ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 321

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
29 ta' Settembru 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 321/01

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-qafas għar-riżoluzzjoni tal-banek rivedut bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-awtoritajiet tal-Istati Membri

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 321/02

Rata tal-kambju tal-euro — It-28 ta' Settembru 2020

36

2020/C 321/03

Irtirar ta’ proposti tal-Kummissjoni

37


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 321/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9917 — Liberty/Ascoval/Hayange) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

41

2020/C 321/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9695 — LVMH/Tiffany) ( 1 )

43

2020/C 321/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9946 — MSI/Altice/Lightpath) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

44

2020/C 321/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9929 — EDP/Viesgo) ( 1 )

45

2020/C 321/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9965 — ECP ControlCo/First Sentier Investors/Terra-Gen Power Holdings II) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

46

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 321/09

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

47

2020/C 321/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

58


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-qafas għar-riżoluzzjoni tal-banek rivedut bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-awtoritajiet tal-Istati Membri

(2020/C 321/01)

Il-pakkett ta’ riforma bankarja propost mill-Kummissjoni Ewropea f’Novembru 2016 ġie adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-20 ta’ Mejju 2019 u ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali fis-7 ta’ Ġunju 2019. Dan il-pakkett jinkludi fost l-oħrajn bidliet għall-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-banek tal-Unjoni permezz tad-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek — BRRD) u r-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (Ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni - SRMR). Din ir-riforma timplimenta fl-Unjoni l-istandard tal-Kapaċità Totali Internazzjonali ta’ Assorbiment tat-Telf (Total Loss-Absorbing Capacity, TLAC) għall-banek globali sistemikament importanti adottat mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja f’Novembru 2015 u ssaħħaħ l-applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) għall-banek kollha. Il-qafas rivedut għandu jiżgura aħjar li, meta l-banek jidħlu f’diffikultajiet finanzjarji u sussegwentement jitqiegħdu f’riżoluzzjoni, it-telf u r-rikapitalizzazzjoni tagħhom iseħħu permezz ta’ mezzi privati .

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/879, l-Istati Membri għandhom jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta’ dik id-direttiva fil-liġi nazzjonali tagħhom sat-28 ta’ Diċembru 2020. Bil-għan li tiffaċilita traspożizzjoni f’waqtha, konsistenti u akkurata, il-Kummissjoni bi ħsiebha tipprovdi fl-Anness ta’ dan l-Avviż it-tweġibiet għall-mistoqsijiet magħmula mill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-BRRD kif ukoll dwar l-interazzjonijiet tagħhom mal-SRMR, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital – CRR) u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital – CRD).

F’dan l-isfond, f’dan l-Avviż il-Kummissjoni qed tadotta tweġibiet relatati mal-atti legali li ġejjin:

Id-Direttiva (UE) 2014/59/UE (BRRD), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/879;

Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 (SRMR), kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/877;

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

Id-Direttiva 2013/36/UE (CRD), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

Dan l-Avviż jiċċara d-dispożizzjonijiet li diġà jinsabu fil-leġiżlazzjoni applikabbli. Huwa ma jestendi bl-ebda mod id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dik il-leġiżlazzjoni u lanqas ma jintroduċi rekwiżiti addizzjonali tal-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Dan l-Avviż huwa maħsub biss biex jassisti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fit-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-Unjoni. Il-fehmiet espressi f’dan l-Avviż ma jistgħux jippreġudikaw il-pożizzjoni li tista’ tieħu l-Kummissjoni Ewropea quddiem il-qrati tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni dalwaqt se tadotta Komunikazzjoni li tinkludi tweġibiet għal mistoqsijiet li rċeviet mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) skont l-Artikolu 16b(5) tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010. Dik il-Komunikazzjoni se tiċċara ċerti dispożizzjonijiet tal-BRRD, li dwarhom tressqulha mistoqsijiet mill-Awtorità Bankarja Ewropea.


(1)  Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296).

(2)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 226).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni ta’ kapital (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 253).


ANNESS

Lista ta’ Abbrevjazzjonijiet

AIFM — maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi;

Strumenti AT1 — Strumenti tal-Grad 1 addizzjonali msemmija fl-Artikolu 52(1) tas-CRR;

BRRD — Id-Direttiva (UE) 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif emendata mid-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

BRRD I — Id-Direttiva (UE) 2014/59/UE, mingħajr emendi;

CBR — rekwiżit ta’ bafer kombinat kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tas-CRD;

CCP — kontroparti ċentrali;

Kapital CET1 — Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmi fl-Artikolu 50 tas-CRR;

CRD — Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), kif emendata mid-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

CRR — Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), kif emendat mir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

ESMA — Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq;

MREL estern — rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli applikabbli għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni u msemmija fl-Artikolu 45e tal-BRRD;

G-SII — istituzzjoni globali sistemikament importanti;

MREL intern — rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli applikabbli għal sussidjarji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ entità ta’ pajjiż terz, iżda li minnhom infushom mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 45f tal-BRRD;

M-AMD — Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 16a tal-BRRD;

MiFID — Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

MPE — punt ta’ dħul multiplu;

MREL — rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli;

NCWO — il-prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur agħar milli taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza;

SEL — obbligazzjoni eliġibbli subordinata;

SFD — Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

SPE — punt ta’ dħul uniku;

SRB — Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni;

SRM — Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni;

SRMR — Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), kif emendat mir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

SRMR I — Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014, mingħajr emendi;

TEM — kejl tal-iskopertura totali kkalkolat f’konformità mal-Artikoli 429 u 429a tas-CRR;

Strumenti T2 — Strumenti tal-Grad 2 imsemmija fl-Artikolu 2(1)(73) tal-BRRD;

TLAC — Kapaċità Totali ta’ Assorbiment tat-Telf;

Rekwiżit minimu tat-TLAC — livell minimu armonizzat tal-istandard tat-TLAC għall-G-SIIs imsemmija fl-Artikoli 92a u 92b tas-CRR u fl-Artikolu 45d(1)(a) u (2)(a) tal-BRRD;

Standard tat-TLAC — Dokument dwar il-Kondizzjonijiet (“Term Sheet”) ippubblikat mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja f’Novembru 2015;

Banek tal-ogħla grad — entitajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ gruppi ta’ riżoluzzjoni b’assi ta’ aktar minn EUR 100 biljun imsemmija fl-Artikolu 45c(5) tal-BRRD;

TREA — l-ammont ta’ skopertura totali għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tas-CRR;

UCITS — impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli

Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor, ir-referenzi kollha għall-artikoli f’dan l-Anness għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-artikoli tal-BRRD.

A.   MISTOQSIJIET RELATATI MAS-SETGĦA LI JIĠU PPROJBITI ĊERTI DISTRIBUZZJONIJIET IPPROVDUTI FL-ARTIKOLU 16A TAL-BRRD

1.   Mistoqsija (l-Artikolu 16a)

L-Artikolu 16a tal-BRRD jipprovdi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bis-setgħa li jipprojbixxu ċerti distribuzzjonijiet meta entità tikser is-CBR meta jitqies flimkien mal-MREL. Bl-istess mod, l-Artikolu 141 tas-CRD fih dispożizzjonijiet dwar is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li jipprojbixxu ċerti distribuzzjonijiet meta entità tikser is-CBR meta jitqies flimkien mar-rekwiżiti tal-fondi proprji. Għalkemm dawn is-setgħat huma pprovduti lil żewġ awtoritajiet differenti, ir-relazzjoni bejniethom ma ġietx speċifikata. La s-CRD u lanqas il-BRRD ma jispeċifikaw is-sekwenza tal-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ setgħat meta entità tikser iż-żewġ rekwiżiti. Ifisser li l-leġiżlatur nazzjonali għandu flessibbiltà f’dan ir-rigward?

Tweġiba

Il-kundizzjonijiet għall-użu tas-setgħa tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jipprojbixxu entità milli tiddistribwixxi aktar mill-M-AMD, jiġifieri s-setgħa li tirrestrinġi ċerti distribuzzjonijiet, huma definiti fl-Artikolu 16a(1) tal-BRRD. Dik id-dispożizzjoni tistabbilixxi li din is-setgħa tiġi attivata fis-sitwazzjoni fejn l-entità tissodisfa s-CBR tagħha flimkien mar-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħha msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tas-CRD, iżda tonqos milli tissodisfa s-CBR tagħha flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45c u 45d tal-BRRD (jiġifieri l-MREL).

Dan jimplika li meta entità tonqos milli tissodisfa s-CBR tagħha flimkien mar-rekwiżiti tal-fondi proprji rilevanti tagħha, l-entità ma tkunx fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 16a(1), minkejja li tista’ wkoll tonqos milli tissodisfa s-CBR tagħha flimkien mal-MREL. Dan ifisser li l-Artikolu 141 tas-CRD se japplika esklussivament f’dan il-każ u li l-entità se tkun meħtieġa tirrestrinġi awtomatikament ċerti distribuzzjonijiet skont ir-regoli pprovduti f’dik id-dispożizzjoni. Is-setgħat tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jirrestrinġu ċerti distribuzzjonijiet skont l-Artikolu 16a tal-BRRD se jiġu attivati biss meta l-entità tkun konformi mas-CBR u mar-rekwiżiti tal-fondi proprji rilevanti, iżda mhux mas-CBR u mal-MREL tagħha.

Dan fl-aħħar mill-aħħar ifisser li l-Artikolu 141 tas-CRD ma jistax jiġi applikat simultanjament mal-Artikolu 16a tal-BRRD.

2.   Mistoqsija (l-Artikolu 16a)

Huwa korrett li l-Artikolu 16a tal-BRRD introduċa żewġ fażijiet għad-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tipprojbixxi entità milli tiddistribwixxi aktar mill-M-AMD:

fl-ewwel disa’ xhur wara n-notifika tal-entità, ma hemm l-ebda obbligu li jiġi stabbilit l-M-AMD u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta kull xahar jekk għandhiex teżerċita dik is-setgħa, u

disa’ xhur wara n-notifika tal-entità — hemm obbligu li tiġi eżerċitata s-setgħa li jiġu pprojbiti distribuzzjonijiet ogħla mill-M-AMD, ħlief meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ssib, wara valutazzjoni, li mill-inqas tnejn mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16a(3) tal-BRRD huma ssodisfati?

Tweġiba

Is-setgħa tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jirrestrinġu ċerta distribuzzjoni tal-entitajiet kif stabbilita fl-Artikolu 16a(1) tal-BRRD tiġi attivata biss meta l-entità tissodisfa s-CBR tagħha flimkien mar-rekwiżiti tal-fondi proprji rilevanti, iżda mhux flimkien mal-MREL, jiġifieri minħabba ksur speċifiku ta’ MREL tas-CBR. Dik is-setgħa hija diskrezzjonali. Il-firxa tad-diskrezzjoni tiddependi fuq iż-żmien tal-ksur tas-CBR kif ipprovdut fl-Artikolu 16a(2) u (3) tal-BRRD. Fl-ewwel disa’ xhur wara n-notifika ta’ ksur mill-entità, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni trid tivvaluta mingħajr dewmien żejjed min-notifika, u mbagħad mill-inqas kull xahar, jekk għandhiex teżerċita jew le dik is-setgħa billi tqis l-elementi msemmija fl-Artikolu 16a(2) tal-BRRD. Wara disa’ xhur, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni trid teżerċita dik is-setgħa, sakemm ma jiġux issodisfati mill-inqas tnejn mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16a(3) tal-BRRD.

3.   Mistoqsija (l-Artikolu 16a(3))

Skont l-Artikolu 16a(3), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti, trid teżerċita s-setgħa msemmija fl-Artikolu 16a(1), ħlief meta jiġu ssodisfati mill-inqas tnejn mill-kundizzjonijiet stipulati f’dak il-paragrafu 3, abbażi tas-sejbiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

Huwa korrett li, meta jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet ipprovduti mill-Artikolu 16a(3), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha bżonn tikkonsulta ma’ awtoritajiet oħrajn (eż. awtorità kompetenti, awtorità responsabbli mill-istabbiltà finanzjarja makroprudenzjali)?

Tweġiba

L-Artikolu 16a(3) innifsu jirrikjedi li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tinvolvi lill-awtorità kompetenti fil-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dik id-dispożizzjoni.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16a(3) jirrikjedi li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkonsulta mal-awtorità kompetenti qabel ma teżerċita s-setgħa tagħha li tipprojbixxi lill-entitajiet milli jiddistribwixxu aktar mill-M-AMD. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16a(3) jirrikjedi li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tinnotifika lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha li ma tapplikax is-setgħa tagħha u tispjega l-valutazzjoni tagħha bil-miktub.

Fl-ewwel każ, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni hija espliċitament meħtieġa li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti dwar il-fatt li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 16a(1) għan-nuqqas ta’ eżerċitar tas-setgħa tagħha mhumiex issodisfati. Fit-tieni każ, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni hija mitluba li tinnotifika u tispjega lill-awtorità kompetenti bil-miktub il-valutazzjoni tagħha tal-fatt li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 16a(3) għan-nuqqas ta’ eżerċitar tas-setgħa tagħha huma ssodisfati.

Il-BRRD ma teħtieġx, iżda lanqas ma timpedixxi, li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jikkonsultaw jew jinnotifikaw lil kwalunkwe awtorità oħra (eż. awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali nnominati).

4.   Mistoqsija dwar is-CRR (l-Artikolu 92(1a)); CRD (l-Artikolu 141c); BRRD (l-Artikolu 16a)

L-Artikolu 92(1a) tas-CRR jipprevedi dan li ġej: “Kapital ta’ Grad 1 li huwa użat biex jissodisfa rekwiżit ta’ buffer għall-proporzjon ta’ lieva finanzjarja ma għandux jintuża biex jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ibbażat fuq il-lieva finanzjarja stabbilita f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, sakemm dan ma jkunx espliċitament previst mod ieħor hemmhekk.”

L-istituzzjonijiet huma meħtieġa jissodisfaw fl-istess ħin ir-rekwiżit ta’ bafer ta’ lieva finanzjarja stabbilit fl-Artikolu 92(1a) tas-CRR u r-rekwiżit minimu tat-TLAC mhux ibbażat fuq ir-riskju u l-MREL estern u intern?

Tweġiba

Skont qari kkombinat tal-BRRD (l-Artikolu 16a(1)) u tas-CRD (ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 128), is-CBR għandu jitqiegħed biss fuq il-komponenti bbażati fuq ir-riskju tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b tas-CRR u fl-Artikoli 45c u 45d tal-BRRD (jiġifieri r-rekwiżit minimu tat-TLAC u l-MREL estern u intern).

Għaldaqstant, l-Artikolu 16a tal-BRRD jipprovdi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bis-setgħa li jipprojbixxu distribuzzjonijiet ogħla mill-M-AMD biss meta l-istituzzjoni kkonċernata tonqos milli tissodisfa s-CBR meta dan jitqies flimkien mal-MREL ikkalkolat abbażi tat-TREA (ara wkoll il-premessa (24) tad-Direttiva (UE) 2019/879).

Dan ifisser li, f’dak li għandu x’jaqsam mar-relazzjoni bejn is-CBR u r-rekwiżit minimu tat-TLAC ibbażat fuq ir-riskju u l-MREL, il-BRRD u s-CRD huma espliċiti meta jiddikjaraw li (i) il-kapital tas-CET1 użat lejn il-konformità mar-rekwiżit minimu tat-TLAC u mal-MREL ma jistax jintuża biex tinkiseb konformità mas-CBR u (ii) jekk is-CBR jinkiser meta jitqies f’kombinazzjonijiet mar-rekwiżit minimu tat-TLAC ibbażat fuq ir-riskju u l-MREL, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom is-setgħa li jipprojbixxu distribuzzjonijiet ogħla mill-M-AMD.

Madankollu, ma jeżistux dispożizzjonijiet paralleli f’dak li għandu x’jaqsam mar-relazzjoni bejn ir-rekwiżit ta’ bafer tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tas-CRR u r-rekwiżit minimu tat-TLAC mhux ibbażat fuq ir-riskju u l-MREL. L-Artikolu 141c tas-CRD iqis li r-rekwiżit ta’ bafer tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tas-CRR ma jiġix issodisfat biss meta l-istituzzjoni ma jkollhiex kapital tal-Grad 1 suffiċjenti biex tissodisfa fl-istess ħin dak il-bafer kif ukoll ir-rekwiżiti fl-Artikolu 92(1)(d) tas-CRR u 104(1)(a) tas-CRD. Ma ssir l-ebda referenza għall-ħtieġa ta’ konformità mar-rekwiżit ta’ bafer tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja fl-istess ħin mal-komponenti mhux ibbażati fuq ir-riskju tar-rekwiżit minimu tat-TLAC u l-MREL la fis-CRD u lanqas fil-BRRD. L-Artikolu 141b tas-CRD jimponi biss ir-restrizzjonijiet awtomatiċi fuq distribuzzjonijiet ’il fuq mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja meta l-istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ bafer tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja kif stipulat fl-Artikolu 141c tas-CRD imsemmi hawn fuq. Ma hemm l-ebda dispożizzjoni fil-BRRD li tirrifletti l-Artikolu 16a għar-rekwiżit ta’ bafer tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, li jfisser li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandhiex is-setgħa li tirrestrinġi d-distribuzzjonijiet meta r-rekwiżit ta’ bafer tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja ma jiġix issodisfat meta jitqies bl-MREL ikkalkolat abbażi tat-TEM.

Għalhekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 92(1a) tas-CRR ma jistax jinqara bħala li jipprevjeni l-għadd doppju tal-kapital tal-Grad 1 għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżit ta’ bafer tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, u r-rekwiżit minimu tat-TLAC u l-MREL ikkalkolat abbażi tat-TEM. Id-dritt tal-Unjoni dejjem jipprevedi b’mod espliċitu (i) is-sitwazzjonijiet fejn ma jkunx permess l-għadd doppju tal-kapital għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżit ta’ bafer u l-MREL u (ii) il-konsegwenzi għall-ksur tar-rekwiżit ta’ bafer meta dan jitqies flimkien mal-MREL. Xejn minn dan ma huwa l-każ għar-rekwiżit ta’ bafer tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja.

B.   MISTOQSIJIET RELATATI MAS-SETGĦAT TA’ SOSPENSJONI TAL-ĦLAS JEW TAL-OBBLIGI TA’ KUNSINNA SKONT L-ARTIKOLI 33A U 69

5.   Mistoqsija (l-Artikolu 33a)

L-Artikolu 33a tal-BRRD jipprovdi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni s-setgħa li jissospendu ċerti obbligi wara d-determinazzjoni li istituzzjoni qed tfalli jew x’aktarx tfalli (moratorju). Skont l-Artikolu 33a(3) tal-BRRD, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jagħtu gratifika għal kull jum lid-depożitanti. Fil-kuntest tal-SRM, għall-istituzzjonijiet soġġetti għall-mandat tal-SRB, is-setgħa ta’ moratorju għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali sabiex jimplimentaw id-deċiżjonijiet kollha indirizzati lilhom mill-SRB (l-Artikolu 29 tal-SRMR).

Sabiex tiġi trasposta l-opzjoni nazzjonali fuq il-gratifika għal kull jum skont l-Artikolu 33a(3) tal-BRRD, ikun korrett li jiġi stabbilit li, għall-istituzzjonijiet taħt il-mandat tal-SRB, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali tista’ tagħti l-gratifika għal kull jum meta u sa fejn ikun meħtieġ mill-SRB?

Tweġiba

Is-setgħa li jiġi infurzat moratorju tingħata lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali, anki fil-kuntest tal-Unjoni Bankarja. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jeżerċitaw din is-setgħa fil-forma li tingħata fil-liġi nazzjonali li tittrasponi l-BRRD u f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi nazzjonali. Dan huwa rifless fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tal-SRMR.

Skont kif l-Artikolu 33a tal-BRRD jiġi traspost fil-liġi nazzjonali, is-setgħa li jingħata ammont ta’ kuljum u l-kwantifikazzjoni tiegħu jistgħu jiġu kostitwiti b’mod aktar preċiż direttament fil-liġi nazzjonali dwar it-traspożizzjoni, jew din il-liġi tista’ tipprevedi kriterji sabiex l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni tiddefinixxih. Fi kwalunkwe każ, dawn l-elementi għandhom jiġu definiti mil-leġiżlatur nazzjonali meta jittrasponi l-Artikolu 33a tal-BRRD. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandha tkun konformi ma’ dawn il-kriterji meta teżerċita s-setgħa.

Ma hemm l-ebda ħtieġa li ssir referenza għall-SRB fil-kuntest tat-traspożizzjoni ta’ din id-dispożizzjoni minħabba li r-rwol tal-SRB joħroġ mill-Artikolu 29 tal-SRMR, li huwa direttament applikabbli.

Madankollu, il-koordinazzjoni mal-SRB meta jkun qed jeżerċita dawn is-setgħat hija rakkomandabbli biex tiġi żgurata konsistenza sħiħa bejn l-istruzzjonijiet tal-SRB u s-setgħat mogħtija lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali mil-liġi nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Din għandha tiffaċilita l-eżekuzzjoni bla xkiel tal-miżuri meħuda bħala parti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni.

6.   Mistoqsija (l-Artikolu 33a(3))

Liema strumenti, elementi jew kriterji jikkontribwixxu għad-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-ammont ta’ kuljum li jenħtieġ li jkollhom aċċess għalih id-depożitanti? F’dan ir-rigward, ammont li jkopri l-għoli tal-ħajja minimu ta’ kuljum jista’ jiġi inkluż fil-liġi nazzjonali dwar it-traspożizzjoni. Barra minn hekk, dan l-ammont għandu jkun obbligatorju għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta tiddeċiedi li tippermetti l-aċċess għal ammont adegwat ta’ flus.

Din id-determinazzjoni għandha tkun id-dmir tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ jew id-determinazzjoni tal-livell adegwat għandha tkun tappartjeni għar-rwol tal-leġiżlatur nazzjonali?

Liema indikaturi rilevanti oħrajn jistgħu jitqiesu f’dan il-kuntest?

Tweġiba

L-Artikolu 33a jagħti grad wiesa’ ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri fil-kuntest tat-traspożizzjoni biex jiddefinixxu l-kriterji rilevanti għall-kwantifikazzjoni tal-ammont ta’ kuljum, kif ukoll l-applikazzjoni tiegħu.

7.   Mistoqsija (l-Artikoli 33a(3) u 69(5))

B’rabta mal-“ammont xieraq ta’ kuljum” imsemmi fl-Artikoli 33a(3) u 69(5), hija l-intenzjoni tal-koleġiżlaturi li l-Istati Membri jiffissaw l-ammont “xieraq” fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni, jew hemm xi flessibbiltà għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tieħu deċiżjoni każ b’każ?

Tweġiba

Id-dispożizzjoni mhijiex speċifika f’dan ir-rigward u tippermetti flessibbiltà għall-Istati Membri biex jiddeċiedu kif jittrasponuha. Xi Stati Membri jistgħu jkunu jridu jidentifikaw ammont fiss ta’ kuljum direttament fil-liġi jew jipprevedu kriterji speċifiċi għall-kalkolu tiegħu, filwaqt li oħrajn jistgħu jkunu jridu jafdaw lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tiddefinixxi l-ammont inkwistjoni.

8.   Mistoqsija (l-Artikolu 33a(5))

L-Artikolu 33a(5) mhuwiex ċar dwar x’obbligi konkreti għandhom l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. Mhuwiex ċar kif awtorità tista’ tipprova li hija “qieset ir-regoli nazzjonali eżistenti, kif ukoll is-setgħat superviżorji u ġudizzjarji”, filwaqt li għamlet ħilitha biex “jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-kredituri u t-trattament indaqs tal-kredituri fi proċeduri normali ta’ insolvenza” u “qieset l-applikazzjoni potenzjali tal-proċeduri nazzjonali tal-insolvenza għall-istituzzjoni jew l-entità”. Il-Kummissjoni rriflettiet dwar xi azzjoni konkreta li tista’ tkun meħtieġa li tittieħed fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni?

Tweġiba

L-iskop ta’ din id-dispożizzjoni huwa li tipprovdi xi salvagwardji biex jiġi żgurat li s-setgħat estensivi ta’ moratorju mogħtija lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni jiġu eżerċitati b’mod korrett.

Il-kliem ipprovdut fl-Artikolu 33a(5) jirreferi għall-fatt li s-setgħa ta’ moratorju skont l-Artikolu 33a tista’ tiġi eżerċitata fil-mument tad-dikjarazzjoni ta’ falliment jew ta’ falliment probabbli u, f’dak il-punt, huwa possibbli li ma tkunx saret determinazzjoni dwar l-eżistenza ta’ interess pubbliku skont l-Artikolu 32(1)(c). Għalhekk, huwa possibbli li, wara li jiġi ppromulgat il-moratorju, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkonkludi li ma hemm l-ebda interess pubbliku u għandhom japplikaw proċedimenti nazzjonali ta’ insolvenza. Dawn il-proċedimenti f’ċerti Stati Membri ma jinvolvux l-għeluq immedjat tal-istituzzjoni u l-likwidazzjoni tal-assi tagħha, iżda jippermettu kontinwazzjoni tal-istituzzjoni. Dawn il-proċedimenti huma ġestiti minn awtorità differenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

Il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-dispożizzjoni għandhom l-għan li jiżguraw li ż-żewġ awtoritajiet jikkoordinaw u potenzjalment jaqblu fuq l-adegwatezza ta’ moratorju fiċ-ċirkostanzi speċifiċi inkwistjoni. F’dan ir-rigward, il-lingwaġġ għandu l-għan li jiżgura li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis l-impatt potenzjali tal-moratorju fuq kategoriji differenti ta’ kredituri u l-pretensjonijiet tagħhom, pereżempju biex jiġi evitat li moratorju applikat għal uħud minnhom u mhux għal oħrajn joħloq diskriminazzjoni fit-trattament tagħhom fl-insolvenza.

9.   Mistoqsija (l-Artikolu 33a(11))

L-Artikolu 33a(11) jistipula li fil-każ li awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun eżerċitat is-setgħa li tissospendi l-ħlas jew l-obbligi ta’ kunsinna fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 33a(1) jew (10), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tridx teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikoli 69(1), 70(1) jew 71(1). Madankollu, huwa biss l-Artikolu 33a(1) li jkopri s-setgħa li jiġu sospiżi l-obbligi ta’ ħlas jew ta’ kunsinna. L-Artikolu 33a(10) ikopri s-setgħa li jiġu ristretti l-kredituri garantiti u s-setgħa li jiġu sospiżi d-drittijiet tat-terminazzjoni.

L-eżerċitar tas-setgħa li jiġu sospiżi l-obbligi ta’ ħlas jew ta’ kunsinna kif stabbilit fl-Artikolu 33a(1) minnu nnifsu jimpedixxi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni milli teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 69(1) (fir-rigward tas-sospensjoni ta’ ċerti obbligi), l-Artikolu 70(1) (fir-rigward tas-setgħa li jiġu ristretti l-kredituri garantiti) u l-Artikolu 71(1) (fir-rigward tas-sospensjoni tad-drittijiet tat-terminazzjoni) aktar tard? Jew is-setgħat tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 70(1) u 71(1) huma ristretti biss f’sitwazzjoni fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni eżerċitat ukoll is-setgħat tagħha skont l-Artikolu 33a(10)?

Tweġiba

L-iskop tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 33a(11) huwa li tiġi evitata l-applikazzjoni sekwenzjali tal-istess setgħa darbtejn. L-iskop ta’ din id-dispożizzjoni huwa li tiżgura li t-tul massimu tas-sospensjoni jew tar-restrizzjoni tad-drittijiet tal-kredituri ma jaqbiżx it-tul massimu ta’ jumejn, ikkalkolat skont id-dispożizzjoni fl-Artikolu 33a(4).

Minn dan jirriżulta li l-limitazzjoni tapplika biss fir-rigward tal-eżerċitar ripetut tal-istess setgħa u mhux għall-każ li żewġ setgħat differenti jiġu eżerċitati f’mumenti differenti.

Għalhekk, fir-rigward tal-kwistjoni speċifika mqajma fit-tieni parti tal-mistoqsija, is-setgħat tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikoli 70(1) u 71(1) huma ristretti biss f’sitwazzjoni fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun eżerċitat ukoll is-setgħat tagħha skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 33a(10), rispettivament.

C.   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-BEJGĦ TA’ OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI SUBORDINATI LIL KLIJENTI KONSUMATURI

10.   Mistoqsija (l-Artikolu 44a)

X’inhi t-tifsira tat-terminu “bejjiegħ” għall-finijiet tal-Artikolu 44a?

Tweġiba

L-Artikolu 44a tal-BRRD japplika għad-ditti tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(1) tal-MiFID, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS u l-AIFM li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment li jwasslu għat-trasferiment lill-klijenti konsumaturi ta’ SEL, jiġifieri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 72a tas-CRR, ħlief għall-Artikolu 72a(1)(b) u l-Artikolu 72b(3) sa (5) tas-CRR. Tali entitajiet huma “bejjiegħa” għall-finijiet tal-Artikolu 44a tal-BRRD.

11.   Mistoqsija (l-Artikolu 44a)

Il-protezzjoni stabbilita fl-Artikolu 44a tal-BRRD għandha tiġi estiża għal strumenti individwali msemmija jew għal kategoriji speċifiċi ta’ strumenti definiti fil-BRRD jew fis-CRD?

Tweġiba

Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tal-klijenti konsumaturi huwa definit fl-Artikolu 44a(1) tal-BRRD.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44a(1) tal-BRRD bħala regola jkopri biss il-bejgħ ta’ “obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE Nru 575/2013 (CRR), ħlief għall-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) u l-paragrafi 3 sa 5 tal-Artikolu 72b”, jiġifieri SEL. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44a(1) tal-BRRD jipprevedi għażla għall-Istati Membri li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli stipulati fl-Artikolu 44a tal-BRRD għall-bejgħ ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet oħrajn b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna, inklużi obbligazzjonijiet eliġibbli mhux subordinati.

L-Artikolu 44a(7) tal-BRRD jistabbilixxi li l-Istati Membri mhumiex meħtieġa japplikaw l-Artikolu 44a tal-BRRD għall-obbligazzjonijiet maħruġa qabel id-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/879 (jiġifieri t-28 ta’ Diċembru 2020).

12.   Mistoqsija (l-Artikolu 44a)

Meta l-partijiet fi tranżazzjoni jkunu jinsabu fi Stati Membri li eżerċitaw l-opzjonijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 44a tal-BRRD b’mod differenti, huwa l-post tal-emittent, tal-intermedjarju jew tal-klijent li jiddetermina r-regoli ta’ liema Stat Membru japplikaw?

Tweġiba

Jekk Stat Membru japplika l-Artikolu 44a(1) sa (4) tal-BRRD, hija l-liġi tal-post fejn jinsab il-bejjiegħ li tapplika, minħabba li l-bejjiegħ huwa mitlub fl-Artikolu 44a(1) tal-BRRD li jwettaq it-test tal-adegwatezza skont l-Artikolu 25(2) tal-MiFID kif traspost fl-Istat Membru rispettiv tiegħu. Jekk Stat Membru jkun ittraspona l-Artikolu 44a(5) tal-BRRD, “b’deroga” mill-Artikolu 44a(1) sa (4), huwa għand jiżgura li d-denominazzjoni minima tal-SELs maħruġa minn entitajiet stabbiliti fil-ġuriżdizzjoni tiegħu tkun ta’ mill-inqas EUR 50 000 u li jkunu biss l-SELs b’denominazzjoni minima ta’ mill-inqas EUR 50 000 li jistgħu jinbiegħu lil klijenti konsumaturi f’dak l-Istat Membru. Ir-regoli addizzjonali pprovduti fl-Artikolu 44a(1) sa (4) tal-BRRD ma japplikawx. L-applikazzjoni transfruntiera ta’ dawn ir-regoli tiddependi fuq il-miżuri nazzjonali magħżula għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 44a tal-BRRD (jiġifieri 44a(1) sa (4), 44a(5) jew 44a(6)).

Hemm diversi xenarji rilevanti:

Fl-ewwel xenarju, l-SELs maħruġa minn entitajiet stabbiliti fi Stat Membru mingħajr regola ta’ denominazzjoni minima għall-SELs (Stat Membru A) jinbiegħu lil klijenti konsumaturi ta’ Stat Membru li ppreveda regola ta’ denominazzjoni minima (Stat Membru B): f’każ bħal dan, l-Istat Membru B għandu jiżgura li jkunu biss l-SELs li jkunu konformi mar-regola ta’ denominazzjoni minima li jistgħu jinbiegħu lil klijenti konsumaturi fil-ġuriżdizzjoni tiegħu.

Fix-xenarju oppost, meta l-SELs ta’ entità mill-Istat Membru B jinbiegħu lill-klijenti konsumaturi tal-Istat Membru A, il-bejgħ ta’ dan l-SEL għandu jkun konformi mal-Artikolu 44a(1) sa (4) tal-BRRD. Effettivament, dan ikun ifisser li tista’ tinbiegħ biss SEL waħda ta’ mhux aktar minn EUR 50 000 lil klijent konsumatur, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 44a(1) sa (4) tal-BRRD kif trasposti mill-Istat Membru A.

L-SELs maħruġa fi Stat Membru (Stat Membru A) b’denominazzjoni minima ta’ EUR 50 000 ma jistgħux jinbiegħu bħala tali lil klijenti konsumaturi fi Stat Membru ieħor (Stat Membru B) li japplika regola ta’ denominazzjoni minima ogħla (pereżempju EUR 250 000). Huma biss l-SELs li jkunu konformi mar-regola ta’ denominazzjoni minima tal-Istat Membru B (jiġifieri EUR 250 000) li jistgħu jinbiegħu lil klijenti konsumaturi fl-Istat Membru B.

L-Istati Membri li ttrasponew l-Artikolu 44a(6) tal-BRRD għandhom jiżguraw li jkun biss il-bejgħ lil klijenti konsumaturi ta’ SELs maħruġa minn entitajiet ta’ riżoluzzjoni stabbiliti fl-Istati Membri rispettivi tagħhom li jkun soġġett għall-Artikolu 44a(2)(b) tal-BRRD (verifika biss tad-daqs tal-investiment). Il-bejgħ tal-SELs maħruġa minn entitajiet ta’ riżoluzzjoni lil klijenti konsumaturi ta’ Stati Membri oħrajn se jkun soġġett għal-liġijiet tal-Istati Membri rispettivi tagħhom. Għall-bejgħ tal-SELs lil klijenti konsumaturi maħruġa minn entitajiet stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, l-Istat Membru li jeżerċita l-opzjoni tal-Artikolu 44a(6) tal-BRRD se jkollu jiddeċiedi jekk jittrasponix l-Artikolu 44a(1) sa (4) tal-BRRD jew ir-regola ta’ denominazzjoni minima fl-Artikolu 44a(5) tal-BRRD. Dan ikun ifisser li l-bejgħ ta’ dawn l-SELs lil klijenti konsumaturi għandu jew ikun soġġett għal reġim ta’ idoneità/kontroll tal-portafoll imtejjeb jew inkella li tali SEL ikollha denominazzjoni minima ta’ mill-inqas EUR 50 000. Ir-raġunigħall-applikazzjoni ta’ regoli inqas stretti dwar il-bejgħ tal-SELs lil klijenti konsumaturi skont l-Artikolu 44a(6) tal-BRRD hija li s-suq għall-SELs fi Stat Membru huwa żgħir u inqas likwidu kif ikkwantifikat fil-limitu minimu ta’ EUR 50 biljun. Din ir-raġuni ma tapplikax għall-SELs maħruġa minn istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru ieħor.

13.   Mistoqsija (l-Artikolu 44a)

Fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 44a tal-BRRD jipprovdi xi rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-MiFID (barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tistax tkun l-unika awtorità kompetenti nnominata. Jistgħu l-Istati Membri jiddeċiedu li jinnominaw l-awtorità ta’ kondotta fis-suq jew jinnominaw b’mod konġunt l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità ta’ kondotta fis-suq biex jinforzaw l-Artikolu 44a tal-BRRD?

Tweġiba

Il-premessi (15) u (16) tad-Direttiva (UE) 2019/879 jispjegaw fid-dettall ir-raġuni għar-regoli pprovduti fl-Artikolu 44a tal-BRRD, ir-relazzjoni tagħhom mar-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet, kif jenħtieġ li jiġu infurzati dawn ir-regoli u l-interazzjoni tagħhom mal-infurzar tar-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tal-investituri pprovduti fil-MiFID.

Il-premessi (15) u (16) tad-Direttiva (UE) 2019/879 jispeċifikaw li:

“(15)

Jenħtieġ li f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżaminaw il-bażi tal-investituri tal-istrumenti għall-MREL ta’ istituzzjoni jew entità individwali. Jekk parti sinifikanti mill-istrumenti għall-MREL ta’ istituzzjoni jew entità tkun miżmuma minn investituri individwali li jaf ma jkunux irċevew indikazzjoni adatta tar-riskji rilevanti, dan jista’ minnu nnifsu jkun impediment għar-riżolvibbiltà. Barra minn hekk, jekk parti kbira mill-istrumenti għall-MREL ta’ istituzzjoni jew entità tkun miżmuma minn istituzzjonijiet jew entitajiet oħra, l-implikazzjonijiet sistemiċi ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni jistgħu wkoll jikkostitwixxu impediment għar-riżolvibbiltà. Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni ssib impediment għar-riżolvibbiltà bħala riżultat tad-daqs u n-natura ta’ ċerta bażi ta’ investituri, jenħtieġ li tkun tista’ tirrakkomanda lil istituzzjoni jew entità biex tindirizza tali impediment.

(16)

Sabiex jiġi żgurat li l-investituri individwali ma jinvestux eċċessivament f’ċerti strumenti ta’ dejn li huma eliġibbli għall-MREL, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ammont ta’ denominazzjoni minima ta’ tali strumenti jkun relattivament għoli jew li l-investiment fi strumenti bħal dawn ma jirrappreżentax sehem eċċessiv tal-portafoll ta’ investitur. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit japplika biss għal strumenti maħruġa wara d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan ir-rekwiżit mhuwiex kopert biżżejjed fid-Direttiva 2014/65/UE, u għalhekk jenħtieġ li jkun infurzabbli skont id-Direttiva 2014/59/UE u jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ protezzjoni tal-investitur previsti fid-Direttiva 2014/65/UE. Fejn matul il-qadi ta’ dmirijiethom, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jsibu evidenza dwar ksur potenzjali tad-Direttiva 2014/65/UE, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali mal-awtoritajiet ta’ kondotta fis-suq għall-finijiet tal-infurzar ta’ dik id-Direttiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun ukoll possibbli għall-Istati Membri li jkomplu jillimitaw aktar il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ ċerti strumenti lil ċerti investituri.”

Dawn il-premessi jipprevedu l-elementi li ġejjin:

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżaminaw il-bażi ta’ investituri tal-obbligazzjonijiet eliġibbli biex jidentifikaw l-impedimenti potenzjali għar-riżolvibbiltà li jirriżultaw mid-daqs u n-natura ta’ bażi ta’ investituri partikolari. Azjendi tal-bejgħ bl-imnut sinifikanti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jikkostitwixxu tali impedimenti.

Ir-regoli tal-Artikolu 44a tal-BRRD għandhom l-għan li jiżguraw li l-investituri fil-livell tal-konsumatur ma jinvestux b’mod eċċessiv f’obbligazzjonijiet eliġibbli.

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jikkooperaw mal-awtoritajiet ta’ kondotta fis-suq permezz ta’ skambji ta’ informazzjoni kunfidenzjali għall-fini tal-infurzar tal-MiFID “fejn matul il-qadi ta’ dmirijiethom, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jsibu evidenza dwar ksur potenzjali tad-Direttiva 2014/65/UE (MiFID)”.

Filwaqt li l-Artikolu 44a tal-BRRD ma jirreferi għall-ebda awtorità speċifika biex tkun responsabbli għall-infurzar tagħha, l-elementi fil-premessi (15) u (16) tad-Direttiva (UE) 2019/879 juru l-eżistenza ta’ rabta bejn id-daqs tal-azjendi tal-bejgħ bl-imnut ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli, il-protezzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur u r-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet.

Dan ifisser li l-Istati Membri jistgħu jinnominaw kwalunkwe awtorità jew awtoritajiet xierqa għall-infurzar tal-Artikolu 44a tal-BRRD, inklużi awtoritajiet innominati skont il-MiFID (awtoritajiet ta’ kondotta fis-suq). Madankollu, l-interazzjoni bejn ir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tal-investituri skont il-MiFID, ir-regoli speċifiċi tal-Artikolu 44a tal-BRRD u s-setgħat tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jindirizzaw l-impedimenti għar-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet minħabba l-parteċipazzjonijiet fil-livell tal-konsumatur jimplikaw li l-awtoritajiet ta’ kondotta fis-suq, l-awtoritajiet rilevanti responsabbli għall-infurzar tal-Artikolu 44a tal-BRRD u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeħtieġ li jikkooperaw mill-qrib fl-eżerċitar tal-mandati rispettivi tagħhom.

14.   Mistoqsija (l-Artikolu 44a(1))

Id-diskrezzjoni nazzjonali inkluża fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 44a(1) biex il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 44a jiġi estiż għall-istrumenti tal-fondi proprji tikkonċerna biss id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jew id-dispożizzjonijiet kollha minn dan l-Artikolu?

Tweġiba

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44a(1) jipprevedi għażla għall-Istati Membri biex jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli stipulati fl-Artikolu 44a għall-bejgħ ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet oħrajn “b’kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna”.

Din l-għażla mhijiex limitata biss għall-applikazzjoni tal-Artikolu 44a(1), iżda minflok tapplika għad-dispożizzjoni kollha. L-Artikolu 44a(2), (3) u (5) jirreferi b’mod trasversali għall-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 44a(1) fl-intier tiegħu u mhux biss għall-obbligazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44a(1). Dan l-aspett huwa ċċarat ukoll fil-premessa (16) tad-Direttiva (UE) 2019/879 li tipprevedi li:

“Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun ukoll possibbli għall-Istati Membri li jkomplu jillimitaw aktar il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ ċerti strumenti (enfasi miżjuda) lil ċerti investituri.”

15.   Mistoqsija (l-Artikolu 44a(1))

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 44a(1)(b), jiġifieri x’inhi t-tifsira tal-espressjoni l-“bejjiegħ huwa sodisfatt”?

Tweġiba

L-Artikolu 44a(1)(b) għandu jiġi interpretat fis-sens li, wara l-eżekuzzjoni tat-test tal-idoneità, il-bejjiegħ iqis li investiment fl-SELs huwa adattat għall-klijent konsumatur ikkonċernat.

16.   Mistoqsija (l-Artikolu 44a(5))

Kif inhi maħsuba li tiġi applikata d-deroga skont l-Artikolu 44a(5) tal-BRRD? Hemm diversi interpretazzjonijiet alternattivi disponibbli:

L-Artikolu 44a(5) tal-BRRD huwa maħsub bħala eċċezzjoni de minimis, fejn il-protezzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 44a(1) sa (4) tal-BRRD ma japplikawx għall-ħruġ ta’ SELs b’denominazzjonijiet stabbiliti taħt l-ammont minimu ta’ denominazzjoni? Dan ikun ifisser li jkunu biss id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tal-MiFID li jiġu applikati għall-bejjiegħa tal-SELs lil investituri fil-livell tal-konsumatur li jkunu taħt l-ammont minimu ta’ denominazzjoni. Jekk din hija l-interpretazzjoni korretta, huwa wkoll il-każ li l-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu l-limitu minimu de minimis għal EUR 50 000 jew aktar, kif issuġġerit mill-kliem “mill-inqas”? Interpretazzjoni bħal din tista’ twassal għal sitwazzjoni fejn l-Istati Membri jiffissaw limiti minimi għoljin ħafna, u b’hekk jeskludu l-protezzjonijiet addizzjonali kważi f’kull każ.

Alternattivament, l-Artikolu 44a(5) tal-BRRD huwa maħsub bħala eċċezzjoni għal strumenti ta’ valur għoli ħafna (stmati għal EUR 50 000 jew aktar), fejn il-protezzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 44a(1) sa (4) tal-BRRD ma japplikawx għall-bejgħ ta’ strumenti kostitwiti f’denominazzjonijiet ’il fuq mil-limitu stabbilit mill-Istat Membru, fuq il-bażi li huwa l-aktar probabbli li l-investituri fil-livell tal-konsumatur ikunu qed jinvestu fi strumenti ta’ valur aktar baxx?

B’mod alternattiv, l-Artikolu 44a(5) tal-BRRD huwa maħsub biex jippermetti lill-Istati Membri jirrestrinġu l-mod li bih l-emittenti jikkostitwixxu SELs li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 44a(5) tal-BRRD, billi jilleġiżlaw li d-denominazzjoni ta’ dawk l-istrumenti partikolari għandha taqbeż il-limitu minimu stabbilit mill-Istat Membru għal EUR 50 000 jew aktar?

Tweġiba

Sabiex jiġi żgurat li l-investituri fil-livell tal-konsumatur ma jinvestux b’mod eċċessiv f’ċerti obbligazzjonijiet eliġibbli, l-Istati Membri jridu:

(a)

jittrasponu r-rekwiżiti pprovduti fl-Artikolu 44a(1) sa (4) tal-BRRD, jew

(b)

b’deroga minn dawk ir-rekwiżiti, japplikaw biss ir-rekwiżit ipprovdut fl-Artikolu 44a(5) tal-BRRD, jiġifieri denominazzjoni minima ta’ mill-inqas EUR 50 000.

Għalhekk, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jistabbilixxu ammont minimu ta’ denominazzjoni għal SELs ta’ mill-inqas EUR 50 000 mhumiex meħtieġa li jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 44a(1) sa (4) tal-BRRD.

Il-premessa (16) tad-Direttiva (UE) 2019/879 tiċċara li jenħtieġ li l-Artikolu 44a(1) sa (4) u l-Artikolu 44a(5) tal-BRRD ma jiġux trasposti b’mod kumulattiv, iżda hemm żewġ għażliet alternattivi:

“Sabiex jiġi żgurat li l-investituri individwali ma jinvestux eċċessivament f’ċerti strumenti ta’ dejn li huma eliġibbli għall-MREL, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ammont ta’ denominazzjoni minima ta’ tali strumenti jkun relattivament għoli jew li l-investiment fi strumenti bħal dawn ma jirrappreżentax sehem eċċessiv tal-portafoll ta’ investitur (enfasi miżjuda).”

17.   Mistoqsija (l-Artikolu 44a(5))

Liema entitajiet huma maħsuba li jkunu soġġetti għar-regola ta’ denominazzjoni minima skont l-Artikolu 44a(5)?

Tweġiba

Il-ħruġ kollu tal-SELs u l-bejgħ kollu tal-SELs mid-ditti tal-investiment, mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, mill-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS u mill-AIFM lill-klijenti konsumaturi huma soġġetti għar-rekwiżit ta’ denominazzjoni minima skont l-għażla tal-Artikolu 44a(5).

18.   Mistoqsija (l-Artikolu 44a(5))

Huwa korrett li r-rekwiżit li jitwettaq test tal-idoneità skont il-MiFID ma jiġix irrinunzjat meta Stat Membru jiddeċiedi li jeżerċita l-għażla stabbilita fl-Artikolu 44a(5) tal-BRRD?

Tweġiba

Skont l-Artikolu 25(2) tal-MiFID, it-test tal-idoneità huwa meħtieġ biss meta jingħataw pariri dwar l-investiment jew jiġu pprovduti servizzi ta’ ġestjoni tal-portafoll. L-Artikolu 44a(1) tal-BRRD jipprevedi kamp ta’ applikazzjoni usa’ għall-eżekuzzjoni tat-test tal-idoneità għall-bejgħ kollu ta’ SEL lil klijenti konsumaturi. Jenħtieġ li Stat Membru li jittrasponi l-Artikolu 44a(5) tal-BRRD xorta waħda jiżgura li l-Artikolu 25(2) tal-MiFID jiġi applikat b’mod effettiv.

19.   Mistoqsija (l-Artikolu 44a(6))

L-Artikolu 44a(6) jipprevedi dan li ġej: “Meta l-valur tal-assi totali tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) li huma stabbiliti fi Stat Membru u li huma soġġetti għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e ma jaqbiżx EUR 50 biljun, dak l-Istat Membru jista’, permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, japplika biss ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 2(b) ta’ dan l-Artikolu.”

Il-limitu minimu ta’ EUR 50 biljun ikopri l-entitajiet ta’ riżoluzzjoni kollha fi Stat Membru, b’mod ġenerali?

Tweġiba

L-Artikolu 44a(6) jipprevedi għażla speċifika għat-traspożizzjoni mfassla għall-Istati Membri bi swieq żgħar u inqas likwidi, b’deroga miż-żewġ possibbiltajiet alternattivi għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 44a. Dik l-għażla tinvolvi traspożizzjoni limitata biss għar-rekwiżit ipprovdut fil-punt (b) tal-Artikolu 44a(2), jiġifieri daqs minimu ta’ EUR 10 000 għal investiment fl-SELs minn investitur fil-livell tal-konsumatur.

Il-kriterju biex jiġi vvalutat id-daqs tas-suq għall-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ Stat Membru jingħata bil-valur tal-assi totali tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni kollha soġġetti għall-Artikolu 45e (jiġifieri l-MREL estern fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni kkonsolidat) li huma stabbiliti f’dak l-Istat Membru. Sabiex Stat Membru jkun jista’ jibbenefika minn din l-għażla, dak il-valur ma jridx jaqbeż il-EUR 50 biljun.

20.   Mistoqsija (l-Artikolu 44a(6))

Il-limitu minimu ta’ EUR 50 biljun imsemmi fl-Artikolu 44a(6) tal-BRRD jenħtieġ li jiġi vvalutat biss fil-mument tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/879 jew jenħtieġ li jkun hemm dmir li jiġi mmonitorjat regolarment jekk il-limitu minimu għadux qed jintlaħaq?

Huwa meħtieġ li jiġi previst obbligu speċifiku ta’ monitoraġġ tal-limitu minimu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2019/879?

Tweġiba

L-Artikolu 44a(6) tal-BRRD jipprevedi għażla speċifika għal traspożizzjoni aktar limitata maħsuba għall-Istati Membri bi swieq żgħar u inqas likwidi kif rifless fil-limitu minimu ta’ EUR 50 biljun ipprovdut minnu.

Din l-għażla ta’ traspożizzjoni hija soġġetta għall-kundizzjonalità tal-limitu minimu. Għalhekk, huwa d-dmir tal-Istati Membri li jimmonitorjaw u jivvalutaw regolarment jekk is-swieq tagħhom jilħqux il-limitu minimu ta’ EUR 50 biljun u jekk l-użu tal-għażla pprovduta fl-Artikolu 44a(6) tal-BRRD huwiex ġustifikat. Jekk il-limitu minimu ma jibqax jintlaħaq, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħżlu bejn iż-żewġ possibbiltajiet alternattivi ewlenin għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 44a tal-BRRD u jistabbilixxu dawk ir-regoli fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

D.   MISTOQSIJIET RELATATI MAR-REKWIŻIT MINIMU GĦAL FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI

(a)    Ġenerali

21.   Mistoqsija (Ġenerali)

X’inhi t-tifsira ta’ “kontroll” skont il-BRRD?

Billi t-test legali jidher li ma jipprovdi l-ebda definizzjoni, huwa raġonevoli li tiġi kkunsidrata l-istess definizzjoni bħal dik ipprovduta mill-Artikolu 4(1)(37) tas-CRR? Skont dik id-definizzjoni, “kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża omm u sussidjarja, kif definita fl-Artikolu 1 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE (11), jew l-istandards tal-kontabbiltà li għalihom hija soġġetta istituzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża.

Tweġiba

Fil-BRRD isiru diversi referenzi għall-kontroll ta’ sussidjarja mill-entità ta’ riżoluzzjoni rispettiva (pereżempju, l-Artikolu 45b(3)(b), 45f(2)(a)(i) u (iv) u 45f(2)(b)(ii) tal-BRRD). Ir-raġuni għar-referenza għal “kontroll” hija li jiġi żgurat li l-istruttura tas-sjieda tal-istrumenti użati minn sussidjarja biex tkun konformi mal-MREL intern tagħha ma twassalx, fil-każ tar-riżoluzzjoni tal-grupp ta’ riżoluzzjoni jew l-applikazzjoni tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni għal dik is-sussidjarja, sabiex hija ma tibqax sussidjarja tal-entità ta’ riżoluzzjoni rispettiva (jiġifieri għal bidliet fl-istruttura tal-grupp jew fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18 tas-CRR).

Skont l-Artikolu 4(1)(16) tas-CRR (dak li qabel kien l-Artikolu 2(1)(5) tal-BRRD), “sussidjarja” tfisser:

(a)

impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(b)

impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u kwalunkwe impriża li fuqha impriża prinċipali effettivament teżerċita influwenza dominanti.

Is-sussidjarji ta’ sussidjarji għandhom jitqiesu wkoll bħala sussidjarji tal-impriża li tkun l-impriża prinċipali oriġinali tagħhom.”

Għalhekk, għall-finijiet ta’ MREL, jenħtieġ li r-referenzi għal “kontroll” jinqraw bħala referenzi għar-relazzjoni bejn impriża omm u sussidjarja.

22.   Mistoqsija (ġenerali)

X’inhi t-tifsira tal-kliem “entità li hija parti minn G-SII”? Jidher li dan għandu jinkludi sussidjarja jew entità li fiha tinżamm ċerta parteċipazzjoni, li tqieset meta l-istituzzjoni rispettiva ġiet identifikata bħala G-SII.

Tweġiba

“Entità ta’ riżoluzzjoni li hija parti minn G-SII”, kif issir referenza għaliha fl-Artikolu 45d tal-BRRD, hija istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tal-BRRD li hija inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni tal-grupp identifikat bħala G-SII f’konformità mal-Artikolu 131(1) u (2) tas-CRD.

23.   Mistoqsija (l-Artikolu 45(11) tal-BRRD I)

L-Artikolu 45(11) tal-BRRD I ipprovda lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp bis-setgħa li tirrinunzja għall-MREL individwali applikabbli għall-istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni. Din ir-rinunzja hija inkluża fil-BRRD attwali?

Tweġiba

L-Artikolu 45(11) tal-BRRD I ta lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp id-diskrezzjoni li tirrinunzja għar-rekwiżit ta’ MREL individwali ta’ istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet.

Skont il-BRRD attwali, l-istituzzjonijiet prinċipali tal-Unjoni mhumiex soġġetti għal rekwiżit ta’ MREL individwali. B’hekk, ir-rinunzja ta’ dak ir-rekwiżit ma għadhiex applikabbli. Tali istituzzjonijiet huma soġġetti għal MREL fuq bażi konsolidata fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni, soġġetti għal MREL estern fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni (l-Artikolu 45e(1)), jew

bħala impriżi omm tal-Unjoni li minnhom infushom mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni, iżda huma sussidjarji ta’ entitajiet minn pajjiżi terzi, soġġetti għal MREL intern fuq bażi konsolidata (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45f(1)).

(b)    Istituzzjonijiet ta’ kreditu ipotekarju

24.   Mistoqsija (l-Artikolu 45a)

Il-BRRD jew is-CRR jipprovdu possibbiltà li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni tar-rekwiżit minimu tat-TLAC l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ipotekarju li huma sussidjarji ta’ G-SIIs u li huma eżentati mill-MREL skont l-Artikolu 45a(1) tal-BRRD?

Tweġiba

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 92a jew 92b tas-CRR (ir-rekwiżit minimu tat-TLAC) huwa stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) ta’ dak ir-Regolament. Skont din id-dispożizzjoni, l-istituzzjonijiet li huma meħtieġa li jkunu konformi mar-rekwiżit minimu tat-TLAC fuq bażi konsolidata jridu jwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li huma s-sussidjarji tagħhom fil-grupp ta’ riżoluzzjoni rilevanti (jiġifieri entitajiet li jappartjenu għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni).

L-Artikolu 45a(2) tal-BRRD jiddikjara li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ipotekarju eżentati mill-MREL ma jridux ikunu parti mill-konsolidazzjoni msemmija fl-Artikolu 45e(1) tal-BRRD, filwaqt li dan tal-aħħar jistabbilixxi li l-entitajiet ta’ riżoluzzjoni jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-MREL tagħhom stipulati fl-Artikoli 45b sa 45d tal-BRRD fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jidderogaw mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tas-CRR f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżit minimu tat-TLAC.

Għal G-SIIs jew entitajiet li huma parti minn G-SII, l-Artikolu 45a(2) tal-BRRD japplika biss għall-parti tar-rekwiżit tal-MREL iddeterminata f’konformità mal-Artikolu 45d(1)(b) tal-BRRD, jiġifieri r-rekwiżit addizzjonali speċifiku għall-istituzzjoni għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ddeterminati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont il-BRRD. Dak ir-rekwiżit se jiddependi fuq l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni magħżula għall-grupp (jiġifieri jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju tiġix likwidata jew le skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp u, b’hekk, tibbenefikax mill-eżenzjoni tal-Artikolu 45a(1) tal-BRRD).

25.   Mistoqsija (l-Artikolu 45a)

Ir-rinunzja obbligatorja msemmija fl-Artikolu 45a(1) jenħtieġ li tapplika f’każ li jkun hemm regoli speċifiċi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (a) u (b) għall-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju fil-livell tal-Istati Membri? Jew tista’ r-rinunzja obbligatorja tingħata biss meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis fil-pjan tar-riżoluzzjoni li l-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju jenħtieġ li tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta’ insolvenza jew tipi oħrajn ta’ proċedimenti deskritti fl-Artikolu 45a(1)(a)? Fil-każ li l-istrateġija tar-riżoluzzjoni magħżula tkun SPE u rikapitalizzazzjoni interna bankarja sħiħa għall-grupp bankarju (fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju tkun sussidjarja tal-bank prinċipali), il-kundizzjonijiet għar-rinunzja obbligatorja jiġu ssodisfati?

Fil-każ li l-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju tkun irrinunzjata mill-MREL f’konformità mal-Artikolu 45a(1), liema komponenti prudenzjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju jenħtieġ li jiġu esklużi meta jiġi kkalkolat l-MREL ikkonsolidat f’konformità mal-Artikolu 45a(2)?

Tweġiba

L-Artikolu 45a(1)(a) jesiġi li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju jipprevedi l-istralċ tagħha fi proċedimenti nazzjonali ta’ insolvenza jew f’tipi oħrajn ta’ proċedimenti stipulati għal dawk l-istituzzjonijiet u implimentati f’konformità mal-Artikoli 38, 40 jew 42. Is-sempliċi eżistenza ta’ tali proċedura mhijiex biżżejjed biex tiġġustifika l-għoti tal-eżenzjoni: l-eżenzjoni tista’ tingħata biss jekk il-pjan ta’ riżoluzzjoni jipprevedi l-applikazzjoni ta’ tali proċedimenti f’każ ta’ falliment tal-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju.

Jekk il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp jipprevedi l-istralċ tal-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju permezz tal-proċedimenti deskritti fl-Artikolu 45a(1)(a) u dawk il-proċedimenti jiżguraw li l-kredituri jġarrbu telf b’mod li jissodisfa l-objettivi tar-riżoluzzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 45a(1)(b), l-eżenzjoni trid tingħata. F’dak il-każ, jenħtieġ li l-assi tal-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju ma jitqisux meta jiġu kkalkolati t-TREA u t-TEM tal-grupp ta’ riżoluzzjoni, iżda jenħtieġ li jitqiesu l-iskoperturi intragrupp tal-entità tar-riżoluzzjoni għall-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju. Barra minn hekk, l-iskoperturi tal-entità omm għall-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju li jirriżultaw minn strumenti kapitali jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bis-sħiħ mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni meta jikkalkolaw l-ammont ta’ assorbiment tat-telf tal-MREL ikkonsolidat tal-entità ta’ riżoluzzjoni, sabiex ikunu konformi mal-Artikolu 45c(1)(a) u (b). Il-metodu speċifiku li permezz tiegħu l-iskoperturi li jirriżultaw minn strumenti kapitali jitqiesu fl-MREL estern tal-entità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiġi deċiż mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni; iżda l-metodu magħżul jeħtieġ li jiżgura li l-entità ta’ riżoluzzjoni jkollha biżżejjed fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli biex tassorbi bis-sħiħ it-telf kollu li jirriżulta minn dawk l-iskoperturi.

Fil-każ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju li tkun sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni, jekk l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 45a ma tkunx tista’ tingħata, il-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu ma japplikax. B’hekk, l-istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju tkun parti mill-konsolidazzjoni tal-grupp ta’ riżoluzzjoni.

26.   Mistoqsija (l-Artikolu 45a)

X’inhu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45a għall-finijiet tal-eżenzjonijiet għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ipotekarju pprovduti fih? L-Artikolu 45a għandu japplika biss għal istituzzjoni li hija awtorizzata biss li tagħti kreditu ipotekarju ffinanzjat minn bonds koperti? Jew l-Artikolu 45a għandu jkopri wkoll istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn li fil-prattika jagħtu biss kreditu ipotekarju ffinanzjat minn bonds koperti, iżda li huma awtorizzati li jwettqu attivitajiet oħrajn?

Tista’ sussidjarja meqjusa bħala istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju u li hija eżentata skont l-Artikolu 45a tiġi inkluża fi grupp ta’ riżoluzzjoni?

Tweġiba

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45a tal-BRRD huwa indikat fil-parti introduttorja tal-paragrafu 1. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu ipotekarju huma:

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu,

iffinanzjati minn bonds koperti

li ma jitħallewx jirċievu depożiti skont il-liġi nazzjonali.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li fil-prattika ma jeħdux depożiti, iżda li madankollu huma awtorizzati li jagħmlu dan ma jistgħux jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45a tal-BRRD, minħabba li ma jissodisfawx il-kriterju li ma jitħallewx jirċievu depożiti skont il-liġi nazzjonali. Għalhekk, dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni pprovduta fl-Artikolu 45a tal-BRRD.

F’dan il-kuntest, id-definizzjoni ta’ “istituzzjoni speċjalizzata ta’ kreditu ipotekarju” fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) tista’ tkun utli wkoll. Skont dik id-dispożizzjoni, “istituzzjoni speċjalizzata ta’ kreditu ipotekarju” tfisser “istituzzjoni ta’ kreditu li tiffinanzja self biss jew primarjament permezz tal-ħruġ ta’ bonds koperti, li tkun permessa bil-liġi biss biex tagħti self ipotekarju u self fis-settur pubbliku u li ma tkunx permessa tieħu depożiti, iżda li tieħu fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku.”

L-inklużjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju li hija sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni fil-grupp ta’ riżoluzzjoni ta’ dik l-entità ta’ riżoluzzjoni tiddependi fuq l-istrateġija prevista fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tal-BRRD.

(c)    Obbligazzjonijiet eliġibbli għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni

27.   Mistoqsija (l-Artikolu 45b(1))

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45b(1) tal-BRRD ifisser li t-tnaqqis mill-obbligazzjonijiet eliġibbli pprovduti fl-Artikolu 72e tas-CRR mhuwiex applikabbli għall-obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-MREL?

Tweġiba

Ir-reġim tat-tnaqqis stipulat fl-Artikolu 72e tas-CRR japplika biss għal entitajiet soġġetti għall-Artikolu 92a u l-Artikolu 92b tas-CRR (jiġifieri entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew parti minn G-SII u ċerti entitajiet li huma parti minn G-SII mhux tal-UE) u biss għall-fini ta’ konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet. Dan ir-reġim ma jkoprix:

entitajiet li mhumiex G-SII jew parti minn G-SII, jew parti minn G-SII mhux tal-UE, jew

il-konformità tal-entitajiet li huma G-SII jew parti minn G-SII jew G-SII mhux tal-UE mar-rekwiżiti addizzjonali imposti fuqhom f’konformità mal-Artikolu 45d(3) tal-BRRD.

28.   Mistoqsija (l-Artikolu 45b(3))

Jistgħu l-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa lil “azzjonisti eżistenti” jingħaddu għal MREL intern sakemm dawn ikunu miżmuma minn azzjonist, irrispettivament minn jekk dan l-azzjonist ikunx sar azzjonist wara s-sottoskrizzjoni jew ix-xiri tal-obbligazzjonijiet?

Tweġiba

Il-ħruġ minn sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni ta’ strumenti lil “azzjonist eżistenti” huwa waħda mill-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-finijiet tal-Artikolu 45f(2)(a)(i) tal-BRRD (MREL intern), tal-Artikolu 45b(3) tal-BRRD (MREL estern) u tal-Artikolu 88a(b) tas-CRR (rekwiżit minimu tat-TLAC għal G-SIIs jew parti minn G-SIIs identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni). Jekk fil-mument tal-ħruġ tal-obbligazzjoni l-entità akkwirenti ma tkunx azzjonista, l-obbligazzjoni ma tkunx eliġibbli għall-konformità ma’ MREL u mar-rekwiżit minimu tat-TLAC. Sabiex ikun eliġibbli, jenħtieġ li l-istrument jinħareġ lil azzjonist eżistenti u jkun konformi mal-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha, u jenħtieġ li minn hemm ’il quddiem jinżamm biss mill-azzjonisti eżistenti.

29.   Mistoqsija (l-Artikolu 45b(3))

B’referenza għall-Artikolu 45b(3), kif għandu jinftiehem il-kliem “u dik is-sussidjarja tkun parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħall-entità ta’ riżoluzzjoni” fil-kuntest tal-Artikolu kollu?

Tweġiba

L-Artikolu 45f(2)(a)(i) tal-BRRD jipprevedi l-possibbiltà li sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni toħroġ obbligazzjonijiet eliġibbli mhux biss lill-entità ta’ riżoluzzjoni, iżda wkoll lil azzjonist minoritarju taħt ċerti kundizzjonijiet. L-Artikolu 45b(3) tal-BRRD jistabbilixxi li dawn l-obbligazzjonijiet iridu jiġu “inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta’ riżoluzzjoni” skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fiha. Dawn l-obbligazzjonijiet huma subordinati, minħabba li huma meħtieġa skont l-Artikolu 45f(2)(a)(ii) li jissodisfaw il-kundizzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 72b(2) tas-CRR. Bħala tali, dawk l-obbligazzjonijiet jistgħu jintużaw biex jissodisfaw kemm l-MREL estern kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ MREL subordinat estern tal-entità ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45b(4),(5) u (7) tal-BRRD li hija parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħas-sussidjarja li tkun ħarġet tali obbligazzjonijiet.

30.   Mistoqsija (l-Artikolu 45(b))

L-istrumenti T2 amortizzati maħruġa minn sussidjarji li mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni u miżmuma minn entitajiet barra l-grupp ta’ riżoluzzjoni, li huma eliġibbli għal MREL intern skont l-Artikolu 45f(2)(b)(ii) tal-BRRD huma eliġibbli wkoll għal MREL estern? Ir-referenza għal strumenti T2 amortizzati fit-tieni parti tal-Artikolu 2(1)(71a) tal-BRRD għandha tiġi interpretata bħala li tirreferi għal strumenti T2 amortizzati fuq bażi individwali jew għal strumenti T2 amortizzati fuq bażi ta’ grupp ta’ riżoluzzjoni konsolidat?

Tweġiba

L-entitajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jissodisfaw l-MREL estern tagħhom bl-obbligazzjonijiet li ġejjin:

Il-fondi proprji kkonsolidati fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 45e(1) tal-BRRD;

L-obbligazzjonijiet eliġibbli, li jinkludu:

Obbligazzjonijiet ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45b tal-BRRD. Dan l-Artikolu jirreferi b’mod trasversali, inter alia, għall-Artikolu 72b tas-CRR, fejn il-paragrafu 2(b) jesiġi li dawk l-obbligazzjonijiet jinħarġu jew jinġabru direttament mill-istituzzjoni (l-ewwel parti tal-Artikolu 2(1)(71a) tal-BRRD);

Strumenti tal-Grad 2 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) tas-CRR — jiġifieri strumenti T2 amortizzati b’maturità residwa ta’ mill-inqas sena (it-tieni parti tal-Artikolu 2(1)(71a) tal-BRRD);

Ċerti obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn sussidjarja li tappartjeni għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni lil azzjonist minoritarju (l-Artikolu 45b(3) tal-BRRD).

Id-definizzjoni tal-Artikolu 2(1)(71a) tal-BRRD tagħmel referenza għall-Artikolu 72a(1)(b) tas-CRR. Skont l-Artikoli 11(3a) u 18(1) tas-CRR, l-istituzzjonijiet prinċipali identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma G-SIIs, parti minn G-SII jew parti minn G-SIII mhux tal-UE jridu jkunu konformi mal-Artikolu 92a tas-CRR (jiġifieri mar-rekwiżit minimu tat-TLAC) fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni rispettiv tagħhom. Dan jirrestrinġi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrumenti li jistgħu jintużaw għall-konformità mar-rekwiżit minimu tat-TLAC u jiċċara li, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor (jiġifieri għall-istrumenti tad-dejn eliġibbli, li jridu jinħarġu jew jinġabru direttament mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 72b(2)(a) tas-CRR), l-istrumenti għandhom jingħaddu fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni. Dan japplika kemm għall-fondi proprji kif ukoll għall-parti tal-istrumenti T2 b’maturità residwa ta’ mill-inqas sena li, bis-saħħa tal-Artikolu 64 tas-CRR, ma għadhomx jikkwalifikaw bħala entrati T2 u, b’hekk, ma jistgħux jiġu inklużi fil-fondi proprji tal-istituzzjoni.

Fil-kuntest tal-BRRD u l-konformità mal-MREL estern, ir-referenza fl-Artikolu 2(1)(71a) tal-BRRD għall-Artikolu 72a(1)(b) tas-CRR tirrikjedi li din id-dispożizzjoni tiġi interpretata bħala li għandha l-istess kamp ta’ applikazzjoni, jiġifieri, bħala li tirreferi għall-istrumenti T2 amortizzati fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni. Din l-interpretazzjoni tiżgura wkoll il-konformità mal-Artikolu 45e(1) tal-BRRD, li jesiġi li l-MREL estern jiġi osservat fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni.

Dan jimplika li, għall-finijiet tal-Artikoli 2(1)(71b) u 45b(4) sa (9) tal-BRRD, l-istrumenti T2 amortizzati maħruġa minn sussidjarji fl-istess grupp ta’ riżoluzzjoni lil entitajiet esterni għall-grupp ta’ riżoluzzjoni huma inklużi fil-kunċett ta’ “strumenti eliġibbli subordinati” u, b’hekk, jenħtieġ li jintużaw ukoll lejn il-konformità mal-komponent subordinat tal-MREL.

31.   Mistoqsija (l-Artikolu 45b(4))

L-Artikolu 45b(4) għandu jinqara bħala li japplika wkoll għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma parti minn G-SII?

Tweġiba

L-Artikolu 45b(4) tal-BRRD għandu jiġi interpretat bħala li japplika wkoll għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma parti minn G-SII jew parti minn G-SII mhux tal-UE. Tabilħaqq, grupp G-SII jista’ jkollu aktar minn entità ta’ riżoluzzjoni waħda soġġetta għall-Artikolu 45b tal-BRRD jew G-SII mhux tal-UE jista’ jkollu entità ta’ riżoluzzjoni stabbilita fl-Unjoni f’każijiet fejn il-pjan ta’ riżoluzzjoni tiegħu jipprevedi strateġija ta’ riżoluzzjoni MPE. Bħala tali, jenħtieġ li d-definizzjonijiet ta’ “entità ta’ riżoluzzjoni” u “grupp ta’ riżoluzzjoni” fil-punti (83a) u (83b) tal-Artikolu 2(1) tal-BRRD ikunu kompatibbli wkoll mal-implimentazzjoni tal-istrateġiji MPE, kif iddikjarat b’mod espliċitu fil-premessa (4) tad-Direttiva (UE) 2019/879 li taqra kif ġej:

“F’konformità mal-istandard TLAC, huwa meħtieġ li d-Direttiva 2014/59/UE tkompli tirrikonoxxi kemm l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-Punt ta’ Dħul Uniku (SPE) kif ukoll dik tal-Punti Multipli ta’ Dħul (MPE). Taħt l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni SPE, entità ta’ grupp wieħed biss, ġeneralment l-impriża omm, hija riżolta, filwaqt li entitajiet ta’ grupp oħra, ġeneralment sussidjarji operattivi, ma jitqiegħdux f’riżoluzzjoni, iżda jgħaddu t-telf u l-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni tagħhom lill-entità li għandha tiġi riżolta. Taħt l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni MPE, aktar minn entità ta’ grupp waħda tista’ tiġi riżolta. Huwa importanti li jkun hemm identifikazzjoni ċara tal-entitajiet li għandhom jiġu riżolti (“entitajiet ta’ riżoluzzjoni”), jiġifieri tal-entitajiet li għalihom jistgħu jiġu applikati azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, flimkien ma’ sussidjarji li jappartjenu lilhom (“gruppi ta’ riżoluzzjoni”), sabiex l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni mixtieqa tiġi applikata b’mod effettiv. Dik l-identifikazzjoni hija rilevanti wkoll għad-determinazzjoni tal-livell ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-kapaċità tal-assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni li jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet japplikaw. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu introdotti l-kunċetti ta’ “entità ta’ riżoluzzjoni” u ta’ “grupp ta’ riżoluzzjoni” u li tiġi emendata d-Direttiva 2014/59/UE dwar l-ippjanar ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp biex l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu espliċitament mitluba jidentifikaw l-entitajiet ta’ riżoluzzjoni u l-gruppi ta’ riżoluzzjoni fi ħdan grupp u jikkunsidraw kif xieraq l-implikazzjonijiet ta’ kwalunkwe azzjoni ppjanata fi ħdan il-grupp biex tkun żgurata riżoluzzjoni ta’ grupp effettiva. [enfasi miżjuda]

32.   Mistoqsija (l-Artikolu 45b(5))

Għalkemm l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 45b(5) jistabbilixxi limitu ta’ 10 % li meta jinqabeż l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun obbligata tivvaluta r-riskju msemmi fil-punt (b) ta’ dik id-dispożizzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha d-diskrezzjoni li tagħmel din il-valutazzjoni anki jekk dan il-limitu ma jintlaħaqx?

Barra minn hekk, l-Artikolu 45b(5) jidher li jirreferi biss għall-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Dawn il-prinċipji kif japplikaw fil-każ ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn (pereżempju, bank tranżitorju)?

Tweġiba

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45b(5) jipprevedi setgħa diskrezzjonali għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jitolbu li ċertu livell ta’ MREL tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni jiġi ssodisfat b’obbligazzjonijiet subordinati jekk il-kundizzjonijiet ta’ dak is-subparagrafu jiġu ssodisfati. Kundizzjoni waħda bħal din hija msemmija fil-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu (riskju ta’ ksur tal-prinċipju NCWO). It-tieni subparagrafu jesiġi li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jwettqu l-valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jekk jintlaħaq il-limitu ta’ 10 % stipulat fih.

L-interazzjoni bejn iż-żewġ subparagrafi hija li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha d-diskrezzjoni li tivvaluta fi kwalunkwe ħin jekk il-kundizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu humiex issodisfati, inkluż ir-riskju ta’ ksur tal-prinċipju NCWO. Madankollu, hija għandha l-obbligu li twettaq il-valutazzjoni tar-riskju ta’ ksur tal-prinċipju NCWO kull meta jintlaħaq il-limitu minimu ta’ 10 %.

L-Artikolu 37(4) jistabbilixxi li “l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni individwalment jew fi kwalunkwe kombinazzjoni.” Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45b jiġu applikati bl-istess mod, irrispettivament minn jekk l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna tintużax individwalment jew flimkien ma’ għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn. Meta jintużaw għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn mingħajr l-użu simultanju tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, id-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45b(5) għandhom jiġu applikati wkoll sabiex tiġi żgurata l-konformità fir-riżoluzzjoni mal-prinċipju tal-Artikolu 34(1)(g), anki fid-dawl tal-Artikolu 45c(1)(a) u (c).

33.   Mistoqsija (l-Artikolu 45b(6))

L-Artikolu 128 tas-CRD jiddikjara li l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw kapital CET1 li jinżamm biex jissodisfa s-CBR sabiex jiġu ssodisfati l-komponenti bbażati fuq ir-riskju tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b tas-CRR (rekwiżit minimu tat-TLAC) u fl-Artikoli 45c u 45d tal-BRRD (MREL estern u intern).

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45b(6) tal-BRRD jistabbilixxi li l-fondi proprji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni li jintużaw għall-konformità mas-CBR huma eliġibbli għall-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45b(4), (5) u (7) tal-BRRD (rekwiżit ta’ subordinazzjoni tal-MREL).

L-Artikolu 45b(6) jirrigwarda r-rekwiżit ta’ subordinazzjoni tal-MREL espress bħala persentaġġ kemm tat-TREA kif ukoll tat-TEM?

Tweġiba

L-Artikolu 45(2) tal-BRRD jistabbilixxi li l-MREL jista’ jiġi espress biss bħala persentaġġi ta’ TREA (komponent ibbażat fuq ir-riskju) u TEM (komponent mhux ibbażat fuq ir-riskju).

Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ subordinazzjoni tal-MREL imsemmija fl-Artikolu 45b(4), (5) u (7) tal-BRRD se jkollhom jiġu espressi wkoll bħala persentaġġi ta’ TREA (komponent ibbażat fuq ir-riskju) u TEM (komponent mhux ibbażat fuq ir-riskju).

Il-prinċipji msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 128 tas-CRD ma japplikawx għar-rekwiżit ta’ subordinazzjoni tal-MREL meta espress bħala persentaġġ ta’ TEM (jiġifieri s-CBR “ma jitqiegħedx” fuq il-komponent mhux ibbażat fuq ir-riskju ta’ MREL u, għalhekk, il-kapital CET1 użat għall-konformità mas-CBR se jkun eliġibbli għall-konformità mal-komponent mhux ibbażat fuq ir-riskju ta’ MREL).

Madankollu, il-kapital CET1 użat għall-konformità mas-CBR ma jistax jintuża biex jissodisfa kwalunkwe rekwiżit tal-MREL, kemm jekk subordinat kif ukoll jekk le, espress f’TREA. Ir-referenza għall-paragrafu 5 fl-Artikolu 45b(6) tal-BRRD kienet maħsuba biex tipprevedi applikazzjoni konsistenti tal-limitu tal-formula prudenzjali msemmija fl-Artikolu 45b(7) tal-BRRD, li tapplika wkoll għal istituzzjonijiet mhux sistemiċi skont l-Artikolu 45b(5) tal-BRRD.

Għalhekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45b(6) tal-BRRD u l-Artikolu 128 tas-CRD huma konsistenti ma’ xulxin.

34.   Mistoqsija (l-Artikolu 45b(8))

L-Artikolu 45b(8) tal-BRRD jagħti lill-Istati Membri l-għażla li jistabbilixxu l-persentaġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu f’livell ogħla minn 30 %. Ikun possibbli għal Stat Membru li jistabbilixxi dak il-livell għal 100 % billi jqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur bankarju nazzjonali tiegħu)?

Tweġiba

L-Artikolu 45b(8) tal-BRRD jistabbilixxi li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw rekwiżit ta’ subordinazzjoni ogħla minn 8 % tal-obbligazzjonijiet totali u tal-fondi proprji biss sa limitu ta’ 30 % tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni kollha li huma soġġetti għal dik id-dispożizzjoni (G-SIIs, banek tal-ogħla grad u entitajiet soġġetti għall-Artikolu 45c(6) tal-BRRD).

L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 45b(8) tal-BRRD jipprevedi għażla għall-Istati Membri li jistabbilixxu persentaġġ ogħla. Għalhekk, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li timponi rekwiżit ta’ subordinazzjoni ogħla għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni kollha soġġetti għall-Artikolu 45b(8) tal-BRRD stabbilit f’dak l-Istat Membru (billi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur bankarju nazzjonali tagħhom u l-għadd ta’ entitajiet ta’ riżoluzzjoni kkonċernati).

Madankollu, din l-għażla fil-prattika ma tistax tiġi applikata fir-rigward tal-entitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-SRMR, billi l-Artikolu 12c(8) tal-SRMR ma jipprevedix tali għażla. Għalhekk, l-istituzzjonijiet kollha li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-SRMR, irrispettivament minn jekk humiex taħt il-kompetenza diretta tal-SRB jew tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali skont id-diviżjoni tal-kompiti tal-Artikolu 7 tal-SRMR, ma jkunux soġġetti għal tali żieda perċentwali. Jekk Stat Membru parteċipant jeżerċita l-għażla prevista fl-Artikolu 45b(8) tal-BRRD, dik id-dispożizzjoni nazzjonali tapplika biss għall-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-BRRD skont l-Artikolu 1(1) tagħha, iżda li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-SRMR skont l-Artikolu 2 tiegħu. Din l-għażla se tkopri prinċipalment ditti ta’ investiment mhux koperti mis-superviżjoni konsolidata ta’ impriża omm.

Dan jiżgura li l-entitajiet kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-SRM ikunu soġġetti għall-istess regoli uniformi u proċeduri uniformi, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tal-SRMR. Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-aħħar sentenza tal-premessa 28 tal-SRMR tistabbilixxi li “F’ċerti ċirkostanzi, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jiżvolġu l-kompiti tagħhom abbażi ta’ u skont dan ir-Regolament, filwaqt li jeżerċitaw is-setgħat konferiti lilhom, u skont il-leġislazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2014/59/UE sa fejn mhuwiex f’kunflitt ma’ dan ir-Regolament.”

(d)    Determinazzjoni tal-MREL

35.   Mistoqsija (l-Artikolu 45c(1))

Kif jintużaw id-daqs, il-mudelli tan-negozju u tal-finanzjament u l-profil tar-riskju biex jiġi aġġustat l-MREL ta’ entità?

Tweġiba

L-Artikolu 45c tal-BRRD jirreferi għal għadd ta’ sitwazzjonijiet fejn dawn il-kriterji jista’ jkollhom impatt meta jiġi kkalibrat l-MREL totali, bħal:

id-determinazzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104a tas-CRD li jkunu applikabbli għall-entità wara r-riżoluzzjoni (il-ħames subparagrafu tal-paragrafu 3);

l-applikazzjoni tad-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 6 għall-għażla tal-istituzzjonijiet li jkunu soġġetti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 5 u d-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Artikolu 45b tal-BRRD (billi jitqiesu l-kundizzjonijiet marbuta mal-mudell ta’ finanzjament);

wara li titqies ir-regola ta’ rikapitalizzazzjoni interna minima (msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 3), l-interazzjoni mal-livell ta’ MREL totali tvarja skont il-mudell tan-negozju u ta’ finanzjament, minħabba li dawn għandhom impatt fuq il-piż medju tar-riskju tal-entità;

għal entitajiet li l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tagħhom hija l-istralċ taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza jew proċeduri nazzjonali ekwivalenti oħrajn, il-valutazzjoni ta’ jekk MREL jenħtieġx li jkun limitat għall-ammont ta’ assorbiment tat-telf (kif previst fil-paragrafu 2);

l-applikazzjoni u/jew l-aġġustament tal-ammont biex tiġi sostnuta l-fiduċja fis-suq imsemmija fil-paragrafu 3.

36.   Mistoqsija (l-Artikolu 45c(1))

L-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja msemmi fl-Artikolu 45c(1)(e) kif ikun rifless fl-MREL ta’ entità?

Tweġiba

L-Artikolu 45c jirreferi għal għadd ta’ sitwazzjonijiet fejn il-kriterju li jirrigwarda l-impatt tal-istabbiltà finanzjarja jista’ jkollu impatt meta jiġi kkalibrat l-MREL totali, bħal:

l-applikazzjoni tad-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 6 għall-għażla tal-istituzzjonijiet li jkunu soġġetti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 5 u d-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Artikolu 45b ;

wara li titqies ir-regola ta’ rikapitalizzazzjoni interna minima (msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 45c;

għal entitajiet li l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tagħhom hija l-istralċ taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza jew proċeduri nazzjonali ekwivalenti oħrajn, il-valutazzjoni ta’ jekk MREL jenħtieġx li jkun limitat għall-ammont ta’ assorbiment tat-telf (kif previst fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 45c).

37.   Mistoqsija (l-Artikolu 45c(2))

L-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja kif se jkun rifless fl-aġġustament għall-ammont ta’ assorbiment tat-telf għal entità li għaliha l-pjan ta’ riżoluzzjoni jistabbilixxi li hija għandha tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta’ insolvenza?

Tweġiba

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeħtieġ li jużaw id-diskrezzjoni tagħhom meta japplikaw din id-dispożizzjoni. F’konformità mal-Artikolu 45c(9), il-valutazzjoni tal-elementi msemmija hemmhekk se jkollha tiġi inkluża fid-deċiżjoni ta’ MREL.

Madankollu, iż-żidiet materjali fl-ammonti ta’ rikapitalizzazzjoni għal dawn l-istituzzjonijiet ikunu inkonsistenti mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(2), li jikkjarifika li l-iskop tal-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni huwa li jippermetti lill-entitajiet ikunu konformi mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni wara l-applikazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew l-eżerċitar tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni. F’dan il-kuntest, l-entitajiet li, f’konformità ma’ pjan ta’ riżoluzzjoni, għandhom jiġu stralċjati taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza mhumiex mistennija li jkollhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u, għalhekk, normalment ma jenħtieġx li jkollhom ammont ta’ rikapitalizzazzjoni.

Barra minn hekk, jekk awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta li l-limitazzjoni ta’ MREL għal ammont ta’ assorbiment tat-telf toħloq ir-riskju ta’ impatt sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja jew kontaġju għas-sistema finanzjarja, dan jista’ jindika li l-entità mhijiex riżolvibbli b’mod fattibbli u kredibbli taħt l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta u li l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tagħha għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid.

F’dan ir-rigward, l-Artikolu 15(1) jistabbilixxi li entità titqies bħala riżolvibbli jekk “ikun vijabbli u kredibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni li jew tillikwidaha skont proċeduri normali ta’ insolvenza jew li tirrisolviha bl-applikazzjoni ta’ għodda u setgħat differenti tar-riżoluzzjoni fuq l-istituzzjoni, filwaqt li jiġi evitat kemm jista’ jkun possibbli kull effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, inkluż f’ċirkostanzi ta’ instabbiltà finanzjarja usa’ jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, tal-Istat Membru li fih l-istituzzjoni hija stabbilita, jew ta’ Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni.”

38.   Mistoqsija (l-Artikolu 45c(2))

Id-Direttiva tippermetti li ma jiġix stabbilit MREL għal entitajiet li l-MREL tagħhom huwa ugwali għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji (jiġifieri għal entitajiet li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi l-istralċ tagħhom skont proċedimenti normali ta’ insolvenza jew proċeduri nazzjonali ekwivalenti oħrajn)?

Tweġiba

L-Artikolu 45(1) jistabbilixxi li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) iridu jissodisfaw l-MREL f’kull ħin, fejn meħtieġ mill-Artikoli 45 sa 45i u f'konformità magħhom.

Dan is-sett ta’ artikoli jikkontempla l-eżenzjonijiet li ġejjin mill-MREL, li għandhom jingħataw mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ipprovduti hemmhekk:

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu ipotekarju jistgħu jiġu eżentati skont l-Artikolu 45a;

L-istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni, iżda li mhumiex huma stess entitajiet ta’ riżoluzzjoni, jistgħu jiġu eżentati minn MREL skont l-Artikolu 45f(3) jew (4);

Il-korpi ċentrali u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali jistgħu jiġu eżentati skont l-Artikolu 45g.

Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45f(1) jistabbilixxi li l-applikazzjoni tar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45f(1) (jiġifieri MREL intern) għal entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) li hija sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni, iżda li mhijiex hija stess entità ta’ riżoluzzjoni, mhijiex obbligatorja, minħabba li tiddependi fuq l-eżerċitar ta’ setgħa diskrezzjonali tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti. Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnotat li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45f(1) jesiġi li l-impriżi omm tal-Unjoni li mhumiex huma stess entitajiet ta’ riżoluzzjoni, iżda li huma sussidjarji ta’ entitajiet minn pajjiżi terzi, ikunu konformi ma’ MREL intern fuq bażi konsolidata. Dan ifisser li d-determinazzjoni ta’ MREL intern għall-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dak it-tielet subparagrafu hija obbligatorja.

Għalhekk, sakemm entità ma taqax f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar MREL mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni hija obbligatorja, anki meta l-pjan ta’ riżoluzzjoni jistabbilixxi li l-entità għandha tiġi stralċjata taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza jew proċeduri nazzjonali ekwivalenti oħrajn. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li l-Artikolu 45c(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi, jirrikonoxxi espliċitament din is-sitwazzjoni u jipprevedi r-regoli dwar kif jiġi kkalkolat l-MREL għal entitajiet f’din is-sitwazzjoni.

39.   Mistoqsija (l-Artikolu 45c(2))

Wara li jitqiesu l-Artikoli 45(1), 45a u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45c(2), l-MREL għandu jiġi stabbilit anki jekk l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tkun likwidazzjoni. L-MREL f’dan il-każ għandu jiġi kkalkolat fuq bażi individwali jew fuq bażi konsolidata?

Tweġiba

L-Artikolu 45e(1) u (2) jistabbilixxi li l-MREL estern tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni jrid jiġi ddeterminat u osservat fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni. Ir-raġuni għal dawn id-dispożizzjonijiet hija li, fil-grupp ta’ riżoluzzjoni, it-telf imġarrab mill-entitajiet li jappartjenu għal dak il-grupp ta’ riżoluzzjoni għandu jiġġarrab mill-entità ta’ riżoluzzjoni, li għandu jkollha biżżejjed riżorsi ta’ assorbiment tat-telf biex tkun tista’ tkopri l-ħtiġijiet tal-grupp ta’ riżoluzzjoni kollu. Dan l-objettiv jintlaħaq permezz tal-applikazzjoni ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni għall-entità ta’ riżoluzzjoni u permezz tal-‘upstreaming’ tat-telf mis-sussidjarji tagħha u d-‘downstreaming’ sussegwenti tal-kapital permezz tal-eżerċitar tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni f’konformità mal-Artikolu 59. Għal din ir-raġuni, l-entitajiet ta’ riżoluzzjoni huma meħtieġa li joħorġu strumenti u entrati eliġibbli lil kredituri esterni ta’ partijiet terzi (ara l-premessa (19) tad-Direttiva (UE) 2019/879).

Għall-kuntrarju, l-MREL intern ta’ entitajiet li huma sussidjarji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni, iżda li mhumiex huma stess entitajiet ta’ riżoluzzjoni, irid jiġi ddeterminat u osservat fuq bażi individwali skont l-Artikoli 45c(7) u 45f(1) (minkejja s-sitwazzjonijiet fejn l-MREL intern ikun irid jiġi osservat fil-livell konsolidat jew subkonsolidat, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45f(1) u (4)(b)). It-telf u l-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ dawn is-sussidjarji għandhom jiġu sostnuti, bħala regola, mill-entitajiet ta’ riżoluzzjoni rispettivi tagħhom permezz ta’ akkwiżizzjoni diretta jew indiretta ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn dawn is-sussidjarji (ara l-premessa (20) tad-Direttiva (UE) 2019/879).

Fil-każ ta’ entitajiet li huma parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata u li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jistabbilixxi li għandhom jiġu stralċjati taħt il-proċedimenti normali ta’ insolvenza jew proċeduri nazzjonali ekwivalenti oħrajn, ir-regoli spjegati hawn fuq għal sitwazzjonijiet ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp ma japplikawx. Tabilħaqq, il-falliment ta’ dawk l-entitajiet se jiġi indirizzat permezz tal-proċedimenti normali ta’ insolvenza, li jseħħu fil-livell ta’ entità ġuridika. F’każ ta’ insolvenza, l-impriża omm tkun responsabbli biss għat-telf tagħha stess u ma tkunx meħtieġa tipprovdi appoġġ lis-sussidjarji tagħha. Barra minn hekk, il-fondi proprji u ċerti obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarji tagħha ma jkunux disponibbli biex jassorbu t-telf fil-likwidazzjoni individwali tal-impriża omm. B’hekk, f’dawn is-sitwazzjonijiet ta’ impriżi omm li jkunu qed jiġu stralċjati, ma jkunx xieraq li jiġi stabbilit MREL fuq bażi konsolidata.

Għalhekk, għall-impriżi omm li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jistabbilixxi li għandhom jiġu stralċjati taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza jew proċeduri nazzjonali ekwivalenti oħrajn, ir-rekwiżit tal-MREL tagħhom għandu jiġi ddeterminat u osservat biss fuq bażi individwali.

40.   Mistoqsija (l-Artikolu 45c(2), (3), (4) u (7))

Meta jiġi applikat l-Artikolu 45c(2), (3), (4) u (7), mhuwiex ċar kif jenħtieġ li tiġi interpretata l-espressjoni “għal perjodu xieraq li ma għandux jaqbeż sena”. Dan ifisser li l-ammont tar-rikapitalizzazzjoni għandu jiġi stabbilit fil-livell li jiżgura l-fiduċja fis-suq b’rabta mal-entità wara r-riżoluzzjoni għal sena waħda biss?

Tweġiba

L-Artikolu 45c(3) u (7) jistabbilixxi li l-ammont biex tiġi sostnuta l-fiduċja fis-suq li huwa inkluż fl-ammont tar-rikapitalizzazzjoni jrid jiġi stabbilit fil-livell meħtieġ biex isostni dik il-fiduċja fis-suq għal perjodu xieraq li ma jridx jaqbeż sena.

L-applikazzjoni ta’ perjodu ta’ żmien ta’ sena hija proporzjonata u konsistenti mal-użu tal-istess perjodu ta’ żmien għall-finijiet tal-kalibrazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet. Dan huwa rilevanti meta jitqies li r-rekwiżiti prudenzjali jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-determinazzjoni tal-livell tar-rekwiżit ta’ MREL.

41.   Mistoqsija (L-Artikolu 45c(3) u (7))

L-Artikolu 45c(3) u (7) tal-BRRD jirreferi għall-ħtieġa li jinżamm ċertu livell ta’ MREL sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u t-twettiq tal-attivitajiet awtorizzati skont is-CRD IV. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għall-entitajiet koperti mill-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1 tal-BRRD. Madankollu, uħud minn dawk l-entitajiet mhumiex soġġetti għal awtorizzazzjoni skont is-CRD, iżda skont dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi. Għal dawk l-entitajiet, kif jenħtieġ li jiġu trasposti r-referenzi għall-ħtieġa ta’ konformità mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali?

Tweġiba

Sal-punt li l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tal-BRRD ma tkunx irregolata mis-CRD jew mill-MiFID, iżda minn atti leġiżlattivi nazzjonali u tal-Unjoni ekwivalenti oħrajn, tista’ tiġi inkluża referenza xierqa fil-liġi nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 45c(1)(b) tal-BRRD. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 45c(2)(b) tal-BRRD jippermetti interpretazzjoni usa’ bħal din, billi jiddikjara li l-entitajiet għandhom jiġu rikapitalizzati sal-punt meħtieġ sabiex jistgħu jkunu konformi mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni skont is-CRD, il-MiFID jew “kwalunkwe att leġiżlattiv ekwivalenti”.

42.   Mistoqsija (l-Artikolu 45c(3), il-ħames subparagrafu)

X’inhu l-aġġustament għat-TREA u għat-TEM meħtieġ skont il-punt (a) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45c(3)?

Tweġiba

Meta jiġi ddeterminat l-ammont tar-rikapitalizzazzjoni, iridu jsiru aġġustamenti fl-aktar valuri reċenti rrapportati għat-TREA jew għat-TEM rilevanti biex ikunu jirriflettu l-effett li l-applikazzjoni tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni stabbiliti fi pjan ta’ riżoluzzjoni jkollha fuq it-TREA u t-TEM.

F’dan il-kuntest, f’konformità mal-punti (a)(ii) u (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(3), l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li fid-dawl tagħhom ikollhom jiġu aġġustati l-aktar ammonti reċenti rrapportati jkunu dawk li jinkludu l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta.

(e)    L-applikazzjoni ta’ MREL intern għal entitajiet li huma stess ma jkunux entitajiet ta’ riżoluzzjoni

43.   Mistoqsija (l-Artikolu 45f(1))

L-Artikolu 45f(1), rigward l-MREL intern, japplika wkoll għall-entitajiet G-SII li mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni?

Tweġiba

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45f huma applikabbli għall-istituzzjonijiet kollha li huma sussidjarji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ entità minn pajjiż terz u li huma stess mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni. Dan jinkludi wkoll entitajiet G-SII.

44.   Mistoqsija (l-Artikolu 45f(1))

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45f(1) japplika għall-entitajiet imsemmija fih fuq bażi individwali?

Tweġiba

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45f(1) jikkjarifika li l-istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta’ entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ entità minn pajjiż terz, iżda li mhumiex huma stess entitajiet ta’ riżoluzzjoni, iridu jkunu konformi mal-MREL intern fuq bażi individwali. It-tieni subparagrafu ta’ dak l-Artikolu jipprovdi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bid-diskrezzjoni li japplikaw l-MREL intern għall-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1). It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45f(1) japplika wkoll fuq bażi individwali, sakemm l-entità ma taqax taħt it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45f(1).

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45f(1), li jistipula l-possibbiltà ta’ konformità mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45c u 45d, jirreferi biss għall-impriżi omm tal-Unjoni li huma sussidjarji ta’ entitajiet minn pajjiżi terzi.

Madankollu, l-Artikolu 45f(4) jippermetti lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni l-possibbiltà li tirrinunzja l-applikazzjoni tal-MREL intern għal sussidjarja li ma tkunx hija stess entità ta’ riżoluzzjoni jekk jiġu ssodisfati diversi kundizzjonijiet, jiġifieri meta kemm is-sussidjarja kif ukoll l-impriża omm ikunu stabbiliti fl-istess Stat Membru u jkunu parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni u meta l-impriża omm tkun konformi mal-MREL estern fuq bażi konsolidata.

Għalhekk, fil-kuntest ta’ rinunzja tal-MREL intern skont l-Artikolu 45f(4), l-MREL intern jista’ jiġi osservat ukoll fil-livell (sub)konsolidat għall-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1). Inkella, fin-nuqqas ta’ rinunzja, l-MREL intern japplika fuq bażi individwali, ħlief meta l-entità tkun impriża omm tal-Unjoni ta’ grupp minn pajjiż terz.

45.   Mistoqsija (l-Artikolu 45f(3))

L-Artikolu 45f(3) tal-BRRD jagħti lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni l-possibbiltà li tirrinunzja l-applikazzjoni ta’ MREL intern, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fih. Madankollu, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45f(3)(d) sa (f) tal-BRRD ma jidhrux li għandhom ekwivalenti fl-Artikolu 12h(1) tal-SRMR. Meta jiġi traspost l-Artikolu 45f(3) tal-BRRD, kif jenħtieġ li l-Istati Membri jittrattaw dan?

Tweġiba

L-ammont imnaqqas ta’ kundizzjonijiet għall-għoti ta’ rinunzja mill-MREL lil sussidjarja fl-SRMR attwali meta mqabbel mal-BRRD attwali huwa konsistenti mal-SRMR I u l-BRRD I, fejn dan kien diġà l-każ.

Minkejja d-differenzi bejn il-BRRD u l-SRMR, l-Istati Membri huma meħtieġa jinkludu fil-liġi nazzjonali tagħhom li timplimenta l-BRRD il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 45f(3). Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-BRRD u, konsegwentement, tal-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw il-BRRD, li huwa stipulat fl-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva, huwa differenti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-SRMR, stipulat fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament. Fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, l-SRMR la jinkludi ditti ta’ investiment li mhumiex koperti mis-superviżjoni konsolidata ta’ impriża omm u lanqas fergħat ta’ istituzzjonijiet li huma stabbiliti barra mill-Unjoni.

46.   Mistoqsija (l-Artikolu 45f(5))

X’inhi t-tifsira tal-Artikolu 45f(5)(g) tal-BRRD, meta wieħed iqis li, skont l-arranġamenti finanzjarji kollaterali msemmija fil-punt (c) ta’ dik id-dispożizzjoni, il-kollateral dejjem għandu jkun “ipprovdut”, jiġifieri għandu jkun proprjetà tal-benefiċjarju tal-garanzija jew fil-pussess tiegħu (ara l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14))?

Tweġiba

Il-punt (c) tal-Artikolu 45f(5) tal-BRRD jagħmel referenza għad-definizzjoni ta’ arranġament finanzjarju kollaterali pprovduta fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE, jiġifieri “arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titlu jew arranġament dwar kollaterali finanzjarju ta’ garanzija, irrispettivament jekk humiex koperti jew le minn ftehim primarju jew termini ġenerali u kondizzjonijiet”. Għall-arranġamenti dwar kollateral finanzjarju ta’ garanzija, fornitur ta’ kollateral jipprovdi kollateral finanzjarju permezz ta’ garanzija favur, jew lil, riċevitur ta’ kollateral, fejn is-sjieda sħiħa tal-kollateral finanzjarju tibqa’ tal-fornitur tal-kollateral meta jiġi stabbilit id-dritt tal-garanzija. Id-Direttiva 2002/47/KE tesiġi wkoll li l-kollateral jiġi “pprovdut” u dan jeħtieġ li jiġi pprovat bil-miktub. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2002/47/KE jispeċifika li tali evidenza bil-miktub li l-kollateral finanzjarju ġie “pprovdut” tirreferi għall-identifikazzjoni tal-kollateral finanzjarju u li huwa biżżejjed li jiġi pprovat li l-kollateral tat-titoli mniżżla fil-kotba kien ikkreditat lill-kont rilevanti, jew jifforma kreditu fih u li l-kollateral fi flus ikun ġie kkreditat lil kont deżinjat, jew jifforma kreditu fih.

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2002/47/KE jiċċara li r-referenzi għall-kollateral finanzjarju li qed jiġi “pprovdut”, jew għall-“provvediment” ta’ kollateral finanzjarju, huma għall-kollateral finanzjarju li jiġi kkonsenjat, ittrasferit, miżmum, irreġistrat jew deżinjat b’mod ieħor sabiex ikun fil-pussess jew taħt il-kontroll tar-riċevitur ta’ kollateral jew ta’ persuna li taġixxi f’isem ir-riċevitur ta’ kollateral. Barra minn hekk, kwalunkwe dritt ta’ sostituzzjoni jew irtirar ta’ kollateral finanzjarju eċċessiv favur il-fornitur tal-kollateral ma għandux jippreġudika l-kollateral finanzjarju li jkun ġie pprovdut lir-riċevitur tal-kollateral kif imsemmi f’din id-Direttiva.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-punt (g) tal-Artikolu 45f(5) tal-BRRD jirreferi għan-nuqqas ta’ ostakoli legali, regolatorji jew operazzjonali għall-approprjazzjoni jew l-eżekuzzjoni tal-kollateral ipprovdut, inkluż meta tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta’ riżoluzzjoni. Dan huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva 2002/47/KE.

47.   Mistoqsija (l-Artikolu 45f)

Meta jitqiesu l-Artikoli 44 u 45f, jistgħu l-obbligazzjonijiet, għajr dawk eliġibbli għall-konformità mal-MREL intern tal-istituzzjoni, ikunu soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna fi ħdan il-grupp? Fi kliem ieħor, jistgħu l-obbligazzjonijiet kollha maħruġa minn entità lejn entitajiet ta’ grupp oħrajn (mhux neċessarjament entitajiet ta’ riżoluzzjoni) ikunu soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna?

Tweġiba

Fil-każ li sussidjarja li mhijiex entità ta’ riżoluzzjoni titqiegħed f’riżoluzzjoni b’devjazzjoni mill-pjan ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tapplika setgħat ta’ rikapitalizzazzjoni interna b’rabta mal-kredituri eżistenti, inklużi d-detenturi tal-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45f(2)(a) (ġeneralment l-entità ta’ riżoluzzjoni) iżda wkoll kredituri oħrajn kemm fil-grupp ta’ riżoluzzjoni kif ukoll barra minnu, filwaqt li tiġi rrispettata l-ġerarkija ta’ pretensjonijiet fil-proċedimenti normali ta’ insolvenza meta jsir dan. Skont l-Artikolu 45f(2)(a)(iii), l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-konformità mal-MREL intern iridu jiġu kklassifikati taħt l-obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (i) ta’ dik l-istess dispożizzjoni (jiġifieri jenħtieġ li jkunu subordinati għal strumenti li ma jistgħux jingħaddu mal-MREL intern) u li mhumiex eliġibbli għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji. Dan ifisser li l-pretensjonijiet ta’ kredituri intragrupp marbuta ma’ strumenti li mhumiex eliġibbli għall-MREL intern jikklassifikaw bħala superjuri għal dawk l-obbligazzjonijiet li huma eliġibbli għal dak l-iskop. Il-klassifikazzjoni tagħhom fl-insolvenza jkollha titqies meta ssir ir-rikapitalizzazzjoni interna ta’ dawn il-pretensjonijiet.

Fil-każ tal-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna lil sussidjarja li ma kinitx ġiet identifikata bħala entità ta’ riżoluzzjoni, b’devjazzjoni mill-pjan ta’ riżoluzzjoni, bis-saħħa tal-Artikolu 44(2)(h) tal-BRRD, il-pretensjonijiet intragrupp dovuti lis-sussidjarji tagħha, li wkoll mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni iżda huma parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni kif definit fil-pjan ta’ riżoluzzjoni, huma esklużi b’mod obbligatorju mill-applikazzjoni tas-setgħat ta’ rikapitalizzazzjoni interna (ħlief meta jikklassifikaw taħt obbligazzjonijiet ordinarji mhux garantiti skont il-liġi nazzjonali rilevanti). Madankollu, pretensjonijiet intragrupp oħrajn dovuti lil entitajiet fi grupp mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta’ rikapitalizzazzjoni interna minħabba l-Artikolu 44(2)(e).

(f)    Rapportar

48.   Mistoqsija (l-Artikolu 45i)

Skont l-Artikolu 45i(1), l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) li huma soġġetti għall-MREL iridu jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni tagħhom dwar serje ta’ elementi msemmija speċifikament fih.

Jista’ Stat Membru jistabbilixxi fil-liġi nazzjonali dwar it-traspożizzjoni li jenħtieġ li l-entitajiet jirrapportaw biss lil awtorità waħda meta dik l-awtorità taġixxi kemm bħala awtorità kompetenti kif ukoll bħala awtorità ta’ riżoluzzjoni (tipikament, il-bank ċentrali)?

Tweġiba

F’konformità mal-Artikolu 3(3) “Nomina ta’ awtoritajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni”, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jinsabu f’banek ċentrali. F’sitwazzjoni bħal din, iridu jiġu implimentati arranġamenti adegwati biex tiġi żgurata l-indipendenza operazzjonali bejn il-funzjoni tar-riżoluzzjoni u l-funzjonijiet superviżorji jew funzjonijiet oħrajn tal-awtorità rilevanti. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni trid tkun strutturalment separata u jkollha linja ta’ rapportar distinta mill-awtorità superviżorja.

L-Artikolu 45i(1) jesiġi b’mod ċar li l-entitajiet iridu jirrapportaw l-informazzjoni speċifika msemmija taħt il-punti (a), (b) u (c) kemm lill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. Minħabba li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-entità hija identika, dan ma jimplikax piż addizzjonali fuq l-entità. It-trażmissjoni b’mod parallel tad-data u l-informazzjoni meħtieġa kemm lill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll lil dawk ta’ riżoluzzjoni tiżgura trażmissjoni bla xkiel u f’waqtha tal-informazzjoni, mingħajr dewmien addizzjonali.

(g)    Arranġamenti tranżizzjonali u ta’ wara r-riżoluzzjoni

49.   Mistoqsija (l-Artikolu 45m(1) u (6))

Huwa possibbli li jiġu stabbiliti miri intermedji għajr dik imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45m(1) (jiġifieri fl-1 ta’ Jannar 2022)?

Il-mira intermedja kif tirrelata mal-MREL ippjanat għal kull perjodu ta’ 12-il xahar matul il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 45m(6)?

Tweġiba

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jistabbilixxu biss il-livell fil-mira intermedja msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45m(1), jiġifieri l-livell fil-mira li jridu jkunu konformi miegħu fl-1 ta’ Jannar 2022.

Skont l-Artikolu 45m(6), l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jridu jistabbilixxu wkoll MREL ippjanat għal kull perjodu ta’ 12-il xahar matul il-perjodu tranżitorju. Madankollu, dawn huma ta’ natura indikattiva u ma jorbtux lill-istituzzjoni.

50.   Mistoqsija (l-Artikolu 45m)

X’jiġri mid-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jiddeterminaw MREL skont il-BRRD I, ladarba jibdew japplikaw l-emendi introdotti mid-Direttiva (UE) 2019/879 għall-BRRD?

Ikun ġustifikat li tiġi implimentata dispożizzjoni tranżitorja fil-livell nazzjonali li tħassar id-deċiżjonijiet eżistenti dwar l-MREL sakemm jittieħdu deċiżjonijiet ġodda?

Tweġiba

Id-Direttiva (UE) 2019/879 ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika rigward id-deċiżjonijiet dwar l-MREL meħuda qabel id-data rispettiva tal-applikazzjoni. Sakemm jittieħdu deċiżjonijiet ġodda dwar l-MREL mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni abbażi tal-BRRD attwali, id-deċiżjonijiet eżistenti dwar l-MREL meħuda abbażi tal-BRRD I jibqgħu validi.

Il-valutazzjoni tal-konsegwenzi legali ta’ tali deċiżjonijiet jenħtieġ li titwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli fiż-żmien meta ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet (jiġifieri skont ir-regoli tal-BRRD I). Dan ifisser li, meta jiġi vvalutat jekk istituzzjoni hijiex konformi ma’ deċiżjoni dwar l-MREL meħuda skont il-BRRD I, ir-regoli tal-eliġibbiltà rilevanti huma dawk li jinsabu fil-BRRD I. Istituzzjoni ma tistax titqies li qed tikser deċiżjoni dwar l-MREL meħuda skont il-BRRD I abbażi tar-regoli tal-eliġibbiltà fil-BRRD attwali.

B’hekk, ma hemm l-ebda ħtieġa li jiġu rrinunzjati jew jitħassru d-deċiżjonijiet dwar l-MREL ibbażati fuq il-BRRD I matul il-perjodu tranżitorju, sakemm jittieħdu deċiżjonijiet ġodda dwar l-MREL abbażi tal-BRRD attwali.

51.   Mistoqsija (l-Artikolu 45m)

X’jiġri mill-perjodi tranżitorji diġà stabbiliti f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 (15)?

Tweġiba

Wara d-data tal-applikazzjoni tal-emendi introdotti bid-Direttiva (UE) 2019/879 fil-BRRD (jiġifieri t-28 ta’ Diċembru 2020), l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni huma meħtieġa jirrevedu kwalunkwe deċiżjoni dwar l-MREL adottata preċedentement fid-dawl tal-qafas il-ġdid tal-MREL, li jinvolvi kalibrazzjoni differenti u regoli differenti dwar l-eliġibbiltà. F’dak il-kuntest, se jkollhom jiġu ddeterminati perjodi tranżitorji ġodda, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-qafas rivedut.

52.   Mistoqsija (l-Artikolu 45m(4))

Ikun possibbli li jiġi deċiż minn qabel li bank tal-ogħla grad se jkun soġġett għall-Artikolu 45c(6) jekk l-assi totali tal-grupp ta’ riżoluzzjoni tiegħu jaqgħu għal livell ta’ inqas minn EUR 100 biljun? Dan ikun meħtieġ biex tiġi evitata l-applikazzjoni tal-Artikolu 45m(4) li jagħti lill-entitajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 45c(6) perjodu tranżitorju ta’ tliet snin għall-konformità mar-rekwiżiti tal-MREL mid-data tad-deċiżjoni.

Tweġiba

L-Artikolu 45m(4) jistabbilixxi li r-regoli ta’ subordinazzjoni fl-Artikolu 45b(4) u (7) u l-livelli minimi tal-MREL imsemmija fl-Artikolu 45c(5) u (6) ma japplikawx fil-perjodu ta’ tliet snin wara d-data li fiha l-entità ta’ riżoluzzjoni tibda tkun fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 45c(5) u (6).

L-Artikolu 45m(4) mhuwiex applikabbli għal entità ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 45c(5) (bank tal-ogħla grad) li taqa’ taħt il-limitu minimu ta’ EUR 100 biljun u li sussegwentement titqies bħala istituzzjoni sistemika mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u tkun soġġetta għall-istess trattament bħal bank tal-ogħla grad. Ir-raġuni wara l-perjodu tranżitorju kif previst fl-Artikolu 45m(4) hija li l-entitajiet ta’ riżoluzzjoni li qabel ma kinux soġġetti għal xi rekwiżiti minimi jingħataw biżżejjed żmien biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti minimi applikabbli ġodda. Madankollu, istituzzjonijiet sistemiċi li qabel kienu banek tal-ogħla grad mhumiex f’din is-sitwazzjoni. Dawn l-entitajiet ta’ riżoluzzjoni diġà kienu soġġetti għall-istess rekwiżiti minimi, iżda taħt bażi ġuridika differenti (l-Artikolu 45c(5) minflok l-Artikolu 45c(6)).

B’hekk, il-parti finali tal-Artikolu 45m(4) “… jew l-entità ta’ riżoluzzjoni tibda tkun fil-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 45c(5) jew (6)” — ma tapplikax għal istituzzjonijiet sistemiċi nnotifikati bħala tali skont l-Artikolu 45c(6) u li qabel kienu banek tal-ogħla grad, minħabba l-fatt li qabel kienu fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 45c(5).

L-istess jgħodd għas-sitwazzjoni inversa, fejn istituzzjoni sistemika żżid id-daqs tal-assi tagħha ’l fuq minn EUR 100 biljun u ssir bank tal-ogħla grad.

Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-applikazzjoni tal-Artikolu 45c(6) tista’ twassal għal rekwiżiti aktar stretti minn dawk li jirriżultaw mill-Artikolu 45c(5), bis-saħħa tat-tieni u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 45b(4), li jistipulaw li l-limitazzjoni tat-TREA ta’ 27 % fuq is-subordinazzjoni tapplika biss għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 45c(5), u mhux għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 45c(6). F’dak il-każ, ir-raġunament imsemmi hawn fuq ma japplikax u, għalhekk, għandu japplika l-perjodu tranżitorju ta’ tliet snin għal dik l-entità ta’ riżoluzzjoni.

Bħala tali, ma jkun hemm l-ebda ħtieġa li istituzzjoni tiġi nnotifikata minn qabel bħala sistemika — li, fi kwalunkwe każ, x’aktarx ma jkunx legalment ammissibbli, minħabba l-fatt li bank tal-ogħla grad ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45c(6) (li jkun parti minn grupp ta’ riżoluzzjoni b’assi totali ta’ inqas minn EUR 100 biljun).

(h)    L-interazzjoni mad-dispożizzjonijiet tas-CRD u tas-CRR

53.   Mistoqsija (l-Artikolu 128 tas-CRD)

Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 128 tas-CRD jiddikjara li l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw kapital CET1 li jinżamm biex jissodisfa s-CBR sabiex jiġu ssodisfati l-komponenti bbażati fuq ir-riskju ta’ MREL (jiġifieri MREL espress f’termini ta’ TREA). Il-kapital CET1 jista’ jintuża għall-fini ta’ CBR li jintuża wkoll biex jissodisfa l-komponent mhux ibbażat fuq ir-riskju ta’ MREL (jiġifieri MREL espress f’termini ta’ TEM)? X’inhi r-raġuni għal dan it-trattament?

Tweġiba

F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 128 tas-CRD, l-istess kapital CET1 ma jistax jintuża għall-konformità

mas-CBR, u

mal-komponent ibbażat fuq ir-riskju tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b tas-CRR (rekwiżit minimu ta’ TLAC) u fl-Artikoli 45c u 45d tal-BRRD (MREL estern u intern).

Għalhekk, l-istess kapital CET1 jista’ jintuża għall-konformità mas-CBR u mal-komponent mhux ibbażat fuq ir-riskju, mar-rekwiżit minimu tat-TLAC u mal-MREL estern u intern li huwa bbażat fuq it-TEM (għal dawn ir-rekwiżiti, il-komponenti mhux ibbażati fuq ir-riskju huma stabbiliti fl-Artikoli 92a(1)(b) tas-CRR u 45(2)(b) tal-BRRD).

Jenħtieġ li jiġi nnotat li skont il-qafas prudenzjali tal-UE (CRD u CRR), is-CBR jitqiegħed biss fuq ir-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq ir-riskju (u mhux fuq ir-rekwiżit ta’ proporzjon ta’ lieva finanzjarja mhux ibbażat fuq ir-riskju). Din ir-relazzjoni ġiet ikkonfermata espliċitament fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 141a tas-CRD.

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1450, li ġie adottat skont il-BRRD I, is-CBR kien parti mill-ammont ta’ assorbiment tat-telf, iżda biss meta jittieħed flimkien mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq ir-riskju.

Skont l-Artikolu 45(2)(a) u (b) tal-BRRD, l-MREL jiġi espress bħala persentaġġ tat-TREA u persentaġġ tat-TEM, rispettivament. Fir-rigward tal-komponent espress bħala persentaġġ tat-TREA, is-CBR issa huwa eskluż mill-ammont ta’ assorbiment tat-telf tal-kalibrazzjoni ta’ MREL biex ikun permess sellum ta’ intervent aktar proporzjonat biex jiġi evitat li jinkiser l-MREL (espress bħala persentaġġ tat-TREA) kull darba li jinkiser is-CBR. It-tqegħid tas-CBR fuq l-MREL huwa mistenni wkoll li jiffaċilita l-użu intenzjonat ta’ ċerti miżuri makroprudenzjali, bħalma huwa l-bafer tal-kapital kontroċikliku msemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 128 tas-CRD.

54.   Mistoqsija (l-Artikolu 72b(3) tas-CRR)

L-allowance ta’ TREA ta’ 3,5 % għall-użu ta’ strumenti mhux subordinati għall-konformità mar-rekwiżit minimu tat-TLAC tapplika biss meta dak ir-rekwiżit jiġi espress bħala persentaġġ ta’ TREA, iżda mhux meta jiġi espress bħala persentaġġ ta’ TEM? Dan jista’ jiġi ċċarat fit-traspożizzjoni nazzjonali tal-BRRD?

Tweġiba

F’konformità mal-Artikolu 72b(3) tas-CRR, l-allowance ta’ TREA ta’ 3,5 % għal strumenti eliġibbli mhux subordinati hija applikabbli wkoll għall-komponent tat-TLAC li huwa espress bħala persentaġġ ta’ TEM mill-2022 ’il quddiem (billi tiġi applikata allowance ekwivalenti għal TREA 3,5 % f’termini ta’ TEM). F’konformità mal-Artikolu 494(2) tas-CRR, l-istess prinċipju japplika għall-allowance ta’ TREA ta’ 2,5 % għal strumenti eliġibbli mhux subordinati mill-2019 sal-aħħar tal-2021.

Dan huwa dovut għall-fatt li l-Artikolu 72b tas-CRR jistabbilixxi l-kundizzjonijiet applikabbli għall-istrumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għall-konformità mat-TLAC. L-Artikolu 72b(3) tas-CRR, b’mod aktar speċifiku, ma jiddefinixxix kriterji tal-eliġibbiltà differenti għaż-żewġ komponenti ta’ TLAC stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 92a(1) tas-CRR. Ir-referenza għal TREA fl-Artikolu 72b(3) tas-CRR hija strettament għall-finijiet ta’ kalkolu.

L-allowance mhijiex irregolata mill-BRRD u, għalhekk, ma hemm l-ebda dispożizzjoni f’dak ir-rigward li għandha tiġi trasposta. Madankollu, skont il-premessa (10) tal-BRRD, id-dispożizzjonijiet tal-BRRD dwar is-subordinazzjoni tal-istrumenti eliġibbli ta’ MREL huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jissodisfaw parzjalment ir-rekwiżit minimu tat-TLAC bi strumenti ta’ dejn mhux subordinati, kif previst fis-CRR.

55.   Mistoqsija (l-Artikolu 72(l) tas-CRR)

Skont l-istandard TLAC, ir-rekwiżit minimu tat-TLAC jista’ jiġi ssodisfat, inter alia, minn strumenti kapitali regolatorji għajr is-CET1 maħruġa minn sussidjarji li jifformaw parti minn grupp ta’ riżoluzzjoni sal-2022 biss, jekk jingħaddu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kapitali regolatorji minimi u soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet (it-taqsima 11 tal-istandard TLAC). L-Artikolu 72l tas-CRR jistabbilixxi li “Il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ istituzzjoni għandhom jikkonsistu mis-somma tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħha.” Skont l-Artikoli 81 sa 88 tas-CRR, dawn il-fondi proprji jinkludu l-fondi proprji maħruġa minn sussidjarji lil partijiet terzi mingħajr ebda limitazzjoni taż-żmien.

Huwa korrett li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jiġi stabbilit li l-fondi proprji maħruġa minn sussidjarji lil partijiet terzi jingħaddu mar-rekwiżiti tal-MREL kemm skont is-CRR kif ukoll skont il-BRRD mingħajr ebda limitazzjoni taż-żmien?

Tweġiba

L-istrumenti ta’ fondi proprji regolatorji kollha maħruġa minn sussidjarji lil partijiet terzi huma eliġibbli għar-rekwiżit minimu tat-TLAC għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni u għal MREL estern (mingħajr klawżola ta’ estinzjoni) għall-ammonti li huma eliġibbli għall-fondi proprji. Għall-eliġibbiltà ta’ fondi proprji għal MREL intern skont l-Artikolu 45f(2) tal-BRRD, japplikaw kriterji addizzjonali.

E.   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-GĦODDA TAR-RIKAPITALIZZAZZJONI INTERNA

56.   Mistoqsija (l-Artikolu 44(2))

Skont l-Artikolu 44(2)(f) tal-BRRD, l-obbligazzjonijiet lil CCPs ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 (16) huma eżentati minn rikapitalizzazzjoni interna. Protezzjonijiet oħrajn għal dawn is-CCPs ta’ pajjiżi terzi jistgħu jinstabu fl-Artikoli 69, 70 u 71 tal-BRRD. Madankollu, il-BRRD ma tipprevedi ebda trattament komparabbli għal sistemi ta’ saldu tat-titoli rregolati mil-liġijiet ta’ pajjiż terz u għall-entitajiet li joperaw dawk is-sistemi.

Meta Stat Membru japplika d-dispożizzjonijiet tal-SFD għall-istituzzjonijiet domestiċi tiegħu li jipparteċipaw direttament f’sistemi ta’ saldu tat-titoli rregolati mil-liġijiet ta’ pajjiż terz, kif stabbilit fil-premessa (7) tal-SFD, il-BRRD għandha l-intenzjoni li tipprovdi lil dawk is-sistemi ta’ pajjiżi terzi trattament simili għal dak mogħti lil CCPs ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA?

Tweġiba

L-Artikolu 44(2)(f) tal-BRRD jistabbilixxi li ċerti obbligazzjonijiet ta’ terminu qasir “dovuti lil sistemi jew operaturi ta’ sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE [SFD] jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’tali sistema” huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna.

L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna stipulata fl-Artikolu 44(2)(f) tal-BRRD ma tapplikax għal sistemi ta’ pajjiżi terzi, irrispettivament minn jekk l-Istati Membri japplikawx jew le d-dispożizzjonijiet tal-SFD għall-istituzzjonijiet domestiċi tagħhom li jipparteċipaw direttament f’dawk is-sistemi ta’ saldu tat-titoli ta’ pajjiżi terzi kif stabbilit fil-premessa (7) tal-SFD, minħabba li dawn mhumiex deżinjati f’konformità mal-SFD. Bl-istess mod, l-eżenzjonijiet mill-eżerċitar tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 69(4)(a), 70(2)(a) jew 71(3)(a) tal-BRRD ma japplikawx għal dawk is-sistemi ta’ pajjiżi terzi.

57.   Mistoqsija (l-Artikolu 44(2))

Skont l-Artikolu 108(2), l-espressjoni “obbligazzjonijiet ordinarji mhux garantiti” tintuża biex tirreferi biss għal obbligazzjonijiet prijoritarji mhux bi preferenza. Fid-dawl ta’ dan, jenħtieġ li ninterpretaw “obbligazzjonijiet ordinarji mhux garantiti” bl-istess mod meta ssir referenza bħal din fl-Artikolu 44(2)(h) — jiġifieri, jenħtieġ li neskludu l-obbligazzjonijiet prijoritarji mhux bi preferenza mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “obbligazzjonijiet ordinarji mhux garantiti” kif imsemmi fl-Artikolu 44(2)(h)?

Tweġiba

It-termini “pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti” użati fl-Artikolu 108(2) u “obbligazzjonijiet ordinarji mhux garantiti” fil-punt (h) tal-Artikolu 44(2) jenħtieġ li jiġu interpretati b’mod konsistenti. Billi fl-Artikolu 108(2) l-istrumenti tad-dejn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tagħhom (jiġifieri dejn superjuri mhux bi preferenza) huma espliċitament meħtieġa li jikklassifikaw f’insolvenza aktar baxxa minn “pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti” (jiġifieri obbligazzjonijiet prijoritarji), jenħtieġ li, minnu nnifsu, it-terminu “pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti” jeskludi d-dejn superjuri mhux bi preferenza.

58.   Mistoqsija (l-Artikolu 48(7))

Huwa korrett li, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(7), l-istituzzjonijiet ma jitħallew ikollhom l-ebda strument li jikklassifika pari passu ma’ entrati jew strumenti ta’ fondi proprji?

Tweġiba

L-Artikolu 48(7) jesiġi li l-Istati Membri jimmodifikaw il-liġi nazzjonali tagħhom dwar l-insolvenza biex jiżguraw li l-pretensjonijiet li jirriżultaw mill-entrati tal-fondi proprji f'insolvenza jikklassifikaw taħt kwalunkwe pretensjoni oħra li ma tirriżultax minn entrati ta’ fondi proprji. Wara t-traspożizzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jenħtieġ li ma jkunx possibbli għall-istituzzjonijiet li jkollhom xi obbligazzjoni li ma tkunx entrati ta’ fondi proprji li jkunu jikklassifikaw pari passu mal-fondi proprji bis-saħħa tat-tħaddim tal-liġijiet nazzjonali li jirregolaw il-proċedimenti normali ta’ insolvenza msemmija fl-Artikolu 48(7) (soluzzjoni statutorja).

59.   Mistoqsija (l-Artikolu 48(7))

X’inhi r-raġuni għall-Artikolu 48(7)? It-traspożizzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tidher li hija partikolarment ta’ sfida, minħabba li l-klassifikazzjoni tal-insolvenza ta’ strument tista’ tinbidel jekk ma jibqax jikkwalifika bħala entrata ta’ fondi proprji.

Tweġiba

L-Artikolu 48(7) jesiġi li l-Istati Membri jimmodifikaw il-liġi nazzjonali tagħhom dwar l-insolvenza biex jiżguraw li l-pretensjonijiet li jirriżultaw mill-entrati tal-fondi proprji f'insolvenza jikklassifikaw taħt kwalunkwe pretensjoni oħra li ma tirriżultax minn entrati ta’ fondi proprji. L-intenzjoni ta’ din id-dispożizzjoni kienet li tiżgura li meta l-entrati ta’ fondi proprji jkunu soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew konverżjoni fil-punt ta’ non-vijabbiltà ta’ entità f’konformità mal-Artikoli 59 u 60 jew mal-Artikolu 48, ma jkun hemm l-ebda obbligazzjoni oħra li tikklassifika pari passu ma' tali entrati jew taħthom. Dan se jtaffi ħafna r-riskji ta’ sfida legali tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni abbażi tal-ksur tal-prinċipju ta’ NCWO.

Jekk strument ma jibqax entrata ta’ fondi proprji eliġibbli, jenħtieġ li l-liġi nazzjonali dwar l-insolvenza tiżgura li dan ma jkunx jista’ jikklassifika pari passu jew taħt l-entrati ta’ fondi proprji.

F.   MISTOQSIJIET RELATATI MAR-RIKONOXXIMENT KUNTRATTWALI TA’ RIKAPITALIZZAZZJONI INTERNA

60.   Mistoqsija (l-Artikolu 55(3))

Tista’ l-opinjoni legali dwar l-infurzabbiltà legali u l-effettività tat-terminu kuntrattwali kif imsemmi fl-Artikolu 55(1) tiġi pprovduta esternament, internament jew it-tnejn? L-opinjonijiet interni u esterni għandhom jitqiesu bħala li għandhom valur ugwali għall-finijiet tal-Artikolu 55(3)? Dan għandu jitħalla għad-diskrezzjoni tal-istituzzjoni kkonċernata?

Tweġiba

It-test huwa newtrali f’dan ir-rigward, għalhekk, kemm opinjoni interna kif ukoll waħda esterna jkunu konformi mal-Artikolu 55(3).

61.   Mistoqsija (l-Artikolu 55(1))

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(1) jistabbilixxi li, fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni interna u li huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, il-kuntratt rilevanti jrid jinkludi klawżola li tistabbilixxi li l-kontroparti tirrikonoxxi li l-obbligazzjoni tista’ tkun soġġetta għal setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni u taqbel li tkun marbuta b’tali setgħat. Tali obbligu ma japplikax meta: :

a)

il-liġi tal-pajjiż terz jew ftehim vinkolanti ma’ dak il-pajjiż terz jippermettu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat tagħha ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni (l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 55(1));

b)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li ma tapplikax dak l-obbligu għall-istituzzjonijiet li l-MREL tagħhom huwa ugwali għall-ammont ta’ assorbiment tat-telf definit skont l-Artikolu 45c(2)(a), sakemm l-obbligazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(1) ma jintużawx biex jissodisfaw l-MREL (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1));

ċ)

l-inserzjoni tal-klawżola hija legalment imprattikabbli jew imprattikabbli b’mod ieħor (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(2)).

Skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 55(2), l-obbligazzjonijiet li għalihom l-istituzzjoni tonqos milli tinkludi l-klawżola jew li għalihom tkun ingħatat rinunzja għall-imprattikabbiltà ma jridux jingħaddu mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli.

Huwa korrett li l-Artikolu 59(1) u (2) jiġi traspost sabiex jiġi stabbilit li obbligazzjoni rregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz li ma tinkludix il-klawżola ta’ rikonoxximent minħabba li hemm ftehim vinkolanti jew rikonoxximent statutorju minn dak il-pajjiż terz ta’ setgħat ta’ rikapitalizzazzjoni interna xorta tista’ tingħadd mar-rekwiżit ta’ MREL?

Tweġiba

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(1) jeskludi l-applikazzjoni tal-obbligu li tiddaħħal il-klawżola ta’ rikonoxximent kuntrattwali jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkonkludi li ftehim mal-pajjiż terz rilevanti jew il-liġi ta’ dak il-pajjiż terz jagħtu effett lill-eżerċitar tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni tiegħu fir-rigward tal-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti rilevanti.

F’każijiet bħal dawn, l-istituzzjoni mhijiex obbligata li ddaħħal il-klawżola u (għall-kuntrarju tal-każijiet fejn tkun invokata l-imprattikabbiltà) l-eżerċitar tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni għal dawk l-obbligazzjonijiet ikun effettiv. Għalhekk, f’każ li din il-klawżola ma tiddaħħalx, dan ma jwassalx għall-konsegwenzi msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 55(2), jiġifieri l-esklużjoni tagħhom mill-MREL. Għalhekk, dawn l-obbligazzjonijiet jistgħu jingħaddu mal-MREL.

62.   Mistoqsija (l-Artikolu 55(2))

Bid-dispożizzjoni l-ġdida tal-Artikolu 55(2) tal-BRRD, li issa teskludi espliċitament l-obbligazzjonijiet mingħajr klawżoli ta’ rikonoxximent ta’ rikapitalizzazzjoni interna mill-għadd mal-MREL, l-istrumenti AT1 u T2, li huma soġġetti għal anterjorità mill-Artikolu 494(1) u (2) tas-CRR, ma jistgħux jingħaddu mal-MREL. Kif tista’ tiġi indirizzata din il-lakuna mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni?

Tweġiba

L-Artikolu 55 inkluda l-istrumenti ta’ fondi proprji fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu mid-data tal-applikazzjoni tal-BRRD I (l-1 ta’ Jannar 2015). L-Artikolu 45(5) tal-BRRD I diġà stabbilixxa li, meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx sodisfatta li d-deċiżjoni ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni ta’ obbligazzjoni rregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz tkun effettiva (fid-dawl tat-termini kuntrattwali jew tal-ftehimiet internazzjonali rilevanti, inter alia), l-imsemmija obbligazzjoni ma tistax tingħadd lejn il-konformità mal-MREL. Għalhekk, l-esklużjoni mill-MREL ta’ obbligazzjonijiet li jonqsu milli jinkludu klawżola kuntrattwali ta’ rikonoxximent ta’ rikapitalizzazzjoni interna (jew li ma jinkluduhiex taħt ir-rinunzja tal-imprattikabbiltà) mhijiex ġdida.

Speċifikament fir-rigward ta’ strumenti ta’ fondi proprji, jista’ jkun hemm differenza bejn l-ammont li huwa eliġibbli għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji u l-ammont li jista’ jintuża għall-konformità mal-MREL, minħabba r-regoli tal-BRRD li japplikaw biss għall-finijiet ta’ MREL. Sabiex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-finijiet tal-konformità mal-MREL li jista’ jirriżulta minħabba dik id-differenza, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jqisu s-setgħat eżistenti tagħhom, inkluża s-setgħa li jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 17 tal-BRRD jew li jistabbilixxu perjodu tranżitorju li jintemm wara l-1 ta’ Jannar 2024, f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45m(1) tal-BRRD.

63.   Mistoqsija (l-Artikolu 55(7))

Skont l-Artikolu 55(7), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni trid tispeċifika, fejn tqis li jkun meħtieġ, il-kategoriji ta’ obbligazzjonijiet li għalihom istituzzjoni jew entità tista’ tasal biex tiddetermina li huwa legalment imprattikabbli jew imprattikabbli b’mod ieħor li tinkludi t-terminu kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 55(1).

Jista’ dan jiġi interpretat bħala li jirreferi għal valutazzjoni każ b’każ jew għal tip speċifiku ta’ entitajiet (istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti ta’ investiment, entitajiet oħrajn skont il-BRRD)?

Tweġiba

L-iskop tal-Artikolu 55(7) huwa li jippermetti lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jispeċifikaw aktar il-kundizzjonijiet u l-kriterji biex jidentifikaw l-obbligazzjonijiet li għalihom jista’ jkun imprattikabbli li żżid il-klawżola msemmija fl-Artikolu 55(1). F’dan ir-rigward, il-leġiżlatur ikkunsidra li r-regolament delegat li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 55(6) jista’ biss jidentifika kundizzjonijiet ġenerali għal sejba ta’ imprattikabbiltà u ma jistax ikopri l-varjetà sħiħa ta’ każijiet differenti li jistgħu jinħolqu fil-prattika. Għal dan l-għan, il-BRRD tippermetti lil awtorità ta’ riżoluzzjoni tispeċifika aktar dawn il-kundizzjonijiet abbażi ta’, pereżempju, l-għarfien tagħha ta’ suq partikolari.

Id-dispożizzjoni mhijiex speċifika għal kif jenħtieġ li jiġu identifikati dawn il-kategoriji, għalhekk, hija ma timpedixxix li, pereżempju, issir distinzjoni abbażi tal-kategoriji ta’ entitajiet, sakemm dan ma jwassalx għal trattament diskriminatorju.

Fir-rigward tas-suġġeriment għal identifikazzjoni każ b’każ, dan jirreferi għal deċiżjoni dwar entità speċifika jew possibbilment klassi speċifika ta’ obbligazzjonijiet maħruġa minn entità speċifika dwar jekk l-inserzjoni tal-klawżola hijiex imprattikabbli jew le. Madankollu, f’dan il-qari, il-valutazzjoni każ b’każ tispiċċa tkun duplikazzjoni tal-valutazzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni xorta jenħtieġ li tagħmel malli tirċievi notifika mingħand entità skont l-Artikolu 55(2).

G.   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-VALWAZZJONI NEGATTIVA JEW IL-KONVERŻJONI TA’ STRUMENTI KAPITALI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI

64.   Mistoqsija (l-Artikolu 59)

It-terminu “obbligazzjonijiet eliġibbli” kif imsemmi fl-Artikolu 59(1) tal-BRRD jirreferi għall-obbligazzjonijiet eliġibbli kollha, jew jirreferi biss għal dawk l-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) tal-BRRD, ħlief il-kundizzjoni relatata mal-maturità li jifdal tal-obbligazzjonijiet kif stabbilita fl-Artikolu 72c(1) tas-CRR?

Tweġiba

L-espressjoni “obbligazzjonijiet eliġibbli” msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 59(1) tal-BRRD hija maħsuba biex tirreferi biss għal obbligazzjonijiet li huma eliġibbli għal MREL intern kif imsemmi fil-paragrafu 1a ta’ dak l-Artikolu.

Sabiex il-possibbiltà ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tkun limitata biss għal meta jinħarġu mill-entità li tkun soġġetta għal MREL intern, ġie introdott kliem xieraq fl-Artikoli 59 u 60 tal-BRRD, li jiddikjara “obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 1a” (jiġifieri indipendentement minn azzjoni ta’ riżoluzzjoni u meta jinħarġu minn entità li tkun soġġetta għal MREL intern) jew simili.

Għalhekk, l-obbligazzjonijiet tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma eliġibbli għal MREL estern jistgħu jiġu soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew konverżjoni biss permezz tal-użu tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna (jiġifieri fil-kuntest tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni).

L-estensjoni tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni fil-punt ta’ non-vijabbiltà skont l-Artikolu 59 tal-BRRD għall-inklużjoni tal-obbligazzjonijiet eliġibbli saret sabiex tittejjeb l-operazzjonalizzazzjoni tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ta’ SPE billi tippermetti lil:

entitajiet li mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu konformi mal-MREL intern tagħhom mhux biss billi jżommu strumenti ta’ fondi proprji, iżda wkoll strumenti ta’ fondi mhux proprji eliġibbli, u

awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jagħmlu l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta’ tali strumenti fil-punt ta’ non-vijabbiltà u mingħajr ma jqiegħdu lis-sussidjarja operattiva f’riżoluzzjoni.

65.   Mistoqsija (l-Artikolu 45h(1))

L-obbligazzjonijiet jinħarġu minn sussidjarji skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45h(1) inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’:

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 59(1a) (jiġifieri soġġetti għas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni);

L-Artikolu 45b(3) (jiġifieri jingħaddu lejn il-konformità mal-MREL estern tal-entità ta’ riżoluzzjoni rispettiva)?

Tweġiba

L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 45h(1) jirreferi għal possibbiltà li l-MREL intern jiġi ssodisfat minn sussidjarja li toħroġ strumenti lil entitajiet li ma jappartjenux għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni u f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45f(2)(a).

Il-punt (i) tal-Artikolu 45f(2)(a) jinkludi possibbiltà li jinħarġu obbligazzjonijiet eliġibbli barra l-grupp ta’ riżoluzzjoni, iżda biss lil azzjonist eżistenti tas-sussidjarja u sakemm l-applikazzjoni tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni f’konformità mal-Artikoli 59 sa 62 ma taffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta’ riżoluzzjoni.

Fuq din il-bażi, strumenti maħruġa mis-sussidjarja lil entitajiet barra l-grupp ta’ riżoluzzjoni li mhumiex azzjonisti minoritarji ta’ dik is-sussidjarja ma jkunux eliġibbli għal MREL intern minħabba li ma jissodisfawx il-kundizzjoni msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 45f(2)(a). Bħala tali, dawn l-obbligazzjonijiet ma jistgħux jiġu soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew konverżjoni fil-punt tan-non-vijabbiltà f’konformità mal-Artikolu 59 u 60.

Għalhekk, l-uniċi strumenti maħruġa barra mill-grupp ta’ riżoluzzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45h(1) li jistgħu jingħaddu mal-MREL intern tas-sussidjarja emittenti huma dawk li jinħarġu lil u jinxtraw minn azzjonist eżistenti, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha fl-Artikolu 45f(2)(a). Kwalunkwe strument ieħor maħruġ mis-sussidjarja barra mill-grupp ta’ riżoluzzjoni u lil kredituri oħrajn minbarra l-azzjonisti eżistenti jista’ jiġi soġġett għal valwazzjoni negattiva jew konverżjoni biss permezz tal-applikazzjoni tas-setgħat ta’ rikapitalizzazzjoni interna f’riżoluzzjoni.

H.   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-ESKLUŻJONI TA’ ĊERTI TERMINI KUNTRATTWALI F’INTERVENT BIKRI U RIŻOLUZZJONI

66.   Mistoqsija (l-Artikolu 68)

L-Artikolu 68(5) tal-BRRD I stabbilixxa li “Sospensjoni jew restrizzjoni skont l-Artikolu 69, 70 jew 71 ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta’ obbligu kuntrattwali għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.”

L-Artikolu 68(5) tal-BRRD bħalissa jistabbilixxi li “Sospensjoni jew restrizzjoni skont l-Artikoli 33a, 69, jew 70 ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta’ obbligu kuntrattwali għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 71(1).”

Skont il-BRRD I, sospensjoni tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 71 ma tatx lill-parti l-oħra d-dritt li tinvoka klawżola “walk away”. Fil-BRRD attwali, sospensjoni tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 71 ma għadhiex tissemma bħala setgħa li ma tikkostitwixxix ksur ta’ obbligu kuntrattwali. Dan ifisser li, skont l-Artikolu 68(5) tal-BRRD, sospensjoni jew terminazzjoni skont l-Artikolu 71 issa tista’ tagħti dritt li tiġi invokata klawżola “walk away”?

L-Artikolu 68(3) tal-BRRD jgħid li miżura ta’ prevenzjoni tal-kriżijiet jew miżura ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet ma għandhiex, minnha nnifisha, tagħmilha possibbli li, fi ftit kliem, tiġi invokata klawżola ‘walk away’. B’hekk, x’inhu l-valur addizzjonali tal-kliem “għall-finijiet ta’ (…) l-Artikolu 71” fl-Artikolu 68(5) meta mqabbel mal-Artikolu 68(3)?

L-Artikolu 68(5) tal-BRRD I irrefera għall-Artikolu 71 kollu kemm hu, filwaqt li l-Artikolu 68(5) tal-BRRD attwali jirreferi biss għall-paragrafu 1 tal-Artikolu 71. Fi kliem ieħor, ma għadx hemm referenza għall-paragrafu 2 tal-Artikolu 71. L-Artikolu 71(2) japplika għal kuntratt ma’ sussidjarja ta’ entità taħt riżoluzzjoni. Dan ifisser li s-sospensjoni tad-dritt ta’ terminazzjoni ta’ parti f’kuntratt ma’ sussidjarja tista’ tikkostitwixxi ksur ta’ obbligu kuntrattwali?

L-Artikolu 68(5) tal-BRRD I qal li sospensjoni jew restrizzjoni ma tridx tikkostitwixxi ksur ta’ obbligu kuntrattwali għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dak l-artikolu. Fil-BRRD attwali, ir-referenza għall-paragrafu 2 ġiet sostitwita b’referenza għall-paragrafu 3. Fi kliem ieħor, ir-referenza għall-paragrafu 2 (li tirrigwarda l-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi) ma għadhiex issir. Dan ifisser li r-riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz tista’ tikkostitwixxi ksur ta’ obbligu kuntrattwali?

Tweġiba

L-Artikolu 68(3) tal-BRRD jistabbilixxi l-prinċipju li miżura ta’ prevenzjoni tal-kriżijiet jew miżura ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet ma tistax minnha nnifisha titqies bħala kawża biex jiġi tterminat kuntratt jew biex jittieħdu miżuri simili. Madankollu, dan isir biss bil-kundizzjoni li jkomplu jitwettqu l-obbligi taħt il-kuntratt. L-Artikolu 68(5) tal-BRRD għandu l-għan li jiżgura li ċerti azzjonijiet li jistgħu jittieħdu mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u li jġiegħlu lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni ma twettaqx ċerti obbligi taħt kuntratt — pereżempju moratorju — ma jkunux ikkaratterizzati bħala ksur għall-finijiet tal-Artikolu 68(3) tal-BRRD, minħabba li altrimenti dan jiġġustifika t-terminazzjoni ta’ kuntratt.

Fil-lista ta’ azzjonijiet skont l-Artikolu 68(5), il-BRRD I inkludiet ukoll is-sospensjoni tad-drittijiet ta’ terminazzjoni skont l-Artikolu 71. L-Artikolu 71 jippermetti b’mod partikolari li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tissospendi d-dritt tal-kontroparti għal istituzzjoni f’riżoluzzjoni li tittermina kuntratt.

Ir-raġuni għaliex id-Direttiva (UE) 2019/879 emendat l-Artikolu 68(5) tal-BRRD hija li ma kien hemm l-ebda raġuni biex tiġi inkluża s-sospensjoni tad-drittijiet ta’ terminazzjoni f’dan il-grupp ta’ azzjonijiet. Id-dispożizzjoni fl-Artikolu 68(5) tal-BRRD tirrigwarda l-azzjonijiet meħuda mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni li jġiegħlu lill-istituzzjoni ma twettaqx obbligu partikolari. Dan mhuwiex il-każ għall-Artikolu 71 tal-BRRD, li minflok jimpedixxi lill-kontroparti tal-istituzzjoni milli tittermina l-kuntratt. L-eżerċitar ta’ din is-setgħa mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma jġiegħelx lill-istituzzjoni ma twettaqx obbligu, għalhekk, ma hemmx bżonn li jiġi ċċarat li dan ma jikkostitwixxix ksur għall-finijiet tal-Artikolu 68 tal-BRRD.

Fuq din il-bażi, it-tweġibiet għall-mistoqsijiet speċifiċi huma pprovduti hawn taħt:

Mhuwiex korrett li jiġi ddikjarat li, skont l-Artikolu 68(5) tal-BRRD, sospensjoni tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 71 tal-BRRD tista’ tagħti dritt li tiġi invokata klawżola ta’ terminazzjoni. Il-bidla hija maħsuba biss biex tħassar ir-referenza għall-eżerċitar tas-setgħa li jiġu sospiżi d-drittijiet ta’ terminazzjoni bħala waħda miċ-ċirkostanzi li jikkostitwixxu ksur għall-finijiet tal-Artikolu 68(3) tal-BRRD.

Il-valur addizzjonali tal-kliem fl-Artikolu 68(5) tal-BRRD “għall-finijiet ta’ (…) l-Artikolu 71” meta mqabbel mal-Artikolu 68(3) tal-BRRD huwa li l-Artikolu 68(3) tal-BRRD fih projbizzjoni ġenerali li (essenzjalment) tinvoka l-fatt li l-istituzzjoni tinsab taħt riżoluzzjoni bħala raġuni, minnha nnifisha, biex ittemm kuntratt. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma taffettwax id-dritt tal-parti li tittermina għal raġunijiet oħrajn għajr il-fatt li l-istituzzjoni tinsab f’riżoluzzjoni. Għalhekk, l-Artikolu 71 tal-BRRD jipprovdi setgħa addizzjonali għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex timpedixxi speċifikament li l-parti tittermina l-kuntratt għal kwalunkwe raġuni, iżda biss għal perjodu ta’ żmien limitat. Madankollu, iż-żewġ dispożizzjonijiet jaħdmu biss jekk l-istituzzjoni twettaq l-obbligu tagħha. Il-lingwaġġ tal-BRRD huwa maħsub biex jiżgura li l-moratorji jew setgħat oħrajn imsemmija fid-dispożizzjonijiet rilevanti ma jikkostitwixxux ksur għall-finijiet tal-Artikolu 68(5) jew 71 tal-BRRD.

It-tħassir tar-referenza fl-Artikolu 68(5) tal-BRRD sal-Artikolu 71(2) tal-BRRD ma jfissirx li s-sospensjoni ta’ dritt ta’ terminazzjoni ta’ parti f’kuntratt ma’ sussidjarja tista’ tikkostitwixxi ksur ta’ obbligu kuntrattwali. L-Artikolu 68(5) tal-BRRD issa jirreferi biss għall-paragrafu 1 tal-Artikolu 71 minħabba l-fatt li l-lingwaġġ rilevanti dwar in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jinsab biss f’dak il-paragrafu. Fil-każ ta’ sospensjoni tad-drittijiet ta’ terminazzjoni ta’ kontroparti ta’ sussidjarja ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jenħtieġ ukoll li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tad-drittijiet kuntrattwali ma jiġġustifikax it-terminazzjoni ta’ dak il-kuntratt.

L-Artikolu 68(2) tal-BRRD ma jipprovdix projbizzjoni addizzjonali fir-rigward tas-setgħat eżerċitati mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. Huwa jiddikjara biss li azzjoni minn awtorità bħal din tikkostitwixxi miżura ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet jew ta’ prevenzjoni tal-kriżijiet jekk tiġi rikonoxxuta. F’każ bħal dan, l-esklużjoni tad-drittijiet ta’ terminazzjoni tapplika abbażi tal-paragrafi 1 u 3 tal-Artikolu 68 tal-BRRD (li jirreferu speċifikament għall-miżuri ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet jew ta’ prevenzjoni tal-kriżijiet). Għalhekk, huwa biżżejjed u xieraq li ssir referenza għal dawn.

I.   MISTOQSIJIET RELATATI MAR-RIKONOXXIMENT KUNTRATTWALI TAS-SETGĦAT TA’ SOSPENSJONI TAR-RIŻOLUZZJONI

67.   Mistoqsija (l-Artikolu 71a)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 71a huwa ristrett għal kuntratti finanzjarji. Jistgħu l-Istati Membri jestendu fil-liġi nazzjonali tagħhom dwar it-traspożizzjoni l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 71a biex ikopri l-kuntratti l-oħrajn kollha?

Tweġiba

Il-BRRD hija direttiva ta’ armonizzazzjoni minima u l-Istati Membri għandhom is-setgħa li jadottaw miżuri li huma aktar stretti jew addizzjonali għal dawk stipulati fid-Direttiva, sakemm dawn ikunu ta’ applikazzjoni ġenerali u ma jkunux f’kunflitt mal-BRRD u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħha (skont l-Artikolu 1(2)).

Għalhekk, huwa possibbli għall-Istati Membri li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 71a għall-kuntratti kollha.

68.   Mistoqsija (l-Artikolu 71a(3))

L-Artikolu 71a(3) jiddetermina meta jrid japplika l-Artikolu 71a(1) billi jirreferi għal żewġ kundizzjonijiet. Dawn iż-żewġ kundizzjonijiet jenħtieġ li jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv jew b’mod alternattiv?

Tweġiba

Iż-żewġ kundizzjonijiet huma kumulattivi.

L-għan ta’ dawn il-kundizzjonijiet huwa li jinqabdu kuntratti li jiġu ffirmati jew emendati wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjoni, sakemm dawn jippermettu l-eżerċitar ta’ waħda mis-setgħat ipprovduti fl-Artikoli 33a, 69, 70 jew 71 jew jiskattaw l-Artikolu 68 (jekk kienu soġġetti għal-liġi ta’ Stat Membru wieħed).

Fl-istess ħin, hija l-fehma tagħna li jenħtieġ li l-lingwaġġ fil-punt (b) tal-Artikolu 71a(3) jiġi interpretat b’mod estensiv biex jippreserva l-funzjoni u r-raġuni tiegħu. Id-dispożizzjoni tirreferi għal kuntratti li jipprevedu drittijiet ta’ terminazzjoni jew drittijiet ta’ infurzar tal-interessi ta’ garanzija li għalihom japplikaw is-setgħat ipprovduti fl-Artikolu 33a, 68, 69, 70 u 71. Interpretazzjoni estensiva tkun taqbel mal-funzjonament tas-setgħat fl-Artikoli 68, 70 u 71, billi dawn jippermettu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tissospendi d-drittijiet ta’ terminazzjoni jew id-drittijiet ta’ infurzar tal-interess ta’ garanzija, li jistgħu jiġu previsti fil-kuntratti rilevanti. L-Artikoli 33a u 69 (jiġifieri s-setgħat ta’ moratorji), min-naħa l-oħra, jipprovdu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni b’setgħa li tissospendi l-ħlas jew l-obbligi ta’ konsenja ta’ kwalunkwe kuntratt. Għalhekk, filwaqt li l-ewwel grupp ta’ setgħat japplika biss għal kuntratti fejn tiddaħħal klawżola ta’ terminazzjoni/klawżola ta’ infurzar tal-imgħax tas-sigurtà, l-Artikoli 33a u 69 japplikaw għal kwalunkwe kuntratt fejn huwa previst obbligu ta’ ħlas jew ta’ twettiq.

B’riżultat ta’ dan, il-lingwaġġ fl-ewwel sentenza tal-punt (b) tal-Artikolu 71a(3) jenħtieġ li jiġi interpretat b’mod estensiv u jinvolvi l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni għall-kuntratti kollha msemmija hawn fuq.

J.   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-SFD

69.   Mistoqsija (l-Artikolu 2(1)(a))

L-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2019/879 jissostitwixxi l-Artikolu 2(f) tal-SFD b’dan li ġej: “(f) “parteċipant” tfisser istituzzjoni, kontroparti ċentrali, aġent għall-ħlas, stabbiliment ta’ rilaxx, operatur ta’ sistema jew membru tal-ikklirjar ta’ CCP awtorizzata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.” Dan ifisser li l-għażla fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(f) tal-SFD ma għadhiex teżisti? Dik l-għażla tiddikjara li: “Stat Membru jista’ jiddeċiedi li, għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, parteċipant indirett jista’ jitqies bħala parteċipant jekk dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ riskju sistemiku. Fejn parteċipant indirett jitqies li jkun parteċipant abbażi ta’ riskju sistemiku, dan ma jillimitax ir-responsabilità tal-parteċipant li permezz tiegħu l-parteċipant indirett jgħaddi l-ordnijiet ta’ trasferiment lis-sistema;”

Tweġiba

Il-Premessa (33) tad-Direttiva (UE) 2019/879 tiddikjara dan li ġej:

“(33)

Sabiex ikun żgurat intendiment komuni tat-termini użati f’diversi strumenti legali, jixraq li fid-Direttiva 98/26/KE jiġu inkorporati d-definizzjonijiet u l-kunċetti introdotti mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) fir-rigward ta’ “kontroparti ċentrali” jew “CCP” jew “parteċipant”.”

Ir-raġuni għall-emenda fl-Artikolu 2(f) tal-SFD kienet li d-definizzjonijiet u l-kunċetti użati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, bħal “CCP” jew “membru tal-ikklerjar”, jiġu inkorporati fl-SFD, filwaqt li ma jiġux emendati l-għażliet nazzjonali eżistenti pprovduti. Għalkemm it-test tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(f) tal-SFD ma għadux fis-seħħ, dan ma jidhirx li jirrifletti l-intenzjoni leġiżlattiva espressa fil-premessa ta’ akkumpanjament.


(1)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296).

(3)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni ta’ kapital (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 253).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(8)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 226).

(11)  Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(13)  Id-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħruġ ta’ bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti u li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2014/59/UE (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 29).

(14)  Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).

(15)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 tat-23 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġija għall-iffissar tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (ĠU L 237, 3.9.2016, p. 1).

(16)  Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/36


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta' Settembru 2020

(2020/C 321/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1670

JPY

Yen Ġappuniż

123,02

DKK

Krona Daniża

7,4459

GBP

Lira Sterlina

0,90508

SEK

Krona Żvediża

10,5863

CHF

Frank Żvizzeru

1,0816

ISK

Krona Iżlandiża

162,40

NOK

Krona Norveġiża

11,0580

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,133

HUF

Forint Ungeriż

364,12

PLN

Zloty Pollakk

4,5502

RON

Leu Rumen

4,8743

TRY

Lira Turka

9,1073

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6513

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5620

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,0443

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7791

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6028

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 364,72

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,8905

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9510

HRK

Kuna Kroata

7,5500

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 388,30

MYR

Ringgit Malażjan

4,8728

PHP

Peso Filippin

56,612

RUB

Rouble Russu

91,8152

THB

Baht Tajlandiż

36,965

BRL

Real Brażiljan

6,4552

MXN

Peso Messikan

25,9525

INR

Rupi Indjan

86,0255


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/37


Irtirar ta’ proposti tal-Kummissjoni

(2020/C 321/03)

Lista ta’ proposti rtirati

Dokument

Proċedura interistituzzjonali

Titolu

Patt Ekoloġiku Ewropew

COM(2017) 826 final

2017/0336 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

COM(2017) 97 final

2017/0043 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

COM(2014) 265 final

2014/0138 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd bix-xbieki tas-sajd bl-għeżula tat-tisqif, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 812/2004, (KE) Nru 2187/2005 u (KE) Nru 1967/2006 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/97

COM(2012) 332 final

2012/0162 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

COM(2012) 413 final

2012/0201 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea

COM(2012) 432 final

2012/0208 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar

COM(2011) 470 final

2011/0206 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

COM(2011) 479 final

2011/0218 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran

COM(2013) 892 final

2013/0433 (COD)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta’ annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta’ biedja

COM(2013) 893 final

2013/0434 (APP)

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ikel minn kloni tal-annimali

COM(2017) 648 final

2017/0290 (COD)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri

COM(2013) 20 final

2013/0011 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ applikazzjonijiet għal entrati ġodda fl-Anness VIII jew IX tal-Konvenzjoni ta’ Basilea dwar il-kontroll tal-movimenti li jaqsmu l-fruntieri tal-iskart ta’ riskju u d-disponiment minnhom

COM(2018) 731 final

2018/0379 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tmienja u tletin laqgħa tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ħajja ferjali Ewropea u tal-abitati naturali, fir-rigward tal-emendi għall-Appendiċijiet II u III

COM(2019) 494 final

2019/0241 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea waqt id-disgħa u tletin laqgħa tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ħajja Ferjali Ewropea u tal-Abitati Naturali, fir-rigward tal-emendi għall-Appendiċijiet II u III ta' dik il-Konvenzjoni

COM(2009) 585 final

 

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem il-Komunità Ewropea fir-rigward ta’ proposti għal emendi tal-Annessi II u III għall-Protokoll dwar Żoni Protetti b’mod Speċjali, u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran (il-Protokoll SPA/BD) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u r-Reġjun tal-Kosta Mediterranja (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) fis-sittax-il laqgħa tal-Partijiet Kontraenti

Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

COM(2017) 257 final

2017/0087 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura li permezz tagħhom il-Kummissjoni tista’ titlob lil impriżi u lil assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jipprovdu l-informazzjoni relatata mas-suq intern u ma’ oqsma relatati

COM(2014) 28 final

2014/0012 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 fir-rigward tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq

COM(2013) 75 final

2013/0048 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE, u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 1999/5/KE, 2000/9/KE, 2000/14/KE, 2001/95/KE, 2004/108/KE, 2006/42/KE, 2006/95/KE, 2007/23/KE, 2008/57/KE, 2009/48/KE, 2009/105/KE, 2009/142/KE, 2011/65/UE, ir-Regolament (EU) Nru 305/2011, ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ekonomija għas-servizz tan-nies

COM(2013) 342 final

2013/0181 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta’ żbilanċi makroekonomiċi

COM(2013) 884 final

2013/0432 (COD)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet

Ewropa Aktar b’Saħħitha fid-Dinja

COM(2009) 65-2 final

2009/0019 (APP)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

COM(2013) 243 final

2013/0129 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ ċerti riżoluzzjonijiet li għandu jittieħed vot fuqhom, fil-qafas tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV)

COM(2015) 18 final

2015/0011 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (it-Tkabbir tal-Kroazja)

COM(2015) 48 final

2015/0027 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġislazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (riformulazzjoni)

JOIN(2016) 37 final

2016/0241 (NLE)

Proposta Konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Malasja

JOIN(2016) 38

2016/0243 (NLE)

Proposta Konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Malasja

COM(2017) 668 final

2017/0301 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward ta’ ħażna pubblika għal skopijiet ta’ sigurtà alimentari, tal-appoġġ domestiku li joħloq distorsjoni kummerċjali, inkluż għall-qoton, tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-biedja, tas-sussidji għas-sajd, tar-regolamentazzjoni domestika fis-servizzi, u tal-SMEs/Trasparenza tal-Miżuri Regolatorji tal-Kummerċ fl-Oġġetti

JOIN(2018) 20 final

2018/0269 (NLE)

Proposta Konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Gvern tal-Malasja, fuq in-naħa l-oħra

COM(2019) 56 final

2019/0028 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-14-il Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) rigward l-elezzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-OTIF għall-perjodu mit-8 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2021

Spinta ġdida għad-Demokrazija Ewropea

COM(2011) 635 final

2011/0284 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ

COM(2013) 78 final

2013/0049 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/41


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9917 — Liberty/Ascoval/Hayange)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 321/04)

1.   

Fit-22 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Liberty House Group PTE Ltd. (“Liberty”, Singapore), li tappartjeni għall-grupp Liberty Group,

France Rail Industry (“FRI”, Franza), finalment ikkontrollata minn Greybull,

Ascoval Saint-Saulve (“Ascoval”, Franza), finalment ikkontrollata minn Greybull.

Liberty takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll FRI u Ascoval kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Liberty: Liberty tappartjeni għal-Liberty Group, grupp internazzjonali tal-metalli u l-industrija, li jispeċjalizza fil-prodotti bażiċi, ir-riċiklaġġ tal-metalli, il-manifattura tal-azzar, l-aluminju u l-prodotti tal-inġinerija,

FRI: FRI tħaddem il-fabbrika tal-azzar ta’ Hayange li tinsab fi Franza. Hayange tipproduċi binarji, tip ta’ prodotti tal-azzar lesti.

Ascoval: Ascoval huwa impjant li jinsab fi Franza li jipproduċi prodotti tal-azzar nofshom lesti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9917 — Liberty/Ascoval/Hayange

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/43


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9695 — LVMH/Tiffany)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 321/05)

1.   

Fil-21 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

LVMH Moët Hennessy Louis Vuitton SE (Franza),

Tiffany & Co. (l-Istati Uniti tal-Amerka).

LVMH Moët Hennessy Louis Vuitton SE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Tiffany & Co. Kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

LVMH Moët Hennessy Louis Vuitton SE: attiva madwar id-dinja fil-manifattura u l-provvista ta’ prodotti ta’ lussu permezz ta’ portafoll ta’ 75 marka tad-ditta fl-oqsma li ġejjin: (i) inbejjed u spirti; (ii) oġġetti tal-moda u tal-ġilda; (iii) fwejjaħ u kożmetiċi; (iv) arloġġi u ġojjelli; u (v) bejgħ selettiv;

Tiffany & Co.: attiva mad-dinja kollha fid-disinn, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ ġojjelli ta’ lussu, u prodotti assoċjati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9695 — LVMH/Tiffany

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/44


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9946 — MSI/Altice/Lightpath)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 321/06)

1.   

Fit-22 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Morgan Stanley Infrastructure Inc. (“MSI”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Altice USA, Inc. (“Altice”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Lightpath Holdings, LLC (“Lightpath”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

MSI u Altice jakkwistaw il-kontroll bi sħab, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ta’ Lightpath kollha kemm hi. Bħalissa Altice tgawdi minn kontroll esklużiv ta’ Lightpath.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MSI: MSI hija sussidjarja indirettament proprjetà kollha kemm hi ta’ Morgan Stanley. Morgan Stanley hija ditta tas-servizzi finanzjarji li tipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi bankarji ta' investiment, titoli, servizzi ta' ġestjoni tal-ġid u ta' ġestjoni tal-investiment.

Altice: Altice tipprovdi servizzi ta’ broadband, vidjo, telefonija ċellulari, kontenut proprjetarju u reklamar kif ukoll aħbarijiet iper-lokali, nazzjonali, internazzjonali u kummerċjali lil aktar minn 4,9 miljun klijent residenzjali u kummerċjali madwar 21 stat fl-Istati Uniti tal-Amerka.

Lightpath: Lightpath tipprovdi fibra avvanzata, Ethernet, trasport tad-data, networks privati virtwali bbażati fuq l-IP, aċċess għall-Internet, Servizzi Ġestiti, servizzi tat-telefonija, fosthom trunking tal-protokoll mibdi minn sessjonijiet, u servizzi VoIP lis-suq tan-negozju fiż-żona metropolitana ta’ New York fl-Istati Uniti tal-Amerka.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9946 — MSI/Altice/Lightpath

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/45


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9929 — EDP/Viesgo)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 321/07)

1.   

Fit-23 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Energias de Portugal S.A. (“EDP”, il-Portugall),

Viesgo Infraestructuras Energéticas, S.L. (“Viesgo”, Spanja).

EDP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv indirett ta’ Viesgo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EDP: EDP hija kumpanija ta’ utilità integrata vertikalment u l-akbar ġeneratur, distributur u fornitur tal-elettriku fil-Portugall, b’operazzjonijiet sinifikanti fis-settur tal-elettriku fi Spanja. IEDP għandha preżenza dinjija, l-aktar fil-Portugall, fi Spanja, fil-Brażil u fl-Istati Uniti tal-Amerka, u hija preżenti f’19-il pajjiż f’erba’ kontinenti. EDP hija preżenti tul il-katina tal-valur tal-elettriku u fis-swieq tal-gass,

Viesgo: L-attivitajiet ewlenin ta’ Viesgo huma l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fi Spanja u l-Portugall u d-distribuzzjoni tal-elettriku fi Spanja. Viesgo bħalissa hija finalment ikkontrollata minn Macquarie Infrastructure and Real Assets Europe Ltd (“MIRAEL”, ir-Renju Unit).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9929 — EDP/Viesgo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/46


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9965 — ECP ControlCo/First Sentier Investors/Terra-Gen Power Holdings II)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 321/08)

1.   

Fil-21 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ECP ControlCo, LLC (“ECP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

First Sentier Investors (US) Infrastructure GP LLC (“FSI”, l-Istati Unitit tal-Amerka), ikkontrollata minn Mitsubishi UFJ Financial Group Inc. (“MUFG”, il-Ġappun),

Terra-Gen Power Holdings II, LLC (“TG”, l-Istati Uniti tal-Amerka), bħalissa fil-kontroll esklużiv ta’ ECP.

ECP u FSI jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ TG. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ECP: investiment ta’ ekwità privata, li jiffoka fuq l-investiment fi proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija eżistenti u ġodda fl-Amerika ta’ Fuq,

FSI: ġestjoni tal-assi f’isem klijenti bħal investituri istituzzjonali, fondi tal-pensjonijiet, distributuri u pjattaformi bl-ingrossa, konsulenti finanzjarji u l-klijenti tagħhom,

TG: is-sjieda, it-tħaddim u l-iżvilupp ta’ assi ta’ enerġija rinnovabbli u nadifa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9965 — ECP ControlCo/First Sentier Investors/Terra-Gen Power Holdings II

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+ 32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/47


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 321/09)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

VAUCLUSE

PGI-FR-A1209-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 2.7.2020

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Ġiet miżjuda informazzjoni addizzjonali dwar il-kulur tal-inbejjed mal-punt 3.3, “valutazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tal-prodotti”, biex tiġi ċċarata d-deskrizzjoni tal-prodotti varji.

Dawn il-kjarifiki ġew inklużi wkoll fid-Dokument Uniku taħt il-punt “Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed”.

2.   Żona ġeografika

Fil-punt 4.1 tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-preżentazzjoni taż-żona ġeografika kienet is-suġġett ta' aġġornamenti formali.

Ir-referenza għas-sena tal-kodiċi ġeografika, referenza nazzjonali li telenka l-muniċipalitajiet skont id-département, biex telenka l-muniċipalitajiet użati fil-kompożizzjoni ta’ kull isem ġeografiku addizzjonali ġiet iċċarata. Din hija l-kodiċi ġeografika għas-sena 2019. Xi ismijiet ta’ muniċipalitajiet ġew ikkoreġuti iżda ma juru l-ebda bidla fil-kompożizzjoni taż-żona ġeografika.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

3.   Varjetajiet tal-għeneb

Fil-punt 5 tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-varjetajiet tal-għeneb iddefiniti għall-produzzjoni tal-inbejjed IĠP “Vaucluse” huma ssupplimentati mis-16-il varjetà li ġejjin:

“artaban N, assyrtiko B, cabernet blanc B, cabernet cortis N, floreal B, monarch N, muscaris B, nebbiolo N, pinotage N, prior N, soreli B, souvignier gris G, verdejo B, vidoc N, voltis B, xinomavro N.”

Dawn il-varjetajiet huma varjetajiet hekk imsejħa reżistenti għan-nixfa u għall-mard fungali. Dawn jippermettu inqas użu ta’ prodotti fitosanitarji filwaqt li jikkorrispondu għall-varjetajiet użati għall-produzzjoni tal-IĠP. Ma jbiddlux il-karatteristiċi tal-inbejjed tal-IĠP.

L-introduzzjoni ta’ dawn il-varjetajiet fil-varjetajiet tal-għeneb taffettwa d-Dokument Uniku u ġew miżjuda fil-punt “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”.

4.   Rabta maż-żona ġeografika

Id-deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed ġiet miżjuda mat-taqsima 7.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-livell tal-“ispeċifiċità tal-prodott”. Din l-informazzjoni ġiet inkluża wkoll fid-Dokument Uniku fil-livell tal-ispeċifiċità tal-prodott tar-“Rabta maż-żona ġeografika”.

Il-punt 7.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li jittratta r-“rabta kawżali bejn l-ispeċifiċità tal-prodott u l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika” ġie ssupplimentat biex tissaħħaħ id-dimostrazzjoni tar-rabta mal-oriġini ġeografika, li hija bbażata fuq il-korrelazzjoni bejn l-ispeċifiċità tal-inbejjed u l-karatteristiċi tal-ambjent ġeografiku. Dawn is-supplimenti żdiedu wkoll fil-paragrafu “rabta kawżali” tar-rabta maż-żona ġeografika deskritta fid-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Vaucluse

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP — Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Deskrizzjoni organolettika u analitika tal-inbejjed

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Vaucluse” hija riżervata għall-inbejjed bla gass ħomor, rożè u bojod.

L-inbejjed ħomor huma nbejjed ta’ taħlita varjetali. Il-varjetajiet grenache N, syrah N, merlot N u anki cabernet-sauvignon N huma l-qalba ta’ dawn l-inbejjed, li jinstabu li huma d-denominatur komuni tat-togħmiet ta’ frott iswed, ħwawar, attributi ta’ ġilda u ċikkulata morra, u saħansitra attributi ta’ bżar. Għandhom kulur li jvarja minn aħmar rubin għal granata qawwi bi lwien vjola.

Fuq il-bażi tal-inbejjed rożé li ġeneralment ikollhom kulur is-salamun ċar, l-użu ta’ varjetajiet ta’ dwieli bħal Grenache N jew Cinsault N jagħtu lil inbejjed b’aromi ta’ frott aħmar.

Il-vivaċità u l-mineralità, l-attributi tat-tuffieħ jew tat-tilju jikkaratterizzaw l-inbejjed bojod li ta’ spiss jiġu mix-Chardonnay B. Huma għandhom kulur isfar ċar bi lwien ħadranin, jew kulur dehbi jleqq u nadif.

L-inbejjed li jibbenefikaw mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Vaucluse”, flimkien mal-qawwa alkoħolika attwali minima bil-volum ta’ mill-inqas 9 %, għandhom kontenut (limitu massimu jew limitu) fil-qawwa alkoħolika totali, l-aċidità totali, l-aċidità volatili u d-diossidu tal-kubrit ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki enoloġiċi.

b.   Rendimenti massimi

120 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-preparazzjoni tal-inbejjed li jibbenefikaw mill-indikazzjoni ġeografika protetta “Vaucluse” għandhom isiru fid-département ta’ Vaucluse.

7.   Il-varjeta jewvarjetajiet tadwieli

Abondant B

Abouriou B

Alicante Henri Bouschet N

Aligoté B

Alphonse Lavallée N

Altesse B

Aléatico N

Aramon N

Aramon blanc B

Aramon gris G

Aranel B

Arbane B

Arinarnoa N

Arriloba B

Arrouya N

Arrufiac B — Arrufiat

Artaban N

Assyrtiko B

Aubin B

Aubin vert B

Aubun N — Murescola

Auxerrois B

Bachet N

Barbaroux Rs

Baroque B

Biancu Gentile B

Blanc Dame B

Bouchalès N

Bouillet N

Bouquettraube B

Bourboulenc B — Doucillon blanc

Brachet N — Braquet

Brun Fourca N

Brun argenté N — Vaccarèse

Béclan N — Petit Béclan

Béquignol N

Cabernet blanc B

Cabernet cortis N

Cabernet franc N

Cabernet-Sauvignon N

Caladoc N

Calitor N

Camaralet B

Carcajolo N

Carcajolo blanc B

Cardinal Rg

Carignan N

Carignan blanc B

Carmenère N

Castets N

Chardonnay B

Chasan B

Chasselas B

Chasselas rose Rs

Chatus N

Chenanson N

Chenin B

Cinsaut N — Cinsault

Clairette B

Clairette rose Rs

Clarin B

Claverie B

Codivarta B

Colombard B

Corbeau N — Douce noire

Cot N — Malbec

Counoise N

Courbu B — Gros Courbu

Courbu noir N

Couston N

Crouchen B — Cruchen

César N

Danlas B

Duras N

Durif N

Egiodola N

Ekigaïna N

Elbling B

Etraire de la Dui N

Feunate N

Floreal B

Folignan B

Folle blanche B

Franc noir de Haute-Saône N

Fuella nera N

Furmint B

Gamaret

Gamay Fréaux N

Gamay N

Gamay de Bouze N

Gamay de Chaudenay N

Ganson N

Gascon N

Genovèse B

Gewurztraminer Rs

Goldriesling B

Gouget N

Graisse B

Gramon N

Grassen N — Grassenc

Grenache N

Grenache blanc B

Grenache gris G

Gringet B

Grolleau N

Grolleau gris G

Gros Manseng B

Gros vert B

Jacquère B

Joubertin

Jurançon blanc B

Jurançon noir N — Dame noire

Knipperlé B

Lauzet B

Len de l'El B — Loin de l'Oeil

Liliorila B

Listan B — Palomino

Lival N

Lledoner pelut N

Macabeu B — Macabeo

Mancin N

Manseng noir N

Marsanne B

Marselan N

Mauzac B

Mauzac rose Rs

Mayorquin B

Melon B

Merlot N

Merlot blanc B

Meslier Saint-François B — Gros Meslier

Meunier N

Milgranet N

Molette B

Mollard N

Monarch N

Mondeuse N

Mondeuse blanche B

Monerac N

Montils B

Morrastel N — Minustellu, Graciano

Mourvaison N

Mourvèdre N — Monastrell

Mouyssaguès

Muresconu N — Morescono

Muscadelle B

Muscardin N

Muscaris B

Muscat Ottonel B — Muscat, Moscato

Muscat cendré B — Muscat, Moscato

Muscat d'Alexandrie B — Muscat, Moscato

Muscat de Hambourg N — Muscat, Moscato

Muscat à petits grains blancs B — Muscat, Moscato

Muscat à petits grains roses Rs — Muscat, Moscato

Muscat à petits grains rouges Rg — Muscat, Moscato

Mérille N

Müller-Thurgau B

Nebbiolo N

Nielluccio N — Nielluciu

Noir Fleurien N

Négret de Banhars N

Négrette N

Ondenc B

Orbois B

Pagadebiti B

Pascal B

Perdea B

Persan N

Petit Courbu B

Petit Manseng B

Petit Meslier B

Petit Verdot N

Picardan B — Araignan

Pineau d'Aunis N

Pinot blanc B

Pinot gris G

Pinot noir N

Pinotage N

Piquepoul blanc B

Piquepoul gris G

Piquepoul noir N

Plant de Brunel N

Plant droit N - Espanenc

Portan N

Portugais bleu N

Poulsard N — Ploussard

Prior N

Prunelard N

Précoce Bousquet B

Précoce de Malingre B

Raffiat de Moncade B

Ribol N

Riesling B

Riminèse B

Rivairenc N — Aspiran noir

Rivairenc blanc B — Aspiran blanc

Rivairenc gris G — Aspiran gris

Romorantin B — Danery

Rosé du Var Rs

Roublot B

Roussanne B

Roussette d'Ayze B

Sacy B

Saint Côme B

Saint-Macaire N

Saint-Pierre doré B

Sauvignon B - Sauvignon blanc

Sauvignon gris G — Fié gris

Savagnin blanc B

Savagnin rose Rs

Sciaccarello N

Segalin N

Select B

Semebat N

Semillon B

Servanin N

Soreli B

Souvignier gris Rs

Sylvaner B

Syrah N — Shiraz

Tannat N

Tempranillo N

Terret blanc B

Terret gris G

Terret noir N

Tibouren N

Tourbat B

Tressot N

Trousseau N

Téoulier N

Ugni blanc B

Valdiguié N

Velteliner rouge précoce Rs

Verdejo B

Verdesse B

Vermentino B — Rolle

Vidoc N

Viognier B

Voltis B

Xinomavro N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Id-département ta’ Vaucluse, fuq ix-xatt tax-xellug tar-Rhône, fin-Nofsinhar tal-wied ta’ Rhône, li ta l-isem tiegħu lill-IĠP “Vaucluse”, huwa marbut mar-reġjun Provence-Alpes-Côte d’Azur, li jinsab fix-Xlokk ta’ Franza. Huwa jinsab fil-konfini tad-départements ta’ Gard (lejn il-Punent), ta’ Ardèche (fil-Majjistral), ta’ Drôme (fit-Tramuntana), ta’ Alpes de-Haute-Provence (fil-Lvant), ta’ Var (il-kuntatt fuq distanza żgħira) u l-Bouches-du-Rhône lejn in-Nofsinhar.

Il-konfini amministrattivi tad-département ta’ Vaucluse huma fil-biċċa l-kbira naturali peress li nsibu x-xmara Rhône lejn il-Punent (mill-belt ta’ Bollène lejn fit-Tramuntana), sal-konfluwenza max-xmara Durance fin-Nofsinhar, ix-xmara Calavon fil-Lvant, ix-xmajjar Toulourenc u Aigues fit-Tramuntana. Inkella l-limiti jkunu tfasslu jew ikunu storiċi (eż.: il-canton ta’ Valréas huwa enklava “vauclusian” li jinsab fid-département li jmiss maż-żona ta’ Drôme).

Id-département għandu kuntrast qawwi bejn żewġ tipi ta’ reġjuni naturali, jiġifieri l-pjanuri u r-riżalti muntanjużi tal-madwar.

Il-pjanuri (madwar 45 % tad-département) jinsabu prinċipalment fil-parti oċċidentali. L-iktar importanti hija dik tas-Comtat Venaissin, li, b’estensjoni, tkopri l-pjanura alluvjali ta’ Rhône, il-pjanuri ta’ Orange, il-pjanuri alluvjali fil-wied ta’ isfel ta’ Durance. Għal din l-entità huma konnessi f’kemm ramifikazzjonijiet, il-pjanuri alluvjali ta’ Durance (minn Cavaillon sa Pont-de-Mirabeau), il-wied ta’ isfel ta’ Calavon ('l isfel minn Beaumettes), il-widien medji ta’ Aigues u ta’ Ouvèze.

Ir-riżalt huwa ddominat minn Mont-Ventoux (1 909 m) fit-Tramuntana / Grigal tad-département, li huwa parti minn linja ta’ xfar orjentata lejn il-Punent-Lvant. L-inklinazzjoni tan-Nofsinhar ta’ dan is-“sinjal” tiġi estiża bil-medda ta’ art ta’ Albion jew Saint-Christol (altitudni tinkludi bejn 600 u 1 200 m), imdawra, fin-Nofsinhar, mill-Monts de Vaucluse (l-ogħla punt: 1 256 m). Ir-riżalt l-aktar fin-nofsinhar, fin-Nofsinhar tal-għadira ta’ Apt, hija l-muntanji Lubeon li titla’ 1 125 m.

Il-konnessjoni bejn il-pjanuri u l-muntanji hija żgurata minn riżalti ġeneralment tal-blat li joħorġu mill-pjanuri, u li b’hekk jiġu jaċċentwaw il-kuntrasti topografiċi. L-aktar eżempju notevoli huwa l-massif ta’ Suzette fejn isorġu Dentelles de Montmirail (medja ta’ altitudni ta’ 500 m).

Ġeoloġikament, il-prevalenza tal-oriġini sedimentarja tal-ħamrija hija b’saħħitha, li tvarja mit-Triassiku sal-Kwaternarju. Ta’ min jinnota l-eċċezzjoni marġinali ħafna (f’Luberon) minħabba l-preżenza ta’ Lherzolite, blat endoġenu bażiku ta’ oriġini vulkanika.

Id-département ikopri żewġ oqsma ġeoloġiċi distinti ħafna: il-wied ta’ Rhône jikkonsisti fi pjanuri u fil-Lvant ta’ Provence subalpina, jikkonsisti f’riżalti bħal Mont-Ventoux, il-muntanja ta’ Lure, il-medda ta’art ta’ Albion u ta’ Saint-Christol, il-muntanji ta’ Vaucluse u l-massif ta’ Luberon. Ħafna riħ minħabba l-majjistral, il-kuritur ta’ Rhône jippromwovi kundizzjonijiet ta’ saħħa tajba ħafna kontra l-oïdium u l-moffa. Hemmhekk jippredominaw l-alluvjonijiet riċenti jew antiki mir-Rhône, ta’ Basse-Durance u t-tributarji tagħhom (Lez, Aigues, Ouvèze, Sorgues, Calavon). Id-dominju subalpin jikkonsisti prinċipalment minn serje ħoxna ħafna ta’ ġebla tal-franka, faċċetta partikolari liema minnhom, għandha rwol kbir morfoloġiku, tettoniku u idroġeoloġiku. Dan ir-reġjun subalpin ta’ Provence jippreżerva d-dielja mid-defiċits tal-ilma u joffrilha varjazzjonijiet interessanti fit-temperatura.

Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu, id-département ta’ Vaucluse huwa influwenzat minn tlieta mill-erba’ klimi ewlenin fi Franza: il-klima Mediterranja għall-parti tan-Nofsinhar tagħha, il-klima tal-muntanji għall-parti tal-Grigal tagħha (Monts de Vaucluse u Massif des Baronnies) u l-influwenza kemxejn relattiva tal-klima semikontinentali għall-parti tal-Majjistral tagħha. Madankollu, dawn l-influwenzi huma mtaffija bi predominanza ċara tal-klima Mediterranja, bil-garanzija ta’ fertilizzazzjoni tajba tad-dwieli.

Il-medja annwali ta’ xemx hija importanti. Ix-xita hija mifruxa b’mod ħażin matul is-sena, relattivament iffukata fuq l-istaġun tal-ħarifa u x-xitwa. Il-Majjistral għandu rwol importanti f’din il-klima, riħ kiesaħ u niexef li ġej mit-Tramuntana, b’veloċitajiet li huma regolarment qrib il-100 km/h f’buffuri. B’mod partikolari, jippermetti l-konċentrazzjoni ta’ frott artab fi żmien il-maturazzjoni u joffri kundizzjonijiet ottimi għall-ġlieda kontra l-mard kriptografiku matul iċ-ċiklu veġetattiv.

Speċifiċità tal-prodott

Fil-bidu tas-seklu 21, l-inbejjed IĠP “Vaucluse” huma ddikjarati fil-ħsad għal madwar 200 000 ettolitru, li minnhom 40 sa 45 000 ettolitru, bil-possibbiltà li tiġi indikata ż-żona “Prinċipat ta’ Orange” u 5 sa 6 000 ettolitru fiż-żona “Aigues”.

Fid-département, il-kultura ta’ produtturi tal-inbid għadha ferm marbuta mal-produzzjoni ta’ għeneb iswed u mal-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor. Dan jirriżulta f’din id-distribuzzjoni medja li ġejja: 45 sa 50 % tal-volumi prodotti f’inbid aħmar, 30 sa 35 % f’inbid rożé u 15 sa 20 % f’inbid abjad.

L-inbejjed tal-IĠP jiġu prodotti minn firxa ta’ varjetajiet ta’ għeneb u b’hekk joffru varjetà aromatika wiesgħa:

il-varjetajiet tal-għeneb cinsault N, clairette B, bourboulenc B kollha kemm huma twieldu fil-vinji Franċiżi Mediterranji,

il-grenaches B u N, il-carignan N u il-mourvèdre N ta’ oriġini Iberika,

is-syrah N, il-viognier B u sa ċertu punt (fiż-żona), ir-roussanne B, il-marsanne B, li l-oriġini tagħhom hija mmarkata fuq in-naħa ta’ Dauphiné.

l-ugni B, li l-aktar oriġini probabbli tiegħu hija t-Toskana.

Il-produtturi, madankollu, xtaqu u rnexxielhom jiddiversifikaw il-varjetajiet ta’ għeneb billi introduċew varjetajiet ta’ għeneb ġodda fis-snin 80, għall-biċċa l-kbira tal-varjetajiet “rikonoxxuti” fis-suq dinji, bħall-cabernet-sauvignon N, il-merlot N, ix-chardonnay B, is-sauvignon B, iżda wkoll il-vermentino B, u l-varjetajiet ta’ għeneb métis miksuba aktar riċenti, b’karatteristiċi daqstant interessanti bħal chasan B, il-marselan N, u l-caladoc N. Għalhekk il-varjetajiet ta’ għeneb ħomor, bħall-merlot N, il-cabernet-sauvignon N, jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw il-formazzjoni u l-istruttura ta’ nbejjed meta ma jkunux speċifikament immirati lejn il-produzzjoni ta’ “inbejjed varjetali” (vins de cépage).

Għall-inbejjed rożè, maċerazzjonijiet qosra ħafna, jew saħansitra taħlit dirett qegħdin jintużaw dejjem aktar biex joffru nbejjed rożè bi lwien dejjem aktar pallidi.

Il-produtturi joffru wkoll firxa varjata ta’ “inbejjed varjetali” inklużi il-cabernet-sauvignon N, il-merlot N, il-caladoc N, il-marselan N, ix-chardonnay B, ir-roussanne B, il-viognier B.

Fl-inbejjed ħomor, il-varjetajiet tal-għeneb grenache N, syrah N, merlot N u anki cabernet-sauvignon N jiffurmaw il-qalba tal-bażi ta’ dawn l-inbejjed, li fihom id-denominatur komuni ta’ aromi ta’ frott iswed, ta’ ħwawar, attributi ta’ ġilda u ċikkulata morra, u saħansitra attributi ta’ bżar.

Fuq il-bażi tal-inbejjed rożé, l-użu ta’ varjetajiet ta’ għeneb bħal grenache N jew cinsault N jagħtu lil inbejjed aromi ta’ frott aħmar.

Il-vivaċità u l-mineralità, l-attributi tat-tuffieħ jew tat-tilju jikkaratterizzaw lill-inbejjed bojod li ta’ spiss ikunu ġejjin minn chardonnay B.

Rabta kawżali bejn l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika u l-ispeċifiċità tal-prodott

Aktar minn nofs il-villaġġi ta’ Vaucluse jgħixu mid-dwieli, bis-saħħa tal-produtturi tal-inbid marbutin mal-art tagħhom, kemm jekk jiġu rreġistrati bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti kif ukoll bħala indikazzjoni ġeografika protetta. Frott l-għarfien tal-antenati, il-produtturi tal-inbid kienu jafu jiddiversifikaw il-prodotti tagħhom matul is-snin. Għalhekk, f’Vaucluse, hemm riżervat post importanti għall-produzzjoni ta’ nbejjed IĠP li jgawdu minn domanda qawwija fuq livell lokali bis-saħħa tat-turiżmu żviluppat b’mod partikolari f’din iż-żona ġeografika. Il-fama tal-inbejjed DOK prodotti f’dan id-département imorru id f’id mar-reputazzjoni tal-inbejjed IĠP li huma rikonoxxuti għall-varjetà aromatika tagħhom. Din il-produzzjoni ta’ nbejjed b’indikazzjoni ġeografika tinsab prinċipalment fil-qalba taż-żoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini ta’ Luberon u Ventoux.

Id-dwieli huma mħawla fuq ħamrija li tibbenefika minn tisħin tajjeb u skular ottimali. Jinkoraġġixxu l-produzzjoni ta’ għeneb ta’ kwalità.

Dawn id-dwieli jibbenefikaw ukoll mill-kombinazzjoni tad-diversi influwenzi klimatiċi li jagħtu lill-inbejjed struttura bbilanċjata u espressjoni aromatika eċċezzjonali. Il-klima Mediterranja, bis-saħħa tad-dawl tax-xemx qawwija tas-sajf u dawl tajjeb tikkundizzjona l-maturità tal-għeneb u l-iżvilupp tajjeb tal-prekursuri aromatiċi. Fil-viċinanza tar-riżalti, il-klima qed twassal għal varjazzjonijiet kbar fit-temperatura matul il-lejl u bi nhar, u tiffavorixxi l-produzzjoni ta’ nbejjed friski u tal-frott, bis-saħħa ta’ evoluzzjoni bil-mod tal-polifenoli tal-għeneb. L-azzjoni tar-riħ li jnixxef jiżgura l-protezzjoni tal-għeneb kontra l-mard fungali.

Ir-reputazzjoni tal-inbejjed hija riflessa kull sena f’kumpens f’kompetizzjonijiet reġjonali u nazzjonali bħall-kompetizzjoni ġenerali agrikola (4 midalji tad-deheb u 5 tal-fidda fl-2014). L-inbejjed tal-IĠP Vaucluse huma wkoll imsemmija fuq livell nazzjonali fil-Guide Hachette des Vins (55 inbid magħżul, 2 favoriti, inbid 1 ta’ 3 stilel, 2 inbejjed ta’ 2 stilel, 30 inbid ta’ stilla 1 fl-2013) iżda wkoll fuq skala internazzjonali fil-Wine Advocate Parker (4 inbejjed klassifikati Decanter għas-sena 2007) u l-gwida Bettane u Desseauve.

Il-produzzjoni ta’ nbejjed b’Indikazzjoni Ġeografika hija parti mit-tradizzjoni, l-għarfien ta’ popolazzjoni tal-produzzjoni tal-inbid li tixtieq — u li għandha neċessarjament — toffri firxa wiesgħa li tissodisfa l-eżiġenzi kollha tas-suq.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta' kundizzjoni supplimentari:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata ddefinita permezz tad-deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed li jibbenefikaw mill-indikazzjoni ġeografika protetta “Vaucluse” hija magħmula mid-distretti li jmissu maż-żona ġeografika (département ta’ Vaucluse), jiġifieri:

fit-Tramuntana, fil-konfini tad-département ta’ Drôme: distrett ta’ Nyons,

fil-Lvant, fil-konfini tad-département tal-Alpes de Haute-Provence: distrett ta’ Forcalquier,

fil-Lvant, fil-konfini tad-département ta’ Var: distrett ta’ Brignoles,

fin-Nofsinhar, fil-konfini tad-département ta’ Bouches-du-Rhône: id-distretti ta’ Arles u ta’ Aix-en-Provence,

fil-Punent, fil-konfini tad-département ta’ Gard: id-distrett ta’ Nîmes,

fil-Majjistral, fil-konfini tad-département ta’ Ardèche: id-distrett ta’ Privas.

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta' kundizzjoni supplimentari:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-indikazzjoni ġeografika protetta “Vaucluse” tista’ tiġi ssupplimentata:

mill-isem ta’ varjetà ta’ għeneb waħda jew aktar,

mit-termini “bikri” jew “ġdid”,

bl-ismijiet tal-unitajiet ġeografiċi iżgħar li ġejjin, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet: “Aigues”, “Principauté d’Orange”.

Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea għandu jidher fuq it-tikketta meta l-kliem “Indication géographique protégée” jiġi sostitwit bil-kliem tradizzjonali “Vin de Pays”.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-0d5e958c-4f3f-4467-a24c-e13d39073797


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/58


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 321/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“LIPTOVSKÉ DROBY”

Nru tal-UE: PGI-SK-02370 — 31.10.2017

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem

“Liptovské droby”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Is-Slovakkja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Liptovské droby” huwa tip uniku ta’ zalzett magħmul permezz ta’ metodi tradizzjonali. Il-karatteristika speċjali tal-prodott hija l-mili tal-patata bil-qrieqeċ u l-ħwawar, li tinsab fil-budellati tal-majjal naturali jew tal-imsaren bovini. Il-“Liptovské droby” huwa prodott li jitħassar.

Il-prodott għandu sezzjoni trasversali ċirkolari u l-għamla tiegħu hija ta’ ċilindru kkurvat. Il-prodott għandu dijametru ta’ 30 sa 50 mm, tul ta’ 100 sa 250 mm, b’piż ta’ 100 sa 300 g. Ladarba l-prodott ikun imtela biex jilħaq it-tul mixtieq, dan jintrabat flimkien permezz ta’ seffud tal-injam. Il-budellat joqgħod sew fil-mili, li huwa magħmul minn patata maħkuka, qrieqeċ mitħuna, basal u ħwawar, u għandu sawra delikata. 1 kg tal-prodott fih il-patata (75–85 %), il-qrieqeċ (8–10 %), ix-xaħam tal-majjal (5 %) u l-melħ (massimu ta’ 1,7 %).

Il-prodott għandu konsistenza ratba. Il-wiċċ tiegħu huwa lixx, moderatament umdu u nadif. Il-kulur tal-wiċċ huwa griż ċar u t-tfettit huma sofor fil-griż. L-aroma u t-togħma huma dawk tal-patata u tal-ħwawar.

Il-“Liptovské droby” jinbiegħ misjur. Immedjatament qabel il-konsum, il-prodott jiġi ttrattat bis-sħana billi jinħema.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Materja prima u ingredjenti:

patata

xaħam tad-dahar tal-majjal (frisk jew iffriżat)

xaħam tal-majjal

basal

merqtux

bżar naturali

melħ

tewm

intestini tal-majjal jew tal-bovini

dqiq tas-smid

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċess kollu tal-produzzjoni jseħħ esklussivament fiż-żona ġeografika ddefinita, fl-istadji li ġejjin:

tgħaddis fl-ilma u ħasil tal-budellati 24 siegħa qabel l-użu

ħasil tal-patata mhux imqaxxra

tqaxxir, tindif u ħasil tal-patata

xiwi tat-tfettit tal-basal fix-xaħam

il-patata tinħakk b’mod fin

ix-xaħam tad-dahar tal-majjal jitbiċċeċ u wara jinqela biex jinkisbu l-qrieqeċ

il-qrieqeċ, il-basal mixwi u t-tewm jiġu mitħuna b’mod fin

taħwir

taħlit bir-reqqa

żieda tad-dqiq tas-smid, taħlit

mili tal-budellat

irbit flimkien tal-budellat

togħlija bil-mod — il-“Liptovské droby” jitqiegħed fl-ilma f’temperatura ta’ madwar 90 °C. Dan jitgħalla bil-mod filwaqt li jitħawwad kontinwament sakemm il-“Liptovské droby” jitla’ fil-wiċċ. Imbagħad il-prodott jitneħħa mill-ilma

tkessiħ tal-“Liptovské droby”

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Ir-reġjun ta’ Liptov jinsab fit-Tramuntana tas-Slovakkja, fil-parti tax-Xlokk tar-reġjun awtonomu ta’ Žilina, fil-Wied ta’ Liptovská, imdawwar bil-firxa muntanjuża tal-Għoljiet Tatra fil-Lvant, bit-Tatras tal-Punent u bil-Muntanji Choč fin-Nofsinhar, u bil-firxa tal-Fatra l-Kbira fil-Punent. Ġeografikament, Liptov hija żona kompatta, li tinkludi d-distretti ta’ Liptovský Mikuláš u Ružomberok.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-kundizzjonijiet pedoklimatiċi fir-reġjun, kif ukoll it-tradizzjoni u l-istorja tiegħu, jiffurmaw l-isfond tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem ġeografiku “Liptovské droby”, ispirat mill-għarfien espert tal-produtturi lokali u mir-reputazzjoni tal-prodott.

Il-Wied ta’ Liptovská huwa wieħed mill-ogħla widien tas-Slovakkja. Il-qiegħ tiegħu huwa mimli blat Terzjarju, sedimenti tal-Paleoġin Karpazjan Ċentrali, kif ukoll xaħx aktar riċenti ddepożitat mill-Vàh, prinċipalment żrar u ramel. Il-ħamrija f’Liptov hija ta’ ebusija medja u l-klima hija aktar kiesħa. Dawn il-kundizzjonijiet ma jwasslux għall-kultivazzjoni tal-qamħ, iżda huma adatti għall-patata. Il-kultivazzjoni tal-patata f’Liptov bdiet f’madwar l-1750. Nuqqas katastrofiku fl-għelejjel bejn l-1771 u l-1773 ikkontribwixxa għall-popolarizzazzjoni tal-kultivazzjoni tal-patata. Il-bidu tas-seklu dsatax ra żieda qawwija fil-kultivazzjoni tal-patata fil-partijiet tat-Tramuntana tas-Slovakkja.

Wara dan, il-patata saret wieħed mill-komponenti ewlenin fid-dieta tal-popolazzjoni u kisbet l-isem “it-tieni ħobż tagħna”. Iż-żona ġeografika ddefinita ta’ Liptov dejjem kienet żona importanti għall-kultivazzjoni tal-patata fis-Slovakkja filwaqt li fl-istess ħin hija awtosuffiċjenti fir-rigward tat-trobbija tal-bhejjem — partikolarment il-ħnieżer. Għal raġunijiet ekonomiċi, kien importanti għall-abitanti ta’ Liptov li jagħmlu l-aħjar użu mill-ġewwieni.

L-abitanti ta’ Liptov kienu jiddependu fuq sorsi domestiċi tal-ikel għall-għajxien, u l-patata kienet waħda minnhom. Il-patata kienet tittiekel waħedha bħala ikla prinċipali jew ma’ diversi kontorni.

Il-“Liptovské droby” sar delikatezza popolari, flimkien mal-patata maxx, mad-dumplings u mal-kejkijiet tal-għaġina tal-patata. Il-“Liptovské droby” kien magħmul mill-patata nejja maħkuka, li kienet faċli li titkabbar f’Liptov minħabba l-kompożizzjoni tal-ħamrija, il-kundizzjonijiet klimatiċi u s-sempliċità tal-kultivazzjoni.

Il-kundizzjonijiet naturali u pedoklimatiċi li jwasslu għall-kultivazzjoni tal-patata u t-trobbija tal-bhejjem sawru d-dehra u l-karattru ġenerali tar-reġjun. Minbarra x-xogħol fl-azjenda agrikola, il-popolazzjoni lokali kienet tipproċessa u tbigħ il-materja prima.

L-aktar referenza bikrija bil-miktub għall-prodott - eżempju tal-istorja u t-tradizzjoni tiegħu - tinsab fil-ktieb “Slovenská ľudová kuchárka pre každý stôl” [“Tisjir folkloristiku Slovakk għal kull mejda”) tal-1944, li ġie kkompilat minn Žela Inovecká u stampat mill-ġdid diversi drabi.

F’“Kuchyňa starých materí z Liptova” [“Tisjir fid-djar tan-nanniet ta’ Liptov”], ktieb mill-etnografu magħrufa sew Iveta Zuskinová, ippubblikat fl-2013 minn Spoločnosť priateľov múzea liptovskej dediny [“Is-Soċjetà ta’ Ħbieb fil-Mużew tal-Villaġġ ta’ Liptov”] u bbażat f’Liptovský Hrádok, nistgħu naqraw li: “F’Liptov, “droby” kien platt popolari u karatteristiku, magħmul speċjalment fil-ħarifa meta n-nagħaġ kienu jinqatlu, u dan fisser abbundanza fl-intestini u x-xaħam. Dak iż-żmien, patata ġdida kienet titħaffer ukoll...”.

Il-kapitolu “Čo sa varievalo a jedávalo” [“Tisjir u ikel tradizzjonali”] f’“Liptov v ľudovej kultúre” [“Liptov fil-kultura folkloristika”], ktieb ieħor minn Zuskinovà, ippubblikat mis-Soċjetà fl-2014, fih l-informazzjoni li ġejja: “Il-patata nejja maħkuka kienet tintuża biex isir il-mili għal-“Liptovské droby” u biex jitħaxxnu ċerti platti msajra; in-nies kienu jsajru wkoll id-dumplings.” Fil-kapitolu “Tradičné jedlá” (“Ikel tradizzjonali”) tal-istess ktieb, Zukinovà tiċċara li: “Il-kelma “droby” tfisser “zliezet” tal-patata”.

L-isem tal-prodott “Liptovské droby” ġej mill-isem tar-reġjun ta’ Liptov, li storikament huwa marbut mal-kultivazzjoni u l-ipproċessar tal-patata, li hija l-ingredjent bażiku tal-prodott. Il-parti l-oħra tal-isem hija l-kelma “droby”, użata fid-djalett lokali biex tindika l-ġewwieni li jittiekel, inkluż l-intestini. Il-mili uniku tal-patata f’budellat tal-majjal jew tal-bovini (“droby” = budellat) huwa magħruf fid-djalett lokali bħala “Liptovské droby”. Dan l-isem ilu jintuża b’mod kostanti fiż-żona mill-ewwel nofs tas-seklu dsatax.

Is-sostituzzjoni tal-komponent taz-zalzett bil-patata hija l-karatteristika li tiddistingwi l-“Liptovské droby”. U anki jekk l-għamla tal-prodott tixbah lil dik ta’ zalzett, il-komponent ewlieni tal-mili huwa l-patata, li tammonta għal 75 % - 85 % tal-piż tal-prodott. Biex isir il-mili tal-patata, l-ingredjenti kollha jiżdiedu gradwalment mal-patata nejja maħkuka; id-dqiq tas-smid jiżdied bħala aġent li jgħaqqad. Kemm jintuża dqiq tas-smid jiddependi mill-kontenut ta’ ilma tal-patata; l-ammont it-tajjeb jista’ jiġi stmat biss mill-produtturi esperjenzati, sabiex il-prodott ma jiċċaħħadx mill-aroma tipika tiegħu ta’ patata. Bl-istess mod, hemm bżonn ta' esperjenza biex jiġi stmat il-ħin tat-tisjir sabiex jiġi evitat milli l-budellat jinfaqa’ u li joħroġ il-mili u biex wara l-prodott jitkessaħ. Il-“Liptovské droby” jiġi prodott biss fit-territorju ddefinit. Il-proċess tal-produzzjoni tal-“Liptovské droby” ma jistax jitqabbel ma’ kwalunkwe ħaġa oħra, minħabba li fis-suq m’hemm l-ebda prodott ieħor li għandu d-denominazzjoni “droby” jew li juża isem ġeografiku flimkien mat-terminu “droby”. L-unika konklużjoni permissibbli hija li l-“Liptovské droby” huwa prodott speċifiku u uniku.

Minħabba li fil-passat il-bhejjem kienu jitrabbew l-aktar għall-bejgħ jew għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-laħam, speċjalment iz-zliezet, il-parti l-aktar fqira tal-popolazzjoni xtaqet tipprepara ikel simili. Il-kontenut ta’ laħam taz-zalzett ġie sostitwit bil-patata - mili li huwa disponibbli aktar faċilment. Bħaz-zliezet, il-prodott il-ġdid ġie mħawwar bil-basal, bit-tewm, bil-bżar iswed, bil-merqtux u bil-melħ. L-aroma u t-togħma tal-laħam ġew sostitwiti bix-xaħam tad-dahar tal-majjal. Dan il-mili mbagħad tqiegħed fil-budellat, li kien jintrabat flimkien permezz ta’ seffud tal-injam.

Il-patata miż-żona ddefinita tintuża l-aktar ta’ spiss. Madankollu, il-prodott jista’ jkun magħmul ukoll minn ingredjenti minn żoni oħra jekk ir-riżorsi jispiċċaw, b’mod partikolari matul is-sajf. Matul l-istaġun turistiku tas-sajf, id-domanda għall-ispeċjalitajiet reġjonali tiżdied. Il-konsum tal-“Liptovské droby”, prodott magħmul lokalment, xi drabi akkumpanjat minn speċjalitajiet reġjonali oħrajn ibbażati fuq il-laħam, huwa esperjenza tal-ikel għall-viżitaturi, u jagħti spinta konsiderevoli lill-iżvilupp reġjonali.

Il-karatteristiċi tal-prodott mhumiex affettwati mill-oriġini tal-patata użata bħala ingredjenti. Minflok, dawn jirriżultaw mill-mod ta’ produzzjoni u mill-użu ta’ mili tal-patata minflok laħam. Minħabba li l-patata kienet l-għalla ppreferuta f’Liptov u l-prodotti tal-patata huma assoċjati mill-qrib mar-reġjun, il-mili bil-patata sar il-karatteristika li tiddistingwi l-“Liptovské droby”.

Il-patata mkabbra lokalment hija l-ingredjent ippreferut: “Jintużaw biss ingredjenti lokali u metodi tal-produzzjoni magħrufa mill-passat” http://www.teraz.sk/import/agro-zaujem-o-tradicne-liptovske-dr/220506-clanok.html. Huwa biss f’każijiet eċċezzjonali (bħall-ħsad batut) li tista’ tintuża patata minn żona ġeografika oħra.

Ir-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika ddefinita tinsab fil-ħila inventiva tal-persuni li rnexxielhom jużaw il-patata li kienet disponibbli b’mod abbundanti fiż-żona biex iħejju l-mili b’taħlita bbilanċjata tal-ingredjenti u l-ħwawar kollha (patata maħkuka fina, qrieqeċ mitħuna bil-basal mixwi u bil-ħxejjex aromatiċi, bħall-merqtux), u b’hekk issostitwixxew l-ingredjenti użati għall-mili taz-zalzett tal-laħam.

Il-ħiliet tal-persuni li jipproduċu l-“Liptovské droby” żviluppati abbażi tal-għarfien u l-esperjenza mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra, huma riflessi fil-kwalità tal-prodott finali. Dak li jiddistingwi l-“Liptovské droby” minn prodotti oħrajn huwa l-mili uniku bil-patata.

Persuni esperjenzati biss huma f’pożizzjoni li jikkontrollaw l-istadji kumplessi tal-proċess tal-produzzjoni (bħat-tħejjija tal-mili bil-patata jew il-mili tal-budellat). It-taħkik tal-patata nejja, l-iżgurar tal-konsistenza t-tajba tal-mili, il-proporzjon korrett tal-patata u tad-dqiq tas-smid (li jiddependi mill-kontenut ta’ ilma tal-patata) u l-istima tal-ħin tat-tisjir relatat u tat-tkessiħ sussegwenti tal-prodott huma kompiti li jirrikjedu ħiliet tal-prestazzjoni u esperjenza miksuba matul l-iżvilupp storiku biex jitwettqu b'mod korrett.

Ir-rabta bejn il-“Liptovské droby” u ż-żona ġeografika ddefinita hija riflessa wkoll fl-informazzjoni pprovduta mill-aġenziji tal-ivvjaġġar. Fuq https://www.exclusive-travel.cz/slovenska-republika/informace, dan li ġej jista’ jinstab taħt ‘”GASTRONOMIJA”: “Filwaqt li kull reġjun għandu l-ispeċjalitajiet tiegħu stess, id-dumplings tal-patata bil-ġobon tan-nagħaġ miżjud bil-bejken mixwi u xi kultant bil-krema qarsa huma popolari madwar il-pajjiż kollu. Speċjalitajiet tradizzjonali oħra jinkludu l-bramborové šišky (koni tal-patata), il-“Liptovské droby”…”.

Għal żmien twil, il-“Liptovské droby” kien l-ispeċjalità favorita tal-abitanti ta’ Liptov f’okkażjonijiet speċjali ta’ kull tip, bħall-fieri u l-festi. Illum, din l-ispeċjalità għadha popolari bħal dejjem. Kull sena, il-belt ta’ Liptovský Mikuláš torganizza l-festival tas-Švábkafest (fir-reġjun ta’ Liptov, “švábka” hija kelma kollokjali li tfisser “patata”). Fir-reġjun ta’ Liptov, is-Švábkafest ilu jiġi organizzat għal għadd ta’ snin biex tinżamm it-tradizzjoni mhux biss tal-kultivazzjoni tal-patata, iżda wkoll tal-prodotti kollha bbażati fuq il-patata, inkluż il-“Liptovské droby”.

Il-viżitaturi lokali u barranin huma attirati mill-kwalità għolja u mir-reputazzjoni tal-prodotti reġjonali tradizzjonali (bħal-“Liptovské droby”), mifruxa mhux biss bil-fomm, iżda wkoll online u permezz ta’ midja oħra fis-Slovakkja u lil hinn minnha. Vidjo mis-Švábkafest (il-preżentazzjoni tad-“droby” tibda minn 1 min.):

https://www.visitliptov.sk/2017/09/14/fest-zemiakov-na-liptove/

Il-prodott jiġi rreklamat fir-ristoranti bħala “Speċjalità Slovakka tradizzjonali” jew “Speċjalità tradizzjonali tar-reġjun ta’ Liptov” u jiġi offrut fil-festini tat-tiġijiet - turija tal-kwalità u tar-reputazzjoni eċċellenti tiegħu.

Il-fatt li l-“Liptovské droby” huwa speċjalità mfittxija marbuta b’mod inseparabbli mar-reġjun huwa muri wkoll f’“Kuchyňa, zvyky a tradície našich predkov” [“Il-kċina, id-drawwiet u t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna”], ippubblikat minn Krajská organizácia cestovného ruchu ŽILINSKÝ TURISTICKÝ KRAJ [il-bord tat-turiżmu tar-reġjun ta’ Žilina]: “Il-platti bbażati fuq il-mili mħawwar tal-patata (bħad-dumplings u l-kejkijiet magħmulin mill-għaġina bil-ħmira) jibqgħu popolari f’Liptov. Barra minn hekk, m’għandniex ninsew il-‘Liptovské droby’ - platt favorit mhux biss għall-popolazzjoni lokali”.

http://www.zilinskazupa.sk/files/on-line-kniznica/kocr/kuchyna-zvyky-3.pdf

Ir-reputazzjoni tajba tal-prodott hija murija wkoll mill-preżenza tiegħu fuq l-internet, fejn jidher fir-riċetti, fil-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u fl-artikli tal-istampa, fuq siti web tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu, u f’diversi avvenimenti, bħas-Švábkafest u l-Liptov Fest.

Mill-1993, Radio Slovakia International (RSI) kien ixandar programmi dwar is-Slovakkja f’sitt lingwi barranin, li jkopru għadd kbir ta’ suġġetti u avvenimenti. Fit-13 ta’ Ottubru 2015, ġie mxandar programm Spanjol dwar il-Liptovské droby, li ddikjara li: “Milan Velecký żar Liptov u staqsa lin-nies dwar il-Liptovské droby. Dan huwa delizzjuż! (El redactor Milan Velecký visitó la región de Liptov y preguntó a la gente sobre los Liptovské droby. Es una exquisitez!)’

https://esrsi.rtvs.sk/clanky/gastronomia/91062/liptovske-droby

Il-fama tajba tal-prodott hija attestata ulterjorment bil-fatt li dan jisserva f’ċelebrazzjonijiet reġjonali. L-artiklu “Hrádocké hradné hry” (“Logħob tal-Kastell fi Hrádok”) ippubblikat fil-gazzetta “Relax” fl-24 ta’ Awwissu 2017, jgħid: “Ma tistax tieħu gost mingħajr ikel tajjeb. Il-kċina ta’ Liptov hija bbażata fuq ingredjenti tradizzjonali - bħall-patata u l-ħalib tan-nagħaġ - li huma tipiċi tar-reġjun. Huwa għalhekk li l-Liptovské droby huwa dejjem preżenti fil-Liptovský Hrádok...”

http://www.dennikrelax.sk/Relax/Krasy-Slovenska/Hradocke-hradne-hry/

“Il-materja prima u l-prodotti reġjonali huma marbuta b’mod inseparabbli mat-turiżmu. Liptov ukoll għandu l-prodotti tipiċi tiegħu. L-għan tagħna huwa li nużaw dawn il-karatteristiċi reġjonali biex niffamiljarizzaw lit-turisti mal-identità tiegħu. Hemm għadd kbir ta’ affarijiet li wieħed għandu jipprova waqt iż-żjara tiegħu. Prodotti magħmulin mill-ħalib tan-nagħaġ, il-likuri tal-aqwa klassi tagħna, jew tabilħaqq il-“Liptovské droby”, li l-ingredjent ewlieni tiegħu huwa l-patata lokali,” tgħid Darina Bartkovà, il-president tal-bord tat-turiżmu tar-reġjun ta’ Liptov (http://www.teraz.sk/regiony/l-mikulas-svabkafest-ponukne-ochu/281215-clanok.html?mostViewedArticlesInSectionTab=2)

Il-viżitaturi jistgħu jiltaqgħu mal-Liptovské droby mhux biss fil-famuż Open Air Museum fi Pribylina u fl-irħula ta’ Liptov ta’ fuq u t’isfel (Štiavnička, Smrečany, Lisková, Bobrovec u oħrajn), iżda wkoll fil-lukandi u fir-ristoranti fiż-żona ġeografika ddefinita.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.indprop.gov.sk/swift_data/source/pdf/specifikacie_op_oz/SPECIFIKACIA%20Liptovske%20droby.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.