ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 291

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
2 ta' Settembru 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 291/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9877 — Pro Diagnostic Group/FutureLife/DISCARE CZ JV) ( 1 )

1

2020/C 291/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9915 — Mitsubishi Corporation Energy/ENEOS/Taiyo Koyu) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 291/03

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,00 % fl-1 ta' Settembru 2020 — Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 291/04

Proċedimenti ta’ stralċ Proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ CX Reinsurance Company Limited (F’Amministrazzjoni) (il-Kumpanija) (Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) u Ir-Regolamenti tal-Assiguraturi (Riorganizzazzjoni u Stralċ) 2004 SI Nru 2004/353, ir-Regolament 11)

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 291/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9879 — APG/NPS/JMI/Brisa) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

2020/C 291/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9798 — BorgWarner/Delphi Technologies) ( 1 )

7

2020/C 291/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9905 — Bridgepoint/EQT Credit Platform) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9877 — Pro Diagnostic Group/FutureLife/DISCARE CZ JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 291/01)

Fis-27 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9877. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


2.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9915 — Mitsubishi Corporation Energy/ENEOS/Taiyo Koyu)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 291/02)

Fis-26 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9915. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/3


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta' Settembru 2020

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta' Settembru 2020

(2020/C 291/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1987

JPY

Yen Ġappuniż

126,92

DKK

Krona Daniża

7,4434

GBP

Lira Sterlina

0,88975

SEK

Krona Żvediża

10,3605

CHF

Frank Żvizzeru

1,0865

ISK

Krona Iżlandiża

164,50

NOK

Krona Norveġiża

10,4378

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,226

HUF

Forint Ungeriż

354,02

PLN

Zloty Pollakk

4,3925

RON

Leu Rumen

4,8398

TRY

Lira Turka

8,8196

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6242

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5600

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2900

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7727

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6274

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 420,12

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,9459

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1739

HRK

Kuna Kroata

7,5320

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 465,06

MYR

Ringgit Malażjan

4,9656

PHP

Peso Filippin

58,171

RUB

Rouble Russu

88,1474

THB

Baht Tajlandiż

37,250

BRL

Real Brażiljan

6,5126

MXN

Peso Messikan

26,0278

INR

Rupi Indjan

87,4085


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/4


Proċedimenti ta’ stralċ

Proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ CX Reinsurance Company Limited (F’Amministrazzjoni) (“il-Kumpanija”)

(Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) u Ir-Regolamenti tal-Assiguraturi (Riorganizzazzjoni u Stralċ) 2004 SI Nru 2004/353, ir-Regolament 11)

(2020/C 291/04)

Impriża tal-assigurazzjoni

CX Reinsurance Company Limited

118 Pall Mall

London

SW1Y 5ED

United Kingdom

Id-data, id-dħul fis-seħħ u n-natura tad-deċiżjoni

Is-17 ta’ Awwissu 2020

Awtoritajiet kompetenti

High Court of Justice

Business & Property Courts of England and Wales

Strand

Holborn

London WC2A 2LL

United Kingdom

L-Awtorità superviżorja

Prudential Regulatory Authority

c/o Bank of England

Threadneedle Street

London EC2R 8AH

United Kingdom

L-Awtorità dwar il-Kondotta Finanzjarja

12 Endeavour Square

London E20 1JN

United Kingdom

L-amministraturi maħtura

Richard Barker

Ernst & Young LLP

1 More London Place

London SE1 2AF

United Kingdom

Simon Edel

Ernst & Young LLP

1 More London Place

London SE1 2AF

United Kingdom

Liġi applikabbli

L-Att dwar l-Insolvenza 1986

L-Ingilterra u Wales


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9879 — APG/NPS/JMI/Brisa)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 291/05)

1.   

Fil-25 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

APG Asset Management N.V. (“APG”, in-Netherlands),

National Pension Service of the Republic of Korea (“NPS”, ir-Repubblika tal-Korea)

José de Mello – Investimentos, SGPS, SA (“JMI”, il-Portugall)

Brisa – Auto-Estradas de Portugal, S.A. (“Brisa”, il-Portugall)

APG, NPS u JMI jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Brisa kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

APG: sussidjarja ta’ ġestjoni tal-assi li hija proprjetà kollha kemm hi tal-APG Group, li tinvesti fondi f’isem il-fond tal-pensjoni Olandiż tal-APG Group f’diversi industriji, bħall-enerġija u l-utilitajiet, it-telekomunikazzjonijiet u l-infrastruttura tat-trasport.

NPS: fond ta’ riżerva stabbilit biex jiffinanzja u jeżegwixxi l-Iskema Nazzjonali tal-Pensjoni tar-Repubblika tal-Korea, li tamministra fondi u li tinvesti b’mod attiv f’industriji varji, bħall-infrastruttura tat-trasport, f’isem il-klijenti tagħha.

JMI: sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi tal-JM Group (il-Portugall), li għandha investimenti f’diversi setturi ekonomiċi, b’mod partikolari servizzi privati tal-kura tas-saħħa, infrastruttura tat-toroq u l-industrija tal-kimika prinċipalment fil-Portugall.

Brisa: kostruzzjoni, manutenzjoni u tħaddim ta’ konċessjonijiet fuq l-awtostrada, il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ għal konċessjonijiet fuq l-awtostrada, is-servizzi ta’ pagament ta’ mobilità, it-teknoloġiji għall-mobilità u s-servizzi ta’ vetturi fil-Portugall.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Il-Każ M.9879 — APG/NPS/JMI/Brisa

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


2.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9798 — BorgWarner/Delphi Technologies)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 291/06)

1.   

Fis-26 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

BorgWarner Inc. (“BorgWarner”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Delphi Technologies PLC (“Delphi”, GBR).

BorgWarner takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll eklużiv ta’ Delphi kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

BorgWarner: il-produzzjoni ta’ prodotti li jgħinu fit-titjib tal-prestazzjoni tal-vetturi, l-effiċjenza tal-propulsjoni, l-istabbiltà u l-kwalità tal-arja. BorgWarner topera permezz ta’ żewġ segmenti kummerċjali: magni u sistemi tal-mototrażmissjoni,

Delphi: l-iżvilupp, id-disinn u l-manifattura ta’ sistemi ta’ propulsjoni tal-vetturi li jottimizzaw il-prestazzjoni tal-magni, iżidu l-effiċjenza tal-vetturi, inaqqsu l-emissjonijiet, itejbu l-prestazzjoni tas-sewqan, u jappoġġaw l-elettrifikazzjoni li tiżdied tal-vetturi. In-negozju ta’ Delphi jopera f’erba’ segmenti: sistemi ta’ injezzjoni tal-fjuwil, prodotti ta’ sistemi tal-propulsjoni, elettrifikazzjoni u elettronika, u suq ta’ wara l-bejgħ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9798 — BorgWarner/Delphi Technologies

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


2.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9905 — Bridgepoint/EQT Credit Platform)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 291/07)

1.   

Fis-26 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bridgepoint Advisers Holdings (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Bridgepoint Group Limited (ir-Renju Unit),

EQT Credit Platform (“EQT Credit Platform”, l-Isvezja), ikkontrollata minn EQT AB (l-Isvezja).

Bridgepoint takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ EQT Credit Platform kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Bridgepoint: kumpanija azzjonarja fil-grupp Bridgepoint, li huwa grupp ta’ ekwità privata attiv prinċipalment fl-investiment ta’ ekwità privata tas-suq tan-nofs superjuri, fl-investiment ta’ ekwità privata tas-suq tan-nofs baxx u fil-kapital ta’ tkabbir,

EQT Credit Platform: pjattaforma ta’ kreditu privata pan-Ewropea li topera permezz ta’ tliet strateġiji ewlenin: dejn superjuri, self dirett u self f’sitwazzjonijiet speċjali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9905 — Bridgepoint/EQT Credit Platform

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.