ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 313

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
21 ta' Settembru 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 313/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 313/02

Kawża C-137/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Dresden – il-Ġermanja) – hapeg dresden gmbh vs Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Direttiva 2006/123/KE – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tariffa minima għall-onorarji tal-inġiniera u tal-periti)

2

2020/C 313/03

Kawża C-522/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – DŚ vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Jaśle (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2

2020/C 313/04

Kawża C-647/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Vidin – il-Bulgarija) – Corporate Commercial Bank, fi stralċ vs Elit Petrol AD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Emenda retroattiva tal-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kumpens reċiproku mwettaq ma’ stabbiliment ta’ kreditu fi stralċ – Stat tad-dritt – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Dritt għal rimedju effettiv)

3

2020/C 313/05

Kawża C-11/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Azienda ULSS n. 6 Euganea vs Pia Opera Croce Verde Padova (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 10(h) – Artikolu 12(4) – Esklużjonijiet speċifiċi għall-kuntratti ta’ servizzi – Servizzi ta’ difiża ċivili, ta’ protezzjoni ċivili u ta’ prevenzjoni ta’ perikolu – Organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru – Servizz ta’ trasport mediku ordinarju u ta’ emerġenza – Leġiżlazzjoni reġjonali li timponi b’mod prijoritarju l-użu ta’ sħubija bejn awtoritajiet kontraenti – Libertà tal-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tal-metodu ta’ provvista ta’ servizzi – Limiti – Obbligu ta’ motivazzjoni)

4

2020/C 313/06

Kawżi magħquda C-89/19 sa C-91/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Rieco SpA vs Comune di Lanciano, Ecolan SpA (C-89/19), Comune di Ortona, Ecolan SpA (C-90/19), Comune di San Vito Chietino, Ecolan SpA (C-91/19) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 12(3) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffavorixxi l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għad-detriment tal-kuntratti in house – Libertà tal-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tal-metodu ta’ provvista ta’ servizzi – Limiti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li awtorità kontraenti tikseb, fil-kapital ta’ organu li huwa proprjetà tal-awtoritajiet kontraenti, parteċipazzjonijiet li ma jistgħux jiggarantixxu l-kontroll ta’ dan l-organu jew setgħa ta’ veto)

5

2020/C 313/07

Kawża C-172/19 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2020 – Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) vs Deutscher Braunkohlen-Industrie – Verein eV, Lausitz Energie Kraftwerke AG, Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH eins energie in sachsen GmbH & Co. KG, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ambjent – Direttiva 2010/75/UE – Konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1442 – Impjanti kbar tal-kombustjoni – Rikors għal annullament – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Parteċipazzjoni fil-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-att – Garanziji proċedurali fil-mument tal-adozzjoni tal-att – Sostituzzjoni tal-motivi – Nuqqas ta’ motivi bbażati fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tal-appellanti – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Appell manifestament infondat)

6

2020/C 313/08

Kawża C-368/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Telecom Italia SpA, Wind Tre SpA, Vodafone Italia SpA, Lindam Srl vs Roma Capitale, Regione Lazio, Vodafone Italia SpA, Telecom Italia SpA, Wind Tre SpA, Wind Telecomunicazioni SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Restrizzjonijiet għall-installazzjoni ta’ antenni ta’ telefonija mobbli imposti mill-awtoritajiet lokali – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali – Inammissibbiltà manifesta)

6

2020/C 313/09

Kawża C-381/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – SC Banca E S.A. vs G.D. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KE – Introduzzjoni ta’ rimedju legali ġdid fil-mori tal-kawża – Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ effettività)

7

2020/C 313/10

Kawża C-226/20 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2020 minn Eurofer, Association Européenne de l'Acier, AISBL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-835/17, Eurofer vs Il-Kummissjoni

8

2020/C 313/11

Kawża C-247/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Appeals Service Northern Ireland (Ir-Renju Unit) fis-7 ta’ April 2020 – VI vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

9

2020/C 313/12

Kawża C-261/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2020 – Thelen Technopark Berlin GmbH vs MN

10

2020/C 313/13

Kawża C-265/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep Antwerpen (il-Belġju) fil-15 ta’ Ġunju 2020 – FN vs Universiteit Antwerpen, Vlaamse Autonome Hogeschool Hogere Zeevaartschool, PB, ZK, NG, ZN, UM

11

2020/C 313/14

Kawża C-277/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Ġunju 2020 – UM

12

2020/C 313/15

Kawża C-285/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miċ-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Ġunju 2020 – K vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

12

2020/C 313/16

Kawża C-301/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Lulju 2020 – UE, HC vs Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG

13

2020/C 313/17

Kawża C-302/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fid-9 ta’ Lulju 2020 – A – Parti oħra: Autorité des marchés financiers

14

2020/C 313/18

Kawża C-323/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Lulju 2020 – DQ vs Ryanair DAC

15

2020/C 313/19

Kawża C-324/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Finanzamt B vs X-Beteiligungsgesellschaft mbH

16

2020/C 313/20

Kawża C-335/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail du Brabant wallon, division Wavre (il-Belġju) fl-24 ta’ Lulju 2020 – PR vs Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

16

2020/C 313/21

Kawża C-348/20 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2020 minn Nord Stream 2 AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-20 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-526/19, Nord Stream 2 vs Il-Parlament u Il-Kunsill

17

2020/C 313/22

Kawża C-351/20 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2020 minn Liviu Dragnea mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-12 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-738/18, Dragnea vs Il-Kummissjoni

18

2020/C 313/23

Kawża C-114/18: Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Sandoz Ltd, Hexal AG vs G.D. Searle LLC, Janssen Sciences Ireland

19

2020/C 313/24

Kawża C-537/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Procédure engagée par YV, , en présence de: Krajowa Rada Sądownictwa

19

2020/C 313/25

Kawża C-811/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Canarias – Spanja) – KA vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social

19

2020/C 313/26

Kawża C-202/19 P: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2020 – Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2020/C 313/27

Kawża C-203/19: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2020 – Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2020/C 313/28

Kawża C-204/19 P: Digriet tal-President l-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2020 – Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

20

2020/C 313/29

Kawża C-205/19 P: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2020 – Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

20

2020/C 313/30

Kawża C-542/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – YX vs Eurowings GmbH

21

2020/C 313/31

Kawża C-661/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – flightright GmbH vs Austrian Airlines AG

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 313/32

Kawża T-332/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Ocean Capital Administration et vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri – Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti)

22

2020/C 313/33

Kawża T-203/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – VQ vs BĊE (Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq istituzzjoni ta’ kreditu għal ksur tal-Artikolu 77(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 – Modalitajiet ta’ pubblikazzjoni fis-sit internet tal-BĊE – Artikolu 18(6) tar-Regolament Nru 1024/2013 u Artikolu 132(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014)

22

2020/C 313/34

Kawża T-576/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Crédit agricole vs BĊE (Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq istituzzjoni ta’ kreditu – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 – Ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji – Ksur b’negliġenza – Applikazzjoni retroattiva ta’ leġiżlazzjoni kriminali inqas severa – Assenza – Drittijiet tad-difiża – Ammont tas-sanzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni)

23

2020/C 313/35

Kawża T-577/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs BĊE (Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq istituzzjoni ta’ kreditu – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 – Ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji – Ksur b’negliġenza – Drittijiet tad-difiża – Ammont tas-sanzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni)

24

2020/C 313/36

Kawża T-20/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Pablosky vs EUIPO – docPrice (mediFLEX easystep) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali mediFLEX easystep – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti Stepeasy – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

25

2020/C 313/37

Kawża T-21/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Pablosky vs EUIPO – docPrice (mediFLEX easySTEP) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva mediFLEX easySTEP – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti Stepeasy – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

26

2020/C 313/38

Kawża T-328/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Scorify vs EUIPO – Scor (SCORIFY) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SCORIFY – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea SCOR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

26

2020/C 313/39

Kawża T-633/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Essential Export vs EUIPO – Shenzhen Liouyi International Trading (TOTU) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li allegatament tinkludi l-element verbali TOTU u bil-kuluri aħmar u iswed – Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti TOTTO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

27

2020/C 313/40

Kawża T-170/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2020 – Sherpa Europe vs EUIPO – Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA NEXT) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

28

2020/C 313/41

Kawża T-231/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2020 – Price vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Deċiżjoni (UE) 2020/135 – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali – Inammissibbiltà – Rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)

28

2020/C 313/42

Kawża T-463/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Wong (GT RACING)

29

2020/C 313/43

Kawża T-466/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2020 – LF vs Il-Kummissjoni

30

2020/C 313/44

Kawża T-476/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2020 – Alteryx vs EUIPO – Allocate Software (ALLOCATE)

31

2020/C 313/45

Kawża T-489/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2020 – Eos Products vs EUIPO (Forma ta’ kontenitur sferiku)

31

2020/C 313/46

Kawża T-491/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2020 – El Corte Inglés vs EUIPO – Ou (-Vpro)

32

2020/C 313/47

Kawża T-492/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju2020 – S. Tous vs EUIPO – Zhejiang China-Best Import & Export (Lámpara)

33

2020/C 313/48

Kawża T-499/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Banco Cooperativo Español vs SRB

33

2020/C 313/49

Kawża T-877/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Einkaufsbüro Deutscher Eisenhändler vs EUIPO – Tigges (TOOLINEO)

35


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 313/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 304, 14.9.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 297, 7.9.2020

ĠU C 287, 31.8.2020

ĠU C 279, 24.8.2020

ĠU C 271, 17.8.2020

ĠU C 262, 10.8.2020

ĠU C 255, 3.8.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Dresden – il-Ġermanja) – hapeg dresden gmbh vs Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG

(Kawża C-137/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tariffa minima għall-onorarji tal-inġiniera u tal-periti)

(2020/C 313/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Dresden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: hapeg dresedn gmbh

Konvenuta: Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1), (2)(g) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġislazzjoni nazzjonali li tgħid li huwa pprojbit li jiġu stabbiliti, f’kuntratti konklużi ma’ periti u ma’ inġiniera, tariffi iktar baxxi mill-ammonti minimi ddeterminati skont il-lista ta’ onorarji tal-periti u tal-inġiniera prevista minn din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – DŚ vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Jaśle

(Kawża C-522/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 313/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:

Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Jaśle

fil-preżenza ta’: Prokuratura Krajowa

Dispożittiv

Ma hemmx iktar bżonn li tiddeċiedi dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat-2 ta’ Awwissu 2018, fil-Kawża C-522/18.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Vidin – il-Bulgarija) – Corporate Commercial Bank, fi stralċ vs Elit Petrol AD

(Kawża C-647/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ insolvenza - Emenda retroattiva tal-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kumpens reċiproku mwettaq ma’ stabbiliment ta’ kreditu fi stralċ - Stat tad-dritt - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Dritt għal rimedju effettiv)

(2020/C 313/04)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Okrazhen sad – Vidin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Corporate Commercial Bank, fi stralċ

Konvenuta: Elit Petrol AD

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrazhen sad Vidin (il-Qorti Reġjonali ta’ Vidin, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tal-15 ta’ Ottubru 2018, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 455, 17.12.2018.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Azienda ULSS n. 6 Euganea vs Pia Opera Croce Verde Padova

(Kawża C-11/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 10(h) - Artikolu 12(4) - Esklużjonijiet speċifiċi għall-kuntratti ta’ servizzi - Servizzi ta’ difiża ċivili, ta’ protezzjoni ċivili u ta’ prevenzjoni ta’ perikolu - Organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru - Servizz ta’ trasport mediku ordinarju u ta’ emerġenza - Leġiżlazzjoni reġjonali li timponi b’mod prijoritarju l-użu ta’ sħubija bejn awtoritajiet kontraenti - Libertà tal-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tal-metodu ta’ provvista ta’ servizzi - Limiti - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2020/C 313/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda ULSS n. 6 Euganea

Konvenuti: Pia Opera Croce Verde Padova

fil-preżenza ta’: Azienda Ospedaliera di Padova, Regione Veneto, Croce Verde Servizi

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 10(h) u l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni reġjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ kuntratt pubbliku għall-fatt li sħubija bejn entitajiet li jappartjenu għas-settur pubbliku ma tippermettix li jiġi żgurat is-servizz ta’ trasport mediku ordinarju, sakemm l-għażla espressa favur metodu ta’ provvista ta’ servizzi b’mod partikolari, u mwettqa fi stadju qabel dak tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, tosserva l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ rikonoxximent reċiproku, ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza.

2)

L-Artikolu 10(h) u l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni reġjonali li timponi fuq l-awtorità kontraenti li tagħti motivazzjoni għall-għażla tagħha li tagħti l-kuntratt dwar is-servizz ta’ trasport mediku ordinarju permezz ta’ sejħa għal offerti minflok milli tagħtiha direttament permezz ta’ ftehim konkluż ma’ awtorità kontraenti oħra.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Rieco SpA vs Comune di Lanciano, Ecolan SpA (C-89/19), Comune di Ortona, Ecolan SpA (C-90/19), Comune di San Vito Chietino, Ecolan SpA (C-91/19)

(Kawżi magħquda C-89/19 sa C-91/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 12(3) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffavorixxi l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għad-detriment tal-kuntratti in house - Libertà tal-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tal-metodu ta’ provvista ta’ servizzi - Limiti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li awtorità kontraenti tikseb, fil-kapital ta’ organu li huwa proprjetà tal-awtoritajiet kontraenti, parteċipazzjonijiet li ma jistgħux jiggarantixxu l-kontroll ta’ dan l-organu jew setgħa ta’ veto)

(2020/C 313/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rieco SpA

Konvenuti: Comune di Lanciano, Ecolan SpA (C-89/19), Comune di Ortona, Ecolan SpA (C-90/19), Comune di San Vito Chietino, Ecolan SpA (C-91/19)

Fil-preżenza ta’: Comune di Ortona (C-89/19), Comune di Treglio (C-89/19), Autorità nazionale anticorruzione (ANAC)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-konklużjoni ta’ operazzjoni interna, magħrufa wkoll bl-isem ta’ “kuntratt in house”, għall-fatt li ma jkunx possibbli li jingħata kuntratt pubbliku u, f’kull każ, għall-obbligu li l-awtorità kontraenti turi l-vantaġġi speċifiċi, għall-kollettività, marbuta mal-użu tal-operazzjoni interna.

2)

L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2014/24 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi lil awtorità kontraenti milli tikseb parteċipazzjonijiet fil-kapital ta’ entità li l-azzjonisti tagħha huma awtoritajiet kontraenti oħra meta dawn il-parteċipazzjonijiet ma jistgħux jiggarantixxu l-kontroll jew setgħa ta’ veto u meta l-imsemmija awtorità kontraenti għandha l-intenzjoni li iktar ’il quddiem tikseb pożizzjoni ta’ kontroll konġunt u, b’konsegwenza ta’ dan, il-possibbiltà li twettaq għoti dirett ta’ kuntratti favur din l-entità li l-kapital tagħha huwa proprjetà ta’ diversi awtoritajiet kontraenti.


(1)  ĠU C 182, 27.05.2019


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2020 – Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) vs Deutscher Braunkohlen-Industrie – Verein eV, Lausitz Energie Kraftwerke AG, Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH eins energie in sachsen GmbH & Co. KG, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-172/19 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ambjent - Direttiva 2010/75/UE - Konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1442 - Impjanti kbar tal-kombustjoni - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Parteċipazzjoni fil-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-att - Garanziji proċedurali fil-mument tal-adozzjoni tal-att - Sostituzzjoni tal-motivi - Nuqqas ta’ motivi bbażati fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tal-appellanti - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Appell manifestament infondat)

(2020/C 313/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) (rappreżentanti: W. Spieth u N. Hellermann, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Deutscher Braunkohlen-Industrie – Verein eV, Lausitz Energie Kraftwerke AG, Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH, eins energie in sachsen GmbH & Co. KG (rappreżentanti: W. Spieth u N. Hellermann, Rechtsanwälte), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Tricot u A. C. Becker, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

L-Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Telecom Italia SpA, Wind Tre SpA, Vodafone Italia SpA, Lindam Srl vs Roma Capitale, Regione Lazio, Vodafone Italia SpA, Telecom Italia SpA, Wind Tre SpA, Wind Telecomunicazioni SpA

(Kawża C-368/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Restrizzjonijiet għall-installazzjoni ta’ antenni ta’ telefonija mobbli imposti mill-awtoritajiet lokali - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali - Inammissibbiltà manifesta)

(2020/C 313/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telecom Italia SpA, Wind Tre SpA, Vodafone Italia SpA, Lindam Srl

Konvenuti: Roma Capitale, Regione Lazio, Vodafone Italia SpA, Telecom Italia SpA, Wind Tre SpA, Wind Telecomunicazioni SpA

Fil-preżenza ta’: Regione Lazio, Wind Tre SpA, Telecom Italia SpA, Ente Suore Francescane Missionarie del Cuore Immacolato di Maria et, Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA), Congregazione delle Religiose di Gesù e Maria

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), b’deċiżjoni tat-2 ta’ Frar 2018, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 312, 16.9.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – SC Banca E S.A. vs G.D.

(Kawża C-381/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KE - Introduzzjoni ta’ rimedju legali ġdid fil-mori tal-kawża - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ effettività)

(2020/C 313/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Banca E S.A.

Konvenut: G.D.

Dispożittiv

Il-prinċipji ta’ ċertezza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux regola ta’ proċedura li timmodifika s-sistema ta’ rimedji prevista mill-ordinament ġuridiku intern, sa fejn tintroduċi rimedju u grad ta’ ġurisdizzjoni supplimentari, u li tapplika għal kawża pendenti fil-mument ta’ din il-modifika li fiha konsumatur ikun qiegħed jaġixxi kontra bejjiegħ jew fornitur, ladarba dan ir-rimedju ġdid ikun miftuħ għall-konsumatur u kif ukoll għall-bejjiegħ jew fornitur.


(1)  ĠU C 288, 26.08.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/8


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2020 minn Eurofer, Association Européenne de l'Acier, AISBL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-835/17, Eurofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-226/20 P)

(2020/C 313/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Eurofer, Association Européenne de l'Acier, AISBL (rappreżentanti: J. Killick, advocaat, G. Forwood, avocate)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, HBIS Group Serbia Iron & Steel LLC Belgrade

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla l-Artikolu 2 tar-regolament ikkontestat (1);

alternattivament tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni u lill-intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

1.

Żball ta’ liġi billi interpretat l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku (2) bħala li jfisser li l-Kummissjoni għandha d-diskrezzjoni tqis li importazzjonijiet li jirrappreżentaw parti mis-suq li teċċedi 1 % huma “negliġibbli”.

2.

Żbalji inkonnessjoni mal-evalwazzjoni li “l-volum tal-importazzjonijiet” mis-Serbja kienu “negliġibbli” għall-għanijiet tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. B’mod speċifiku, il-Qorti Ġenerali wettqet:

2.1.

żball ta’ liġi billi inkludiet elementi ta’ prezz fl-evalwazzjoni tan-negliġibbiltà, li hija biss evalwazzjoni kwantitattiva marbuta mal-volumi;

2.2.

alternattivament, żball ta’ liġi billi naqset milli tqis fatturi oħra (partikolarment data dwar twaqqigħ tal-prezz u dwar bejgħ bil-prezz imwaqqa’) li setgħet tindika (b’mod iktar preċiż) l-effetti potenzjali li jista’ jkollhom il-volumi importati; u

2.3.

addizzjonalment, żball manifest u distorzjoni tal-provi meta ddeċidiet li l-prezzijiet medji assoċjati mal-volumi li jammontaw għal parti mhux sinifinattiva tas-suq setgħu, waħidhom, jappoġġjaw konstatazzjoni li l-volum huwa “negliġibbli” f’dan il-każ speċifiku.

3.

Żbalji inkonnessjoni mal-konstatazzoni li “miżuri protettivi ma humiex neċessarji” għall-għanijiet tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament bażiku. B’mod speċifiku, il-Qorti Ġenerali wettqet:

3.1.

żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni setgħet ttittermina l-investigazzjoni mingħajr analiżi tad-danni potenzjali; u

3.2.

żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma eċċedietx il-marġni diskrezzjonali tagħha meta applikat l-Artikolu 9(2) tar-Regolament bażiku.

4.

Żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata tirrileva data dwar twaqqigħ tal-prezz u dwar bejgħ bil-prezz imwaqqa’ inkonnessjoni mal-esportatur Serbjan. B’mod speċifiku, il-Qorti Ġenerali wettqet:

4.1.

żball ta’ liġi meta ddeċidiet li r-rispett tad-drittijiet tad-difiża ta’ Eurofer ma kienx jirrikjedi l-iżvelar tad-data dwar twaqqigħ tal-prezz u dwar bejgħ bil-prezz imwaqqa’;

4.2.

żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-lanjant f’investigazzjoni anti-dumping ma jistax jinvoka r-rekwiżiti naxxenti mir-rispett tad-drittijiet tad-difiża; u

4.3.

żball ta’ liġi meta ddeċidiet li r-regolament ikkontestat kien josserva l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta’ Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU 2017, L 258, p. 24).

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Appeals Service Northern Ireland (Ir-Renju Unit) fis-7 ta’ April 2020 – VI vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-247/20)

(2020/C 313/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Appeals Service Northern Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VI

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

Wild, li jkun residenti permanenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea, għandu jkollu assigurazzjoni tal-mard komprensiva sabiex iżomm id-dritt ta’ residenza tiegħu, bl-istess mod bħalma hija għandha jkollha/huwa għandu jkollu bħala persuna awtosuffiċjenti, skont ir-Regola 4(1) tar-Regolament dwar l-Immigrazzjoni tal-2016?

2)

Ir-rekwiżit, skont ir-Regola 4(3)(b) tar-Regolament dwar l-Immigrazzjoni tal-2016 (li tipprovdi li l-kriterju ta’ assigurazzjoni tal-mard komprensiva huwa ssodisfatt biss fir-Renju Unit fir-rigward ta’ student jew ta’ persuna awtosuffiċjenti, imsemmija fir-Regola 16(2)(b)(ii) tar-Regolament dwar l-Immigrazzjoni tal-2016, jekk din l-assigurazzjoni tkun tkopri kemm lil din il-persuna kif ukoll lill-membri tal-familja tagħha), huwa illegali skont id-dritt tal-Unjoni, fid-dawl tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38 (1) u tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2010, Teixeira (C-480/08, EU:C:2010:83, punt 70)?

3)

Sussegwentement għas-sentenza tal-2014 Ahmad v. Secretary of State for the Home Department (Civ 988, punt 53), il-ftehimiet ta’ reċiproċità fis-seħħ li jirrigwardaw iż-Żona Komuni tal-Ivvjaġġar applikabbli għall-assigurazzjoni tal-mard bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda huma kkunsidrati bħala “ftehimiet ta’ reċiproċità”, u, għaldaqstant, jikkostitwixxu assigurazzjoni tal-mard komprensiva għall-finijiet tar-Regola 4(1) tar-Regolament dwar l-Immigrazzjoni tal-2016?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2020 – Thelen Technopark Berlin GmbH vs MN

(Kawża C-261/20)

(2020/C 313/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Thelen Technopark Berlin GmbH

Konvenut: MN

Domandi preliminari

1)

Jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mill-Artikolu 4(3) TUE, mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u mill-Artikolu 260(1) TFUE, li l-Artikolu 15(1), (2)(g) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (1) għandu effett dirett fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja fis-seħħ bejn persuni privati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali kuntrarji għal din id-direttiva, li jinsabu fl-Artikolu 7 tal-Honorarordnung für Architekten und Ingenieure (ir-Regolament dwar l-Iskala tal-Onorarji Dovuti għas-Servizzi ta’ Periti u ta’ Inġiniera, iktar ’il quddiem l-“HOAI”), li jagħmlu obbligatorji l-ammonti minimi ffissati f’din l-iskala għas-servizzi ta’ pjanifikazzjoni u ta’ sorveljanza ta’ periti u ta’ inġiniera, minbarra f’ċerti każijiet eċċezzjonali, u li jrendu null ftehim ta’ onorarji inferjuri għall-ammonti minimi mogħtija f’kuntratti ma’ periti jew inġiniera, ma għandhomx jiġu applikati iktar?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

a)

Is-sistema ta’ ammonti minimi obbligatorji dovuti għas-servizzi ta’ pjanifikazzjoni u ta’ sorveljanza tal-periti u tal-inġiniera li tinsab fl-Artikolu 7 tal-HOAI, stabbilita mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, twassal għal ksur tal-libertà ta’ stabbiliment stabbilit fl-Artikolu 49 TFUE jew għal ksur tal-prinċipji ġenerali oħra tad-dritt tal-Unjoni?

b)

Jekk il-punt (a) tat-tieni domanda jingħata risposta fl-affermattiv: jirriżulta minn dan il-ksur li, fi proċedura ġudizzjarja fis-seħħ bejn persuni privati, is-sistemi nazzjonali ta’ ammonti minimi obbligatorji (f’dan il-każ l-Artikolu 7 tal-HOAI) ma għandhomx jiġu applikati iktar?


(1)  ĠU 2006, L 376, p. 36.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep Antwerpen (il-Belġju) fil-15 ta’ Ġunju 2020 – FN vs Universiteit Antwerpen, Vlaamse Autonome Hogeschool Hogere Zeevaartschool, PB, ZK, NG, ZN, UM

(Kawża C-265/20)

(2020/C 313/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FN

Konvenuti: Universiteit Antwerpen, Vlaamse Autonome Hogeschool Hogere Zeevaartschool, PB, ZK, NG, ZN, UM

Domandi preliminari

Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li huwa anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (1), u l-klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas dwar Xogħol Part-Time, li huwa anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-ammissjoni f’università, abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali (l-Artikolu 91 tad-Digriet dwar l-Universitajiet) li tipprovdi li persunal akkademiku indipendenti b’pożizzjoni full-time jinħatar fuq bażi permanenti, u persunal b’pożizzjoni part-time jista’ jew jinħatar, jew jiġi impjegat fuq bażi temporanja għal perijodi li jistgħu jiġġeddu għal massimu ta’ sitt snin,

1.

tal-impjieg ta’ professur, abbażi tal-libertà politika għal perijodu ta’ għoxrin sena abbażi ta’ għoxrin kuntratt ta’ xogħol konsekuttivi, ta’ żmien qasir u part-time u ta’ ħatriet statutorji ta’ bejn sena u tliet snin, mingħajr l-ebda limitu fin-numru totali ta’ tiġdid, filwaqt li kollegi oħra b’assenjazzjoni simili bbenefikaw minn ħatra permanenti u full-time?

2.

li fir-regolamenti tal-persunal tagħha tistabbilixxi biss limitu minimu ġenerali ta’ perċentwali ta’ impjieg ta’ 50 fil-mija għall-eliġibbiltà għal ħatra fuq bażi permanenti, iżda ma tistabbilixxi l-ebda kriterju li abbażi tiegħu l-persunal part-time impjegat f’50 fil-mija jew iktar jinħatar fuq bażi permanenti jew temporanja?

3.

li tagħti rati ta’ ħatra lil professur part-time abbażi ta’ “libertà politika”, mingħajr ma tistabbilixxi kriterji oġġettivi u mingħajr ma tapplika kejl oġġettiv tal-piż ta’ xogħol?

4.

li din l-università tirrifjuta lil professur temporanju u part-time, meta l-impjieg tiegħu ma jerġax jiġġedded abbażi tal-“libertà politika” tal-università, id-dritt li jinvoka n-natura allegatament abbużiva tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-passat, għaliex huwa aċċetta dawn il-kundizzjonijiet f’kull każ billi wettaq ix-xogħol allokat, bil-konsegwenza li huwa jitlef il-protezzjoni mogħtija mid-dritt tal-Unjoni Ewropea?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Ġunju 2020 – UM

(Kawża C-277/20)

(2020/C 313/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UM

Partijiet oħra fil-proċedura: HW bħala amministratur tas-suċċessjoni ta’ ZL, Marktgemeinde Kötschach-Mauthen, Finanzamt Spittal Villach

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi patt ta’ suċċessjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, att ta’ donazzjoni causa mortis rigward proprjetà immobbli li tinsab fl-Awstrija, konkluż bejn żewġ ċittadini Ġermaniżi li għandhom il-post ta’ residenza abitwali tagħhom fil-Ġermanja u li jgħid li d-donatarju għandu jkollu fir-rigward tas-suċċessjoni, wara l-mewt tad-donatur, dritt personali għar-reġistrazzjoni tad-dritt tiegħu għall-proprjetà fir-reġistru tal-artijiet abbażi ta’ dan l-att ta’ donazzjoni u taċ-ċertifikat ta’ mewt tad-donatur, u għaldaqstant mingħajr intervent tal-amministrazzjoni kompetenti fil-qasam tas-suċċessjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

L-Artikolu 83(2) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jirregola wkoll il-validità tal-għażla tal-liġi applikabbli, magħmula qabel is-17 ta’ Awwissu 2015, għal att ta’ donazzjoni causa mortis li għandu jiġi kklassifikat bħala patt ta’ suċċessjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 650/2012?


(1)  ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3 u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miċ-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Ġunju 2020 – K vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

(Kawża C-285/20)

(2020/C 313/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna f’qgħad sħiħ, li tkun ittrasferiet ir-residenza tagħha lejn Stat Membru ieħor meta hija kienet qed tirċievi benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 mill-Istat Membru kompetenti u/jew qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħha, għandha dritt għal benefiċċju tal-qgħad taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn hija residenti?

2)

Ir-raġunijiet, pereżempju raġunijiet ta’ familja, li għalihom din il-persuna f’qgħad ittrasferixxiet ir-residenza tagħha lejn Stat Membru differenti mill-Istat Membru kompetenti huma rilevanti f’dan ir-rigward?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Lulju 2020 – UE, HC vs Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG

(Kawża C-301/20)

(2020/C 313/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UE, HC

Konvenuta: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG

Parti oħra fil-proċedura: Verlassenschaft des VJ

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-4 ta’ Lulju 2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kopja taċ-ċertifikat maħruġa, bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, mingħajr indikazzjoni ta’ data ta’ skadenza, għal żmien indefinit,

a.

hija valida u tipproduċi effetti għal żmien indeterminat, jew

b.

hija valida biss għal perijodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ ħruġ tal-kopja ċċertifikata, jew

c.

hija valida biss għal perijodu ta’ sitt xhur minn data oħra, jew

d.

ma hijiex valida u ma hijiex xierqa sabiex tintuża fis-sens tal-Artikolu 63 ta’ dan ir-regolament?

2)

L-Artikolu 65(1) moqri flimkien mal-Artikolu 69(3) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċertifikat jipproduċi l-effetti tiegħu għall-persuni kollha msemmija fiċ-ċertifikat b’isimhom bħala werrieta, legatarji, eżekuturi testamentarji jew amministraturi tas-suċċessjoni, b’tali mod li dawn jistgħu jużaw iċ-ċertifikat skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 650/2012 anki jekk ma jkunux talbu huma nfushom il-ħruġ tiegħu?

3)

L-Artikolu 69 moqri flimkien mal-Artikolu 70(3) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtentifikazzjoni tal-kopja ċċertifikata ta’ ċertifikat ta’ suċċessjoni għandha tkun irrikonoxxuta jekk l-imsemmija kopja kienet għadha valida meta ġiet ippreżentata għall-ewwel darba, iżda t-tul ta’ żmien ta’ validità tagħha skada qabel ma l-awtorità amministrattiva tat id-deċiżjoni mitluba, jew li, bil-kontra, l-imsemmija dispożizzjoni ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu wkoll fid-data tad-deċiżjoni?


(1)  ĠU 2012 L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3, u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fid-9 ta’ Lulju 2020 – A – Parti oħra: Autorité des marchés financiers

(Kawża C-302/20)

(2020/C 313/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Parti oħra fil-proċedura: Autorité des marchés financiers

Domandi preliminari

1)

Fl-ewwel lok,

a)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (1), moqri flimkien mal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni ġejjiena ta’ artiklu fl-istampa li jittrażmetti xniegħa dwar is-suq rigward emittent ta’ strument finanzjarju tista’ tissodisfa r-rekwiżit ta’ preċiżjoni meħtieġ minn dawn l-artikoli għall-klassifikazzjoni bħala informazzjoni minn ġewwa (“insider information”)?

b)

Il-fatt li l-artiklu fl-istampa, li l-pubblikazzjoni ġejjiena tiegħu tikkostitwixxi l-informazzjoni inkwistjoni, isemmi – inkwantu xniegħa dwar is-suq – il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri jaffettwa l-evalwazzjoni tan-natura preċiża tal-informazzjoni inkwistjoni?

c)

Ir-reputazzjoni tal-ġurnalist li ffirma l-artiklu, ir-reputazzjoni tal-korp ta’ stampa li ppubblikah, u l-effett effettivament kunsiderevoli (“ex post”) ta’ din il-pubblikazzjoni fuq il-prezz tat-titoli li hija tirreferi għalihom huma elementi rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura preċiża tal-informazzjoni inkwistjoni?

2)

Fit-tieni lok, fil-każ ta’ risposta fis-sens li informazzjoni bħal dik inkwistjoni tista’ tissodisfa r-rekwiżit ta’ preċiżjoni meħtieġ:

a)

L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iżvelar minn ġurnalist, lil wieħed mis-sorsi tas-soltu tiegħu, ta’ informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni ġejjiena ta’ artiklu bil-firma tiegħu li jittrażmetti xniegħa dwar is-suq jsir “għall-fini ta’ ġurnaliżmu”?

b)

Ir-risposta għal din id-domanda tiddependi, fost l-oħrajn, mill-kwistjoni dwar jekk il-ġurnalist kienx informat bix-xniegħa dwar is-suq minn dan is-sors jew jekk l-iżvelar tal-informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni ġejjiena tal-artiklu kinitx utli sabiex jinkisbu, minn dan is-sors, kjarifiki rigward il-kredibbiltà tax-xniegħa?

3)

Fit-tielet lok, l-Artikoli 10 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, anki meta informazzjoni minn ġewwa tiġi żvelata minn ġurnalist “għall-fini ta’ ġurnaliżmu”, fis-sens tal-Artikolu 21, in-natura legali jew illegali tal-iżvelar teżiġi evalwazzjoni dwar jekk dan sarx “waqt it-twettiq normali [tal-]professjoni [ta’ ġurnalist]”, fis-sens tal-Artikolu 10?

4)

Fir-raba’ lok, l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex iseħħ fil-kuntest normali tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ ġurnalist, l-iżvelar ta’ informazzjoni minn ġewwa għandu jkun strettament neċessarju għall-eżerċizzju ta’ din il-professjoni u għandu josserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 367.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 348.

(3)  ĠU 2014, L 173, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 287, p. 320.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Lulju 2020 – DQ vs Ryanair DAC

(Kawża C-323/20)

(2020/C 313/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DQ

Konvenuta: Ryanair Designated Activity Company

Domandi preliminari

1)

Għal trasportatur tal-ajru li jopera titjira, l-istrajk tal-persunal tiegħu stess organizzat minn sindakati jikkostitwixxi “ċirkustanza straordinarja” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)?

2)

F’dan ir-rigward huwa rilevanti jekk l-imsemmi strajk ikun ġie organizzat fuq il-bażi ta’ pretensjonijiet min-naħa tal-persunal li sa dak il-mument ma kinux miftiehma kuntrattwalment bejn il-persunal u t-trasportatur tal-ajru li jopera titjira?

3)

F’dan ir-rigward huwa rilevanti jekk l-istrajk inkwistjoni kienx ikkawżat minn aġir speċifiku min-naħa tat-trasportatur tal-ajru li jopera titjira fil-kuntest tan-negozjati mas-sindakat?

Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Awwissu 2020, din il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Finanzamt B vs X-Beteiligungsgesellschaft mbH

(Kawża C-324/20)

(2020/C 313/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt B

Konvenuta: X-Beteiligungsgesellschaft mbH

Domandi preliminari

1)

Huwa suffiċjenti li jkun hemm ftehim dwar ħlas bin-nifs sabiex jitqies li servizz ipprovdut f’okkażjoni waħda, u li ma huwiex għaldaqstant marbut ma’ perijodu speċifiku, jagħti lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew għal ħlasijiet suċċessivi, fis-sens tal-Artikolu 64(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

2)

Sussidjarjament, fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: għandu jitqies li hemm nuqqas ta’ pagament fis-sens tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, jekk, mal-provvista tas-servizz tagħha, il-persuna taxxabbli taqbel li din ser tkun irremunerata permezz ta’ ħames ħlasijiet annwali u li, fil-każ ta’ pagament sussegwenti, id-dritt nazzjonali jipprevedi rettifika li għandha bħala effett li tannulla t-tnaqqis preċedenti tal-valur taxxabbli taħt din id-dispożizzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail du Brabant wallon, division Wavre (il-Belġju) fl-24 ta’ Lulju 2020 – PR vs Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

(Kawża C-335/20)

(2020/C 313/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail du Brabant wallon, division Wavre

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PR

Konvenuta: Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

Domandi preliminari

1)

Id-deċiżjoni ta’ bdil tal-post ta’ reġistrazzjoni obbligatorja ta’ applikant għall-ażil f’ċentru tal-akkoljenza, li l-missjoni prinċipali tiegħu hija li jiffaċilita t-trasferiment ta’ dan l-applikant lejn l-Istat kompetenti li jeżamina l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni, adottata minn awtorità amministrattiva tal-Istat, u interpretata bħala miżura preparatorja għat-trasferiment effettiv, filwaqt li huwa jkun ippreżenta rikors għal annullament u għal sospensjoni kontra din l-ordni ta’ tneħħija quddiem qorti nazzjonali, tikkostitwixxi diġà l-eżekuzzjoni ta’ din l-ordni ta’ tneħħija fis-sens tar-Regolament Dublin III (1)?

2)

Fil-każ li r-risposta tkun fl-affermattiv, l-uniku rikors li għandu effett sospensiv, jiġifieri r-rikors għal sospensjoni f’każijiet ta’ urġenza estrema previst fl-Artikolu 39/82§ 4 tal-Liġi tal-15 ta’ Diċembru 1980, dwar l-Aċċess għat-Territorju, ir-Residenza, l-Istabbiliment u t-Tneħħija tal-Barranin, favur applikant għall-ażil li ġie mistieden jissottoponi l-eżami tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor, u marbut mal-eżekuzzjoni imminenti ta’ ordni ta’ tneħħija jew ta’ refoulement, jikkostitwixxi rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolament Dublin III?


(1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31, Rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50)


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/17


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2020 minn Nord Stream 2 AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-20 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-526/19, Nord Stream 2 vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża C-348/20 P)

(2020/C 313/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Nord Stream 2 AG (rappreżentanti: L. Van den Hende, advocaat, M. Schonberg, Solicitor, J. Penz-Evren, J. Maly, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-526/19 Nord Stream 2 vs Il-Parlament u Il-Kunsill, b’mod partikolari l-punti 1, 3, 4 u 6 tad-dispożittiv;

sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra l-istat tal-proċedura hekk jippermetti, li tiċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibilità, tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali biex tiddeċiedi dwar il-mertu jew, sussidjarjament, tiddikjara l-miżura kkontestata li huwa ta’ inċidenza diretta għall-appellanti u tirreferi l-każ lura lill-Qorti Ġenerali biex tiddeċiedi dwar inċidenza individwali jew li tgħaqqad din il-kwistjoni mal-mertu; u

tordna lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew ibatu l-ispejjeż tal-appellanti, inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju, li huwa maqsum f’żewġ partijiet, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta applikat ir-rekwiżit ta’ interess dirett u meta kkonstatat li l-appellanti ma kellhiex locus standi fir-rigward tal-azzjoni tagħha għall-annullament tad-Direttiva (UE) 2019/692 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 (iktar ’il quddiem id-“Direttiva li temenda”):

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkunsidrat li direttiva, inkluża d-direttiva li temenda, ma tistax minnha nfisha, qabel l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni jew l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni, taffettwa direttament is-sitwazzjoni legali ta’ operatur, li effettivament jeskludi kwalunkwe rikors għal annullament skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta evalwat il-kwistjoni tad-diskrezzjoni tal-Istat Membru f'termini kompletament ġenerali u mingħajr ma eżaminat x'inhu l-impatt ta’ kwalunkwe diskrezzjoni speċifikament fuq is-sitwazzjoni legali tal-appellanti u fid-dawl tas-suġġett tar-rikors tagħha.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tat-talbiet tal-Kunsill biex jitneħħew ċerti dokumenti mill-proċess tal-kawża u fl-aċċetazzjoni tat-talbiet tiegħu. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta wettqet l-evalwazzjoni tagħha kompletament taħt il-qafas tar-Regolament Nru 1049/2001 (2) dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti filwaqt li naqset milli tikkunsidra jekk id-dokumenti inkwistjoni kinux manifestament rilevanti għad-determinazzjoni tat-tilwima. Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball meta applikat il-qafas restrittiv stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fiċ-ċirkustanzi speċifiċi u akuti tal-Kawżi L-Ungerija vs Il-Kummissjoni u Is-Slovenja vs Il-Kroazja (3), għal sitwazzjonijiet oħra ta’ natura fundamentalment differenti. Finalment, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi tat piż sinjifikattiv lill-eżistenza tal-arbitraġġ separat imressaq mill-appellanti skont it-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija, li mhix relevanti għall-evalwazzjoni tagħha fuq ebda bażi, anki skont ir-Regolament 1049/2001.


(1)  Direttiva (UE) 2019/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (ĠU 2019, L 117, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(3)  Digriet tal-14 ta’ Mejju 2019, L-Ungerija vs Il-Parlament, C-650/18, mhux ippubblikat, EU:C:2019:438; sentenza tal-31 ta’ Jannar 2020, Is-Slovenja vs Il-Kroazja, C-457/18, EU:C:2020:65.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/18


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2020 minn Liviu Dragnea mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-12 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-738/18, Dragnea vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-351/20 P)

(2020/C 313/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Liviu Dragnea (rappreżentanti: C. Toby, O. Riffaud, B. Entringer, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat tal-Qorti Ġenerali kollu kemm hu;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (OCM(2018)20575) mibgħuta lir-rappreżentant legali tal-appellant permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Ottubru 2018;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn ta’ din l-azzjoni, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikoli 9(1), 9(2) u 9(4) tar-Regolament OLAF (1) u ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellant fl-investigazzjonijiet, inkluż id-dritt għal smigħ u l-osservanza tal-preżunzjoni ta’ innoċenza.

It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba fir-rigward tal-investigazzjonijiet kif ukoll ir-rifjut li tinbeda investigazzjoni dwar it-tmexxija tal-investigazzjoni tal-OLAF.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt għal aċċess għal dokumenti li jikkonċernaw l-investigazzjonijiet tal-OLAF.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU 2013, L 248, p. 1).


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/19


Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Sandoz Ltd, Hexal AG vs G.D. Searle LLC, Janssen Sciences Ireland

(Kawża C-114/18) (1)

(2020/C 313/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 152, 30.04.2018.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Procédure engagée par YV, , en présence de: Krajowa Rada Sądownictwa

(Kawża C-537/18) (1)

(2020/C 313/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Canarias – Spanja) – KA vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social

(Kawża C-811/18) (1)

(2020/C 313/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 139, 15.04.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/20


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2020 – Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-202/19 P) (1)

(2020/C 313/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/20


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2020 – Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-203/19) (1)

(2020/C 313/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/20


Digriet tal-President l-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2020 – Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-204/19 P) (1)

(2020/C 313/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/20


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2020 – Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-205/19 P) (1)

(2020/C 313/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – YX vs Eurowings GmbH

(Kawża C-542/19) (1)

(2020/C 313/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 353, 11.11.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – flightright GmbH vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-661/19) (1)

(2020/C 313/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 406, 2.12.2019.


Il-Qorti Ġenerali

21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Ocean Capital Administration et vs Il-Kunsill

(Kawża T-332/15) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti”)

(2020/C 313/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ocean Capital Administration GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) u l-31 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: P. Moser, QC, E. Metcalfe, barrister, u M. Taher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/556 tas-7 ta’ April 2015 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015, L 92, p. 101), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/549 tas-7 ta’ April 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015, L 92, p. 12), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE u intiża sabiex tiġi ddikjarata l-inapplikabbiltà tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497/PESK tal-10 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 272, p. 46), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 971/2013 tal-10 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 272, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ocean Capital Administration GmbH u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – VQ vs BĊE

(Kawża T-203/18) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq istituzzjoni ta’ kreditu għal ksur tal-Artikolu 77(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Modalitajiet ta’ pubblikazzjoni fis-sit internet tal-BĊE - Artikolu 18(6) tar-Regolament Nru 1024/2013 u Artikolu 132(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014”)

(2020/C 313/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VQ (rappreżentant: G. Cahill, barrister)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Koupepidou, E. Yoo u M. Puidokas, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Gurov u J. Bauerschmidt, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, A. Steiblytė, K.-P. Wojcik u A. Nijenhuis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni ECB-SSM-2018-ESSAB-4, SNC-2016-0026 tal-BĊE tal-14 ta’ Marzu 2018, meħuda skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), sa fejn, minn naħa, huwa impona fuq ir-rikorrenti sanzjoni pekunjarja amministrattiva ta’ EUR 1 600 000, u, min-naħa l-oħra, huwa ddeċieda favur il-pubblikazzjoni ta’ din is-sanzjoni, mingħajr anonimizzazzjoni ta’ isem ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

VQ, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), inkluż dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Crédit agricole vs BĊE

(Kawża T-576/18) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq istituzzjoni ta’ kreditu - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji - Ksur b’negliġenza - Applikazzjoni retroattiva ta’ leġiżlazzjoni kriminali inqas severa - Assenza - Drittijiet tad-difiża - Ammont tas-sanzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2020/C 313/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, A. Pizzolla u D. Segoin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-BĊE ECB/SSM/2018-FRCAG-75 tas-16 ta’ Lulju 2018 adottata skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), li timponi fuq ir-rikorrenti sanzjoni pekunjarja amministrattiva fl-ammont ta’ EUR 4 300 000 minħabba ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji previsti fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68, fil-ĠU 2013, L 321, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 20, p. 2).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ECB/SSM/2018-FRCAG-75 tas-16 ta’ Lulju 2018 hija annullata sa fejn timponi fuq Crédit agricole SA sanzjoni pekunjarja amministrattiva fl-ammont ta’ EUR 4 300 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Crédit agricole hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

4)

Il-BĊE huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs BĊE

(Kawża T-577/18) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq istituzzjoni ta’ kreditu - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji - Ksur b’negliġenza - Drittijiet tad-difiża - Ammont tas-sanzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2020/C 313/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Crédit agricole Corporate and Investment Bank (Montrouge, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, A. Pizzolla u D. Segoin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-BĊE ECB/SSM/2018-FRCAG-76 tas-16 ta’ Lulju 2018 adottata skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), li timponi fuq ir-rikorrenti sanzjoni pekunjarja amministrattiva fl-ammont ta’ EUR 300 000 minħabba ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji previsti fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68, fil-ĠU 2013, L 321, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 20, p. 2).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ECB/SSM/2018-FRCAG-76 tas-16 ta’ Lulju 2018 hija annullata sa fejn timponi fuq Crédit agricole SA sanzjoni pekunjarja amministrattiva fl-ammont ta’ EUR 300 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Crédit agricole Corporate and Investment Bank hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

4)

Il-BĊE huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Pablosky vs EUIPO – docPrice (mediFLEX easystep)

(Kawża T-20/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali mediFLEX easystep - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti Stepeasy - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 313/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pablosky, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Centell, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: docPrice GmbH (Koblenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landes, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 (Każ R 77/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pablosky u docPrice.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Novembru 2018 (Każ R 77/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pablosky, SL u docPrice GmbH, hija annullata sa fejn din tirrigwarda l-“ilbies” u x-“xedd ir-ras”, inklużi fil-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice.

2)

L-appell ippreżentat minn docPrice quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO huwa miċħud sa fejn dan jirrigwarda l-prodotti msemmija fil-punt 1.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Kull parti hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Pablosky vs EUIPO – docPrice (mediFLEX easySTEP)

(Kawża T-21/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva mediFLEX easySTEP - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti Stepeasy - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 313/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pablosky, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Centell, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: docPrice GmbH (Koblenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landes, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 (Każ R 76/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pablosky u docPrice.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Novembru 2018 (Każ R 76/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pablosky, SL u docPrice GmbH, hija annullata sa fejn din tirrigwarda l-“ilbies” u x-“xedd ir-ras”, inklużi fil-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice.

2)

L-appell ippreżentat minn docPrice quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO huwa miċħud sa fejn dan jirrigwarda l-prodotti msemmija fil-punt 1.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Kull parti hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Scorify vs EUIPO – Scor (SCORIFY)

(Kawża T-328/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SCORIFY - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea SCOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 313/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scorify UAB (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Botis u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Scor SE (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u C. de Callataÿ, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2019 (Każ R 1639/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Scor u Scorisk.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Scorify UAB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Essential Export vs EUIPO – Shenzhen Liouyi International Trading (TOTU)

(Kawża T-633/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li allegatament tinkludi l-element verbali ‘TOTU’ u bil-kuluri aħmar u iswed - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti TOTTO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 313/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Essential Export SA (San José, il-Kosta Rika) (rappreżentant: A. B. Padial Martínez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Shenzhen Liouyi International Trading Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2019 (Każ R 362/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Essential Export u Shenzhen Liouyi International Trading.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Essential Export SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2020 – Sherpa Europe vs EUIPO – Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA NEXT)

(Kawża T-170/19) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2020/C 313/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sherpa Europe, SL (Erandio, Spanja) (rappreżentanti: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. García Murillo u M. J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Núcleo de comunicaciones y control, SL (Tres Cantos, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2018 (Każ R 523/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Núcleo de comunicaciones y control u Sherpa Europe.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Sherpa Europe, SL, hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Núcleo de comunicaciones y control, SL, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/28


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2020 – Price vs Il-Kunsill

(Kawża T-231/20 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Deċiżjoni (UE) 2020/135 - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom - Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà - Rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”)

(2020/C 313/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: David Price (Dorat, Franza) (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, R. Meyer u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 1), u tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (JO 2020, L 29, p. 7), sa fejn dawn l-atti ma jippermettux li tinżamm iċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea tar-rikorrent, jew, għall-inqas, tal-Artikolu 127(1)(b) tal-imsemmi ftehim, u, min-naħa l-oħra, talba abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(3) TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-proċeduri u għar-rinviju tal-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex isirulha domandi preliminari.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/29


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Wong (GT RACING)

(Kawża T-463/20)

(2020/C 313/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wai Leong Wong (Glasgow, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “GT RACING” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 138 033

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 1612/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba li ma ġiex identifikat speċifikatament il-pubbliku rilevanti.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba twettiq ta’ żball fil-paragun tas-sinjali.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba twettiq ta’ żball fil-paragun tal-klassijiet 9, 16 u 28 għal prodotti tat-trade mark preċedenti u tal-klassi 18 għal prodotti tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba li ma ttieħdux inkunsiderazzjoni l-provi relatati mal-perċezzjoni probabbli tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti mill-pubbliku rilevanti.

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi l-oħra tal-kontestazzjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) imsemmija iktar ’il fuq.

Nuqqas ta’ realizzazzjoni li l-konstatazzjoni ta’ fatt minnha kien biżżejjed sabiex tistabbilixxi avvjament, rappreżentazzjoni ħażina u danni skont id-dritt relatat mal-abbuż ta’ denominazzjoni tar-Renju Unit.

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi l-oħra abbażi tad-dritt relatat mal-abbuż ta’ denominazzjoni taħt l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/30


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2020 – LF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-466/20)

(2020/C 313/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: LF (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Settembru 2019 li permezz tagħha giet rrifjutata lilu l-allowance tal-espatrijazzjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/31


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2020 – Alteryx vs EUIPO – Allocate Software (ALLOCATE)

(Kawża T-476/20)

(2020/C 313/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alteryx, Inc. (Irvine, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u M. Holah, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allocate Software Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ALLOCATE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 740 658

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 1709/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha u tħallas dawk mġarrab mir-rikorrenti, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;

fil-każ li l-parti l-oħra tipparteċipa fil-proċeduri bħala intervenjenti, tikkundannaha tbati l-ispejjeż tagħha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) flimkien mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli jimmotiva d-deċiżjoni.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/31


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2020 – Eos Products vs EUIPO (Forma ta’ kontenitur sferiku)

(Kawża T-489/20)

(2020/C 313/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Eos Products Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Stolzenburg-Wiemer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Forma ta’ kontenitur sferiku) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 903 081

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2017/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2020 – El Corte Inglés vs EUIPO – Ou (-Vpro)

(Kawża T-491/20)

(2020/C 313/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kuei-Chin Ou (Tajpei, it-Tajwan)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni –Vpro – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 741 133

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ April 2020 fil-Każ R 1758/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn iċ-ċaħda tal-appell tal-parti li topponi tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 3 055 001 li tat it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 741 133 -Vpro (figurattiva), sabiex tiddistingwi prodotti fil-klassijiet 24 u 25.

tikkundanna għall-ispejjeż lil dik il-parti jew dawk il-partijiet li jopponu dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/33


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju2020 – S. Tous vs EUIPO – Zhejiang China-Best Import & Export (Lámpara)

(Kawża T-492/20)

(2020/C 313/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: S. Tous, SL (Manresa, Spanja) (rappreżentanti: D. Gómez Sánchez u J.L. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang China-Best Import & Export Co. Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju (Luces) – Disinn Komunitarju Nru 4422343-0012

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 1553/2019-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-proprjetarju tad-disinn kontenzjuż għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk imġarrba waqt il-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u t-Tielet Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 (flimkien mal-Artikoli 6, 7 u 9(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/33


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Banco Cooperativo Español vs SRB

(Kawża T-499/20)

(2020/C 313/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Cooperativo Español, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Sarmiento Ramírez-Escudero, J. Beltrán de Lubiano Sáez de Urabain u P. Biscari García, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

(i)

tiddikjara l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63;

(ii)

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, minħabba ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/79 u tal-Artikolu 70 tar-Regolament 806/2014, interpretati fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

(iii)

fi kwalunkwe każ, tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata ma tistax tagħti lok għal effetti retroattivi mid-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni tal-2016 u, għalhekk, tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jagħti lok għal tali effetti;

(iv)

fi kwalunkwe każ, tordna lil SRB jikkumpensa lill-Banco Cooperativo Español:

a.

l-ammont li jikkorrispondi għall-interessi moratorji fir-rigward tas-somma mħallsa fl-2016 għall-perijodu bejn it-23 ta’ Ġunju 2016 u d-data ta’ ħlas minn SRB tas-somom dovuti, ikkalkolati abbażi tar-rata ta’ rifinanzjament applikabbli tal-BĊE (attwalment 0 %), miżjuda bi 3,5 punti perċentwali;

b.

sussidjarjament, fil-każ biss fejn il-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija sostantivament konformi mad-dritt iżda ma tipproduċix effetti retroattivi, l-ammont li jikkorrispondi għall-interessi moratorji fir-rigward tas-somma mħallsa fl-2016 għall-perijodu bejn it-23 ta’ Ġunju 2016 u d-19 ta’ Marzu 2020, data li fiha d-deċiżjoni kkontestata tipproduċi l-effetti tagħha, ikkalkolati abbażi tar-rata ta’ rifinanzjament applikabbli tal-Bank Ċentrali Ewropew (attwalment 0 %), miżjuda bi 3,5 punti perċentwali;

c.

iktar sussidjarjament, l-ammont li jikkorrispondi għall-qligħ li kienet tikseb ir-rikorrenti li kieku akkwistat, waqt l-irkant tas-16 ta’ Ġunju 2016, bonds tal-Istat Spanjol għal 10 snin ta’ valur ekwivalenti għall-kontribuzzjoni ex ante għas-sena 2016, ikkalkolat mit-23 ta’ Ġunju 2016 sad-data ta’ ħlas minn SRB tas-somom dovuti (jew, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija sostantivament konformi mad-dritt iżda ma tipproduċix effetti retroattivi, sad-19 ta’ Marzu 2020).

(v)

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tad-19 ta’ Marzu 2020 dwar il-kalkolu ta’ kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2020/16) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). Ir-rikorrenti tqis li SRB ried jattribwixxi effetti retroattivi lid-deċiżjoni kkontestata, billi jistabbilixxi d-data tal-effetti tagħha għall-15 ta’ April 2016, data li fiha ġiet adottata l-ewwel deċiżjoni dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante li jikkorrispondu għas-sena 2016.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE, intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tiddikjara l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni (ĠU 2005, L 11, p. 44).

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-artikolu inkwistjoni tar-Regolament ta’ Delega:

a)

Jikser l-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59 sa fejn jistabbilixxi sistema ta’ kalkolu li timponi fuq entità li għandha profil ta’ riskju konservattiv kontribuzzjoni ex ante li tikkorrispondi għal entità li għandha profil ta’ riskju għoli ħafna.

b)

Jikser l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn jirrestrinġi b’mod inġustifikat id-dritt fundamentali tal-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti.

c)

Jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kontabbiltà doppja li tirriżulta minn ċerti elementi tal-passiv tar-rikorrenti, u li jwassal b’hekk għal restrizzjoni mhux neċessarja u sproporzjonata manifestament inġustifikata.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59 u tal-Artikolu 70 tar-Regolament 806/2014, interpretati fid-dawl tal-Artikolu 16 tal-Karta u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-motivi li jiġġustifikaw l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 juru b’mod ċar in-neċessità li l-profil ta’ riskju tar-rikorrenti jiġi aġġustat għall-ispeċifiċità operazzjonali tan-network kooperattiv li hija tmexxi, kif meħtieġ mill-artikoli ċċitati iktar ’il fuq. Għaldaqstant, hemm lok li jitqies li d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-kontenut tagħha jirrifletti l-applikazzjoni stretta u letterali ta’ prinċipju li ma jiħux inkunsiderazzjoni l-profil ta’ riskju tar-rikorrenti, tikser it-tieni paragrafu tal-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59 u, b’mod partikolari, ir-Regolament 806/2014, li l-Artikolu 70 tiegħu, dwar kontribuzzjonijiet ex ante, jirreferi għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59 u għal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħha.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali li jippermetti li jiġu attribwiti effetti retroattivi għal deċiżjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-ġurisprudenza sa fejn

a)

L-għanijiet allegati minn SRB li jiġġustifikaw l-applikazzjoni retroattiva tad-deċiżjoni kkontestata ma humiex għanijiet ta’ interessi ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw deroga mill-prinċipju ġenerali tan-nuqqas ta’ applikazzjoni retroattiva tal-atti tal-Unjoni,

b)

Fi kwalunkwe każ, ir-retroattività la hija essenzjali u lanqas neċessarja sabiex jintlaħqu l-imsemmija għanijiet sa fejn jeżistru alternattivi inqas vinkolanti għall-partijiet li jippermettu t-twettiq tagħhom; u

c)

L-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti ġew miskura peress li l-aġir ta’ SRB imur kontra l-effetti stabbiliti mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-323/16.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ir-responsabbiltà kuntrattwali ta’ SRB skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE u 87(3) tar-Regolament 806/2014 minħabba arrikkiment indebitu.

d)

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li SRB huwa marbut jikkumpensa lil Banco Cooperativo Español abbażi tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali minħabba arrikkiment indebitu, għall-interessi li ddekorrew bejn il-mument tal-ħlas tal-kontribuzzjoni ex ante għas-sena 2016 – ħlas li, mill-annullament tad-deċiżjoni tal-2016 fil-Kawża T-323/16, ma huwa bbażat fuq ebda deċiżjoni ta’ SRB – u l-mument ta’ ħlas definittiv jew, sussidjarjament, id-data tad-deċiżjoni kkontestata.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Einkaufsbüro Deutscher Eisenhändler vs EUIPO – Tigges (TOOLINEO)

(Kawża T-877/19) (1)

(2020/C 313/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.