ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 270

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
17 ta' Awwissu 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 270/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9828 — Blackstone/NIBC Holding) ( 1 )

1

2020/C 270/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.9830 — Avacon Natur/NEW AG/Stadtenfalter JV) ( 1 )

2

2020/C 270/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8955 — Takeda/Shire) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 270/04

Rata tal-kambju tal-euro — L-14 ta' Awwissu 2020

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 270/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9920 — EQT/TA Associates/IFS) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 270/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9828 — Blackstone/NIBC Holding)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 270/01)

Fis-7 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9828. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


17.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.9830 — Avacon Natur/NEW AG/Stadtenfalter JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 270/02)

Fl-10 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) bid-dokument li jġib in-numru 32020M9830. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


17.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8955 — Takeda/Shire)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 270/03)

Fl-20 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8955. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta' Awwissu 2020

(2020/C 270/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1813

JPY

Yen Ġappuniż

126,01

DKK

Krona Daniża

7,4470

GBP

Lira Sterlina

0,90173

SEK

Krona Żvediża

10,2933

CHF

Frank Żvizzeru

1,0754

ISK

Krona Iżlandiża

161,10

NOK

Krona Norveġiża

10,5403

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,118

HUF

Forint Ungeriż

346,11

PLN

Zloty Pollakk

4,3984

RON

Leu Rumen

4,8360

TRY

Lira Turka

8,7149

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6525

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5649

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1555

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8071

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6209

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 402,11

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

20,6121

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2100

HRK

Kuna Kroata

7,5356

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 612,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,9538

PHP

Peso Filippin

57,553

RUB

Rouble Russu

86,5850

THB

Baht Tajlandiż

36,750

BRL

Real Brażiljan

6,3750

MXN

Peso Messikan

26,2027

INR

Rupi Indjan

88,4680


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9920 — EQT/TA Associates/IFS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 270/05)

1.   

Fl-10 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EQT Fund Management S.a.r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu);

TA Associates (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka);

IGT Holding I Sweden AB u IGT Holding II AB (flimkien “IFS”, l-Isvezja).

EQT u TA Associates jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ IFS kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EQT: impriża tal-investimenti fl-ekwità privata;

TA Associates: ditta ta’ ekwità privata li tinvesti f’kumpaniji ta’ portafoll attivi f’industriji magħżula, fosthom servizzi tan-negozju, konsumaturi, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa u teknoloġija;

IFS: il-forniment ta’ Software tal-Applikazzjoni għall-Intrapriża lill-klijenti li jinsabu fiż-ŻEE u globalment. B’mod partikolari, l-IFS tforni l-Ippjanar tar-Riżorsi tal-Intrapriżi, il-Ġestjoni tal-Assi tal-Intrapriżi u s-software tal-Ġestjoni tas-Servizz fil-Post lill-klijenti f’firxa ta’ setturi tal-industrija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9920 — EQT/TA Associates/IFS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/7


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 270/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

MİLAS ZEYTİNYAĞI

Nru tal-UE: PDO-TR-02379 — 13.11.2017

DOP (X) IĠP ()

1.   Isem(ismijiet) [TAD-DOP jew TAL-IĠP]

‘Milas Zeytinyağı’

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

it-Turkija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   It-tip tal-prodott

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Milas Zeytinyağı” huwa żejt taż-żebbuġa straverġni prodott esklussivament mill-varjetà ta’ żebbuġ “Memecik” li jitkabbar fil-provinċja ta’ Milas. Iż-żejt taż-żebbuġa jiġi prodott bi proċessi mekkaniċi biss.

Iż-żejt għandu kulur aħdar skur/isfar u togħma qawwija ta’ frott

L-aroma taż-żejt taż-żebbuġa tfakkrek fil-ħaxix u t-togħma hija kkaratterizzata minn bżar kapsikum u bżar iswed.

α- tokoferol: Mill-inqas 100 mg/kg ta’ żejt

Kontenut Fenoliku Totali: Mill-inqas 100 mg/kg

L-ammont ta’ aċidu xaħmi liberu bħala aċidu olejku f’Milas Zeytinyağı huwa ta’ inqas minn 0.7 % f’termini ta’ aċidu olejku.

Il-valur medju tal-perossidu għal Milas Zeytinyağı huwa ta’ 4.5 meq ta’ ossiġenu attiv/kg ta’ żejt b’massimu ta’ 20 meq ta’ ossiġnu attiv/kg ta’ żejt.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-“Milas Zeytinyağı” jiġi prodott biss minn żebbuġ, b’mod speċifiku l-varjetà Memecik, imkabbar fiż-żona ġeografika speċifikata. Kwalunkwe varjetà oħra għajr Memecik imħallta fi żmien il-ħsad ma tistax taqbeż il-5 %.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika ddefinita

L-operazzjonijiet marbuta mal-produzzjoni tal-materja prima u l-ipproċessar tagħha għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Minbarra d-dikjarazzjonijiet obbligatorji previsti mir-regoli dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikketti jridu jinkludu dan li ġej:

L-isem tad-denominazzjoni “Milas Zeytinyağı”,

l-isem kummerċjali jew qasir tal-kumpanija u l-indirizz tagħha, jew it-trademark irreġistrata tal-kumpanija

Is-simbolu DPO tal-Unjoni Ewropea

Il-logos li ġejjin

Image 1

Ologramm uffiċjali ta’ awtentiċità

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona protetta tirreferi għall-irħula u l-ibliet kollha taħt il-muniċipalità ta’ Milas. Huma kollha fil-provinċja ta’ Muğla, fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Eġew.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Milas tinsab fir-reġjun ta’ Menteşe fil-parti tal-Majjistral tal-provinċja ta’ Muğla, u hija reġjun muntanjuż fejn hemm widien fondi u dojoq u artijiet kalkarji, li jestendu fid-direzzjoni Tramuntana/Xlokk tad-depressjoni tal-Lag Milas Bafa u l-Muntanja Ilbıra fil-Punent u d-depressjoni Akçay fil-Lvant. Iż-żoni agrikoli limitati u l-mases muntanjużi u l-għoljiet imżerżqa fid-distrett ħejjew ambjent favorevoli għall-biedja taż-żebbuġ. F’Milas, il-kultivazzjoni taż-żebbuġ saret attività agrikola li hija kompletament misjuqa minn kundizzjonijiet naturali.

Id-distrett ta’ Milas igawdi mill-karatteristiċi tipiċi tal-klima Mediterranja. Il-pjanti taż-żebbuġ jeħtieġu kundizzjonijiet ta’ temperatura medja ta’ 15–20 °C matul il-perjodu tal-fjura, 15–20 °C matul il-perjodu ta’ maturazzjoni tal-frott u minimu ta’ 5 °C mill-maturazzjoni sal-perjodu tal-ħsad. Barra minn hekk, jeħtieġu ċertu perjodu ta’ ksieħ li matulu jiġi ffurmat il-blanzun tal-fjura. Iż-żebbuġ huwa sensittiv ħafna għal temperaturi baxxi u ssirlu ħsara jekk it-temperatura minima ta’ kuljum tinżel taħt -7 °C. It-temperatura medja ta’ kuljum fl-għelieqi f’Milas hija minima ta’ 9,9 °C f’Diċembru, 8,9 °C f’Jannar u 9,5 °C fi Frar li hija xierqa ħafna għall-perjodu ta’ tberrid. It-temperatura medja l-aktar baxxa f’Mejju, li huwa l-perjodu tal-fjur, tkun 19,4 °C u t-temperatura medja l-aktar baxxa fil-perjodu ta’ maturazzjoni tal-frott tkun 17,4 °C. Dawn il-valuri tat-temperatura huma kundizzjonijiet ta’ tkabbir kważi ottimi għas-siġar taż-żebbuġ u jagħtu rendiment għoli ta’ żebbuġ. F’Milas hemm ħamrija alluvjali kif ukoll ħamrija taflija ramlija. Dan it-tip ta’ ħamrija jżomm l-ilma u jagħmilha possibbli biex is-siġar taż-żebbuġ ikabbru għeruq aktar b’saħħithom biex jipproduċu aktar. Barra minn hekk, il-provinċja ta’ Milas għandha rekord ta’ medja ta’ preċipitazzjoni fit-tul ta’ 900–1 000 mm li hija adattata għat-tkabbir taż-żebbuġ mingħajr il-ħtieġa ta’ irrigazzjoni. Għalkemm l-irrigazzjoni tagħmel żebbuġ akbar b’kontenut ogħla ta’ ilma, hija tipproduċi wkoll effetti negattivi fuq l-akkumulazzjoni tal-fenoli u t-trasferiment tagħhom għaż-żejt taż-żebbuġa.

Fatturi Umani

Il-belt ta’ Milas hija żona antika li ilhom jgħixu fiha l-bnedmin għal aktar minn 5 000 sena. Il-kundizzjonijiet naturali għamlu l-produzzjoni taż-żebbuġ u l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa l-attività agrikola primarja fir-reġjun minn żmien iċ-Ċiviltà Karjana. Mat-triq minn Milas lejn Bodrum, qiegħ kompost iffurmat fil-blat tal-post f’Saricay Pilavteper jmur lura għas-sena 2000 qK. Ir-rekords tas-sekli 16 u 17 wK isemmu l-imtieħen taż-żebbuġ u d-djar taż-żebbuġ tal-Imperu Ottoman f’Milas. L-għarfien tal-produtturi lokali taż-żebbuġ huwa essenzjali biex jibda l-ħsad. Il-maturazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa tinfluwenza kemm il-kontenut tal-klorofilla kif ukoll il-kontenut ta’ antiossidanti. L-għażla taż-żmien it-tajjeb għall-ħsad (qabel il-fażi ta’ maturazzjoni sħiħa fejn il-livelli tal-klorofilla u dawk fenoliċi huma aktar baxxi) tagħti lil Milas Zeytinyağı l-kulur speċifiku u l-kontenut fenoliku tiegħu. It-tradizzjoni twila tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fiż-żona wasslet ukoll għat-twaqqif ta’ ħafna faċilitajiet ta’ produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fir-reġjun. B’dan il-mod, iż-żebbuġ jiġi pproċessat għaż-żejt taż-żebbuġa fi żmien qasir ħafna, u b’hekk tiġi evitata l-idrolizzazjoni ta’ trigliċeridi f’aċidi xaħmin ħielsa u l-kontenut tal-aċidu xaħmi ħielse jinżamm baxx.

Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità ta’ “Milas Zeytinyağı” hija marbuta mal-kulur aħdar skur/isfar u r-riħa qawwija ta’ frott bl-aroma tal-ħaxix u t-togħma ta’ bżar kapsikum u bżar iswed. Dawn il-karatteristiċi huma influwenzati mill-varjetà “Memecik”. Il-varjetà Memecik ġiet ikkultivata fir-reġjun ta’ Milas għal ġenerazzjonijiet sħaħ u perċentwal ogħla ta’ siġar taż-żebbuġ f’dan ir-reġjun huwa tal-varjetà “Memecik”. Skont studji xjentifiċi, il-varjetà taż-żebbuġ fiha nnifisha għandha attività antiossidanti għolja u kontenut fenoliku għoli wkoll meta mqabbla ma’ varjetajiet oħra li jitkabbru fit-Turkija (Sevim u Tuncay; 2012). Madankollu, il-kontenut ta’ α-tocopherol ta’ żjut taż-żebbuġa prodotti mill-varjetà ta’ żebbuġ Memecik f’Milas huma ogħla meta mqabbla ma’ żjut taż-żebbuġa mill-kultivazzjonijiet l-oħra mkabbra fiż-żona u wkoll żjut taż-żebbuġa minn reġjuni oħra (Sevim, Köseoğlı, Çetin; 2016). Ir-riċerka dwar il-komponenti volatili ta’ Milas Zeytinyağı uriet li l-kontenut għoli fenoliku jammonta għar-riħa u t-togħma ta’ Milas Zeytinyağı u l-aktar komposti fenoliċi frekwenti huma l-eżanal, li huwa responsabbli għall-komponenti aromatiċi ta’ “ħdura, tuffieħ u ħaxix maqtugħ”, l-E-2-eżenal għall-komponenti ta’ “morr, lewż, ħdura u tuffieħ”, l-eżanol għall-komponenti ta’ “frott u ħaxix maqtugħ” u z-Z-3 eżenol għall-komponenti ta’ “frott aħdar u morr”. Il-kontenut għoli fenoliku u l-α-tocopherol jipproteġi wkoll iż-żejt taż-żebbuġa mill-ossidazzjoni, u jagħtih valuri ta’ perossidu aktar baxxi.

Rabta kawżali

Il-Milas Zeytinyağı huwa kkaratterizzat mill-preżenza tal-varjetà Memecik, li hija stabbilita sew fiż-żona u tirrappreżenta kważi s-siġar taż-żebbuġ kollha tagħha. Il-preżenza dominanti ta’ din il-varjetà tikkontribwixxi għall-kompożizzjoni kimika taż-żejt, b’mod partikolari l-kontenut fenoliku u l-attività antiossidanti.

Il-kundizzjonijiet pedoklimatiċi speċifiċi taż-żona ġeografika u l-fatturi umani għandhom ukoll rwol fil-ħolqien tal-ispeċifiċità tal-Milas Zeytinyağı. Il-muntanji u l-għoljiet imżerżqa fid-distrett wasslu biex il-biedja taż-żebbuġ tkun attività agrikola maġġuri. Il-valuri tat-temperatura huma kundizzjonijiet ta’ tkabbir ottimali għas-siġar taż-żebbuġ u jagħtu rendiment għoli ta’ żebbuġ. In-nuqqas ta’ irrigazzjoni jipproduċi żebbuġ b’kontenut fenoliku għoli. Il-produtturi taż-żebbuġ jibdew jaħsdu qabel ma ż-żebbuġ jitħalla jimmatura għalkollox biex iż-żejt taż-żebbuġa jingħata l-kulur u l-aroma speċifiċi tiegħu. Il-ħeffa tal-ipproċessar veloċi għandha wkoll rwol biex iżżomm il-perossidu u l-valuri tal-aċidu xaħmi ħieles baxxi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.