|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2020/C 304/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2020/C 304/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – PAGE International Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-630/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 168 u 176 - Esklużjoni mid-dritt għal tnaqqis - Akkwist ta’ servizzi tal-ikel - Klawżola ta’ standstill - Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea)
(2020/C 304/02)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PAGE International Lda
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Dispożittiv
L-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, wara l-adeżjoni tal-Istat Membru kkonċernat mal-Unjoni Ewropea, tnaqqas il-kamp tal-infiq eskluż mid-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud, billi tawtorizza, taħt ċerti kundizzjonijiet, tnaqqis parzjali tat-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq tali nfiq, fosthom b’mod partikolari l-infiq marbut mal-ikel, anki jekk il-persuna taxxabbli tiċċertifika li dan l-infiq kien ġie allokat kollu kemm hu għall-eżerċizzju tal-attività ekonomika taxxabbli tagħha.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/3 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen – il-Belġju) – Federale Overheidsdienst Financiën, Openbaar Ministerie vs Metalen Galler NV (C-632/19 u C-633/19), LW-Idee GmbH (C-632/19 u C-633/19), KGH Belgium NV (C-632/19), Vollers Belgium NV (C-633/19)
(Kawżi magħquda C-632/19 u C-633/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Dumping - Importazzjoni ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 91/2009 - Validità u interpretazzjoni - Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inamissibbiltà manifesta)
(2020/C 304/03)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Federale Overheidsdienst Financiën, Openbaar Ministerie
Konvenuti: Metalen Galler NV (C-632/19 u C-633/19), LW-Idee GmbH (C-632/19 u C-633/19), KGH Belgium NV (C-632/19), Vollers Belgium NV (C-633/19)
Dispożittiv
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Antwerpen, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjonijiet tas-27 ta’ Marzu 2019, huma manifestament inammissibbli.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/3 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2019 minn Karolina Romańska mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fis-6 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-212/18, Romańska vs Frontex
(Kawża C-839/19 P)
(2020/C 304/04)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Karolina Romańska – Kuć (rappreżentant: A. Tetkowska, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
Permezz ta’ digriet tal-31 ta’ Jannar 2020, il-kawża tħassret mir-Reġistru.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/3 |
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 minn Currency One S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Diċembru 2019 fil-Kawża T-501/18, Currency One vs EUIPO – Cinkciarz.pl
(Kawża C-101/20 P)
(2020/C 304/05)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Currency One S.A. (rappreżentant: P. Szmidt, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Cinkciarz.pl sp. z o.o.
Permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tat-28 ta’ Mejju 2020, l-appell ma ġiex ammess.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie (il-Polonja) fil-11 ta’ Mejju 2020 – MN, DN, JN, ZN vs X Bank S.A.
(Kawża C-198/20)
(2020/C 304/06)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MN, DN, JN, ZN
Konvenuta: X Bank S.A.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 2(b), l-Artikolu 3(1) u (2) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), kif ukoll il-premessi tagħha [ċċitati hawn taħt]: [“]
|
|
2) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-protezzjoni tal-konsumatur taħt id-Direttiva 93/13 ma tapplikax għal kull konsumatur iżda biss għall-konsumatur medju li jitqies li huwa informat b’mod normali u li huwa attentiv u avżat b’mod raġonevoli, konsumatur li qabel il-konklużjoni tiegħu ma qarax il-kuntratt ta’ kreditu għal self ipotekarju indiċjat f’valuta barranija u li jammonta għal 150 000 złoty Pollakka (PLN) konkluż għal 30 sena jista’ jitqies li huwa informat b’mod normali u li huwa attentiv u avżat b’mod raġonevoli? Dan il-konsumatur jista’ jingħata protezzjoni taħt id-Direttiva 93/13? |
|
3) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-protezzjoni tal-konsumatur taħt id-Direttiva 93/13 ma tapplikax għal kull konsumatur iżda biss għall-konsumatur medju li jitqies li huwa informat b’mod normali u li huwa attentiv u avżat b’mod raġonevoli, konsumatur li effettivament qara l-abbozz tal-kuntratt ta’ kreditu għal self ipotekarju indiċjat f’valuta barranija konkluż għal 30 sena u li jammonta għal PLN 150 000 iżda li ma fehmux kompletament, u minkejja dan ma pprovax jifhem it-tifsira tiegħu qabel ma kkonkludieh, u li fuq kollox ma talabx lill-parti l-oħra fil-kuntratt, il-bank, sabiex jispjega t-tifsira tiegħu, it-tifsira tad-dispożizzjonijiet individwali, jista’ jitqies li huwa informat b’mod normali u li huwa attentiv u avżat b’mod raġonevoli? Dan il-konsumatur jista’ jingħata protezzjoni taħt id-Direttiva 93/13? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/5 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2020 minn Claudio Necci mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-129/19, Necci vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-202/20 P)
(2020/C 304/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Claudio Necci (rappreżentanti: S. Orlandi, T. Martin, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla d-digriet mogħti fil-25 ta’ Marzu 2020 mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-kawża Necci vs Il-Kummissjoni, T-129/19; |
|
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex hija tiddeċiedi mill-ġdid fuq l-imsemmija kawża; |
|
— |
tirriżerva l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant jitlob l-annullament tad-digriet mogħti fil-25 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-129/19, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ċaħdet ir-rikors tiegħu għal annullament bħala inammissibbli u kkundannatu għall-ispejjeż.
L-appellant iqajjem, insostenn ta’ dan, tliet aggravji:
L-ewwel aggravju bbażat fuq żnaturament tas-suġġett tat-tilwima sa fejn il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea qieset li d-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 kienet tippreġudika lill-appellant.
It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva peress li, jekk ir-rikors tiegħu huwa inammissibbli, l-appellant ma jkollu l-ebda rimedju sabiex jikkontesta l-fatt li huwa ma għadux jibbenefika minn kopertura soċjali, minkejja l-fatt li huwa ħadem ħajtu kollha.
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ uniċità ta’ leġiżlazzjoni applikabbli peress li l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li t-telf ta’ kull kopertura soċjali fl-Italja wara t-trasferiment “jirriżulta mir-regoli legali tad-dritt nazzjonali inkwistjoni u huwa bla rilevanza għas-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward tal-JSIS”.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Mejju 2020 – M.P., B.P. vs “A.” li qed teżerċita negozju permezz ta’ “A.” S.A.
(Kawża C-212/20)
(2020/C 304/08)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: M.P., B.P.
Konvenuta:“A.” li qed teżerċita negozju permezz ta’ “A.” S.A.
Domandi preliminari
|
1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 3(1), tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) kif ukoll il-premessi tagħha, li jipprevedu obbligu li l-kuntratti jiġu redatti f’lingwaġġ ċar u li jinftiehem kif ukoll il-ħtieġa li d-dubji jiġu interpretati b’mod li jkun favorevoli għall-konsumatur, klawżola kuntrattwali li tispeċifika r-rata ta’ xiri u ta’ bejgħ ta’ valuta barranija f’kuntratt ta’ kreditu indiċjat f’valuta barranija għandha tiġi redatta b’mod mhux ambigwu, jiġifieri b’mod li l-persuna li qed tissellef / il-konsumatur ikun jista’ b’mod indipendenti jiddetermina din il-valuta f’jum speċifiku, jew inkella, fid-dawl tat-tip ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, in-natura fit-tul (numru ta’ għexur ta’ snin) tal-kuntratt kif ukoll il-fatt li l-ammont tal-valuta barranija jinbidel konstantement (il-ħin kollu), huwa possibbli li d-dispożizzjonijiet tal-kuntratt jiġu redatti b’mod iktar ġenerali, b’mod partikolari billi jsir riferiment għall-valur fis-suq tal-valuta barranija sabiex ma jkunx hemm żbilanċ sinjifikanti bejn il-partijiet f’termini ta’ drittijiet u obbligi tal-partijiet għad-detriment tal-konsumatur fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, fid-dawl tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur kif ukoll il-premessi tagħha, huwa possibbli li d-dispożizzjonijiet tal-kuntratt dwar id-determinazzjoni tar-rata ta’ bejgħ u ta’ xiri ta’ valuta barranija jiġu interpretati mill-parti li ssellef (il-bank) fis-sens li dubji dwar il-kuntratt jiġu riżolti b’mod li jkun favorevoli għall-konsumatur u li jiġi aċċettat li l-kuntratt jispeċifika r-rata ta’ xiri u ta’ bejgħ ta’ valuta barranija, mhux b’mod arbitrarju iżda skont suq liberu speċjalment fejn iż-żewġ partijiet jifhmu bl-istess mod il-klawżoli kuntrattwali li jispeċifikaw r-rata ta’ xiri u ta’ bejgħ ta’ valuta barranija jew fejn il-persuna li tissellef / il-konsumatur ma kienx interessat fid-dispożizzjoni kuntrattwali mqiegħda inkwistjoni meta ġie konkluż u eżegwit il-kuntratt, inkluż in-nuqqas ta’ għarfien tal-kontenut tal-kuntratt meta dan ġie konkluż u matul id-dewmien kollu tiegħu? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Mejju 2020 – G.W., E.S. vs “A.” Towarzystwu Ubezpieczeń na Życie S.A.
(Kawża C-213/20)
(2020/C 304/09)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: G.W., E.S.
Konvenuta:“A.” Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 36(1) moqri flimkien mal-punt 12 tas-Sezzjoni A tal-Anness III tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ provvista tal-informazzjoni msemmi f’din id-direttiva jinkludi wkoll lill-persuna assigurata, jekk din ma tkunx fl-istess waqt titolari tal-polza u li minn naħa taġixxi bħala persuna li tidħol fil-kapaċità tagħha bħala konsumatur f’kuntratt kollettiv ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u ta’ fond ta’ tfaddil b’fond ta’ kapital assigurat, konkluż bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u l-imprenditur assigurat u min-naħa l-oħra taġixxi bħala investitur effettiv fil-fondi monetarji mħallsa mill-premium tal-assigurazzjoni? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 36(1) moqri flimkien mal-punti 11 u 12 tas-Sezzjoni A tal-Anness III tad-Direttiva 2002/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kuntest ta’ relazzjoni legali bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda, l-obbligu ta’ informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-assi kapitali relatati mal-fond ta’ kapital assigurat ifisser ukoll li l-konsumatur – il-persuna assigurata – għandu jiġi informat b’mod eżawrjenti u li jinftiehem dwar ir-riskji kollha, in-natura u l-iskala tagħhom, konnessi mal-investiment f’assi ta’ fond ta’ kapital (bħal obbligazzjonijiet strutturati jew strumenti dderivati), jew jista’ jiġi interpretat, skont it-tifsira tal-imsemmija dispożizzjonijiet, li huwa suffiċjenti li l-konsumatur – il-persuna assigurata – jingħata sempliċement informazzjoni bażika dwar it-tipi prinċipali ta’ riskji marbuta mal-fond ta’ investiment permezz ta’ fond ta’ kapital assigurat? |
|
3) |
L-Artikolu 36(1) moqri flimkien mal-punti 11 u 12 tas-Sezzjoni A tal-Anness III tad-Direttiva 2002/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kuntest ta’ relazzjoni legali bħal dik imsemmija fl-ewwel u fit-tieni domandi, jeżisti obbligu li meta konsumatur, inkwantu persuna assigurata, jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja dan għandu jkun ġie informat dwar ir-riskji kollha marbuta mal-investiment u l-kundizzjonijiet relatati miegħu, li fir-rigward tagħhom l-emittent tal-assi (obbligazzjonijiet strutturati jew strumenti dderivati) li jikkomponu l-fond ta’ kapital assigurat ikun informa lill-assiguratur? |
|
4) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domandi preċedenti, l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2002/83 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, għandu jiġi interpretat fis-sens li konsumatur, inkwantu persuna assigurata, li jikkonkludi kuntratt kollettiv ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u ta’ fond ta’ tfaddil b’fond ta’ kapital assigurat għandu jikseb informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-assi kapitali u tar-riskji marbuta mal-investiment f’dawn l-assi qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, fil-kuntest ta’ proċedura prekuntrattwali separata, u għaldaqstant dan jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 13(4) tal-ustawy o działalności ubezpieczeniowej [il-Liġi dwar is-Settur tal-Assigurazzjonijiet] tat-22 ta’ Mejju 2003, (Dz.U. Nru 124, poż. 11510; test ikkonsolidat tas-16 ta’ Ottubru 2009, Dz.U. 2010 Nru 11, poż. 66) li skontu huwa biżżejjed li din l-informazzjoni tiġi żvelata biss fil-kontenut tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni fil-mument tal-konklużjoni tiegħu, u l-mument tal-kisba tal-informazzjoni ma jkunx inekwivokabbilment u kjarament separat u distint fil-proċedura ta’ adeżjoni għall-kuntratt? |
|
5) |
Fil-każ ta’ risposti fl-affermattiv għall-ewwel tliet domandi, l-Artikolu 36(1) moqri flimkien mal-punti 11 u 12 tas-Sezzjoni A tal-Anness III tad-Direttiva 2002/83 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, għandu jiġi interpretat ukoll fis-sens li l-implimentazzjoni korretta tal-obbligu ta’ informazzjoni speċifikat fih għandu jitqies bħala element essenzjali oġġettiv tal-kuntratt kollettiv ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u ta’ fond ta’ tfaddil b’fond ta’ kapital assigurat u konsegwentement, il-konstatazzjoni li dan l-obbligu ma twettaqx korrettament tista’ tirriżulta fl-għoti lill-konsumatur assigurat tad-dritt li jitlob ir-rimbors tal-premiums tal-assigurazzjoni kollha mħallsa minħabba l-eventwali konstatazzjoni ta’ invalidità tal-kuntratt jew in-nuqqas ta’ effettività ab initio jew saħansitra minħabba l-eventwali konstatazzjoni ta’ invalidità jew ta’ nuqqas ta’ effettività tad-dikjarazzjoni eventwali ta’ adeżjoni għal dan il-kuntratt? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fis-26 ta’ Mejju 2020 – LM
(Kawża C-219/20)
(2020/C 304/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: LM
Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld
Intervenjenti: Österreichische Gesundheitskasse
Kompetenzzentrum LSDB
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll l-Artikolu 41(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu dispożizzjoni li tipprevedi b’mod imperattiv terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin f’każ ta’ reat ta’ negliġenza f’proċeduri kriminali amministrattivi?
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-3 ta’ Ġunju 2020 – MT vs Landespolizeidirektion Steiermark
(Kawża C-231/20)
(2020/C 304/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MT
Awtorità konvenuta: Landespolizeidirektion Steiermark
Domandi preliminari
|
1) |
Fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali intiżi sabiex jipproteġu sistema ta’ monopolju, il-qorti nazzjonali għandha teżamina r-regola fil-qasam ta’ sanzjoni kriminali li hija għandha tapplika fid-dawl tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, meta hija preċedentement tkun diġà eżaminat is-sistema ta’ monopolju skont il-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u meta dan l-eżami jkun wera li s-sistema ta’ monopolju kienet iġġustifikata? |
|
2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
|
|
3) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:
|
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2020 – BUND Naturschutz in Bayern e.V. vs Landkreis Rosenheim
(Kawża C-300/20)
(2020/C 304/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BUND Naturschutz in Bayern e.V.
Konvenut: Landkreis Rosenheim
Intervenjenti: Landesanwaltschaft Bayern, Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li qafas li fih l-implimentazzjoni tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/93/UE (2) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva SEA”) tista’ tiġi awtorizzata fil-futur huwa stabbilit meta regolament għall-finijiet tal-protezzjoni tan-natura u tal-pajsaġġ jipprevedi projbizzjonijiet ġenerali bil-possibbiltà ta’ eżenzjoni kif ukoll obbligi ta’ awtorizzazzjoni li ma għandhomx rabta speċifika mal-proġetti msemmija fl-annessi tad-Direttiva SEA? |
|
2) |
L-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li dawn il-pjanijiet u programmi ġew imfassla għas-setturi tal-agrikoltura, tas-silvikultura, tal-użu tal-art eċċ., meta huma intiżi sabiex jiddefinixxu qafas ta’ riferiment preċiżament għal dan is-settur jew diversi minnhom? Jew huwa biżżejjed li dawn jipprevedu, għall-finijiet tal-protezzjoni tan-natura u tal-pajsaġġ, projbizzjonijiet ġenerali u obbligi ta’ awtorizzazzjoni li għandhom jiġu eżaminati fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni li jirrigwardaw numru kbir ta’ proġetti u ta’ użijiet u li jistgħu jkollhom effett indirett (“b’mod riflessiv”) fuq dan is-settur jew diversi minnhom? |
|
3) |
L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2001/42/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li qafas għall-awtorizzazzjoni fil-futur ta’ proġetti huwa stabbilit, meta regolament adottat għall-finijiet tal-protezzjoni tan-natura u tal-pajsaġġ jistabbilixxi għal numru kbir ta’ proġetti u miżuri fiż-żona ta’ protezzjoni, deskritti b’mod astratt, projbizzjonijiet ġenerali u obbligi ta’ awtorizzazzjoni, iżda li proġetti konkreti ma huma la prevedibbli u lanqas maħsuba waqt l-adozzjoni tiegħu u b’hekk ma hemmx rabta speċifika ma’ proġetti konkreti? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157.
(2) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44).
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fid-9 ta’ Lulju 2020 – SIA “Visma Enterprise” vs Konkurences padome
(Kawża C-306/20)
(2020/C 304/13)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Visma Enterprise”
Konvenut: Konkurences padome
Domandi preliminari
|
1) |
Skont interpretazzjoni korretta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ftehim inkwistjoni f’din il-kawża, bejn manifattur u diversi distributuri (li skontu d-distributur li rreġistra l-ewwel tranżazzjoni potenzjali jibbenefika minn prijorità għat-twettiq tal-proċess tal-bejgħ mal-utent finali kkonċernat matul 6 xhur b’effett minn din ir-reġistrazzjoni, sakemm dan ma jkunx ikkontestat mill-utent finali) jista’ jitqies bħala ftehim bejn impriżi li għandu bħala għan il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) [TFUE]? |
|
2) |
Il-ftehim inkwistjoni f’din il-kawża, bejn manifattur u diversi distributuri, interpretat konformement mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jinkludi indikazzjonijiet li tali ftehim ma huwiex eżentat mill-projbizzjoni ġenerali tal-akkordji? |
|
3) |
Il-ftehim inkwistjoni f’din il-kawża, bejn manifattur u diversi distributuri, interpretat konformement mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jista’ jitqies bħala li jikkostitwixxi eċċezzjoni? L-eċċezzjoni li tippermetti l-konklużjoni ta’ ftehimiet vertikali li jirrestrinġu l-bejgħ attiv f’territorju jew lil klijentela li l-fornitur irriżerva esklużivament għalih jew li alloka esklużivament lil xerrej ieħor, meta din ir-restrizzjoni ma tkunx tillimita l-bejgħ imwettaq mill-klijenti tax-xerrej u meta s-sehem mis-suq tal-fornitur (tar-rikorrenti) ma jkunx jeċċedix 30 %, tapplika biss għas-sistemi ta’ distribuzzjoni esklużiva? |
|
4) |
Il-ftehim inkwistjoni f’din il-kawża, bejn manifattur u diversi distributuri, interpretat konformement mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jista’ jitqies bħala li jikkostitwixxi ksur biss abbażi tal-aġir illegali ta’ operatur ekonomiku uniku? Iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, interpretati konformement mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jippermettu li jiġi stabbilit li operatur uniku pparteċipa fl-akkordju? |
|
5) |
Iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, interpretati konformement mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jippermettu li tiġi stabbilita restrizzjoni (distorsjoni) tal-kompetizzjoni fi ħdan sistema ta’ distribuzzjoni, jew vantaġġ favur ir-rikorrenti, jew effett negattiv fuq il-kompetizzjoni? |
|
6) |
Iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, interpretati konformement mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jekk is-sehem mis-suq tan-network ta’ distribuzzjoni ma jkunx jeċċedi 30 % (ir-rikorrenti hija produttur, b’mod li s-sehem mis-suq tagħha jinkludi wkoll il-volum ta’ bejgħ tad-distributuri tagħha), jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni fi ħdan sistema ta’ distribuzzjoni u/jew barra din is-sistema, u dan il-ftehim huwa suġġett għall-projbizzjoni tal-akkordji? |
|
7) |
Konformement mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 330/2010 (1) tal-20 ta’ April 2010, flimkien mal-Artikolu 4(b) tiegħu,
|
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU 2010, L 102, p. 1).
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta' Lulju 2020 – Regione Veneto vs Plan Eco S.r.l
(Kawża C-315/20)
(2020/C 304/14)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Regione Veneto
Konvenuta: Plan Eco S.r.l.
Domandi preliminari
Fil-kuntest ta’ kawża fejn skart muniċipali mħallat li ma fihx skart perikoluż ġie ttrattat b’mod mekkaniku minn faċilità bil-għan tal-irkupru tal-enerġija (operazzjoni R1/R12 imsemmija fl-appendiċi C tal-Kodiċi tal-Ambjent) u fejn, fi tmiem din l-operazzjoni ta’ trattament, jidher li t-trattament ma biddilx sostanzjalment il-proprjetajiet inizjali ta’ skart muniċipali mħallat li ġie assenjat il-kodiċi – mhux ikkontestat mill-partijiet – KSE: 19.12.12. fil-qafas tal-klassifikazzjoni stabbilita mill-Katalgu ta’ Skart Ewropew (KSE) għall-finijet tad-deċiżjoni fuq il-legalità tal-oġġezzjonijiet mill-pajjiż ta’ oriġini, fil-qafas tal-proċedura biex jintalab kunsens qabel it-trasferiment tal-iskart ittrattat lejn il-faċilità ta’ produzzjoni f’pajjiż ieħor Ewropew sabiex jintuża fil-kombustjoni jew, fi kwalunkwe każ, bħala mezz biex tiġi prodotta l-enerġija, invokati mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-oriġini fuq il-bażi ta’ prinċipji tad-Direttiva 2008/98/KE (1) u, b’mod iktar speċifiku, oġġezzjonijiet bħal dawk imqajma f’dan il-każ, ibbażati:
|
— |
fuq il-prinċipju ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent (Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98); |
|
— |
fuq il-prinċipji tal-awtosuffiċjenza u l-prossimità previsti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/98, skont liema “[l]-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, b’koperazzjoni ma’ Stati Membri oħra fejn dan huwa meħtieġ jew rakkomandabbli, biex jistabbilixxu netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ l-iskart u ta’ impjanti għall-irkupru ta’ skart muniċipali mħallat miġbur minn djar privati, inkluż fejn tali ġbir ikopri wkoll skart muniċipali mħallat minn produtturi oħra, b’kont meħud ta’ l-aħjar teknika disponibbli”; |
|
— |
fuq il-prinċipju stabbilit l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-istess Artikolu 16(1), skont liema “[l]-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw il-vjeġġi ta’ skart li jkun ħiereġ għal raġunijiet ambjentali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1013/2006.” (2) |
|
— |
fuq il-premessa 33 tad-Direttiva 2008/98, skont liema “[g]ħall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) 1013/2006 […], skart muniċipali mħallat kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) ta’ dak ir-Regolament jibqa’ skart muniċipali mħallat anki meta dan ikun suġġett għal operazzjoni ta’ trattament ta’ skart li ma bidlitx il-proprjetajiet tiegħu b’mod sostanzjali”; |
il-Katalgu ta’ Skart Ewropew (f’dan il-każ, il-kodiċi 19.12.12. tal-KSE li jindika l-iskart prodott mill-faċilitajiet ta’ trattament tal-iskart immekkanizzati għall-operazzjonijiet ta’ rkupru R1/R12) u l-klassifikazzjonijiet li jistabbilixxi jinterferixxu u, jekk iva, sa liema punt, mar-regoli [tad-dritt tal-Unjoni] dwar it-trasferiment tal-iskart li, qabel ma għadda minn trattament mekkaniku, kien skart imħallat muniċipali?
B’mod iktar speċifiku, fir-rigward tat-trasferiment ta’ skart li jirriżulta mit-trattament ta’ skart muniċipali mħallat, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 u l-premessa 33 tad-Direttiva 2008/98 li jirreferu espressament għall-ġarr tal-iskart, jipprevalu jew le fuq il-klassifikazzjoni stabbilita mill-Katalgu ta’ Skart Ewropew?
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li din il-mistoqsija xierqa u utli, l-imsemmi katalgu għandu natura normattiva jew jikkostitwixxi biss ċertifikazzjoni teknika li tippermetti li tiġi żgurata traċċabbiltà uniformi tal-iskart kollu?
(1) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008 L 312, p. 3)
(2) Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (ĠU 2006, L 90, p. 1).
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/13 |
Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance Epinal – Franza) – Cofidis SA vs YU, ZT
(Kawża C-616/18) (1)
(2020/C 304/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
Il-Qorti Ġenerali
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/14 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2020 – Société générale et vs SRB
(Kawża T-444/20)
(2020/C 304/16)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société générale (Pariġi, Franza), Crédit du Nord (Lille, Franza), SG Option Europe (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni SRB/ES/2020/24 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2020 għall-SRF sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti; |
|
— |
skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament Delegat bħala inapplikabbli:
|
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn il-modalitajiet għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) previsti mir-Regolament SRM u mir-Regolament Delegat ma jirriflettux la d-daqs attwali u lanqas ir-riskju reali tal-istituzzjonijiet. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba li l-mekkaniżmu ta’ kontribuzzjonijiet ex ante għas-SRF previst mir-Regolament SRM u mir-Regolament Delegat huwa bbażat fuq evalwazzjoni li għandha taggrava artifiċjalment il-profil tar-riskju ta’ istituzzjonijiet Franċiżi ta’ daqs kbir bħar-rikorrenti, u għalhekk tirriżulta f’ammont ta’ kontribuzzjoni li huwa sproporzjonatament għoli fir-rigward tar-riskju effettivament iġġenerat minn dawn l-istess istituzzjonijiet. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali peress li l-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet ex ante ffissat mir-Regolament SRM, mir-Regolament Delegat u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, minn naħa, ma jistax ikun antiċipat bi preċiżjoni suffiċjenti u, min-naħa l-oħra, ma jiddependix tant mis-sitwazzjoni u mill-profil tar-riskju speċifiċi tal-istituzzjoni iżda mis-sitwazzjoni relattiva tagħha meta mqabbla mal-istituzzjonijiet l-oħra li qed jikkontribwixxu. Fl-aħħar, ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni ma kellhiex tkun responsabbli għad-determinazzjoni tal-indikaturi tar-riskju fil-kuntest tar-Regolament Delegat, sa fejn dawn il-kriterji għandhom funzjoni li essenzjalment tistruttura u li hija deċiżiva fid-determinazzjoni tal-ammonti ta’ kontribuzzjoni (Artikolu 290 TFUE). |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba sa fejn is-SRB ma japplikax, għall-kalkolu tal-varjabbli li tiddependi mir-riskju, il-kriterji kollha tar-riskju previsti mir-Regolament Delegat. Ir-rikorrenti jqisu li d-deċiżjoni kkontestata ma tippreżentax, barra minn hekk, elementi ċari u kompleti biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jikkalkolaw mill-ġdid l-ammont tal-kontribuzzjoni dovut, li jinvolvi wkoll ksur tal-Artikolu 296 TFUE. |
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/15 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2020 – Crédit agricole et vs SRB
(Kawża T-445/20)
(2020/C 304/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza) u t-48 rikorrent ieħor (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni SRB/ES/2020/24 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2020 għall-SRF sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti; |
|
— |
skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament Delegat bħala inapplikabbli:
|
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-444/20, Société Générale et vs SRB.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/15 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2020 – Confédération nationale du Crédit mutuel et vs SRB
(Kawża T-446/20)
(2020/C 304/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Confédération nationale du Crédit mutuel (Pariġi, Franza) u l-25 rikorrent ieħor (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni SRB/ES/2020/24 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2020 għall-SRF sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti; |
|
— |
skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament Delegat bħala inapplikabbli:
|
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-444/20, Société Générale et vs SRB.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/16 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2020 – BNP Paribas vs SRB
(Kawża T-447/20)
(2020/C 304/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BNP Paribas (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni SRB/ES/2020/24 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2020 għall-SRF sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti; |
|
— |
skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament Delegat bħala inapplikabbli:
|
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-444/20, Société Générale et vs SRB.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/17 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2020 – BPCE et vs SRB
(Kawża T-448/20)
(2020/C 304/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BPCE (Pariġi, Franza) u l-44 rikorrent ieħor (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni SRB/ES/2020/24 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2020 għall-SRF sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti; |
|
— |
skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament Delegat bħala inapplikabbli:
|
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-444/20, Société Générale et vs SRB.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/17 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2020 – Banque postale vs SRB
(Kawża T-449/20)
(2020/C 304/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: La Banque postale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni SRB/ES/2020/24 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2020 għall-SRF sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti; |
|
— |
skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament Delegat bħala inapplikabbli:
|
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-444/20, Société Générale et vs SRB.
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/18 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2020 – Roxtec vs EUIPO – Wallmax (Representation of black circles placed over an orange square)
(Kawża T-455/20)
(2020/C 304/22)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Roxtec AB (Karlskrona, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Olsson u J. Adamsson, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wallmax Srl (Milan, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ ċirki suwed impoġġija fuq kaxxa oranġo) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 784 375
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2020 fil-Każ R 2385/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/19 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2020 – Industria de Diseño Textil vs EUIPO – Ffauf Italia (ZARA)
(Kawża T-467/20)
(2020/C 304/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Industria de Diseño Textil; SA (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ffauf Italia SpA (Riese Pio X, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ZARA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 89 29952
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 2040/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
parzjalment tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din laqgħet l-oppożizzjoni għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 35 u 43 u tiċħad l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-oġġetti u s-servizzi kkontestati kollha; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO, għall-ispejjeż ta’ dan l-appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) 2868/95; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/20 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2020 – LB vs Il-Parlament
(Kawża T-468/20)
(2020/C 304/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: LB (rappreżentant: O. Schmechel, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-2 ta’ Lulju 2020 li jittrasferixxi lir-rikorrenti lill-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew fil-Lussemburgu b’effett mill-1 ta’ Settembru 2020; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq il-motivi li ġejjin.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ konformità mal-proċedura għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura. It-trasferiment lejn post ieħor ta’ impjieg imur kontra d-dmir ta’ premura tal-persuna li timpjega, għaliex huwa inkompatibbli ma’ diversi drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali. B’mod partikolari, inkisru d-drittijiet li ġejjin:
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-natura sproporzjonata tat-trasferiment lejn post ieħor ta’ impjieg
|
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ diskrezzjoni
|
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
|
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq dekadenza
|
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/21 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2020 – Bigben Connected vs EUIPO – Forsee Power (FORCE POWER)
(Kawża T-478/20)
(2020/C 304/25)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bigben Connected (Fretin, Franza) (rappreżentant: M. Chaminade, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Forsee Power (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FORCE POWER – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 541 377.
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 2184/2019-5.
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO kif ukoll tal-avversarju, għall-ispejjeż inklużi dawk tal-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u dawk tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/22 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2020 – Eurobolt et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-479/20)
(2020/C 304/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eurobolt BV (‘s-Heerenberg, il-Pajjiżi l-Baxxi), Fabory Nederland BV (Tilburg, il-Pajjiżi l-Baxxi), ASF Fischer BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stafa Group BV (Maarheeze, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens u A. Willems, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli; |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/611 tat-30 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid id-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u kemm jekk le (1); u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv jallega li billi retroattivament “jirranġa” ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali, ir-Regolament (EU) 2020/611 jikser l-Artikoli 266 u 264 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
2. |
It-tieni motiv jallega li billi ma għandu l-ebda bażi legali valida, ir-Regolament (EU) 2020/611 jikser l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (2), l-Artikoli 5(1) u 5(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
|
3. |
It-tielet motiv jallega li billi jipprojbixxi l-ħlas lura u jordna l-ġbir ta’ dazji anti-dumping imħallsa lura, ir-Regolament (EU) 2020/611 jikser l-Artikoli 5(1) u 5(2) TUE. |
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009 L 343, p. 51).
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/23 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2020 – Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-480/20)
(2020/C 304/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE (Ain Sukhna, l-Eġittu), Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE (Ain Sukhna) (rappreżentanti: B. Servais u V. Crochet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (1) u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni u lil kull intervenjent li jista’ jiġi awtorizzat jintervjeni insostenn il-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-marġni tas-sussidju tar-rikorrenti tikser l-Artikoli 1(1), 5(1), 6, 12(1)(c) u 24(1) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkumpensa l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija minn korpi pubbliċi Ċiniżi tikser l-Artikoli 2(a), 2(b), 3(1)(a), 4(2) u 4(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-provvisti ta’ art lil Jushi tikser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/1037 kif ukoll l-Artikoli 3(2), 5 u 6(d) tal-istess regolament. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkumpensa s-sistema ta’ tnaqqis ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal materjali importati għal Jushi tikser l-Artikoli 3(1)(a)(ii), 3(2) u 5 tar-Regolament (UE) 2016/1037. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkumpensa t-trattament fiskali ta’ telf mill-kambju tikser l-Artikoli 3(2) u 4(2)(c) tar-Regolament (UE) 2016/1037. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-metodoloġija tal-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet fir-rigward tar-rikorrenti tikser l-Artikoli 1(1), 2(d), 8(1), 8(2) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2016/1037. |
(2) Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (ĠU 2016, L 176, p. 55).
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/24 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2020 – Magnetec vs EUIPO (CoolTUBE)
(Kawża T-481/20)
(2020/C 304/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Magnetec – Gesellschaft für Magnettechnologie mbH (Langenselbold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u D. Habel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CoolTUBE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 022 606
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 1755/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk imġarrba fil-kuntest tal-appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/25 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2020 – SATSE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-484/20)
(2020/C 304/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Sindicato de Enfermería (SATSE) (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Sesmero González, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali tannulla d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2020/739 tat-3 ta’ Ġunju 2020 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tas-SARS-CoV-2 fil-lista tal-aġenti bijoloġiċi magħrufa li jinfettaw lill-bnedmin u li temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2019/1833, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4.06.2020 (L 175/11 – L 175/14). |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 2 u 18 tad-Direttiva 2000/54/KE, flimkien mal-Anness III tagħha.
|
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali minħabba l-assenza ta’ motivazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-aġent bijoloġiku SARA-CoV-2 fil-grupp 3.
|
|
14.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/25 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2020 – Junqueras i Vies vs Il-Parlament
(Kawża T-485/20)
(2020/C 304/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Oriol Junqueras i Vies (Sant Joan de Vilatorrada, Spanja) (rappreżentant: A. Van den Eynde Adroer, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew / Direttorat Ġenerali tal-Finanzi – Directorate for Members’ Financial and Social Entitlements, innotifikata bl-ittra ta’ Didier KLETHI, tas-7 ta’ Mejju 2020, li tistabbilixxi li s-salarju tal-Membru Parlamentari Oriol Junqueras i Vias jista’ jitħallas biss għall-perijodu ta’ bejn il-25 ta’ Settembru 2019 u t-2 ta’ Jannar 2020, b’mod konformi mal-Artikolu 10 tal-Istatut tal-Membri Parlamentari tal-Parlament Ewropew, bl-ispejjeż jitħallsu mill-konvenut.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tas-sentenza tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tad-19 ta’ Diċembru 2019, mogħtija fil-kuntest tad-domanda preliminari C-502/19, Junqueras i Vias, sa fejn tirrikonoxxi lil Oriol Junqueras i Vies l-istatus ta’ Membru Parlamentari tal-Parlament Ewropew sa mit-13 ta’ Ġunju 2019, b’tali mod li skont l-imsemmija sentenza ma teżistix il-kawża ta’ inkompatibbiltà prevista fl-Artikolu 7.2 tal-Att rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropea tal-1976. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-neċessità, fil-każ konkret, ta’ interpretazzjoni mhux formalistika tal-Artikolu 7.2 tal-Att rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropea tal-1976 sa fejn, meta ffaċċjat bl-inattività tal-Parlament b’rabta mal-protezzjoni tal-immunità ta’ Junqueras i Vias, kien impedut materjalment u fiżikament u contra l-volontà tiegħu milli jirrinunzja għall-pożizzjoni ta’ deputat tal-Kamra tad-Deputati u li jaċċedi għall-eżerċizzju sħiħ tal-pożizzjoni tiegħu bħala membru tal-Parlament Ewropew. |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-neċessità, fil-każ konkret, ta’ interpretazzjoni sostantiva u mhux formalistika tal-Artikolu 7.2 tal-Att rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropea tal-1976 sa fejn sostantivament ma teżistix kawża ta’ inkompatibbiltà, sa fejn Junqueras i Vias kien f’kull mument fi stat ta’ sospensjoni mill-eżerċizzju tal-pożizzjoni tiegħu ta’ deputat tal-Kamra tad-Deputati u mid-drittijiet u l-allowances kollha marbuta mal-istess pożizzjoni u sa fejn huwa barra minn hekk inżamm kontra l-volontà tiegħu fl-imsemmija pożizzjoni minħabba li huwa ġie impediment fiżiku u materjali, u kontra l-volontà tiegħu, milli jirrinunzja għall-imsemmija pożizzjoni sabiex jaċċedi għall-eżerċizzju sħiħ tal-pożizzjoni tiegħu bħala membru tal-Parlament Ewropew. |