ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 287

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
31 ta' Awwissu 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 287/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 287/02

Kawża C-452/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 3 de Teruel – Spanja) – XZ vs Ibercaja Banco, SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kuntratt ta’ self ipotekarju – Klawżola ta’ limitazzjoni tal-varjabbiltà tar-rata ta’ interessi (klawżola ta’ rata minima) – Kuntratt ta’ novazzjoni – Rinunzja għal azzjonijiet ġudizzjarji kontra l-klawżoli ta’ kuntratt – Assenza ta’ natura obbligatorja)

2

2020/C 287/03

Kawża C-575/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Lulju 2020 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri – Talba sabiex jinħelsu milli jqiegħdu għad-dispożizzjoni riżorsi proprji – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Ittra tal-Kummissjoni Ewropea – Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Rikors ibbażat fuq arrikkiment indebitu tal-Unjoni)

3

2020/C 287/04

Kawża C-673/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Paris – Franza) – Santen SAS vs Directeur général de l’Institut national de la propriété industrielle (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem – Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali – Regolament (KE) Nruo 469/2009 – Artikolu 3(d) – Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat – Kisba tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott bħala prodott mediċinali – Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ applikazzjoni terapewtika ġdida ta’ ingredjent attiv magħruf)

3

2020/C 287/05

Kawżi magħquda C-698/18 u C-699/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Mureş – ir-Rumanija) – SC Raiffeisen Bank SA vs JB (C-698/18), BRD Groupe Société Générale SA vs KC (C-699/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Kuntratt ta’ kreditu li jirrigwarda self personali – Kuntratt eżegwit kompletament – Konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali – Azzjoni għall-ħlas lura tal-ammonti indebitament imħallsa fuq il-bażi ta’ klawżola inġusta – Modalitajiet ġudizzjarji – Azzjoni ġudizzjarja ordinarja li ma tistax tiġi preskritta – Azzjoni ġudizzjarja ordinarja personali, patrimonjali u li tista’ tiġi preskritta – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni – Mument oġġettiv li fih il-konsumatur isir konxju tal-eżistenza ta’ klawżola inġusta)

4

2020/C 287/06

Kawża C-716/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Timişoara – ir-Rumanija) – CT vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Caraş-Severin – Serviciul Inspecţie Persoane Fizice, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Timişoara – Serviciul Soluţionare Contestaţii 1 (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Il-punt 4 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 288 – Skema speċjali għal impriżi żgħar – Metodu ta’ kalkolu tad-dħul mill-bejgħ annwali li jservi bħala referenza għall-applikazzjoni tal-iskema speċjali għal impriżi żgħar – Kunċett ta’ tranżazzjoni ta’ proprjetà immobbli anċillari – Kiri ta’ proprjetà immobbli minn persuna li teżerċita diversi professjonijiet liberi)

5

2020/C 287/07

Kawża C-70/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs HM (Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 – Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ kompetizzjoni – Talba għal eżami mill-ġdid – Posta elettronika tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) – Nuqqas mill-EPSO li jibgħat it-talba għal eżami mill-ġdid lill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni – Motiv ta’ rifjut – Tardività – Klassifikazzjoni tal-posta elettronika tal-EPSO – Deċiżjoni li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid – Kompetenzi – Assenza ta’ bażi legali – Annullament)

6

2020/C 287/08

Kawża C-76/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta' Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Teritorialna direktsiya Yugozapadna Agentsiya Mitnitsi, li qabel kien Mitnitsa Aerogara Sofia vs Curtis Balkan EOOD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 32(1)(c) – Regolament (KEE) Nru 2454/93 – Artikolu 157(2), Artikolu 158(3), u Artikolu 160 – Determinazzjoni tal-valur doganali – Aġġustament – Drittijiet relatati għall-merkanzija li għandhom jiġu vvalutati – Drittijiet li jikkostitwixxu kundizzjoni tal-bejgħ tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata – Drittijiet imħallsa mix-xerrej lill-kumpannija parent tiegħu bħala korrispettiv għall-provvista tan- know-how neċessarja għall-manifattura ta’ prodotti lesti – Merkanzija miksuba mingħand terzi u li tikkostitwixxi komponenti li għandhom jiġu inkorporati fil-prodotti liċenzjati)

6

2020/C 287/09

Kawża C-81/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj- ir-Rumanija) – NG, OH vs SC Banca Transilvania SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 1(2) – Kunċett ta’ Dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari imperattivi – Dispożizzjonijiet supplenti – Kuntratt ta’ self redatt f’munita barranija – Klawżola dwar ir-riskju tal-kambju)

7

2020/C 287/10

Kawża C-86/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona – Spanja) – SL vs Vueling Airlines SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Konvenzjoni ta’ Montreal – Artikolu 17(2) – Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fil-qasam tal-bagalji rreġistrati – Telf stabbilit ta’ bagalja rreġistrata – Dritt għal kumpens – Artikolu 22(2) – Limiti ta’ responsabbiltà fil-każ tad-distruzzjoni, tat-telf, tad-dannu jew tad-dewmien tal-bagalji – Assenza ta’ informazzjoni dwar il-bagalja mitlufa – Oneru tal-prova – Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

8

2020/C 287/11

Kawża C-104/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Donex Shipping and Forwarding BV vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika kummerċjali komuni – Dumping – Dritt antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina – Regolament (KE) Nru 91/2009 – Validità – Regolament (KE) Nru 384/96 – Artikolu 2(10) u (11) – Drittijiet tad-difiża)

8

2020/C 287/12

Kawża C-199/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi – il-Polonja) – RL sp. z o.o. vs J.M. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali – Direttiva 2011/7/UE – Kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali – Provvista ta’ servizzi – Artikolu 2(1) – Kuntratt ta’ kiri – Ħlasijiet perjodiċi – Skedi ta’ ħlas li jipprevedu l-ħlas bin-nifs – Artikolu 5 – Portata)

9

2020/C 287/13

Kawża C-241/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 – George Haswani vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Miżuri indirizzati kontra negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja – Lista tal-persuni li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent – Rikors għal annullament u għad-danni)

10

2020/C 287/14

Kawża C-257/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Prinċipji li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu – Direttiva 2009/18/KE – Artikolu 8(1) – Partijiet li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu f’kunflitt mal-kompitu fdat lill-korp investigattiv – Membri tal-korp investigattiv li jeżerċitaw, parallelament, funzjonijiet oħra – Nuqqas ta’ twaqqif ta’ korp investigattiv indipendenti)

10

2020/C 287/15

Kawża C-264/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof- il-Ġermanja) – Constantin Film Verleih GmbH vs YouTube LLC, Google Inc. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Pjattaforma ta’ filmati online – Upload ta’ film mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju – Azzjoni relatata ma’ preġudizzju għal dritt ta’ proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 8 – Dritt tar-rikorrenti għal informazzjoni – Artikolu 8(2)(a) – Kunċett ta’ indirizzi – Indirizz tal-posta elettronika, indirizz IP u numru tat-telefon – Esklużjoni)

11

2020/C 287/16

Kawża C-272/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden- il-Ġermanja) – VQ vs Land Hessen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ qorti – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) Nru 2016/679 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(2)(a) – Kunċett ta’ attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Artikolu 4(7) – Kunċett ta’ kontrollur – Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru – Artikolu 15 – Dritt ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata)

11

2020/C 287/17

Kawża C-297/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Naturschutzbund Deutschland – Landesverband Schleswig-Holstein e.V. vs Kreis Nordfriesland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Responsabbiltà ambjentali – Direttiva 2004/35/KE – It-tieni inċiż tat-tielet paragrafu tal-Anness I – Dannu li ma jistax jiġi kklassifikat bħala danni sinjifikattivi – Kunċett ta’ ma’ l-amministrazzjoni normali ta’ siti, kif imfissra fir-rekord jew dokumenti mmirati tal-ambjenti naturali jew kif (ikkunsidrati) qabel mill-proprjetarji jew operaturi – Artikolu 2(7) – Il-kunċett ta’ attività tax-xogħol – Attività li hija eżerċitata fl-interess tal-kollettività bis-saħħa ta’ trasferiment legali ta’ missjoni – Inklużjoni jew nuqqas ta’ inklużjoni)

12

2020/C 287/18

Kawża C-343/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Klagenfurt – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs Volkswagen AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Artikolu 7(2) – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Post fejn seħħ il-fatt dannuż – Post fejn seħħet il-ħsara – Manipulazzjoni tad-data dwar l-emmissjoni tal-gassijiet tal-egżost ta’ magni mmanifatturati minn manifattur tal-vetturi bil-mutur)

13

2020/C 287/19

Kawża C-374/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – HF vs Finanzamt Bad Neuenahr-Ahrweiler (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Aġġustament tat-tnaqqis – Varjazzjoni fid-dritt għal tnaqqis – Beni ta’ investiment użat fl-istess ħin għal tranżazzjonijiet taxxabbli u għal tranżazzjonijiet eżentati – Tmiem tal-attività li tagħti dritt għat-tnaqqis – Użu residwu u esklużiv għal tranżazzjonijiet eżentati)

13

2020/C 287/20

Kawża C-391/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Unipack АD vs Direktor na Teritorialna direktsiya Dunavska kam Agentsiya Mitnitsi, Prokuror ot Varhovna administrativna prokuratura na Republika Bulgaria (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni Doganali – Kodiċi Doganali tal-Unjoni – Regolament Delegat (UE) 2015/2446 – Artikolu 172(2) – Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ użu aħħari – Effett retroattiv – Kunċett ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali – Emenda tal-klassifikazzjoni tariffarja – Tmiem tal-validità ta’ deċiżjoni dwar informazzjoni tariffarja vinkolanti)

14

2020/C 287/21

Kawżi magħquda C-608/18 P, C-609/18 P u C-767/18 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 2020 – Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Papouis Dairies LTD, Pagkyprios organismos ageladotrofon (POA) Dimosia Ltd, M. J. Dairies EOOD (Appell – Trade mark al-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Invalidità tat-trade mark invokata mill-opponent – Appelli li ma għadx għandhom skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

15

2020/C 287/22

Kawża C-709/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċizjoni preliminari tas-Špecializovaný trestný súd – is-Slovakkja) – proċeduri kriminali kontra UL, VM (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva (UE) 2016/343 – Artikoli 3 u 4 – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 47 u 48 – Riferimenti pubbliċi għall-ħtija – Qorti nazzjonali – Aċċettazzjoni permezz ta’ digriet tal-istqarrija ta’ ħtija ta’ wieħed miż-żewġ koimputati għar-reati indikati fl-att ta’ akkuża – Eżami tal-ħtija tat-tieni koimputat li jistqarr li ma huwiex ħati – Kundanna mill-istess qorti li aċċettat l-istqarrija ta’ ħtija)

15

2020/C 287/23

Kawża C-153/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln – il-Germanja) – FZ vs DER Touristik GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 12 – Package tour – Dewmien twil ta’ titjira – Kumpens tal-passiġġiera – Kumpens addizzjonali – Dritt tal-passiġġier għat-tnaqqis tal-prezz tal-vjaġġ)

16

2020/C 287/24

Kawża C-338/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna – l-Italja) – Telecom Italia SpA vs Regione Sardegna (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 108 TFUE – Regolament (KE) Nru 659/1999 – Irkupru tal-għajnuna mill-Istat Membru fuq inizjattiva tiegħu stess – Regolament (KE) Nru 794/2004 – Rata ta’ interessi applikabbli)

17

2020/C 287/25

Kawża C-390/19 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2020 – Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża, l-Ungerija (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Fond Ewropew ta’ Garanzija għall-Agrikoltura (FAEG) – Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Settur taz-zokkor – Infiq eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea – Infiq magħmul mir-Repubblika Taljana – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

17

2020/C 287/26

Kawża C-399/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-29 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni vs BT Italia SpA et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Direttiva 2002/20/KE – Artikolu 12 – Ħlasijiet amministrattivi imposti fuq l-impriżi li jipprovdu servizz jew netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Spejjeż amministrattivi tal-awtorità regolatorja nazzjonali li jistgħu jiġu koperti minn taxxa – Rendikont annwali tal-ispejjeż amministrattivi u tas-somma totali tal-ħlasijiet miġbura)

18

2020/C 287/27

Kawżi magħquda C-415/19 u C-417/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Blumar SpA (C-415/19), Roberto Abate SpA (C-416/19), Commerciale Gicap SpA (C-417/19 / Agenzia delle Entrate (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara skema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li tingħata għajnuna taħt l-iskema awtorizzata f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni mhux prevista fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni)

19

2020/C 287/28

Kawża C-553/19 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ April 2020 – International Tax Stamp Association Ltd (ITSA) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati – Twaqqif u tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà tal-prodotti tat-tabakk – Regolament delegat u atti ta’ implimentazzjoni – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 168(1)(d), u Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ identifikazzjoni preċiża tal-punti ta’ motivi kkritikati tas-sentenza appellata u ta’ argumenti legali speċifiċi insostenn tal-appell – Argumenti intiżi sabiex jinkiseb mill-Qorti tal-Ġustizzja sempliċi eżami mill-ġdid tal-argumenti ppreżentati fl-ewwel istanza – Appell manifestament inammissibbli)

19

2020/C 287/29

Kawża C-554/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kehl – il-Ġermanja) proċeduri kriminali kontra FU (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Regolament (UE) 2016/399 – Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen – Artikoli 22 u 23 – Tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri interni fiż-żona Schengen – Kontrolli fit-territorju ta’ Stat Membru – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dak ta’ kontrolli fuq il-fruntieri – Kontrolli tal-identità viċin fruntiera interna taż-żona Schengen – Possibbiltajiet ta’ kontrolli indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata jew mill-eżistenza ta’ ċirkustanzi speċjali – Qafas nazzjonali dwar l-intensità, il-frekwenza u s-selettività tal-kontrolli)

20

2020/C 287/30

Kawża C-618/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ge.Fi.L. – Gestione Fiscalità Locale SpA vs Regione Campania (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 12(4) – Għoti tal-kuntratt lil stabbiliment pubbliku mhux ekonomiku mingħajr sejħa għal offerti – Kuntratt għal servizzi marbuta mal-ġestjoni tat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur – Esklużjoni marbuta mal-kuntratti li jaqgħu taħt il-kooperazzjoni bejn entitajiet pubbliċi – Kundizzjonijiet)

21

2020/C 287/31

Kawża C-628/19 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2020 – Csanád Szegedi vs Il-Parlament Ewropew (Appell – Il-Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament)

21

2020/C 287/32

Kawża C-643/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Norte – il-Portugall) – Resopre – Sociedade Revendedora de Aparelhos de Precisão SA vs Município de Peso da Régua (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 2014/24/UE – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/23/UE – Konċessjonijiet ta’ servizzi – Assenza ta’ punti ta’ fatt u ta’ liġi li jippermettu li tingħata risposta utli għad-domanda preliminari – Inammissibbiltà)

22

2020/C 287/33

Kawża C-692/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Watford Employment Tribunal – ir-Renju Unit) – B vs Yodel Delivery Network Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 2003/88/KE – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Kunċett ta’ ħaddiem – Impriża ta’ distribuzzjoni ta’ pakketti – Klassifikazzjoni tal-persuni li jiddistribwixxu l-pakketti mqabbda fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ servizzi – Possibbiltà għall-persuna li tiddistribwixxi l-pakketti li tqabbad subappaltaturi u li tipprovdi servizzi simili fl-istess ħin lil terz)

22

2020/C 287/34

Kawża C-723/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd vs Agenzia delle Entrate (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kiri ta’ propjetà immobbli għal perijodi ta’ inqas minn tletin jum – Portal telematiku marbut ma’ proprjetà immobbli – Inammissibbiltà manifesta)

23

2020/C 287/35

Kawża C-756/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Ramada Storax SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 90 u 273 – Valur taxxabbli – Tnaqqis – Nuqqas ta’ ħlas – Insolvenza tad-debitur iddomiċiljat barra mill-pajjiż – Deċiżjoni mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor li tiċċertifika n-natura irrekuperabbli tad-djun mitluba – Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità)

24

2020/C 287/36

Kawża C-766/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores – il-Portugall) – QE, RD vs SATA Internacional – Serviços de Transportes Aéreos SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 5(3) – Kumpens lill-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira – Portata – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens – Kunċett ta’ ċirkustanzi straordinarji – Ħsara mxerrda tas-sistema ta’ riforniment ta’ karburant ta’ ajruport)

24

2020/C 287/37

Kawża C-853/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Poprad – is-Slovakkja) – IM vs Sting Reality s.r.o. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29/KE – Prattiki kummerċjali żleali tal-inpriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Artikoli 8 u 9 – Prattiki kummerċjali aggressivi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti mal-konsumatur – Klawżola li hija s-suġġett ta’ negozju individwali – Setgħat tal-qorti nazzjonali)

25

2020/C 287/38

Kawża C-17/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia – l-Italja) – MC vs Ufficio territoriale del governo (U.T.G.) – Perfettura di Foggia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja Inammissibbiltà manifesta – Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Eworpea – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Dritt tad-difiża – Dritt għal smigħ – Att adottat mill-prefettura li jipprojbixxi l-attività minħabba suspett ta’ infiltrazzjoni tal-mafja – Leġiżlazzjoni li ma tipprevedix proċedura kontradittorja)

26

2020/C 287/39

Kawża C-575/19 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2019 minn GMP-Orphan (GMPO) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-733/17, GMPO vs Il-Kummissjoni

26

2020/C 287/40

Kawża C-747/19 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2019 minn Jorge Minguel Rosellò mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-9 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-524/19

27

2020/C 287/41

Kawża C-61/20 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 minn Billa AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-4 ta’ Diċembru 2019 fil-Kawża T-524/18, Billa AG vs EUIPO

27

2020/C 287/42

Kawża C-183/20 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ April 2020 minn Fabryki Mebli Forte S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-27 ta’ Frar 2020 fil-Kawża T-159/19 – Bog-Fran vs EUIPO – Fabryki Mebli Forte

27

2020/C 287/43

Kawża C-193/20 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 minn Dekoback GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fil-5 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-80/19 – Dekoback GmbH vs EUIPO

27

2020/C 287/44

Kawża C-271/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ġunju 2020 – Aurubis AG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

28

2020/C 287/45

Kawża C-280/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Ġunju 2020 – ZN vs Generalno konsulstvo na Republika Bulgaria v grad Valensia, Kralstvo Ispania

28

2020/C 287/46

Kawża C-282/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Ġunju 2020 – Proċeduri kriminali kontra ZX

29

2020/C 287/47

Kawża C-286/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2020 – GC, WG vs Société Air France SA

30

2020/C 287/48

Kawża C-291/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – XQ vs Deutsche Lufthansa AG

30

2020/C 287/49

Kawża C-292/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – KS vs Deutsche Lufthansa AG

30

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 287/50

Kawża T-133/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Off-White vs EUIPO (OFF-WHITE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea OFF-WHITE – Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Isem ta’ kulur – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

32

2020/C 287/51

Kawża T-553/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Perfect Bar vs EUIPO (PERFECT BAR) (Rikors għal annullament – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PERFECT BAR – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti – Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

32

2020/C 287/52

Kawża T-846/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Golden Omega vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura tat-tariffa – Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda – Att leġiżlattiv li fih miżuri ta’ implimentazzjoni – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà)

33

2020/C 287/53

Kawża T-364/20: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2020 – Id-Danimarka vs Il-Kummissjoni

33

2020/C 287/54

Kawża T-420/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT8)

35

2020/C 287/55

Kawża T-421/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT3)

36

2020/C 287/56

Kawża T-422/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT5)

37

2020/C 287/57

Kawża T-423/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT9)

38

2020/C 287/58

Kawża T-434/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2020 – Włodarczyk vs EUIPO – Ave Investment (dziandruk)

39

2020/C 287/59

Kawża T-451/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2020 – Facebook Ireland vs Il-Kummissjoni

39

2020/C 287/60

Kawża T-452/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2020 – Facebook Ireland vs Il-Kummissjoni

40

2020/C 287/61

Kawża T-453/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2020 – KZ vs Il-Kummissjoni

41

2020/C 287/62

Kawża T-454/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – Garment Manufacturers Association in Cambodia vs Il-Kummissjoni

42

2020/C 287/63

Kawża T-456/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – LA vs Il-Kummissjoni

43

2020/C 287/64

Kawża T-458/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2020 – SBG vs EUIPO – VF International (GEØGRAPHICAL NØRWAY)

44

2020/C 287/65

Kawża T-459/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2020 – SBG vs EUIPO – VF International (GEOGRAPHICAL NORWAY EXPEDITION)

44

2020/C 287/66

Kawża T-460/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2020 – SBG vs EUIPO – VF International (Geographical Norway)

45

2020/C 287/67

Kawża T-461/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2020 – SBG vs EUIPO – VF International (GEOGRAPHICAL NORWAY)

46

2020/C 287/68

Kawża T-465/20: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

46


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 287/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 279, 24.8.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 271, 17.8.2020

ĠU C 262, 10.8.2020

ĠU C 255, 3.8.2020

ĠU C 247, 27.7.2020

ĠU C 240, 20.7.2020

ĠU C 230, 13.7.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 3 de Teruel – Spanja) – XZ vs Ibercaja Banco, SA

(Kawża C-452/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Klawżola ta’ limitazzjoni tal-varjabbiltà tar-rata ta’ interessi (klawżola “ta’ rata minima”) - Kuntratt ta’ novazzjoni - Rinunzja għal azzjonijiet ġudizzjarji kontra l-klawżoli ta’ kuntratt - Assenza ta’ natura obbligatorja)

(2020/C 287/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 3 de Teruel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XZ

Konvenuti: Ibercaja Banco, SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur li n-natura inġusta tagħha tista’ tiġi kkonstatata minn qorti, tista’ effettivament tkun is-suġġett ta’ kuntratt ta’ novazzjoni bejn dan il-bejjiegħ jew fornitur u dan il-konsumatur, li permezz tiegħu l-konsumatur jirrinunzja għall-effetti li twassal għalihom id-dikjarazzjoni tan-natura inġusta ta’ din il-klawżola, bil-kundizzjoni li din ir-rinunzja ssir b’kunsens liberu u informat tal-konsumatur, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur bil-għan li tiġi modifikata klawżola potenzjalment inġusta ta’ kuntratt preċedenti konkluż bejn dawn jew li tirregola l-konsegwenzi tan-natura inġusta ta’ din il-klawżola l-oħra tista’ hi stess tiġi kkunsidrata li ma hijiex negozzjata individwalment u, jekk ikun il-każ, tiġi ddikkjarata inġusta.

3)

L-Artikolu 3(1), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżit ta’ trasparenza li għandu fornitur jew bejjiegħ abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jimplika li, meta dan jikkonkludi kuntratt ta’ self ipotekarju b’rata varjabbli, li jistabbilixxi klawżola “ta’ rata minima”, il-konsumatur għandu jitqiegħed f’pożizzjoni li jifhem il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw għalih mill-mekkaniżmu stabbilit minn din il-klawżola “ta’ rata’ minima”, grazzi għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-evoluzzjoni fil-passat tal-indiċi li abbażi tiegħu hija kkalkolata r-rata ta’ interessi.

4)

L-Artikolu 3(1), moqri flimkien mal-punt 1(q) tal-anness, kif ukoll l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

il-klawżola stipulata f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur sabiex tiġi riżolta tilwima eżistenti, li permezz tagħha dan il-konsumatur jirrinunzja sabiex isostni quddiem qorti nazzjonali t-talbiet li seta’ jsostni fl-assenza ta’ din il-klawżola, tista’ tiġi kkwalifikata bħala “inġusta”, b’mod partikolari, jekk l-imsemmija konsumatur ma setax ikollu informazzjoni rilevanti li jippermettulu li jifhem il-konsegwenzi legali li kienu jirriżultaw minnha għalih;

il-klawżola li permezz tagħha l-istess konsumatur jirrinunzja, f’dak li jikkonċerna tilwim futuri, għall-azzjonijiet ġudizzjarji bbażati fuq id-drittijiet li għandu abbażi tad-Direttiva 93/13, ma jorbtux lill-konsumatur.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Lulju 2020 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-575/18 P) (1)

(Appell - Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Talba sabiex jinħelsu milli jqiegħdu għad-dispożizzjoni riżorsi proprji - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ittra tal-Kummissjoni Ewropea - Kunċett ta’ “att li jista’ jiġi kkontestat” - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Rikors ibbażat fuq arrikkiment indebitu tal-Unjoni)

(2020/C 287/03)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: O. Serdula, J. Vláčil u M. Smolek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Owsiany-Hornung u Z. Malůšková, sussegwentement Z. Malůšková u J.-P. Keppenne, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-appellanti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman, C. S. Schillemans, M. L. Noort u M. H. S. Gijzen u J. Langer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 408, 12.11.2018.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Paris – Franza) – Santen SAS vs Directeur général de l’Institut national de la propriété industrielle

(Kawża C-673/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali - Regolament (KE) Nruo 469/2009 - Artikolu 3(d) - Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat - Kisba tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott bħala prodott mediċinali - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ applikazzjoni terapewtika ġdida ta’ ingredjent attiv magħruf)

(2020/C 287/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Santen SAS

Konvenut: Directeur général de l’Institut national de la propriété industrielle

Dispożittiv

L-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ma tistax titqies bħala l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, fit-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni, meta din tirrelata għal applikazzjoni terapewtika ġdida ta’ ingredjent attiv jew kumbinazzjoni ta’ prinċipji attivi, li diġà kien is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal applikazzjoni terapewtika oħra.


(1)  ĠU C 25, 21.01.2019


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Mureş – ir-Rumanija) – SC Raiffeisen Bank SA vs JB (C-698/18), BRD Groupe Société Générale SA vs KC (C-699/18)

(Kawżi magħquda C-698/18 u C-699/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratt ta’ kreditu li jirrigwarda self personali - Kuntratt eżegwit kompletament - Konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Azzjoni għall-ħlas lura tal-ammonti indebitament imħallsa fuq il-bażi ta’ klawżola inġusta - Modalitajiet ġudizzjarji - Azzjoni ġudizzjarja ordinarja li ma tistax tiġi preskritta - Azzjoni ġudizzjarja ordinarja personali, patrimonjali u li tista’ tiġi preskritta - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni - Mument oġġettiv li fih il-konsumatur isir konxju tal-eżistenza ta’ klawżola inġusta)

(2020/C 287/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Specializat Mureş

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Raiffeisen Bank SA (C-698/18), BRD Groupe Société Générale SA (C-699/18)

Konvenuti: JB (C-698/18), KC (C-699/18)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(b), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tipprevedi n-natura impreskribibbli tal-azzjoni intiża sabiex tiġi kkonstatata n-nullità ta’ klawżola inġusta li tinsab f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, tissuġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni l-azzjoni intiża sabiex jiġu invokati l-effetti restituttivi ta’ din il-konstatazzjoni, sakemm dan it-terminu ma jkunx inqas favorevoli minn dak li jirrigwarda azzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma jrendix prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 93/13 (prinċipju ta’ effettività).

2)

L-Artikolu 2(b), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ ċertezza legali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni ġudizzjarja tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-azzjoni ġudizzjarja għall-ħlas lura tal-ammonti mħallsa indebitament abbażi ta’ klawżola inġusta li tinsab f’kuntratt konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur hija suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin li jibda jiddekorri mid-data tal-eżekuzzjoni sħiħa ta’ dan il-kuntratt, fejn ikun preżunt, mingħajr bżonn ta’ verifika, li, f’din id-data, il-konsumatur kellu jkun jaf bin-natura inġusta tal-klawżola inkwistjoni jew fejn, għal azzjonijiet simili, ibbażati fuq ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt intern, dan l-istess terminu jibda jiddekorri biss mill-konstatazzjoni tal-kawża ta’ dawn l-azzjonijiet.

3)

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunalul Specializat Mureş (il-Qorti Speċjalizzata ta’ Mureş, ir-Rumanija), fid-deċiżjoni tagħha tat-12 ta’ Ġunju 2018 fir-rigward tal-Kawża C-699/18.


(1)  ĠU C 54, 11.02.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Timişoara – ir-Rumanija) – CT vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Caraş-Severin – Serviciul Inspecţie Persoane Fizice, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Timişoara – Serviciul Soluţionare Contestaţii 1

(Kawża C-716/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Il-punt 4 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 288 - Skema speċjali għal impriżi żgħar - Metodu ta’ kalkolu tad-dħul mill-bejgħ annwali li jservi bħala referenza għall-applikazzjoni tal-iskema speċjali għal impriżi żgħar - Kunċett ta’ “tranżazzjoni ta’ proprjetà immobbli anċillari” - Kiri ta’ proprjetà immobbli minn persuna li teżerċita diversi professjonijiet liberi)

(2020/C 287/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Timişoara

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CT

Konvenuti: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Caraş-Severin – Serviciul Inspecţie Persoane Fizice, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Timişoara – Serviciul Soluţionare Contestaţii 1

Dispożittiv

Il-punt 4 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 288 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/162/UE tat-22 ta’ Diċembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ persuna taxxabbli bħala persuna fiżika li l-attività ekonomika tagħha tikkonsisti fl-eżerċizzju ta’ diversi professjonijiet liberi kif ukoll fil-kiri ta’ proprjetà immobbli, tali kiri ma jikkostitwixxix “tranżazzjoni anċillari”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din it-tranżazzjoni titwettaq fil-kuntest ta’ attività professjonali abitwali tal-persuna taxxabbli.


(1)  ĠU C 65, 18.2.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs HM

(Kawża C-70/19 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ kompetizzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Posta elettronika tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) - Nuqqas mill-EPSO li jibgħat it-talba għal eżami mill-ġdid lill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni - Motiv ta’ rifjut - Tardività - Klassifikazzjoni tal-posta elettronika tal-EPSO - Deċiżjoni li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid - Kompetenzi - Assenza ta’ bażi legali - Annullament)

(2020/C 287/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u G. Gattinara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: HM (rappreżentant: H. Tettenborn, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Novembru 2018, HM vs Il-Kummissjoni (T-587/16, EU:T:2018:818), hija annullata.

2)

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta' Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Teritorialna direktsiya Yugozapadna Agentsiya “Mitnitsi”, li qabel kien Mitnitsa Aerogara Sofia vs “Curtis Balkan” EOOD

(Kawża C-76/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 32(1)(c) - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 157(2), Artikolu 158(3), u Artikolu 160 - Determinazzjoni tal-valur doganali - Aġġustament - Drittijiet relatati għall-merkanzija li għandhom jiġu vvalutati - Drittijiet li jikkostitwixxu “kundizzjoni tal-bejgħ” tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata - Drittijiet imħallsa mix-xerrej lill-kumpannija parent tiegħu bħala korrispettiv għall-provvista tan- “know-how” neċessarja għall-manifattura ta’ prodotti lesti - Merkanzija miksuba mingħand terzi u li tikkostitwixxi komponenti li għandhom jiġu inkorporati fil-prodotti liċenzjati)

(2020/C 287/08)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Direktor na Teritorialna direktsiya Yugozapadna Agentsiya “Mitnitsi”, li qabel kien Mitnitsa Aerogara Sofia

Konvenuta:“Curtis Balkan” EOOD

Dispożittiv

L-Artikolu 32(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità moqri flimkien mal-Artikolu 157(2), l-Artikolu 158(3) u l-Artikolu 160 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, għandu jiġi interpretat fis-sens li parti proporzjonali tal-ammont tad-drittijiet imħallsa minn kumpannija lill-kumpannija omm tagħha bħala korrispettiv għall-provvista tan- “know-how” għall-finijiet tal-manifattura ta’ prodotti lesti għandha tiżdied mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata, f’ċirkustanzi fejn din il-merkanzija hija intiża li tidħol, fost elementi kostituttivi oħra, fil-kompożizzjoni tal-imsemmija prodotti lesti u nkisbet mill-ewwel kumpannija mingħad il-bejjiegħa distinti mill-kumpannija omm, meta

id-drittijiet ma ġewx inklużi fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-imsemmija merkanzija;

dawn huma relatati mal-merkanzija importata, li jippresupponi li teżisti rabta suffiċjentement stretta bejn id-drittijiet u din il-merkanzija;

il-ħlas tad-drittijiet jikkostitwixxi kundizzjoni tal-bejgħ tal-imsemmija merkanzija, b’tali mod li, fl-assenza ta’ dan il-ħlas, il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ dwar il-merkanzija importata u, konsegwentement, il-kunsinna tagħha ma kinitx isseħħ, u

huwa possibbli li jsir tqassim xieraq tad-drittijiet abbażi ta’ data oġġettiva u kwantifikabbli,

hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha, b’mod partikolari r-relazzjonijiet ta’ dritt u ta’ fatt bejn ix-xerrej, il-bejjiegħa rispettivi u l-konċedent tal-liċenzja.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj- ir-Rumanija) – NG, OH vs SC Banca Transilvania SA

(Kawża C-81/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(2) - Kunċett ta’ “Dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari imperattivi” - Dispożizzjonijiet supplenti - Kuntratt ta’ self redatt f’munita barranija - Klawżola dwar ir-riskju tal-kambju)

(2020/C 287/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NG, OH

Konvenuta: SC Banca Transilvania SA

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali li ma kinitx suġġetta għal negozjati individwali, iżda li tirrifletti regola li, skont il-liġi nazzjonali, tapplika bejn il-partijiet kontraenti meta ma jkun ġie miftiehem ebda arranġament ieħor f’dan ir-rigward, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona – Spanja) – SL vs Vueling Airlines SA

(Kawża C-86/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montreal - Artikolu 17(2) - Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fil-qasam tal-bagalji rreġistrati - Telf stabbilit ta’ bagalja rreġistrata - Dritt għal kumpens - Artikolu 22(2) - Limiti ta’ responsabbiltà fil-każ tad-distruzzjoni, tat-telf, tad-dannu jew tad-dewmien tal-bagalji - Assenza ta’ informazzjoni dwar il-bagalja mitlufa - Oneru tal-prova - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

(2020/C 287/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SL

Konvenuta: Vueling Airlines SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999, u approvata għan-nom tagħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001, moqrija flimkien mal-Artikolu 22(2) ta’ din il-konvenzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-somma li hija prevista minn din l-aħħar dispożizzjoni abbażi tal-limitu tar-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru, f’każ ta’ distruzzjoni, ta’ telf, ta’ dannu jew ta’ dewmien tal-bagalja rreġistrata li ma tkunx is-suġġett ta’ dikjarazzjoni speċjali ta’ interess mal-kunsinna, tikkostitwixxi massimu ta’ kumpens li l-passiġġier ikkonċernat ma jibbenefikax minnu ipso iure u f’somma fissa. Konsegwentement, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, f’dan il-limitu, l-ammont ta’ kumpens dovut lil dan fid-dawl taċ-ċirkustanzi inkwistjoni.

2)

L-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, moqri flimkien mal-Artikolu 22(2) ta’ din, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont tal-kumpens dovut lil passiġġier, li l-bagalja rreġistrata tiegħu li ma tkunx is-suġġett ta’ dikjarazzjoni speċjali ta’ interess mal-kunsinna tkun ġiet distrutta, mitlufa jew sofriet dannu jew dewmien għandu jiġi ddeterminat mill-qorti nazzjonali skont ir-regoli ta’ dritt nazzjonali applikabbli, b’mod partikolari fil-qasam tal-prova. Dawn ir-regoli ma għandhomx, madankollu, jkunu inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw ir-rikorsi simili ta’ dritt intern, u lanqas applikati b’mod li jkun kważi impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-Konvenzjoni ta’ Montreal.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Donex Shipping and Forwarding BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-104/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali komuni - Dumping - Dritt antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 91/2009 - Validità - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 2(10) u (11) - Drittijiet tad-difiża)

(2020/C 287/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Donex Shipping and Forwarding BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi – il-Polonja) – RL sp. z o.o. vs J.M.

(Kawża C-199/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2011/7/UE - Kunċett ta’ “tranżazzjoni kummerċjali” - Provvista ta’ servizzi - Artikolu 2(1) - Kuntratt ta’ kiri - Ħlasijiet perjodiċi - Skedi ta’ ħlas li jipprevedu l-ħlas bin-nifs - Artikolu 5 - Portata)

(2020/C 287/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RL sp. z o.o.

Konvenut: J.M.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt li l-provvista prinċipali tiegħu tikkonsisti fl-għoti, bi ħlas, ta’ proprjetà immobbli għal użu temporanju, bħal kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà kummerċjali, jikkostitwixxi tranżazzjoni kummerċjali li twassal għal provvista ta’ servizzi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm din it-tranżazzjoni titwettaq bejn impriżi jew bejn impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi.

2)

Meta kuntratt għal żmien determinat jew indeterminat, li jistipula ħlas perjodiku f’intervalli ddefiniti minn qabel, bħall-kera mensili relatat ma’ kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà kummerċjali, ikun jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2011/7, bħala tranżazzjoni kummerċjali li twassal għal provvista ta’ servizzi bi ħlas, fis-sens tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, l-Artikolu 5 tagħha għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tali kuntratt ikun jista’ joħloq, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas mal-iskadenza, id-drittijiet għall-interessi u għal kumpens previsti fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 6 tad-direttiva msemmija, ma għandux neċessarjament jitqies li jikkostitwixxi ftehim fuq skeda ta’ ħlas li tiffissa l-ammonti li għandhom jitħallsu bin-nifs, fis-sens tal-Artikolu 5.


(1)  ĠU C 164, 13.05.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 – George Haswani vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-241/19 P) (1)

(Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Miżuri indirizzati kontra negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja - Lista tal-persuni li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent - Rikors għal annullament u għad-danni)

(2020/C 287/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: George Haswani (rappreżentant: G. Karouni, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u M. V. Piessevaux, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet, L. Baumgart u A. Tizzano, sussegwentement A. Bouquet u L. Baumgart, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

George Haswani huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-257/19) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Prinċipji li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu - Direttiva 2009/18/KE - Artikolu 8(1) - Partijiet li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu f’kunflitt mal-kompitu fdat lill-korp investigattiv - Membri tal-korp investigattiv li jeżerċitaw, parallelament, funzjonijiet oħra - Nuqqas ta’ twaqqif ta’ korp investigattiv indipendenti”)

(2020/C 287/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. L. Kalėda u N. Yerrell, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: M. Browne, G. Hodge u A. Joyce, aġenti, assistiti minn N. J. Travers, SC, u minn B. Doherty, BL)

Dispożittiv

1)

Billi ma waqqfitx korp investigattiv indipendenti, fuq il-livell organizzattiv tiegħu u tal-proċess deċiżjonali tiegħu, minn kull parti li l-interessi tagħha jistgħu jkunu f’kunflitt mal-kompitu fdat lilu, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 206, 17.06.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof- il-Ġermanja) – Constantin Film Verleih GmbH vs YouTube LLC, Google Inc.

(Kawża C-264/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Pjattaforma ta’ filmati online - Upload ta’ film mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju - Azzjoni relatata ma’ preġudizzju għal dritt ta’ proprjetà intellettwali - Direttiva 2004/48/KE - Artikolu 8 - Dritt tar-rikorrenti għal informazzjoni - Artikolu 8(2)(a) - Kunċett ta’ “indirizzi” - Indirizz tal-posta elettronika, indirizz IP u numru tat-telefon - Esklużjoni)

(2020/C 287/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Constantin Film Verleih GmbH

Konvenuti: YouTube LLC, Google Inc.

Dispożittiv

L-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “indirizzi” li jinsab fih ma jinkludix, fir-rigward ta’ utent li wettaq upload ta’ fajls li jippreġudikaw dritt tal-proprjetà intellettwali, l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, in-numru tat-telefon tiegħu kif ukoll l-indirizz IP użat sabiex iwettaq upload ta’ dawn il-fajls jew l-indirizz IP użat fl-aħħar aċċess tiegħu għall-kont tal-utent.


(1)  ĠU C 230, 8.7.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden- il-Ġermanja) – VQ vs Land Hessen

(Kawża C-272/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti” - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) Nru 2016/679 - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(2)(a) - Kunċett ta’ “attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni” - Artikolu 4(7) - Kunċett ta’ “kontrollur” - Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru - Artikolu 15 - Dritt ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata)

(2020/C 287/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VQ

Konvenuta: Land Hessen

Dispożittiv

L-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandu jiġi interpretat fis-sens li, sa fejn Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru jistabbilixxi, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, dan il-kumitat għandu jiġi kklassifikat bħala “kontrollur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li l-ipproċessar ta’ data personali magħmul minn tali kumitat jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari, tal-Artikolu 15 ta’ dan.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Naturschutzbund Deutschland – Landesverband Schleswig-Holstein e.V. vs Kreis Nordfriesland

(Kawża C-297/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Responsabbiltà ambjentali - Direttiva 2004/35/KE - It-tieni inċiż tat-tielet paragrafu tal-Anness I - Dannu li ma jistax jiġi kklassifikat bħala “danni sinjifikattivi” - Kunċett ta’ “ma’ l-amministrazzjoni normali ta’ siti, kif imfissra fir-rekord jew dokumenti mmirati tal-ambjenti naturali jew kif (ikkunsidrati) qabel mill-proprjetarji jew operaturi” - Artikolu 2(7) - Il-kunċett ta’ “attività tax-xogħol” - Attività li hija eżerċitata fl-interess tal-kollettività bis-saħħa ta’ trasferiment legali ta’ missjoni - Inklużjoni jew nuqqas ta’ inklużjoni)

(2020/C 287/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Naturschutzbund Deutschland – Landesverband Schleswig-Holstein e.V.

Konvenut: Kreis Nordfriesland

fil-preżenza ta’: Deich- und Hauptsielverband Eiderstedt, Körperschaft des öffentlichen Rechts, Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “amministrazzjoni normali ta’ siti, kif imfissra fir-rekord jew dokumenti mmirati ta’ l-ambjenti naturali jew kif mqiesa qabel mill-proprjetarji jew operaturi”, li jidher fit-tieni inċiż tat-tielet paragrafu tal-Anness I tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, għandu jinftiehem bħala li jkopri, minn naħa waħda, kwalunkwe miżura amministrattiva jew organizzattiva li jista’ jkollha impatt fuq l-ispeċi u l-habitats naturali protetti misjuba fuq is-sit, kif jirriżulta mid-dokumenti ta’ ġestjoni adottati mill-Istati Membri fuq il-bażi tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, u interpretati, jekk meħtieġ, b’referenza għal kwalunkwe standard ta’ liġi interna li tittrasponi dawn l-aħħar żewġ direttivi jew, fin-nuqqas ta’ dan, kompatibbli mal-ispirtu u l-għan ta’ dawn id-direttivi, u, min-naħa l-oħra, kwalunkwe miżura amministrattiva jew organizzattiva meqjusa bħala tas-soltu, ġeneralment irrikonoxxuta, stabbilita u pprattikata għal perijodu ta’ żmien twil biżżejjed mis-sidien jew l-operaturi sakemm iseħħu d-danni kkawżati mill-effett ta’ din il-miżura fuq l-ispeċi u l-habitats naturali protetti, li t-totalità ta’ dawn il-miżuri trid barra minn hekk tkun kompatibbli mal-għanijiet li fuqhom huma bbażati d-Direttivi 92/43 u 2009/147 kif ukoll, b’mod partikolari, mal-prattiki agrikoli ġeneralment aċċettati.

2)

L-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2004/35 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “attività tax-xogħol” li huwa ddefinit fih ikopri wkoll l-attivitajiet eżerċitati fl-interess tal-kollettività bis-saħħa ta’ trasferiment legali ta’ missjoni.


(1)  ĠU C 230, 08.07.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Klagenfurt – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs Volkswagen AG

(Kawża C-343/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 7(2) - Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt - Post fejn seħħ il-fatt dannuż - Post fejn seħħet il-ħsara - Manipulazzjoni tad-data dwar l-emmissjoni tal-gassijiet tal-egżost ta’ magni mmanifatturati minn manifattur tal-vetturi bil-mutur)

(2020/C 287/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Klagenfurt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verein für Konsumenteninformation

Konvenuta: Volkswagen AG

Dispożittiv

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta fi Stat Membru manifattur ikun illegalment għammar il-vetturi tiegħu b’softwer li jimmanipula d-data dwar l-emmissjonijiet tal-gassijiet tal-egżost qabel ma dawn il-vetturi jinxtraw mingħand terzi fi Stat Membru ieħor, il-post fejn seħħet il-ħsara jinstab f’dan l-aħħar Stat Membru.


(1)  ĠU C 230, 08.07.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – HF vs Finanzamt Bad Neuenahr-Ahrweiler

(Kawża C-374/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Aġġustament tat-tnaqqis - Varjazzjoni fid-dritt għal tnaqqis - Beni ta’ investiment użat fl-istess ħin għal tranżazzjonijiet taxxabbli u għal tranżazzjonijiet eżentati - Tmiem tal-attività li tagħti dritt għat-tnaqqis - Użu residwu u esklużiv għal tranżazzjonijiet eżentati)

(2020/C 287/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HF

Konvenut: Finanzamt Bad Neuenahr-Ahrweiler

Dispożittiv

L-Artikoli 184, 185 u 187 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li persuna taxxabbli, li kisbet id-dritt għat-tnaqqis, prorata, tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatata mal-kostruzzjoni ta’ kafetterija annessa mad-dar għall-anzjani u għall-kura li hija topera għal tranżazzjonijiet eżentati mill-VAT u intiża li tintuża kemm għal tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżentati, hija obbligata taġġusta t-tnaqqis inizjali tal-VAT, meta din il-persuna taxxabbli tkun waqfet twettaq, fil-bini ta’ din il-kafetterija, kull tranżazzjoni taxxabbli, jekk hija kompliet twettaq tranżazzjonijiet eżentati f’dan il-bini, li hija assenjat mill-ġdid biss għal dawn it-tranżazzjonijiet.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “Unipack” АD vs Direktor na Teritorialna direktsiya “Dunavska” kam Agentsiya “Mitnitsi”, Prokuror ot Varhovna administrativna prokuratura na Republika Bulgaria

(Kawża C-391/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni Doganali - Kodiċi Doganali tal-Unjoni - Regolament Delegat (UE) 2015/2446 - Artikolu 172(2) - Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ użu aħħari - Effett retroattiv - Kunċett ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali” - Emenda tal-klassifikazzjoni tariffarja - Tmiem tal-validità ta’ deċiżjoni dwar informazzjoni tariffarja vinkolanti)

(2020/C 287/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Unipack” АD

Konvenuti: Direktor na Teritorialna direktsiya “Dunavska” kam Agentsiya “Mitnitsi”, Prokuror ot Varhovna administrativna prokuratura na Republika Bulgaria

Dispożittiv

L-Artikolu 172(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “ċirkustanzi eċċezzjonali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għall-finijiet tal-għoti, skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, ta’ awtorizzazzjoni retroattiva għall-użu tal-proċedura ta’ użu aħħari, kif prevista f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar, elementi bħat-tmien kmieni tal-validità ta’ deċiżjoni dwar informazzjoni tariffarja vinkolanti minħabba emenda tan-Nomenklatura Magħquda, l-assenza ta’ reazzjoni tal-awtoritajiet doganali quddiem importazzjonijiet b’kodiċi żbaljat, jew il-fatt li l-merkanzija ntużat għal għan eżentat mid-dazju antidumping


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 2020 – Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Papouis Dairies LTD, Pagkyprios organismos ageladotrofon (POA) Dimosia Ltd, M. J. Dairies EOOD

(Kawżi magħquda C-608/18 P, C-609/18 P u C-767/18 P) (1)

(Appell - Trade mark al-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Invalidità tat-trade mark invokata mill-opponent - Appelli li ma għadx għandhom skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2020/C 287/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, S. Baran, barrister, u V. Marsland, solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája, H. O’Neill u D. Botis, aġenti), Papouis Dairies LTD (rappreżentanti: N. Korogiannakis, dikigoros) Pagkyprios organismos ageladotrofon (POA) Dimosia Ltd (rappreżentanti: N. Korogiannakis, dikigoros), M. J. Dairies EOOD (rappreżentanti: D. Dimitrova, advocat)

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appelli.

2)

Ir-Repubblika taċ-Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż tal-appelli.


(1)  ĠU C 93, 11.03.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċizjoni preliminari tas-Špecializovaný trestný súd – is-Slovakkja) – proċeduri kriminali kontra UL, VM

(Kawża C-709/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva (UE) 2016/343 - Artikoli 3 u 4 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 47 u 48 - Riferimenti pubbliċi għall-ħtija - Qorti nazzjonali - Aċċettazzjoni permezz ta’ digriet tal-istqarrija ta’ ħtija ta’ wieħed miż-żewġ koimputati għar-reati indikati fl-att ta’ akkuża - Eżami tal-ħtija tat-tieni koimputat li jistqarr li ma huwiex ħati - Kundanna mill-istess qorti li aċċettat l-istqarrija ta’ ħtija)

(2020/C 287/22)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Špecializovaný trestný súd

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

UL, VM

fil-preżenza ta’: Úrad špeciálnej prokuratúry Generálnej prokuratúry Slovenskej republiky

Dispożittiv

L-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, moqrija flimkien mal-premessa 16 ta’ din id-direttiva, kif ukoll mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u mal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra żewġ persuni, qorti nazzjonali taċċetta, qabelxejn, permezz ta’ digriet l-istqarrija ta’ ħtija tal-ewwel persuna għar-reati msemmija fl-att ta’ akkuża allegatament imwettqa flimkien mat-tieni persuna li ma stqarritx li hija ħatja u tiddeċiedi, sussegwentement, wara l-produzzjoni tal-provi relatati mal-akkużi miġjuba kontra din it-tieni persuna, fuq il-ħtija tagħha, bil-kundizzjoni, minn naħa, li l-fatt li t-tieni persuna tissemma bħala koawtur tal-allegati reati huwa neċessarju għall-klassifikazzjoni tar-responsabbiltà legali tal-persuna li stqarret li hija ħatja u, min-naħa l-oħra, li dan l-istess digriet u/jew att ta ’akkuża li għalih tirreferi jindikaw b’mod ċar li l-ħtija ta’ din it-tieni persuna ma ġietx stabbilita legalment u ser tkun is-suġġett ta’ produzzjoni ta’ provi u ta’ sentenza separati.


(1)  ĠU C 44, 4.2.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln – il-Germanja) – FZ vs DER Touristik GmbH

(Kawża C-153/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 12 - Package tour - Dewmien twil ta’ titjira - Kumpens tal-passiġġiera - Kumpens addizzjonali - Dritt tal-passiġġier għat-tnaqqis tal-prezz tal-vjaġġ)

(2020/C 287/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FZ

Konvenuta: DER Touristik GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li passiġġier, diġà kkumpensat skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, jista’ jiġi kkumpensat skont dritt għal tnaqqis tal-prezz tal-vjaġġ li huwa għandu kontra operatur tat-tour, previst mid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, sa fejn dan l-aħħar kumpens jingħata għal dannu individwali li joriġina minn waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 182, 27.5.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna – l-Italja) – Telecom Italia SpA vs Regione Sardegna

(Kawża C-338/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 108 TFUE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Irkupru tal-għajnuna mill-Istat Membru fuq inizjattiva tiegħu stess - Regolament (KE) Nru 794/2004 - Rata ta’ interessi applikabbli)

(2020/C 287/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telecom Italia SpA

Konvenut: Regione Sardegna

Dispożittiv

Ir-rata tal-interessi stabbilita fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008, tat-30 ta’ Jannar 2008, ma tapplikax meta awtorità nazzjonali tirkupra għajnuna mill-Istat fuq inizjattiva tagħha stess.


(1)  ĠU C 312, 16.9.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ April 2020 – Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża, l-Ungerija

(Kawża C-390/19 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Fond Ewropew ta’ Garanzija għall-Agrikoltura (FAEG) - Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Settur taz-zokkor - Infiq eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Infiq magħmul mir-Repubblika Taljana - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2020/C 287/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn C. Colelli u M. F. Severi, avvocati dello Stato)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Bianchi u B. Hofstötter, aġenti), ir-Repubblika Franċiża, l-Ungerija

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2.

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 230, 8.7.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-29 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni vs BT Italia SpA et

(Kawża C-399/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 12 - Ħlasijiet amministrattivi imposti fuq l-impriżi li jipprovdu servizz jew netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Spejjeż amministrattivi tal-awtorità regolatorja nazzjonali li jistgħu jiġu koperti minn taxxa - Rendikont annwali tal-ispejjeż amministrattivi u tas-somma totali tal-ħlasijiet miġbura)

(2020/C 287/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Konvenuti: BT Italia SpA, Basictel SpA, BT Enia Telecomunicazioni SpA, Telecom Italia SpA, Postepay SpA, li kienet PosteMobile SpA, Vodafone Italia SpA

Fil-preżenza ta’: Telecom Italia SpA, Fastweb SpA, Wind Tre SpA, Sky Italia SpA, Vodafone Omnitel BV, Vodafone Italia SpA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż li jistgħu jiġu koperti minn ħlas impost skont din id-dispożizzjoni fuq l-impriżi li jipprovdu servizz jew netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi huma biss dawk relatati mat-tliet kategoriji ta’ attivitajiet tal-ARN imsemmija f’din id-dispożizzjoni, inklużi l-funzjonijiet relatati mar-regolamentazzjoni, mas-sorveljanza, mar-riżoluzzjoni tat-tilwim u mal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet, mingħajr ma huma limitati għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-attività ta’ regolamentazzjoni tas-suq ex ante.

2)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/20, kif emendata bid-Direttiva 2009/140 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, minn naħa, ir-rendikont annwali previst f’din id-dispożizzjoni jiġi ppubblikat wara l-għeluq tas-sena finanzjarja annwali li matulha jkunu nġabru l-ħlasijiet amministrattivi u, min-naħa l-oħra, l-aġġustamenti neċessarji jsiru matul sena finanzjarja li ma ssegwix immedjatament dak li matulha jkunu nġabru dawn il-ħlasijiet.


(1)  ĠU C 312, 16.9.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Blumar SpA (C-415/19), Roberto Abate SpA (C-416/19), Commerciale Gicap SpA (C-417/19 / Agenzia delle Entrate

(Kawżi magħquda C-415/19 u C-417/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara skema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li tingħata għajnuna taħt l-iskema awtorizzata f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni mhux prevista fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni)

(2020/C 287/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Blumar SpA (C-415/19), Roberto Abate SpA (C-416/19), Commerciale Gicap SpA (C-417/19)

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

Dispożittiv

L-Artikolu 108(3) TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 380 tal-25 ta’ Jannar 2008, “Għajnuna mill-Istat N 39/2007— L-Italja—Kreditu ta’ taxxa għall-investimenti l-ġodda fiż-żoni żvantaġġati”, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-għoti ta’ għajnuna taħt l-iskema ta’ għajnuna stabbilita minn dan l-Istat Membru u awtorizzata minn din id-deċiżjoni huwa suġġett għal dikjarazzjoni tal-applikant li tgħid li huwa ma bbenefikax minn għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mill-Kummissjoni Ewropea, li huwa naqas milli jirrimborsa jew milli jqiegħed f’kont ibblukkat, anki jekk huwa ma jkunx ġie suġġett għal talba għal irkupru u minkejja l-fatt li l-imsemmija deċiżjoni ma tipprevedix espressament tali rekwiżit.


(1)  ĠU C 328, 30.09.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ April 2020 – International Tax Stamp Association Ltd (ITSA) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-553/19 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati - Twaqqif u tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà tal-prodotti tat-tabakk - Regolament delegat u atti ta’ implimentazzjoni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 168(1)(d), u Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ identifikazzjoni preċiża tal-punti ta’ motivi kkritikati tas-sentenza appellata u ta’ argumenti legali speċifiċi insostenn tal-appell - Argumenti intiżi sabiex jinkiseb mill-Qorti tal-Ġustizzja sempliċi eżami mill-ġdid tal-argumenti ppreżentati fl-ewwel istanza - Appell manifestament inammissibbli)

(2020/C 287/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: International Tax Stamp Association Ltd (ITSA) (rappreżentant: F. Scanvic, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Rubene u C. Valero, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

International Tax Stamp Association Ltd (ITSA) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kehl – il-Ġermanja) proċeduri kriminali kontra FU

(Kawża C-554/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) 2016/399 - Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen - Artikoli 22 u 23 - Tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri interni fiż-żona Schengen - Kontrolli fit-territorju ta’ Stat Membru - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dak ta’ kontrolli fuq il-fruntieri - Kontrolli tal-identità viċin fruntiera interna taż-żona Schengen - Possibbiltajiet ta’ kontrolli indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata jew mill-eżistenza ta’ ċirkustanzi speċjali - Qafas nazzjonali dwar l-intensità, il-frekwenza u s-selettività tal-kontrolli)

(2020/C 287/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Kehl

Parti fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

FU

Intervenjent: Staatsanwaltschaft Offenburg

Dispożittiv

L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) għandhom jiġu interpretati bħala li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lis-servizzi tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat is-setgħa li jikkkontrollaw l-identità ta’ kwalunkwe persuna, ġewwa żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera ta’ dan l-Istat Membru ma’ Stati oħra taż-żona Schengen, sabiex jipprevjenu jew iwaqqfu d-dħul jew ir-residenza illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jew sabiex jipprevjenu ċerti reati li jippreġudikaw is-sigurtà tal-fruntiera, indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata u mill-eżistenza ta’ ċirkustanzi speċjali, hekk kif din is-setgħa tidher delimitata minn speċifikazzjonijiet u u limitazzjonijiet suffiċjentement iddettaljati dwar l-intensità, il-frekwenza u s-selettività tal-kontrolli mwettqa, sabiex b’hekk jiġi żgurat li l-eżerċizzju prattiku ta’ dik is-setgħa ma jistax ikollu effett ekwivalenti għal dak tal-kontrolli fuq il-fruntiera, li madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.


(1)  ĠU C 357, .21.10.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ge.Fi.L. – Gestione Fiscalità Locale SpA vs Regione Campania

(Kawża C-618/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 12(4) - Għoti tal-kuntratt lil stabbiliment pubbliku mhux ekonomiku mingħajr sejħa għal offerti - Kuntratt għal servizzi marbuta mal-ġestjoni tat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur - Esklużjoni marbuta mal-kuntratti li jaqgħu taħt il-kooperazzjoni bejn entitajiet pubbliċi - Kundizzjonijiet)

(2020/C 287/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ge.Fi.L. – Gestione Fiscalità Locale SpA

Konvenut: Regione Campania

fil-preżenza ta’: ACI – Automobile Club d’Italia, ACI Informatica SpA, ACI di Napoli, ACI di Avellino, ACI di Benevento, ACI di Caserta, ACI di Salerno

Dispożittiv

L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti l-għoti dirett, mingħajr sejħa għal offerti, tal-kuntratt għal servizzi marbuta mal-ġestjoni tat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur lil stabbiliment pubbliku mhux ekonomiku li l-missjoni tiegħu hija li jiġġestixxi r-reġistru pubbliku tal-vetturi bil-mutur.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2020 – Csanád Szegedi vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-628/19 P) (1)

(Appell - Il-Parlament Ewropew - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament)

(2020/C 287/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellant: Csanád Szegedi (rappreżentant: K. Bodó, ügyvéd)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u Z. Nagy, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Csanád Szegedi huwa kkundannat għal-ispejjeż.


(1)  ĠU C 372, 04.11.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Norte – il-Portugall) – Resopre – Sociedade Revendedora de Aparelhos de Precisão SA vs Município de Peso da Régua

(Kawża C-643/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2014/24/UE - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/23/UE - Konċessjonijiet ta’ servizzi - Assenza ta’ punti ta’ fatt u ta’ liġi li jippermettu li tingħata risposta utli għad-domanda preliminari - Inammissibbiltà)

(2020/C 287/32)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Central Administrativo Norte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Resopre – Sociedade Revendedora de Aparelhos de Precisão SA

Konvenut: Município de Peso da Régua

fil-preżenza ta’: Datarede – Sistemas de Dados e Comunicações SA, Alexandre Barbosa Borges SA, Fernando L. Gaspar – Sinalização e Equipamentos Rodoviários SA

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Qorti Amministrativa Ċentrali tat-Tramuntana, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Lulju 2019, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Watford Employment Tribunal – ir-Renju Unit) – B vs Yodel Delivery Network Ltd

(Kawża C-692/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Kunċett ta’ “ħaddiem” - Impriża ta’ distribuzzjoni ta’ pakketti - Klassifikazzjoni tal-persuni li jiddistribwixxu l-pakketti mqabbda fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ servizzi - Possibbiltà għall-persuna li tiddistribwixxi l-pakketti li tqabbad subappaltaturi u li tipprovdi servizzi simili fl-istess ħin lil terz)

(2020/C 287/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Watford Employment Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B

Konvenuta: Yodel Delivery Network Ltd

Dispożittiv

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li persuna mqabbda mill-persuna li allegatament timpjegaha fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ servizzi li jispeċifika li hija imprenditur indipendenti tiġi kklassifikata bħala “ħaddiem” fis-sens ta’ din id-direttiva meta jkollha l-possibbiltà:

li tirrikorri għal subappaltaturi jew għal sostituti sabiex iwettqu s-servizz li tkun intrabtet li tipprovdi;

li taċċetta jew li ma taċċettax id-diversi kompiti offerti mill-persuna li allegatament timpjegaha, jew li tiffissa unilateralment numru massimu ta’ kompiti;

li tipprovdi s-servizzi tagħha lil kwalunkwe terz ieħor, inkluż lil kompetituri diretti tal-persuna li allegatament timpjegaha, u

li tiffissa l-ħinijiet ta’ “xogħol” tagħha stess fil-qafas ta’ ċerti parametri, kif ukoll li torganizza l-ħin tagħha stess sabiex tadattah għall-konvenjenza personali tagħha iktar milli għas-sempliċi interessi tal-persuna li allegatament timpjegaha,

f’sitwazzjoni fejn, minn naħa, l-indipendenza ta’ din il-persuna ma tidhirx li hija fittizja u, min-naħa l-oħra, ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni bejn l-imsemmija persuna u l-persuna li allegatament timpjegaha. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tipproċedi, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti marbuta ma’ din l-istess persuna, kif ukoll l-attività ekonomika eżerċitata minnha, għall-klassifikazzjoni tagħha fid-dawl tad-Direttiva 2003/88.


(1)  ĠU C 423, 16.12.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-723/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kiri ta’ propjetà immobbli għal perijodi ta’ inqas minn tletin jum - Portal telematiku marbut ma’ proprjetà immobbli - Inammissibbiltà manifesta)

(2020/C 287/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

intervenjenti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Federazione delle Associazioni Italiane Alberghi e Turismo (Federalberghi), Renting Services Group s.r.l.s., Coordinamento delle Associazioni e dei Comitati di Tutela dell’Ambiente e dei Diritti degli Utenti e dei Consumatori (Codacons)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Lulju 2019, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 432, 23.12.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Ramada Storax SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-756/19) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 90 u 273 - Valur taxxabbli - Tnaqqis - Nuqqas ta’ ħlas - Insolvenza tad-debitur iddomiċiljat barra mill-pajjiż - Deċiżjoni mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor li tiċċertifika n-natura irrekuperabbli tad-djun mitluba - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità”)

(2020/C 287/35)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ramada Storax SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikoli 90 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha d-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa u relatata ma’ djun ikkunsidrati bħala irrekuperabbli fi tmiem proċedura ta’ falliment huwa miċħud lill-persuna taxxabbli meta n-natura irrekuperabbli tad-djun ikkonċernati ġiet ikkonstatata minn qorti ta’ Stat Membru ieħor fuq il-bażi tad-dritt fis-seħħ f’dan l-Istat tal-aħħar.


(1)  ĠU C 19, 20.1.2020.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores – il-Portugall) – QE, RD vs SATA Internacional – Serviços de Transportes Aéreos SA

(Kawża C-766/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Kumpens lill-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira - Portata - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens - Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” - Ħsara mxerrda tas-sistema ta’ riforniment ta’ karburant ta’ ajruport)

(2020/C 287/36)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca dos Açores

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: QE, RD

Konvenuta: SATA Internacional – Serviços de Transportes Aéreos SA

fil-prezenza ta’: ANA – Aeroportos de Portugal SA

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari messqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Qorti Distrettwali tal-Açores, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Lulju 2019, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 19, 20.1.2020.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/25


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Poprad – is-Slovakkja) – IM vs Sting Reality s.r.o.

(Kawża C-853/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali tal-inpriżi fil-konfront tal-konsumaturi - Artikoli 8 u 9 - Prattiki kummerċjali aggressivi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti mal-konsumatur - Klawżola li hija s-suġġett ta’ negozju individwali - Setgħat tal-qorti nazzjonali)

(2020/C 287/37)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Poprad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IM

Konvenuta: Sting Reality s.r.o.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kwalifika ta’ prattika kummerċjali bħala aggressiva, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, teħtieġ li sseħħ evalwazzjoni konkreta u speċifika, fid-dawl tal-kriterji msemmija mid-dispożizzjonijiet imsemmija, taċ-ċirkustanzi kollha li jikkaratterizzaw lil din il-prattika. Fil-każ li l-kuntratt ikun ġie konkluż minn persuna anzjana, li tbati minn diżabbiltà serja u li għandha dħul limitat li ma jippermettilhiex tirrimborsa d-dejn akkumulat minnha, il-fatt li l-kuntratt konkluż ikollu l-effett li jippermetti li tiġi evitata dispożizzjoni nazzjonali ta’ protezzjoni tal-konsumaturi huwa ħjiel li l-kummerċjant ikkonċernat kellu l-intenzjoni li jabbuża b’għarfien sħiħ tas-serjetà partikolari tas-sitwazzjoni li kienet tinsab fiha l-persuna msemmija, bil-għan li jinfluwenza d-deċiżjoni tagħha, liema ħaġa għandha tiġi evalwata mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali adita b’talba biex teżamina n-natura inġusta tal-klawżoli ta’ kuntratt bejn konsumatur u kummerċjant hija marbuta, fil-każ li dan tal-aħħar jirrifjuta, minkejja talba li tkun saritlu f’dan is-sens, li jikkomunika l-kuntratti simili li dan ikun ikkonkluda ma’ konsumaturi oħra, li timplimenta r-regoli proċedurali nazzjonali li għandha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tevalwa jekk il-klawżoli ta’ tali kuntratt kinux is-suġġett ta’ negozju individwali.

3)

It-tielet domanda mressqa mill-Okresný súd Poprad (Qorti Distrettwali ta’ Poprad, is-Slovakkja) hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 36, 03.02.2020.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/26


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia – l-Italja) – MC vs Ufficio territoriale del governo (U.T.G.) – Perfettura di Foggia

(Kawża C-17/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja Inammissibbiltà manifesta - Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Eworpea - Dritt għal amministrazzjoni tajba - Dritt tad-difiża - Dritt għal smigħ - Att adottat mill-prefettura li jipprojbixxi l-attività minħabba suspett ta’ infiltrazzjoni tal-mafja - Leġiżlazzjoni li ma tipprevedix proċedura kontradittorja)

(2020/C 287/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MC

Konvenut: Ufficio territoriale del governo (U.T.G.) – Prefettura di Foggia

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale amministrativo regionale per la Puglia (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Puglia, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Novembru 2019, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 161, 11.05.2020.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/26


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2019 minn GMP-Orphan (GMPO) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-733/17, GMPO vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-575/19 P)

(2020/C 287/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: GMP-Orphan (GMPO) (rappreżentanti: J. Mulryne, L. Tsang, Solicitors, C. Schoonderbeek, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Ġunju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) iddeċiediet li l-appell għandu jiġi miċħud bħala manifestament inammissibbli u kkundannat lil GMP-Orphan SA għal-ispejjeż tagħha.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/27


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2019 minn Jorge Minguel Rosellò mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-9 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-524/19

(Kawża C-747/19 P)

(2020/C 287/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Jorge Minguel Rosellò (rappreżentanti: V. Falcucci, avvocato, G. Bonavita, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana

B’digriet tad-29 ta’ April 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddikjarat l-appell parzjalment manifestament mhux fondat u parzjalment manifestament ineffettiv.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/27


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 minn Billa AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-4 ta’ Diċembru 2019 fil-Kawża T-524/18, Billa AG vs EUIPO

(Kawża C-61/20 P)

(2020/C 287/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Permezz ta’ digriet tat-28 ta’ Mejju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lil Billa AG għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/27


Appell ippreżentat fit-28 ta’ April 2020 minn Fabryki Mebli “Forte” S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-27 ta’ Frar 2020 fil-Kawża T-159/19 – Bog-Fran vs EUIPO – Fabryki Mebli “Forte”

(Kawża C-183/20 P)

(2020/C 287/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Fabryki Mebli “Forte” S.A. (rappreżentant: H. Basiński, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-16 ta’ Lulju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla li tiddeċiedi dwar l-ammissjoni tal-appelli) ċaħdet it-talba ta’ ammissjoni tal-appell u kkundannat lil Fabryki Mebli “Forte” S.A. għall-ispejjeż tagħha.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/27


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 minn Dekoback GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fil-5 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-80/19 – Dekoback GmbH vs EUIPO

(Kawża C-193/20 P)

(2020/C 287/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Dekoback GmbH (rappreżentant: V. von Moers, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tad-9 ta’ Lulju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (il-Viċi President) ddeċidiet li l-appell għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli u kkundannat lil Dekoback GmbH għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ġunju 2020 – Aurubis AG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-271/20)

(2020/C 287/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aurubis AG

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, irrappreżentata mill-Umweltbundesamt

Domandi preliminari

1)

Il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (1) għal allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas abbażi ta’ subinstallazzjoni ta’ valur ta’ emissjonijiet ta’ kombustibbli huma ssodisfatti meta, f’installazzjoni għall-produzzjoni ta’ metalli mhux tal-ħadid li jaqgħu taħt l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, konċentrat ta’ ram li jkun fih il-kubrit jintuża f’forn tat-tidwib flash għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ ram primarju, u s-sħana li ma titkejjilx neċessarja għat-tidwib tal-mineral ta’ ram li jkun jinsab fil-konċentrat essenzjalment tinkiseb permezz tal-ossidazzjoni tal-kubrit li jinsab fil-konċentrat, proċess li permezz tiegħu l-konċentrat ta’ ram jintuża kemm bħala sors ta’ materja prima kif ukoll bħala materjal kombustibbli għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ sħana?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

Drittijiet għal allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet supplimentari għat-tielet perijodu ta’ skambju jistgħu jiġu ssodisfatti wara t-tmiem ta’ dan it-tielet perijodu permezz ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tar-raba’ perijodu ta’ skambju, meta jkun biss wara li jgħaddi t-tielet perijodu ta’ skambju li l-eżistenza ta’ tali dritt ta’ allokazzjoni tkun ġiet ikkonstatata mill-qorti, jew għandu jitqies li d-drittijiet għal allokazzjoni li għadhom ma humiex issodisfatti ma jibqgħux jeżistu meta t-tielet perijodu ta’ skambju jiġi fi tmiemu?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 130, p. 1).


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Ġunju 2020 – ZN vs Generalno konsulstvo na Republika Bulgaria v grad Valensia, Kralstvo Ispania

(Kawża C-280/20)

(2020/C 287/45)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZN

Konvenut: Generalno konsulstvo na Republika Bulgaria v grad Valensia, Kralstvo Ispania

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1), ikkunsidrat flimkien mal-premessa 3 tal-preambolu ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-imsemmi regolament għandu japplika għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ tilwima bejn impjegat minn dan l-Istat u l-konsulat tal-istess Stat fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jew l-istess dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li tali tilwima għandha tiġi deċiża skont ir-regoli nazzjonali dwar il-ġurisdizzjoni tal-Istat tan-nazzjonalità komuni għall-partijiet?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Ġunju 2020 – Proċeduri kriminali kontra ZX

(Kawża C-282/20)

(2020/C 287/46)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

ZX

Domandi preliminari

L-Artikolu 248(3) tan-Nakazatelno protsesualen kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) tar-Repubblika tal-Bulgarija, li jipprovdi li, wara li jintemm l-ewwel seduta f’kawża kriminali (smigħ preliminari), ma huwa previst ebda stadju proċedurali sabiex jiġu indirizzati l-ambigwità u l-inkompletezza tal-kontenut tal-att tal-akkuża, bi ksur tad-dritt tal-persuna mressqa quddiem qorti ta’ ġudikatura kriminali li tifhem l-akkużi miġjuba kontriha, huwa konformi mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2013/13 (1) u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: tkun konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, kif ukoll mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, interpretazzjoni tal-liġi nazzjonali dwar l-emenda tal-akkuża li tippermetti lill-prosekutur jirrimedja, matul is-seduta, din l-ambigwità u din l-inkompletezza tal-kontenut tal-att tal-akkuża b’tali mod li d-dritt tal-persuna mressqa quddiem qorti ta’ ġudikatura kriminali li tifhem l-akkużi miġjuba kontriha jkun protett b’mod effettiv u reali; jew ikun konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq li titħalla mhux applikata l-projbizzjoni nazzjonali li l-proċedura ġudizzjarja titwaqqaf u li l-każ jintbagħat lura quddiem il-prosekutur sabiex dan ifassal att tal-akkuża ġdida?


(1)  Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU 2012, L 142, p. 1).


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2020 – GC, WG vs Société Air France SA

(Kawża C-286/20)

(2020/C 287/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GC, WG

Konvenuta: Société Air France SA

Din il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Lulju 2020.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – XQ vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-291/20)

(2020/C 287/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XQ

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?

Il-kawża tħassret mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Lulju 2020.


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – KS vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-292/20)

(2020/C 287/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KS

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?

Il-kawża tħassret mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Lulju 2020.


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


Il-Qorti Ġenerali

31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Off-White vs EUIPO (OFF-WHITE)

(Kawża T-133/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea OFF-WHITE - Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Isem ta’ kulur - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 287/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Off-White LLC (Springfield, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Decker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Crawcour, J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2018 (Każ R-580/2018-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv OFF-WHITE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Diċembru 2018 (Każ R-580/2018-2) hija annullata sa fejn irrifjutat ir-reġistrazzjoni bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea tas-sinjal figurattiv OFF-WHITE għall-prodotti inklużi fil-klassijiet 9 u 20, fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, kif ukoll għal “arloġġi tal-idejn; arloġġi tal-ħajt; strumenti li juru l-ħin u kronometriċi, ċineg tal-arloġġi tal-idejn, kaxex għall-mekkaniżmu tal-arloġġi tal-idejn; kaxxetti ta’ preżentazzjoni għall-arloġġi tal-idejn; kaxex għall-ġojjelli” u “ħaġar prezzjuż, ħaġar semiprezzjuż” inklużi fil-klassi 14.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Off-White LLC, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ appell quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Perfect Bar vs EUIPO (PERFECT BAR)

(Kawża T-553/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PERFECT BAR - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2020/C 287/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Perfect Bar LLC (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Miazzetto, J. L. Gracia Albero, R. Seoane Lacayo u E. Cebollero González, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2019 (Każ R 371/2019-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PERFECT BAR bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Perfect Bar LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 337, 7.10.2019.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Golden Omega vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-846/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura tat-tariffa - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Att leġiżlattiv li fih miżuri ta’ implimentazzjoni - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

(2020/C 287/52)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Golden Omega, SA (Santiago, iċ-Ċilì) (rappreżentant: S. Moolenaar, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u M. Salyková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1661 tal-24 ta’ Settembru 2019 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2019, L 251, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Golden Omega, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/33


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2020 – Id-Danimarka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/20)

(2020/C 287/53)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Nymann-Lindegren u M. Wolff, bħala aġenti, assistiti minn R. Holdgaard u J. Pinborg, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ Marzu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat S.A.39078 – 2019/C (ex 2014/N) implimentata mid-Danimarka favur Femern A/S sa fejn dan jistabbilixxi li “l-miżuri li jikkonsistu f’injezzjonijiet ta’ kapital u f’kombinazzjoni ta’ self mill-Istat u ta’ garanziji mill-Istat favur Femern A/S, parzjalment implimentati b’mod irregolari mid-Danimarka, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea” [traduzzjoni mhux uffiċjali];

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni b’mod żbaljat ikkonstatat li l-finanzjament ta’ Femern A/S jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

L-ewwel motiv huwa maqsum f’erba’ partijiet.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn fil-premessi 190 sa 194 tagħha l-Kummissjoni tikkonstata li l-attivitajiet ta’ Femern A/S ma jaqgħux taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni:

li l-metodu adottat mill-Kummissjoni fil-premessi 190 sa 194 sabiex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet ta’ Femern A/S jaqgħux taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, imur kontra l-Artikolu 107(1) TFUE;

li fl-evalwazzjoni tagħha dwar jekk l-attivitajiet ta’ Femern A/S jaqgħux taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, liema evalwazzjoni ma taqax fil-portata tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat u dwar il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta tat importanza lill-kwistjoni tal-eżistenza ta’ operaturi privati li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jitqiesu bħala alternattivi għal dawk ta’ Femern A/S u li jqisu lilhom infushom li jikkompetu ma’ din tal-aħħar;

li billi kkonstatat b’mod konkret li l-attivitajiet ta’ Femern A/S jikkonċernaw l-ippjanar, il-kostruzzjoni u l-operat tal-konnessjoni li tgħaqqad iż-żewġ kosti ma jaqgħux taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi.

Fit-tieni lok, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn fil-premessa 193 tagħha l-Kummissjoni tikkonstata li Femern A/S toffri servizzi ta’ trasport f’suq f’kompetizzjoni ma’ terzi.

Fit-tielet lok, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn fil-premessi 192 sa 194 u 196 tagħha l-Kummissjoni tikkonstata li Femern A/S hija “operatur ekonomiku” suġġett għal “loġika ekonomika” li “topera b’mod kummerċjali” il-konnessjoni fissa.

Fir-raba’ lok, ir-rikorrent jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn fil-premessi 233 sa 240 tagħha l-Kummissjoni tikkonstata li l-finanzjament ta’ Femern A/S jista’ jwettaq distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ liġi tal-Kummissjoni sa fejn hija tikkonstata li Femern A/S teżerċita attività ekonomika f’kompetizzjoni ma’ terzi qabel il-bidu tal-operat tal-konnessjoni fissa.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn fil-premessa 198 tagħha l-Kummissjoni tikkonstata li l-finanzjament ta’ Femern A/S kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) TFUE saħansitra mal-bidu tax-xogħol ta’ kostruzzjoni.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/35


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT8)

(Kawża T-420/20)

(2020/C 287/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u M. Maier, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali tal-Unjoni GT8 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 738 281

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2020 fil-Każ R 1611/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi ma ġiex identifikat speċifikament il-pubbliku rilevanti;

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi ma ġewx ikkunsidrati l-provi fir-rigward tal-perċezzjoni probabbli tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti mill-pubbliku rilevanti;

Nuqqas li jiġu kkunsidrati l-elementi l-oħra tal-oġġezzjonijiet hawn fuq fl-imsemmija Artikoli 8(1)(b) u 8(5);

Nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli nazzjonali taħt l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) of tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi ma ġewx ikkunsidrati l-elementi l-oħra skont id-dritt li jirrigwarda l-abbuż mid-denominazzjoni.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/36


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT3)

(Kawża T-421/20)

(2020/C 287/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz; QC u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni GT3 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 738 264

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2020 fil-Każ R 1609/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi naqset milli tidentifika l-pubbliku rilevanti b’mod speċifiku;

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-provi fir-rigward tal-perċezzjoni li l-pubbliku rilevanti jista’ jkollu tat-trade mark tal-Unjoni preċedenti;

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi l-oħra tal-oġġezzjonijiet fir-rigward tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) imsemmija iktar ’il fuq;

Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi naqset milli tqis l-elementi l-oħra skont id-dritt dwar l-abbuż tad-denominazzjoni.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/37


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT5)

(Kawża T-422/20)

(2020/C 287/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “GT5” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 738 272

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2020 fil-Każ R 1600/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu stess u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi naqas milli jidentifika speċifikament il-pubbliku rilevanti;

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-provi dwar il-perċezzjoni probabbli tat-trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea mill-pubbliku rilevanti;

Nuqqas li jittieħdu inkunsiderazzoni l-elementi l-oħra tal-oġġezzjonijiet relatati mal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) imsemmija iktar ’il fuq;

Nuqqas li jiġu applikati r-regoli nazzjonali skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi l-oħra taħt id-dritt dwar l-abbuż tad-denominazzjoni.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/38


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT9)

(Kawża T-423/20)

(2020/C 287/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “GT9” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 738 298

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2020 fil-Każ R 1610/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sa fejn il-Bord tal-Appell ma identifikax speċifikatament il-pubbliku relevanti.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sa fejn il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni l-provi relatati mal-perċezzjoni probabbli tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti mill-pubbliku relevanti.

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi l-oħra tal-kontestazzjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) imsemmija iktar ’il fuq.

Nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli nazzjonali abbażi tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni l-elementi l-oħra abbażi tad-dritt relatat mal-abbuż ta’ denominazzjoni.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/39


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2020 – Włodarczyk vs EUIPO – Ave Investment (dziandruk)

(Kawża T-434/20)

(2020/C 287/58)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Piotr Włodarczyk (Pabianice, il-Polonja) (rappreżentant: M. Bohaczewski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ave Investment sp. z o.o. (Pabianice, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali aħmar-griż “dziandruk” – Trade mark tal-Unjoni Nru 15742091

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 2192/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

sussidjarjament, tikkundanna lil Ave Investment għall-ispejjeż proċedurali tar-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali u wkoll quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1001/2017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/39


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2020 – Facebook Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/20)

(2020/C 287/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Facebook Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: D. Jowell, QC, D. Bailey, Barrister, J. Aitken, D. Das, S. Malhi, R. Haria, M. Quayle, Solicitors u T. Oeyen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3011 final tal-4 ta’ Mejju 2020, u nnotifikata lir-rikorrenti fil-5 ta’ Mejju 2019, konformement mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 fil-kors ta’ investigazzjoni fil-Każ AT.40628 – Prattiki relatati mad-data minn Facebook;

sussidjarjament: (i) tannulla parzjalment l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni kkontestata dwar id-data safejn hija illegalment titlob dokumenti interni li huma irrilevanti għall-investigazzjoni; u/jew (ii) tannulla parzjalment l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni kkontestata dwar id-data sabiex avukati indipendenti kkwalifikati fiż-ŻEE jkunu jistgħu jwettqu reviżjoni manwali tad-dokumenti li jaqgħu taħt id-Deċiżjoni kkontestata dwar id-data sabiex jiġu esklużi mill-produzzjoni dokumenti li huma manifestament irrilevanti għall-investigazzjoni u/jew dokumenti personali; u/jew (iii) tannulla parzjalment l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni kkontestata dwar id-data safejn illegalment tirrikjedi il-produzzjoni ta’ dokumenti irrilevanti li huma ta’ natura personali u/jew privata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni kkontestata dwar id-data tonqos milli tindika s-suġġett tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni f’termini ċari jew konsistenti biżżejjed, kuntrarjament għar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003, tal-Artikolu 296 TFUE u l-prinċipju ta’ ċertezza legali, u tikser kemm id-drittijiet tad-difiża ta’ Facebook kif ukoll id-dritt għal amministrazzjoni tajba.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li peress li d-Deċiżjoni kkontestata dwar id-data teħtieġ produzzjoni ta’ dokumenti li tikkonsisti f’maġġoranza ċara ta’ dokumenti kompletament irrilevanti u/jew personali, din tikser il-prinċipju ta’ neċessità rifless fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 u/jew tikser id-drittijiet tad-difiża ta’ Facebook u/jew tikkostitwixxi użu ħażin ta’ poter.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni kkontestata dwar id-data, peress li tirrikjedi l-produzzjoni ta’ daqstant dokumenti irrilevanti u personali (pereżempju: korrispondenza rigward kwistjonijiet mediċi relatati mal-impjegati u l-familji tagħhom; korrispondenza f’sitwazzjonijiet ta’ mewt; dokumenti relatati ma’ testmenti personali, tutela, kura tat-tfal u investimenti finanzjarji personali; applikazzjonijiet għal xogħol u referenzi; evalwazzjonijiet interni; u dokumenti li jevalwaw ir-riskji ta’ sigurtà għall-kampus ta’ Facebook u għall-persunal), tikser id-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u d-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba. Għalhekk, id-Deċiżjoni kkontestata dwar id-data tikser id-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata, kif protetti mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Id-Deċiżjoni kkontestata dwar id-data tikser ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba li l-għanijiet tagħha huma eċċessivament wiesa’ u ma humiex intiżi biżżejjed għas-suġġett tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni kkontestata dwar id-data tonqos milli tispjega għaliex it-termini ta’ tfittxija tagħha jidentifikaw biss dokumenti li huma meħtieġa u rilevanti għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni jew tonqos milli tispjega għaliex kwalunkwe reviżjoni ta’ rilevanza minn avukati esterni li huma kkwalifikati fiż-ŻEE ma hijiex permessa jew tonqos milli tispjega jew tipprovdi għal kwalunkwe post li fih tinżamm maħżuna d-data, li huwa legalment vinkolanti, għal dokumenti personali u/jew kompletament irrilevanti u li għalhekk hija bbażata fuq raġunament insuffiċjenti, kuntrarju għall-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 u għall-Artikolu 296 TFUE.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/40


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2020 – Facebook Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/20)

(2020/C 287/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Facebook Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: D. Jowell, QC, D. Bailey, Barrister, J. Aitken, D. Das, S. Malhi, R. Haria, M. Quayle, Solicitors and T. Oeyen, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3013 finali, tal-4 ta’ Mejju 2020 (Kawża AT.40684 – Facebook Marketplace), sa fejn din tirrikjedi l-produzzjoni tad-dokumenti interni elenkati fl-Anness I.B;

sussidjarjament: i) tannulla parzjalment l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrikjedi l-produzzjoni ta’ dokumenti irrilevanti; ii) tannulla parzjalment l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata sabiex avukati indipendenti kkwalifikati tal-UE ikunu awtorizzati jwettqu evalwazzjoni ta’ rilevanza tad-dokumenti miġbura mit-talba għal dokumenti marbuta mas-suq sabiex jiġu esklużi mill-produzzjoni dokumenti li huma manifestament irrilevanti għall-investigazzjoni u/jew dokumenti personali; u/jew (iii) parzjalment tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata marbuta mas-suq sa fejn din tirrikjedi b’mod illegali il-produzzjoni ta’ dokumenti irrilevanti li huma fin-natura tagħhom personali jew privati;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, li skontu d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tirrikjedi l-produzzjoni ta’ dokumenti li l-maġġoranza tagħhom jikkonsistu b’mod ċar f’dokumenti totalment irrilevanti u/jew dokumenti personali, jikser il-prinċipju ta’ neċessità rifless fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003, u/jew jikser id-drittijiet tad-difiża ta’ Facebook u/jew tikkostitwixxi abbuż ta’ poter. Konsegwentement, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003.

2.

It-tieni motiv, li skontu d-deċiżjoni kkontestata, safejn din tirrikjedi l-produzzjoni ta’ tant dokumenti (pereżempju: il-korrispondenza marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa tal-impjegati; il-korrispondenza fi żmien ta’ mewt ta’ qraba; il-korrispondenza marbuta ma’ investimenti personali; kandidaturi għal impjieg; evalwazzjonijiet interni; u dokumenti li jevalwaw ir-riskji ta’ ċertezza għall-membri tal-familja tal-persunal prinċipali ta’ Facebook), tikser id-dritt fundamentali għall-ħajja privata, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u d-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv, li skontu d-deċiżjoni kkontestata ma tispjegax kif it-termini ta’ tfittxija tagħha jsemmu biss dokumenti li huma neċessarji u rilevanti għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni, u lanqas għaliex ma huwa awtorzzat ebda stħarriġ tar-rilevanza minn avukati esterni kkwalifikati tal-UE, i li skontha din id-deċiżjoni ma tispjegax u ma tipprovdix għal “data room” legalment vinkolanti għad-dokumenti personali u/jew totalment irrilevanti, b’tali mod li huwa bbażat fuq raġunament insuffiċjenti, bi ksur tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-Artikolu 296 TFUE.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/41


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2020 – KZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-453/20)

(2020/C 287/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KZ (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-lista tal-uffiċjali promossi adottata permezz tal-informazzjoni amministrattiva Nru 32-2019/14.11.2019 tal-14 ta’ Novembru 2019 sa fejn din ma tinkludix isem ir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità kontra d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”). Ir-rikorrent jikkontesta l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni li tqis li l-Artikolu 40(3) tar-Regolamenti tal-Persunal ifisser li l-uffiċjal fuq leave għal raġunijiet personali fid-data li fiha d-deċiżjoni ta’ promozzjoni hija adottata mill-Awtorità tal-Ħatra ma huwiex eliġibbli għall-proċedura ta’ promozzjoni b’hekk magħluqa. Għall-kuntrarju, ir-rikorrent jinvoka interpretazzjoni teleoloġika u sistematika tal-Artikolu 40(3) tar-Regolamenti tal-Persunal u jqis li l-Kummissjoni, bl-interpretazzjoni tagħha, tikser id-dritt għal promozzjoni fis-sens tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal. Huwa jsostni li l-Kummissjoni qiegħda tikser ukoll il-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-koerenza tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal li fil-kuntest tagħhom dawn id-DĠI jaqgħu, kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-iżvolġiment tal-karriera skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolamenti tal-Persunal. Fl-aħħar nett, huwa jikkritika n-nuqqas ta’ loġika u ta’ proporzjonalità tal-konsegwenzi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-DĠI.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/42


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – Garment Manufacturers Association in Cambodia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-454/20)

(2020/C 287/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Garment Manufacturers Association in Cambodia (Phnom Penh, il-Kambodja) (rappreżentanti: C. Ziegler u S. Monti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/550 tat-12 ta’ Frar 2020 li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-irtirar temporanju tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mir-Renju tal-Kambodja parzjalment, b’mod partikolari fir-rigward tal-irtirar temporanju tal-preferenzi SĠP għall-kodiċi doganali kollha li qegħdin jaffettwaw lill-membri tal-GMAC, jiġifieri l-kodiċi SA msemmija fit-tabella fis-subparagrafu (1) tal-Artikolu 1, u l-kodiċi SA kollha msemmija fit-tabella fis-subparagrafu (2) tal-Artikolu 1, minbarra l-kodiċi SA 1212 93;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-Regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u r-rekwiżit ta’ konsistenza bejn il-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni. Il-Kummissjoni allegatament naqset milli tevalwa b’mod xieraq il-proporzjonalità tal-irtirar parzjali temporanju tal-preferenzi doganali għas-setturi tal-ħwejjeġ, żraben u oġġetti tal-ivvjaġġar tal-Kambodja.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tipprovdi raġuni xierqa skont l-Artikolu 296(2) TFUE, li jikkorrispondi ma’ ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/43


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – LA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-456/20)

(2020/C 287/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: LA (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Ġunju 2019, li permezz tagħha r-rikorrenti ma ġietx inkluża fil-lista tal-kandidati ammessi għall-fażi suċċessiva maċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19;

tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Settembru 2019, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba għal eżami mill-ġdid;

tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2020 li permezz tagħha ġie miċħud ir-rikors amministrattiv ippreżentat skont l-Artikolu 90 II tar-Regolamenti tal-Persunal.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

F’dan ir-rigward jiġi invokat il-ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal), sa fejn il-Bord tal-Għażla ma ħax inkunsiderazzjoni l-kwalitajiet professjonali b’kuntrast evidenti mad-dispożizzjonijiet tal-avviż ta’ kompetizzjoni u mal-funzjonijiet assenjati lill-kandidati magħżula.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza.

F’dan ir-rigward jiġi invokat li matul il-fażi tal-Osservatur tal-Kapaċitajiet (Talent Screener), il-Bord tal-Għażla ma żammx mal-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti mill-avviż ta’ kompetizzjoni u b’hekk ma ġietx żgurata l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju magħqud ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet (Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali).

Ir-rikorrenti tilmenta f’dan ir-rigward in-nuqqas sostanzjali ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati, li jaffettwa d-dritt tad-difiża tagħha u d-dritt tagħha għal opportunitajiet ugwali bejn il-partijiet.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illeġittimità tal-avviż ta’ kompetizzjoni skont l-Artikolu 277 TFUE.

F’dan ir-rigward jiġi invokat li, b’kuntrast mal-Artikolu 1(e) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, li jirriżerva lill-Awtorità tal-Ħatra d-determinazzjoni tan-natura tal-eżamijiet, it-tipi ta’ eżamijiet kif ukoll il-mod kif dawn jiġu evalwati, fil-proċedura preżenti d-determinazzjoni tal-fatturi għat-tweżin (weighting factors) ġiet stabbilita mill-Bord tal-Għażla, meta din kienet il-kompetenza tal-Awtorità tal-Ħatra, skont id-dispożizzjoni msemmija.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/44


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2020 – SBG vs EUIPO – VF International (GEØGRAPHICAL NØRWAY)

(Kawża T-458/20)

(2020/C 287/64)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Super Brand Licencing (SBG) (Villeurbanne, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u A. Sion, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “GEØGRAPHICAL NØRWAY” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 933 206 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 fil-Każ R 1178/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ibbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ mala fide waqt il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/44


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2020 – SBG vs EUIPO – VF International (GEOGRAPHICAL NORWAY EXPEDITION)

(Kawża T-459/20)

(2020/C 287/65)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Super Brand Licencing (SBG) (Villeurbanne, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u A. Sion, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GEOGRAPHICAL NORWAY EXPEDITION bl-ilwien iswed, griż, aħmar u abjad – it-trademark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 860 834

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 fil-Każ R 664/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mill-applikant għall-finijiet tal-proċedura quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bbażata fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ mala fide meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal trade mark.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/45


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2020 – SBG vs EUIPO – VF International (Geographical Norway)

(Kawża T-460/20)

(2020/C 287/66)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Super Brand Licencing (SBG) (Villeurbanne, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u A. Sion, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Geographical Norway – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 015 352

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 fil-Każ R 662/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ibbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ mala fide waqt it-tressiq tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/46


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2020 – SBG vs EUIPO – VF International (GEOGRAPHICAL NORWAY)

(Kawża T-461/20)

(2020/C 287/67)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Super Brand Licencing (SBG) (Villeurbanne, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u A. Sion, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “GEOGRAPHICAL NORWAY” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 048 147

Proċedimenti quddiem l-EUIPO:proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 fil-Każ R 661/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ibbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-eżistenza tal-mala fide fil-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark.


31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/46


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/20)

(2020/C 287/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. Laprévote, S. Rating u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) tal-10 ta’ Ġunju 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.57369 (2020/N) COVID-19 – Il-Portugall – Għajnuna lil TAP (1); u,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Ir-rikorrenti talbet ukoll li r-rikors tagħha jiġi ddeterminat bil-proċedura mħaffa skont l-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ma tistabbilixxix li l-għajnuna taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (Linji Gwida S&R). (2)

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni applikat l-Artikolu 107(3)(c) TFUE b’mod żbaljat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, il-libertà ta’ provvista ta’ servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) tal-10 ta’ Ġunju 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.57369 (2020/N) COVID-19 – Il-Portugall – Għajnuna lil TAP (ĠU 2020, C 228, p. 1).

(2)  Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi Mhux Finanzjarji f’Diffikultà (ĠU 2014, C 249, p. 1).