista’ titqies bħala prodott illaminat nofsu lest. |
|
(5) |
Wieland għandha l-intenzjoni li takkwista kontroll esklużiv ta’ ARP u Schwermetall permezz ta’ xiri tal-ishma u l-assi u permezz ta’ żewġ ftehimiet differenti (il-Ftehim Qafas ta’ Xiri bejn Wieland u Aurubis għall-akkwist ta’ ARP u s-sehem ta’ Schwermetall u l-Ftehim ta’ Xiri għall-akkwist ta’ 50 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ Aurubis fi Schwermetall), it-tnejn iffirmati fid-29 ta’ Marzu 2018 u li huma dipendenti minn xulxin u jiffurmaw konċentrazzjoni waħda. |
II. DIMENSJONI TAL-UNJONI
|
(6) |
Il-Partijiet għandhom fatturat dinji aggregat ikkombinat ta’ aktar minn EUR 2 500 miljun u fatturat fiż-ŻEE ta’ aktar minn EUR 100 miljun. Il-fatturat aggregat ikkombinat ta’ Wieland u ARP fil-Ġermanja, Franza u l-Italja, huwa ta’ aktar minn EUR 100 miljun f’kull pajjiż u l-fatturat ikkombinat ta’ Weiland u ARP huwa ta’ aktar minn EUR 25 miljun, għal kull waħda minnhom. L-ebda waħda mill-Partijiet ma tilħaq aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat tagħha fl-Unjoni kollha, fi Stat Membru wieħed biss. Għalhekk, il-konċentrazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni. |
III. PROĊEDURA
|
(7) |
Fl-1 ta’ Awwissu 2018, fuq il-bażi tar-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq fl-ewwel fażi, il-Kummissjoni qajmet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni mas-suq intern u adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
(8) |
Fit-3 ta’ Awwissu 2018, il-Parti Notifikanti talbet l-ewwel estensjoni ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol skont l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Fit-8 ta’ Ottubru 2018, b’talba tal-Parti Notifikanti, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li testendi l-proċedura b’għaxart ijiem addizzjonali skont it-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
(9) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2018, Wieland ippreżentat impenji, li għalihom il-Kummissjoni ma wettqitx eżami tas-suq. |
|
(10) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet (id-“DO”). Fid-DO, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li t-Tranżazzjoni tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’parti sostanzjali tas-suq intern u li t-tħassib dwar il-kompetizzjoni mhumiex indirizzat fl-intier tiegħu mir-rimedji proposti minn Wieland fis-17 ta’ Ottubru 2018. Il-Kummissjoni qieset li r-rimedji proposti ma kinux komprensivi u effettivi mill-aspetti kollha. |
|
(11) |
Fit-12 ta’ Novembru 2018, il-Parti Notifikanti wieġbet għad-DO (“rispons għad-DO”). Fid-19 ta’ Novembru 2018, saret is-seduta tas-smigħ orali. |
|
(12) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2018 (il-65 jum mill-proċedura tat-tieni fażi), il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji ġodda skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet bil-għan li jirrimedjaw it-tħassib identifikat dwar il-kompetizzjoni. Fis-7 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni nediet eżami tas-suq dwar l-Impenji tat-3 ta’ Diċembru 2018. |
|
(13) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni infurmat lill-Parti Notifikanti bir-riżultati negattivi tal-eżami tas-suq tal-Impenji tat-3 ta’ Diċembru 2018. |
|
(14) |
Fid-29 ta’ Jannar 2019, il-Kumitat Konsultattiv iddiskuta abbozz preliminari tad-Deċiżjoni u ta opinjoni favorevoli. |
IV. VALUTAZZJONI
|
(15) |
It-Tranżazzjoni prinċipalment tikkonċerna l-produzzjoni u l-forniment ta’ prodotti llaminati tar-ram u tal-ligi tar-ram (“prodotti llaminati”). Barra minn hekk, Schwermetall hija attiva upstream fis-suq tan-negozjanti għall-forniment ta’ strixxa llaminata minn qabel, li hija input għall-prodotti llaminati. ARP tipprovdi wkoll billetti lil terzi persuni għall-produzzjoni ta’ tubi tar-ram, is-suq downstream li fih Wieland hija attiva. Is-swieq tal-prodotti u dawk ġeografiċi rilevanti huma definiti hawn taħt. |
1. Is-swieq tal-prodotti rilevanti
1.1. Forom tar-ram (kejkijiet u billetti)
|
(16) |
Il-forom tar-ram jintużaw bħala input għall-produzzjoni ta’ prodotti nofshom lesti tar-ram. Hemm żewġ tipi ta’ forom: billetti (ċirkolari) u kejkijiet (rettangolari). Filwaqt li x’aktarx il-billetti u l-kejkijiet ma jappartjenux għall-istess suq tal-prodotti minħabba li ma hemm l-ebda sostituzzjoni min-naħa tad-domanda u sostituzzjoni min-naħa tal-provvista tista’ ma tkunx immedjata, il-Kummissjoni ħalliet il-kwistjoni tal-ambitu preċiż tas-suq rilevanti miftuħ. Il-Kummissjoni tqis li s-swieq għall-billetti jew l-kejkijiet huma mifruxa maż-ŻEE. |
1.2. Strixxa llaminata minn qabel
|
(17) |
L-istrixxa llaminata minn qabel hija fergħa rqiqa tar-ram jew tal-liga tar-ram, li hija input ewlieni għall-manifattura ta’ prodotti llaminati. Il-Kummissjoni tqis li s-suq għall-istrixxa llaminata minn qabel huwa separat mis-suq għal prodotti llaminati minħabba li ma hemm l-ebda sostituzzjoni min-naħa tad-domanda iżda hemm biss sostituzzjoni limitata min-naħa tal-provvista bejn l-istrixxa llaminata minn qabel u l-prodotti llaminati. Il-Kummissjoni tqis li s-suq għall-istrixxa llaminata minn qabel huwa mifrux maż-ŻEE. |
1.3. Prodotti llaminati
|
(18) |
Hemm suq globali tal-prodotti llaminati, li huwa differenzjat ħafna f’termini ta’ prestazzjoni tal-prodott, għarfien espert u teknoloġija, speċifikazzjonijiet tal-klijenti, intensità tal-kompetizzjoni u pprezzar. Għalhekk partijiet differenti jistgħu jiġu ddefiniti fis-suq globali li juru intensità differenti ta’ kompetizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn prodotti kommoditizzati li jinsabu fit-tarf l-aktar baxx tas-suq u prodotti aktar speċjalizzati li jinsabu fl-ogħla tarf tas-suq. F’konformità mal-preċedenti u fuq il-bażi tar-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni tqis li s-suq ġeografiku għall-prodotti llaminati huwa mifrux maż-ŻEE. |
2. Valutazzjoni kompetittiva
2.1. Qafas tal-Valutazzjoni Kompetittiva f’dan il-każ
Żewġ tranżazzjonijiet fl-istess industrija
|
(19) |
Wieland innotifikat il-konċentrazzjoni lill-Kummissjoni fit-13 ta’ Ġunju 2018. Fl-4 ta’ Ġunju 2018, jiġifieri qabel l-avviż tat-Tranżazzjoni, KME AG (“KME”) innotifikat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ MKM Mansfelder Kupfer u Messing GmbH (“MKM”). It-tranżazzjoni KME/MKM taffettwa parzjalment l-istess swieq bħat-Tranżazzjoni vvalutata f’dan il-każ. |
|
(20) |
Fil-każ ta’ investigazzjonijiet paralleli f’konċentrazzjonijiet li jaffettwaw l-istess swieq rilevanti, il-Kummissjoni, f’konformità mal-prattika kostanti tagħha, ivvalutat l-ewwel tranżazzjoni notifikata fuq il-merti tagħha stess u fuq il-bażi tal-istruttura tas-suq prevalenti fiż-żmien ta’ dan l-avviż. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tivvaluta t-tranżazzjoni notifikata sussegwentement fuq il-bażi tal-istruttura tas-suq li tirriżulta mill-implimentazzjoni probabbli tal-ewwel tranżazzjoni. Għalhekk, fil-każ preżenti, il-punt tat-tluq għall-Kummissjoni biex tivvaluta t-Tranżazzjoni huwa l-istruttura probabbli tas-suq fejn KME u MKM huma ttrattati bħala entità waħda. |
Jeħtieġ li l-akkwisti paralleli ta’ ARP u Schwermetall jiġu vvalutati flimkien
|
(21) |
Il-Kummissjoni qieset li l-akkwist ta’ ARP minn Wieland u l-akkwist tagħha tal-kontroll esklużiv ta’ Schwermetall u l-effetti korrispondenti ta’ kull waħda minn dawn l-akkwisti huma marbuta mill-qrib, u għalhekk ma jistgħux jiġu vvalutati b’mod iżolat. |
|
(22) |
F’dan il-kuntest, fl-ewwel pass il-Kummissjoni vvalutat l-effetti orizzontali tal-kombinazzjoni tan-negozji tal-prodotti llaminati ta’ Wieland, ARP u Schwermetall fis-suq tal-prodotti llaminati skont il-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Orizzontali. Fit-tieni pass, il-Kummissjoni vvalutat jekk l-akkwist minn Wieland tal-kontroll esklużiv ta’ Schwermetall huwiex qed ikompli jsaħħaħ dawn l-effetti permezz ta’ żieda fl-ispejjeż tar-rivali u kif. |
2.2. Valutazzjoni tal-effetti orizzontali mhux koordinati fis-suq tal-prodotti llaminati
|
(23) |
It-Tranżazzjoni twassal għal ishma mis-suq ikkombinati kbar f’termini ta’ volum ([40–50]%) u għal ishma mis-suq ikkombinati kbar ħafna f’termini ta’ valur ([50–60]%) fis-suq tal-prodotti llaminati. L-ishma mis-suq ikkombinati tal-Partijiet huma akbar b’mod sinifikanti minn dawn tat-tieni kompetitur KME/MKM. |
|
(24) |
Barra minn hekk, qabel it-Tranżazzjoni, Wieland kienet b’mod ċar il-mexxejja tas-suq, fis-suq tal-prodotti llaminati, b’sehem mis-suq għoli, b’tkabbir sinifikanti u b’portafoll ta’ prodotti estensiv, u hija partikolarment b’saħħitha fil-parti tal-livell għoli ta’ dan is-suq. Qabel it-Tranżazzjoni, Wieland kellha u kienet teżerċita grad sinifikanti ta’ saħħa fis-suq, li ppermettilha ġġib ruħha sa ċertu punt indipendentement mill-kompetituri u l-klijenti tagħha fis-suq tal-prodotti llaminati u b’mod partikolari fil-parti tal-livell għoli tas-suq. |
|
(25) |
ARP hija kompetitur importanti ta’ Wieland fis-suq tal-prodotti llaminati u hija rival sinifikanti u mill-qrib f’partijiet ewlenin tas-suq tal-prodotti llaminati li fih Wieland hija partikolarment attiva (pereżempju, il-konnekters). Barra minn hekk, ARP xtrat strixxa llaminata minn qabel minn Schwermetall. ARP hija b’saħħitha fl-elettronika tal-potenza fejn Wieland qed tipprova tespandi. L-evidenza fil-fajl turi li s-sinifikat kompetittiv ta’ ARP qed jikber u għalhekk x’aktarx li ARP se tkun tista’ teżerċita pressjoni kompetittiva aktar b’saħħitha fuq Wieland fil-futur. Għalhekk, it-Tranżazzjoni telimina restrizzjoni kompetittiva importanti li ARP teżerċita fuq Wieland fis-sens tal-paragrafu 25 tal-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Orizzontali. |
|
(26) |
Il-kompetituri l-oħra, b’mod partikolari dawk fil-parti tal-livell għoli tas-suq tal-prodotti llaminati (pereżempju l-konnekters għall-industrija tal-karozzi) ma għandhomx il-kapaċità u l-inċentivi biex iżidu l-output b’mod sinifikanti li jkun biżżejjed li jegħlbu l-effetti x’aktarx negattivi tat-Tranżazzjoni. Il-parti tal-livell għoli tas-suq tal-prodotti llaminati hija kkaratterizzata minn ftit kompetituri, b’ostakli kbar għal restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ kapaċità. B’riżultat ta’ dan, ikun diffiċli għall-kompetituri attivi fil-parti l-aktar baxxa tas-suq biex jippożizzjonaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom fil-parti tal-livell għoli tas-suq biex tingħeleb kwalunkwe żieda fil-prezz mill-entità fuża. |
|
(27) |
Wara t-Tranżazzjoni, il-klijenti jkollhom possibbiltajiet limitati biex jibdlu l-fornituri b’mod partikolari fil-parti tal-livell għoli tas-suq fejn l-attivitajiet ta’ Wieland u ta’ ARP prinċipalment jikkoinċidu. Hemm anqas fornituri alternattivi fil-parti tal-livell għoli tas-suq u l-proċess ta’ kwalifika tal-fornituri jagħmilha improbabbli jew estremament diffiċli għall-klijenti li jaqilbu għal produtturi attivi fil-parti l-aktar baxxa tas-suq. Barra minn hekk, il-bdil tal-fornituri huwa wkoll diffiċli minħabba strateġiji ta’ diversi sorsi, applikati mill-klijenti għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-forniment. |
|
(28) |
Id-dokumenti interni ta’ Wieland u b’mod partikolari r-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq jipprovdu indikazzjoni qawwija tal-effetti x’aktarx negattivi tat-Tranżazzjoni. Id-dokumenti interni ta’ Wieland jissuġġerixxu li Wieland tistenna li t-Tranżazzjoni tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq u twassal għal żieda fil-prezzijiet. Ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq fil-ewwel u t-tieni fażi juru li l-maġġoranza l-kbira tal-klijenti u diversi kompetituri huma mħassba dwar iż-żieda fil-prezzijiet fis-suq tal-prodotti llaminati wara t-Tranżazzjoni. |
|
(29) |
It-Tranżazzjoni x’aktarx twassal ukoll għall-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti għal Wieland fis-suq tal-prodotti llaminati. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset, l-ewwel, l-ishma mis-suq ikkombinati kbar ħafna. It-tieni, il-fatt li t-Tranżazzjoni tneħħi kompetitur importanti f’suq diġà kkonċentrat, fejn l-eqreb kompetitur li jmiss tkun KME/MKM b’sehem mis-suq ta’ [20-30 %] u li, skont il-valutazzjoni tal-Partijiet stess, sa ċertu punt qed tesperjenza diffikultajiet biex isservi s-suq. It-tielet, il-fatt li diversi kompetituri oħra jiddependu fuq Schwermetall għal forniment ta’ input ewlieni li, wara t-Tranżazzjoni, ikun ikkontrollat minn Wieland. Ir-raba’, ir-reazzjonijiet negattivi tal-klijenti fir-rigward tal-effetti tat-Tranżazzjoni. |
|
(30) |
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni x’aktarx tirriżulta f’impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva permezz tat-tneħħija ta’ kompetitur importanti fis-suq tal-prodotti llaminati, li x’aktarx tirriżulta f’żieda fil-prezz. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni x’aktarx tirriżulta f’impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva permezz tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti għal Wieland fis-suq tal-prodotti llaminati fiż-ŻEE. |
2.3. L-akkwist parallel tal-kontroll esklużiv ta’ Schwermetall jaggrava l-effetti negattivi tat-Tranżazzjoni
|
(31) |
L-akkwist parallel tal-kontroll esklużiv ta’ Schwermetall jaggrava l-effetti orizzontali identifikati hawn fuq fis-sens li dan issaħħaħ il-kapaċità ta’ Wieland li żżid l-ispejjeż tal-kompetituri tagħha fis-suq tal-prodotti llaminati. |
|
(32) |
L-ewwel nett, Schwermetall hija l-fornitur prinċipali tal-istrixxa llaminata minn qabel fis-suq tan-negozjanti. Barra minn hekk, Schwermetall tiffissa l-prezzijiet u tbigħ strixxa llaminata minn qabel lil Wieland u lil kompetituri ta’ ARP fis-suq downstream tal-prodotti llaminati, b’mod indipendenti mill-impriża prinċipali. Il-klijenti ta’ Schwermetall huma partikolarment attivi fil-parti tal-livell għoli tas-suq. |
|
(33) |
It-tieni nett, il-bidla mill-kontroll konġunt għal dak esklużiv ta’ Schwermetall tagħti aċċess lil Wieland għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva tal-kompetituri tagħha u d-dritt li tiddeċiedi waħedha dwar il-prezzijiet u l-portafoll tal-prodotti offruti fis-suq tan-negozjanti. Għaldaqstant, hija żżid il-kapaċità ta’ Wieland li tirrestrinġi l-espansjoni tal-kompetituri downstream u importanti tagħha li jiddependu fuq il-forniment ta’ Schwermetall tal-istrixxa llaminata minn qabel. |
|
(34) |
It-tielet nett, il-klijenti ta’ Schwermetall, u b’mod partikolari dawk li jikkompetu mas-suq downstream ta’ Wieland u ARP, ma setgħux b’mod effiċjenti u fil-ħin jissostitwixxu l-forniment ta’ Schwermetall ma’ fornituri alternattivi jew billi jespandu l-kapaċitajiet interni tagħhom. |
|
(35) |
L-akkwist tal-kontroll esklużiv ta’ Schwermetall iżid l-inċentivi ta’ Wieland biex iżżid l-ispejjeż tar-rivali tagħha, speċjalment meta jitqies il-livell miżjud ta’ konċentrazzjoni fuq is-suq downstream tal-prodotti llaminati minħabba l-akkwist ta’ ARP. |
|
(36) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni qieset li wara t-Tranżazzjoni, Wieland ikollha l-kapaċità u l-inċentiv li tnaqqas il-pressjoni kompetittiva li tirriżulta minn kumpaniji li jiddependu fuq il-forniment ta’ Schwermetall billi żżid l-ispejjeż tagħhom (jew billi żżid il-prezzijiet tal-input, tnaqqas il-firxa tal-portafoll jew il-kwalità tal-istrixxa llaminata minn qabel) u jkollha għarfien sħiħ dwar il-ħtiġijiet tal-kompetituri tagħha u l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Imġiba bħal din ikollha impatt negattiv fuq il-kompetittività tar-rivali. Iż-żieda fl-ispejjeż tar-rivali u t-tnaqqis konsegwenti fil-kompetizzjoni, imbagħad, ikomplu jsaħħu u japprofondixxu l-impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva identifikat fir-rigward tal-akkwist ta’ ARP minn Wieland. |
|
(37) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk l-akkwist tal-kontroll esklużiv ta’ Schwermetall joħloqx effiċjenzi speċifiċi għall-fużjoni. Madankollu, il-pretensjonijiet dwar l-effiċjenzi tal-Parti Notifikanti ma tqisux bħala speċifiċi għall-fużjoni. Barra minn hekk, dawn il-pretensjonijiet ma setgħux jaffettwaw is-sejbiet tal-Kummissjoni li l-akkwist tal-kontroll esklużiv ta’ Schwermetall x’aktarx japprofondixxi l-effetti negattivi tat-Tranżazzjoni. |
2.4. It-Tranżazzjoni ma tfixkilx il-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-esklużjoni ta’ dħul tal-billetti
|
(38) |
Wara l-ilment minn klijent ta’ ARP għall-billetti, il-Kummissjoni vvalutat jekk it-Tranżazzjoni x’aktarx twassal għal esklużjoni ta’ dħul għall-billetti. Il-klijent ta’ ARP argumenta li wara t-Tranżazzjoni Wieland, li magħha tikkompeti downstream fis-suq tat-tubi tar-ram, takkwista l-kontroll tal-uniku fornitur tal-billetti tagħha u għalhekk ikollha l-inċentiv li ssaħħaħ is-saħħa upstream tagħha fis-suq biex iżid il-bejgħ tagħha stess ta’ tubi tar-ram downstream. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li ma hemm l-ebda riskju ta’ esklużjoni ta’ dħul fir-rigward tal-billetti minħabba li hemm sorsi alternattivi oħra għall-billetti fiż-ŻEE. |
3. Impenji
3.1. Deskrizzjoni tal-Impenji
|
(39) |
Sabiex it-Tranżazzjoni ssir kompatibbli mas-suq intern, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji li jipproponu li ċċedi żewġ impjanti ta’ ARP (Stolberg, il-Ġermanja, u Zutphen, Netherlands) kif ukoll, skont l-għażla tax-Xerrej, tliet ċentri għall-qtugħ fis-Slovakkja, l-Italja u r-Renju Unit (“Negozju ta’ Żvestiment”), iżda mhux is-sehem ta’ 50 % ta’ ARP fi Schwermetall. Il-Parti Notifikanti offriet ukoll ftehim volontarju ta’ forniment u ta’ servizz temporanju għal strixxa llaminata minn qabel għall-impjanti f’Stolberg u Zutphen. |
|
(40) |
L-Impenji jinkludu kriterji għax-xerrej. li jirrikjedu li x-xerrej ikun jista’ jiżgura forniment suffiċjenti ta’ strixxa llaminata minn qabel meħtieġa għan-Negozju ta’ Żvestiment, u klawżola tax-xerrej bil-quddiem. |
|
(41) |
Għalkemm il-Parti Notifikanti ma kinitx ikkonkludiet ftehim ta’ bejgħ u xiri ma’ xerrej speċifiku matul il-proċedura ta’ rieżami, hija identifikat diversi xerrejja potenzjali tan-Negozju ta’ Żvestiment. |
3.2. Valutazzjoni tal-Impenji
Riżultati tal-eżami tas-suq
|
(42) |
Il-maġġoranza tal-klijenti li esprimew opinjoni qiesu li mingħajr sehem fi Schwermetall, ir-rimedju propost huwa strutturalment inadegwat biex jindirizza t-tħassib orizzontali. Barra minn hekk, maġġoranza ċara ta’ klijenti li esprimew opinjoni qiesu li l-Impenji ma jindirizzawx it-tħassib rigward iż-żieda fl-ispejjeż tar-rivali u l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali. |
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Impenji
|
(43) |
Minħabba l-esklużjoni ta’ assi ewlieni ta’ ARP, jiġifieri s-sehem ta’ 50 % fi Schwermetall, il-Kummissjoni qieset li l-Impenji huma strutturalment inadegwati biex jiġi eliminat l-impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva. B’mod partikolari, il-Kummissjoni sabet li qabel it-Tranżazzjoni, Schwermetall kienet element integrali u kritiku tal-vijabbiltà u l-kompetittività tal-impjant ta’ Stolberg u element importanti għall-vijabbiltà u l-kompetittività tal-impjant ta’ Zutphen. |
|
(44) |
L-Impenji jwasslu għal konċessjoni ta’ negozju preeżistenti mingħajr ċertezza għall-Kummissjoni li, meta n-negozju jiġi trasferit lix-xerrej, ikun negozju vijabbli fuq bażi awtonoma u r-riskji għall-vijabbiltà u l-kompetittività minħabba l-konċessjoni jitnaqqsu għal minimu. Il-ftehim ta’ forniment temporanju propost mill-Parti Notifikanti ma jkunx biżżejjed biex ix-xerrej jiżviluppa sorsi indipendenti ta’ forniment u għalhekk jirriskja li joħloq rabtiet fit-tul bejn il-kompetituri. |
|
(45) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll li għad hemm inċertezzi sinifikanti dwar jekk l-assi ta’ xerrejja potenzjali identifikati mill-Parti Notifikanti setgħux jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ aċċess għal strixxa llaminata minn qabel minn Schwermetall jew jekk l-akkwist tan-Negozju ta’ Żvestiment mix-xerrejja potenzjali ma joħloqx aktar tħassib dwar il-kompetizzjoni. |
|
(46) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li t-tħassib dwar il-kompetizzjoni marbut mal-kapaċità ta’ Wieland li jfixkel l-espansjoni tas-sehem importanti tal-kompetituri li fadal fis-suq tal-prodotti llaminati, li jiddependu fuq il-forniment ta’ Schwermetall, ma ġewx indirizzati mill-Impenji. |
V. KONKLUŻJONI
|
(47) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta se tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. Konsegwentement, jenħtieġ li l-konċentrazzjoni tiġi ddikjarata inkompatibbli mas-Suq Intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
Il-Qorti tal-Awdituri
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/23 |
Rapport Speċjali Nru 20/2020
“Il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal - Jinħtieġ immirar aħjar tal-appoġġ tal-Kummissjoni”
(2020/C 325/13)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 20/2020 “Il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal – Jinħtieġ immirar aħjar tal-appoġġ tal-Kummissjoni” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu.
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/24 |
Rapport Speċjali Nru 21/2020
Il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-UE: jeħtieġ li tiġi vverifikata l-idoneità tiegħu
(2020/C 325/14)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 21/2020 “Il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-UE: jeħtieġ li tiġi vverifikata l-idoneità tiegħu” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/25 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9957—Advent International/Otto/Hermes Parcelnet/Hermes Germany)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 325/15)
1.
Fl-24 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Advent International Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerka, “Advent”), |
|
— |
Otto GmbH & Co KG (il-Ġermanja, “Otto”), |
|
— |
Hermes Parcelnet Limited (ir-Renju Unit, “Hermes UK”), li tappartjenti għall-grupp Otto, |
|
— |
Hermes Germany GmbH (il-Ġermanja, “Hermes Germany”), li tappartjenti għall-grupp Otto. |
Allianz takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Hermes UK kollha kemm hi; Advent u Otto jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Hermes Germany.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Advent: negozju ta’ investiment f’ekwità privata, iffukat fuq l-akkwist ta’ ishma azzjonarji u l-ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment f’diversi setturi, inklużi s-servizzi tan-negozju u dawk finanzjarji; prodotti u servizzi industrijali; operazzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut, prodotti tal-konsumatur tad-ditta, u servizzi ta’ divertiment; il-media, it-telekomunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni; u s-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-farmaċewtiċi. Il-kumpaniji tal-portafoll tagħha għandhom attivitajiet globali, inkluż fl-Istati Uniti tal-Amerka, l-Ewropa, l-Asja u l-Amerika t’Isfel, |
|
— |
Otto: il-kumpanija azzjonarja ta’ diversi kumpaniji li jiffurmaw l-Otto Group. Attiva globalment fil-qasam tas-servizzi tal-bejgħ bl-imnut u dawk relatati mal-bejgħ bl-imnut, |
|
— |
Hermes UK: tħaddem servizzi ta’ twassil u ġbir b’ħafna kanali (jiġifieri servizzi ta’ kurrier) fir-Renju Unit, |
|
— |
Hermes Germany: tħaddem servizzi ta’ twassil u ġbir b’ħafna kanali (jiġifieri servizzi ta’ kurrier) fil-Ġermanja, |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9957—Advent International/Otto/Hermes Parcelnet/Hermes Germany
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/27 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
Il-Każ M.9941 — Private Theory Luxco/ARC Group
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 325/16)
1.
Fit-23 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Private Theory Luxco Sàrl (“Private Theory Luxco”, il-Lussemburgu) ikkontrollata minn Richard Cashin (ċittadin Amerikan); |
|
— |
ARC Holdings SAS (“ARC Holdings”, Franza), kumpaniji prinċipali tal-grupp ARC. |
Private Theory Luxco takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ ARC Holdings kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Private Theory Luxco: attiva fix-xiri u l-ġestjoni ta’ stokks f’kumpaniji oħra. Private Theory Luxco tikkontrolla wkoll l-ADI, spin-off tal-grupp ARC attiv fi Spanja u l-Portugall fid-distribuzzjoni ta’ oġġetti tal-ħġieġ, oġġetti użati għall-ikliet u oġġetti tal-kċina; |
|
— |
ARC Group: attiv fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ fuq il-mejda, b’mod partikolari oġġetti tal-ħġieġ, oġġetti użati għall-ikliet u oġġetti tal-kċina. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
Il-Każ M.9941 — Private Theory Luxco/ARC Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/28 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2020/C 325/17)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
MONTELLO — COLLI ASOLANI
PDO-IT-A0460-AM02
Data tal-applikazzjoni: 18.6.2019
1. Applikant u interess leġittimu
Consorzio di Tutela vini DOC Montello e Colli Asolani [Assoċjazzjoni ta’ protezzjoni għall-inbejjed DOC Montello u Colli Asolani]
Grupp ta’ produtturi għad-DOP ikkonċernata
2. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i
|
☒ |
Isem il-prodott |
|
☐ |
Kategorija tal-prodott tad-dwieli |
|
☒ |
Rabta |
|
☐ |
Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni |
3. Deskrizzjoni tal-emenda u raġunijiet għaliha
3.1. Emenda fl-isem tad-denominazzjoni
Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i
Artikoli 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8 and 9
Deskrizzjoni u raġunijiet
L-emenda tinvolvi bidla fl-isem tad-DOP minn “Montello — Colli Asolani” għal “Asolo Montello”/“Montello Asolo”.
L-isem eżistenti “Colli Asolani” tqassar għall-isem ġeografiku “Asolo” segwit mill-isem ġeografiku “Montello”, li jibqa’ l-istess. Dan se jkun l-isem sħiħ tad-Denominazzjoni “Montello Asolo” u se jkun hemm ukoll l-għażla li jintuża l-isem alternattiv “Asolo Montello”.
L-emenda parzjali kkonċernata ma taffettwax l-identità ġeografika tad-Denominazzjoni jew tal-konfini taż-żona tal-produzzjoni rispettiva, li tibqa’ l-istess.
“Asolo” huwa l-isem ġeografiku tal-belt storika u tal-muniċipalità tal-lum li tinsab fil-provinċja ta’ Treviso, li kienet — u tabilħaqq għadha — iċ-ċentru ekonomiku u kulturali ta’ referenza għall-parti tat-territorju bl-għoljiet fejn tinsab iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid ikkonċernat. L-isem ġeografiku “Asolo” huwa għalhekk ideali għall-identifikazzjoni ta’ din il-parti tat-territorju li kienet tissejjaħ “Colli Asolani”.
F’dan ir-rigward, l-intenzjoni wara l-isem il-ġdid għad-DOP, “Asolo Montello”, jew il-verżjoni alternattiva “Montello Asolo”, hija li tiġi enfasizzata r-rabta bejn din id-Denominazzjoni tal-inbid u t-territorju ġeografiku demarkat magħha li huwa magħruf għall-belt storika ta’ Asolo u għall-għoljiet ta’ Montello.
Barra minn hekk, minħabba li ż-żewġ żoni ġeografiċi ġirien t’hawn fuq li flimkien jiffurmaw iż-żona tal-produzzjoni għandhom l-istess karatteristiċi tal-ħamrija, klima u storja kulturali, l-intenzjoni wara l-isem alternattiv għad-DOP “Asolo Montello”/“Montello Asolo” hija li tiġi eskluża kwalunkwe possibbiltà li wieħed mill-ismijiet ġeografiċi jitqies bħala aktar importanti mill-ieħor.
Din l-emenda tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni tal-prodott kollha u d-dokument uniku kollu, kull darba li jissemma l-isem tad-denominazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem il-prodott
|
|
Asolo Montello |
|
|
Montello Asolo |
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” Bianco (kategorija tal-inbejjed)
Kulur: isfar lewn it-tiben bi sfumaturi fl-aħdar ċar;
Aroma: kemxejn ta’ frott;
Togħma: armonjuża, friska, fina malli jimmatura;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % vol;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.
Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” Chardonnay, Pinot bianco, Pinot grigio (kategoriji tal-inbid)
Kulur: isfar dehbi ta’ intensità li tvarja għax-Chardonnay; isfar lewn it-tiben għall-Pinot Bianco; isfar lewn it-tiben bi ħjilijiet ta’ deheb għal Pinot Grigio;
Aroma: ta’ frott, distinta għax-Chardonnay; delikata, fina, distinta għall-Pinot Bianco; frott eżotiku u xi kultant kemxejn pikkanti għall-Pinot Grigio;
Togħma: ta’ frott, sottili, delikata għal qawwija għax-Chardonnay; friska, bnina, eleganti għall-Pinot Bianco; sħuna, rikka, bellusija għall-Pinot Grigio;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 % vol.;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l.
Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” Bianchetta (kategorija tal-inbejjed)
Kulur: isfar lewn it-tiben, xi kultant skur, bi sfumaturi fl-aħdar ċar;
Aroma: tvarja mit-tuffieħ għall-frott eżotiku u l-ġellewż malli jimmatura;
Togħma: friska, bnina, bi ħjilijiet ħfief ta’ tannin;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 % vol.;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l.
Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” Manzoni Bianco (kategorija tal-inbejjed)
Kulur: isfar lewn it-tiben, xi kultant bi sfumaturi fl-aħdar ċar;
Aroma: ta’ frott, distinta;
Togħma: friska, rikka, bnina, bellusija;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 % vol.;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.
Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” Chardonnay, Pinot bianco spumante (kategorija tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità)
Kulur: isfar lewn it-tiben jgħajjat, b’ragħwa dejjiema għax-Chardonnay; isfar lewn it-tiben jgħajjat, b’ragħwa dejjiema għall-Pinot Bianco;
Aroma: ta’ frott, delikata għax-Chardonnay; fina, distinta għall-Pinot Bianco;
Togħma: bnina, distinta, minn extra brut għal xotta għax-Chardonnay; distinta, mimlija, minn extra brut għal xotta għall-Pinot Bianco;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % vol.;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l.
Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” Rosso (kategorija tal-inbejjed)
Kulur: aħmar lewn ir-rubin, li għandu tendenza jagħti għal lewn il-granata maż-żmien;
Aroma: qawwija, distinta, pjaċevoli, li għandha tendenza ssir etereali maż-żmien;
Togħma: bnina, robusta, kemxejn erbaċea, armonjuża;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 % vol.;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l,
Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” Merlot (kategorija tal-inbejjed)
Kulur: aħmar lewn ir-rubin, li għandu tendenza jagħti għal lewn ir-rummien maż-żmien;
Aroma: ta’ nbid, qawwija, distinta meta jkun għadu frisk, aktar delikata, etereali u pjaċevoli meta jiġi immaturat;
Togħma: bnina, mimlija, bi ħjilijiet ta’ tannin, armonjuża;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 % vol.;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l.
Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
4,5 |
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” Cabernet, Cabernet Sauvignon; Cabernet Franc (kategorija tal-inbejjed)
Kulur: Aħmar lewn ir-rubin, kważi lewn il-granata malli jimmatura għall-Cabernet u l-Cabernet Sauvignon; aħmar lewn ir-rubin bi sfumaturi fil-vjola li għandu tendenza jagħti għal lewn il-granata maż-żmien għall-Cabernet Franc;
Aroma: ta’ nbid, qawwija, distinta għall-Cabernet u għall-Cabernet Sauvignon; ta’ nbid, kemxejn erbaċea meta jiġi mmaturat għall-Cabernet Franc;
Togħma: bnina, mimlija, kemxejn erbaċea, bi ħjiliet żgħar ta’ tannini, armonjuża, distinta għall-Cabernet; mimlija, bi struttura tajba, armonjuża għall-Cabernet Sauvignon; xotta, bnina, mimlija, kemxejn erbaċea, bi ħjilijiet żgħar ta’ tannini, armonjuża u distinta għall-Cabernet Franc;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % vol.;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l.
Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” Venegazzù u Venegazzù Superiore (kategoriji tal-inbid)
Kulur: aħmar lewn ir-rubin skur jew lewn il-granata;
Aroma: ta’ nbid, qawwija u etereali;
Togħma: robusta, mimlija, armonjuża, strutturata tajjeb;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % vol.; (13,00 % għall-verżjoni Superior)
Estratt minimu mingħajr zokkor: 23 g/l (25 g/l għall-verżjoni Superior).
Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” Carmenère (kategorija tal-inbejjed)
Kulur: aħmar lewn ir-rubini, li għandu tendenza jagħti għal lewn il-granata skont l-istadju tal-evoluzzjoni tal-inbid;
Aroma: sfumaturi ta’ aroma kemxejn erbaċea li ssir waħda ta’ frott aħmar misjur;
Togħma: mielsa, ibbilanċjata tajjeb u dejjiema;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % vol.;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l.
Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” Recantina (kategorija tal-inbejjed)
Kulur: aħmar fil-vjola, li għandu tendenza jagħti għal lewn il-granata maż-żmien;
Aroma: qawwija, distinta, li għandha tendenza ssir etereali maż-żmien;
Togħma: xotta, pikkanti, bnina, robusta, armonjuża;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % vol.;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 19,0 g/l.
Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
L-ebda
b. Rendimenti massimi
Venegazzù
70 ettolitru għal kull ettaru
Merlot, Bianchetta, Chardonnay, Glera, Pinot bianco
84 ettolitru għal kull ettaru
Cabernet Franc, Cabernet Sauvignon, Carmenere, Recantina, Manzoni Bianco, Pinot grigio
77 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
|
A) |
Iż-żona tal-produzzjoni għall-għeneb li jintuża biex isiru l-inbejjed “Asolo Montello”/“Montello Asolo” tkopri t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet ta’ Castelcucco, Cornuda u Monfumo u parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Asolo, Borso del Grappa, Caerano S. Marco, Cavaso del Tomba, Crespano del Grappa, Crocetta del Montello, Fonte, Giavera del Montello, Maser, Montebelluna, Nervesa della Battaglia, Paderno del Grappa, Pederobba, Possagno, S. Zenone degli Ezzelini u Volpago del Montello.
Il-konfini ta’ din iż-żona huwa ddefinit kif ġej: Mil-lokalità ta’ Ciano fil-muniċipalità ta’ Crocetta del Montello, il-konfini jkompli fid-direzzjoni tal-Lvant tul it-triq provinċjali ta’ “Panoramica del Montello” sal-punt tal-ħruġ fl-intersezzjoni tat-triq “transversale del Montello” bin-Nru 14. Mill-intersezzjoni, dan isegwi linja vertikali fir-rigward tal-“Panoramica” sakemm jilħaq it-tarf tal-għolja li tħares fuq ix-xmara Piave. Minn hemm, il-konfini jkompli fid-direzzjoni tal-Lvant tul il-parti ta’ fuq tan-niżla ta’ Montello li tkompli b’mod parallel mal-Piave sal-lokalità ta’ Case Saccardo fil-muniċipalità ta’ Nervesa della Battaglia. Imbagħad, dan idur fid-direzzjoni tax-Xlokk, tul il-fruntiera bejn il-muniċipalitajiet ta’ Nervesa u Susegana u tul it-triq kostali ta’ Piave li tgħaddi minn mal-gauge tal-marea u twassal sal-villaġġ ta’ Nervesa, minn fejn idur fid-direzzjoni tal-Punent tul it-Triq Statali Nru 248 “Schiavonesca Marosticana” li tkompli sal-fruntiera bejn il-provinċji ta’ Treviso u ta’ Vicenza, madwar il-marka ta’ 42 500 km fil-komun ta’ S. Zenone degli Ezzelini. Minn hemm idur fid-direzzjoni tat-Tramuntana mill-fruntiera bejn il-provinċji ta’ Treviso u Vicenza fejn fil-muniċipalità ta’ Borso del Grappa, dan isegwi l-linja tal-kontorn li tikkorrispondi għal 400 m’il fuq mil-livell tal-baħar. Minn hemm ’il quddiem, il-konfini jkompli jsegwi l-linja tal-kontorn t’hawn fuq fl-istess direzzjoni, u jgħaddi minn ħdejn villaġġi li jappartjenu għall-muniċipalitajiet ta’ Borso del Grappa, Crespano del Grappa, Possagno, Cavaso del Tomba u Pederobba. Ladarba jasal fil-muniċipalità ta’ Pederobba, dan ikompli fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-punt ta’ 400 m ’il fuq mil-livell tal-baħar fejn jiltaqa’ mat-triq ta’ Calpiana, li, lejn ix-Xlokk, twassal għat-triq provinċjali ta’ “Pedemontana del Grappa” wara li tkun inqabżet iż-żona residenzjali ta’ Pedemontana. Tul dik it-triq, jingħaqad mal-“Pedemontana del Grappa”, u jkompli tul dik it-triq sal-intersezzjoni tagħha mat-Triq Statali Nru 348 “Feltrina” wara l-villaġġ ta’ Pederobba. Imbagħad, dan isegwi t-Triq Statali għal Onigo di Pederobba, minn fejn idur fid-direzzjoni tal-Lvant tul it-triq lejn Covolo sa Pieve, u Rive. Imbagħad, dan isegwi l-kanal ta’ Brentella sal-punt ta’ 160 u mbagħad ixaqleb fid-direzzjoni tal-Grigal lejn Covolo, u jaqbeż u jidħol f’Barche, fejn jilħaq il-punt ta’ 146 m ’il fuq mil-livell tal-baħar viċin ix-xmara ta’ Piave. Fil-punt ta’ 146, dan imbagħad ikompli fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sal-intersezzjoni tiegħu mat-triq lejn Crocetta del Montello madwar il-punt ta’ 27 800 km. Il-konfini mbagħad ikompli fid-direzzjoni tan-Nofsinhar tul dik it-triq sal-lokalità ta’ Fornace, fejn idur fid-direzzjoni tax-Xlokk għal fuq it-triq li twassal għal Rivasecca, u jgħaddi minn u jkompli fid-direzzjoni tax-Xlokk lejn it-triq li tkompli b’mod parallel mal-kanal ta’ Castelviero, sakemm jilħaq il-lokalità ta’ Ciano minn fejn bdiet id-delineazzjoni. |
|
B) |
Iż-żona tal-produzzjoni għall-għeneb li jintuża biex isir l-inbid “Asolo Montello”/“Montello Asolo” Sottozona Venegazzù tinkludi parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Volpago del Montello u b’mod aktar speċifiku l-parti tat-taqsima ta’ Venegazzù li tikkorrispondi għall-iskeda katastali Nru 16.
Il-konfini ta’ din iż-żona huwa ddefinit kif ġej: Eżattament mill-bidu tal-punt ta’ 65 000 km tat-Triq Statali Nru 248 “Shiavonesca Marosticana” (hawnhekk imsejħa “Via Jacopo Gasparini”) quddiem il-villa Palladjana “Spineda Loredan” monumentali, dan ikompli fid-direzzjoni tal-Lvant sal-konfini katastali tas-subdiviżjoni ta’ Venegazzù (rappreżentanti mill-fruntiera bejn l-iskedi katastali Nri 16 u 21 li jappartjeni għall-muniċipalità ta’ Volpago del Montello). Imbagħad, dan idur mal-lemin lejn it-Tramuntana, wara l-konfini katastali tas-subdiviżjoni ta’ Venegazzù sal-Via Frà Giocondo fil-punt ta’ “Case Semezin”. Imbagħad, dan jerġa’ jdur mal-lemin lejn il-Punent, filwaqt li jsegwi l-konfini katastali tas-subdiviżjoni ta’ Venegazzù (fruntiera bejn l-iskeda katastali 16 u l-iskedi katastali 13 u 12). Dawn ikomplu matul il-Via Fra Giocondo, wara l-kanal ta’ Brentella mill-foresta ta’ Montello sal-konfini amministrattiv tal-muniċipalitajiet ta’ Volpago del Montello u Montebelluna (immarkati bil-punti kontinwi (…) fuq il-mapep tekniċi għar-reġjun). Wara li jgħaddi miż-żona residenzjali ta’ Brunetta (115-il m ’il fuq mil-livell tal-baħar), dan ikompli tul il-konfini amministrattiv tal-muniċipalità ta’ Volpago del Montello sat-Triq Statali Nru 248 “Schiavonesca Marosticana” (fil-punt ta’ 63 730 km), minn fejn isegwi t-Triq Statali sal-punt ta’ 65 000 km, u b’hekk jirritorna lejn il-punt tat-tluq. Id-deskrizzjoni taż-żona tal-produzzjoni għat-tip Venegazzù tirreferi għall-elementi li ġejjin fuq il-Mappa Teknika Reġjonali: element N. 105 024 Volpago del Montello u l-konfini amministrattivi tal-muniċipalità ta’ Volpago del Montello. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
|
Cabernet Franc N. — Cabernet |
|
|
Pinot Bianco B. — Pinot Blanc |
|
|
Pinot Grigio — Pinot Gris |
|
|
Pinot Grigio — Ruländer |
|
|
Glera Lunga B. — Glera |
|
|
Recantina N. |
|
|
Carmenère N. — Cabernet |
|
|
Merlot N. |
|
|
Chardonnay B. |
|
|
Carmenère N. — Cabernet Italiano |
|
|
Pinot Grigio — Pinot |
|
|
Pinot Bianco B. — Pinot |
|
|
Carmenère N. — Cabernet Nostrano |
|
|
Carmenère N. |
|
|
Manzoni Bianco B. — Incrocio Manzoni 6.0.13 B [ibridu tal-Manzoni]. |
|
|
Bianchetta Trevigiana B. — Bianchetta |
|
|
Cabernet Sauvignon N. — Cabernet |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” — Kategorija: Inbid; Inbid spumanti ta’ kwalità
Iż-żona tal-produzzjoni għall-inbid “Asolo Montello”/“Montello Asolo” tinsab fir-reġjun ta’ Veneto fit-Tramuntana ta’ Venezja, fil-provinċja ta’ Treviso, taħt l-għoljiet ta’ Montello u l-Colli Asolani fl-għoljiet baxxi tad-Dolomiti, bejn Nervesa della Battaglia fil-Lvant u l-villaġġ ta’ Fonte fil-Punent. Dawn iż-żewġ sistemi tal-għoljiet kważi vertikali, separati permezz ta’ inċiżjoni fonda li hija twila kważi kilometru, jiffurmaw entità ġeoloġika waħda. F’altitudni li tvarja bejn 100 u 450 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, dawn jiffurmaw pajsaġġ distint b’karatteristiċi b’saħħithom u b’pajsaġġ b’niżliet u kurvi mhux weqfin ħafna u armonjużi. L-għoljiet jikkonsistu f’formazzjonijiet kbar ta’ aggregat iebes li jikkonsisti fi blat simentat u miksi bi trab ġulġlieni tafli jew b’ħamrija mrammla taflija li hija adattata sew għall-ħdim tar-raba’ u li għandha t-tendenza li terħi meta tiġi esposta għall-elementi. Il-kulur aħmar karatterisitiku tagħha huwa xhieda tal-oriġini antika tagħha. Il-ħamrija hija dekarbonizzata u aċiduża, b’fond medju, b’kapaċità tajba għall-ħżin tal-ilma u b’kontenut minerali konsiderevoli. Peress li m’għaddietx minn xi disturbi kbar, il-karatteristiċi oriġinali tagħha ġew ippreservati. L-istratigrafija nżammet intatta u l-konsistenza ma tfarrkitx. Hemm grad għoli ta’ attività mikrobijoloġika fis-sustanza organika, li tiżgura d-disponibbiltà lesta tan-nutrijenti. Il-massa aggregata spiss hija suxxettibbli għal ftit jew wisq xquq vertikali li jippromwovu ċ-ċirkolazzjoni tal-ilma taħt l-art u l-formazzjoni ta’ karatteristiċi karstiċi, bħal xi 2 000“dolina” jew kavità fl-art, speċjalment f’Montello. Dawn it-toqob fl-art ta’ daqsijiet varji jiffurmaw sistema perfetta għad-drenaġġ taħt l-art. Il-klima speċifika tat-territorju hija magħmula minn rebbiegħat moderati, sjuf li mhumiex sħan iżżejjed u ħrejjef li għal darb’ oħra huma moderati minħabba n-niżliet li jħarsu lejn in-Nofsinhar li huma miksijin bid-dwieli, u mit-tqassim tar-riżalt b’taqsimiet ortogonali li huma esposti għal irjieħ aktar kesħin li ġejjin mill-Grigal. It-temperatura medja fis-sajf hija ta’ 22,6 °C u l-ogħla temperaturi jintlaħqu f’Lulju. Il-ħarifa hija sħuna u xotta.
Ix-xita tinżel sa madwar 700 mm minn April sa Settembru u hija mqassma b’mod ugwali u ġust. Din ix-xita tinżel fuq in-niżliet tal-ħamrija u għalhekk l-ilma żejjed jitqattar faċilment u l-konsistenza merħija tal-ħamrija tfisser li dan assimila malajr.
Il-vinji ġew miżrugħin u żviluppati l-ewwel fuq l-għoljiet ta’ Colli Asolani u Montello mill-patrijiet Benedittini u aktar tard mir-Repubblika Venezjana. Il-patrijiet Benedittini stabbilixxew ruħhom fiż-żona madwar is-sena 1000 A.D., b’mod partikolari fil-monasteru ta’ Santa Bona f’Vidor u fir-residenza ċartier ta’ Montello f’Nervesa. Xogħolhom kellu impatt profond fuq l-istorja tal-biedja u l-vitikultura taż-żona u għen biex jifforma kultura ċċentrata fuq il-kultivazzjoni tad-dwieli u l-inbid li għadha ħajja sal-lum. Fit-tieni nofs tas-seklu 14, meta ż-żona għaddiet f’idejn il-Venezjani, l-għoljiet ta’ Colli Asolani u Montello ġew identifikati malajr bħala żona importanti tal-vitikultura. L-inbejjed tagħha kienu qegħdin jiġu esportati sa mill-bidu tas-sena 1400. Fis-seklu 16, iż-żona saret rinomata għall-insegwimenti aristokratiċi li fittxew is-sbuħija u t-tjubija fit-tradizzjonijiet tal-vitikultura u tal-produzzjoni tal-inbid. Iż-żona kienet ammirata mill-aktar nies pubbliċi u prestiġjużi magħrufin u l-inbid kien prodott imfittex li poġġa lil Venezja fuq l-istess livell tal-inbid miġjub mill-Greċja.
Għall-“Asolo Montello”/“Montello Asolo”, l-irziezet tal-antik immexxija mill-familji fejn l-inbid kien parti importanti mid-dieta ta’ kuljum u mill-ekonomija lokali, ifforma pajsaġġ li fil-biċċa l-kbira baqa’ l-istess. Il-ħamrija oriġinali ġiet ippreservata u għalhekk hija adattata ħafna għall-ħdim tar-raba’. Illum, id-dwieli mhux invażivi jaqsmu l-art ma’ għelejjel oħra.
Iċ-ċivilizzazzjoni Venezjana b’saħħitha tat lok għal intraprenditorija vivaċi u dinamika fiż-żona. L-Iskola tal-Enoloġija ta’ Conegliano stabbilita fl-1876 u ċ-Ċentru għar-Riċerka fil-Vitikultura li jinsab ftit kilometri ’l bogħod ippermettew lill-operaturi jevolvu u jispeċjalizzaw. Ir-riżultat huwa kultura ta’ vitikultura li ffjorixxiet u li tagħmel l-aħjar użu mill-vokazzjoni naturali meraviljuża tat-territorju.
Dawn il-fatturi flimkien joħolqu ġid imprezzabbli li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti lejn il-ġid varjetali u enoloġiku taż-żona ta’ Asolo Montello.
Iż-żoni tal-għoljiet huma partikolarment adatti għall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod imfewħa u bnini ferm, b’noti ta’ frott u pikkanti. F’dan l-ambjent, il-kurrenti kesħin ifissru li l-għeneb għandu kontenut ogħla ta’ aċidi organiċi, b’mod partikolari ta’ aċidu maliku. Dan l-għeneb huwa ideali għall-inbejjed spumanti, li huma karatteristikament eleganti u aromatiċi.
Min-naħa l-oħra, il-wied u ż-żoni sempliċi, bil-ħamrija aktar fonda u aktar fertili tagħhom, huma adattati għall-produzzjoni ta’ nbejjed aristokratiċi mielsa, b’kompożizzjoni fenolika u aromatika għolja meħtieġa għall-inbejjed ħomor. Dawn juru noti ta’ ħaxix u frott misjur, flimkien ma’ bilanċ tajjeb ta’ zokkor u aċidi u struttura mimlija. Il-varjetajiet nattivi Bianchetta and Recantina, li ilhom jeżistu għal żmien twil, iżidu l-oriġinalità mal-firxa tal-inbejjed.
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” — Kategorija tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità
Informazzjoni dwar il-kwalità/karatteristiċi tal-inbejjed essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:
L-inbejjed tad-denominazzjoni “Asolo Montello”/“Montello Asolo” fil-kategorija tal-“inbejjed spumanti ta’ kwalità” huma ta’ kulur isfar lewn it-tiben li jvarja minn ċar għal jgħajjat fl-intensità, bil-bżieżaq persistenti li huma tipiċi tal-kategorija tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità.
It-testijiet organolettiċi fuq il-verżjoni spumanti ta’ kwalità tal-inbejjed tad-denominazzjoni “Asolo Montello”/“Montello Asolo” juru noti ta’ ċitru u aromi ta’ fjuri, frott u frott imnixxef, imsaħħa b’togħma aċiduża friska u b’konsistenza eleganti.
Interazzjoni kawżali bejn l-elementi taż-żona ġeografika u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:
Il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed tad-denominazzjoni “Asolo Montello”/“Montello Asolo” fil-kategorija tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità deskritta hawn fuq huma dovuti għall-effetti tal-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona tal-produzzjoni flimkien mal-fatturi umani li influwenzaw l-innovazzjoni teknoloġika fil-proċess tal-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed spumanti.
Ix-xita u l-post fl-għoljiet tal-ħamrija jfissru li l-ħaddiema tal-vinji jridu jwettqu l-biċċa l-kbira tax-xogħol tagħhom bl-idejn u dan għandu impatt fuq it-tkabbir ibbilanċjat tad-dwieli. Il-ħila ta’ min ikabbar id-dwieli u l-konsistenza merħija tal-ħamrija jippermettu li l-ilma jiġi assorbit malajr fis-sottoswol. Dan ifisser li l-varjetajiet tad-dwieli użati għall-kategorija tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità tad-denominazzjoni “Asolo Montello”/“Montello Asolo” jikbru b’pass li huwa vigoruż iżda fl-istess ħin imkejjel u bbilanċjat tajjeb. Dan min-naħa tiegħu jipproteġi l-għenieqed tal-għeneb u jippreserva s-sustanzi li jagħtuhom l-aroma distinta u delikatament tal-frott tagħhom.
Flimkien mal-iżviluppi u l-innovazzjonijiet fit-tekniki tal-vitikultura matul is-snin, in-natura aċidika tal-ħamrija tippermetti lill-pjanti jassorbu għadd akbar ta’ mikroelementi milli kieku jassorbu f’ħamrija newtrali, u dan jippermetti lid-dwieli jiksbu tkabbir veġetattiv u produttiv ibbilanċjat.
Id-daqs u l-kompożizzjoni tal-partikuli tal-ħamrija huma tali li l-għeruq għandhom aċċess għal provvista tal-ilma regolari, li hija essenzjali biex jinkisbu d-dwieli b’aromi aċidużi friski.
Dawn il-karatteristiċi huma msaħħa bl-innovazzjoni teknoloġika tal-proċessi tal-awtoklavi, teknoloġija li hija effiċjenti fit-trasformazzjoni tal-ħmira u għalhekk fit-tisħiħ tan-noti ta’ frott u ċitru.
“Asolo Montello”/“Montello Asolo” — kategorija tal-inbid
Informazzjoni dwar il-kwalità/karatteristiċi tal-inbejjed essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:
L-inbejjed mid-denominazzjoni “Asolo Montello”/“Montello Asolo” fil-kategorija tal-“Inbid” huma ta’ kulur aħmar lewn ir-rubin, li għandhom tendenza li jagħtu għal lewn il-granata maż-żmien fil-każ tal-inbejjed ħomor, u ta’ kulur isfar lewn it-tiben li jagħti fl-isfar dehbi b’intensità li tvarja fil-każ tal-inbejjed bojod.
L-aroma tal-inbejjed ħomor għandha tendenza li tkun bnina, armonjuża, kemxejn tannika u kemxejn erbaċea b’sensazzjoni ratba.
L-inbejjed bojod, min-naħa l-oħra, għandhom aroma friska, bnina, ta’ frott u armonjuża.
L-inbejjed ħomor għandhom aroma qawwija ta’ nbid, bi struttura tajba u bbilanċjata tajjeb u b’kompożizzjoni aromatika diversifikata.
L-inbejjed bojod, min-naħa l-oħra, għandhom aroma qawwija ta’ fjuri u frott b’noti ta’ ċitru u frott frisk, imsaħħa b’aċidità friska.
Interazzjoni kawżali bejn l-elementi taż-żona ġeografika u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:
Il-karattru distintiv tal-inbejjed ħomor tal-“Asolo Montello”/“Montello Asolo” fil-kategorija tal-“inbid” huwa r-riżultat tal-kombinazzjoni tal-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona tal-produzzjoni, tal-fatturi umani li kellhom impatt fuq il-potenzjal tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid u tat-teknoloġiji tal-vitikultura użati fil-passat u sal-ġurnata tal-lum.
B’mod partikolari, l-ambjent ġeografiku taż-żona tal-produzzjoni huwa kkaratterizzat minn niżliet esposti għax-xemx u protetti mill-irjieħ kesħin mit-Tramuntana. Dan jiffavorixxi kundizzjonijiet moderati fil-ħarifa.
Dan, flimkien mal-għarfien espert li ilu jeżisti għal żmien twil ta’ min ikabbar id-dwieli fit-taħriġ u fit-tkabbir ta’ dwieli vigorużi li huma adattati sew għall-karatteristiċi tal-ħamrija fiż-żona tal-produzzjoni, jippermetti għal perjodu twil ta’ maturazzjoni li maż-żmien jimmatura n-noti ħorox u erbaċei, u jħalli spazju għall-maturazzjoni taz-zokkor u tal-komposti fenoliċi li jipproduċu nbejjed aristokratiċi mielsa.
B’mod partikolari, fejn il-ħamrija jkollha saff irqiq ta’ lom, l-inbejjed ħomor għandhom kontenut fenoliku għoli, aromi differenti u bilanċ tajjeb bejn iz-zokkor u l-aċidi. Dan huwa dak li jiddetermina l-kulur aħmar lewn ir-rubin li għandu tendenza jagħti għal lewn il-granata mal-maturazzjoni u l-aromi bin-noti li jvarjaw minn dawk kemxejn erbaċei għal dawk ta’ frott aħmar misjur kompletament. It-togħma mimlija armonjuża għandha struttura tajba u tista’ tkun bnina, kemxejn tannika, lixxa, pikkanti u kemxejn erbaċea.
Min-naħa l-oħra, l-inbejjed bojod tal-“Asolo Montello”/“Montello Asolo” fil-kategorija tal-“inbid” huma r-riżultat ta’ sjuf moderati li ma jħallux lill-għeneb jimmatura malajr wisq, b’livelli aċidużi baxxi u b’noti aromatiċi ħelwin u eżotiċi ħafna.
Il-kombinazzjoni tal-kompetenzi ta’ min ikabbar id-dwieli fl-immaniġġjar tad-dwieli (mill-għażla tal-istokkijiet u d-deċiżjoni dwar il-metodu tat-tkabbir għall-immaniġġjar tat-tkabbir tad-dwieli) mal-ħamrija fertili ħafna u mal-varjazzjonijiet sinifikanti fit-temperaturi tiffavorixxi s-sinteżi tat-terpeni u tal-komposti tal-benżin li huma responsabbli għan-noti ta’ ċitru, fjuri u frott frisk imsaħħa b’togħma aċiduża friska u b’konsistenza eleganti.
9. Rekwiżiti oħra speċifiċi (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)
—
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/15006