ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 312

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
21 ta' Settembru 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 312/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9479 — PSA/SAFT/ACC) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 312/02

Rata tal-kambju tal-euro — It-18 ta' Settembru 2020

2

2020/C 312/03

Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2020 (Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794 /2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

3

2020/C 312/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ Ġunju 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.37956 — Ronds à Beton Relatur: L-Awstrija

4

2020/C 312/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ Lulju 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.37956(2) – Ronds à Beton Relatur: L-Awstrija

6

2020/C 312/06

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta Il-Każ AT.37956 — Il-vireg għar-rinfurzar

7

2020/C 312/07

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2019 dwar proċediment skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (Il-każ AT.37956) (notifikat bid-dokument C(2019) 4969)  ( 1 )

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9479 — PSA/SAFT/ACC)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 312/01)

Fis-7 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9479. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta' Settembru 2020

(2020/C 312/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1833

JPY

Yen Ġappuniż

123,49

DKK

Krona Daniża

7,4403

GBP

Lira Sterlina

0,91318

SEK

Krona Żvediża

10,3990

CHF

Frank Żvizzeru

1,0776

ISK

Krona Iżlandiża

160,80

NOK

Krona Norveġiża

10,7538

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,727

HUF

Forint Ungeriż

360,78

PLN

Zloty Pollakk

4,4602

RON

Leu Rumen

4,8580

TRY

Lira Turka

8,9600

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6242

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5601

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1707

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7489

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6082

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 375,96

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,1520

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0146

HRK

Kuna Kroata

7,5415

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 435,93

MYR

Ringgit Malażjan

4,8687

PHP

Peso Filippin

57,306

RUB

Rouble Russu

89,1439

THB

Baht Tajlandiż

36,889

BRL

Real Brażiljan

6,2176

MXN

Peso Messikan

24,7344

INR

Rupi Indjan

87,0140


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/3


Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2020

(Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794 /2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2020/C 312/03)

Ir-rati ta’ bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad iridu jkunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ skont dan ifisser li kellu jiġi miżjud marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tal-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru tiġi kkalkulata wkoll biż-żieda ta’ 100 punti bażi għar-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella preċedenti kienet ippubblikata fil-ĠU C 299, 9.9.2020, p. 2.

Minn

Sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.10.2020

-0,26

-0,26

0,00

-0,26

0,46

-0,26

0,18

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

0,22

0,72

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

-0,26

0,29

-0,26

2,54

0,12

-0,26

-0,26

0,38

1.9.2020

30.9.2020

-0,17

-0,17

0,00

-0,17

0,46

-0,17

0,22

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

0,22

0,93

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

-0,17

0,44

-0,17

2,54

0,20

-0,17

-0,17

0,51

1.8.2020

31.8.2020

-0,11

-0,11

0,00

-0,11

0,62

-0,11

0,22

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

0,22

0,93

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

-0,11

0,61

-0,11

2,54

0,32

-0,11

-0,11

0,75

1.7.2020

31.7.2020

-0,15

-0,15

0,00

-0,15

1,13

-0,15

0,14

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

0,26

0,93

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

0,98

-0,15

3,21

0,32

-0,15

-0,15

0,75

1.6.2020

30.6.2020

-0,22

-0,22

0,00

-0,22

1,77

-0,22

0,05

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

0,26

0,78

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

-0,22

1,35

-0,22

3,21

0,32

-0,22

-0,22

0,94

1.5.2020

31.5.2020

-0,31

-0,31

0,00

-0,31

2,25

-0,31

-0,05

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

0,26

0,52

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

1,84

-0,31

3,21

0,26

-0,31

-0,31

0,94

1.4.2020

30.4.2020

-0,31

-0,31

0,00

-0,31

2,25

-0,31

-0,05

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

0,26

0,40

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

1,84

-0,31

3,21

0,26

-0,31

-0,31

0,94

1.3.2020

31.3.2020

-0,31

-0,31

0,00

-0,31

2,25

-0,31

-0,05

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

0,26

0,30

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

1,84

-0,31

3,21

0,26

-0,31

-0,31

0,94

1.2.2020

29.2.2020

-0,31

-0,31

0,00

-0,31

2,25

-0,31

-0,07

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

0,26

0,30

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

1,84

-0,31

3,21

0,18

-0,31

-0,31

0,94

1.1.2020

31.1.2020

-0,31

-0,31

0,00

-0,31

2,25

-0,31

-0,12

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

0,26

0,30

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

-0,31

1,84

-0,31

3,21

0,11

-0,31

-0,31

0,94


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ Ġunju 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.37956 — Ronds à Beton

Relatur: L-Awstrija

(2020/C 312/04)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-aġir antikompetittiv kopert mill-abbozz tad-deċiżjoni jikkostitwixxi ftehim u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1) tat-Trattat KEFA, li kien fis-seħħ meta ġraw il-fatti.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prodott u tas-suq ġeografiku tal-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz tad-deċiżjoni.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi li l-abbozz tad-deċiżjoni jirrigwardahom, ipparteċipaw fi ksur uniku, kumpless u kontinwu tal-Artikolu 65(1) tat-Trattat KEFA, kif inhu miktub fl-abbozz tad-deċiżjoni.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan u/jew l-effett tal-ftehimiet u/jew tal-prattiċi miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1) tat-Trattat KEFA.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiċi miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod konsiderevoli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

6.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikabbiltà tal-Artikoli 7(1) u 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 bħala bażi legali.

7.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 65(1) tat-Trattat KEFA bħala liġi sostantiva minkejja li dan skada.

8.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-ksur.

9.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li s-seduta orali tat-23 ta’ April 2018 irrimedjat l-iżball proċedurali identifikat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenzi tagħha tal-21 ta’ Settembru 2017.

10.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar li jitkomplew il-proċedimenti.

11.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-argumenti mressqa mill-partijiet wara t-tkomplija tal-proċedimenti huma adegwatament indirizzati fl-abbozz tad-deċiżjoni.

12.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li, għar-raġunijiet deskritti fl-abbozz tad-deċiżjoni, meta jitqabblu l-interessi ġenerali mal-interessi tal-impriżi kkonċernati, hija l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni fl-Unjoni Ewropea li għandha tiġi żgurata.

13.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel dwar l-adozzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea.

14.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jiena hawn nikkonferma li Spanja u l-Italja pparteċipaw f’din il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv permezz ta’ vidjokonferenza u talbuni niffirma l-Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv f’isimhom.

Konstantina STROUVALI

Il-President fil-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/6


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ Lulju 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.37956(2) – Ronds à Beton

Relatur: L-Awstrija

(2020/C 312/05)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-perjodu ta’ limitazzjoni ma skadiex.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żieda fl-ammont bażiku minħabba ċirkostanza aggravanti għal waħda mill-partijiet.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jaqbel mal-applikazzjoni ta’ ċirkostanzi mitiganti għan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ żewġ partijiet, għal perijodu limitat, f’aspett wieħed tal-aġir.

6.   

Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ ċirkostanza mitiganti straordinarja f’dan il-każ.

7.   

Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont għaċ-ċirkostanza mitiganti straordinarja.

8.   

Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont tat-tnaqqis tal-multa abbażi tal-Avviż tal-Kummissjoni tal-1996 dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni jew it-tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell għal waħda mill-partijiet.

9.   

Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

10.   

Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/7


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-Każ AT.37956 — Il-vireg għar-rinfurzar

(2020/C 312/06)

(1)   

L-abbozz tad-deċiżjoni għandu l-għan li jadotta mill-ġdid id-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 (“id-Deċiżjoni tal-2009”) (2) – annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-2017 –,li fiha nnifisha kienet l-adozzjoni mill-ġdid ta’ deċiżjoni preċedenti tas-17 ta’ Diċembru 2002 (“id-Deċiżjoni tal-2002”) (3) – annullata mill-Qorti Ġenerali fl-2007.

(2)   

L-abbozz tad-deċiżjoni sab li kien jeżisti kartell fis-suq Taljan tal-vireg tal-azzar għar-rinfurzar tal-konkrit matul l-1989 u l-2000, bi ksur tal-Artikolu 65 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (it-“Trattat KEFA”). Dan kien indirizzat lil ħames impriżi (flimkien imsejħa “il-Partijiet”):

1.

Alfa Acciai S.p.A. (“Alfa”);

2.

Feralpi Holding S.p.A. (“Feralpi”);

3.

Ferriere Nord S.p.A. (“Ferriere Nord”);

4.

Partecipazioni Industriali S.p.A. in Amministrazione Straordinaria – dik li kienet Riva Fire S.p.A. (“Partecipazioni Industriali”); kif ukoll

5.

Ferriera Valsabbia S.p.A. u Valsabbia Investimenti S.p.A. (flmkien “Valsabbia”).

(3)   

Wara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2017 (“is-sentenzi tal-21 ta’ Settembru 2017”) (4) li annullaw id-Deċiżjoni tal-2009, il-Kummissjoni reġgħet kompliet bil-proċedimenti fil-Każ AT.37956 — il-Vireg għar-rinfurzar. Biex wieħed jifhem l-abbozz tad-deċiżjoni huwa meħtieġ rendikont fil-qosor ta’ dawn il-proċedimenti:

Id-Deċiżjoni tal-2002 kienet indirizzata lil tmien manifatturi Taljani tal-vireg tal-azzar għar-rinfurzar tal-konkrit, kif ukoll lill-assoċjazzjoni Taljana tal-produtturi tal-azzar Federacciai. Din ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali fil-25 ta’ Ottubru 2007 minħabba li l-bażi legali użata fiha, jiġifieri l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA, ma kienx iktar fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni tagħha (5). Id-Deċiżjoni tal-2002 saret finali sa fejn hija kkonċernata Federacciai, li ma ppreżentatx rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali;

Bid-Deċiżjoni tagħha tal-2009, il-Kummissjoni adottat mill-ġdid deċiżjoni li tikkonstata l-ksur u timponi multi fuq it-tmien impriżi li kkontestaw id-Deċiżjoni tal-2002 (6). Kollha kemm huma applikaw għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-2009 quddiem il-Qorti Ġenerali, li kkonfermat id-Deċiżjoni u tat tnaqqis żgħir fil-multa lil żewġ impriżi (is-“sentenzi tad-9 ta’ Diċembru 2014”) (7). Ħamsa mit-tmien impriżi appellaw is-sentenzi tad-9 ta’ Diċembru 2014. Id-Deċiżjoni tal-2009 hija finali sa fejn tikkonċerna lit-tliet impriżi li ma kkontestawx is-sentenzi tad-9 ta’ Diċembru 2014 (8);

Din tal-aħħar twarrbet mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-21 ta’ Settembru 2017, u annullat id-Deċiżjoni tal-2009 sa fejn kienet tikkonċerna lill-appellanti. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li d-Deċiżjoni tal-2009 kisret rekwiżit proċedurali essenzjali li jirriżulta mir-Regolament 1/2003 u mir-Regolament 773/2004 (9) minħabba li ma kienet saret l-ebda seduta orali dwar il-mertu tal-każ li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri kellhom jiġu mistiedna għaliha. Fil-fatt, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri ma kinux ġew mistiedna jipparteċipaw fl-ewwel seduta orali tat-13 ta’ Ġunju 2002, li kienet tirrigwarda l-mertu tal-każ u li seħħet qabel l-iskadenza tat-Trattat KEFA (10). Huma ġew mistiedna għat-tieni seduta orali tat-30 ta’ Settembru 2002, iżda din is-seduta orali ttrattat biss il-konsegwenzi legali tal-iskadenza tat-Trattat KEFA għat-tkomplija tal-proċedimenti.

(4)   

Permezz tal-ittra tal-15 ta’ Diċembru 2017, id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (“DĠ Kompetizzjoni”) spjega lil kull waħda mill-Partijiet il-konklużjonijiet li wasal għalihom mis-sentenzi tal-21 ta’ Settembru 2017 u l-bażi li fuqha kellu l-intenzjoni li jerġa’ jibda l-proċedimenti bil-għan li jasal għal pożizzjoni finali dwar il-każ. L-ittra spjegat li, skont is-sentenza tal-Qorti ta’ Limburgse Vinyl Maatschappij et vs il-Kummissjoni (il-“ġurisprudenza PVC II”), wara l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-każ jista’ jitkompla mill-punt fejn ġie identifikat l-iżball proċedurali (11). F’dan il-każ, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2002 ma affettwax l-atti preparatorji tad-deċiżjoni, iżda s-seduta orali biss. Fl-istess ittri, id-destinatarji tad-deċiżjoni kienu għalhekk mistiedna sabiex jesprimu l-interess tagħhom li jipparteċipaw f’seduta orali ġdida li kienet tkopri wkoll il-mertu tal-każ. Il-partijiet kollha wieġbu fl-1 ta’ Frar 2018 u esprimew l-interess tagħhom li jipparteċipaw fis-seduta orali.

(5)   

Permezz tal-ittri sussegwenti tat-22 ta’ Marzu u tat-13 ta’ April 2018, id-DĠ Kompetizzjoni ċċara li l-bażi legali korretta għall-evalwazzjoni tal-ksur kienet l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA, filwaqt li, wara li skada t-Trattat KEFA, ir-Regolament 1/2003 kien il-bażi legali korretta fir-rigward tal-proċedura. L-ittri komplew jiċċaraw li, fil-każ tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida dwar il-multi, il-Kummissjoni ssegwi l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-1998 flimkien mal-konsiderazzjonijiet magħmula fl-ittri tagħha tat-30 ta’ Ġunju 2008 (li ma timponix multi li jkunu ogħla minn dawk imposti fl-2002).

(6)   

Fuq talba ta’ Alfa u Valsabbia, id-DĠ Kompetizzjoni informa lill-Partijiet li, qabel is-seduta orali l-ġdida, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri kienu rċevew id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, id-dikjarazzjoni supplementari ta’ oġġezzjonijiet u t-tweġibiet rispettivi tagħhom, flimkien mal-ittri tal-15 ta’ Diċembru 2017, it-tweġibiet għal tali ittri u l-ittri tat-22 ta’ Marzu 2018.

(7)   

Is-smigħ orali l-ġdid sar fit-23 ta’ April 2018, bil-parteċipazzjoni ta’ erbgħa mill-ħames Partijiet: Alfa, Feralpi, Ferriere Nord u Valsabbia.

(8)   

Partecipazioni Industriali ma pparteċipatx fis-seduta orali l-ġdida (12). Madankollu, fuq it-talba tagħha, ippermettejt li Partecipazioni Industriali tissottometti bil-miktub osservazzjonijiet minflok difiża orali fl-istess perjodu ta’ żmien previst għas-seduta orali l-ġdida. Partecipazioni Industriali ppreżentat dawn l-osservazzjonijiet bil-miktub fl-24 ta’ April 2018. Fis-7 ta’ Mejju 2018, Feralpi ppreżentat difiża bil-miktub ġdida apparti l-parteċipazzjoni tagħha fis-seduta orali l-ġdida.

(9)   

L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri ġew mistiedna għas-seduta orali l-ġdida, u sitta minnhom kienu tabilħaqq irrappreżentati fis-seduta orali l-ġdida (13).

(10)   

Xi Partijiet argumentaw li s-seduta orali l-ġdida tat-23 ta’ April 2018 ma setgħetx tirrimedja l-problema tan-nuqqas ta’ seduta orali dwar il-mertu tal-każ fl-2002 li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri kienu mistiedna għaliha, minħabba li s-seduti orali fl-2002 involvew ukoll it-tliet impriżi l-oħra u l-assoċjazzjoni ta’ impriżi li kienu d-destinatarji l-oħra tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, tad-Deċiżjoni tal-2002 u d-Deċiżjoni tal-2009. Dan l-argument ma jikkonvinċinix, peress li destinatarju ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ma għandu l-ebda dritt għal seduta orali fil-preżenza tad-destinatarji l-oħra tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (14).

(11)   

Filwaqt li kien hemm referenza, fis-sottomissjonijiet bil-miktub u orali tagħhom, għall-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawżaSolvay vs il-Kummissjoni (15), kif ukoll għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (16), il-partijiet kollha kkritikaw id-dewmien eċċessiv – madwar 18-il sena – ta’ dawn il-proċedimenti u sostnew li d-dritt fundamentali tagħhom li l-kawża tagħhom tiġi ttrattata fi żmien raġonevoli – stabbilit fl-Artikolu 41(1) u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – inkiser. Skont il-partijiet, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda leġittimità li tiftaħ mill-ġdid il-proċedimenti peress li t-titwil eċċessiv tagħhom u l-ħtieġa li terġa’ tiġi adottata darbtejn l-istess deċiżjoni kienet esklużivament attribwibbli għall-komportament ħażin tal-Kummissjoni stess. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi xorta waħda li tadotta t-tielet deċiżjoni ta’ projbizzjoni, hija jenħtieġ li tnaqqas b’mod sostanzjali l-multi minħabba t-tul eċċessiv tal-proċediment.

(12)   

Il-kwistjoni tar-rispett tad-dritt fundamentali tal-Partijiet li l-każ tagħhom jiġi trattat fi żmien raġonevoli, dritt rikonoxxut fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u stabbilit fl-Artikolu 41(1) u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tabilħaqq jirrikjedi kunsiderazzjoni bir-reqqa f’dan il-każ.

(13)   

Fid-dawl tal-istadji kollha tal-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji, it-tul assolut tal-proċedimenti f’dan il-każ, li beda bl-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni bejn Ottubru u Diċembru 2000, huwa bla ebda dubju partikolarment twil. Fil-fatt, diġà għaddew aktar minn 18-il sena. Peress li fis-sentenzi tal-21 ta’ Settembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja ma indirizzatx għadd ta’ raġunijiet tal-appell imqajma kontra s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali sal-punt li dawn is-sentenzi tal-aħħar ikkonfermaw id-Deċiżjoni tal-2009, huwa probabbli li mill-inqas xi wħud mill-Partijiet se jeżerċitaw id-dritt tagħhom biex it-tielet deċiżjoni tal-Kummissjoni terġa’ tiġi rieżaminata mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja. Jekk wieħed jassumi li dan it-tielet ċiklu ta’ rieżami ġudizzjarju se jtemm b’mod definittiv il-proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji f’dan il-każ, wieħed jista’ jipprevedi li 22 jew 23 sena jistgħu faċilment jgħaddu sa dak iż-żmien.

(14)   

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-raġonevolezza tad-dewmien tal-proċedimenti trid tiġi evalwata skont iċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża u, b’mod partikolari, l-importanza tal-kawża għall-partijiet ikkonċernati, il-kumplessità tal-kawża kif ukoll l-aġir tal-partijiet u tal-awtoritajiet kompetenti, ġaladarba l-lista ta’ kriterji rilevanti ma hijiex eżawrjenti (17).

(15)   

Minn dan isegwi li l-fatt li t-terminu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali kif stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament 1/2003 għadu ma skadiex, ma jirrispondix il-mistoqsija (18).

(16)   

In-natura mhux raġonevoli tat-tul tal-proċedimenti ma tistax tirriżulta biss mit-tul eċċessiv ta’ stadju jew tad-diversi stadji individwali tal-proċedimenti, iżda wkoll mit-tul globali tal-proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji kollha f’daqqa (19).

(17)   

Ma jistax jiġi argumentat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta biss it-tul tal-proċedimenti tagħha. L-Artikolu 41(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma huma xejn ħlief żewġ espressjonijiet tal-istess dritt fundamentali tal-partijiet li l-kawża tagħhom tintemm fi żmien raġonevoli (20). L-uniku fattur li jinteressa lill-impriżi kkonċernati huwa dak li jsiru jafu f’liema mument se jiġi deċiż il-“każ” tagħhom b’mod definittiv minn awtorità indipendenti (21).

(18)   

Il-Kummissjoni ma tistax teżonera ruħha mir-responsabbiltà kollha għad-dewmien ġenerali tal-proċedimenti, inklużi l-istadji ġudizzjarji, minħabba li l-kompatibbiltà mad-drittijiet fundamentali tas-sistema li fiha l-Kummissjoni taġixxi kemm bħala investigatur kif ukoll bħala dik li tieħu d-deċiżjonijiet fil-prim’istanza tal-każijiet ta’ antitrust tiddependi fuq il-fatt li l-partijiet ikollhom il-possibbiltà li jirrevedu d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni permezz tal-qrati tal-UE (22).

(19)   

Bla dubju hemm riskju reali f’dan il-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tikkunsidra li t-tul globali tal-proċedimenti f’dan il-każ, inklużi ż-żewġ stadji quddiem il-Qorti Ġenerali wara d-Deċiżjoni tal-2002 u d-Deċiżjoni tal-2009, huwa twil iżżejjed. Imbagħad tqum il-kwistjoni dwar x’se jkun ir-rimedju xieraq.

(20)   

Skont il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-fatt li jkun inqabeż żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni, sa fejn jikkostitwixxi irregolarità proċedurali li tikkostitwixxi ksur ta’ dritt fundamentali, għandu jintitola lill-parti kkonċernata għal rimedju effettiv li permezz tiegħu tkun tista’ tikseb kumpens adegwat (23).

(21)   

Ħafna drabi l-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkonfrontata bil-kwistjoni ta’ liema rimedju l-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja stess għandhom jagħtu jekk il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja jsibu li l-proċedimenti amministrattivi u/jew ġudizzjarji kienu twal wisq f’każ ta’ antitrust.

(22)   

Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement sostniet li l-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu biss jannullaw deċiżjoni tal-Kummissjoni jekk jinstab il-ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE u jistgħu jimponu multi għal tali ksur jekk ikun ġie ppruvat li t-tul ta’ żmien mhux raġonevoli tal-proċedimenti amministrattivi u/jew ġudizzjarji affettwaw b’mod negattiv il-kapaċità tal-impriżi kkonċernati li jiddefendu lilhom infushom fil-proċedimenti amministrattivi u/jew ġudizzjarji (24).

(23)   

Ma humiex suffiċjenti l-allegazzjonijiet astratti u impreċiżi mill-impriżi kkonċernati li d-drittijiet tad-difiża tagħhom inkisru. Li jrid jiġi ppruvat huwa effett negattiv konkret fuq il-kapaċità tal-impriża li tiddefendi ruħha, pereżempju billi l-individwi fi ħdan l-impriża, li setgħu jipprovdu spjegazzjonijiet li jiskaġunaw marbutin mal-evidenza fil-fajl tal-Kummissjoni, ma kinux għadhom ħajjin jew disponibbli fiż-żmien meta l-impriża ngħatat aċċess tardiv għall-fajl tal-Kummissjoni, filwaqt li dawn l-individwi kienu jkunu disponibbli kieku l-aċċess għall-fajl ma ngħatax tard (25).

(24)   

Fin-nuqqas ta’ effett negattiv konkret ippruvat fuq il-kapaċità tal-impriża li tiddefendi ruħha, il-Qorti tal-Ġustizzja dejjem qatgħetha li l-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja setgħu jagħtu biss kumpens finanzjarju. Billi l-ġurisprudenza preċedenti qieset li dan il-kumpens seta’ jingħata mill-Qorti Ġenerali jew mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-forma ta’ tnaqqis tal-multa applikata mill-Qorti fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha skont it-tifsira tal-Artikolu 261 TFUE (26), il-ġurisprudenza l-iktar reċenti tqis li r-rimedju xieraq huwa li l-impriża kkonċernata tippreżenta rikors separat għad-danni skont l-Artikolu 268 TFUE flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE (27).

(25)   

Fil-każ preżenti, ma rajt l-ebda prova ta’ effett negattiv konkret minħabba t-tul mhux raġonevoli tal-proċedimenti fuq il-kapaċità tal-Partijiet li jiddefendu lilhom infushom. L-ewwel stadju amministrattiv tal-proċedimenti, li wassal għad-Deċiżjoni tal-2002, kien relattivament rapidu, u f’dak iż-żmien l-Partijiet kellhom aċċess sħiħ għall-fajl. Fis-seduta orali l-ġdida tat-23 ta’ April 2018, u fid-diversi sottomissjonijiet bil-miktub li saru minn mindu ssuktaw il-proċedimenti wara l-ittri tal-15 ta’ Diċembru 2017, il-Partijiet ma taw prova tal-ebda effett negattiv konkret fuq il-kapaċità tagħhom li jiddefendu lilhom infushom. Għall-kuntrarju, l-argumenti sostantivi żviluppati fis-seduta orali l-ġdida u f’xi wħud minn dawk is-sottomissjonijiet bil-miktub jikkonfermaw il-kapaċità tal-Partijiet li jiddefendu lilhom infushom.

(26)   

Madankollu, il-Partijiet jargumentaw li f’dan il-każ speċifiku, fejn diġà llum jista’ jkun hemm ksur tad-dritt fundamentali tagħhom li jkollhom il-każ tagħhom ttrattat fi żmien raġonevoli, il-Kummissjoni tkun obbligata li tabbanduna immedjatament il-proċedimenti, sabiex tevita li deliberatament tkabbar it-tul diġà eċċessiv tal-proċedimenti u b’hekk jiġi estiż il-ksur tad-dritt fundamentali tal-Partijiet.

(27)   

Filwaqt li ma nistax insegwi l-argumenti tal-partijiet f’dan ir-rigward sal-konklużjoni finali tagħhom, naħseb li l-Partijiet għandhom punt għax is-sitwazzjoni li tinsab fiha l-Kummissjoni llum f’dan il-każ hija differenti mis-sitwazzjoni li tirreferi għaliha l-ġurisprudenza msemmija fil-paragrafi minn 21 sa 24 ta’ hawn fuq.

(28)   

Il-ġurisprudenza msemmija fil-punti minn 21 sa 24 hawn fuq tikkonċerna r-rimedju li l-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja jenħtieġ li jagħtu jekk il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja jsibu li l-proċeduri amministrattivi u/jew ġudizzjarji f’każ ta’ antitrust kienu twal b’mod mhux raġonevoli, filwaqt li l-kwistjoni li l-Kummissjoni qed tħabbat wiċċha magħha f’dan il-każ illum hija dik dwar jekk għandhiex tkompli bil-proċedimenti u tadotta deċiżjoni ġdida, it-tielet waħda, li permezz tal-istħarriġ ġudizzjarju li jirriżulta, li l-Partijiet huma kompletament intitolati għalih, tista’ faċilment ittawwal il-proċedimenti li diġà huma twal b’erba’ jew ħames snin oħra (ara l-paragrafu 13 hawn fuq).

(29)   

Differenza essenzjali hija li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda obbligu li terġa’ tibda l-proċedimenti wara annullament għal raġunijiet proċedurali ta’ deċiżjoni preċedenti li tkun sabet ksur ta’ antitrust u li timponi multi, u lanqas ma hija obbligata li tkompli tali proċedimenti sakemm tiġi adottata deċiżjoni ġdida.

(30)   

Hekk kif il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex tinvestiga jew le l-ksur possibbli tal-projbizzjonijiet tal-antitrust, u dwar jekk tkomplix bl-investigazzjonijiet tagħha sal-adozzjoni tal-ewwel deċiżjoni li tikkonstata ksur ta’ antitrust u li timponi multi (28), hija għandha bl-istess mod setgħa diskrezzjonali wiesgħa li tiftaħ mill-ġdid jew li ma tiftaħx proċedimenti wara l-annullament ta’ din l-ewwel deċiżjoni għal raġunijiet proċedurali, u jekk tkomplix jew le l-proċedimenti li reġgħu nbdew sal-adozzjoni tat-tieni deċiżjoni. Bl-istess mod, jekk din it-tieni deċiżjoni terġa’ tiġi annullata għal raġunijiet proċedurali, il-Kummissjoni għandha għal darb’oħra setgħa diskrezzjonali wiesgħa dwar jekk għandhiex tkompli bil-proċedimenti li reġgħu nbdew sal-adozzjoni tat-tielet deċiżjoni.

(31)   

Madankollu, ma naqbilx mal-fehma tal-Partijiet li, fis-sitwazzjoni preżenti fejn hemm ir-riskju reali li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tikkunsidra li t-tul globali tal-proċedimenti huwa diġà twil b’mod mhux raġonevoli, il-Kummissjoni neċessarjament titlef kull diskrezzjoni u awtomatikament tkun obbligata li twaqqaf il-proċedimenti. Din il-fehma tpoġġi b’mod unilaterali l-piż kollu fuq il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet tal-Partijiet skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali biex il-każ tagħhom jiġi trattat fi żmien raġonevoli, filwaqt li titraskura kompletament l-importanza tal-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-UE, li hija l-għan fundamentali tat-Trattati (29).

(32)   

Fil-fehma tiegħi, il-pożizzjoni korretta hija li f’sitwazzjoni bħal dik preżenti l-Kummissjoni hija obbligata, fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħha, li tkompli jew ma tkomplix dawn il-proċedimenti sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida li ssib ksur tal-antitrust u timponi multi, li tikkunsidra u tagħti l-importanza xierqa lill-ksur possibbli tad-dritt fundamentali tal-partijiet li l-każ tagħhom jiġi ttrattat fi żmien raġonevoli, li diġà seħħ, kif ukoll li tikkunsidra l-impatt ulterjuri tad-deċiżjoni tagħha fuq il-protezzjoni tad-dritt fundamentali tal-Partijiet.

(33)   

Dan ifisser li qabel ma tiġi adottata t-tielet deċiżjoni ġdida f’dan il-każ, il-Kummissjoni trid teżamina, filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, jekk il-kontribut li l-adozzjoni ta’ din it-tielet deċiżjoni tagħmel għat-twettiq tal-għan ta’ implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE ma jingħelibx mill-impatt li tħalli din il-linja ta’ azzjoni dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-partijiet skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

(34)   

Jekk l-eżitu tat-taħriġ ta’ bbilanċjar jkun li l-kontribut, li l-adozzjoni tat-tielet deċiżjoni l-ġdida tħalli, biex jintlaħaq l-għan tal-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE jegħleb l-impatt ta’ din il-linja t’azzjoni fir-rigward tar-rispett tad-dritt fundamentali tal-Partijiet skont il-Karta, il-Kummissjoni tista’ tadotta din it-tielet deċiżjoni. Sabiex tirrimedja l-ksur possibbli tad-dritt fundamentali tal-Partijiet, il-Kummissjoni trid, fil-fehma tiegħi, tagħti lill-partijiet tnaqqis fl-ammont tal-multi. Id-daqs tat-tnaqqis irid jirrifletti l-ispeċifiċitajiet tal-każ, inkluż il-fatt li l-ebda tul eċċessiv f’dan il-każ ma jista’ jiġi attribwit għall-aġir tal-Partijiet (30).

(35)   

Fl-opinjoni tiegħi l-abbozz tad-deċiżjoni jissodisfa dawn ir-rekwiżiti. Fil-fatt, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi kollha tal-każ, dan jikkonkludi li l-adozzjoni tat-tielet deċiżjoni li timponi multi hija b’mod ġenerali ġġustifikata, filwaqt li jingħata tnaqqis ta’ 50 % mill-ammont tal-multa biex jiġi rikonoxxut it-tul tal-proċedimenti. Anki li kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tikkonstata li t-tul tal-proċedimenti f’dan il-każ huwa twil iżżejjed, dan it-tnaqqis jidher li jikkostitwixxi r-rimedju xieraq (31).

(36)   

Meta mqabbel mad-Deċiżjoni tal-2009, flimkien mat-tnaqqis ta’ 50 % imsemmi fil-paragrafu 35 ta’ hawn fuq, l-abbozz tad-deċiżjoni jqis is-sentenzi tad-9 ta’ Diċembru 2014 u b’hekk inaqqas l-ammont bażiku tal-multi għal Partecipazioni Industriali u Ferriere Nord bi 3 % u b’6 % rispettivament (32). Barra minn hekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Partecipazioni Industriali, l-abbozz ta’ deċiżjoni jastjeni wkoll milli japplika koeffiċjent ta’ deterrenza lil Partecipazioni Industriali u jistabbilixxi l-multa tiegħu għal EUR 0 wara l-applikazzjoni tal-limitu ta’ 10 % skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament 1/2003.

(37)   

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet rigward liema Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u jien wasalt għal konklużjoni pożittiva.

(38)   

Kollox ma’ kollox, nikkonkludi li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-Partijiet ġie rrispettat f’dan il-każ.

Brussell, l-1 ta’ Lulju 2019.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009)7492 final tat-30 ta’ Settembru 2009 dwar il-ksur tal-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (COMP/37.956 - Vireg għar-rinfurzar, riadozzjoni), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9912 final tat-8 ta’ Diċembru 2009 dwar proċediment skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (il-Każ COMP/37.956 — Vireg li jirrinforzaw il-konkrit f'għamla tonda, riadozzjoni), pubblikazzjoni fil-qosor ĠU C 98, 30.3.2011, p. 16–19. Ir-rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta tat-22 ta’ Settembru 2009 fil-Każ COMP/37.956 — Vireg li jirrinforzaw il-konkrit f'għamla tonda, riadozzjoni (ĠU C 98, 30.3.2011, p. 14).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/894/KE tas-17 ta’ Diċembru 2002 dwar proċediment skond l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA kontra Alfa Acciai SpA, Feralpi Siderurgica SpA, Ferriere Nord SpA, IRO Industrie Riunite Odolesi SpA, Leali SpA, Acciaierie e Ferriere Leali Luigi SpA li qed tiġi likwidata (f’likwidazzjoni), Lucchini SpA, Siderpotenza SpA, Riva Acciaio SpA, Valsabbia Investimenti SpA, Ferriera Valsabbia SpA u kontra l-assoċjazzjoni tal-intrapriżi Federacciai (Federazione delle Imprese Siderurgiche Italiane) (il-Każ C.37.956 – Vireg li jirrinforzaw il-konkrit f'għamla tonda,) (ĠU L 353, 13.12.2006, p. 1). Ir-rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-9 ta’ Diċembru 2002 fil-każ COMP/37.956 — il-Vireg għar-rinfurzar, (ĠU C 303, 13.12.2006, p. 2).

(4)  Is-sentenzi f’Feralpi Holding vs il-Kummissjoni, C-85/15 P, EU:C:2017:709; Ferriera Valsabbia, Valsabbia Investimenti vs il-Kummissjoni, C-86/15 P, u Alfa Acciai vs il-Kummissjoni, C-87/15 P, EU:C:2017:717; Ferriere Nord vs il-Kummissjoni, C-88/15 P, EU:C:2017:716; Riva Fire vs il-Kummissjoni, C-89/15 P, EU:C:2017:713.

(5)  Is-sentenzi f’SP, Leali, Acciaerie e Ferriere Leali Luigi, IRO, Lucchini, Ferriera Valsabbia, Valsabbia Investimenti u Alfa Acciai vs il-Kummissjoni, T-27/03, T-46/03, T-58/03, T-79/03, T-80/03, T-97/03 u T-98/03, EU:T:2007:317; Riva Acciaio vs il-Kummissjoni, T-45/03, EU:T:2007:318; Feralpi Siderurgica vs il-Kummissjoni, T-77/03, EU:T:2007:319; Ferriere Nord vs il-Kummissjoni, T-94/03, EU:T:2007:320. It-Trattat KEFA kien iffirmat fl-1952 għal 50 sena u skada fit-23 ta’ Lulju 2002.

(6)  Jiġifieri (1) Alfa Acciai S.p.A; (2) Feralpi Holding S.p.A. (dik li kienet Feralpi Siderurgica S.p.A.); (3) Ferriere Nord S.p.A.; (4) IRO Industrie Riunite Odolesi S.p.A.; (5) Leali S.p.A. u Acciaierie e Ferriere Leali Luigi S.p.A. f’likwidazzjoni; (6) Lucchini S.p.A. u S.P. S.p.A. f’likwidazzjoni (dik li kienet Siderpotenza S.p.A.); (7) Riva Fire S.p.A. (dik li kienet Riva Acciaio S.p.A.); u (8) Ferriera Valsabbia S.p.A. u Valsabbia Investimenti S.p.A.

(7)  Is-sentenzi ta’ Leali u Acciaierie e Ferriere Leali Luigi vs il-Kummissjoni, T-489/09, T-490/09 u T-56/10, EU:T:2014:1039; IRO vs il-Kummissjoni, T-69/10, EU:T:2014:1030; Feralpi vs il-Kummissjoni, T-70/10, EU:T:2014:1031; Riva Fire vs il-Kummissjoni, T-83/10, EU:T:2014:1034; Alfa Acciai vs il-Kummissjoni, T-85/10, EU:T:2014:1037; Ferriere Nord vs il-Kummissjoni, T-90/10, EU:T:2014:1035; Lucchini vs il-Kummissjoni, T-91/10, EU:T:2014:1033; Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs il-Kummissjoni T-92/10, EU:T:2014:1032. Il-Qorti Ġenerali tat tnaqqis fil-multa ta’ 3 % lil Riva Fire u tnaqqis ta’ 6 % fil-multa lil Ferriere Nord.

(8)  It-tliet impriżi li ma appellawx huma IRO Industrie Riunite Odolesi S.p.A. (“IRO”), Ferriere Leali Luigi S.p.A. (“Leali”) u Lucchini S.p.A. – dik li kienet Siderpotenza S.p.A. (“Lucchini”). Ara wkoll is-sentenza Lucchini vs il-Kummissjoni, T-185/18, EU:T:2019:298.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) (“ir-Regolament 1/2003”); Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18) (“ir-Regolament 773/2004”).

(10)  Tali parteċipazzjoni ma kinitx prevista fit-Trattat KEFA, li permezz tiegħu l-Kummissjoni kellha l-kompetenza esklużiva sabiex tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni.

(11)  Is-sentenza ta’ Limburgse Vinyl Maatschappij et vs il-Kummissjoni, C 238/99 P, C 244/99 P, C 245/99 P, C 247/99 P, C 250/99 P to C 252/99 P u C 254/99 P, EU:C:2002:582, il-paragrafi 70-76.

(12)  Il-Kummissarji Straordinarji ta’ Partecipazioni Industriali rrifjutaw l-istedina tiegħi biex jattendu għas-seduta orali l-ġdida. F’konformità mal-Artikoli 14(4) u (5) tar-Regolament 773/2004, Partecipazioni Industriali ma setgħux jkunu rrappreżentati fis-seduta orali mill-avukati esterni tagħhom biss; ara s-sentenza Badische Anilin- & Soda-Fabrik vs il-Kummissjoni, 49/69, EU:C:1972:71, il-paragrafu 11.

(13)  Billi l-istedina tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri tikkostitwixxi rekwiżit proċedurali essenzjali, ma hemm l-ebda obbligu għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri li jattendu s-seduta orali; ara s-Sentenza ta’ Servier vs il-Kummissjoni, T-691/14, EU:T:2018:922, il-paragrafu 163.

(14)  Is-Sentenza ta’ Cimenteries CBR et vs il-Kummissjoni, T-25/95 etc., EU:T:2000:77, il-paragrafu 697, u l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Darmon f’Ahlström Osakeyhtiö et vs il-Kummissjoni, C-89/85 etc., EU:C:1988:258, il-paragragrafu 155.

(15)  L-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott f’Solvay vs il-Kummissjoni, C-109/10 P, EU:C:2011:256.

(16)  Is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Eckle vs il-Ġermanja r-Rikors 8130/78, il-paragrafu 76; Gorou vs il-Greċja, ir-Rikors 12686/03, il-paragrafu 46; Kakamoukas et vs il-Greċja, ir-Rikors 38311/02, il-paragrafu 32. Alfa u Valsabbia rreferew ukoll għal Neumeister vs l-Awstrija, ir-Rikors 1936/63 u Rouille vs Franza, ir-Rikors 50268/99.

(17)  Ara l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott f’Solvay vs il-Kummissjoni, fin-nota 15 t’hawn fuq, il-paragrafu 237, u l-ġurisprudenza msemmija.

(18)  L-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott f’Solvay vs il-Kummissjoni, fin-nota 15 t’hawn fuq, il-paragrafu 347.

(19)  L-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott f’Solvay vs il-Kummissjoni, fin-nota 15 t’hawn fuq, il-paragrafi 238 u 239.

(20)  L-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott f’Solvay vs il-Kummissjoni, fin-nota 15 t’hawn fuq, il-paragrafu 240.

(21)  L-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott f’Solvay vs il-Kummissjoni, fin-nota 15 t’hawn fuq, il-paragrafu 240.

(22)  Ara s-Sentenza Schindler vs il-Kummissjoni, C-501/11 P, EU:C:2013:522, il-paragrafu 34.

(23)  Kudla vs il-Polonja, ir-Rikors 30210/96, il-paragrafi 150-156; ara wkoll is-sentenza fiGroupe Gascogne vs il-Kummissjoni, C-58/12 P, EU:C:2013:770, il-paragrafu 72.

(24)  Is-sentenza f’Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied vs il-Kummissjoni, C-105/04 P, EU:C:2006:592, il-paragrafi 42 u 43, l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott f’Solvay vs il-Kummissjoni, in-nota 15 t’hawn fuq, il-paragrafi minn 250 sa 262.

(25)  Is-sentenza f’Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied, fin-nota 24 t’hawn fuq, il-paragrafi 56 u 49, u l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott f’Solvay vs il-Kummissjoni, fin-nota 15 t’hawn fuq, il-paragrafi minn 312 sa 320.

(26)  Is-sentenza f’Baustahlgewebe vs il-Kummissjoni, C-185/95 P, EU:C:1998:608, il-paragrafu 48.

(27)  Is-sentenzi f’Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs il-Kummissjoni, C-385/07 P, il-paragrafu 195; Groupe Gascogne vs il-Kummissjoni, fin-nota 23 t’hawn fuq, il-paragrafi 81-83; Bolloré vs il-Kummissjoni, C-414/12 P, EU:C:2014:301, il-paragrafu 106; u CEPSA vs il-Kummissjoni, C-608/13 P, EU:C:2016:414, il-paragrafu 71.

(28)  L-eżistenza ta’ din is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tirriżulta mill-formulazzjoni tal-Artikoli 7 u 23(2) tar-Regolament 1/2003, li jipprevedi li l-Kummissjoni “tista’” tadotta tali deċiżjonijiet, mill-ġurisprudenza dwar id-drittijiet tal-lanjanti (ara s-sentenza Ufex et vs il-Kummissjoni, C-119/97 P, EU:C:1999:116, il-paragrafi 86-92) kif ukoll mill-ġurisprudenza (C-344/98, EU:C:2000:689) ta’ Masterfoods.

(29)  L-Opinjoni 2/13 (l-Adeżjoni tal-UE mal-KEDB) tal-Qorti tal-Ġustizzja, EU:C:2014:2454, il-paragrafu 172, u l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott f’Solvay vs il-Kummissjoni , fin-nota 15 t’hawn fuq, il-paragrafu 328.

(30)  Għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 18 hawn fuq, il-fatt li l-Partijiet eżerċitaw id-dritt tagħhom li l-Qrati tal-UE jirrevedu d-Deċiżjoni tal-2002 u d-Deċiżjoni tal-2009, ma jistax jiġi invokat kontra l-Partijiet.

(31)  Qabbel mal-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott f’Solvay vs il-Kummissjoni, fin-nota 15 t’hawn fuq, il-paragrafu 357.

(32)  Ara l-paragrafu 3 u n-nota 7 ta’ qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq.


21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/13


SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Lulju 2019

dwar proċediment skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA

(Il-każ AT.37956)

(notifikat bid-dokument C(2019) 4969)

(It-test bil-lingwa taljana biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 312/07)

Fl-4 ta’ Lulju 2019 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment skond l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Il-ksur inkwistjoni jikkonċerna lill-Artikolu 65 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (“it-Trattat KEFA”) fis-settur tal-vireg għar-rinfurzar fl-Italja u li diġà kien is-suġġett ta’ żewġ deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni.

(2)

L-ewwel Deċiżjoni (2), adottata fis-17 ta’ Diċembru 2002, ġiet annullata mill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej permezz tas-sentenzi tal-25 ta’ Ottubru 2007 (3), minħabba l-indikazzjoni żbaljata tal-bażi legali użata. It-tieni deċiżjoni, adottata fit-30 ta’ Settembru 2009 (4) u integrata fit-8 ta’ Diċembru 2009 b’rettifika (5), l-ewwel ġiet ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-2014 u mbagħad ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja permezz tas-sentenzi tal-21 ta’ Settembru 2017 (6) peress li nkisru rekwiżit proċedurali essenzjali.

(3)

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil ħames impriżi Taljani li jinkludu sitt kumpaniji: Alfa Acciai SpA (“Alfa”), Feralpi Holding SpA (“Feralpi”), Ferriere Nord SpA (“Ferriere Nord”), Partecipazioni Industriali SpA in Amministrazione Straordinaria (“Partecipazioni Industriali” jew “Riva”), Valsabbia Investimenti SpA u Ferriera Valsabbia SpA (“Valsabbia”, biex tiġi indikata l-persuna jew iż-żewġ persuni ġuridiċi kkostitwiti taħt l-isem Valsabbia Investimenti SpA u taħt l-isem Ferriera Valsabbia SpA). Il-ftehim li ħadu sehem fih dam mis-6 ta’ Diċembru 1989 sal-4 ta’ Lulju 2000.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(4)

Abbażi tal-informazzjoni miġbura waqt spezzjonijiet li saru fl-uffiċċji tal-manifatturi tal-vireg għar-rinfurzar u tar-risposti għal talbiet għall-informazzjoni li ntbagħtu lil dawn l-impriżi skont l-Artikolu 47 tat-Trattat KEFA, il-Kummissjoni, fis-26 ta’ Marzu 2002, bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA u adottat id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, innotifikata skont l-Artikolu 36 tat-Trattat KEFA lill-impriżi destinatarji ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

Tul l-investigazzjoni, Ferriere Nord kkuntattjat lill-Kummissjoni skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi jew it-tnaqqis tal-ammont tagħhom f’każijiet ta’ akkordji tat-18 ta’ Lulju 1996 (“Avviż ta’ Klemenza”) (7).

(6)

Id-destinatarji tad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ssottomettew il-kummenti bil-miktub tagħhom u talbu sabiex ikunu jistgħu jippreżentawhom oralment quddiem l-Uffiċjal tas-Smigħ waqt is-seduta li saret fit-13 ta’ Ġunju 2002.

(7)

Fit-13 ta’ Awwissu 2002, il-Kummissjoni bagħtet lill-istess destinatarji dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet addizzjonali li fiha spjegat liema kienet se tkun il-pożizzjoni tagħha dwar il-kontinwazzjoni tal-proċediment wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA. L-uffiċjal tas-Seduta organizza t-tieni seduta fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fit-30 ta’ Settembru 2002, li kienet tirrigwarda biss id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali.

(8)

Il-proċedura laħqet il-qofol tagħha bl-adozzjoni tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2002 kontra tmien impriżi u assoċjazzjoni tal-impriżi, li wara ġiet annullata mill-Qorti tal-Prim’Istanza fil-25 ta’ Ottubru 2007 wara appelli li saru mit-tmien impriżi destinatarji. Madankollu, id-Deċiżjoni kienet definittiva fir-rigward tal-assoċjazzjoni tal-impriżi, li ma kinitx appellat.

(9)

L-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2002 kien abbażi tal-indikazzjoni żbaljata tal-bażi ġuridika (il-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA, li kienu skadew meta d-deċiżjoni ġiet adottata). Għalhekk, l-annullament ma jnaqqasx mill-validità tal-proċedura amministrattiva li saret qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni. Għaldaqstant, permezz tal-ittra ddatata t-30 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tadottata mill-ġdid id-Deċiżjoni annullata bil-bażi ġuridika kkoreġuta. Il-partijiet kollha ppreżentaw osservazzjonijiet fil-mertu.

(10)

Fit-30 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat it-tieni Deċiżjoni rigward dan il-każ. Id-Deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 ġiet emendata bid-Deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2009, peress li għadd ta’ annessi bi żball tħallew barra mid-Deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009.

(11)

Id-destinatarji kollha tad-Deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 resqu appelli kontriha quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li ċaħdet dawn l-appelli fis-sentenzi tagħha tal-2014.

(12)

Bejn l-20 u l-24 ta’ Frar 2015, Alfa, Feralpi, Ferriere Nord, Riva u Valsabbia appellaw quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra s-sentenzi rispettivi tal-2014.

(13)

Fil-21 ta’ Settembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009, kif emendata bid-Deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2009, sa fejn din kienet tikkonċerna l-impriżi li din id-Deċiżjoni kienet tindirizza, u annullat ukoll is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-2014 dwar l-appelli mressqa mill-impriżi li lilhom hija indirizzata din id-Deċiżjoni.

(14)

Il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li kien hemm ksur tal-proċedura minħabba li l-ewwel seduta, li kienet tirrigwarda l-mertu tal-każ, li saret fit-13 ta’ Ġunju 2002 meta t-Trattat KEFA kien fis-seħħ, kienet seħħet mingħajr l-attendenza tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li t-tieni seduta tat-30 ta’ Settembru 2002, li għaliha r-rappreżentanti tal-Istati Membri ġew mistiedna skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE li eventwalment beda japplika, kienet primarjament tirrigwarda l-konsegwenzi legali tal-iskadenza tat-Trattat KEFA u mhux il-mertu tal-każ.

(15)

Għalhekk, il-Qorti kkonkludiet li s-seduta ta’ smigħ tat-13 ta’ Ġunju 2002 ma kinitx kompletament konformi mar-rekwiżiti proċedurali li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004.

(16)

Peress li r-raġunijiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 kienu jirrigwardaw esklużivament żball proċedurali li jikkonċerna ż-żamma tas-seduta ta’ smigħ, u ma kienu jikkonċernaw l-ebda att amministrattiv u proċedurali preparatorju għaliha, il-Kummissjoni ddeċidiet, skont il-ġurisprudenza stabbilita (8), li terġa’ tibda l-proċedura fil-punt eżatt li fih seħħ l-iżball proċedurali, filwaqt li tat lill-partijiet il-possibbiltà li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kwistjoni kollha fil-kuntest ta’ seduta li għandha ssir skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004.

(17)

Fil-15 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni għalhekk bagħtet ittra lid-destinatarji ta’ din id-Deċiżjoni biex tinfurmahom bl-intenzjoni tagħha li terġa’ tibda l-proċedura u tistedinhom biex jesprimu l-interess tagħhom li jattendu seduta orali fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Istati Membri. L-ittra offriet lill-partijiet l-opportunità li jippreżentaw kwalunkwe kumment bil-miktub dwar il-kontenut tal-ittra.

(18)

Il-partijiet kollha ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Il-partijiet kollha, ħlief Partecipazioni Industriali, talbu wkoll li jinstemgħu oralment waqt seduta. Din is-seduta nżammet fit-23 ta’ April 2018. Partecipazioni Industriali bagħtet osservazzjonijiet bil-miktub fl-24 ta’ April 2018.

(19)

Fl-4 ta’ Diċembru 2018, Alfa, Feralpi, Ferrere Nord u Valsabbia bagħtu ittra lill-Kummissjoni fejn ipproponew żewġ alternattivi possibbli għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni li timponi multi. Il-Kummissjoni wieġbet għal din l-ittra fit-12 ta’ Diċembru 2018.

2.2.   L-involviment individwali fil-prattiċi

(20)

Id-destinatarji ta’ din id-Deċiżjoni wettqu ksur uniku, kumpless u kontinwat tal-Artikolu 65(1) tat-Trattat KEFA li għandu bħala għan jew bħala effett l-iffissar tal-prezzijiet, u li pprovda l-bażi għal ftehimiet li jillimitaw jew jikkontrollaw il-produzzjoni jew il-bejgħ fis-suq Taljan tal-vireg li jirrinforzaw il-konkrit f’għamla tonda fil-forma ta’ vireg jew rombli.

(21)

B’mod aktar speċifiku, minn tal-inqas l-aħħar tal-1989 l-impriżi destinatarji ta’ din id-deċiżjoni ffissaw il-prezzijiet għas-“supplimenti marbuta mal-qies” tal-vireg għar-rinfurzar fl-Italja. Minn April 1992, dawn l-impriżi estendew id-deċiżjonijiet u l-prattiċi tagħhom għall-iffissar tal-prezz bażiku tal-vireg għar-rinfurzar fl-Italja. Minn din id-data sa Settembru 1995 il-ftehim ġie estiż għall-iffissar tal-kundizzjonijiet ta’ pagament.

(22)

Mill-1995 ’il quddiem il-parteċipanti fil-ftehim bdew jiftiehmu dwar it-tnaqqis jew il-kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ, bl-iskop li jnaqqsu l-kwantitajiet ta’ vireg għar-rinfurzar maħruġa fis-suq. Xi wħud minnhom bdew iħaddmu sistema ta’ kontroll reċiproku multilaterali, aktar preċiża u sistematika, tal-kwantitajiet prodotti u mibjugħa minn kull impriża.

(23)

Il-Kummissjoni m’għandiex f’idejha biżżejjed informazzjoni biex turi l-eżistenza tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-perjodu ta’ wara l-4 ta’ Lulju 2000. Ta’ min jgħid li mhux l-impriżi kollha neċessarjament ħadu sehem fil-prattiki spjegati hawnhekk u li xi wħud minnhom ipparteċipaw għal perjodi iqsar minn dawk imsemmija.

2.3.   It-tkomplija tal-proċedimenti kontra l-impriżi destinatarji

(24)

F’dan il-każ, is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni trid tiġi eżerċitata billi jitqies l-interess pubbliku sabiex ikun hemm eżekuzzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni apparagun tal-interessi tad-destinatarji li jiksbu l-aħjar rimedju possibbli għall-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom minħabba t-tul tal-proċedimenti.

(25)

L-eżitu tal-Kummissjoni li tqis l-interessi rispettivi juri li, f’dan il-każ, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timponi multi tevita l-impunità għall-partijiet billi tiżgura effett dissważiv u applikazzjoni koerenti u effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni. Fl-istess ħin, iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ dan il-każ ittieħdu inkonsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-iffissar tal-multi applikabbli għad-destinatarji tad-Deċiżjoni. Għaldaqstant id-destinatarji jkunu jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis adegwat fil-multi applikabbli, sabiex jittaffew il-konsegwenzi potenzjali ta’ żbalji proċedurali mwettqa mill-Kummissjoni.

2.4.   Destinatarji

(26)

Alfa Acciai SpA hija impriża li magħha għandu x’jaqsam mhux biss l-aġir ta’ Alfa Acciai S.p.A, iżda wkoll dak ta’ Alfa Acciai srl, Acciaierie Megara SpA (mill-1996) u Acciaierie di Sicilia SpA. Alfa ħadet sehem fil-ftehim mis-6 ta’ Diċembru 1989 sal-4 ta’ Lulju 2000. Mill-banda l-oħra, mit-13 ta’ Ġunju 1995 sat-12 ta’ Frar 1996 Alfa ma ħaditx sehem fil-parti tal-ftehim rigward il-limitazzjoni jew il-kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ.

(27)

Feralpi Holding SpA hija s-suċċessur legali ta’ Feralpi Siderurgica SpA, u hija impriża li kienet responsabbli mhux biss għall-aġir tal-istess Feralpi Siderurgica SpA iżda anki għall-aġir ta’ Feralpi Siderurgica srl u għal dik li qabel kienet Feralpi Siderurgica SpA. Feralpi ħadet sehem fil-ftehim mis-6 ta’ Diċembru 1989 sas-27 ta’ Ġunju 2000.

(28)

Partecipazioni Industriali SpA in Amministrazione Straordinaria huwa l-isem ġdid ta’ Riva Fire SpA, u hija impriża li kienet responsabbli mhux biss għall-aġir ta’ dik li kienet Riva Acciaio SpA, iżda anki għall-aġir ta’ Fire Finanziaria SpA, Riva Prodotti Siderurgici SpA, Acciaierie e Ferriere di Galtarossa SpA u Acciaierie del Tanaro SpA. Partecipazioni Industriali ħadet sehem fil-ftehim mis-6 ta’ Diċembru 1989 sas-27 ta’ Ġunju 2000. Madankollu, mis-27 ta’ Novembru 1997 sat-30 ta’ Novembru 1998 l-impriża ssospendiet il-partiċipazzjoni tagħha fil-parti tal-ftehim dwar il-limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ.

(29)

Valsabbia Investimenti SpA u Ferriera Valsabbia SpA huma impriżi li kienu responsabbli mhux biss għall-aġir ta’ Valsabbia Investimenti SpA u Ferriera Valsabbia SpA, iżda anki għall-aġir ta’ dik li kienet Ferriera Valsabbia SpA u dik li aktar qabel kienet Ferriera Valsabbia SpA. Fil-fatt, Valsabbia Investimenti SpA u Ferriera Valsabbia SpA huma sempliċiment iż-żewġ kumpaniji li rriżultaw mill-qasma (fl-1 ta’ Marzu 2000) ta’ dik li kienet Ferriera Valsabbia SpA. L-impriża ħadet sehem fil-ftehim mis-6 ta’ Diċembru 1989 sas-27 ta’ Ġunju 2000.

(30)

Ferriere Nord SpA hija l-istess impriża u l-istess persuna ġuridika, bl-istess isem kummerċjali, attiva fis-settur tal-vireg għar-rinfurzar sa minn April 1992, li kienet responsabbli għall-aġir li skont din id-Deċiżjoni jikkostitwixxi ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità li l-Kummissjoni oġġezzjonat għalih. Ferriere Nord ħadet sehem fil-ftehim mill-1 ta’ April 1993 sal-4 ta’ Lulju 2000. Madankollu mit-13 ta’ Ġunju 1995 sas-27 ta’ Settembru 1998 Ferriere Nord ma ħaditx sehem fil-parti tal-ftehim li tirrigwarda l-limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ.

2.5.   Multi

(31)

L-ammont tal-multi ġie ffissat abbażi tal-Linji Gwida tal-1998 dwar il-multi.

2.5.1.    Ammont bażiku

(32)

Il-ksur jikkonsisti fi prattika restrittiva unika, kumplessa u kontinwa, li peress li l-għan tagħha huwa l-iffissar tal-prezzijiet u l-limitazzjoni jew il-kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ, tikkostitwixxi ksur ferm gravi tal-Artikolu 65(1), tat-Trattat KEFA. Il-kartell kien ikopri t-territorju kollu tal-Italja. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li d-destinatarji wettqu ksur gravi ħafna. Il-fatt li l-prattika restrittiva kienet limitata biss għas-suq Taljan ma jnaqqasx il-gravità tal-ksur biex titqies bħala gravi minflok ferm gravi, ġaladarba jrid jittieħed inkonsiderazzjoni l-volum tal-produzzjoni Taljana fil-waqt tal-ksur.

(33)

Madankollu, mingħajr preġudizzju għan-natura ferm gravi tal-ksur, meta ġiet biex tiffissa l-ammont bażiku tal-multa, il-Kummissjoni tat kas il-karatteristiċi speċifiċi ta’ dan il-każ, li għandu x’jaqsam ma’ suq nazzjonali li dak iż-żmien kien suġġett għar-regoli tat-Trattat KEFA, u li matulu l-intrapriżi destinatarji tad-deċiżjoni rrappreżentaw, fl-ewwel perjodu tal-ksur, parti limitata tas-suq inkwistjoni.

2.5.1.1.   Trattament differenzjat

(34)

Fil-kategorija tal-ksur ferm gravi, l-iskala tal-multi applikabbli tagħmilha possibbli li l-impriżi jiġu ttrattati b’mod differenti sabiex jittieħed inkonsiderazzjoni ta’ kemm l-awturi tal-ksur għandhom kapaċità ekonomika effettiva li jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni b’mod sinifikanti u u biex il-multa tiġi ffissata f’livell li jiggarantixxi li jkollha effett dissważiv biżżejjed.

(35)

Il-Kummissjoni tqis li s-sehem mis-suq miksub mid-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni fl-aħħar sena sħiħa tal-ksur (1999), ma huwiex rappreżentattiv tal-preżenza effettiva tagħhom fis-suq rilevanti fil-perjodu ta’ referenza. Bejn l-1990 u l-1999 is-sehem mis-suq tal-impriżi prattikament ittriplika. Għalhekk, fuq il-bażi tas-sehem mis-suq medju fil-perjodu 1990-1999, tlett gruppi ta’ impriżi jistgħu jiġu identifikati rigward il-preżenza tagħhom fis-suq f’ordni dekrexxanti.

(36)

Fid-deċiżjonijiet annullati tas-17 ta’ Diċembru 2002 u tat-30 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni qieset li għal Riva, l-ammont bażiku tal-multa kkalkulat skont id-daqs relattiv tas-suq inkwistjoni jenħtieġ li jiżdied sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni d-daqs u r-riżorsi globali tagħha. Il-fatturat fuq prodotti tal-KEFA li Riva kisbet kien ħafna akbar meta mqabbel ma’ dak ta’ impriżi oħrajn involuti. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat livell ta’ deterrenza suffiċjenti, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-ammont bażiku tal-multa għal Riva jenħtieġ li jiżdied b’375 %.

(37)

Madankollu, is-sitwazzjoni attwali tas-suq ta’ Riva hija differenti ħafna. Matul dawn l-aħħar ftit snin, din l-impriża kellha riżultati (globali) differenti ħafna, b’fatturat li kien żero kemm fl-2017 kif ukoll fl-2018. Partecipazioni Industriali ddikjarat li l-fatturat tagħha fuq prodotti tal-KEFA sa mill-2013 kien negliġibbli. Fl-2012 Riva nqasmet u l-parti relatata mal-prodotti t-twal ġiet assenjata lill-grupp immexxi minn Riva Forni Elettrici SpA, li mbagħad din bigħetha fl-2015. Riva ngħatat aċċess għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja u effettivament l-unika attività attwali tagħha hija l-likwidazzjoni tal-assi li jifdal. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ma għadhiex tqis li ż-żieda fl-ammont bażiku tal-multa huwa xierqa u għalhekk, għad-destinatarji kollha ta’ din id-Deċiżjoni, mhu se tiġi applikata l-ebda żieda fl-ammont bażiku.

2.5.1.2.   It-tul ta’ żmien

(38)

Il-ksur dam aktar għal minn għaxar snin u sitt xhur għall-impriżi kollha ħlief għal Ferriere Nord, fejn il-ksur dam għal aktar minn seba’ snin. Għaldaqstant, it-total bażiku tal-multa jiżdied b’105 % għall-impriżi kollha, ħlief għal Ferriere Nord li għaliha jiżdied b’70 %.

2.5.2.    Ċirkostanzi aggravanti

(39)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni sabet biss ċirkostanza aggravanti waħda, jiġifieri li Ferriere Nord kienet diġà s-suġġett tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awissu 1989 dwar il-parteċipazzjoni tagħha fi ftehim biex jiġu ffissati l-prezzijiet u jiġi limitat il-bejgħ fis-settur tax-xbieki tal-azzar iwweldjati (9).

(40)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li huwa neċessarju li timponi ż-żieda ta’ 50 % tal-ammont bażiku fil-konfront ta’ Ferriere Nord.

2.5.3.    Ċirkostanzi mitiganti

(41)

Il-fatt li Riva u Ferriere Nord ma pparteċipawx, għal ċertu perjodu ta’ żmien, direttament f’waħda mill-erba’ forom tal-ftehim (il-limitazzjoni jew il-kontroll tal-produzzjoni u/jew tal-bejgħ) jenħtieġ li jitqies bħala ċirkustanza mitiganti separata. Il-Kummissjoni tinnota li Riva ma pparteċipatx f’din il-parti tal-ftehim għal madwar sena, filwaqt li Ferriere Nord ma pparteċipatx għal madwar tliet snin (10).

(42)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li huwa meħtieġ li jitnaqqas l-ammont bażiku tal-multa bi 3 % għal Riva u b’6 % għal Ferriere Nord.

2.5.4.    Tnaqqis ulterjuri tal-multa sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul tal-proċedura amministrattiva

(43)

Il-Kummissjoni tqis li l-iżbalji proċedurali li għamlet fil-kuntest tat-transizzjoni bejn it-Trattat KEFA u t-Trattat KE u d-dewmien li seta’ kien ikkawżat minn dawn l-iżbalji jista’ jiġġustifika kumpens xieraq għad-destinatarji ta’ din id-Deċiżjoni.

(44)

Fid-dawl tad-diskrezzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-iffissar tal-multi, id-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni jistgħu għalhekk jingħataw tnaqqis fil-multi li jenħtieġ li jkun proporzjonat sabiex ma jiġux ippenalizzati d-destinatarji għall-iżbalji proċedurali li huma ma wettqux, li madankollu, mhux ta’ tali skala li jmur kontra l-prinċipju li l-kartelli huma ksur serju ħafna tal-liġi tal-kompetizzjonji.

(45)

Sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq dawn il-fatturi, il-Kummissjoni tikkonkludi li jista’ jingħata tnaqqis fil-multi ta’ 50 % bħala ċirkustanza attenwanti straordinarja sabiex jittaffew il-konsegwenzi negattivi għad-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni li rriżultaw mit-tul tal-proċedimenti. Għaldaqstant, dan it-tnaqqis għandu jingħata lid-destinatarji kollha ta’ din id-Deċiżjoni.

2.5.5.    L-applikazzjoni tal-ogħla multi skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003

(46)

Partecipazioni Industriali bħala s-suċċessur legali ta’ Riva ngħatat aċċess għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja fil-5 ta’ Diċembru 2016. Għalhekk, minn din id-data, il-kumpannija waqfet topera bħala negozju attiv u ma kellhiex iktar l-obbligu legali li tħejji l-kontijiet annwali (li jitħejjew biss wara li l-proċedura ta’ insolvenza tkun tlestiet, għall-perjodu li jikkorrispondi mat-tul kollu ta’ din il-proċedura). L-aħħar dħul mill-bejgħ għall-2015 kien ta’ EUR 594,000.

(47)

F’sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni tqis li, sabiex ikun hemm konformità mal-impenn li sar fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali tat-12 ta’ Awwissu 2002 biex jiġi stabbilit il-limitu massimu tal-multi, inkluż għal Partecipazioni Industriali bħala s-suċċessur legali ta’ Riva, għal 10 % tal-fatturat fuq prodotti tal-KEFA fit-territorju tal-Unjoni fl-aħħar sena kollha qabel id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni finali (2017), u minħabba li fl-2017, il-fatturat fuq il-prodotti tal-KEFA miksub minn Partecipazioni Industriali bħala s-suċċessur legali ta’ Riva, jiġifieri l-valur tal-produzzjoni tagħha kien żero, il-multa applikabbli għal din l-impriża għall-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur issanzjonat minn din id-Deċiżjoni ma tistax taqbeż dan il-limitu massimu, u għalhekk trid tkun żero.

(48)

Il-Kummissjoni tqis li dan l-ammont ta’ multa applikabbli għal Partecipazioni Industriali huwa ġustifikat f’kull każ mill-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ammont tal-multa ma jkunx eċċessiv fir-rigward tal-kapaċità finanzjarja tal-impriża involuta meta tiġi adottata d-Deċiżjoni.

2.5.6.    Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-1996

(49)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li Ferriere Nord tatha informazzjoni utli li ppermettitilha tifhem aħjar id-dettalji tal-prattika restittiva. Il-Kummissjoni jidhrilha li dan jissodisfa l-punt D, l-ewwel subartikolu tal-komunikazzjoni, li jindika li huwa possibbli li jitnaqqas l-ammont tal-multa f’każ fejn, qabel tintbagħat il-komunikazzjoni bl-akkużi, intrapriża tagħti lill-Kummissjoni informazzjoni, dokumenti jew elementi ta’ prova oħra li jgħinu biex jikkonfermaw is-sussistenza tal-ksur. Il-Kummissjoni tqis li huwa ġġustifikat li jingħata tnaqqis ta’ 20 % mit-total tal-multa lil Ferriere Nord.

3.   MULTI IMPOSTI PERMEZZ TAD-DEĊIŻJONI

Alfa Acciai SpA

EUR 3,587 miljun

Feralpi Holding S.p.A. (dik li kienet Feralpi Siderurgica SpA)

EUR 5,125 miljun

Ferriere Nord S.p.A.

EUR 2,237 miljun

Partecipazioni Industriali SpA in Amministrazione Straordinaria (dik li kienet Riva Acciaio SpA)

0

Valsabbia Investimenti S.p.A. u Ferriera Valsabbia S.p.A., flimkien

EUR 5,125 miljun


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni C(2002)5087 (ĠU L 353, 13.12.2006, p. 1).

(3)  Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Ottubru 2007, SP et vs il-Kummissjoni, T-27/03, ECLI:EU:T:2007:317; Riva Acciaio vs il-Kummissjoni, T-45/03, ECLI:EU:T:2007:318; Feralpi Siderurgica vs il-Kummissjoni, T-77/03, ECLI:EU:T:2007:319 u Ferriere Nord vs il-Kummissjoni, T-94/03, ECLI:EU:T:2007:320.

(4)  Id-Deċiżjoni C(2009) 7492 final.

(5)  Id-Deċiżjoni C(2009)9912 final.

(6)  Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-21 ta’ Settembru 2017, Feralpi vs il-Kummissjoni, C-85/15 P, ECLI:EU:C:2017:709; Ferriera Valsabbia, Valsabbia Investimenti u Alfa Acciai vs il-Kummissjoni, C-86/15P, ECLI:EU:C:2017:717; Ferriere Nord vs il-Kummissjoni, C-88/15P, ECLI:EU:C:2017:716 u Riva Fire vs il-Kummissjoni, C-89/15P, ECLI:EU:C:2017:713.

(7)  ĠU C 207, 18.07.1996 p. 4.

(8)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs il-Kummissjoni, il-paragrafu 73.

(9)  ĠU L 260, 6.9.1989, p. 1.

(10)  Mis-27 ta’ Novembru 1997 sat-30 ta’ Novembru 1998 u mit-13 ta’ Ġunju 1995 sas-27 ta’ Settembru 1998 rispettivament.