ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 297

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
7 ta' Settembru 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 297/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 297/02

Kawża C-378/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Inclusion Alliance for Europe GEIE vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) kif ukoll tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013) – Proġetti MARE, Senior u ECRN – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni)

2

2020/C 297/03

Kawża C-517/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht- il-Ġermanja) – Milkiyas Addis vs ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika tal-ażil – Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikoli 14 u 34 – Obbligu li l-applikant għal protezzjoni internazzjonali jingħata l-possibbiltà ta’ intervista personali qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ inammissibbiltà – Ksur tal-obbligu matul il-proċedura fl-ewwel istanza – Konsegwenzi)

2

2020/C 297/04

Kawża C-584/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 – ADR Center SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku Ġustizzja Ċivili għall-perijodu 2007-2013 – Rapporti ta’ awditu li jikkontestaw in-natura eliġibbli ta’ ċerti spejjeż – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tordna l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Artikolu 299 TFUE – Setgħa tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kuntrattwali – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

3

2020/C 297/05

Kawża C-311/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Data Protection Commissioner vs Facebook Ireland Limited, Maximillian Schrems (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 47 – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 2(2) – Kamp ta’ applikazzjoni – Trasferiment ta’ data personali lejn pajjiżi terzi għal finijiet kummerċjali – Artikolu 45 – Deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni – Artikolu 46 – Trasferimenti suġġetti għal salvagwardji xierqa – Artikolu 58 – Setgħat tal-awtoritajiet superviżorji – Ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiż terz, għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, tad-data ttrasferita – Evalwazzjoni tan-natura adegwata tal-livell ta’ protezzjoni żgurat fil-pajjiż terz – Deċiżjoni 2010/87/UE – Klawżoli standard ta’ protezzjoni għat-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiżi terzi – Salvagwardji xierqa offruti mill-kontrollur tad-data – Validità – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1250 – Adegwatezza tal-protezzjoni żgurata mill-Ħarsien tal-Privatezza Unjoni Ewropea-Stati Uniti – Validità – Ilment ta’ persuna fiżika li d-data tagħha ġiet ittrasferita mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti)

4

2020/C 297/06

Kawża C-549/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu – Direttiva (UE) 2015/849 – Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni – Artikolu 260(3) TFUE – Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa)

5

2020/C 297/07

Kawża C-550/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu – Direttiva (UE) 2015/849 – Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni – Artikolu 260(3) TFUE – Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa)

6

2020/C 297/08

Kawża C-606/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Nexans France SAS, Nexans SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku ta’ taħt l-art u ta’ taħt il-baħar – Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Artikolu 20 – Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-akkordji – Setgħa li tiġi kkopjata data mingħajr eżami minn qabel u li tiġi eżaminata sussegwentement fil-bini tal-Kummissjoni – Multi – Ġurisdizzjoni sħiħa)

6

2020/C 297/09

Kawża C-610/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – AFMB Ltd et vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ħaddiema migranti – Sigurtà soċjali – Leġiżlazzjoni applikabbli – Regolament (KEE) Nru 1408/71 – Artikolu 14(2)(a) – Kunċett ta’ persuna li tagħmel parti mill-persunal sewwieq ta’ impriża – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 13(1)(b) – Kunċett ta’ persuna li timpjega – Xufiera ta’ trakkijiet li normalment jeżerċitaw attività bħala persuna impjegata f’żewġ jew f’iktar Stati Membri jew Stati tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) – Xufiera ta’ trakkijiet li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol ma’ impriża iżda li huma taħt l-awtorità effettiva ta’ impriża oħra stabbilita fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ dawn ix-xufiera – Determinazzjoni tal-impriża li għandha l-kwalità ta’ persuna li timpjega)

7

2020/C 297/10

Kawża C-658/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Bologna – l-Italja) – UX vs Governo della Repubblica italiana (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ammissibbiltà – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ qorti nazzjonali – Kriterji – Politika soċjali – Direttiva 2003/88/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 7 – Leave annwali mħallas – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżoli 2 u 3 – Kunċett ta’ ħaddiem għal żmien determinat – Giudici di pace [membri tal-ġudikatura li jippresjedu l-Qorti Konċiljatorja] u membri tal-ġudikatura ordinarji – Differenza fit-trattament – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Kunċett ta’ raġunijiet oġġettivi)

8

2020/C 297/11

Kawża C-686/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 a’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – OC et, Adusbef, Federconsumatori, PB et, QA et vs Banca d’Italia, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ammissibbiltà – Artikoli 63 et seq. TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Artikoli 107 et seq. TFUE – Għajnuna mill-Istat – Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Libertà ta’ intrapriża – Dritt għall-proprjetà – Regolament (UE) Nru 575/2013 – Rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-impriżi ta’ investiment – Artikolu 29 – Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Artikolu 6(4) – Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Kompiti speċifiċi fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Regolament ta’ Delega (UE) Nru 241/2014 – Standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli għall-istituzzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi limitu massimu ta’ attiv għall-banek popolari kkostitwiti fil-forma ta’ soċjetajiet kooperattivi u li tippermetti l-limitazzjoni tad-dritt għat-tifdija tal-azzjonijiet tas-soċji li jirtiraw)

9

2020/C 297/12

Kawża C-714/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 – ACTC GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Taiga AB (Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea tigha – Oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea TAIGA – Ċħid parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Artikolu 8(1)(b) – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Evalwazzjoni tax-xebh fuq il-livell kunċettwali tas-sinjali kunfliġġenti – Artikolu 42(2) – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Prova tal-użu fir-rigward ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi – Determinazzjoni ta’ subkategorija awtonoma ta’ prodotti)

10

2020/C 297/13

Kawża C-771/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Swieq interni tal-elettriku u tal-gass naturali – Networks ta’ trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass naturali – Kundizzjonijiet għall-aċċess – Regolament (KE) Nru 714/2009 – Artikolu 14(1) – Regolament (KE) Nru 715/2009 – Artikolu 13(1) – Spejjeż – Iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks – Direttiva 2009/72/KE – Artikolu 37(17) – Direttiva 2009/73/KE – Artikolu 41(17) – Rimedji nazzjonali – Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

10

2020/C 297/14

Kawża C-73/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Belgische Staat, irrappreżentat mill-Minister van Werk, Economie en Consumenten, responsabbli għall-Buitenlandse handel, u mid-Directeur-Generaal van de Algemene Directie Controle en Bemiddeling van de FOD Economie, K.M.O., Middenstand en Energie, li saret Algemene Directie Economische Inspectie, Directeur-Generaal van de Algemene Directie Controle en Bemiddeling van de FOD Economie, K.M.O., Middenstand en Energie, li saret Algemene Directie Economische Inspectie vs Movic BV, Events Belgium BV, Leisure Tickets & Activities International BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Artikolu 1(1) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ materji ċivili u kummerċjali – Azzjoni għal inibizzjoni ta’ prattiki kummerċjali żleali mressqa minn awtorità pubblika għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi)

11

2020/C 297/15

Kawża C-80/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – proċedura mibdija minn E. E. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 650/2012 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ suċċessjoni b’implikazzjonijiet transkonfinali – Kunċett ta’ residenza abitwali tad-deċedut – Artikolu 3(2) – Kunċett ta’ qorti – Issuġġettar tan-nutara għar-regoli tal-ġurisdizzjoni internazzjonali – Artikolu 3(1)(g) u (i) – Kunċetti ta’ deċiżjoni u ta’ strument awtentiku – Artikoli 5, 7 u 22 – Ftehim dwar l-għażla tal-qorti u dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni – Artikolu 83(2) u (4) – Dispożizzjonijiet tranżitorji)

12

2020/C 297/16

Kawża C-97/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 Juillet 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Köln (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kodiċi Doganali – Dikjarazzjonijiet doganali – Artikolu 78 ta’ dan il-kodiċi – – Reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali – Isem id-dikjarant – Emenda tal-informazzjoni relatata mal-identità tad-dikjarant intiża li turi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta – Rappreżentanza indiretta tal-persuna li kisbet ċertifikat ta’ importazzjoni)

13

2020/C 297/17

Kawża C-129/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Presidenza del Consiglio dei Ministri vs BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/80/KE – Artikolu 12(2) – Skemi nazzjonali ta’ kumpens għal vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti li jiżguraw kumpens ġust u xieraq – Kamp ta’ applikazzjoni – Vittma residenti fit-territorju tal-Istat Membru li fih twettaq id-delitt intenzjonali vjolenti – Obbligu li din il-vittma taqa’ taħt l-iskema nazzjonali ta’ kumpens – Kunċett ta’ kumpens ġust u xieraq – Responsabbiltà tal-Istati Membri fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni)

13

2020/C 297/18

Kawżi Magħquda C-133/19, C-136/19 u C-137/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – B. M. M. (C-133/19 u C-136/19), B. S. (C-133/19), B. M. (C-136/19), B. M. O. (C-137/19) vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika dwar l-immigrazzjoni – Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Direttiva 2003/86/KE – Artikolu 4(1) – Kunċett ta’ wild minuri – Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – L-aħjar interess tal-wild – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Dritt għal rimedju effettiv – Kisba tal-età maġġuri ta’ wlied l-isponsor matul il-proċedura deċiżjonali jew il-proċedura ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja)

14

2020/C 297/19

Kawżi magħquda C-224/19 u C-259/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca, Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ceuta – Spanja) – CY vs Caixabank SA (C-224/19), LG, PK vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA (C-259/19) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikoli 6 u 7 – Kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Self ipotekarju – Klawżoli inġusti – Klawżoli li jimponu t-totalità tal-ispejjeż għall-kostituzzjoni u għall-ħelsien ta’ ipoteka a karigu ta’ min jissellef – Effetti tad-dikjarazzjoni ta’ nullità tal-imsemmija klawżoli – Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kkwalifikata bħala inġusta – Tqassim tal-ispejjeż – Applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ natura supplimentari – Artikolu 3(1) – Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali – Artikolu 4(2) – Esklużjoni tal-klawżoli relattivi għall-għan prinċipali tal-kuntratt jew għall-aġġustament tal-prezz jew tar-remunerazzjoni – Kundizzjoni – Artikolu 5 – Obbligu ta’ tfassil ċar u li jinftiehem tal-klawżoli kuntrattwali – Spejjeż – Preskrizzjoni – Prinċipju ta’ effettività)

15

2020/C 297/20

Kawża C-249/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – JE vs KF (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 1259/2010 – Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali – Regoli uniformi – Artikolu 10 – Applikazzjoni tal-liġi tal-forum)

16

2020/C 297/21

Kawża C-253/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães – il-Portugall) – MH, NI vs OJ, Novo Banco SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament (UE) 2015/848 – Artikolu 3 – Ġurisdizzjoni internazzjonali – Ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur – Persuna fiżika li ma teżerċitax professjoni liberali jew attività oħra ta’ persuna li taħdem għal rasha – Preżunzjoni konfutabbli skont liema ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ din il-persuna huwa r-residenza abitwali tagħha – Ikkonfutar tal-preżunzjoni – Sitwazzjoni li fiha l-unika proprjetà immobbli tad-debitur tinsab barra l-Istat Membru ta’ residenza abitwali)

16

2020/C 297/22

Kawża C-411/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – WWF Italia o.n.l.u.s., et vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Azienda Nazionale Autonoma Strade SpA (ANAS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Artikolu 6 – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Twettiq ta’ sezzjoni tat-triq – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ dan il-proġett fuq iż-żona speċjali ta’ konservazzjoni kkonċernata – Awtorizzazzjoni – Raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ikbar)

17

2020/C 297/23

Kawża C-424/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Cabinet de avocat UR vs Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice prin Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice, MJ, NK (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2006/112/KE – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Artikolu 9(1) – Kunċett ta’ persuna taxxabbli – Persuna li teżerċita l-professjoni ta’ avukat – Deċiżjoni ġudizzjarja definittiva – Prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata – Portata ta’ dan il-prinċipju fl-ipoteżi fejn din id-deċiżjoni tkun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni)

18

2020/C 297/24

Kawża C-496/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria regionale della Campania – l-Italja) – Antonio Capaldo SpA vs Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio delle dogane di Salerno (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Verifika tal-merkanzija – Talba għal reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali – Verifika a posteriori)

19

2020/C 297/25

Kawża C-686/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Litwanja) – SIA Soho Group vs Patērētāju tiesību aizsardzības centrs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur – Direttiva 2008/48/KE – Kunċett ta’ l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur – Spejjeż marbuta mal-estensjoni tal-kreditu)

19

2020/C 297/26

Kawża C-436/19 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 minn Abaco Energy SA et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-25 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-186/18, Abaco Energy et vs il-Kummissjoni

20

2020/C 297/27

Kawża C-176/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis-7 ta’ April 2020 – SC Avio Lucos SRL vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul judeţean Dolj, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Aparat Central

20

2020/C 297/28

Kawża C-179/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fis-7 ta’ April 2020 – Fondul Proprietatea SA vs Guvernul României, SC Complexul Energetic Hunedoara SA, fi stralċ, Compania Naţională de Transport a Energiei Electrice Transelectrica SA, SC Complexul Energetic Oltenia SA

21

2020/C 297/29

Kawża C-182/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Suceava (ir-Rumanija) fit-23 ta’ April 2020 – BE, DT vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi, Accer Ipurl Suceva – stralċjarju ġudizzjarju ta’ BE, EP

22

2020/C 297/30

Kawża C-217/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Overijssel (l-Olanda) fil-25 ta’ Mejju 2020 – XXXX vs Staatssecretaris van Financiën

22

2020/C 297/31

Kawża C-218/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Mureş (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Mejju 2020 – Sindicatul Lucrătorilor din Transporturi, TD vs SC Samidani Trans SRL

23

2020/C 297/32

Kawża C-225/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanţa (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Mejju 2020 – Euro Delta Danube Srl vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul Judeţean Tulcea

23

2020/C 297/33

Kawża C-233/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta’ Ġunju 2020 – WD vs job-medium GmbH fi stralċ

24

2020/C 297/34

Kawża C-237/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjizi l-Baxxi) fil-5 ta’ Ġunju 2020 – Federatie Nederlandse Vakbeweging vs Heiploeg Seafood International BV, Heitrans International BV

25

2020/C 297/35

Kawża C-241/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance du Luxembourg (il-Belġju) fil-5 ta’ Ġunju 2020 – BJ vs État belge

26

2020/C 297/36

Kawża C-245/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Mejju 2020 – X u Z vs Autoriteit Persoonsgegevens

27

2020/C 297/37

Kawża C-246/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent (il-Belġju) fit-3 ta’ Ġunju 2020 – Openbaar Ministerie vs EA

28

2020/C 297/38

Kawża C-251/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-10 ta’ Ġunju 2020 – Gtflix Tv vs DR

28

2020/C 297/39

Kawża C-253/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-9 ta’ Ġunju 2020 – Impexeco NV vs Novartis AG

29

2020/C 297/40

Kawża C-254/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-9 ta’ Ġunju 2020 – PI Pharma NV vs Novartis AG, Novartis Pharma NV

29

2020/C 297/41

Kawża C-269/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Ġunju 2020 – Finanzamt T vs S

30

2020/C 297/42

Kawża C-274/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Massa (l-Italja) fid-19 ta’ Ġunju 2020 – GN, WX vs Prefettura di Massa Carrara – Ufficio Territoriale del Governo di Massa Carrara

31

2020/C 297/43

Kawża C-283/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fil-25 ta’ Ġunju 2020 – CO, ME, GC, u 42 parti oħra vs MJ, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Eulex Kosovo

32

2020/C 297/44

Kawża C-288/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal judiciaire – Bobigny (Franza) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – BNP Paribas Personal Finance SA vs ZD

32

2020/C 297/45

Kawża C-289/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – IB vs FA

34

2020/C 297/46

Kawża C-290/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – AS Latvijas Gāze vs Latvijas Republikas Saeima, Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija

34

2020/C 297/47

Kawża C-299/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Lulju 2020 – Icade Promotion Logement SAS vs Ministère de l’Action et des Comptes publics

35

2020/C 297/48

Kawża C-328/20: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

36

2020/C 297/49

Kawża C-331/20 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2020 minn Volotea, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-13 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-607/17, Volotea vs Il-Kummissjoni

37

2020/C 297/50

Kawża C-343/20 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2020 minn easyJet Airline Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla, Estiża) fit-13 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-8/18, easyJet Airline vs Il-Kummissjoni

38

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 297/51

Kawża T-371/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2020 – Pollinis France vs Il-Kummissjoni

39

2020/C 297/52

Kawża T-381/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2020 – Datax vs REA

39

2020/C 297/53

Kawża T-392/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ġunju 2020 – Flašker vs Il-Kummissjoni

40

2020/C 297/54

Kawża T-404/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2020 – Global Translation Solutions vs Il-Kummissjoni

41

2020/C 297/55

Kawża T-415/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2020 – KT vs BEI

42

2020/C 297/56

Kawża T-425/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2020 – KU vs SEAE

43

2020/C 297/57

Kawża T-435/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – JR vs Il-Kummissjoni

44

2020/C 297/58

Kawża T-440/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 – Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni

44

2020/C 297/59

Kawża T-441/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 – Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni

45

2020/C 297/60

Kawża T-442/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2020 – Grangé and Van Strydonck vs EUIPO – Nema (âme)

46

2020/C 297/61

Kawża T-443/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2020 – Sanford vs EUIPO – Avery Zweckform (Tikketti)

46

2020/C 297/62

Kawża T-457/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2020 – VeriGraft vs EASME

47

2020/C 297/63

Kawża T-464/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2020 – Eggy Food vs EUIPO (YOUR DAILY PROTEIN)

48

2020/C 297/64

Kawża T-474/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2020 – LD vs Il-Kummissjoni

48


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 297/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 287, 31.8.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 279, 24.8.2020

ĠU C 271, 17.8.2020

ĠU C 262, 10.8.2020

ĠU C 255, 3.8.2020

ĠU C 247, 27.7.2020

ĠU C 240, 20.7.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Inclusion Alliance for Europe GEIE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-378/16 P) (1)

(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) kif ukoll tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013) - Proġetti MARE, Senior u ECRN - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament - Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni)

(2020/C 297/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Inclusion Alliance for Europe GEIE (rappreżentanti: A. D’Amico u S. Famiani, avvocati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Moro, S. Delaude u L. Di Paolo, sussegwentement minn F. Moro u S. Delaude, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avvocato)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ April 2016, Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni (T-539/13, mhux ippubblikat, EU:T:2016:235), huwa annullat.

2)

Il-kawża T-539/13 għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 326, 05.09.2016.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht- il-Ġermanja) – Milkiyas Addis vs ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-517/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-ażil - Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikoli 14 u 34 - Obbligu li l-applikant għal protezzjoni internazzjonali jingħata l-possibbiltà ta’ intervista personali qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ inammissibbiltà - Ksur tal-obbligu matul il-proċedura fl-ewwel istanza - Konsegwenzi)

(2020/C 297/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Milkiyas Addis

Konvenut: ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

L-Artikoli 14 u 34 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ksur tal-obbligu li jingħata lill-applikant għal protezzjoni internazzjonali l-possibbiltà li jkollu intervista personali qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq l-Artikolu 33(2)(a) ta’ din id-direttiva ma jwassalx għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni u r-rinviju tal-każ quddiem l-awtorità responsabbli għad-determinazzjoni, sakemm din il-leġiżlazzjoni tippermetti lil dan l-applikant, f’dan il-kuntest, li jiġu osservati l-argumenti kollha ta’ din id-deċiżjoni, biex tispjega personalment l-argumenti kollha tagħha kontra l-imsemmija deċiżjoni waqt seduta li tirrispetta l-kundizzjonijiet u l-garanziji fundamentali applikabbli, stabbiliti fl-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva, u li dawn l-argumenti probabbilment ma jbiddlux l-istess deċiżjoni.


(1)  ĠU C 392, 20.11.2017.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 – ADR Center SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-584/17 P) (1)

(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku “Ġustizzja Ċivili” għall-perijodu 2007-2013 - Rapporti ta’ awditu li jikkontestaw in-natura eliġibbli ta’ ċerti spejjeż - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tordna l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament - Artikolu 299 TFUE - Setgħa tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kuntrattwali - Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

(2020/C 297/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ADR Center SpA (rappreżentanti: A. Guillerme u T. Bontinck, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u A. Katsimerou, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

ADR Center SpA għandha tbati, minbarra żewġ terzi tal-ispejjeż rispettivi tagħha, żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra terz tal-ispejjeż rispettivi tagħha, terz tal-ispejjeż sostnuti minn ADR Center SpA.


(1)  ĠU C 5, 08.01.2018.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Data Protection Commissioner vs Facebook Ireland Limited, Maximillian Schrems

(Kawża C-311/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7, 8 u 47 - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 2(2) - Kamp ta’ applikazzjoni - Trasferiment ta’ data personali lejn pajjiżi terzi għal finijiet kummerċjali - Artikolu 45 - Deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni - Artikolu 46 - Trasferimenti suġġetti għal salvagwardji xierqa - Artikolu 58 - Setgħat tal-awtoritajiet superviżorji - Ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiż terz, għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali, tad-data ttrasferita - Evalwazzjoni tan-natura adegwata tal-livell ta’ protezzjoni żgurat fil-pajjiż terz - Deċiżjoni 2010/87/UE - Klawżoli standard ta’ protezzjoni għat-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiżi terzi - Salvagwardji xierqa offruti mill-kontrollur tad-data - Validità - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1250 - Adegwatezza tal-protezzjoni żgurata mill-Ħarsien tal-Privatezza Unjoni Ewropea-Stati Uniti - Validità - Ilment ta’ persuna fiżika li d-data tagħha ġiet ittrasferita mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti)

(2020/C 297/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Data Protection Commissioner

Konvenuti: Facebook Ireland Limited, Maximillian Schrems

fil-preżenza ta’: The United States of America, Electronic Privacy Information Centre, BSA Business Software Alliance Inc., Digitaleurope

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament trasferiment ta’ data personali mwettaq għal finijiet kummerċjali minn operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru lejn operatur ekonomiku ieħor stabbilit f’pajjiż terz, minkejja l-fatt li, matul jew wara dan it-trasferiment, din id-data tista’ tkun ipproċessata mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat għal finijiet ta’ sigurtà pubblika, ta’ difiża u ta’ sigurtà tal-Istat.

2)

L-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 46(2)(c) tar-Regolament 2016/679 għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-salvagwardji xierqa, id-drittijiet infurzabbli u r-rimedji legali effettivi meħtieġa minn dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw li d-drittijiet tal-persuni li d-data personali tagħhom tiġi ttrasferita lejn pajjiż terz fuq il-bażi ta’ klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data jibbenefikaw minn livell ta’ protezzjoni sostanzjalment ekwivalenti għal dak iggarantit fi ħdan l-Unjoni Ewropea minn dan ir-regolament, moqri fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, l-evalwazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni żgurat fil-kuntest ta’ tali trasferiment għandha, b’mod partikolari, tieħu inkunsiderazzjoni kemm l-istipulazzjonijiet kuntrattwali miftiehma bejn il-kontrollur jew il-proċessur stabbiliti fl-Unjoni Ewropea u r-riċevitur tat-trasferiment stabbilit fil-pajjiż terz ikkonċernat u kemm, fir-rigward ta’ eventwali aċċess mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ dan il-pajjiż terz għad-data personali ttrasferita, l-elementi rilevanti tas-sistema ġuridika tiegħu, b’mod partikolari dawk indikati fl-Artikolu 45(2) tal-imsemmi regolament.

3)

L-Artikolu 58(2)(f) u (j) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni ta’ adegwatezza adottata b’mod validu mill-Kummissjoni Ewropea, l-awtorità superviżorja kompetenti hija obbligata tissospendi jew tipprojbixxi trasferiment ta’ data lejn pajjiż terz ibbażat fuq klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni f’sitwazzjoni fejn din l-awtorità superviżorja tqis, fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi kollha ta’ dan it-trasferiment, li dawn il-klawżoli ma humiex jew ma jistgħux jiġu osservati f’dan il-pajjiż terz u li l-protezzjoni tad-data ttrasferita meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mill-Artikoli 45 u 46 ta’ dan ir-regolament u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ma tistax tiġi żgurata b’mezzi oħra, sakemm il-kontrollur jew il-proċessur stabbiliti fl-Unjoni ma jkunux issospendew jew temmew it-trasferiment huma stess.

4)

Mill-eżami tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/87/UE tal-5 ta’ Frar 2010 dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ dejta personali għall-proċessuri stabbiliti f’pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2297 tas-16 ta’ Diċembru 2016, fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma rriżulta ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità ta’ din id-deċiżjoni.

5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1250 tat-12 ta’ Lulju 2016 skont id-Direttiva Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-Ħarsien tal-Privatezza UE-U.S., hija invalida.


(1)  ĠU C 249, 16.7.2018.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

(Kawża C-549/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu - Direttiva (UE) 2015/849 - Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni - Artikolu 260(3) TFUE - Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa)

(2020/C 297/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf, L. Flynn, G. von Rintelen, L. Nicolae u L. Radu Bouyon, aġenti)

Konvenuta: Ir-Rumanija (rappreżentanti: inizjalment minn C.-R. Canţăr, E. Gane, L. Liţu u R. I. Haţieganu, sussegwentement minn dawn it-tlieta tal-aħħar, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tal-Belgju (rappreżentanti: C. Pochet, P. Cottin u J.-C. Halleux, aġenti), ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent), ir-Repubblika Franciza (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères, B. Fodda u J.-L. Carré, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi, sal-iskadenza tat-terminu mogħti fl-opinjoni motivata tat-8 ta’ Diċembru 2017, ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, u, għaldaqstant, peress li ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Rumanija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2015/849.

2)

Ir-Rumanija hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 3 000 000.

3)

Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż.

4)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-550/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu - Direttiva (UE) 2015/849 - Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni - Artikolu 260(3) TFUE - Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa)

(2020/C 297/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf, L. Flynn u G. von Rintelen, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: G. Hodge, M. Browne u A. Joyce, aġenti, assistiti minn G. Gilmore, BL, u minn P. McGarry, SC)

Parties intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères, B. Fodda u J.-L. Carré, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fl-iskadenza tat-terminu mogħti fl-opinjoni motivata tat-8 ta’ Marzu 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE u, għalhekk, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2015/849.

2)

L-Irlanda hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa li tammonta għal EUR 2 000 000.

3)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.

4)

Ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Nexans France SAS, Nexans SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-606/18 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku ta’ taħt l-art u ta’ taħt il-baħar - Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 20 - Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-akkordji - Setgħa li tiġi kkopjata data mingħajr eżami minn qabel u li tiġi eżaminata sussegwentement fil-bini tal-Kummissjoni - Multi - Ġurisdizzjoni sħiħa)

(2020/C 297/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Nexans France SAS, Nexans SA (rappreżentanti: G. Forwood, avocate, u M. Powell u A. Rogers, solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, P. Rossi, C. Sjödin u F. Castilla Contreras, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Nexans France SAS u Nexans SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – AFMB Ltd et vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

(Kawża C-610/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ħaddiema migranti - Sigurtà soċjali - Leġiżlazzjoni applikabbli - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 14(2)(a) - Kunċett ta’ “persuna li tagħmel parti mill-persunal sewwieq ta’ impriża” - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 13(1)(b) - Kunċett ta’ “persuna li timpjega” - Xufiera ta’ trakkijiet li normalment jeżerċitaw attività bħala persuna impjegata f’żewġ jew f’iktar Stati Membri jew Stati tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) - Xufiera ta’ trakkijiet li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol ma’ impriża iżda li huma taħt l-awtorità effettiva ta’ impriża oħra stabbilita fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ dawn ix-xufiera - Determinazzjoni tal-impriża li għandha l-kwalità ta’ “persuna li timpjega”)

(2020/C 297/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AFMB Ltd et

Konvenut: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

Dispożittiv

L-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar il-pubblikazzjoni [l-applikazzjoni] ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, kif ukoll l-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna li timpjega lil xufier internazzjonali ta’ trakkijiet, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, hija l-impriża li teżerċita awtorità effettiva fuq dan ix-xufier ta’ trakkijiet, effettivament issostni l-piż tas-salarju korrispondenti u għandha s-setgħa effettiva li tkeċċih, u mhux l-impriża li magħha l-imsemmi xufier ta’ trakkijiet ikkonkluda kuntratt ta’ xogħol u li hija formalment indikata f’dan il-kuntratt bħala l-persuna li timpjega lil dan l-istess xufier.


(1)  ĠU C 455, 17.12.2018.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Bologna – l-Italja) – UX vs Governo della Repubblica italiana

(Kawża C-658/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti nazzjonali” - Kriterji - Politika soċjali - Direttiva 2003/88/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 7 - Leave annwali mħallas - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżoli 2 u 3 - Kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat” - Giudici di pace [membri tal-ġudikatura li jippresjedu l-Qorti Konċiljatorja] u membri tal-ġudikatura ordinarji - Differenza fit-trattament - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi”)

(2020/C 297/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Bologna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UX

Konvenut: Governo della Repubblica italiana

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Giudice di pace (il-Qorti Konċiljatorja, l-Italja) taqa’ taħt il-kunċett ta’ “qorti ta’ Stat Membru”, fis-sens ta’ dan l-artikolu.

2)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li giudice di pace [membru tal-ġudikatura li jippresjedi l-Qorti Konċiljatorja] li, fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu, jipprovdi servizzi reali u effettivi, li ma jkunu la purament marġinali u lanqas anċillari, u li għalihom huwa jirċievi kumpens li jkun ta’ natura remuneratorja, jista’ jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ħaddiem”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

3)

Il-klawżola 2(1) tal-ftehim qafas fuq ix-xogħol għal żmien determinat konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat”, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, jista’ jinkludi giudice di pace, maħtur għal perijodu limitat, li, fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu, jipprovdi servizzi reali u effettivi, li ma jkunu la purament marġinali u lanqas anċillari, u li għalihom huwa jirċievi kumpens li jkun ta’ natura remuneratorja, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

4)

Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix id-dritt għal giudice di pace li jibbenefika minn leave annwali mħallas ta’ 30 jum, bħal dak previst għall-membri tal-ġudikatura ordinarji, fil-każ li dan il-giudice di pace jkun jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat”, fis-sens tal-klawżola 2(1) ta’ dan il-ftehim qafas, u fil-każ li huwa jkun jinsab f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ membru tal-ġudikatura ordinarju, sakemm tali differenza fit-trattament ma tkunx iġġustifikata abbażi tad-differenzi fil-kwalifiki meħtieġa u n-natura tal-kompiti li għalihom l-imsemmija membri tal-ġudikatura huma responsabbli, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 25,21.1.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 a’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – OC et, Adusbef, Federconsumatori, PB et, QA et vs Banca d’Italia, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-686/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Artikoli 63 et seq. TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 107 et seq. TFUE - Għajnuna mill-Istat - Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Libertà ta’ intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Regolament (UE) Nru 575/2013 - Rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-impriżi ta’ investiment - Artikolu 29 - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Artikolu 6(4) - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Kompiti speċifiċi fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 241/2014 - Standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli għall-istituzzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi limitu massimu ta’ attiv għall-banek popolari kkostitwiti fil-forma ta’ soċjetajiet kooperattivi u li tippermetti l-limitazzjoni tad-dritt għat-tifdija tal-azzjonijiet tas-soċji li jirtiraw)

(2020/C 297/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OC et, Adusbef, Federconsumatori, PB et, QA et

Konvenuti: Banca d’Italia, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze

fil-preżenza ta’: Banca Popolare di Sondrio ScpA, Veneto Banca ScpA, Banco Popolare – Società Cooperativa, Coordinamento delle associazioni per la tutela dell’ambiente e dei diritti degli utenti e consumatori (Codacons), Banco BPM SpA, Unione di Banche Italiane – Ubi Banca SpA, Banca Popolare di Milano, Amber Capital Italia SGR SpA, RZ et, Amber Capital UK LLP, Unione di Banche Italiane – Ubi Banca ScpA, Banca Popolare di Vicenza ScpA, Banca Popolare dell’Etruria e del Lazio SC

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet, kif ukoll l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi lill-banek popolari stabbiliti f’dan l-Istat Membru milli jirrifjutaw li jifdu l-istrumenti ta’ fondi proprji iżda li tippermetti lil dawn il-banek jiddiferixxu għal perijodu illimitat it-tifdija tas-sehem tas-soċju li jirtira u li jillimitaw kompletament jew parzjalment l-ammont mifdi, kemm-il darba l-limiti ta’ tifdija deċiżi fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ din il-possibbiltà ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun meħtieġ, fid-dawl tas-sitwazzjoni prudenzjali tal-imsemmija banek, sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti kapitali maħruġa minnhom ikunu eliġibbli bħala strumenti ta’ ekwità komuni tal-grad 1, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-elementi msemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament ta’ Delega Nru 241/2014, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikoli 63 et seq. TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi limitu massimu ta’ attiv għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet bankarji minn banek popolari stabbiliti f’dan l-Istat Membru u kkostitwiti fil-forma ta’ soċjetajiet kooperattivi pubbliċi b’responsabbiltà limitata, limitu li fil-każ li jinqabeż dawn il-banek ikunu obbligati jittrasformaw ruħhom f’kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, inaqqsu l-attiv tagħhom b’tali mod li jkun inqas minn dan il-limitu jew jipproċedu għal-likwidazzjoni tagħhom, kemm-il darba din il-leġiżlazzjoni tkun adegwata sabiex tiggarantixxi li jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali mfittxija minnha u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 35, 28.1.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 – ACTC GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Taiga AB

(Kawża C-714/18 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea tigha - Oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea TAIGA - Ċħid parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Artikolu 8(1)(b) - Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Evalwazzjoni tax-xebh fuq il-livell kunċettwali tas-sinjali kunfliġġenti - Artikolu 42(2) - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Prova tal-użu “fir-rigward ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi” - Determinazzjoni ta’ subkategorija awtonoma ta’ prodotti)

(2020/C 297/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ACTC GmbH (rappreżentanti: V. Hoene, D. Eickemeier u S. Gantenbrink, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent), Taiga AB (rappreżentanti: C. Eckhartt, A. von Mühlendahl, K. Thanbichler-Brandl u C. Fluhme, Rechtsanwälte)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

ACTC GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.03.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-771/18) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Swieq interni tal-elettriku u tal-gass naturali - Networks ta’ trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass naturali - Kundizzjonijiet għall-aċċess - Regolament (KE) Nru 714/2009 - Artikolu 14(1) - Regolament (KE) Nru 715/2009 - Artikolu 13(1) - Spejjeż - Iffissar tat-tariffi ta’ aċċess għan-networks - Direttiva 2009/72/KE - Artikolu 37(17) - Direttiva 2009/73/KE - Artikolu 41(17) - Rimedji nazzjonali - Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2020/C 297/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentanti: inizjalment minn M. Z. Fehér u Z. Wagner, sussegwentement minn M. Z. Fehér, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ma żguratx dritt għal azzjoni legali effettiva kontra r-regolamenti tal-awtorità regolatorja nazzjonali li jiffissaw it-tariffi ta’ aċċess għan-networks, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda [tħassar] d-Direttiva 2003/54/KE, kif ukoll taħt l-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 139, 15.04.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Belgische Staat, irrappreżentat mill-Minister van Werk, Economie en Consumenten, responsabbli għall-Buitenlandse handel, u mid-Directeur-Generaal van de Algemene Directie Controle en Bemiddeling van de FOD Economie, K.M.O., Middenstand en Energie, li saret Algemene Directie Economische Inspectie, Directeur-Generaal van de Algemene Directie Controle en Bemiddeling van de FOD Economie, K.M.O., Middenstand en Energie, li saret Algemene Directie Economische Inspectie vs Movic BV, Events Belgium BV, Leisure Tickets & Activities International BV

(Kawża C-73/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 1(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” - Azzjoni għal inibizzjoni ta’ prattiki kummerċjali żleali mressqa minn awtorità pubblika għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi)

(2020/C 297/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belgische Staat, irrappreżentat mill-Minister van Werk, Economie en Consumenten, responsabbli għall-Buitenlandse handel, u mid-Directeur-Generaal van de Algemene Directie Controle en Bemiddeling van de FOD Economie, K.M.O., Middenstand en Energie, li saret Algemene Directie Economische Inspectie, Directeur-Generaal van de Algemene Directie Controle en Bemiddeling van de FOD Economie, K.M.O., Middenstand en Energie, li saret Algemene Directie Economische Inspectie

Konvenuti: Movic BV, Events Belgium BV, Leisure Tickets & Activities International BV

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, azzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ Stat Membru u professjonisti stabbiliti fi Stat Membru ieħor li fil-kuntest tagħha dawn l-awtoritajiet jitolbu, prinċipalment, li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ ksur li jikkostitwixxi prattiki kummerċjali żleali allegatament illegali u li jiġi ordnat il-waqfien tagħhom, kif ukoll, sussidjarjament, li jiġu ordnati miżuri ta’ reklamar u li jiġi impost pagament ta’ penalità.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – proċedura mibdija minn E. E.

(Kawża C-80/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 650/2012 - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “suċċessjoni b’implikazzjonijiet transkonfinali” - Kunċett ta’ “residenza abitwali tad-deċedut” - Artikolu 3(2) - Kunċett ta’ “qorti” - Issuġġettar tan-nutara għar-regoli tal-ġurisdizzjoni internazzjonali - Artikolu 3(1)(g) u (i) - Kunċetti ta’ “deċiżjoni” u ta’ “strument awtentiku” - Artikoli 5, 7 u 22 - Ftehim dwar l-għażla tal-qorti u dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni - Artikolu 83(2) u (4) - Dispożizzjonijiet tranżitorji)

(2020/C 297/15)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

E. E

fil-preżenza ta’: Kauno miesto 4-ojo notaro biuro notarė Virginija Jarienė, K.-D. E.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “suċċessjoni b’implikazzjonijiet transkonfinali” sitwazzjoni li fiha d-deċedut, ċittadin ta’ Stat Membru, kien jirrisjedi fi Stat Membru ieħor fid-data tal-mewt tiegħu, iżda ma kienx kiser ir-rabtiet tiegħu mal-ewwel wieħed minn dawn l-Istati Membri, li fih jinsabu l-beni li jifformaw is-suċċessjoni tiegħu, filwaqt li s-suċċessuri tiegħu jkollhom ir-residenza tagħhom f’dawn iż-żewġ Stati Membri. L-aħħar residenza abitwali tad-deċedut, fis-sens ta’ dan ir-regolament, għandha tiġi stabbilita mill-awtorità li tkun qiegħda tittratta s-suċċessjoni f’wieħed biss mill-imsemmija Stati Membri.

2)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, in-nutara Litwani ma jeżerċitawx funzjonijiet ġudizzjarji meta joħorġu ċertifikat nazzjonali tas-suċċessjoni. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk dawn in-nutara jaġixxux b’delega jew taħt il-kontroll ta’ awtorità ġudizzjarja u, konsegwentement, jistgħux jiġu kklassifikati bħala “qrati”, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni.

3)

L-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li l-qorti tar-rinviju tqis li n-nutara Litwani jistgħu jiġu kklassifikati bħala “qrati”, fis-sens ta’ dan ir-regolament, iċ-ċertifikat tas-suċċessjoni li huma joħorġu jista’ jitqies li huwa “deċiżjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li, għall-finijiet tal-ħruġ tiegħu, dawn in-nutara jistgħu japplikaw ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni previsti fil-Kapitolu II tal-imsemmi regolament.

4)

L-Artikoli 4 u 59 tar-Regolament Nru 650/2012 għandhom jiġu interpretati fis-sens li nutar ta’ Stat Membru, li ma huwiex ikklassifikat bħala “qorti”, fis-sens ta’ dan ir-regolament, jista’, mingħajr ma japplika r-regoli ġenerali ta’ ġurisdizzjoni previsti mill-imsemmi regolament, joħroġ iċ-ċertifikati nazzjonali tas-suċċessjoni. Jekk il-qorti tar-rinviju tqis li dawn iċ-ċertifikati jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(1)(i) tal-istess regolament, u jistgħu, għaldaqstant, jitqiesu bħala “strumenti awtentiċi”, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, dawn jipproduċu, fl-Istati Membri l-oħra, l-effetti li l-Artikolu 59(1) u l-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru 650/2012 jagħtu lill-istrumenti awtentiċi.

5)

L-Artikoli 4, 5, 7 u 22 tar-Regolament Nru 650/2012 għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rieda tad-de cujus kif ukoll il-ftehim bejn is-suċċessuri tiegħu jistgħu jwasslu għad-determinazzjoni ta’ qorti li għandha ġurisdizzjoni fil-qasam tas-suċċessjoni u għall-applikazzjoni ta’ liġi tas-suċċessjoni ta’ Stat Membru għajr dawk li kieku jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti minn dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 148, 29.04.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 Juillet 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Köln

(Kawża C-97/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi Doganali - Dikjarazzjonijiet doganali - Artikolu 78 ta’ dan il-kodiċi – - Reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali - Isem id-dikjarant - Emenda tal-informazzjoni relatata mal-identità tad-dikjarant intiża li turi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta - Rappreżentanza indiretta tal-persuna li kisbet ċertifikat ta’ importazzjoni)

(2020/C 297/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Köln

Dispożittiv

L-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet doganali jistgħu jilqgħu talba għal reviżjoni ta’ dikjarazzjoni doganali intiża li turi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta bejn, minn naħa, mandatarju li, bi żball, ikun indika li qiegħed jaġixxi esklużivament f’ismu u għan-nom tiegħu stess, minkejja li kellu mandat mill-persuna fil-pussess taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-mandant li għan-nom tiegħu saret id-dikjarazzjoni.


(1)  ĠU C 182, 27.05.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Presidenza del Consiglio dei Ministri vs BV

(Kawża C-129/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/80/KE - Artikolu 12(2) - Skemi nazzjonali ta’ kumpens għal vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti li jiżguraw kumpens ġust u xieraq - Kamp ta’ applikazzjoni - Vittma residenti fit-territorju tal-Istat Membru li fih twettaq id-delitt intenzjonali vjolenti - Obbligu li din il-vittma taqa’ taħt l-iskema nazzjonali ta’ kumpens - Kunċett ta’ “kumpens ġust u xieraq” - Responsabbiltà tal-Istati Membri fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni)

(2020/C 297/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Presidenza del Consiglio dei Ministri

Konvenuta: BV

fil-preżenza ta’: Procura della Repubblica di Torino

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ tapplika l-iskema ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru għal dannu kkawżat minħabba l-ksur ta’ dan id-dritt, għar-raġuni li dan l-Istat Membru ma ttrasponiex l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004 li għandha x’taqsam ma’ kupens għal vittmi ta’ delitti fi żmien xieraq, fir-rigward ta’ vittmi residenti fl-imsemmi Stat Membru, li fit-territorju tiegħu twettaq l-att ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti.

2)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa mogħti lill-vittmi ta’ aggressjoni sesswali taħt skema nazzjonali ta’ kumpens lill-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti ma jistax jiġi kklassifikat bħala “ġust u xieraq”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk dan jiġi stabbilit mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-gravità tal-konsegwenzi, għall-vittmi, tad-delitt imwettaq u għalhekk ma jirrappreżentax kontribuzzjoni adegwata bħala kumpens għad-dannu materjali u morali mġarrab.


(1)  ĠU C 182, 27.5.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – B. M. M. (C-133/19 u C-136/19), B. S. (C-133/19), B. M. (C-136/19), B. M. O. (C-137/19) vs État belge

(Kawżi Magħquda C-133/19, C-136/19 u C-137/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika dwar l-immigrazzjoni - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 4(1) - Kunċett ta’ “wild minuri” - Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - L-aħjar interess tal-wild - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Dritt għal rimedju effettiv - Kisba tal-età maġġuri ta’ wlied l-isponsor matul il-proċedura deċiżjonali jew il-proċedura ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja)

(2020/C 297/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franciz

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B. M. M. (C-133/19 u C-136/19), B. S. (C-133/19), B. M. (C-136/19), B. M. O. (C-137/19).

Konvenut: État belge

Dispożittiv

1)

Il-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data li għandu jsir riferiment għaliha sabiex jiġi ddeterminat jekk ċittadin ta’ pajjiż jew persuna apolida mhux miżżewġa hijiex wild minuri, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija dik tal-preżentata tal-applikazzjoni għal dħul u għal residenza għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja fir-rigward ta’ wlied minuri, u mhux dik li fiha tittieħed deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru, jekk ikun il-każ wara rikors kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ tali applikazzjoni.

2)

L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/86, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li r-rikors kontra ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja ta’ wild minuri jiġi miċħud bħala inammissibbli għas-sempliċi raġuni li l-wild ikun sar maġġorenni matul il-proċedura ġudizzjarja.


(1)  ĠU C 164, 13.05.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca, Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ceuta – Spanja) – CY vs Caixabank SA (C-224/19), LG, PK vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA (C-259/19)

(Kawżi magħquda C-224/19 u C-259/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikoli 6 u 7 - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Self ipotekarju - Klawżoli inġusti - Klawżoli li jimponu t-totalità tal-ispejjeż għall-kostituzzjoni u għall-ħelsien ta’ ipoteka a karigu ta’ min jissellef - Effetti tad-dikjarazzjoni ta’ nullità tal-imsemmija klawżoli - Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kkwalifikata bħala “inġusta” - Tqassim tal-ispejjeż - Applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ natura supplimentari - Artikolu 3(1) - Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Artikolu 4(2) - Esklużjoni tal-klawżoli relattivi għall-għan prinċipali tal-kuntratt jew għall-aġġustament tal-prezz jew tar-remunerazzjoni - Kundizzjoni - Artikolu 5 - Obbligu ta’ tfassil ċar u li jinftiehem tal-klawżoli kuntrattwali - Spejjeż - Preskrizzjoni - Prinċipju ta’ effettività)

(2020/C 297/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca, Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ceuta

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CY (C-224/19), LG, PK (C-259/19)

Konvenuti: Caixabank SA (C-224/19), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA (C-259/19)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, f’każ ta’ nullità ta’ klawżola kuntrattwali inġusta li timponi l-ħlas tal-ispejjeż kollha tal-kostituzzjoni u tar-rilaxx tal-ipoteka mill-konsumatur, il-qorti nazzjonali tirrifjuta l-ħlas lura lill-konsumatur tal-ammonti mħallsa skont l-imsemmija klawżola, sakemm id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jkunu japplikaw fin-nuqqas tal-klawżola msemmija ma jkunux jimponu fuq il-konsumatur il-ħlas tat-totalità jew ta’ parti minn dawn l-ispejjeż.

2)

L-Artikolu 3, l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-klawżoli tal-kuntratt li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt [suġġett prinċipali tal-kuntratt]” għandhom jinftiehmu bħala li huma dawk li jistabbilixxu l-prestazzjonijiet essenzjali ta’ dan il-kuntratt u li, bħala tali, jikkaratterizzawh. Min-naħa l-oħra, il-klawżoli li għandhom natura aċċessorja meta mqabbla ma’ dawk li jiddefinixxu l-essenza stess tar-relazzjoni kuntrattwali ma jistgħux jaqgħu taħt dan il-kunċett. Il-fatt li kummissjoni għall-ftuħ hija inkluża fl-ispiża totali ta’ self ipotekarju ma jistax jiddetermina li dan huwa servizz essenzjali ta’ dan is-self. Fi kwalunkwe każ, qorti ta’ Stat Membru hija obbligata tistħarreġ in-natura ċara u li tinftiehem ta’ klawżola kuntrattwali dwar is-suġġett prinċipali tal-kuntratt, u dan indipendentement minn traspożizzjoni tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva fis-sistema legali ta’ dan l-Istat Membru.

3)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola ta’ kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u istituzzjoni finanzjarja, li timponi fuq il-konsumatur il-ħlas ta’ kummissjoni ta’ ftuħ, tista’ toħloq għad-detriment tal-konsumatur żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt minkejja r-rekwiżit ta’ bona fide, meta l-istabbiliment finanzjarju ma jurix li din il-kummissjoni tikkorrispondi għal servizzi effettivament ipprovduti u għal spejjeż li dan ikun għamel, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.

4)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-preżentata tal-azzjoni intiża sabiex jiġu invokati l-effetti restituttivi tal-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola kuntrattwali inġusta tkun suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni, sakemm il-bidu tad-dekorrenza ta’ dan it-terminu kif ukoll it-tul tiegħu ma jrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-dritt tal-konsumatur li jitlob tali restituzzjoni.

5)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema li tippermetti li parti mill-ispejjeż proċedurali tiġi imposta fuq il-konsumatur skont il-livell tas-somom imħallsa indebitament li jitħallsu lura lilu wara l-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola kuntrattwali minħabba n-natura inġusta tagħha, peress li tali sistema toħloq ostakolu sostanzjali li jista’ jiskoraġġixxi lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv tan-natura potenzjalment inġusta tal-klawżoli kuntrattwali kif stabbilit mid-Direttiva 93/13.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – JE vs KF

(Kawża C-249/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 1259/2010 - Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Regoli uniformi - Artikolu 10 - Applikazzjoni tal-liġi tal-forum)

(2020/C 297/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JE

Konvenut: KF

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem “[f]ejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju” jirreferi biss għas-sitwazzjonijiet li fihom il-liġi barranija applikabbli ma tipprevedix, taħt l-ebda forma, id-divorzju.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães – il-Portugall) – MH, NI vs OJ, Novo Banco SA

(Kawża C-253/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (UE) 2015/848 - Artikolu 3 - Ġurisdizzjoni internazzjonali - Ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur - Persuna fiżika li ma teżerċitax professjoni liberali jew attività oħra ta’ persuna li taħdem għal rasha - Preżunzjoni konfutabbli skont liema ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ din il-persuna huwa r-residenza abitwali tagħha - Ikkonfutar tal-preżunzjoni - Sitwazzjoni li fiha l-unika proprjetà immobbli tad-debitur tinsab barra l-Istat Membru ta’ residenza abitwali)

(2020/C 297/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Guimarães

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MH, NI

Konvenuti: OJ, Novo Banco SA

Dispożittiv

L-ewwel u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-preżunzjoni li jipprevedu sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni internazzjonali għall-finijiet tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza, skont liema ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ persuna fiżika li ma teżerċitax professjoni liberali jew attività oħra ta’ persuna li taħdem għal rasha huwa r-residenza abitwali tagħha, ma hijiex ikkonfutata bis-sempliċi fatt li l-unika proprjetà immobbli ta’ din il-persuna tinsab barra l-Istat Membru ta’ residenza abitwali.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – WWF Italia o.n.l.u.s., et vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Azienda Nazionale Autonoma Strade SpA (ANAS)

(Kawża C-411/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6 - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Twettiq ta’ sezzjoni tat-triq - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ dan il-proġett fuq iż-żona speċjali ta’ konservazzjoni kkonċernata - Awtorizzazzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ikbar)

(2020/C 297/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WWF Italia o.n.l.u.s., Lega Italiana Protezione Uccelli o.n.l.u.s., Gruppo di Intervento Giuridico o.n.l.u.s., Italia Nostra o.n.l.u.s., Forum Ambientalista, FC et

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Azienda Nazionale Autonoma Strade SpA (ANAS)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-tkomplija, għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ikbar, tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett li l-effetti tiegħu fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni ma jistgħux jiġu mmitigati u li dwaru l-awtorità pubblika kompetenti tkun diġà tat parir negattiv, sakemm ma tkunx teżisti soluzzjoni alternattiva li għandha inqas inkonvenjenti għall-integrità taż-żona kkonċernata, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifikah.

2)

Meta tkun saret fil-konfront ta’ pjan jew proġett, b’applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “Habitats”, evalwazzjoni sfavorevoli tal-effetti tiegħu fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni u l-Istat Membru kkonċernat ikun madankollu ddeċieda, skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, li jwettqu għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ikbar, l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li, wara l-evalwazzjoni sfavorevoli tiegħu konformement mal-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu u qabel l-adozzjoni definittiva tiegħu b’applikazzjoni tal-paragrafu 4 tal-imsemmi artikolu, dan il-pjan jew dan il-proġett jiġi kkompletat b’miżuri ta’ mitigazzjoni tal-effetti tiegħu fuq din iż-żona u li l-evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti titkompla. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43 ma jipprekludix, fl-istess ipoteżi, leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġu ddefiniti l-miżuri kumpensatorji fil-kuntest tal-istess deċiżjoni, sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(4) ta’ din id-direttiva jkunu wkoll issodisfatti.

3)

Id-Direttiva 92/43 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-proponent iwettaq studju tal-effetti tal-pjan jew tal-proġett inkwistjoni fuq iż-żona speċjali ta’ konservazzjoni kkonċernata, li abbażi tiegħu l-awtorità kompetenti tipproċedi għall-evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti. Min-naħa l-oħra, din id-direttiva tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li l-proponent jiġi inkarigat jintegra, fil-pjan jew fil-proġett definittiv, rekwiżiti, osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet li jirrigwardaw il-pajsaġġ u l-ambjent, wara li tkun saret fil-konfront tiegħu evalwazzjoni negattiva mill-awtorità kompetenti mingħajr ma l-pjan jew il-proġett hekk mibdul ikollu jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ġdida minn din l-awtorità.

4)

Id-Direttiva 92/43 għandha tiġi interpretata fis-sens li, għalkemm hija tħalli lill-Istati Membri r-responsabbiltà li jaħtru l-awtorità kompetenti sabiex tevalwa l-effetti ta’ pjan jew proġett fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni fl-osservanza tal-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija tipprekludi, min-naħa l-oħra, li kwalunkwe awtorità tkompli jew tikkompleta din l-evalwazzjoni, ladarba din tkun twettqet.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Cabinet de avocat UR vs Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice prin Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice, MJ, NK

(Kawża C-424/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Artikolu 9(1) - Kunċett ta’ “persuna taxxabbli” - Persuna li teżerċita l-professjoni ta’ avukat - Deċiżjoni ġudizzjarja definittiva - Prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata - Portata ta’ dan il-prinċipju fl-ipoteżi fejn din id-deċiżjoni tkun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni)

(2020/C 297/23)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cabinet de avocat UR

Konvenuti: Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice prin Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice, MJ, NK

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li teżerċita l-professjoni ta’ avukat għandha titqies bħala “persuna taxxabbli”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li, fil-kuntest ta’ tilwima dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), qorti nazzjonali tapplika l-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata, meta din it-tilwima la tirrigwarda perijodu ta’ tassazzjoni identiku għal dak li kien inkwistjoni fit-tilwima li tat lok għad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha din l-awtorità u lanqas ma jkollha l-istess suġġett bħalha, u meta l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju tostakola t-teħid inkunsiderazzjoni, minn din il-qorti, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria regionale della Campania – l-Italja) – Antonio Capaldo SpA vs Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio delle dogane di Salerno

(Kawża C-496/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Verifika tal-merkanzija - Talba għal reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali - Verifika a posteriori)

(2020/C 297/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria regionale della Campania

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antonion Capaldo SpA

Konvenuta: Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio delle dogane di Salerno

Dispożittiv

L-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-ftuħ tal-proċedura ta’ reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali li huwa jipprovdi, anki jekk il-merkanzija kkonċernata tkun ġiet suġġetta, waqt importazzjoni preċedenti, mingħajr kontestazzjoni, għal spezzjoni fiżika li tikkonferma l-klassifikazzjoni tariffarja tagħha.


(1)  ĠU C 257, 21.10.2019.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Litwanja) – SIA “Soho Group” vs Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

(Kawża C-686/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur - Direttiva 2008/48/KE - Kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” - Spejjeż marbuta mal-estensjoni tal-kreditu)

(2020/C 297/25)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA “Soho Group”

Konvenut: Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur”, previst fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan il-kunċett jinkludi l-ispejjeż għall-estensjoni eventwali tal-kreditu, sa fejn, minn naħa, il-kundizzjonijiet konkreti u preċiżi għall-estensjoni eventwali tiegħu, inkluż it-tul tagħha, jifformaw parti mill-klawżoli u mill-kundizzjonijiet miftiehma bejn il-persuna li ssellef u l-persuna li tissellef fil-kuntratt ta’ kreditu u, min-naħa l-oħra, dawn l-ispejjeż huma magħrufa mill-persuna li ssellef.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/20


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 minn Abaco Energy SA et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-25 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-186/18, Abaco Energy et vs il-Kummissjoni

(Kawża C-436/19 P)

(2020/C 297/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Abaco Energy SA et (rappreżentant: P. Holtrop, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-21 ta’ Lulju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat u li l-appellanti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis-7 ta’ April 2020 – SC Avio Lucos SRL vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul judeţean Dolj, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Aparat Central

(Kawża C-176/20)

(2020/C 297/27)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Avio Lucos SRL

Konvenuti: Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul judeţean Dolj, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Aparat Central

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li l-attività minima li għandha titwettaq fuq superfiċji agrikola normalment miżmuma f’kundizzjoni xierqa għall-mergħa hija li jirgħu l-annimali mrobbija mill-bidwi?

2)

Sakemm id-dritt [tal-Unjoni Ewropea] ċċitat iktar ’il fuq ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Artikolu 4(l)(a) u (c), u tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1307/2013 jistgħu jiġu interpretati fis-sens li “bidwi attiv” jista’ jitqies bħala persuna ġuridika li kkonkludiet kuntratt ta’ konċessjoni f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali u li għandha annimali fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ self għall-użu konkluż ma’ persuni fiżiċi, li permezz tiegħu min isellef jafda lil min jissellef, bla ħlas, l-annimali li għandu fil-kwalità tiegħu ta’ proprjetarju, bl-iskop li jintużaw għar-ragħa, fis-superfiċji agrikoli intiżi għar-ragħa pprovduti lil min jissellef u matul il-perijodi ta’ żmien innegozjati?

3)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjonijiet artifiċjali huma maħsuba sabiex jinkludu wkoll il-każ ta’ kuntratt ta’ konċessjoni u ftehim ta’ self għall-użu bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7.

(2)  ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 6, u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fis-7 ta’ April 2020 – Fondul Proprietatea SA vs Guvernul României, SC Complexul Energetic Hunedoara SA, fi stralċ, Compania Naţională de Transport a Energiei Electrice Transelectrica SA, SC Complexul Energetic Oltenia SA

(Kawża C-179/20)

(2020/C 297/28)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fondul Proprietatea SA

Konvenuti: Guvernul României, SC Complexul Energetic Hunedoara SA, fi stralċ, Compania Naţională de Transport a Energiei Electrice Transelectrica SA, SC Complexul Energetic Oltenia SA

Intervenjent: Ministerul Economiei, Energiei și Mediului de Afaceri

Domandi preliminari

a)

L-adozzjoni mill-istat Rumen ta’ leġiżlazzjoni li tipprevedi favur żewġ kumpanniji li l-maġġoranza tal-kapital tagħhom huwa miżmum mill-Istat:

a.1.

l-għoti ta’ aċċess prijoritarju għad-dispatching u l-obbligu għall-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni li jixtri servizzi anċillari mingħand dawn il-kumpanniji u

a.2.

l-għoti ta’ aċċess iggarantit għan-networks tal-elettriku għall-enerġija prodotta minn dawn iż-żewġ kumpanniji sabiex jiġi żgurat it-tħaddim kontinwu tagħhom

tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, jiġifieri hija miżura ffinanzjata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, hija ta’ natura selettiva u tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri[?] Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, din l-għajnuna mill-Istat kienet suġġetta għan-notifika prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE?

b)

L-għoti mill-Istat Rumen ta’ dritt iggarantit ta’ aċċess għan-network tal-elettriku lil żewġ kumpanniji li l-maġġoranza tal-kapital tagħhom huwa miżmum mill-Istat, li għandu jiżgura t-tħaddim kontinwu tagħhom, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(4) tad-Direttiva Nru 2009/72/KE (1)?


(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Suceava (ir-Rumanija) fit-23 ta’ April 2020 – BE, DT vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi, Accer Ipurl Suceva – stralċjarju ġudizzjarju ta’ BE, EP

(Kawża C-182/20)

(2020/C 297/29)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Suceava

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BE, DT

Konvenuti: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi, Accer Ipurl Suceva – stralċjarju ġudizzjarju ta’ BE, EP

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2006/112/KE (1), kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ dritt għal tnaqqis tal-VAT u ta’ ċertezza tat-tassazzjoni, jipprekludu, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-operatur ekonomiku, awtomatikament u mingħajr verifiki oħra, ladarba tkun infetħet il-proċedura ta’ falliment, jaġġusta l-VAT, permezz tar-rifjut li titnaqqas il-VAT relatata ma’ tranżazzjonijiet taxxabbli preċedenti għall-proċedura ta’ falliment, u jħallas il-VAT li tista’ titnaqqas? Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, tali dispożizzjoni legali nazzjonali, minħabba l-konsegwenzi ekonomiċi għall-operatur ekonomiku u n-natura definittiva ta’ tali aġġustament?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Overijssel (l-Olanda) fil-25 ta’ Mejju 2020 – XXXX vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-217/20)

(2020/C 297/30)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Overijssel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XXXX

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiem li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali ma jitlifx, minħabba f’hekk, ir-remunerazzjoni tiegħu jew parti minnha? Jew inkella din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ħaddiem iżomm ir-remunerazzjoni tiegħu meta huwa jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali, indipendentement mir-raġuni li għaliha huwa ma jaħdimx matul il-leave tiegħu?

2)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali skont liema ħaddiem li jkun f’inkapaċità għax-xogħol minħabba mard u li jieħu l-leave annwali tiegħu jżomm ir-remunerazzjoni tiegħu fil-livell li huwa kellu qabel ma ħa l-leave annwali tiegħu, anki jekk, minħabba l-perijodu twil tal-inkapaċità għax-xogħol tiegħu, din ir-remunerazzjoni tkun inqas minn dik li tikkorrispondi għal kapaċità sħiħa għax-xogħol?

3)

Id-dritt ta’ kull ħaddiem għal-leave annwali mħallas taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 […] u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi t-tnaqqis tar-remunerazzjoni waqt leave meħud matul inkapaċità għax-xogħol?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Mureş (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Mejju 2020 – Sindicatul Lucrătorilor din Transporturi, TD vs SC Samidani Trans SRL

(Kawża C-218/20)

(2020/C 297/31)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumanija

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Mureş

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sindicatul Lucrătorilor din Transporturi, TD

Konvenuta: SC Samidani Trans SRL

Domandi preliminari

1)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (1)[:] l-għażla tal-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ xogħol individwali teskludi l-applikazzjoni tal-liġi tal-pajjiż li fih l-impjegat normalment ikun eżerċita l-attività tiegħu jew l-eżistenza tal-għażla tal-liġi applikabbli teskludi l-applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(l) ta’ dan ir-regolament?

2)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 593/2008: is-salarju minimu applikabbli fil-pajjiż li fih l-impjegat normalment ikun eżerċita l-attività tiegħu huwa dritt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu dderogati bi ftehim taħt il-liġi li, fin-nuqqas ta’ għażla, kienet tkun applikabbli skond il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu”, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament?

3)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 593/2008: l-indikazzjoni fil-kuntratt ta’ xogħol individwali tad-dispożizzjonijiet tal-Codul muncii (il-Kodiċi tax-Xogħol, ir-Rumanija) huwa ekwivalenti għall-għażla tal-liġi Rumena, f’sitwazzjoni fejn huwa magħruf li fir-Rumanija l-persuna li timpjega tiddetermina l-kontenut tal-kuntratt ta’ xogħol individwali?


(1)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU 2008, L 177, p. 6, rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanţa (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Mejju 2020 – Euro Delta Danube Srl vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul Judeţean Tulcea

(Kawża C-225/20)

(2020/C 297/32)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanţa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Euro Delta Danube Srl

Konvenuta: Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul Judeţean Tulcea

Domanda preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 23 tal-Artikolu 2[(1)] u dawk tal-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 6[4]0/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (1), jipprekludu regoli nazzjonali li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, japplikaw fuq bidwi sanzjonijiet amministrattivi għal dikjarazzjoni eċċessiva minħabba li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għas-superfiċji agrikola li hija kkunsidrata bħala li ġiet iddikjarata b’mod eċċessiv, peress li jkabbar superfiċji agrikola bi strutturi għall-akwakultura miżmuma taħt kuntratt ta’ konċessjoni, mingħajr ma pproduċa l-prova tal-kunsens tal-konċessjonarju li l-art tista’ tintuża għall-agrikoltura?


(1)  ĠU 2014, L 181, p. 48.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta’ Ġunju 2020 – WD vs job-medium GmbH fi stralċ

(Kawża C-233/20)

(2020/C 297/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WD

Konvenuta: job-medium GmbH fi stralċ

Domandi preliminari

1)

Hija kompatibbli mal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) dispożizzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-ebda kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud ma huwa dovut għal (l-aħħar) sena ta’ xogħol kurrenti, meta l-impjegat itemm ir-relazzjoni ta’ xogħol qabel iż-żmien u b’mod unilaterali mingħajr raġuni ġusta (“jirriżenja”)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda:

2.1)

Huwa barra minn hekk neċessarju li jiġi vverifikat jekk kienx impossibbli għall-impjegat li jieħu l-leave?

2.2)

Liema kriterji għandhom jintużaw għal din il-verifika?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjizi l-Baxxi) fil-5 ta’ Ġunju 2020 – Federatie Nederlandse Vakbeweging vs Heiploeg Seafood International BV, Heitrans International BV

(Kawża C-237/20)

(2020/C 297/34)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federatie Nederlandse Vakbeweging

Konvenuti: Heiploeg Seafood International BV, Heitrans International BV

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li “proċedimenti ta’ falliment jew […] proċedimenti analogi ta’ falliment [huma] istitwiti bl-iskop tal-likwidazzjoni ta’ l-assi ta’ min qed jagħmel it-trasferiment” hija ssodisfatta, jekk

i)

il-falliment tal-persuna li qed tagħmel it-trasferiment ikun inevitabbli u din il-persuna tkun, għaldaqstant, effettivament insolventi,

ii)

skont id-dritt Olandiż, l-għan tal-proċedura ta’ falliment huwa li jinkiseb l-ogħla rendiment possibbli għall-kredituri kollha flimkien permezz tal-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur, u

iii)

f’hekk imsejjaħ “pre-pack” qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, jitħejja t-trasferiment (ta’ parti) mill-impriża, trasferiment li jiġi eżegwit biss wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, fid-dawl tal-fatt li

iv)

il-kuratur prospettiv maħtur mir-rechtbank (qorti) għandu jkun iggwidat, qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, mill-interessi tal-kredituri kollha flimkien kif ukoll minn interessi kollettivi bħall-importanza li jinżamm l-impjieg u l-imħallef superviżorju prospettiv maħtur ukoll mir-rechtbank (qorti) għandu jara li dan iseħħ,

v)

l-għan tal-pre-pack huwa li jippermetti, fil-proċedura sussegwenti ta’ falliment, mod ta’ likwidazzjoni li fil-kuntest tiegħu (parti mill-)impriża avvjata (going concern) li tagħmel parti mill-assi tal-persuna li qed tagħmel it-trasferiment tinbiegħ b’tali mod li jinkiseb l-ogħla rendiment possibbli għall-kredituri kollha flimkien u b’mod li jinżamm l-impjieg, sa fejn huwa possibbli, u

vi)

il-mod kif tiġi organizzata l-proċedura jiggarantixxi li dan l-għan ikun effettivament dak li jservi ta’ gwida?

2.

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li “proċedimenti ta’ falliment jew […] proċedimenti analogi ta’ falliment […]huma taħt is-superviżjoni ta’ awtorità pubblika kompetenti” hija ssodisfatta, jekk it-trasferiment (ta’ parti) mill-impriża jitħejja f’pre-pack qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment u jiġi eżegwit wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, u

i)

[dawn il-preparattivi] jiġu osservati, qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, minn kuratur prospettiv u minn imħallef superviżorju prospettiv, maħtura mir-rechtbank (qorti) iżda li ma għandhom l-ebda kompetenza legali,

ii)

skont id-dritt Olandiż, il-kuratur prospettiv għandu jkun iggwidat, qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, mill-interessi tal-kredituri kollha flimkien kif ukoll minn interessi kollettivi oħra, bħaż-żamma tal-impjieg, u l-imħallef superviżorju prospettiv għandu jara li dan iseħħ,

iii)

il-kompiti tal-kuratur prospettiv u tal-imħallef superviżorju prospettiv ma humiex differenti minn dawk tal-kuratur u tal-imħallef superviżorju fil-falliment,

iv)

il-ftehim li abbażi tiegħu l-impriża tiġi ttrasferita u li jkun tħejja matul il-pre-pack jiġi konkluż u eżegwit biss wara d-dikjarazzjoni tal-falliment,

v)

ir-rechtbank (qorti) tista’, mad-dikjarazzjoni tal-falliment, taħtar persuni oħra minbarra l-kuratur prospettiv jew l-imħallef superviżorju prospettiv bħala kuratur jew imħallef superviżorju, u

vi)

l-istess rekwiżiti ta’ oġġettività u ta’ indipendenza jgħoddu għall-kuratur u għall-imħallef superviżorju bħal dawk li jgħoddu għal kuratur u għal imħallef superviżorju f’falliment li ma jkunx ippreċedut minn pre-pack u, indipendentement minn kemm ikunu involuti qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, huma marbuta, abbażi tal-missjoni legali tagħhom, li jiddeċiedu jekk it-trasferiment (ta’ parti) mill-impriża mħejji qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment ikunx fl-interess tal-kredituri kollha flimkien u, jekk huma jirrispondu fin-negattiv għal din id-domanda, huma għandhom jiddeċiedu li dan it-trasferiment ma huwiex ser isir, filwaqt li huma jibqgħu kompetenti sabiex jiddeċiedu għal raġunijiet oħra, pereżempju minħabba li interessi kollettivi oħra, bħall-importanza tal-impjieg, imorru kontra dan it-trasferiment, li t-trasferiment (ta’ parti) mill-impriża mħejji qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment ma huwiex ser isir?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance du Luxembourg (il-Belġju) fil-5 ta’ Ġunju 2020 – BJ vs État belge

(Kawża C-241/20)

(2020/C 297/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance du Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BJ

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 45 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, stabbilita jew le f’konvenzjoni intiża sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja, li tipprovdi li persuna taxxabbli titlef, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa tagħha fuq id-dħul fl-Istat ta’ residenza, parti mill-benefiċċju tal-porzjon tal-imsemmi dħul li hija eżenti mit-taxxa u mill-vantaġġi fiskali personali l-oħra tagħha (bħalma huma tnaqqis tat-taxxa għal tfaddil għal żmien twil, jiġifieri primjums imħallsa taħt kuntratt individwali ta’ assigurazzjoni għall-ħajja u tnaqqis tat-taxxa għal infiq magħmul sabiex tiġi ffrankata l-enerġija), minħabba l-fatt li hija rċeviet ukoll, matul is-sena inkwistjoni, remunerazzjoni fi Stat Membru ieħor, li kienet intaxxata hemmhekk?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, ir-risposta tibqa’ fl-affermattiv jekk il-persuna taxxabbli ma tirċevix dħul sinjifikattiv – mil-lat kwantittativ jew proporzjonalment – fl-Istat ta’ residenza tagħha, iżda fejn dan l-Istat ikun madankollu f’pożizzjoni li jagħtiha dawn il-vantaġġi fiskali?

3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, ir-risposta tibqa’ fl-affermattiv jekk, taħt konvenzjoni intiża sabiex tipprevjeni t-tassazzjoni doppja bejn l-Istat ta’ residenza u l-Istat l-ieħor, il-persuna taxxabbli tkun ibbenefikat, f’dan l-Istat l-ieħor, fuq id-dħul taxxabbli f’dan l-Istat l-ieħor, mill-vantaġġi fiskali personali previsti mil-leġiżlazzjoni fiskali ta’ dan l-Istat l-ieħor iżda fejn dawn il-vantaġġi fiskali ma jinkludux uħud mill-vantaġġi fiskali li l-persuna taxxabbli għandha, fil-prinċipju, dritt għalihom fl-Istat ta’ residenza?

4)

Jekk ir-risposta għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, ir-risposta tibqa’ fl-affermattiv jekk, minkejja din id-differenza msemmija l-aħħar, il-persuna taxxabbli tikseb b’dan il-mod f’dan l-Istat l-ieħor ammont ta’ tnaqqis tat-taxxa li huwa mill-inqas ekwivalenti għal dak li hija tilfet fl-Istat ta’ residenza tagħha?

5)

Ir-risposti għad-domandi huma identiċi fid-dawl tal-Artikoli 63(1) u 65(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, stabbilita jew le f’konvenzjoni intiża sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja, li tipprovdi li persuna taxxabbli titlef, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa tagħha fuq id-dħul fl-Istat ta’ residenza, parti mill-benefiċċju tal-porzjon tal-imsemmi dħul li hija eżenti mit-taxxa u mill-vantaġġi fiskali personali l-oħra tagħha (bħalma huma tnaqqis tat-taxxa għal tfaddil għal żmien twil, jiġifieri primjums imħallsa taħt kuntratt individwali ta’ assigurazzjoni għall-ħajja u tnaqqis tat-taxxa għal infiq magħmul sabiex tiġi ffrankata l-enerġija), minħabba l-fatt li hija rċeviet ukoll, matul is-sena inkwistjoni, dħul minn kiri ta’ immobbli li hija proprjetarja tiegħu fi Stat Membru ieħor, li ġie ntaxxat hemmhekk?


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Mejju 2020 – X u Z vs Autoriteit Persoonsgegevens

(Kawża C-245/20)

(2020/C 297/36)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Midden-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X u Z

Konvenuta: Autoriteit Persoonsgegevens

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 55(3) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“attivitajiet ta’ pproċessar ta’ qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom” jistgħu jinkludu l-aċċess mogħti minn qorti għal annessi tal-proċess li jkun fihom data personali, meta dan l-aċċess jingħata billi kopji ta’ dawn l-annessi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ ġurnalist, bħal fil-każ deskritt f’din id-deċiżjoni tar-rinviju?

a)

Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti jekk l-eżerċizzju ta’ superviżjoni mill-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni fuq din il-forma ta’ pproċessar ta’ data jkunx jaffettwa l-indipendenza fit-teħid ta’ deċiżjoni tal-qorti f’kawżi speċifiċi?

b)

Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti li l-ipproċessar ikollu, skont il-qorti, in-natura u l-għan li jinforma lil ġurnalist sabiex dan jitqiegħed f’pożizzjoni li jirrapporta aħjar dwar is-seduta pubblika fi proċedura ġudizzjarja u li jservi l-interess ta’ aċċess pubbliku u ta’ trasparenza tal-ġustizzja?

c)

Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, hija rilevanti l-kwistjoni dwar jekk l-ipproċessar ta’ data jkunx ibbażat fuq bażi legali espliċita fid-dritt nazzjonali?


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent (il-Belġju) fit-3 ta’ Ġunju 2020 – Openbaar Ministerie vs EA

(Kawża C-246/20)

(2020/C 297/37)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: EA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li liċenzja tas-sewqan għandha tkun irrikonoxxuta wkoll mingħajr riżervi mill-Istati Membri meta l-ħruġ ta’ dan id-dokument ikun ibbażat fuq l-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan li kienet irreġistrata fil-pajjiż li ħariġha bħala mitlufa u li, fil-pajjiż li ħariġha, tkun tilfet il-validità tagħha?

2)

Stat Membru jista’, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE, jirrifjuta li jirrikonoxxi l-liċenzja tas-sewqan skambjata meta l-iskambju jkun seħħ f’mument li fih l-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan inizjali jkun irtira d-dritt tas-sewqan sakemm isiru eżamijiet ta’ reintegrazzjoni?

3)

Stat Membru jista’, f’kull każ, jirrifjuta li jirrikonoxxi d-dokument tal-liċenzja tas-sewqan skambjat meta l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tqum il-kwistjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ dan id-dokument jista’ jikkonstata, abbażi ta’ data konkreta u stabbilita, li d-dritt tas-sewqan ma kienx għadu jeżisti fil-mument li fih id-dokument tal-liċenzja tas-sewqan ġie skambjat?

4)

Stat Membru jista’, f’kull każ, jirrifjuta li jirrikonoxxi d-dokument tal-liċenzja tas-sewqan skambjat meta l-kwistjoni dwar ir-rikonoxximent tirrigwarda ċittadin tal-Istat Membru li fih tqum il-kwistjoni dwar ir-rikonoxximent u meta dan l-Istat Membru jikkonstata, abbażi ta’ data konkreta u stabbilita, li l-persuna kkonċernata ma tissodisfax, fil-mument tal-iskambju u/jew fil-mument tat-talba għal rikonoxximent, l-istandards minimi għall-ksib ta’ liċenzja tas-sewqan f’dan l-Istat Membru?

5)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa joħloq inugwaljanza bejn ċittadin ta’ Stat Membru li d-dritt tas-sewqan tiegħu jiġi reintegrat wara li jkun għadda l-eżamijiet ta’ reintegrazzjoni u ċ-ċittadin li wkoll ikun ġie suġġett għal eżamijiet ta’ reintegrazzjoni iżda li kiseb sadattant liċenzja tas-sewqan barranija, bi ksur jew le tal-kundizzjoni ta’ residenza jew bi skambju abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan li tilfet il-validità tagħha fl-Istat Membru li ħariġha?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU 2006, L 403, p. 18).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-10 ta’ Ġunju 2020 – Gtflix Tv vs DR

(Kawża C-251/20)

(2020/C 297/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gtflix Tv

Konvenut: DR

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna li, temmen li jkunu nkisrulha d-drittijiet tagħha permezz tat-tixrid tal-kummenti dispreġattivi fuq l-internet, tressaq azzjoni kemm għall-finijiet tar-rettifika tad-data iżda ukoll għat-tħassir tal-kontenut, kif ukoll għall-kumpens għad-dannu morali kif ukoll id-dannu materjali li jirriżultaw minnu, tista’ titlob quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu kontenut li tqiegħed onlajn huwa jew kien aċċessibbli, kumpens għad-danni kkawżati fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, skont is-sentenza eDate Advertising (punti 51 u 52) [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 2011, Kawżi magħquda C-509/09 u C-161/10] jew inkella, skont is-sentenza Svensk Handel (punt 48) [sentenza tal-Qorti tas-17 ta’ Ottubru 2017, Kawża C-194/16], dik il-persuna għandha tressaq din it-talba għal kumpens quddiem il-qorti kompetenti biex tordna r-rettifika tad-data u t-tħassir tal-kummenti dispreġattivi?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1)


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-9 ta’ Ġunju 2020 – Impexeco NV vs Novartis AG

(Kawża C-253/20)

(2020/C 297/39)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Impexeco NV

Konvenut: Novartis AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 34 sa 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk prodott mediċinali ta’ verżjonijiet tal-bidu (prodott mediċinali ta’ referenza) u prodott mediċinali ġeneriku tqiegħdu fis-suq fiż-ŻEE minn impriżi marbuta flimkien ekonomikament, l-oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trademark għat-tqegħid fis-suq sussegwenti tal-prodott mediċinali ġeneriku minn importatur parallel wara l-ippakkjar mill-ġdid ta’ dan il-prodott mediċinali ġeneriku bit-tqiegħed fuqu tat-trade mark tal-prodott mediċinali ta’ verżjonijiet tal-bidu (prodott mediċinali ta’ referenza) fil-pajjiż importatur jista’ jiġġenera tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati Membri?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda, l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark għal dan ir-rebranding għandha tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ BMS?

3)

Huwa relevanti, għar-risposta għal dawn id-domandi, li l-prodott mediċinali ġeneriku u l-prodott mediċinali ta’ verżjonijiet tal-bidu (prodott mediċinali ta’ referenza) huma identiċi jew għandhom l-istess effetti terapewtiċi skont l-Artikolu 3(2) tad-Digriet Irjali tad-19 ta’ April 2001 dwar l-importazzjoni parallela?


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-9 ta’ Ġunju 2020 – PI Pharma NV vs Novartis AG, Novartis Pharma NV

(Kawża C-254/20)

(2020/C 297/40)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PI Pharma NV

Konvenuti: Novartis AG, Novartis Pharma NV

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 34 sa 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk prodott mediċinali tat-trade mark oriġinali (prodott mediċinali ta’ referenza) u prodott mediċinali ġeneriku jkunu tqiegħdu fis-suq fiż-ŻEE minn impriżi ekonomikament marbuta, l-oppożizzjoni minn proprjetarju ta’ trade mark għall-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tal-prodott mediċinali ġeneriku minn importatur parallel wara l-ippakkjar mill-ġdid ta’ dan il-prodott mediċinali ġeneriku magħmul bit-twaħħil tat-trade mark tal-prodott mediċinali tat-trade mark oriġinali (prodott mediċinali ta’ referenza) fil-pajjiż ta’ importazzjoni tista’ twassal għal kompartimentalizzazzjoni artifiċjali tas-swieq tal-Istati Membri?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark għal dan it-tqegħid ta’ trade mark ġdida għandha għalhekk tiġi kkontrollata fid-dawl tal-kundizzjonijiet BMS?

3)

Huwa rilevanti, għar-risposta għal dawn id-domandi, li l-prodott mediċinali ġeneriku u l-prodott mediċinali tat-trade mark oriġinali (prodott mediċinali ta’ referenza) ikunu jew identiċi, jew ikollhom l-istess effetti terapewtiċi fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Digriet Irjali tad-19 ta’ April 2001 dwar l-importazzjoni parallela?


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Ġunju 2020 – Finanzamt T vs S

(Kawża C-269/20)

(2020/C 297/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt T

Konvenut: S

Domandi preliminari

1)

L-awtorizzazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) tippermetti lill-Istati Membri jqisu flimkien, bħala persuna taxxabbli waħda, persuni stabbiliti fit-territorju tagħhom li, għalkemm legalment indipendenti, huma marbutin strettament ma’ xulxin permezz ta’ rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi, b’mod

a)

li l-ipproċessar bħala persuna taxxabbli iseħħ fil-każ ta’ waħda minn dawn il-persuni li tkun persuna taxxabbli għat-tranżazzjonijiet kollha mwettqa minn dik il-persuna, jew

b)

li l-ipproċessar bħala persuna taxxabbli jkollu neċessarjament – u għalhekk ukoll bir-riskju li jiġġarrab telf sinjifikattiv mid-dħul mit-taxxa – iwassal għal grupp tal-VAT distint mill-persuni relatati mill-qrib u li jikkostitwixxi entità fittizja li għandha titwaqqaf speċifikament għall-finijiet tal-VAT?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-punt a) tal-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tirrigwarda skopijiet barra dawk tan-negozju skont l-Artikolu 6(2) tas-Sitt Direttiva 77/388 (Sentenza tat-12 ta’ Frar 2009, Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie, C-515/07, EU:C:2009:88), jirriżulta li fir-rigward ta’ persuna taxxabbli

a)

li, minn naħa, twettaq attività ekonomika billi tipprovdi servizzi bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva u

b)

li, min-naħa l-oħra, fl-istess ħin teżerċita attività relatata mal-eżerċizzju impsost fuqha ta’ awtorità pubblika (attività sovrana), li għaliha ma titqiesx bħala persuna taxxabbli skont l-Artikolu 4(5) ta’ din id-direttiva,

il-provvista ta’ servizz bla ħlas mill-qasam tal-attività ekonomika tagħha lejn iż-żona tal-attività sovrana tagħha ma tkunx taxxabbli skont l-Artikolu 6(2)(b) tas-Sitt Direttiva 77/388?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Massa (l-Italja) fid-19 ta’ Ġunju 2020 – GN, WX vs Prefettura di Massa Carrara – Ufficio Territoriale del Governo di Massa Carrara

(Kawża C-274/20)

(2020/C 297/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Massa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GN, WX

Konvenuta: Prefettura di Massa Carrara – Ufficio Territoriale del Governo di Massa Carrara

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ projbizzjoni ta’ kull “diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza” fis-sens tal-Artikolu 18 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa pprojbit għall-Istati Membri li jilleġiżlaw bi kwalunkwe mod li jkunu jistgħu, anki b’mod indirett, moħbi jew materjali, biex ipoġġu f’diffikultà ċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, l-Artikolu 93(1a tal-Kodiċi tat-Triq Taljana, li jipprevedi l-projbizzjoni ta’ moviment bi plakek ta’ reġistrazzjoni barranin (tkun li tkun il-persuna li f’isimha l-vettura hija rreġistrata) wara sittin ġurnata ta’ residenza fl-Italja, jista’ jpoġġi f’diffikultà liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn (detenturi ta’ vettura mgħammra bi plakka ta’ reġistrazzjoni barranija) u, konsegwentement, ikollu natura diskriminatorja abbażi tan-nazzjonalità?

3)

Il-kunċetti ta’

a.

“id-dritt li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri” msemmi fl-Artikolu 21 TFUE,

b.

“suq intern” li “jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati” msemmi fl-Artikolu 26 TFUE,

c.

“[g]ħandu jkun żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni” msemmi fl-Artikolu 45 TFUE,

d.

“ir-restrizzjonijiet għal-libertà ta’ l-istabbiliment ta’ ċittadini ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor” imsemmija fl-Artikoli 49 sa 55 TFUE, u ta’

e.

“restrizzjonijiet fuq il-liberta’ li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni […] projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat Membru li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi” msemmija fl-Artikoli 56 sa 62 TFUE

għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu, anki biss b’mod indirett, moħbi jew materjali, jillimitaw jew irendu iktar diffiċli, għaċ-ċittadini Ewropej, l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu u għal-libertà ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri, id-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, il-libertà tal-istabbiliment u l-liberta li jiġu pprovduti servizzi jew li jinfluwenzaw bi kwalunkwe mod li jkun id-drittijiet inkwistjoni, huma wkoll ipprojbiti?

4)

Jekk tingħata risposta affermattiva għat-tielet domanda, l-Artikolu 93(1a) tal-Kodiċi tat-Triq Taljana, li jipprevedi l-projbizzjoni ta’ moviment bi plakek ta’ reġistrazzjoni barranin (tkun li tkun il-persuna li f’isimha l-vettura hija rreġistrata) wara sittin ġurnata ta’ residenza fl-Italja, jista’ jillimita, jew irendi iktar diffiċli jew jinfluwenza bi kwalunkwe mod l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu u għal-libertà ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri, id-dritt għall-moviment liberu ta’ ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, il-libertà tal-istabbiliment u l-liberta li jiġu pprovduti servizzi?


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fil-25 ta’ Ġunju 2020 – CO, ME, GC, u 42 parti oħra vs MJ, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Eulex Kosovo

(Kawża C-283/20)

(2020/C 297/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CO, ME, GC, u 42 rikorrent ieħor

Konvenuti: MJ, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Eulex Kosovo

Domanda preliminari

L-Artikoli 8(3) u 10(3) tal-“Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-14 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-‘Istat tad-Dritt’ fil-Kosovo, EULEX KOSOVO” (1) qabel l-emenda tagħha bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat-12 ta’ Ġunju 2014 (2), skont il-każ flimkien mad-dispożizzjonijiet possibbilment rilevanti l-oħra kollha, għandhom jinqraw bħala li jagħtu lill-Kap tal-Missjoni, personalment u f’ismu stess, il-kwalità ta’ persuna li timpjega tal-persunal ċivili internazzjonali okkupat fis-servizz tal-missjoni EULEX KOSOVO waqt il-perijodu qabel it-12 ta’ Ġunju 2014, jew, b’kunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-Artikoli 8(5) u 9(3) tal-Azzjoni Komuni 2008 qabel l-emenda tagħha li seħħet fit-12 ta’ Ġunju 2014, bħala li jagħtu l-kwalità ta’ persuna li timpjega lill-Unjoni Ewropea u/jew lil istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, bħall-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew kull istituzzjoni possibbli oħra, li f’isem tiegħu/tagħha l-Kap tal-Missjoni kien aġixxa sa dik id-data skont mandat, skont delega ta’ setgħa jew skont kull forma ta’ rappreżentazzjoni oħra li għandha tiġi stabbilita skont il-każ?


(1)  ĠU 2008, L 42, p 92.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat- 12 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU 2014, L 174, p. 42).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal judiciaire – Bobigny (Franza) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – BNP Paribas Personal Finance SA vs ZD

(Kawża C-288/20)

(2020/C 297/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judiciaire – Bobigny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BNP Paribas Personal Finance SA

Konvenut: ZD

Domandi preliminari

1)

Klawżoli bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu b’mod partikolari li l-frank Svizzeru hija l-munita tal-kont u li l-euro hija l-munita tal-ħlas, li għandhom l-effett li jitfgħu r-riskju tal-kambju fuq min jissellef, jaqgħu taħt il-kwistjoni prinċipali tal-kuntratt fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 (1) fl-assenza ta’ kontestazzjoni tal-ammont tal-ispejjeż tal-kambju u fil-preżenza ta’ klawżoli li jipprevedu, f’dati fissi, il-possibbiltà għal min jissellef li jeżerċita għażla ta’ konverżjoni f’euros skont formola ddeterminata minn qabel?

2)

Id-Direttiva Nru 93/13, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt Komunitarju, tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li klawżola jew sett ta’ klawżoli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma “ċari u li jinftiehmu” fis-sens tad-direttiva, minħabba li:

l-offerta qabel is-self tispeċifika t-tranżazzjonijiet ta’ kambju mwettqa matul l-eżistenza tal-kreditu u tippreċiża li r-rata tal-kambju tal-euro kontra l-frank Svizzeru ser tkun dik applikabbli jumejn tax-xogħol qabel id-data tal-avveniment li jiddetermina t-tranżazzjoni u li huwa ppubblikat fis-sit tal-Bank Ċentrali Ewropew?

fl-offerta jissemma li min jissellef jaċċetta t-tranżazzjonijiet ta’ kambju ta’ franki Svizzeri f’euros u ta’ euros fi franki Svizzeri neċessarji għall-funzjonament u għar-rimbors tal-kreditu, u li min isellef ser jaħdem il-konverżjoni fi franki Svizzeri tal-bilanċ tal-pagamenti mensili f’euros wara l-ħlas tal-imposti relatati mal-kreditu;

l-offerta tindika li, jekk mit-tranżazzjoni ta’ kambju tirriżulta somma inqas fit-tmiem fi franki Svizzeri pagabbli, l-ammortizzament tal-kapital ikun inqas rapidu u l-eventwali parti tal-kapital mhux ammortizzat abbażi ta’ perijodu ta’ ħlas lura ser titniżżel fil-bilanċ tad-debitur tal-kont fi franki Svizzeri, u li huwa ppreċiżat li l-ammortizzament tal-kapital tas-self ser jevolvi skont il-varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju applikata għall-pagamenti mensili, ’il fuq jew ’l isfel, li din l-evoluzzjoni tista’ ttawwal jew tnaqqas it-tul tal-amortizzament tas-self u, jekk ikun il-każ, temenda l-imposta totali tar-rimbors?

l-artikoli “kont intern f’euros” u “kont intern fi franki Svizzeri” jispeċifikaw it-tranżazzjonijiet imwettqa għal kull perijodu ta’ pagament għall-kreditu u għad-debitu ta’ kull kont, u l-kuntratt jesponi b’mod trasparenti l-funzjonament konkret tal-mekkaniżmu ta’ konverżjoni tal-munita barranija;

u minkejja li fl-offerta, b’mod partikolari, la jissemma b’mod speċifiku ir-“riskju tal-kambju” li jaqa’ fuq min jissellef fid-dawl tal-assenza ta’ ġbir tad-dħul fil-munita tal-kont, u lanqas ma jissemma b’mod espliċitu r-“riskju tar-rata ta’ interessi”?

3)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda, id-Direttiva Nru 93/13, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt Komunitarju, tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li klawżola jew sett ta’ klawżoli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma “ċari u li jinftiehmu” fis-sens tad-direttiva, meta mal-elementi msemmija fir-raba’ domanda tiżdied biss simulazzjoni ta’ waqgħa ta’ 5,27 % tal-munita tal-ħlas meta mqabbla mal-munita tal-kont, f’kuntratt ta’ tul inizjali ta’ iktar minn 20 sena, u mingħajr ebda riferiment ieħor għat-termini bħal “riskju” jew “diffikultà”?

4)

L-oneru tal-prova tan-natura “ċara u li tinftiehem” ta’ klawżola fis-sens tad-Direttiva 93/13 jaqa’, inkluż dwar iċ-ċirkustanzi madwar il-konklużjoni tal-kuntratt, fuq il-professjonist jew fuq il-konsumatur?

5)

Jekk l-oneru tal-prova tan-natura ċara u li tinftiehem tal-klawżola jaqa’ fuq il-professjonist, id-Direttiva 93/13 tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li, fil-preżenza ta’ dokumenti dwar it-tekniki tal-bejgħ, tqis li huma l-persuni li jissellfu li għandhom jipproduċu l-prova, minn naħa, li huma kienu d-destinatarji tal-informazzjoni li tinsab f’dawn id-dokumenti u, min-naħa l-oħra, li huwa l-bank li bagħthielhom, jew, għall-kuntrarju, teħtieġ li dawn l-elementi jikkostitwixxu preżunzjoni li l-informazzjoni li tinsab f’dawn id-dokumenti ġiet trażmessa, inkluż verbalment, lill-persuni li jissellfu, preżunzjoni sempliċi li huwa l-professjonist, li għandu jkun responsabbli għall-informazzjoni kkomunikata mill-intermedjarji li huwa għażel, li għandu jikkonfuta?

6)

L-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv tista’ tkun ikkaratterizzata f’kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fih iż-żewġ partijiet jinkorru riskju ta’ kambju, peress li, minn naħa, il-professjonist għandu mezzi superjuri mill-konsumatur sabiex jantiċipa r-riskju tal-kambju u peress li, min-naħa l-oħra, ir-riskju sostnut mill-professjonist huwa suġġett għal limitu massimu filwaqt li dak sostnut mill-konsumatur ma huwiex?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – IB vs FA

(Kawża C-289/20)

(2020/C 297/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IB

Konvenut: FA

Domanda preliminari

Meta, bħal f’dan il-każ, miċ-ċirkustanzi fattwali jirriżulta li wieħed mill-konjuġi jaqsam ħajtu bejn żewġ Stati Membri, jista’ jitqies, fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (1) u għall-applikazzjoni tiegħu, li huwa għandu r-residenza abitwali tiegħu f’żewġ Stati Membri, b’tali mod li jekk il-kundizzjonijiet elenkati minn dan l-artikolu jiġu ssodisfatti f’żewġ Stati Membri, il-qrati ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri għandhom ġurisdizzjoni ugwali sabiex jagħtu deċiżjoni fuq id-divorzju?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, u rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – AS Latvijas Gāze vs Latvijas Republikas Saeima, Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija

(Kawża C-290/20)

(2020/C 297/46)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Latvijas Gāze

Partijiet oħra fil-proċedura: Latvijas Republikas Saeima, Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 23 u 32(1) tad-Direttiva 2009/73/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri għandhom l-obbligu jadottaw leġiżlazzjoni skont liema, minn naħa, kull klijent finali jista’ jagħżel ma’ liema tip ta’ network – network ta’ trasport jew ta’ distribuzzjoni – jiġi konness u, min-naħa l-oħra, l-operatur tan-network huwa obbligat jippermettilu jiġi konness man-network li jagħżel?

2)

L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati jadottaw leġiżlazzjoni skont liema huwa unikament permess jiġi konness man-network ta’ trasport ta’ gass naturali klijent finali mhux domestiku (jiġifieri, unikament klijent industrijali)?

3)

L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73/KE, b’mod partikolari l-kunċett ta’ “klijent industrijali [ġdid]”, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan l-artikolu jistabbilixxi l-obbligu li l-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni skont liema huwa unikament permess jiġi konness man-network ta’ trasport ta’ gass naturali klijent finali mhux domestiku (jiġifieri, unikament klijent industrijali) li ma kienx diġà konness preċedentement man-network ta’ distribuzzjoni?

4)

Il-punt 3 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2009/73/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema t-trasport ta’ gass naturali jinkludi t-trasport ta’ gass naturali direttament għas-sistema ta’ provvista ta’ gass naturali tal-klijent finali.


(1)  Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 12, Vol. 5, p. 39).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Lulju 2020 – Icade Promotion Logement SAS vs Ministère de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-299/20)

(2020/C 297/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Icade Promotion Logement SAS

Konvenut: Ministère de l’Action et des Comptes publics

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 392 tad-Direttiva tat-28 ta’ Novembru 2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirriżerva l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli li l-akkwist tagħhom kien suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud mingħajr ma l-persuna taxxabbli li tbiegħhom mill-ġdid kellha d-dritt li tnaqqas din it-taxxa? Jew jippermetti li din l-iskema tiġi applikata għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli li l-akkwist tagħhom ma kienx suġġett għal din it-taxxa, għar-raġuni li dan l-akkwist ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jew inkella għar-raġuni li, minkejja li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, dan huwa eżenti minnha?

2)

L-Artikolu 392 tad-Direttiva tat-28 ta’ Novembru 2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp fiż-żewġ każijiet segwenti:

meta dawn l-artijiet, akkwistati mhux mibnija, isiru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-iżvilupp;

meta dawn l-artijiet ikunu is-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom bħad-diviżjoni tagħhom f’lottijiet jew it-twettiq ta’ xogħolijiet li jippermettu li jiġu konnessi ma’ varji networks (toroq, ilma, elettriku, gass, dranaġġ, telekomunikazzjonijiet)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/36


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-328/20)

(2020/C 297/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, B.-R. Killmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija, bl-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament fir-rigward tal-allowances tal-familja u tal-kreditu fiskali minħabba l-ulied mogħtija lil ħaddiema li l-ulied tagħhom jgħixu b’mod permanenti fi Stat Membru ieħor, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7 u l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) kif ukoll taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 u taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 (2);

tikkonstata li barra minn hekk ir-Repubblika tal-Awstrija, bl-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament fir-rigward tat-tnaqqis fiskali magħruf bħala “Familienbonus Plus”, tal-kreditu fiskali għall-persuni li jkunu l-uniċi li għandhom dħul fil-familja tagħhom, tal-kreditu fiskali għal ġenituri waħedhom u tal-kreditu fiskali għal manteniment mogħtija lil ħaddiema migranti li l-ulied tagħhom jgħixu b’mod permanenti fi Stat Membru ieħor, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Awstrija tagħti lill-persuni li jaħdmu fl-Awstrija, fir-rigward tal-ulied tagħhom, u fil-forma ta’ somma f’daqqa waħda, benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji soċjali tal-allowances tal-familja u tal-kreditu fiskali minħabba l-ulied kif ukoll it-tnaqqis fiskali magħruf bħala “Familienbonus Plus”, il-kreditu fiskali għall-persuni li jkunu l-uniċi li għandhom dħul fil-familja tagħhom, il-kreditu fiskali għal ġenituri waħedhom u l-kreditu fiskali għal manteniment. Sa mill-1 ta’ Jannar 2019, id-dispożizzjonijiet Awstrijaki jipprevedu li dawn il-benefiċċji Statali għandhom jiġu aġġustati skont il-livell ġenerali tal-prezzijiet fl-Istat Membru li fih il-wild jgħix b’mod permanenti.

L-ewwel motiv

Il-Kummissjoni ssostni li l-allowance tal-familja u l-kreditu fiskali minħabba l-ulied huma benefiċċji tal-familja fis-sens tar-Regolament Nru 883/2004. L-Artikolu 7 u l-Artikolu 67 ta’ dan ir-regolament jipprojbixxu li Stat Membru jissuġġetta l-għoti jew l-ammont ta’ benefiċċji tal-familja għall-kundizzjoni li l-membri tal-familja tal-ħaddiem ikunu jgħixu fl-Istat Membru li jagħti l-benefiċċji. Bl-introduzzjoni tal-aġġustament, l-Awstrija qiegħda madankollu tittratta l-benefiċċji tal-familja favur l-ulied skont l-Istat Membru li fih jgħixu l-ulied. B’hekk l-Awstrija qiegħda tikser l-Artikolu 7 u l-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 883/2004.

It-tieni motiv

Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-aġġustament, kif introdott mill-Awstrija, jittratta lill-persuni eliġibbli li l-ulied tagħhom jgħixu fi Stati Membri b’livell ta’ prezzijiet ogħla b’mod iktar favorevoli mill-persuni li l-ulied tagħhom jgħixu fl-Awstrija, filwaqt li jittratta b’mod inqas favorevoli lill-persuni li l-ulied tagħhom jgħixu fi Stati Membri b’livell ta’ prezzijiet iktar baxx. Madankollu, fl-okkażjoni tal-introduzzjoni tal-aġġustament, l-Awstrija kkonstatat tfaddil fil-baġit nazzjonali u dan jista’ jfisser biss li kien hemm iktar benefiċjarji ta’ tali benefiċċji u tnaqqis fiskali li l-ulied tagħhom jgħixu fi Stati Membri b’livell ta’ prezzijiet inqas minn dak fl-Awstrija.

Permezz tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament, l-Awstrija kkawżat diskriminazzjoni indiretta għad-detriment tal-ħaddiema migranti. Ma jista’ jiġi identifikat ebda għan li jiġġustifika din id-diskriminazzjoni. B’hekk, l-Awstrija qiegħda tikser, inkonnessjoni mal-allowance tal-familja u mal-kreditu fiskali minħabba l-ulied, il-prinċipju ta’ trattament ugwali kif espress fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 u fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, kif ukoll, inkonnessjoni mat-tnaqqis fiskali magħruf bħala “Familienbonus Plus”, mal-kreditu fiskali għall-persuni li jkunu l-uniċi li għandhom dħul fil-familja tagħhom, mal-kreditu fiskali għal ġenituri waħedhom u mal-kreditu fiskali għal manteniment, il-prinċipju ta’ trattament ugwali espress fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).

(2)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU 2011, L 141, p. 1).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/37


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2020 minn Volotea, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-13 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-607/17, Volotea vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-331/20 P)

(2020/C 297/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Volotea, SA (rappreżentanti: M. Carpagnano, avvocato, M. Nordmann, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

tannulla parzjalment l-Artikolu 1(2), (3) u (4) u l-irkupru tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (1) tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33983 implimentata mill-Italja bħala kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku sa fejn tikkonċerna lill-appellanti.

Sussidjarjament:

tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Barra minn hekk, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE. B’mod iktar speċifiku, il-Qorti tal-Ġustizzja applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ vantaġġ ekonomiku, marret lil hinn mill-ġurisdizzjoni tagħha meta ssostitwixxiet ir-raġunament tal-Kummissjoni Ewropea, u evalwat b’mod żbaljat il-kriterji ta’ selettività, ta’ riżorsi tal-Istat u ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-ġustifikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat abbażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE u l-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Iffinanzjar tal-Ajruporti u l-Għajnuna tal-Bidu lil-Linji tal-Ajru li jitilqu minn Ajruporti Reġjonali.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi fl-ordni tagħha għall-irkupru; hija żbaljat fir-rikonoxximent ta’ ksur tal-Artikolu 296(2) minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni xierqa tal-Kummissjoni Ewropea u kisret id-dritt tal-appellanti għal rimedju effettiv.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1861 tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — l-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ) (ĠU 2017, L 268, p. 1).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/38


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2020 minn easyJet Airline Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla, Estiża) fit-13 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-8/18, easyJet Airline vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-343/20 P)

(2020/C 297/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: easyJet Airline Co. Ltd (rappreżentanti: J. Rivas Andrés, avocat, A. Manzaneque Valverde, abogada)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata u/jew tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1861 (1) tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — l-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għal dawk tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tqis li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata abbażi tal-aggravji li ġejjin:

L-ewwel nett, is-sentenza appellata hija vvizzjati minn żball ta’ liġi billi ħalltet l-evalwazzjoni ta’ żewġ rekwiżiti għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat (riżorsi tal-Istat u vantaġġ).

It-tieni nett, is-sentenza appellata hija vvizzjati minn żball ta’ liġi billi qieset li t-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq ma setax jiġi applikat fil-kawża preżenti. Il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-operaturi tal-ajruport ma kkontribwixxewx ammonti sinjifikattivi mill-fondi proprji tagħhom u ma aġixxew bħala operaturi privati f’ekonomija tas-suq. Iktar minn hekk, il-motivazzjoni tas-sentenza appellata fir-rigward tan-nuqqas ta’ applikabbiltà tat-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq kisret l-Artikolu 345 TFUE, il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll id-drittijiet tad-difiża ta’ easyJet.

It-tielet nett, is-sentenza appellata hija vvizzjati minn żball ta’ liġi meta ġie deċiż li l-operaturi tal-ajruport aġixxew bħala sempliċi intermedjarji tar-Reġjun ta’ Sardegna.

Ir-raba’ nett, is-sentenza appellata hija vvizzjati minn żball ta’ liġi fir-rigward tal-identifikazzjoni: (i) tal-benefiċjarji finali, (ii) tal-vantaġġ indirett, u (iii) tal-effetti sekondarji tal-iskema.


(1)  ĠU 2017, L 268, p. 1.


Il-Qorti Ġenerali

7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/39


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2020 – Pollinis France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-371/20)

(2020/C 297/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pollinis France (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Lepage, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad talba konfirmatorja għal aċċess għal dokumenti rreġistrata taħt in-numru GESTDEM Nru 2020/0498 skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001; (1)

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas EUR 3 000 lir-rikorrenti għall-ispejjeż tal-proċedura, skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għaliex il-Kummissjoni naqset milli tagħti raġuni fl-applikazzjoni tagħha tal-protezzjoni tal-eżenzjoni dwar il-proċess deċiżjonali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, peress li hemm interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tad-dokumenti rikjesti u li d-dokumenti rikjesti għandhom jibbenefikaw mill-aċċess usa’ mogħti lil “dokumenti leġiżlattivi”.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (2) peress li l-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandha tiġi interpretata u applikata iktar u iktar b’mod strett meta l-informazzjoni rikjesta tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/39


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2020 – Datax vs REA

(Kawża T-381/20)

(2020/C 297/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Datax sp. z o. o. (Warsaw, il-Polonja) (rappreżentant: J. Bober, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni meħuda fit-13 ta’ Novembru 2019 (ARES 2019 7018535 – 13/11/2019) li tirreferi għaċ-ċaħda parzjali tal-ispejjeż eliġibbli u l-irkupru tal-għajnuna mill-Unjoni Ewropea u li teżiġi li r-rikorrenti tħallas id-danni f’somma f’daqqa;

tikkundanna lir-REA għall-ispejjeż tal-proċeduri inkluż l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni professjonali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji rigward il-fatti u ksur tad-dritt tax-xogħol Pollakk.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Istat tad-dritt.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ twettiq ta irregolaritajiet mir-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni żbaljata ta’ ksur mir-rikorrenti tal-ftehim dwar l-għajnuna.

6.

Is-sitt motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata kienet mogħtija b’mod żbaljat mir-REA, li hija aġenzija eżekuttiva tal-Unjoni Ewropea, minflok mill-Kummissjoni.

7.

Is-seba’ motiv, iktar sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tad-dritt tar-Renju tal-Belġju.

8.

It-tmien motiv, ukoll iktar sussidjarjament, ibbażat fuq li t-talbiet finanzjarji tar-rikorrenti huma preskritti.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/40


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ġunju 2020 – Flašker vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/20)

(2020/C 297/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petra Flašker (Grosuplje, is-Slovenja) (rappreżentant: K. Zdolšek, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Marzu 2020 fil-Każ SA.43546 – Allegata Għajnuna mill-Istat lil Lekarna Ljubljana, li tiddikjara li l-miżuri li dwarhom ilmentat ir-rikorrenti ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat mingħajr ma tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq kontradizzjonijiet materjali fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata li jammontaw għal ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst mill-Artikolu 296 TFUE.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fil-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna eżistenti.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq fatti impreċiżi u inkompleti u fuq klassifikazzjoni legali żbaljata ta’ dawk il-fatti li jammontaw għal ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq diffikultajiet fl-evalwazzjoni ta’ dan il-każ mill-Kummissjoni, kif inhu żvelat mill-iżbalji ta’ fatt u ta’ liġi deskritti fl-ewwel żewġ motivi, kif ukoll fuq eżami insuffiċjenti tal-fatti rilevanti qabel l-adozzjoni min-naħa tagħha tad-deċiżjoni dwar proċedura ta’ investigazzjoni formali. Dawn id-diffikultajiet huma miżjuda b’diffikultajiet oħra proċedurali mressqa f’dan it-tielet ilment. Fil-preżenza ta’ dawn id-diffikultajiet, il-Kummissjoni kienet meħtieġa tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali u, billi rrifjutat milli tagħmel dan, kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti derivanti mill-Artikolu 108(2) TFUE.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/41


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2020 – Global Translation Solutions vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-404/20)

(2020/C 297/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Global Translation Solutions ltd. (Valletta, Malta) (rappreżentant: C. Mifsud-Bonnici, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenuta tas-17 ta’ April 2020 (i) li tagħti l-Lott 22 EN>MT tas-sejħa għal offerti TRAD19 lill-offerent magħżul, u (ii) li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata għal-Lott 22, u d-deċiżjonijiet kollha relatati tal-konvenuta;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq id-deċiżjonijiet tal-konvenuta tas-17 ta’ April 2020 (i) li l-Lott 22 EN>MT relatat mas-sejħa għal offerti TRAD19 jingħata lill-offerent magħżul, u (ii) li l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata għal-Lott 22 tiġi miċħuda, huma illegali, peress li huma bbażati fuq żball serju u manifest ta’ evalwazzjoni fil-formulazzjoni tal-iskema ta’ mmarkar standard għall-evalwazzjoni tal-eżami ta’ reviżjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq id-deċiżjonijiet tal-konvenuta tas-17 ta’ April 2020 (i) li l-Lott 22 EN>MT relatat mas-sejħa għal offerti TRAD19 jingħata lill-offerent magħżul, u (ii) li l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata għal-Lott 22 tiġi miċħuda, huma illegali, peress li l-formulazzjoni tal-iskema ta’ mmarkar standard kienet tikser il-liġi, b’mod partikolari l-Artikolu 160(1) tar-Regolament Finanzjarju (1), u kuntrarja għall-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, b’mod partikolari l-ugwaljanza ta’ trattament u t-trasparenza.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq id-deċiżjonijiet tal-konvenuta tas-17 ta’ April 2020 (i) li l-Lott 22 EN>MT relatat mas-sejħa għal offerti TRAD19 jingħata lill-offerent magħżul, u (ii) li l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata għal-Lott 22 tiġi miċħuda, huma illegali, peress li l-konvenuta naqset milli tagħti raġunijiet, kif rikjest mid-dritt tal-Unjoni u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għad-deċiżjoni tagħha li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq id-deċiżjonijiet tal-konvenuta tas-17 ta’ April 2020 (i) li l-Lott 22 EN>MT relatat mas-sejħa għal offerti TRAD19 jingħata lill-offerent magħżul, u (ii) li l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata għal-Lott 22 tiġi miċħuda, huma illegali, peress li l-aġir tal-konvenuta matul il-korrispondenza skambjata mar-rikorrenti wara s-17 ta’ April 2020, b’mod partikolari, fir-rigward tal-ispjegazzjonijiet tagħha dwar l-iskema ta’ mmarkar standard u l-“iżbalji ddefiniti minn qabel”, kien kuntrarju għal prinċipji ġenerali ta’ diliġenza dovuta, amministrazzjoni tajba u għoti ta’ kuntratti pubbliċi.


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/42


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2020 – KT vs BEI

(Kawża T-415/20)

(2020/C 297/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: KT (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat, inkluża l-eċċezzjoni ta’ illegalità li tinsab fih;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni adottata fl-24 ta’ Marzu 2020 li timponi fuqha, bħala sanzjoni dixxiplinarja, it-tkeċċija għal raġuni gravi, mingħajr avviż minn qabel bi jew mingħajr allowance tat-tluq;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari l-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq in-nuqqas kompetenza tal-awtur tal-att.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tat-terminu raġjonevoli b’mod partikolari l-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità. Min-naħa, ir-rikorrenti tqajjem oġġezzjoni ta’ illegalità, billi l-Artikolu 40 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jikser il-prinċipju ta’ imparzjalità, fir-rigward tal-imparzjalità oġġettiva. Min-naħa l-oħra, tqis li l-proċedura stabbilita mill-BEI kisret il-prinċipju tal-imparzjalità, fir-rigward ta' l-imparzjalità suġġettiva.

3.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u tal-ksur tar- regoli relatati mal-protezzjoni tad-data personali.

4.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/43


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2020 – KU vs SEAE

(Kawża T-425/20)

(2020/C 297/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KU (rappreżentant: R. Wardyn, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-SEAE tas-17 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ April 2020 li tiċħad l-ilment tagħha mressaq taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-konvenut iħallas EUR 15 000 bħala kumpens xieraq għall-fastidju mġarrab mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni u nuqqas li jiġu eżaminati l-provi.

Hija ssostni li d-deċiżjonijiet tas-17 ta’ Settembru 2019 u tat-3 ta’ April 2020 tas-SEAE ma humiex suffiċjentement motivati, li jmur kontra l-obbligu tal-amministrazzjoni li tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha (Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u Artikolu 8 tal-Kodiċi Ewropew ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi: ksur tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal.

Is-SEAE kiser l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal billi rrifjuta li jqis l-imġieba ta’ X deskritt fit-talba għal assistenza tar-rikorrenti bħala li tikkostitwixxi fastidju psikoloġiku fis-sens ta’ dan l-artikolu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Is-SEAE wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi rrifjutat li tqis l-imġieba ta’ X deskritt fit-talba għal assistenza tar-rikorrenti bħala li tikkostitwixxi fastidju psikoloġiku.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ assistenza: ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Hija ssostni li l-perijodu ta’ iktar minn 16-il xahar kien ta’ tul irraġonevoli għal investigazzjoni u li s-SEAE, flimkien mal-IDOC, kiser il-prinċipju ta’ terminu raġonevoli kif ukoll id-dmir tiegħu ta’ ħeffa u, għaldaqstant, l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/44


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – JR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-435/20)

(2020/C 297/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: JR (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ April 2020 sa fejn din tiċħad it-talba għal reviżjoni tar-rikorrenti fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tas-16 ta’ Diċembru 2019 li hija ma tiġix iskritta fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD6) – 1 – Amministraturi, u, sa fejn meħtieġ, tannulla din id-deċiżjoni tas-16 ta’ Diċembru 2019;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni kif ukoll fuq ksur tar-regoli li jirregolaw ix-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/44


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 – Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-440/20)

(2020/C 297/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jindal Saw Ltd (New Delhi, l-Indja), Jindal Saw Italia SpA (Trieste, l-Italja) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/527 tal-15 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u ta’ pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit tal-ħadid fondut sferojdali) li joriġinaw mill-Indja fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali f’T-301/16;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u tal-prinċipju ġenerali ta’ nuqqas ta’ retroattività.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ nuqqas ta’ retroattività u tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 266 TFUE u tal-Artikolu 264 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikoli 5(1) u 5(4) TUE.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tad-dritt għal rimedju effettiv u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 103 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u tal-Artikolu 296 TFUE.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma għandiex il-kompetenza biex timponi r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ Jindal, kif ukoll fuq ksur tal-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/45


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 – Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-441/20)

(2020/C 297/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jindal Saw Ltd (New Delhi, l-Indja), Jindal Saw Italia SpA (Trieste, l-Italja) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/526 tal-15 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit tal-ħadid fondut sferojdali) li joriġinaw mill-Indja fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali f’T-300/16;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 u tal-prinċipju ġenerali ta’ nuqqas ta’ retroattività.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ nuqqas ta’ retroattività u tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 266 TFUE u tal-Artikolu 264 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikoli 5(1) u 5(4) TUE.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tad-dritt għal rimedju effettiv u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 103 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u tal-Artikolu 296 TFUE.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma għandiex il-kompetenza biex timponi r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ Jindal, kif ukoll fuq ksur tal-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/46


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2020 – Grangé and Van Strydonck vs EUIPO – Nema (âme)

(Kawża T-442/20)

(2020/C 297/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Isaline Grangé (Edegem, il-Belġju) u Alizée Van Strydonck (Strombeek-Bever, il-Belġju) (rappreżentant: M. De Vroey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nema Srl (San Lazzaro di Savena, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “âme” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 895 139

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2960/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/46


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2020 – Sanford vs EUIPO – Avery Zweckform (Tikketti)

(Kawża T-443/20)

(2020/C 297/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sanford LP (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Zecher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Avery Zweckform GmbH (Oberlaindern/Valley, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 141999-0002

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 2413/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-appell tal-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-11 ta’ Diċembru 2018 mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Invalidità tal-25 ta’ Ottubru 2018;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti ta’ appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/47


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2020 – VeriGraft vs EASME

(Kawża T-457/20)

(2020/C 297/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VeriGraft AB (Gothenburg, l-Isvezja) (rappreżentanti: P. Hansson u M. Persson, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata u tiddikjara li l-ordni ta’ rkupru tal-EASME li tirrigwarda spejjeż li jammontaw għal total ta’ EUR 258 588,80 hija invalida;

tikkonstata u tiddikjara li l-ispejjeż miċħuda mill-EASME (totalment jew parzjalment) li jammontaw għal total ta’ EUR 258 588,80 huma spejjeż eliġibbli;

tikkonstata u tiddikjara li n-nota ta’ debitu tal-EASME ta’ EUR 106 928,74 hija invalida; u,

tikkundanna lill-EASME għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi prinċipali.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-ordni ta’ rkupru tikser id-dritt għal amministrazzjoni tajba:

mill-ordni ta’ rkupru, inklużi l-annessi, ma huwiex possibbli li wieħed jifhem liema spejjeż speċifiċi ġew miċħuda mill-EASME, u fuq liema bażi dawn l-ispejjeż ġew miċħuda. Għaldaqstant, id-dritt għal amministrazzjoni tajba sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta tal-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod iktar partikolari l-obbligu ta’ motivazzjoni, huwa miksur.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-ispejjeż miċħuda huma eliġibbli skont il-ftehim ta’ sussidju:

l-ispejjeż miċħuda huma fi kwalunkwe każ eliġibbli skont it-termini tal-ftehim ta’ sussidju konkluż bejn VERIGRAFT u EASME peress li dawn kienu msemmija fil-ftehim ta’ sussidju u kienu jidhru f’rapporti perjodiċi approvati mill-EASME.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li, fi kwalunkwe każ, in-nota ta’ debitu hija invalida peress li l-ispejjeż miċħuda ta’ VERIGRAFT huma eliġibbli skont il-ftehim ta’ sussidju:

VERIGRAFT sostniet spejjeż li jeċċedu lil dawk li l-EASME qiegħda tipprova tirkupra permezz tal-ordni ta’ rkupru u għaldaqstant in-nota ta’ debitu hija fi kwalunkwe każ invalida għal din ir-raġuni wkoll.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/48


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2020 – Eggy Food vs EUIPO (YOUR DAILY PROTEIN)

(Kawża T-464/20)

(2020/C 297/63)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Eggy Food GmbH & Co. KG (Osnabrück, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Eberhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea YOUR DAILY PROTEIN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 953 235

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 2235/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Nru 17 953 235;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/48


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2020 – LD vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/20)

(2020/C 297/64)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: LD (rappreżentant: M. Velardo, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla:

id-deċiżjoni tal-20 ta’ Ġunju 2019, li biha r-rikorrenti ġiet eskluża milli tipparteċipa fl-eżamijiet fl-Assessment Center tal-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19;

id-deċiżjoni tal-31 ta’ Ottubru 2019, li biha ġiet miċħuda t-talba ta’ eżami mill-ġdid tal-esklużjoni mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19;

id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-22 ta’ April 2020, li biha ġie miċħud ir-rikors amministrattiv ippreżentat skont l-Artikolu 90. II tar-Regolamenti tal-Persunal.

Barra minn hekk qiegħed jintalab li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-456/20, LA vs Il-Kummissjoni.