ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
Werrej |
Paġna |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-QORTI TAL-AWDITURI |
|
2020/C 272/01 |
MT |
|
III Atti preparatorji
IL-QORTI TAL-AWDITURI
17.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/1 |
OPINJONI Nru 4/2020
(skont l-Artikoli 287(4) u 322(1)(a), TFUE)
dwar il-proposta 2020/0101 (COD) għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU); u dwar il-proposta emendata 2018/0196 (COD) għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi
(2020/C 272/01)
WERREJ
|
Paragrafu |
Paġna |
Introduzzjoni… |
1-4 |
2 |
Il-valutazzjoni tagħna ta' COM(2020) 451 – REACT-EU… |
5-21 |
3 |
L-użu ta’ fondi addizzjonali biex tiġi indirizzata l-kriżi… |
6-9 |
3 |
L-allokazzjoni ta’ fondi lill-Istati Membri… |
10-11 |
4 |
Programmazzjoni tal-fondi… |
12-16 |
5 |
Monitoraġġ u Evalwazzjoni… |
17-19 |
6 |
Riskju ta’ frodi… |
20-21 |
7 |
Il-valutazzjoni tagħna ta' COM(2020) 450 – emenda għall-RDK għall-perjodu 2021-2027… |
22-29 |
7 |
Limiti ta’ żmien għall-miżuri… |
24 |
7 |
Flessibbiltà fl-ibbaġitjar… |
25-26 |
8 |
Programmazzjoni u monitoraġġ… |
27-29 |
8 |
Kummenti tal-aħħar… |
30-33 |
9 |
Anness I - Opinjonijiet rilevanti għall-proposta leġiżlattiva dwar il-Politika ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 maħruġa mill-QEA fit-13 ta’ Lulju 2020… |
10 |
|
Anness II - Talbiet għal opinjonijiet relatati mal-COVID-19 riċevuti mill-QEA sat-13 ta’ Lulju 2020… |
11 |
Introduzzjoni
1 |
Il-pandemija tal-COVID-19 qiegħda tkompli tħalli effett profond fuq ħajjet iċ-ċittadini. L-UE diġà ħadet għadd ta’ miżuri biex tindirizza l-kriżi, inkluż li:
F’dak li jirrigwarda l-aħħar punt, l-UE ressqet pakkett b’valur ta’ EUR 750 biljun, imsejjaħ “Next Generation EU”, biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom sabiex jimminimizzaw l-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija u jerġgħu lura fit-triq lejn it-tkabbir sostenibbli (1). |
2 |
Is-suġġett ta’ din l-opinjoni tal-QEA huma żewġ proposti reċenti fil-qasam tal-politika ta' Koeżjoni, li t-tnejn huma relatati mal-leġiżlazzjoni li tirregola l-fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) – ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK):
|
3 |
Il-bażi ġuridika tal-proposti tal-Kummissjoni tfisser li huwa obbligatorju li l-QEA tiġi kkonsultata. Aħna rċevejna talbiet formali mill-Kunsill (fit-8 ta’ Ġunju 2020 u fl-10 ta’ Ġunju 2020 rispettivament) u mill-Parlament Ewropew (fid-9 ta’ Ġunju 2020 għaż-żewġ proposti). Iż-żewġ proposti tal-Kummissjoni huma marbutin, kif juri b'mod espliċitu l-memorandum ta' spjegazzjoni għal kull proposta. F’dan l-isfond, u minħabba l-ħtieġa ta’ reazzjoni rapida ħafna, aħna għażilna li nagħtu l-opinjoni tagħna fuq iż-żewġ proposti f’dokument wieħed. Għalhekk dan id-dokument jissodisfa r-rekwiżiti ta’ konsultazzjoni għal kull proposta. Il-paragrafi 5 sa 21 huma relatati mal-proposta REACT-EU u l-paragrafi 22 sa 29 huma relatati mal-proposta emendata għall-RDK għall-perjodu 2021-2027. Għal skopijiet ta’ referenza, fl- Anness I hemm lista tal-opinjonijiet kollha tagħna relatati mal-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027, li ġew ippubblikati sat-13 ta’ Lulju 2020. |
4 |
Aħna ġejna mitluba nipprovdu għadd ta’ opinjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni proposta relatata mal-COVID-19 (ara l-
Anness II
). L-ewwel waħda minnhom ippubblikajnieha fil-15 ta’ April 2020 (4); din l-opinjoni attwali hija t-tieni waħda. L-għan tagħna huwa li niffaċilitaw il-kunsiderazzjoni, min-naħa tal-leġiżlaturi, tal-proposti magħmula mill-Kummissjoni. Abbażi tal-esperjenza tagħna fl-eżaminar tal-proposti leġiżlattivi u fil-valutazzjoni tal-konformità u l-ġestjoni finanzjarja tajba, stabbilejna xi prinċipji ġenerali għall-użu tal-fondi tal-UE li jistgħu jitqiesu utli għal kunsiderazzjoni mil-leġiżlaturi, b’mod partikolari meta jkunu qed jiżviluppaw miżuri relatati mal-COVID-19/ta’ emerġenza – ara l-
Kaxxa 1
. Aħna użajna dawn il-prinċipji bħala qafas ġenerali biex nivvalutaw il-proposti.
|
Il-valutazzjoni tagħna ta' COM(2020) 451 – REACT-EU
5 |
B’din il-proposta, il-Kummissjoni għandha l-għan li tisfrutta l-qawwa sħiħa tal-baġit tal-UE biex jiġi mobilizzat l-investiment u jiġi antiċipat appoġġ finanzjarju fl-ewwel snin kruċjali ta’ rkupru. L-opinjoni tagħna tindirizza l-aspetti li ġejjin ta’ din il-proposta:
|
L-użu ta’ fondi addizzjonali biex tiġi indirizzata l-kriżi
Punti ewlenin:
|
6 |
L-ammont ta’ EUR 58 biljun li l-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza permezz ta' REACT-EU jikkomplementa miżuri preċedenti li kkostitwew rispons immedjat għall-kriżijiet minħabba l-impatt tal-pandemija (5). REACT-EU hija maħsuba biex isservi bħala rispons fuq terminu qasir u medju, u biex tistabbilixxi l-bażi għall-irkupru tal-UE. Skont il-proposta, REACT-EU se tipprovdi EUR 5 biljun għall-2020, bil-biċċa l-kbira mir-riżorsi l-ġodda, jiġifieri EUR 42 biljun, li se jiġu impenjati fl-2021 u segment finali ta’ EUR 11-il miljun għall-2022. |
7 |
L-użu rapidu ta' fondi addizzjonali biex tiġi appoġġata l-ekonomija tal-UE se jeħtieġ mhux biss l-adozzjoni rapida tal-proposta REACT-EU nfisha, iżda wkoll l-adozzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2014-2020 emendat u tad-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji li se tipprovdi l-finanzjament il-ġdid. Id-dewmien fl-adozzjoni ta’ xi waħda minn dawn il-proposti jirriskja li jdewwem id-dħul fis-seħħ ta' REACT-EU. |
8 |
L-esperjenza preċedenti tagħna turi li l-għoti ta’ finanzjament lill-Istati Membri minnu nnifsu mhuwiex biżżejjed: huma jrid ikollhom ukoll il-ħin u l-kapaċità amministrattiva meħtieġa biex jagħmlu użu tajjeb minnu. Preċedentement, aħna konna rajna li l-perjodu fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni jippreżenta riskji partikolari “peress li l-għaġla biex jiġu assorbiti l-fondi [jiġifieri biex jintefqu l-fondi disponibbli] tista’ twassal biex ma jitqiesx biżżejjed il-valur għall-flus” (6). Aħna nosservaw b’mod partikolari li wħud mill-Istati Membri li x’aktarx se jintlaqtu l-agħar mill-pandemija tal-COVID-19 huma wkoll fost dawk bl-aktar rati baxxi ta’ assorbiment għall-perjodu ta' programmazzjoni attwali (7). Fil-proposti tagħha, il-Kummissjoni ħadet passi biex ittaffi l-piż fuq l-Istati Membri, billi pereżempju rat li 50 % tal-finanzjament addizzjonali għall-2020 ikun disponibbli immedjatament, bħala prefinanzjament (8). Madankollu, għad hemm riskju li xi Stati Membri mhux se jkunu jistgħu jonfqu l-finanzjament disponibbli għalihom u jwasslu valur għall-flus (9). |
9 |
Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tiġbor il-biċċa l-kbira mill-finanzjament addizzjonali permezz ta’ self fis-swieq finanzjarji (10). Għall-kuntrarju tal-modi tradizzjonali ta’ finanzjament tal-infiq tal-UE, li huma bbażati fuq kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, dan il-metodu jinvolvi spejjeż addizzjonali fil-forma tal-imgħax imġarrab. Madankollu, din il-kwistjoni ma tiġix indirizzata direttament fil-proposta REACT-EU, jew hija limitata għaliha. Għal dawn ir-raġunijiet, mhux se nindirizzawha f’din l-opinjoni. Jista’ jkun li nerġgħu lura għal din il-kwistjoni aktar tard, f’dokument separat. |
L-allokazzjoni ta’ fondi lill-Istati Membri
Punti ewlenin: Il-proposta tinkludi metodu ġdid għall-allokazzjoni tal-fondi addizzjonali lill-Istati Membri li jista’ jiġi mfixkel minħabba li fil-kalkoli jintużaw ċifri li mhumiex rappreżentattivi għall-qgħad. |
10 |
Bħalma konna osservajna qabel (11), l-allokazzjoni tal-fondi ta’ koeżjoni hija regolata minn sensiela ta’ proċessi relattivament ikkumplikati li jieħdu inkunsiderazzjoni diversi elementi ekonomiċi, soċjali u politiċi. Dan l-eżerċizzju ta’ allokazzjoni huwa sfida akbar fi żminijiet ta’ kriżi meta l-fondi jridu jkunu disponibbli taħt dati ta' skadenza stretti u f’ċirkustanzi li jevolvu malajr. F'dan ir-rigward, aħna nosservaw il-proposta għall-introduzzjoni ta’ metodu ta’ allokazzjoni ad hoc għar-riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u, b’mod partikolari, l-inklużjoni – flimkien mal-kriterji tradizzjonali ta’ koeżjoni – ta’ indikaturi speċifiċi u mekkaniżmi ta’ rieżaminar maħsuba biex jidentifikaw l-impatt relattiv tal-kriżi fuq l-ekonomiji nazzjonali (kif imkejjel mill-PDG) u l-impjiegi (12). |
11 |
Dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda huma konsistenti mal-għan tal-Kummissjoni li tappoġġa lil dawk l-Istati Membri “li l-ekonomija tagħhom intlaqtet l-agħar mill-pandemija […] u li għandhom l-inqas kapaċità biex jirkupraw”. L-ilħuq ta’ dan l-objettiv jiddependi mill-użu ta’ statistika suffiċjentement aġġornata fil-kalkoli. Il-perjodu ta' referenza propost għall-kalkolu tal-livelli tal-qgħad għall-allokazzjonijiet għall-2020 u l-2021 (li jirrappreżentaw 82 % tal-finanzjament totali allokat) huwa minn Ġunju sa Awwissu 2020. F’dawk l-Istati Membri fejn l-iskemi temporanji għaż-żamma tal-impjiegi jkunu għadhom fis-seħħ f'dak il-perjodu, dan jista’ jwassal għal stima insuffiċjenti tal-livell reali u sottostanti tal-qgħad, billi r-rati tal-qgħad x’aktarx jogħlew ladarba dawn l-iskemi jintemmu. |
Programmazzjoni tal-fondi
Punti ewlenin:
|
12 |
Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li testendi d-data ta' skadenza għall-impenji b’sentejn, sal-2022. L-Istati Membri li jagħżlu li jibbenefikaw minn appoġġ addizzjonali ta' REACT-EU se jkunu meħtieġa jemendaw il-Programmi Operazzjonali tagħhom jew jipproponu oħrajn ġodda. Soġġett għall-adozzjoni f'waqtha tal-QFP rivedut għall-2014-2020 u d-deċiżjoni dwar id-dħul proprju, ikun jeħtieġ li tali emendi jkunu lesti u nnegozjati fl-2020 għas-segmenti tal-2020 u l-2021, kif ukoll fl-2021/2022 għas-segment tal-2022. Dawn in-negozjati x’aktarx li jsiru flimkien mat-tħejjija u n-negozjati tal-programmi għall-perjodu 2021-2027, kif ukoll mal-implimentazzjoni tal-Programmi Operazzjonali relatati maż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni. Dan kieku jkun sfida konsiderevoli għall-partijiet kollha involuti. |
13 |
Mhux biss hemm ir-riskju li l-bidu tal-perjodu 2021-2027 se jkompli jiddewwem, iżda li l-allokazzjoni tas-segment għall-2022 relattivament ftit li xejn se tagħti ħin lill-Istati Membri biex jonfqu l-finanzjament il-ġdid, bir-riskju relatat li jagħtu prijorità lill-assorbiment fuq il-kunsiderazzjonijiet dwar il-valur għall-flus - “tużah jew titilfu”. |
14 |
Il-proposta tipprevedi li l-fondi addizzjonali taħt REACT-EU jkunu disponibbli biss lill-awtoritajiet diġa’ maħtura għal dan l-iskop taħt programmi eżistenti; il-fondi jkunu jiġu programmati permezz tal-Programmi Operazzjonali 2014-2020 eżistenti, taħt assi ta’ prijorità separati u/jew permezz ta’ Programmi Operazzjonali ġodda u ddedikati; u jkunu jiġu indikati taħt Objettiv Tematiku trażversali ġdid (13). Soġġetti għan-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, dawn huma elementi pożittivi - jenħtieġ li dawn jissimplifikaw aktar il-programmazzjoni, jiffaċilitaw raġunament aktar robust għall-infiq lokali, u jgħinu lill-Kummissjoni biex issegwi l-infiq. Preċedentement, aħna rrappurtajna li l-Programmi Operazzjonali 2014-2020 kienu ġeneralment ibbażati fuq loġika ta’ intervent robusta (14) u sibna li l-allokazzjoni tal-investimenti kienet utli biex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont liċ-ċittadini tal-UE dwar l-użu tal-fondi (15). |
15 |
Aħna nosservaw, madankollu, li l-proposta ma tirrikjedix li l-awtoritajiet jirrappurtaw l-infiq tagħhom taħt kodiċijiet ta’ intervent iddedikati, lanqas għal forom ġodda ta’ appoġġ awtorizzati mill-proposta, bħall-finanzjament tal-kapital operatorju tal-SMEs. Aħna nosservaw li, għall-kuntrarju, il-proposta emendata tal-Kummissjoni dwar l-RDK għall-perjodu 2021-2027 introduċiet kodiċi ta’ intervent iddedikat (ara l-paragrafu 28 hawn taħt). Mhuwiex ċar għalfejn tali kodiċi ta’ intervent ma ġiex propost għall-emenda ta' REACT-EU. |
16 |
Il-proposta tistabbilixxi l-oqsma ġenerali li fihom jenħtieġ li jiġi applikat il-finanzjament il-ġdid, iżda l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni dwar it-tipi ta’ proġetti li jiffinanzjaw (16). Il-proposta toffri wkoll lill-awtoritajiet libertà konsiderevoli biex jittrasferixxu l-allokazzjonijiet bejn il-fondi u bejn it-tipi differenti ta’ investimenti (17). Din il-flessibbiltà akbar hija xierqa fiċ-ċirkustanzi tal-kriżi tal-COVID-19. Aħna nosservaw, madankollu, li l-proposta ma tirrikjedix li l-Istati Membri jiddivulgaw il-mod kif biħsiebhom jikkoordinaw l-interventi fost il-Programmi Operazzjonali u l-perjodi differenti sabiex l-appoġġ finanzjarju jmur fejn ikun l-aktar meħtieġ. Mingħajr koordinazzjoni, hemm riskju li l-appoġġ tal-UE se jkun frammentat jew idduplikat, partikolarment fi Stati Membri li għandhom aktar Programmi Operazzjonali. |
Monitoraġġ u Evalwazzjoni
Punti ewlenin:
|
17 |
Aħna diġà ddikjarajna li l-Kummissjoni tista’ tkejjel u tevalwa l-effettività tal-investimenti tal-UE biss jekk ikun hemm disponibbli informazzjoni rilevanti, affidabbli u f’waqtha dwar l-outputs u r-riżultati u jekk din l-informazzjoni tkun f’għamla li tista’ tiġi aggregata (18). Filwaqt li l-emenda proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jiddefinixxu indikaturi tal-output u tar-riżultati għal investimenti taħt REACT-EU, hija ma tistabbilixxi l-ebda indikatur komuni fil-livell tal-UE li se jidentifika l-azzjoni relatata mal-COVID-19 (19). |
18 |
Il-Kummissjoni qaltilna li kienet biħsiebha tikkomunika sett ta’ indikaturi komuni lill-Istati Membri; dawn l-indikaturi ma jkunux obbligatorji, u l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jiddefinixxu l-indikaturi speċifiċi għall-programm proprji tagħhom. Preċendement, aħna sibna li l-possibbiltà għall-Istati Membri biex jiddefinixxu indikaturi speċifiċi għall-programm fil-perjodu 2014-2020 kien irriżulta fl-użu ta’ madwar 9 000 indikatur differenti, b’piż amministrattiv sinifikanti għall-awtoritajiet u għall-benefiċjarji (20). In-nuqqas ta’ indikaturi komuni u obbligatorji użati mill-Istati Membri kollha kien ifisser li, filwaqt li kien possibbli li l-prestazzjoni tiġi vvalutata fil-livell tal-Programm Operazzjonali, jew fi ħdan reġjuni u pajjiżi, l-aggregazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-livell tal-UE ma kinitx possibbli, u dan wassal għal limitazzjoni tal-ambitu għal evalwazzjoni kumplessiva tal-effettività u l-impatt. Għalhekk, aħna nissuġġerixxu li jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ (21). Il-proposta REACT-EU ma tindirizzax din il-kwistjoni. |
19 |
Il-proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jwettqu mill-inqas evalwazzjoni waħda tal-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tal-appoġġ finanzjarju taħt REACT-EU (22). Skont il-proposta, il-Kummissjoni mhux se tkun meħtieġa twettaq evalwazzjoni ex post speċifikament fuq REACT-EU. Minflok, il-fondi ta' REACT-EU se jiġu evalwati flimkien mal-bqija tal-fondi SIE taħt ir-rekwiżit standard tal-RDK għall-evalwazzjonijiet (23). Fil-fehma tagħna, il-fatt li REACT-EU tikkostitwixxi rispons ta’ emerġenza, il-laxkar ta’ xi rekwiżiti proċedurali, il-forma l-ġdida ta’ finanzjament u l-ammonti sinifikanti involuti jkunu jiġġustifikaw evalwazzjoni ex post speċifika ta' REACT-EU biex jinsiltu tagħlimiet għar-rispons għall-kriżijiet potenzjali futuri. Aħna nosservaw li hemm elementi fil-proposta li jkunu jiffaċilitaw it-twettiq ta' evalwazzjoni ex post mill-Kummissjoni, bħal pereżempju objettiv tematiku għar-riżorsi addizzjonali. |
Riskju ta’ frodi
Punti ewlenin: Peress li tipprovdi finanzjament addizzjonali sinifikanti fuq perjodu ta’ żmien qasir, REACT-EU ġġorr riskju ogħla ta’ irregolarità u ta’ frodi, li jeħtieġ li jiġi indirizzat mill-partijiet ikkonċernati kollha. |
20 |
REACT-EU tirrappreżenta ammont sinifikanti ta’ riżorsi addizzjonali li jridu jintefqu f’ammont ta’ żmien qasir, u dan iżid il-pressjoni fuq is-sistemi ta' kontroll. L-aġenzija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, l-Europol, wissiet li l-istimoli ekonomiċi bħal dawk proposti b’segwitu għall-pandemija tal-COVID-19 se jkunu fil-mira tal-kriminali li jridu jiffrodaw il-finanzjament pubbliku (24). F’rapport preċedenti, aħna identifikajna bosta defiċjenzi li jaffettwaw il-proċess ta’ ġestjoni ta’ kontra l-frodi u appellajna lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet maniġerjali biex isaħħu l-identifikazzjoni tal-frodi, ir-rispons u l-koordinazzjoni fost il-korpi tal-Istati Membri (25). |
21 |
Fid-dawl ta’ dan, aħna nilqgħu l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni li tkompli ssaħħaħ il-miżuri kontra l-frodi u l-irregolaritajiet (26). Bħala l-gwardjan tal-finanzi tal-UE, aħna nħeġġu lil dawk kollha involuti (il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet tagħhom, il-Parlament Ewropew, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-OLAF, l-Europol u l-Eurojust) biex jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jadottaw u japplikaw miżuri ta’ kontra l-frodi li jkunu effettivi biex jiġu miġġielda r-riskji l-ġodda li jirriżultaw minn stimoli ekonomiċi, bħall-inizjattiva REACT-EU. |
Il-valutazzjoni tagħna ta' COM(2020) 450 – emenda għall-RDK għall-perjodu 2021-2027
22 |
Fid-29 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta leġiżlattiva tagħha għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) għall-QFP li jmiss għall-2021-2027. Din il-proposta inizjali kienet is-suġġett tal-Opinjoni Nru 6/2018 tagħna (27). Fl-14 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat emenda proposta għall-proposta leġiżlattiva tagħha tad-29 ta’ Mejju 2018. Din l-emenda kienet is-suġġett tal-Opinjoni Nru 2/2020 tagħna (28). |
23 |
Il-proposta l-aktar reċenti - li hija s-suġġett ta’ din l-Opinjoni - għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi għal ċirkustanzi eċċezzjonali u mhux tas-soltu billi tippermetti temporanjament li l-Kummissjoni, wara deċiżjoni tal-Kunsill (29), tirreaġixxi aktar malajr billi tuża deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni biex tieħu azzjoni. Din il-proposta mhix limitata għal deterjorament potenzjali tas-sitwazzjoni tal-COVID-19 u lanqas għal emerġenzi tas-saħħa pubbliku inġenerali. Hija tkun tapplika għal kwalunkwe sitwazzjoni li l-Kunsill jirrikonoxxi bħala kriżi. L-opinjoni tagħna tindirizza l-aspetti li ġejjin ta’ din il-proposta:
|
Limiti ta’ żmien għall-miżuri
Punti ewlenin: Il-proposta ma tispeċifikax punt ta’ tmiem għas-setgħat addizzjonali li jingħataw lill-Kummissjoni. |
24 |
Il-proposta mhix ċara dwar meta u taħt liema ċirkustanzi l-awtonomizzazzjoni temporanja tal-Kummissjoni tkun tiġi fi tmiemha. Kif osservajna preċedentement, jenħtieġ li tali miżuri eċċezzjonali jkunu limitati fiż-żmien u jibqgħu fis-seħħ biss sakemm ikunu meħtieġa (30). |
Flessibbiltà fl-ibbaġitjar
Punti ewlenin: Il-proposta ma tiġġustifikax għalfejn it-tnaqqis tas-soll għal operazzjonijiet li jistgħu jitwettqu f’fażijiet bejn perjodi ta' programmazzjoni differenti minn EUR 10 miljun għal EUR 5 miljun mhuwiex limitat għall-miżuri temporanji. |
25 |
Il-proposta emendata tal-RDK tikkjarifika l-kundizzjonijiet għat-trasferiment tal-allokazzjonijiet bejn il-fondi (31). Aħna nilqgħu din il-kjarifikazzjoni, li hija f’konformità mal-opinjoni inizjali tagħna dwar il-proposta għall-RDK. Intennu li jenħtieġ li tali trasferimenti jkunu rispons għall-aktar ħtiġijiet urġenti (32). |
26 |
Il-proposta tbaxxi wkoll is-soll għal operazzjonijiet li jistgħu jitwettqu f’fażijiet bejn perjodi ta' programmazzjoni differenti minn EUR 10 miljun għal EUR 5 miljun (33). Dan l-element tal-proposta jkun jagħti lill-Istati Membri aktar flessibbiltà fil-finanzjament tal-proġetti, u ġeneralment ikun jgħinhom bl-assorbiment (34). Madankollu, din il-miżura mhix limitata għall-miżuri temporanji b’rispons għal ċirkustanzi eċċezzjonali u mhux tas-soltu, iżda tkun disponibbli għall-proġetti kollha, irrispettivament minn jekk ikunx hemm kriżi jew le. |
Programmazzjoni u monitoraġġ
Punti ewlenin:
|
27 |
Il-proposta tipprevedi arranġamenti ta’ finanzjament speċifiċi biex tgħin fl-indirizzar ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali u mhux tas-soltu, inkluż il-possibbiltà tal-għażla u l-finanzjament ta’ xi operazzjonijiet b'mod retrospettiv (35). Preċedentement, aħna sibna li l-finanzjament tal-proġetti b'mod retrospettiv jinvolvir-riskju ta’ deadweight u li tali proġetti huma aktar suxxettibbli għal żbalji ta’ konformità (36). Alternattiva tista’ tkun li tiġi limitata l-għażla ta’ finanzjament retrospettiv għal tipi ta’ proġetti ddefiniti b’mod ċar li huma l-aktar rilevanti għaċ-ċirkustanzi eċċezzjonali. |
28 |
Il-proposta tintroduċi kodiċijiet ta’ intervent iddedikati biex jinżamm rendikont tal-għotjiet ta’ kapital ipprovduti lill-SMEs u tat-tagħmir u l-provvisti kritiċi meħtieġa biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza taħt dawn il-miżuri temporanji (37). Dan jikkostitwixxi l-ewwel pass lejn aktar trasparenza u titjib apprezzat meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet tal-perjodu 2014-2020 (38). Il-proposta tista’ żżid b’mod utli li, jekk u meta jiġu attivati dawn il-miżuri ta’ emerġenza fi kriżi futura, il-Kummissjoni se tiddefinixxi l-operazzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati, biex jiġi żgurat li l-finanzjament ikun immirat b'mod xieraq. |
29 |
Il-proposta ma tagħmilx referenza għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tistabbilixxi indikaturi komuni tal-prestazzjoni għall-outputs u għar-riżultati. Kif semmejna fil-kuntest tal-opinjoni tagħna dwar il-proposta REACT-EU (il-paragrafu 18 ta’ hawn fuq), indikaturi komuni jkunu jippermettu li l-Kummissjoni ssegwi l-appoġġ finanzjarju li hija pprovdiet b’rispons għaċ-ċirkustanzi eċċezzjonali u mhux tas-soltu u jkunu jiffaċilitaw l-evalwazzjoni sussegwenti. |
Kummenti tal-aħħar
30 |
Wara t-tifqigħa tal-COVID-19, il-Kummissjoni ħadet azzjoni fuq għadd ta’ aspetti, inkluż billi mmobilizzat fondi addizzjonali, ippermettiet aktar flessibbiltà lill-Istati Membri fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 attwali, kif ukoll inizjattivi ġodda u emendi għal-leġiżlazzjoni proposta u l-finanzjament għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 li jmiss. Dawn il-miżuri kollha huma apprezzati, iżda biex ikunu effettivi jeħtieġ li jkunu kkoordinati tajjeb kemm fil-livelli nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE. Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri differenti tkun utli għall-Istati Membri, biex tiggwidahom dwar l-għamliet differenti ta’ appoġġ biex jindirizzaw l-effetti differenti tal-kriżi. |
31 |
Il-proposta REACT-EU għandha l-għan li tipprovdi appoġġ addizzjonali fuq terminu qasir u medju lill-Istati Membri billi tintroduċi għadd ta’ miżuri straordinarji biex tippermetti l-użu rapidu ta’ riżorsi addizzjonali. Madankollu, għad hemm xi tensjoni inevitabbli bejn l-għan li jiġi pprovdut finanzjament biex jintuża mill-Istati Membri b'mod kemm jista’ jkun rapidu u l-objettivi li l-finanzjament ikun disponibbli fejn ikun l-aktar meħtieġ u b’mod li x’aktarx ikollu l-aktar effett. Il-proposta tirrikjedi li l-fondi taħt REACT-EU jkunu programmati taħt strutturi stabbiliti - idea għaqlija u pragmatika. Madankollu, il-proposta tagħti diskrezzjoni lill-Istati Membri dwar kif għandhom jintużaw il-fondi u ma tipprovdix dettalji dwar kif REACT-EU se tiġi kkoordinata mal-istrumenti l-oħra tal-UE u mal-iskemi nazzjonali. |
32 |
Il-proposta emendata għall-2021-2027 tipprevedi azzjoni rapida mill-Kummissjoni fil-każ ta’ ċirkustanzi futuri eċċezzjonali u mhux definiti. Il-proposta ma tistipulax għadd ta’ aspetti relatati mal-ġestjoni tal-fondi tal-UE li jwasslu għal ġestjoni finanzjarja tajba. Għalhekk, il-Kummissjoni jista’ jkollha bżonn tissupplimenta l-proposta tagħha b’leġiżlazzjoni addizzjonali relatata mas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi hekk kif u meta jseħħu. |
33 |
Aħna nifhmu l-ħtieġa għal reazzjoni rapida biex l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom biex jimmitigaw l-effetti tal-COVID-19 u r-raġunament wara l-miżuri proposti suġġetti għal din l-opinjoni. Aħna nosservaw li l-proposti, partikolarment dawk għal REACT-EU, iżidu r-riskju ta’ frodi - preokkupazzjoni kbira għaċ-ċittadini tal-UE. F’dan il-kuntest, aħna ntennu l-fehma li esprimejna preċedentement, illi jenħtieġ li l-flessibbiltà u r-reattività ma jkunux għad-detriment tal-obbligu ta’ rendikont pubbliku u l-prestazzjoni (39), billi dan ikun jaffettwa wkoll b’mod potenzjali l-fiduċja li ċ-ċittadini tal-UE għandhom fl-istituzzjonijiet tal-UE. |
Din l-Opinjoni ġiet adottata mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu, fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Lulju 2020.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner LEHNE
Il-President
(1) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta' rkupru għall-Ewropa”, 27.5.2020 COM(2020) 442 final).
(2) Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (COM(2020) 451 final).
(3) Il-proposta emendata tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2020) 450 final).
(4) L-Opinjoni Nru 3/2020 dwar il-Proposta 2020/0054 (COD) għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19.
(5) L-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII) u l-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus (CRII+).
(6) Il-paragrafu 82 tar-Rapport Speċjali Nru 17/2018 “L-azzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fl-aħħar snin tal-programmi għall-perjodu 2007-2013 indirizzaw l-assorbiment baxx iżda ma kinux iffukati biżżejjed fuq ir-riżultati”.
(7) Ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni fl-UE skont il-pajjiż - l-ispiża totali tal-għażla u tal-infiq bħala % tal-pjanijiet (bullet chart), disponibbli fuq https://cohesiondata.ec.europa.eu/overview.
(8) L-Artikolu 92b, il-paragrafu 7 l-ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (COM(2020) 451 final).
(9) Ir-Rakkomandazzjoni 4 tar-Rapport Speċjali Nru 17/2018.
(10) L-Artikolu 3b(1)(a) il-ġdid tal-proposta emendata tal-Kummissjoni Ewropea għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta’ Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, 28.5.2020 (COM(2020) 445 final).
(11) L-Analiżi Rapida dwar Każ Speċifiku Nru 3/2019 “Allokazzjoni tal-finanzjament taħt il-politika ta’ Koeżjoni lill-Istati Membri għall-perjodu 2021-2027”.
(12) L-Anness VIIa, il-punti 1.a)(i), 1.b)(ii), 1.c)(ii) tar-Regolament emendat (UE) Nru 1303/2013 (COM(2020) 451 final).
(13) L-Artikolu 92b il-ġdid propost, il-paragrafi 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (COM(2020) 451 final).
(14) Il-paragrafi 81 sa 83 tar-Rapport Speċjali Nru 2/2017, "In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta' Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni".
(15) Il-paragrafu 11 tal-Opinjoni Nru 3/2020 dwar il-Proposta 2020/0054 (COD) għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19.
(16) L-Artikolu 92b, il-paragrafu 8 l-ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (COM(2020) 451 final).
(17) L-Artikolu 92b, il-paragrafu 5 l-ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (COM(2020) 451 final).
(18) Il-paragrafi 40 u 48 tad-dokument informattiv u analitiku dwar il-"Prestazzjoni fil-qasam tal-Koeżjoni", Ġunju 2019.
(19) Il-Premessa (14) tal-emenda proposta għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (COM(2020) 451 final).
(20) Il-paragrafi 107 u 110 sa 113, il-Figuri 11 u 13 tar-Rapport Speċjali Nru 2/2017.
(21) Il-paragrafu 49 tad-dokument informattiv u analitiku dwar il-"Prestazzjoni fil-qasam tal-Koeżjoni", Ġunju 2019.
(22) L-Artikolu 92b, il-paragrafu 11 il-ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (COM(2020) 451 final).
(23) L-Artikolu 57, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(24) Europol, “Europol launches the European Financial and Economic Crime Centre”, stqarrija għall-istampa tal-5.6.2020, disponibbli fuq https://www.europol.europa.eu/newsroom/news/europol-launches-european-financial-and-economic-crime-centre.
(25) Il-paragrafu 79 u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali Nru 6/2019 “L-indirizzar tal-frodi fl-infiq fil-qasam tal-Koeżjoni ta-UE: jeħtieġ li l-awtoritajiet maniġerjali jsaħħu l-identifikazzjoni, ir-rispons u l-koordinazzjoni’.
(26) “Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa” (COM(2020) 442 final) tas-27.5.2020.
(27) L-Opinjoni Nru 6/2018 rigward il-proposta tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2018 għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (COM(2018) 375 final).
(28) L-Opinjoni Nru 2/2020 (skont l-Artikoli 287(4) u 322(1)(a), TFUE) dwar il-proposta emendata tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2020 dwar ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (COM(2020) 23 final).
(29) L-Artikolu 15a l-ġdid propost ta' COM(2020) 450 final.
(30) Il-paragrafu 12 tal-Opinjoni Nru 3/2020.
(31) L-Artikolu 21 il-ġdid propost ta' COM(2020) 450 final.
(32) Il-paragrafi 27, 28 u r-Rakkomandazzjoni 2 tal-Opinjoni Nru 6/2018.
(33) L-Artikolu 111(1), il-punt (b) il-ġdid propost ta' COM(2020) 450 final.
(34) Il-paragrafu 62 tar-Rapport Speċjali Nru 17/2018.
(35) L-Artikolu 15a l-ġdid propost ta' COM(2020) 450 final.
(36) Il-paragrafi 63-69 tar-Rapport Speċjali Nru 17/2018.
(37) Emenda ġdida proposta għall-Anness I, it-Tabella 1 tal-“Kodiċi 023a L-iffinanzjar tal-kapital operatorji fl-SMEs fil-forma ta’ għotjiet biex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza” u l-“Kodiċi 095a Tagħmir u fornimenti kritiċi meħtieġa biex jindirizzaw is-sitwazzjoni ta’ emerġenza”, COM(2020) 450 final.
(38) Il-proposta COM(2020) 138 final tal-Kummissjoni Ewropea (il-Proċedura Nru 2020/0054(COD)) għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-proposta emendata tal-Kummissjoni Ewropea għall-RDK 2021-2027,COM(2020) 450 final.
(39) Il-paragrafu 14 tal-Opinjoni Nru 3/2020; u l-paragrafu 14 tal-Analiżi Panoramika “Lakuni, duplikazzjonijiet u sfidi: analiżi panoramika tal-arranġamenti tal-UE fir-rigward tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar pubbliku”, 2014.
ANNESS I
Opinjonijiet rilevanti għall-proposta leġiżlattiva dwar il-Politika ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 maħruġa mill-QEA fit-13 ta’ Lulju 2020
— |
L-Opinjoni Nru 1/2018 dwar il-proposta tat-2 ta’ Mejju 2018 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri. |
— |
L-Opinjoni Nru 6/2018 rigward il-proposta tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2018 għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (COM(2018) 375 final). |
— |
L-Opinjoni Nru 8/2018 dwar il-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2018 biex jiġi emendat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar l-OLAF fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. |
— |
L-Opinjoni Nru 9/2018 rigward il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi. |
— |
L-Opinjoni Nru 2/2020 dwar il-proposta emendata tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2020 għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (COM(2020) 23 final). |
ANNESS II
Talbiet għal opinjonijiet relatati mal-COVID-19 riċevuti mill-QEA sat-13 ta’ Lulju 2020
— |
Talba uffiċċjali għal opinjoni riċevuta fit-8 ta’ April 2020 b’data ta' skadenza sa mhux aktar tard milll-15 ta’ April 2020: COM(2020) 138 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali; l-Opinjoni Nru 3/20 tal-QEA li ġiet ippubblikata fil-15 ta’ April 2020. |
— |
Talba uffiċċjali għal opinjoni riċevuta fit-8 ta’ Ġunju 2020 b’data ta' skadenza sa mhux aktar tard milll-15 ta’ Lulju 2020: COM(2020) 451 final Proposta għal (REACT-EU). |
— |
Talba uffiċċjali għal opinjoni riċevuta fit-8 ta’ Ġunju 2020 b’data ta' skadenza mill-aktar fis possibbli: COM(2020) 460 final Proposta għal Fond għal Tranżizzjoni Ġusta. |
— |
Talba uffiċċjali għal opinjoni riċevuta fl-10 ta’ Ġunju 2020 b’data ta' skadenza mill-aktar fis possibbli: COM(2020) 450 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi. |
— |
Talba uffiċċjali għal opinjoni riċevuta fl-10 ta’ Ġunju 2020 b’data ta' skadenza t-30 ta’ Settembru 2020: COM(2020) 453 final Proposta għal Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta. |
— |
Talba uffiċċjali għal opinjoni riċevuta fit-18 ta’ Ġunju 2020 b’data ta' skadenza mill-aktar fis possibbli: COM(2020) 220 final Proposta dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili. |