|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 265 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 265/01 |
||
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA |
|
|
2020/C 265/02 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 265/03 |
||
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 265/04 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 265/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-12 ta' Awwissu 2020
(2020/C 265/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1771 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
125,92 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4472 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,90475 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,2513 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0755 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
161,10 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,5463 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,117 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
345,15 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4033 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8356 |
|
TRY |
Lira Turka |
8,6074 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6514 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5644 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1236 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7997 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6166 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 393,92 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
20,5097 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,1758 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4885 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 374,00 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9362 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,631 |
|
RUB |
Rouble Russu |
86,3013 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,620 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,3782 |
|
MXN |
Peso Messikan |
26,3381 |
|
INR |
Rupi Indjan |
88,0510 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
|
13.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 265/2 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet
(2020/C 265/02)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
Is-27 ta’ April 2020 |
||||
|
Nru tal-Każ |
85071 |
||||
|
Nru tad-Deċiżjoni |
043/20/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
||||
|
Titlu |
L-iskema ta’ għotja tal-COVID-19 għall-ekosistema ta’ negozji ġodda |
||||
|
Bażi ġuridika |
L-ittra għal assenjament addizzjonali għall-baġit tal-2020 mill-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd bid-data tal-5 ta’ April 2020, u l-Linji gwida għal għotjiet lil Ambjenti ta’ Innovazzjoni (MNOK 50) bid-data tat-23 ta’ April 2020. |
||||
|
Tip ta’ miżura |
Skema |
||||
|
Objettiv |
Li jkun hemm aċċess għal-likwidità għal impriżi tal-ekosistema ta’ negozji ġodda li jaffaċċjaw nuqqas f’daqqa ta’ likwidità minħabba l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-ekonomija, permezz ta’ għotjiet diretti. |
||||
|
Forma tal-għajnuna |
Għotjiet |
||||
|
Baġit |
Stima ta’ NOK 50 miljun |
||||
|
Tul |
27.4.2020 sal-31.12.2020 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-settur tan-negozji ġodda |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 265/3 |
NOTIFIKA TA’ BIDU
Proċedura ta’ eżami tal-Unjoni wara lment dwar ostakli għall-kummerċ, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2015/1843, applikati mill-Istati Uniti tal-Messiku u li jikkonsistu f’miżuri li jaffettwaw l-importazzjoni tat-“Tequila”
(2020/C 265/03)
Fit-8 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet ilment mingħand assoċjazzjoni tal-industrija dwar ostakolu għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea tat-“Tequila” mill-Messiku, li ġie ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1843 (1).
1. Prodotti kkonċernati
Il-prodott milqut mill-miżura Messikana huwa l-ispirtu “Tequila”.
2. Pajjiż ikkonċernat
L-Istati Uniti tal-Messiku.
3. Sommarju tal-Ilment
L-ilment jistipula li fis-7 ta’ Frar 2020 il-Consejo Regulador del Tequila (CRT) tal-Messiku ħabbar li ma kienx se jagħti aktar ċertifikati ta’ esportazzjoni lil Tequilas del Señor, kumpanija li tipproduċi u tesporta t-“Tequila” għand France Boissons, impriża affiljata ta’ Heineken NV. L-ilmentatur isostni li r-raġunijiet għar-rifjut huma l-affermazzjoni mis-CRT li l-birra Desperados ta’ Heineken - birra miżjuda bit-togħma tat-“Tequila” - tikser l-istandard tekniku Messikan applikabbli għall-użu tal-Indikazzjoni Ġeografika (IĠ) “Tequila”.
Is-CRT huwa assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-interessi tal-produtturi tat-“Tequila” tal-Messiku li ngħatat ċerti setgħat mill-Gvern Messikan, inkluż mandat mill-Instituto Mexicano de la Propiedad Industrial biex tħares l-IĠ “Tequila” kontra l-frodi u l-abbuż madwar id-dinja. Is-CRT għandu wkoll il-kompitu li joħroġ iċ-ċertifikati ta’ esportazzjoni lill-produtturi tat-“Tequila” wara li jiżgura li kull konsenja ta’ “Tequila” tkun ġiet prodotta skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati. Bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, is-CRT huwa taħt l-awtorità tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tal-Messiku permezz tal-aġenzija regolatorja tiegħu Dirección General de Normas (DGN).
L-ilment jallega li r-rifjut mill-Messiku li joħroġ ċertifikat ta’ esportazzjoni għat-“Tequila” destinata għall-Unjoni Ewropea huwa inkonsistenti mal-Artikolu XI tal-GATT tal-1994 u mal-Ftehim dwar l-Ispirti bejn l-UE u l-Messiku tal-1997 (2).
4. Proċedura
Il-Kummissjoni se twettaq investigazzjoni biex teżamina l-ilment. Il-partijiet interessati jistgħu jibagħtu informazzjoni bil-miktub dwar kwistjonijiet speċifiċi li ssemmew fl-ilment jew jipprovdu evidenza ta’ sostenn.
Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2015/1843, il-partijiet interessati jistgħu jiflu l-informazzjoni fil-fajl tal-Kummissjoni, ħlief għad-dokumenti interni u għall-informazzjoni kunfidenzjali, dment li l-informazzjoni tkun rilevanti għall-interessi tagħhom u li tintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. L-informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali jekk id-divulgazzjoni tagħha jista’ jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq il-fornitur jew fuq is-sors ta’ din l-informazzjoni’ Barra minn hekk, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex jiġu infurmati dwar il-fatti prinċipali u l-konsiderazzjonijiet li jirriżultaw mill-investigazzjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tisma’ lil kwalunkwe parti interessata.
Ħames xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni, f’każijiet kumplessi wara seba’ xhur, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-eżiti tal-proċedura ta’ eżami lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2015/1843.
Kull informazzjoni u kull talba għal smigħ għandha tintbagħat bil-miktub lil:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
TRADE.F.3 –Legal aspects of trade and sustainable development and investment |
|
CHAR 6/135 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
E-mail: trade-tbr@ec.europa.eu
5. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu skont id-Deċiżjoni 2019/339 (3) l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni u janalizza t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti kif ukoll it-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web: https://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
6. Il-limiti ta’ żmien
Kull persuna oħra, minbarra l-kwerelant u r-rappreżentanti tal-Messiku, li tixtieq titqies bħala parti interessata, għandha titolob dan l-istatus bil-miktub mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 45 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, u għandha tispeċifika l-għaliex hija għandha titqies bħala interessata fil-proċedimenti. Kwalunkwe talba minn parti interessata għal seduta ta’ smigħ jenħtieġ li tasal għand il-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien u għandha tispeċifika l-għaliex din il-parti hija primarjament ikkonċernata mir-riżultat tal-proċedura. Talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir kmieni kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-okkorrenza tal-każ li fuqu tkun ibbażata t-talba. Kwalunkwe talba bħal din għandha ssir bil-miktub u għandha tiddikjara l-kwistjonijiet li għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-Uffiċjal tas-Seduta, inkluża spjegazzjoni dwar kif id-drittijiet tad-difiża tal-applikant huma affettwati.
7. Il-Protezzjoni tad-Data
Kull data personali miġbura f’din il-proċedura ta’ eżami se tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 (4).
(1) Ir-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 272, 16.10.2015, p. 1).
(2) Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni ta’ ismijiet għal xorb spirituż (ĠU L152, 11.6.1997, p. 16).
(3) Id-Deċiżjoni 2019/339 tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Frar 2019 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti kummerċjali (ĠU L 60, 28.2.2019, p. 20).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill‐istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 265/5 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 265/04)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
NOTIFIKA TA’ EMENDA STANDARD GĦAD-DOKUMENT UNIKU
“DUNÁNTÚLI/DUNÁNTÚL”
PGI-HU-A1351-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 13-05-2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Żieda fir-rendiment massimu għal kull ettaru għal 160 hl/ha
|
(a) |
L-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata V. Rendiment massimu |
|
(b) |
L-intestatura tad-Dokument Uniku affettwata
|
|
(c) |
Raġuni Il-programm ta’ ristrutturar ta’ dawn l-aħħar snin biddel b’mod sinifikanti l-istruttura tal-vinji fiż-żona tal-produzzjoni. Il-produtturi issa għandhom vinji għad-dispożizzjoni tagħhom fejn id-dwieli jistgħu jiġu mħarrġa b’mod aktar effiċjenti u l-għeneb jista’ jiġi prodott bl-istess livell ta’ kwalità bħal qabel iżda b’rendimenti ogħla. Il-prodotti tal-inbid li jistħoqqilhom ir-reputazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika “Dunántúl” jistgħu jiġu prodotti wkoll f’dawn il-livelli ta’ rendiment. |
2. Varjetajiet ġodda ta’ għeneb permessi (Aletta, Generosa)
|
(a) |
L-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata:
|
|
(b) |
L-intestatura tad-Dokument Uniku affettwata:
|
|
(c) |
Raġuni Għadd ta’ varjetajiet ġodda u qodma ġew introdotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ tnissil tad-dwieli Ungeriżi matul l-aħħar 50 sena, u diversi għexieren ta’ snin ta’ esperjenza ta’ tkabbir tagħhom urew l-adegwatezza tagħhom għat-tkabbir ta’ għeneb ta’ kwalità fiż-żona ġeografika demarkata. Minn dawn il-varjetajiet, Aletta u Generosa huma sinifikanti ħafna, billi l-prodotti tal-għeneb magħmulin minnhom isaħħu r-reputazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika “Dunántúl”. |
3. Estensjoni taż-żona demarkata biex tinkludi t-transdanubia kollha u l-partijiet ta’ budapest u tal-kontea ta’ pest li jinsabu fuq ix-xatt tax-xellug tal-kanal prinċipali tad-danubju
|
(a) |
L-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata:
|
|
(b) |
L-intestatura tad-Dokument Uniku affettwata:
|
|
(c) |
Raġuni Iż-żona tal-produzzjoni għall-inbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika “Dunántúl” tiġbor fiha s-sottoreġjuni Transdanubjani tal-inbid, iżda minħabba d-demarkazzjoni bbażata fuq il-kontej, il-partijiet tal-kontea ta’ Pest u ta’ Budapest li jinsabu fuq ix-xatt tax-xellug tad-Danubju, li huma komponenti importanti tas-sottoreġjun tal-inbid ta’ Etyek-Budai, sfortunatament ġew esklużi miż-żona tal-produzzjoni. |
Il-muniċipalitajiet ikkonċernati jiffurmaw unità ġeografika waħda maż-żona tal-produzzjoni attwali, u għalhekk prodotti tal-inbid ta’ karattru simili għal dawk prodotti fiż-żona tal-produzzjoni attwali jistgħu wkoll jiġu prodotti hemmhekk.
Iż-żoni koperti mill-estensjoni huma parti integrali minn Transdanubia, b’tali mod li l-konsumaturi jqisu l-inbejjed prodotti hemmhekk bħala nbejjed “Dunántúli”.
4. Emenda rigward il-produzzjoni tal-prodott barra miż-żona tal-produzzjoni demarkata (teknika)
|
(a) |
L-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata:
|
|
(b) |
L-intestatura tad-Dokument Uniku affettwata:
|
|
(c) |
Raġuni Minħabba li ż-żona demarkata ġiet estiża, huwa meħtieġ li ssir emenda teknika li tikkonsisti fit-tneħħija tal-insedjamenti li saru parti miż-żona tal-produzzjoni miż-żona fejn isir l-inbid barra miż-żona tal-produzzjoni. |
DOKUMENT UNIKU
1. Isem il-prodott
Dunántúli
Dunántúl
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta
3. Kategoriji tal-prodott tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Abjad
Inbejjed ħfief, li jvarjaw fil-kulur minn isfar ħadrani għal isfar dehbi, b’aroma ta’ intensità medja u aċidi żviluppati sew.
|
* |
Il-qawwa alkoħolika totali massima u t-total massimu ta’ diossidu tal-kubrithuma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (% tal-volum) |
9 |
|
Aċidità totali minima |
4 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (mEq/l) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l) |
|
Aħmar
Kulur krimżi għal rubin, b’aroma ta’ frott, b’kontenut medju ta’ tannini u aċidi armonjużi żviluppati sew.
|
* |
Il-qawwa alkoħolika totali massima u t-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (% tal-volum) |
9 |
|
Aċidità totali minima |
4 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (mEq/l) |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l) |
|
Rożè
Kulur roża lewn is-salamun għal aħmar ċar, b’aroma ta’ intensità medja u aċidi żviluppati sew.
|
* |
Il-qawwa alkoħolika totali massima u t-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE. |
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (% tal-volum) |
9 |
|
Aċidità totali minima |
4 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (mEq/l) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Regoli tat-taħriġ tad-dwieli
Prattika tat-taħriġ tad-dwieli
Fil-każ ta’ vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2010: taħriġ umbrella, Moser, Sylvos, b’zokk wieħed baxx, medju-għoli u għoli, Guyot, forma ta’ purtiera waħda, bil-kuruna, gobelet u lyre.
Densità tat-tħawwil: min. 3 300 dielja għal kull ettaru.
Għall-vinji mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, kwalunkwe metodu ta’ taħriġ u densità tat-tħawwil awtorizzati qabel, sakemm tissokta l-produzzjoni fil-vinja.
Kontenut minimu ta’ zokkor fl-għeneb, espress bħala qawwa alkoħolika potenzjali u bħala grad ta’ most Ungeriż
Prattika tat-taħriġ tad-dwieli
Abjad, rożè, aħmar: 8 % vol. (13,4 °grad ta’ most Ungeriż)
Metodu u data tal-ħsad
Prattika tat-taħriġ tad-dwieli
Metodu tal-ħsad: jiġi permess ħsad mekkaniku u manwali
L-iffissar tad-data tal-ħsad: kull sena, l-ewwel data tal-ħsad hija l-1 ta’ Awwissu.
Prattiki enoloġiċi mhux permessi:
Prattika enoloġika speċifika
|
1. |
Għall-inbid “Dunántúli”, l-għeneb jiġi pproċessat bl-użu ta’ metodi ġenerali tal-ipproċessar. Mill-prattiki enoloġiċi elenkati fit-tabella fl-Anness I.A għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009, dawk speċifikati fir-ringieli 14 u 32 mhumiex permessi għall-użu. |
b. Rendimenti massimi
Inbid
160 hl/ha
Inbid – ħsad manwali
22 700 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Inbid – ħsad mekkaniku
21 700 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żoni elenkati bħala Klassi I jew II fil-katast tal-vinji li jinsabu f’Budapest u fil-kontej ta’ Baranya u ta’ Pest fuq ix-xatt tal-lemin tal-kanal prinċipali tad-Danubju, u fil-kontej ta’ Fejér, Győr-Moson-Sopron, Komárom-Esztergom, Somogy, Tolna, Vas, Veszprém u Zala.
7. Varjetà (varjetajiet) ewlenija tal-għeneb
Aletta
Alibernet
Alicante boushet
Bacchus
Bianca
Blauburger
Blauer Frühburgunder
Blauer Silvaner
Budai - Budai zöld
Budai - Zöld budai
Budai - Zöldfehér
Budai - Zöldszőlő
Bíbor kadarka
Cabernet franc - Cabernet
Cabernet franc - Carbonet
Cabernet franc - Carmenet
Cabernet franc - Gros cabernet
Cabernet franc - Gros vidur
Cabernet franc - Kaberne fran
Cabernet sauvignon
Chardonnay - Chardonnay blanc
Chardonnay - Kereklevelű
Chardonnay - Morillon blanc
Chardonnay - Ronci bilé
Chasselas - Chrupka belia
Chasselas - Fehér fábiánszőlő
Chasselas - Fehér gyöngyszőlő
Chasselas - Fendant blanc
Chasselas - Saszla belaja
Chasselas - Weisser Gutedel
Csabagyöngye - Pearl of Csaba
Csabagyöngye - Perla czabanska
Csabagyöngye - Perla di Csaba
Csabagyöngye - Perle di Csaba
Csabagyöngye - Perle von Csaba
Csabagyöngye - Vengerskii muskatnii rannüj
Csabagyöngye - Zsemcsug szaba
Cserszegi fűszeres
Csomorika - Csomor
Csomorika - |Gyüdi fehér
Csomorika - Szederkényi fehér
Csókaszőlő
Domina
Dornfelder
Ezerfürtű
Ezerjó - Kolmreifler
Ezerjó - Korponai
Ezerjó - Szadocsina
Ezerjó - Tausendachtgute
Ezerjó - Tausendgute
Ezerjó - Trummertraube
Furmint - Furmint bianco
Furmint - Moslavac bijeli
Furmint - Mosler
Furmint - Posipel
Furmint - Som
Furmint - Szigeti
Furmint - Zapfner
Generosa
Hamburgi muskotály - Miszket hamburgszki
Hamburgi muskotály - Moscato d’Amburgo
Hamburgi muskotály - Muscat de Hambourg
Hamburgi muskotály - Muscat de Hamburg
Hamburgi muskotály - Muszkat gamburgszkij
Hárslevelű - Feuilles de tilleul
Hárslevelű - Garszleveljü
Hárslevelű - Lindeblättrige
Hárslevelű - Lipovina
Irsai Olivér - Irsai
Irsai Olivér - Muskat Olivér
Irsai Olivér - Zolotis
Irsai Olivér - Zolotisztüj rannüj
Juhfark - Fehérboros
Juhfark - Lämmerschwantz
Juhfark - Mohácsi
Juhfark - Tarpai
Kadarka - Csetereska
Kadarka - Fekete budai
Kadarka - Gamza
Kadarka - Jenei fekete
Kadarka - Kadar
Kadarka - Kadarka negra
Kadarka - Negru moale
Kadarka - Szkadarka
Kadarka - Törökszőlő
Karát
Királyleányka - Dánosi leányka
Királyleányka - Erdei sárga
Királyleányka - Feteasca regale
Királyleányka - Galbena de ardeal
Királyleányka - Königliche Mädchentraube
Királyleányka - Königstochter
Királyleányka - Little princess
Korai piros veltelini - Crvena babovina
Korai piros veltelini - Eper szőlő
Korai piros veltelini - Frühroter Velteliner
Korai piros veltelini - Malvasia rossa
Korai piros veltelini - Piros malvazia
Korai piros veltelini - Velteliner rouge précoce
Korai piros veltelini - Veltlinske cervené skoré
Korona
Kék bakator
Kékfrankos - Blauer lemberger
Kékfrankos - Blauer limberger
Kékfrankos - Blaufränkisch
Kékfrankos - Limberger
Kékfrankos - Moravka
Kéknyelű - Blaustängler
Kékoportó - Blauer portugieser
Kékoportó - Modry portugal
Kékoportó - Portugais bleu
Kékoportó - Portugalske modré
Kékoportó - Portugizer
Kövidinka - a Dinka crvena
Kövidinka - a Dinka mala
Kövidinka - a Dinka rossa
Kövidinka - a Kamena dinka
Kövidinka - a Ruzsica
Kövidinka - Steinschiller
Kövérszőlő - Grasa
Kövérszőlő - Grasa de cotnari
Leányka - Dievcenske hrozno
Leányka - Feteasca alba
Leányka - Leányszőlő
Leányka - Mädchentraube
Menoire
Merlot
Nektár
Nero
Olasz rizling - Grasevina
Olasz rizling - Nemes rizling
Olasz rizling - Olaszrizling
Olasz rizling - Riesling italien
Olasz rizling - Risling vlassky
Olasz rizling - Taljanska grasevina
Olasz rizling - Welschrieslig
Ottonel muskotály - Miszket otonel
Ottonel muskotály - Muscat ottonel
Ottonel muskotály - Muskat ottonel
Pinot blanc - Fehér burgundi
Pinot blanc - Pinot beluj
Pinot blanc - Pinot bianco
Pinot blanc - Weissburgunder
Pinot noir - Blauer Burgunder
Pinot noir - Kisburgundi kék
Pinot noir - Kék burgundi
Pinot noir - Kék rulandi
Pinot noir - Pignula
Pinot noir - Pino csernüj
Pinot noir - Pinot cernii
Pinot noir - Pino nero
Pinot noir - Pino tinto
Pinot noir - Rulandski modre
Pinot noir - Savagnin noir
Pinot noir - Spätburgunder
Pintes
Piros bakator - Bakar rózsa
Piros bakator - Bakator rouge
Piros bakator - Bakatortraube
Piros veltelini - Nagyságos
Piros veltelíni - Fleischtraube
Piros veltelíni - Somszőlő
Piros veltelini - Velteliner rouge
Piros veltelíni - Veltlinské cervené
Piros veltelíni - Veltlinszki rozovij
Pátria
Pölöskei muskotály
Rajnai rizling - Johannisberger
Rajnai rizling - Rheinriesling
Rajnai rizling - Rhine riesling
Rajnai rizling - Riesling
Rajnai rizling - Riesling blanc
Rajnai rizling - Weisser Riesling
Rizlingszilváni - Müller Thurgau
Rizlingszilváni - Müller Thurgau bijeli
Rizlingszilváni - Müller Thurgau blanc
Rizlingszilváni - Rivaner
Rizlingszilváni - Rizvanac
Rozália
Rubintos
Rózsakő
Sagrantino
Sauvignon - Sauvignon bianco
Sauvignon - Sauvignon bijeli
Sauvignon - Sauvignon blanc
Sauvignon - Sovinjon
Semillon - Petit semillon
Semillon - Semillon bianco
Semillon - Semillon blanc
Semillon - Semillon weisser
Syrah - Blauer Syrah
Syrah - Marsanne noir
Syrah - Serine noir
Syrah - Shiraz
Syrah - Sirac
Szürkebarát - Auvergans gris
Szürkebarát - Grauburgunder
Szürkebarát - Graumönch
Sszürkebarát - Pinot grigio
Szürkebarát - Pinot gris
Szürkebarát - Ruländer
Sárfehér
Sárga muskotály - Moscato bianco
Sárga muskotály - Muscat blanc
Sárga muskotály - Muscat bélüj
Sárga muskotály - Muscat de Frontignan
Sárga muskotály - Muscat de Lunel
Sárga muskotály - Muscat Lunel
Sárga muskotály - Muscat sylvaner
Sárga muskotály - Muscat zlty
Sárga muskotály - Muskat weisser
Sárga muskotály - Weiler
Sárga muskotály - Weisser
Tannat
Tramini - Gewürtztraminer
Tramini - Roter traminer
Tramini - Savagnin rose
Tramini - Tramin cervené
Tramini - Traminer
Tramini - Traminer rosso
Turán
Viktória gyöngye
Viognier
Vulcanus
Zalagyöngye
Zefír
Zengő
Zenit
Zeus
Zweigelt - Blauer Zweigeltrebe
Zweigelt - Rotburger
Zweigelt - Zweigeltrebe
Zöld szagos - Decsi szagos
Zöld szagos - Zöld muskotály
Zöld szilváni - Grüner Sylvaner
Zöld szilváni - Silvanec zeleni
Zöld szilváni - Sylvánske zelené
Zöld veltelíni - Grüner muskateller
Zöld veltelíni - Grüner veltliner
Zöld veltelíni - Veltlinské zelené
Zöld veltelíni - Zöldveltelíni
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
“Inbid - Deskrizzjoni taż-żona demarkata”
Iż-żona tal-produzzjoni demarkata għall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Dunántúl” tinkludi r-reġjun Transdanubjan tal-Ungerija. Żewġ fatturi jżidu l-karattru sub-Mediterranju mal-klima kontinentali tar-reġjun: il-flussi tal-arja li jġibu l-arja friska u niedja tal-għoljiet u tal-oċean mill-Punent, u l-flussi tal-arja min-Nofsinhar li jġibu arja niexfa u sħuna mill-Baħar Mediterran lejn it-Transdanubia. Is-sjuf huma aktar umdi u inqas sħan milli fir-reġjuni tal-Mediterran, filwaqt li l-ħarifa tkun aktar xemxija u xotta minn f’reġjuni oħra bi klima kontinentali.
It-temperatura medja annwali hija ta’ 9-11 °C, u jkun hemm madwar 1 900 siegħa ta’ xemx fis-sena. Ix-xita tvarja bejn 600 u 800 mm fis-sena. It-Transdanubia għandha art bl-għoljiet u hija maqsuma minn meded ta’ muntanji medji għoljin. Bħala riżultat ta’ dawn il-karatteristiċi, hemm nixxigħat jew xmajjar u, f’xi każijiet, lagi viċin il-biċċa l-kbira tal-insedjamenti. Il-ħamrija taż-żona tal-produzzjoni demarkata ta’ Dunántúl hija ħamrija kannella tal-foresta tat-tip Ramann bl-illuvjazzjoni tat-tafal.
“Inbid - Deskrizzjoni tal-inbejjed”
Irrispettivament mit-tip, l-inbejjed kollha “Dunántúli” huma kkaratterizzati minn aromi diskreti, medji u minn aċidi żviluppati sew u freskezza ħafifa, kif ilhom għal sekli sħaħ, u fuq dan hija mibnija r-reputazzjoni tagħhom. It-tradizzjoni tal-vitikultura tista’ probabbilment tiġi traċċata lura għaċ-Ċelti fiż-żminijiet ta’ qabel ir-Rumani. Il-provinċja Rumana ta’ Pannonia, li tikkorrispondi għal dik li issa tissejjaħ it-Transdanubia, kellha kultura tal-inbid tant żviluppata tajjeb u kienet tipproduċi nbid ta’ kwalità tant eċċellenti li l-Imperatur Domitian ipprojbixxa t-tkabbir tal-għeneb fir-reġjun minħabba li l-inbejjed li kien jipproduċi kienu jħabbtuha mal-inbejjed Taljani. L-Imperatur Probus neħħa l-projbizzjoni, u dan immarka l-bidu ta’ perjodu ta’ żvilupp mgħaġġel għall-inbejjed Pannonjani, jiġifieri l-inbejjed ta’ Dunántúl tal-lum.
Il-vitikultura kienet importanti wkoll għall-ewwel kolonizzaturi Ungeriżi fit-Transdanubia u kienet sors ta’ dħul għall-abitanti lokali: l-inbid kien prodott importanti għall-esportazzjoni mibjugħ fi kwantitajiet kbar lil pajjiżi ġirien.
Il-popolazzjoni tar-reġjun naqset matul il-konkwista tal-Ottomani, iżda l-immigranti Serbi li waslu introduċew numru ta’ varjetajiet ta’ għeneb ġodda, bil-Kadarka tkun l-aktar magħrufa minn dawn.
Il-produzzjoni tal-għeneb għall-inbid aħmar, inklużi l-varjetajiet bħall-Kékoportó, ġiet introdotta fit-Transdanubia mill-Ġermaniżi etniċi li waslu f’numri kbar fl-insedjamenti tat-tkabbir tal-għeneb tar-reġjun wara li t-Torok ġew imkeċċija. Mit-tmiem tal-ħakma Ottomana sal-bidu tal-epidemija tal-fillosera, kien hemm domanda għall-inbejjed tad-Dunántúl mill-provinċji kollha tal-Imperu Habsburg.
Il-perjodu ta’ rikostruzzjoni wara l-epidemija tal-fillosera ra ż-żieda ta’ varjetajiet bħal Olasz rizling u Szürkebarát, li huma tipiċi tar-reġjun, u ta’ varjetajiet internazzjonali bħal chardonnay, li jrendu kwalità għolja u jadattaw sew għall-kundizzjonijiet tat-tkabbir lokali.
Matul l-aħħar sittin sena, il-firxa ta’ varjetajiet prodotti ġiet imkabbra biż-żieda ta’ numru ta’ varjetajiet ġodda, li issa huma marbuta mill-qrib mat-Transdanubia. Dawn jinkludu varjetajiet aromatiċi, bħal Irsai Olivér, Cserszegi fűszeres u Sauvignon, li saru inseparabbli mit-Transdanubia, kif ukoll varjetajiet tal-għeneb għall-inbid aħmar bħal Merlot, Cabernet sauvignon, u Cabernet franc.
Minħabba r-riformi strutturali wara l-bidla fir-reġim fl-Ungerija, il-miġja ta’ aktar varjetajiet aromatiċi ġodda u sforzi intensivi ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-inbid “Dunántúli” sar wieħed mill-inbejjed Ungeriżi l-aktar imfittxija sas-seklu 21. Jinbiegħ fis-suq domestiku u fis-swieq barranin, li bħalissa l-aktar importanti fosthom huma l-pajjiżi Nordiċi (l-Iżvezja u l-Finlandja) u l-pajjiżi Visegrád.
“Inbid - Preżentazzjoni u dimostrazzjoni tar-rabta kawżali”
Il-flussi tal-arja mill-punent li jinfluwenzaw il-klima ta’ Transdanubia jiżguraw li x-xita tkun biżżejjed anke fil-perjodu tas-sajf, u għalhekk in-numru ta’ jiem niexfa huwa baxx meta mqabbel ma’ reġjuni kontinentali oħra fuq l-istess latitudni. Bis-saħħa tal-kapaċità taż-żamma tal-ilma tal-ħamrija kannella tal-foresta, id-dwieli għandhom provvista ta’ ilma adegwata anke fis-sħana tas-sajf.
In-nies li jgħixu fiż-żona tal-produzzjoni ta’ Dunántúli ġeneralment iħawlu l-varjetajiet tal-għeneb b’maturazzjoni medja-tard (eż. Kadarka, Kékoportó) u tard (eż. Olaszrizling, Kékfrankos, Szürkebarát), li huma tipiċi ta’ Transdanubia, fuq il-ġnub tal-għoljiet u tal-muntanji b’esponiment għan-Nofsinhar, ix-Xlokk jew il-Lbiċ. Ir-raġġi tax-xemx riflessi lura mill-wiċċ tan-nixxigħat, ix-xmajjar u l-lagi f’riġlejn l-għoljiet jgħinu lill-għeneb jimmatura fil-ħarifa twila xemxija attribwibbli għall-antiċikluni Mediterranji. Minħabba dan, l-inbejjed “Dunántúli” għandhom aċidi maturi żviluppati sew, u l-inbejjed rożè u ħomor għandhom tannini qishom ħarir u eleganti u huma rikki fit-togħma.
Huma t-togħmiet rikki tal-inbejjed flimkien mal-ħiliet kummerċjali tal-produtturi tal-inbid li bnew ir-reputazzjoni tal-inbejjed “Dunántúli” fis-swieq domestiċi u internazzjonali. Ir-rikonoxximent tal-kwalità tal-inbejjed “Dunántúli” huwa ppruvat mill-fatt li, matul l-aħħar 19-il sena, 13-il produttur tal-inbid minn Transdanubia rebħu l-premju “Produttur tal-Inbid tas-Sena”, l-aktar premju tal-inbid prestiġjuż tal-Ungerija li ġie ppreżentat kull sena mill-1991.
Is-suċċess tal-inbejjed “Dunántúli” fis-suq huwa muri mill-fatt li kważi tliet kwarti tal-inbejjed ta’ IĠP “Dunántúli” jinbiegħu fis-26 Stat Membru l-ieħor tal-UE. L-inbejjed bl-indikazzjoni “Dunántúli” jammontaw għal kważi 10 % tal-esportazzjonijiet totali tal-inbid Ungeriż.
9. Kundizzjonijiet ulterjuri essenzjali (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)
Speċifikazzjonijiet dwar l-indikazzjoni tal-kategorija tal-protezzjoni tal-oriġini
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Regoli dwar l-indikazzjonijiet
L-espressjoni oltalom alatt álló földrajzi jelzés [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] tista’ tiġi sostitwita bl-espressjoni tradizzjonali tájbor [inbid tal-pajjiż].
L-espressjoni Transdanubia tista’ tiġi inkluża wkoll fl-istess kamp viżiv bħall-espressjoni Dunántúl oltalom alatt álló földrajzi jelzés [Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Dunántúl”].
Regoli dwar l-espressjonijiet li jistgħu jiġu indikati
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-espressjonijiet li jistgħu jiġu indikati
Abjad:
|
— |
Vendemmja verġni jew első szüret |
Muskotály [Muscat]
|
— |
Cuvée jew Küvé |
|
— |
Szűretlen [mhux iffiltrat] |
|
— |
Primőr [primeur] jew Újbor [inbid ġdid] |
|
— |
barrique, jew barrique-ban erjesztett (iffermentat fil-btieti) jew ...hordóban erjesztett [iffermentat fil-krietel] jew ...Barrique-ban érlelt [immaturat fil-btieti] jew ...hordóban érlelt [immaturat fil-krietel] |
Rosé:
|
— |
Vendemmja verġni jew első szüret |
|
— |
Cuvée jew Küvé |
|
— |
Szűretlen [mhux iffiltrat] |
|
— |
Primőr [primeur] jew Újbor [inbid ġdid] |
Aħmar:
|
— |
Siller |
|
— |
Vendemmja verġni jew első szüret |
|
— |
Cuvée jew Küvé |
|
— |
Szűretlen [mhux iffiltrat] |
|
— |
Primőr [primeur] jew Újbor [inbid ġdid] |
|
— |
barrique, jew barrique-ban erjesztett (iffermentat fil-btieti) jew ...hordóban erjesztett [iffermentat fil-krietel] jew ...Barrique-ban érlelt [immaturat fil-btieti] jew ...hordóban érlelt [immaturat fil-krietel] |
Regoli dwar l-użu tal-espressjoni muskotály
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-espressjoni muskotály, li l-użu tagħha huwa ristrett, tista’ tidher fuq inbejjed bil-kompożizzjoni varjetali li ġejja:
|
(i) |
mill-inqas 85 % (eskluża l-kwantità ta’ prodotti użati għat-taħlil) - Csabagyöngye, Hamburgi muskotály, Mátrai muskotály, Cserszegi fűszeres, Irsai Olivér, Nektár, Ottonel muskotály, Pölöskei muskotály, Sárga muskotály u Zefír; |
|
(ii) |
mill-inqas 15 % - Bacchus, Piros Bakator, Bianca, Blauer Silvaner, Budai, Chardonnay, Chasselas, Csomorika, Ezerfürtű, Ezerjó, Furmint, Generosa, Hárslevelű, Juhfark, Karát, Kéknyelű, Királyleányka, Korai piros veltelíni, Korona, Kövérszőlő, Kövidinka, Leányka, Olasz rizling, Pátria, Pinot blanc, Pintes, Piros veltelíni, Rajnai rizling, Rizlingszilváni, Rozália, Rózsakő, Sárfehér, Sauvignon, Semillon, Szürkebarát, Tramini, Viktória gyöngye, Vulcanus, Zala gyöngye, Zengő, Zenit, Zeus, Zöld veltelíni, Zöld szagos, Zöld szilváni u Viognier |
Produzzjoni barra miż-żona tal-produzzjoni demarkata
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
|
— |
Il-Kontea ta’ Bács-Kiskun: |
Akasztó, Apostag, Ágasegyháza, Baja, Ballószög, Balotaszállás, Bácsalmás, Bácsszőlős, Bátmonostor, Bócsa, Borota, Bugac, Császártöltés, Csátalja, Csávoly, Csengőd, Csikéria, Csólyospálos, Dávod, Dunapataj, Dunavecse, Dusnok, Érsekcsanád, Érsekhalma, Felsőlajos, Fülöpháza, Fülöpjakab, Fülöpszállás, Hajós, Harkakötöny, Harta, Helvécia, Imrehegy, Izsák, Jakabszállás, Jánoshalma, Jászszentlászló, Kaskantyú, Kecel, Kecskemét, Kelebia, Kéleshalom, Kerekegyháza, Kiskőrös, Kiskunfélegyháza, Kiskunhalas, Kiskunmajsa, Kisszállás, Kunbaja, Kunbaracs, Kunfehértó, Kunszállás, Kunszentmiklós, Ladánybene, Lajosmizse, Lakitelek, Mélykút, Móricgát, Nagybaracska, Nemesnádudvar, Nyárlőrinc, Orgovány, Páhi, Pirtó, Rém, Solt, Soltszentimre, Soltvadkert, Sükösd, Szabadszállás, Szank, Szentkirály, Tabdi, Tázlár, Tiszaalpár, Tiszakécske, Tiszazug, Tompa, Vaskút u Zsana.
u
|
— |
Il-Kontea ta’ Pest |
Abony, Albertirsa, Budapest-Rákosliget, Cegléd, Ceglédbercel, Csemő, Dány, Dömsöd, Gomba, Hernád, Inárcs, Kakucs, Kerepes, Kisnémedi, Kocsér, Kóka, Mogyoród, Monor, Monori erdő, Nagykőrös, Nyársapát, Ócsa, Őrbottyán, Örkény, Pilis, Ráckeve, Szada, Szigetcsép, Szigetszentmárton, Szigetújfalu, Tápiószele, Tápiószentmárton, Tóalmás, Tököl, Újlengyel, Vác, Vácegres, Vácrátót u Veresegyház,
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://boraszat.kormany.hu/admin/download/4/e8/92000/Dunantul%20OFJ_%20standard_v3.pdf