ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 251

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
31 ta' Lulju 2020


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2020/C 251/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Lulju 2020 dwar id-distribuzzjoni ta’ dividendi waqt il-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/19 (BĊE/2020/35)

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2020/C 251/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1136, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1129 dwar miżuri restrittivi kontra

4

2020/C 251/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

6

2020/C 251/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, gruppi u entitajiet inklużi fil-lista’ soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132, u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128

7

2020/C 251/05

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data inklużi fil-lista' ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132, u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128

8

2020/C 251/06

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1137, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

9

2020/C 251/07

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

10

2020/C 251/08

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1127, u fir-Regolament tal-Kunsill 2019/796, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1125 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

11

2020/C 251/09

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

12

2020/C 251/10

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1126,u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1124 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

13

2020/C 251/11

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

14

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 251/12

Rata tal-kambju tal-euro — It-30 ta' Lulju 2020

15

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 251/13

Eżenzjonijiet nazzjonali għall-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 (AMLD) Lista tal-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw lil fornituri ta’ ċerti servizzi tal-logħob tal-azzard minn dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (Dan it-test jikkanċella u jissostitwixxi t-test ippubblikat f’Il- ĠU C 170, 18.5.2020, p. 23 )

16

2020/C 251/14

Proċeduri ta’ likwidazzjoni Id-Deċiżjoni li jinfetħu proċedimenti ta’ falliment għal Societatea Certasig — Societate de Asigurtare și Reasiguras — S.A. (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (L-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni))

19


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 251/15

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Kawża M.9899 — KKR/Koos Holding Cooperatief) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

20

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 251/16

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skontl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

22


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta’ Lulju 2020

dwar id-distribuzzjoni ta’ dividendi waqt il-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/19

(BĊE/2020/35)

(2020/C 251/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Marzu 2020, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) li rrakkomanda li tal-anqas sal-1 ta’ Ottubru 2020 l-istituzzjonijiet ta’ kreditu m’għandhom iħallsu l-ebda dividend u ma jidħlu għal ebda impenn irrevokabbli biex iħallsu dividendi għas-snin finanzjarji 2019 u 2020 u li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu joqogħdu lura minn xiri lura ta’ ishma mmirat biex tingħata remunerazzjoni lill-azzjonisti. Din ir-rakkomandazzjoni kienet ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni illi huwa kruċjali li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkomplu jwettqu l-irwol tagħhom li jiffinanzjaw lill-unitajiet domestiċi, l-impriżi żgħar u medji u l-korporazzjonijiet waqt ix-xokk ekonomiku marbut mal-COVID 19. Għalhekk kien meqjus essenzjali li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkonservaw il-kapital sabiex iżommu l-kapaċità tagħhom li jappoġġaw lill-ekonomija f’ambjent ta’ inċertezza akbar ikkawżata mill-pandemija tal-COVID 19. Għal dan il-għan, ġie kkunsidrat li l-konservazzjoni ta’ riżorsi kapitali biex tiġi appoġġata l-ekonomija reali u biex jiġi assorbit it-telf għandha tieħu prijorità fuq id-distribuzzjonijiet diskrezzjonali ta’ dividendi u x-xiri lura ta’ ishma.

(2)

B’rabta mar-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/19, il-BĊE wettaq ħidma biex ikompli jevalwa s-sitwazzjoni ekonomika u jikkunsidra jekk huwiex rakkomandabbli li jkun hemm sospensjoni ulterjuri tad-dividendi wara l-1 ta’ Ottubru 2020. F’dan il-kuntest, il-BĊE jikkunsidra li l-livell ta’ inċertezza ekonomika minħabba l-pandemija tal-COVID-19 jibqa’ għoli u, konsegwentement, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu qed ikollhom diffikultajiet biex ibassru b’mod preċiż il-ħtiġijiet kapitali tagħhom fuq żmien medju. Il-BĊE jikkunsidra wkoll illi hemm ħtieġa kontinwa f’dan l-ambjent ta’ inċertezza sistemika eċċezzjonali u kundizzjonijiet ekonomiċi ta’ stress għall-ippjanar tal-kapital prudenti, li jinkludi l-preżervazzjoni tal-pożizzjoni kapitali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu billi jiġu posposti jew ikkanċellati d-distribuzzjonijiet. Għalhekk, il-BĊE jikkunsidra li huwa meħtieġ li jestendi r-rakkomandazzjoni dwar id-dividendi sal-1 ta’ Jannar 2021 u li jħassar ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/19. Dan l-approċċ huwa konsistenti wkoll mar-Rakkomandazzjoni BERS/2020/7 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3).

(3)

Filwaqt li jqis bis-sħiħ l-unità u l-integrità tas-suq intern, il-BĊE jara l-ħtieġa li jidħol f’diskussjonijiet mal-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri ikkonċernati sabiex jiddetermina jekk huwiex xieraq li d-dividendi jitħallsu lil istituzzjoni omm, lill-kumpanija azzjonarja finanzjarja omm jew lill-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm li hija stabbilita fi Stat Membru li mhuwiex Stat Membru parteċipanti. Dawn id-diskussjonijiet għandhom ikunu ggwidati, inter alia, mill-prinċipji ta’ ekwivalenza u reċiproċità bil-għan li jiġi appoġġat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tal-Unjoni bħala ħaġa sħiħa, sabiex tiġi ppreżervata pożizzjoni kapitali soda ta’ istituzzjoni ta’ kreditu minn perspettiva prudenzjali u sabiex tikkontribwixxi lejn l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni u kull Stat Membru.

(4)

Sabiex jimmassimizza l-appoġġ għall-ekonomija reali, huwa xieraq ukoll li distribuzzjonijiet diskrezzjonarji tad-dividendi ukoll ma għandhomx isiru minn istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti,

(5)

Filwaqt li din il-miżura hija ta’ natura temporanja li hija meħtieġa biss minħabba dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, il-BĊE beħsiebu jiddeċiedi fir-raba’ trimestru tal-2020 dwar l-approċċ li għandu jiġi segwit wara l-1 ta’ Jannar 2021, filwaqt li jitqiesu l-ambjent ekonomiku, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u l-livell ta’ ċertezza madwar l-ippjanar tal-kapital.

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

I.

1.

Il-BĊE jirrakkomanda li sal-1 ta’ Jannar 2020 ma jitħallas ebda dividend (4) u ma jingħata ebda impenn biex jitħallsu dividendi għas-snin finanzjarji 2019 u 2020 u li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu joqogħdu lura minn xiri lura ta’ ishma mmirat biex tingħata remunerazzjoni lill-azzjonisti (5).

2.

L-Istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex kapaċi jikkonformaw ma’ din ir-Rakkomandazzjoni għaliex iqisu li huma legalment meħtieġa li jħallsu dividendi għandhom jispjegaw minnufih ir-raġunijiet sottostanti lit-tim superviżorju konġunt tagħhom.

3.

Din ir-rakkomandazzjoni tapplika fuq livell konsolidat ta’ grupp sinifikanti taħt superviżjoni kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (6) u fuq livell individwali ta’ entità sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefinit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17), jekk tali entità sinifikanti taħt superviżjoni ma tkunx parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni.

4.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkun beħsiebhom iħallsu dividenti jew li jħallsu dividendi lill-istituzzjoni omm, kumpanija azzjonarja finanzjarja omm jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tagħhom, li tkun stabbilita fi Stat Membru li ma jkunx Stat Membru parteċipanti għandhom jikkuntattjaw lit-tim superviżorju konġunt tagħhom sabiex jiddeterminaw jekk dawk il-ħlasijiet ta’ dividends jew impenji irrevokabbli biex isir ħlas ta’ dividend humiex xierqa.

II.

Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lil entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefiniti fil-punti (16) u (22) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17).

III.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata wkoll lill-awtorità nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 2(7) u (23) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17). L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma mistennija li japplikaw din ir-Rakkomandazzjoni għal dawk l-entitajiet u gruppi, kif jitqies li huwa xieraq.

IV.

Minħabba n-natura temporanja ta’ din il-miżura, il-BĊE ser ikompli jevalwa s-sitwazzjoni ekonomika u jikkunsidra jekk huwiex rakkomandabbli li jkun hemm sospensjoni ulterjuri tad-dividendi wara l-1 ta’ Jannar 2021.

V.

Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/19 hija b’dan imħassra.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Lulju 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  Rakkomandazzjoni BĊE/2020/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2020 dwar id-distribuzzjoni tad-dividendi matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/1 (ĠU C 102 I, 30.3.2020, p. 1).

(3)  Rakkomandazzjoni BERS/2020/7 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-27 ta’ Mejju 2020 dwar ir-restrizzjoni tad-distribuzzjonijiet waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU C 212, 26.6.2020, p. 1).

(4)  L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jista’ jkollhom diversi forom legali, eż. kumpaniji elenkati u kumpanniji mhux b’ishma konġunti bħal kumpaniji reċiproki, kooperattivi jew istituzzjonijiet ta’ tfaddil. It-terminu “dividend” kif użat f’din ir-Rakkomandazzjoni jirreferi għal kwalunkwe tip ta’ ħlas ’il barra b’rabta ma’ kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li għandu l-effett li jnaqqas il-kwantità jew il-kwalità ta’ fondi proprji.

(5)  Jekk istituzzjoni finanzjarja riedet tissostitwixxi ishma ordinarji, dan ikun konformi ma’ din ir-Rakkomandazzjoni.

(6)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/4


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1136, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1129 dwar miżuri restrittivi kontra

(2020/C 251/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II u fl-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1136 (2), u fl-Anness XV u fl-Anness XVI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1129 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1136, u fir-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (EU) 2020/1129, għandhom ikomplu japplikaw għall-persuni ddeżinjati fl-Anness II u fl-Anness III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, u fl-Anness XV u fl-Anness XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509. Ir-raġunijiet għall-elenkar ta’ dawk il-persuni jinsabu f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti elettroniċi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-28 ta’ Frar 2021, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni li tasal għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) 2017/1509.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 u fir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 30.

(3)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

(4)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 5.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/6


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

(2020/C 251/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1136 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1129 (5).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, it-Tkabbir u l-Protezzjoni Ċivili - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1136, u r-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2020/1129.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u fir-Regolament (UE) 2017/1509.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont il-ħtieġa mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew minn meta tiskadi l-validità tal-miżura, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(3)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 30.

(4)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

(5)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 5.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/7


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, gruppi u entitajiet inklużi fil-lista’ soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132, u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128

(2020/C 251/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet imsemmija hawn fuq elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132 (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128 (2) + għall-informazzjoni li ġejja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista msemmija hawn soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3) tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (4) tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi, skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.

Il-persuni, il-gruppi jew l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għaż-żamma tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom). Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union (Attn: COMET designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

B-1048 Brussels

BELGIUM

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u jinżammu fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sal-1 ta’ Ottubru 2020.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deżinjazzjoni tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 247, 31.7.2001, p. 18.

(2)  ĠU L 247, 31.7.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(4)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/8


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data inklużi fil-lista' ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132, u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128

(2020/C 251/05)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (2), kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa r-RELEX.1.C li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2001/931/PESK, kif aġġornata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1132, u r-Regolament (UE) Nru 2580/2001, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2020/1128.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża, skont il-ħtieġa, mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwieġeb f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(3)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 18.

(4)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(5)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 1.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/9


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1137, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(2020/C 251/06)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1137 (2), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet konċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikati fis-siti web fl-Anness IV tar-Regolament Kunsill (UE) 2016/44, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel il-15 ta’ Mejju 2021, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C.

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tiġi rċevuta ser titqies għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u l-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati.

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 40.

(3)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 14.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/10


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(2020/C 251/07)

L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1137 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/44 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130 (5) .

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu RELEX.1.C li wieħed jista' jikkuntattja f'dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C.

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2020/1137, u r-Regolament (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2020/1130.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament (UE) 2016/44.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(3)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 40.

(4)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

(5)  ĠU L 247, 31.7.2020, p. 14.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/11


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1127, u fir-Regolament tal-Kunsill 2019/796, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1125 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

(2020/C 251/08)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1127 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill 2019/796 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1125 (4) dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni kkonċernati jinsabu fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta’ rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat jew Stati Membri rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel il-15 ta’ Ottubru 2020, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser titqies għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13.

(2)  ĠU L 246, 30.7.2020, p. 12.

(3)  ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 1.

(4)  ĠU L 246, 30.7.2020, p. 4.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/12


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

(2020/C 251/09)

L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 (2), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1127 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 (4), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1125 (5) dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1127, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1125.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 u fir-Regolament (UE) 2019/796.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13.

(3)  ĠU L 246, 30.7.2020, p. 12.

(4)  ĠU L 129I, 17.5.2019, p. 1.

(5)  ĠU L 246, 30.7.2020, p. 4.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/13


Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1126,u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1124 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

(2020/C 251/10)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Bryan D’ANCONA, il-persuna elenkata fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1126 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1124 (4) dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuna li tidher fl-Annessi msemmija hawn fuq għandha tiġi inkluża fil-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/1686 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

Il-persuna kkonċernata tista’ tippreżenta talba biex tikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għaliex ġiet inkluża fil-lista msemmija hawn fuq. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuna kkonċernata tista’ fi kwalunkwe ħin tippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1686. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, dawn għandhom jiġu ppreżentati sal-31 ta’ Awwissu 2020.

L-attenzjoni tal-persuna kkonċernata qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 246, 30.7.2020, p. 10.

(3)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 246, 30.7.2020, p. 1.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/14


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

(2020/C 251/11)

L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1126 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1124 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili — RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1126, u r-Regolament (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1124.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(3)  ĠU L 246, 30.7.2020, p. 10.

(4)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

(5)  ĠU L 246, 30.7.2020, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/15


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta' Lulju 2020

(2020/C 251/12)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1743

JPY

Yen Ġappuniż

123,58

DKK

Krona Daniża

7,4426

GBP

Lira Sterlina

0,90268

SEK

Krona Żvediża

10,3068

CHF

Frank Żvizzeru

1,0744

ISK

Krona Iżlandiża

159,20

NOK

Krona Norveġiża

10,7213

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,248

HUF

Forint Ungeriż

345,60

PLN

Zloty Pollakk

4,4080

RON

Leu Rumen

4,8318

TRY

Lira Turka

8,1978

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6446

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5771

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1011

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7727

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6161

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 404,16

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,7070

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2240

HRK

Kuna Kroata

7,4880

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 144,78

MYR

Ringgit Malażjan

4,9784

PHP

Peso Filippin

57,682

RUB

Rouble Russu

86,6233

THB

Baht Tajlandiż

36,920

BRL

Real Brażiljan

6,1189

MXN

Peso Messikan

26,0101

INR

Rupi Indjan

87,9400


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/16


Eżenzjonijiet nazzjonali għall-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 (AMLD)

Lista tal-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw lil fornituri ta’ ċerti servizzi tal-logħob tal-azzard minn dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu

(Dan it-test jikkanċella u jissostitwixxi t-test ippubblikat f’Il-ĠU C 170, 18.5.2020, p. 23)

(2020/C 251/13)

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jeżenta, għalkollox jew parzjalment, il-fornituri ta’ ċerti servizzi tal-logħob tal-azzard mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’din id-deċiżjoni, flimkien ma’ ġustifikazzjoni bbażata fuq il-valutazzjoni speċifika tar-riskju. Stat Membru jista’ jagħti jew jirrevoka tali notifika fi kwalunkwe mument. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika tali deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.

L-Istati Membri li nnotifikaw lill-Kummissjoni b’deċiżjonijiet bħal dawn sa Lulju 2020 huma:

Stat Membru

Fornitur(i) ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard eżentati

L-Awstrija

Skont l-Artikolu 31c, il-paragrafu 3, il-punti 1 u 2 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard Federali tat-28 ta’ Novembru 1989 (Glücksspielgesetz — GSpG, il-Gazzetta tal-Liġi Federali Nru 620/1989, fil-verżjoni emendata tiegħu bħal fil-Gazzetta tal-Liġi Federali Nru 118/2016), il-logħob tal-lotteriji li ġejjin huma parzjalment eżentati:

Lottu (it-Taqsima 6 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

Pools tal-futbol (it-Taqsima 7 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

Logħba supplimentari (it-Taqsima 8 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

Lotteriji istantanji (it-Taqsima 9 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

Lotteriji tal-klassi (it-Taqsima 10 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

Lottu tan-numri (it-Taqsima 11 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

Lotteriji tan-numri (it-Taqsima 12 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

logħob tal-azzard online (it-Taqsima 12a paragrafu 1 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

Bingo u Keno (it-Taqsima 12b tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

Dawn l-eżenzjonijiet parzjali jiddependu fuq il-valutazzjoni attwali li dawn is-servizzi tal-logħob tal-azzard jippreżentaw riskju iżgħar u għandhom jieqfu milli japplikaw jekk dan il-livell ta’ riskju jitqies li qed jiżdied f’valutazzjonijiet futuri.

Il-Belġju

F’konformità mal-Artikolu 5.1 tal-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu tat-18 ta’ Settembru 2017:

il-Lotterija Nazzjonali

Skont l-Artikolu 25 (1) (9) tal-liġi tas-7 ta’ Mejju 1999 dwar il-logħob tal-azzard, l-imħatri, l-istabbilimenti tal-logħob u l-protezzjoni tal-plejers, u d-digriet irjali tat-30 ta’ Jannar 2019. ippubblikat fit-08 ta’ Frar 2019:

Detenturi ta’ liċenzja (tal-Klassi C), li, għal perjodi rinnovabbli ta’ ħames snin, skont il-kundizzjonijiet li tiddetermina, jippermettu l-operazzjoni ta’ stabbiliment ta’ gaming (Klassi III) jew stabbiliment tax-xorb;

Detenturi ta’ liċenzja (tal-klassi G1), li, għal perjodi rinnovabbli ta’ ħames snin, skont il-kundizzjonijiet li tiddetermina, jippermettu l-isfruttar ta’ logħob tax-xorti fi programmi tat-televiżjoni permezz ta’ numru ta’ numri mill-pjan ta’ numerazzjoni Belġjana u li jiffurmaw programm sħiħ ta’ logħob;

Detenturi ta’ liċenzja (tal-klassi G2), li, għal perjodu ta’ sena, skont il-kundizzjonijiet li tiddetermina, jippermettu l-isfruttament ta’ logħob tal-ażżard permezz ta’ mezz ieħor għajr dawk ippreżentati fi programmi tat-televiżjoni permezz ta’ numri tas-serje tal-pjan tan-numerazzjoni Belġjan u li jiffurmaw programm sħiħ ta’ logħob.

Iċ-Ċekja

F’konformità mal-Att Nru 253/2008 tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar miżuri speċifiċi kontra l-leġittimizzazzjoni tar-rikavati minn attivitajiet kriminali u l-finanzjament tat-terroriżmu:

Logħob tal-bingo

Tombla

Lotteriji b’rebħ ta’ flus

Lotteriji b’rebħ materjali

Lotteriji istantanji u/jew numeriċi

Id-Danimarka

Skont l-Artikolu 1(5) tal-Att Nru 651 tat-8 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u n-Notifika tal-eżenzjoni parzjali ta’ ċertu logħob mil-liġijiet tal-ħasil tal-flus tas-26 ta’ Ġunju 2017:

Imħatri lokali bil-pools

Magni tal-logħob barra l-każinòs li joffru rebħ ta’ flus b’rebħ b’ishma/limiti ta’ ħlas

Il-lotteriji, Klassotteriet (“lotteriji ta’ klassi”) u lotteriji mingħajr skop ta’ qligħ (inkluż logħob Bingo u Tomabola meta jikkwalifikaw bħala lotteriji mingħajr skop ta’ qligħ)

Poker ibbażat fuq l-art meta jintlagħab f’format ta’ tornament, f’junjins u meta jkun mingħajr qligħ għad-detentur tal-liċenzja

Online Bingo mxandra fuq it-televiżjoni

Logħob ta’ maniġer (sports ta’ fantasija staġġjonali, mhux kuljum)

Kompetizzjonijiet fejn wieħed jipparteċipa b’SMS jew mod simili

Logħob offrut skont it-Taqsima 9-15 tal-ordni eżekuttiva dwar logħob pubbliku.

L-Estonja

F’konformità mas-§ 6 Att Estonjan dwar il-Logħob tal-Azzard tal-15 ta’ Ottubru 2008, f’konformità mal-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tas-26 ta’ Ottubru 2017:

Lotteriji kummerċjali

Il-Finlandja

F’konformità mal-Kapitolu 1 Taqsima 3(4) tal-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu tat-28 ta’ Ġunju 2017 (444/2017):

Magni tal-logħob li ma jinsabux f’każinò

Il-Ġermanja

Skont l-Artikolu 2 (1) (15) tal-Att dwar il-Ħasil tal-Flus (Geldwäschegesetz) tat-23 ta’ Ġunju 2017:

operaturi ta’ magni tal-logħob tal-azzard/magni tal-logħob kif definiti fit-Taqsima 33c tal-Gewerbeordnung;

assoċjazzjonijiet li jmexxu negozju ta’ intermedjarju skont it-Taqsima 1 tal-Att dwar l-Imħatri u l-Lotteriji (Rennwet- und Lotteriegesetz);

lotteriji, ħlief lotteriji online, li l-operaturi jew is-sensara tagħhom għandhom liċenzja pubblika tal-awtorità kompetenti fil-Ġermanja;

lotteriji soċjali

L-Ungerija

Skont il-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (li daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2017):

għat-tpinġija tal-logħob, kif definit u rregolat skont l-Artikoli 15–24 tal-Liġi 34 tal-1991 dwar l-Operazzjonijiet tal-Logħob tal-Azzard (il-logħob tal-UE jinkludu t-tpinġija ta’ logħob, tombolla, scratch cards u l-hekk imsejħa logħob ieħor għat-tpinġija, bħal off-line tat-tombla).

L-Irlanda

Fis-sens tat-taqsima 25(8) tal-Att dwar il-Ġustizzja Kriminali (Ħasil tal-Flus u Finanzjament tat-Terroriżmu) tal-2010 fil-verżjoni emendata u tar-Regolament 3 tal-Istrument Statutorju487/2018:

Magni tal-logħob jew magni tad-divertiment ipprovduti skont it-taqsima 14 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard u l-Lotteriji 1956

Il-lotteriji fit-tifsira tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard u l-Lotteriji 1956 inkluż Bingo

Il-poker f’post fiżiku barra minn każinò jew klabb ta’ membri privati

In-Netherlands

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministru tal-Ġustizzja u s-Sigurtà tat-13 ta’ Lulju 2018, nru 2018–0000113969, (Regolament dwar l-implimentazzjoni tar-raba’ direttiva kontra l-ħasil tal-flus)

il-lotteriji għall-karità (l-Artikolu 3 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

il-fornituri ta’ promozzjonijiet ta’ kull ġimgħa għax-xiri u logħob tal-ażżard żgħir (l-Artikolu 7a tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

il-lotterija tal-istat (l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

Lotterju Instant (l-Artikolu 14a tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

provdituri ta’ kompetizzjonijiet sportivi (l-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

totalizzaturi (l-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

l-Lottu (l-Artikolu 27a tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

kull min għandu slot machines (l-Artikolu 30b tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

operaturi ta’ slot machines (Sezzjoni 30h tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard).

Is-Slovenja

F’konformità mad-Digriet dwar l-eżenzjoni tal-organizzaturi tal-logħob klassiku mill-implimentazzjoni ta’ miżuri għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 66/18 tat-12 ta’ Ottubru 2018):

soċjetajiet u organizzazzjonijiet umanitarji mingħajr skop ta’ qligħ stabbiliti fir-Repubblika tas-Slovenja li jipprovdu servizzi klassiċi ta’ logħob tal-azzard fuq bażi okkażjonali huma kompletament eżentati mill-implimentazzjoni ta’ miżuri f’konformità mal-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 68/16 tat-4 ta’ Novembru 2016);

operaturi li jipprovdu servizzi tal-logħob tal-azzard klassiċi b’mod permanenti bbażati fuq konċessjoni mill-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja huma parzjalment eżentati mill-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati mad-diliġenza dovuta mal-klijent, li għandhom jiġu implimentati skont dan id-Digriet.

L-Iżvezja

F’konformità mal-Kapitolu 8, l-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Miżuri kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (SFS 2017: 630), l-Artikolu 20 tal-ordinanza dwar il-Miżuri kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (SFS 2009: 92) u l-Kapitolu 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolamenti tal-Awtorità tal-Logħob tal-Azzard tal-Iżvezja dwar Miżuri kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (SIFS 2019: 2):

1

Il-lotteriji mwettqa f’konformità mal-liċenzja skont il-Kapitolu 5 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard (SFS 2018: 1138) u li mhumiex logħob tal-azzard online jew logħob tal-każinò f’każinò;

2

Il-lotteriji mwettqa f’konformità ma’ liċenzja jew reġistrazzjoni skont il-Kapitolu 6 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard u li mhumiex logħob tal-azzard online;

3

Logħob tal-każinò u logħob fuq magni tal-logħob tal-azzard b’liċenzja skont il-Kapitolu 9 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard;

4

Logħob f’magni tal-logħob bil-flus u token, bl-eċċezzjoni ta’ logħob tal-karti tat-turnew, b’liċenzja skont il-Kapitolu 10 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard.

L-eżenzjonijiet 1 u 2 ma japplikawx jekk il-klijent jitħalla jżid fondi f’kont ta’ ġugatur, jiġifieri fondi li mhumiex pagamenti diretti għall-parteċipazzjoni fil-lotterija.


31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/19


Proċeduri ta’ likwidazzjoni

Id-Deċiżjoni li jinfetħu proċedimenti ta’ falliment għal “Societatea Certasig — Societate de Asigurtare și Reasiguras — S.A.”

(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (L-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni))

(2020/C 251/14)

Impriża tal-assigurazzjoni

“Societatea Certasig — Societate de Asigurare și Reasigurare — SA” bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’Bucharest, settur 1, Str. Nicolae Carafil Nru 61B, irreġistrat fl-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozju taħt Nru J40/9518/11 ta’ Lulju 2003, kodiċi ta’ reġistrazzjoni uniku 12408250, irreġistrat fir-Reġistru tal-Assigurazzjoni taħt in-Nru RA-021 fl-10 ta’ April 2003

Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni

20.2.2020— Deċiżjoni Nru 209/20.2.2020, dwar l-irtirar tal-liċenzja operattiva ta’ “Societatea Certasig — Societate de Asigurare și Reasigurare — SA”, id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tagħha u s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal bidu ta’ proċeduri ta’ falliment kontra tagħha;

Deċiżjoni Interim tal-Qorti ta’ Bukarest tal-29.6.2020 dwar il-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment kontra l-kumpanija SAR Certasig SA.

L-awtoritajiet kompetenti

‘Autoritatea de Supraveghere Financiară’ (ASF) [Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja], bl-uffiċċju ewlieni tagħha fi Splaiul Independenței Nru 15, Settur 5, Bucharest, ir-Rumanija

Awtorità superviżorja

‘Autoritatea de Supraveghere Financiară’ (ASF) [Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja], bl-uffiċċju ewlieni tagħha fi Splaiul Independenței Nru 15, Settur 5, Bucharest, ir-Rumanija

Likwidatur maħtur

Stralċjarju maħtur mill-qorti — CIT Filiala Cluj SPRL

Dettalji ta’ kuntatt tal-likwidatur ġudizzjarju — Calea Dorobanților 48, Cluj-Napoca 400000

Il-liġi applikabbli

Ir-Rumanija

L-ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 93/2012 dwar it-twaqqif, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja, approvata permezz ta’ emendi bil-Liġi Nru 113/2013, kif emendata;

Il-liġi Nru 503/2004 dwar l-irkupru finanzjarju, il-falliment, ix-xoljiment volontarju u l-istralċ fin-negozju tal-assigurazzjoni, ippubblikata mill-ġdid;

Il-liġi Nru 237/2015 dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ attivitajiet ta’ assigurazzjoni, kif emendata

Il-liġi Nru 85/2014 dwar il-prevenzjoni tal-insolvenza u l-proċedimenti ta’ insolvenza, kif emendata.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/20


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.9899 — KKR/Koos Holding Cooperatief)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 251/15)

1.   

Fl-24 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti)

Koos Holding Coöperatief U.A. (“Koos Holding”, in-Netherlands)

KKR takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-intier tal-impriża Koos Holding.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal KKR: ditta ta’ investiment globali, li toffri firxa wiesgħa ta' servizzi ta' fondi ta' assi alternattivi u prodotti ta’ investiment oħrajn lill-investituri u tipprovdi soluzzjonijiet għas-swieq tal-kapital għad-ditta, il-kumpaniji tal-portafoll tagħha u l-klijenti l-oħra,

għal Koos Holding: l-iżvilupp u r-rinnovazzjoni ta’ parks ta’ vaganza, li jew tamministrahom u toperahom hi stess jew li għalihom tissieħeb ma’ operatur li jaġixxi bħala aġent ta’ prenotazzjoni. Il-parks tal-vaganzi huma operati taħt il-marka “Roompot” u jvarjaw minn postijiet ta’ kampeġġ li joffru akkomodazzjoni tat-tined jew ta’ bungalows sa għażla ta’ vilel iktar ta’ klassi. Koos Holding topera l-parks fin-Netherlands u fil-Ġermanja, u hija attiva bħala aġent ta’ prenotazzjoni għall-parks fin-Netherlands, fil-Belġju, fi Franza, fl-Italja, fi Spanja u fid-Danimarka.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

(M.9899 — KKR / Koos Holding Cooperatief)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 122964301

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/22


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skontl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 251/16)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“CHABICHOU DU POITOU”

Nru tal-UE: PDO-FR-0115-AM01 – 5.12.2018

DOP (X) IĠP ()

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Syndicat de défense du Chabichou du Poitou

Indirizz:

Agropole

Route de Chauvigny CS 45002

86550 Mignaloux-Beauvoir

FRANCE

Tel. (33) (0) 5 49 44 74 80

Faks: (33) (0) 5 49 46 79 05

Posta elettronika: chabichoudp@na.chambagri.fr

Il-grupp huwa magħmul minn produtturi tal-ħalib, produtturi azjendali, persuni li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni u proċessuri u għandu interess leġittimu biex jissottometti l-applikazzjoni.

2.   Stat membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: dettalji ta’ kuntatt tad-dipartiment kompetenti u tal-grupp, spezzjoni, rekwiżiti nazzjonali

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li m’għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti), li m’għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

1)   DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT

Is-sentenza:

Ix-Chabichou du Poitou huwa ġobon magħmul esklussivament mill-ħalib sħiħ tal-mogħoż, artab u mhux ippressat, b’45 fil-mija xaħam, b’qoxra rqiqa u b’moffa bajda, safra u blu fil-wiċċ”.

Ġiet sostitwita bi:

Ix-“Chabichou du Poitou” huwa magħmul esklussivament mill-ħalib mhux ipproċessat u sħiħ tal-mogħoż. Huwa ġobon artab u mhux ippressat, mhux imsajjar, b’koagulazzjoni lattika u miżjud bi ftit tames, kemxejn mielaħ, b’qoxra rqiqa u b’moffa bajda, safra jew blu fil-wiċċ. Il-ġobon fih tal-anqas 18-il gramma xaħam għal kull 100 gramma ta’ prodott lest.”

Sabiex jinżammu l-kwalitajiet mikrobijoloġiċi naturali tal-ħalib żdied l-obbligu li jintuża ħalib mhux ipproċessat.

Sabiex il-prodott jiġi deskritt aħjar, ġie speċifikat li dan huwa ġobon mhux imsajjar, kemxejn mielaħ, u li l-koagulazzjoni tinkiseb minn żieda ħafifa ta’ tames. Ġie speċifikat ukoll li l-moffa fil-wiċċ tista’ tkun “bajda, safra jew blu” minħabba li l-preżenza tal-moffa fuq il-ġobon b’dawn il-kuluri kollha mhix sistematika. L-espressjoni tal-kontenut ta’ xaħam tal-ġobon ġiet emendata biex titqies l-evoluzzjoni fit-tikkettar (il-perċentwal ta’ xaħam espress skont il-prodott lest).

Id-deskrizzjoni tal-forma tħassret minn din il-parti, u tinsab fil-punt 5.3.c tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar l-ipproċessar tal-ġobon.

Żdiedet is-sentenza li ġejja:

Fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni, il-ġobon ikollu fuq in-naħa ta’ fuq il-marka karatteristika “CdP””.

Żdied li l-marka “CdP”, li tħalli l-forma għandha tkun fuq in-naħa ta’ fuq tal-ġobon. Il-marka hija fil-fatt komponent tal-forma użata mill-operaturi kollha, u hija element li bih jintgħaraf ix-“Chabichou du Poitou”.

Żdiedet is-sentenza li ġejja:

Il-piż totali tal-materja niexfa m’għandux ikun anqas minn 40 gramma għal kull ġobna”.

Żdied il-piż totali tal-materja niexfa għal kull ġobna. L-espressjoni tal-piż tal-ġobon f’materja niexfa u l-iffissar ta’ estratt niexef minimu tal-ġobon jippermettu li ġobniet żgħar iżżejjed (minħabba difett fil-forma) jew umdi żżejjed (minħabba nuqqas ta’ tnixxif jew/u tal-użu ta’ baqta umda żżejjed) jiġu esklużi mill-kummerċjalizzazzjoni.

Is-sentenza li ġejja:

Il-piż medju tiegħu huwa ta’ 120 gramma.

Ġiet sostitwita bi

Il-piż minimu tal-ġobon huwa ta’ 140 gramma fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni.

Il-kunċett ta’ “piż medju” ġie sostitwit b’dak ta’ “piż minimu”, li huwa aktar faċli biex jiġi spezzjonat. Ġie speċifikat li l-piż minimu tal-ġobon ifisser il-piż fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni. Il-piż minimu ġie aġġustat relattivament għall-piż medju biex jitqiesu l-piżijiet veri li jiġu nnotati fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni.

Is-sentenza:

Il-ġobna bajda hija soda u fina, u fl-istess ħin iżżomm irtubija naturali.

Ġiet sostitwita bi:

Il-ġobna bajda hija soda, b’konsistenza omoġenja u fina, u fl-istess ħin għandha rtubija naturali.

Id-deskrizzjoni tal-ġobon ġiet kompluta bil-karatteristiċi organolettiċi fir-rigward tal-konsistenza tal-ġobna (omoġenja).

Żdied il-paragrafu li ġej:

Meta l-ġobon ikun frisk, il-konsistenza hija waħda li tinħall. Wara maturazzjoni mtawla, il-ġobna tista’ titfarrak u tista’ tidher xi tnixxija taħt il-qoxra. Meta l-ġobon ikun frisk, it-togħma tkun ħelwa u tixbah lil dik tal-ħalib. Wara diversi ġimgħat ta’ maturazzjoni, it-togħma tal-mogħoż tkun aktar qawwija u ddum aktar. Kultant wieħed jinnota aromi ta’ frott niexef. It-togħma mhix mielħa, aċiduża jew morra żżejjed.

Id-deskrizzjoni tal-ġobon ġiet kompluta bil-karatteristiċi organolettiċi fir-rigward tat-togħma u l-evoluzzjoni fit-togħma tal-ġobon waqt il-maturazzjoni li ġiet speċifikata.

Fid-Dokument Uniku, is-sentenza:

Ġobon mill-ħalib tal-mogħoż, artab u mhux ippressat, b’qoxra rqiqa u ta’ lewnbajdani, b’għamla ta’ kon żgħir mingħajr ponta, imsejħa “bonde” ta’ madwar 6 cm għoli, b’piż medju ta’ 120 gramma, u b’45 % xaħam.

Ġiet sostitwita bi:

Ix-“Chabichou du Poitou” huwa magħmul esklussivament mill-ħalib mhux ipproċessat u sħiħ tal-mogħoż. Huwa ġobon artab, mhux ippressat u mhux imsajjar, b’koagulazzjoni lattika u miżjud bi ftit tames, kemxejn mielaħ, b’qoxra rqiqa u b’moffa bajda, safra jew blu fil-wiċċ.

Għandu għamla ta’ kon żgħir mingħajr ponta, imsejħa “bonde” (mill-għamla tat-tapp tal-injam ta’ bettija).

Fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni, il-ġobon ikollu fuq in-naħa ta’ fuq il-marka karatteristika “CdP”.

Il-ġobon fih tal-anqas 18-il gramma xaħam għal kull 100 gramma ta’ prodott lest. Il-piż totali tal-materja niexfa m’għandux ikun anqas minn 40 gramma għal kull ġobna.

Il-piż minimu tal-ġobon huwa ta’ 140 gramma fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni ta’ għaxart ijiem wara li jiżdied it-tames.

Il-ġobna hija soda, b’konsistenza omoġenja u fina, u fl-istess ħin għandha rtubija naturali.

Meta l-ġobon ikun frisk, il-konsistenza hija waħda li tinħall. Wara maturazzjoni mtawla, il-ġobna tista’ titfarrak u tista’ tidher xi tnixxija taħt il-qoxra.

Meta l-ġobon ikun frisk, it-togħma tkun ħelwa u tixbah lil dik tal-ħalib. Wara diversi ġimgħat ta’ maturazzjoni, it-togħma tal-mogħoż tkun aktar qawwija u ddum aktar. Kultant wieħed jinnota aromi ta’ frott niexef. It-togħma mhix mielħa, aċiduża jew morra żżejjed.

2)   ŻONA ĠEOGRAFIKA

Fir-rigward tal-intestatura dwar iż-żona ġeografika, żdiedet il-lista tal-communes fiż-żona ġeografika sabiex tiġi ffaċilitata l-ispezzjoni. Il-perimetru taż-żona ġeografika ma ġiex emendat. Din il-lista tinkludi l-communes kollha fiż-żona ġeografika li fihom jistgħu jsiru l-passi kollha tal-metodu ta’ kisba (produzzjoni tal-ħalib, manifattura u maturazzjoni tal-ġobon). Barra minn hekk, żdiedu xi referenzi għad-data tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali fis-seħħ u għall-pjanijiet ippreżentati fil-muniċipalità sabiex il-lista tkun preċiża u mhux ambigwa.

3)   PROVA TAL-ORIĠINI

Żdiedu l-obbligi ta’ dikjarazzjoni tal-operaturi. Għalhekk, huwa previst:

dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni tal-operaturi bil-ħsieb li tiġi rikonoxxuta l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

dikjarazzjonijiet meħtieġa għall-għarfien u l-monitoraġġ tal-prodotti maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni taħt id-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

obbligi dwar iż-żamma tar-reġistri mill-operaturi.

żdied l-obbligu ta’ monitoraġġ dokumentat sabiex jiġi ttraċċat il-prodott mill-ġbir tal-ħalib sal-manifattura: volumi miġbura individwalment u maħsuba għall-ipproċessar f’“Chabichou du Poitou”, volumi tal-ħalib miżjud bit-tames għall-manifattura tax-“Chabichou du Poitou” u l-għadd ta’ ġobon iffurmat, mixtri mhux immaturat, deklassifikat u kkummerċjalizzat bid-DOP. Żdied ukoll kemm għandha tkun frekwenti r-reġistrazzjoni: reġistru aġġornat f’kull ġabra għall-produtturi tal-ħalib jew kull xahar għall-manifatturi u għal dawk li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni.

in-natura ta’ informazzjoni oħra rreġistrata fir-reġistri mill-manifatturi/dawk li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni (il-perjodu tal-passi differenti tal-manifattura, l-aċidità meta jiżdied it-tames u l-iffurmar, it-temperaturi, id-data tat-tagħbija u d-destinazzjoni tal-ġobon abjad u mmaturat) kif ukoll ir-rekwiżiti għall-produtturi tal-ħalib għall-monitoraġġ tat-traċċabbiltà tal-għalf maħsub għall-merħla (dokument li jindika n-natura, il-kwantitajiet imqassma kif ukoll l-oriġini ta’ dan l-għalf) żdiedu għall-finijiet ta’ spezzjoni.

finalment, żdied paragrafu dwar l-ispezzjoni li ssir fuq il-karatteristiċi tal-prodotti maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini: “Fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni, il-ġobon ikun soġġett għal eżami analitiku u organolettiku permezz tal-kampjunar”.

4)   METODU TA’ PRODUZZJONI

Kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib fl-azjendi

Żdiedet id-definizzjoni tal-merħla bħala magħmula minn “annimali li welldu tal-anqas darba”.

Żdiedu r-razez tal-mogħoż awtorizzati. Dawn huma razez li jirrappreżentaw dak li hemm fl-irziezet tal-mogħoż taż-żona ġeografika: “Alpine, Saanen, Poitevine u taħlita tagħhom”.

Żdied rekwiżit minimu ta’ awtosuffiċjenza alimentari biex tissaħħaħ ir-rabta maż-żona ġeografika permezz tal-għalf tal-mogħoż: “tal-anqas 75 % tar-razzjon totali għandu jiġi miż-żona ġeografika, jiġifieri 825 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena”. Dan ir-rekwiżit iqis il-prattiki u l-limitazzjonijiet attwali tal-irziezet fiż-żona ġeografika b’mod partikolari d-daqs tal-merħla, l-adattament għall-klima b’perjodi regolari ta’ nixfa, in-natura ġeoloġika tal-ħamrija, il-preżenza ta’ ħamrija kalkarja tajba għall-kultivazzjoni ta’ ħuxlief mill-għelejjel tal-legumi, b’mod partikolari n-nifel. Għalhekk żdied ukoll li “l-foraġġi jiġu prodotti kollha fiż-żona ġeografika” u li “r-razzjon għal kull mogħża fis-sena għandu jkun fih tal-anqas 200 kilogramma ta’ materja niexfa f’forma ta’ nifel jew ta’ għelejjel tal-legumi li jkunu ġejjin miż-żona ġeografika.” Dan l-aħħar rekwiżit jippermetti li tiġi evitata sistema alimentari tat-tip “tiben + konċentrati” li tagħmel ħsara lill-kwalità tal-ħalib marbuta mal-kwalità u mad-diversità tar-razzjon tal-foraġġi.

Żdied il-perċentwal minimu tal-foraġġi: “Ir-razzjon huwa magħmul minn tal-anqas 55 % foraġġ jiġifieri 605 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena”; kif ukoll lista ta’ foraġġi awtorizzati: “il-foraġġi mill-ħxejjex, mill-għelejjel tal-legumi puri jew ikkombinati, il-legumi bl-għeruq u mill-familja tal-kaboċċi, it-tiben u l-pjanti sħaħ taċ-ċereali, tal-għelejjel tal-legumi, taż-żrieragħ żejtnin u tal-għelejjel li fihom il-proteini minbarra foraġġi ħoxnin oħra, u l-ispeċi spontanji li jinsabu fiż-żona ġeografika. Dawn jiġu kkonsmati friski, imgeżwra, f’forma ta’ ħuxlief, akkumulati jew imnixxfa”.

Żdied li “s-silaġġ huwa pprojbit” minħabba l-effetti mhux mixtieqa tiegħu fuq il-karatteristiċi tal-ġobon.

Għall-kuntrarju, żdied li “t-tgeżwir huwa awtorizzat fil-limitu ta’ 200 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena”. Żdied li dan it-tgeżwir għandu jkollu “rata ta’ materja niexfa ta’ mill-inqas 50 %” biex tiġi żgurata l-kwalità tal-għalf u tas-saħħa tiegħu.

Żdied li “l-għalf akkumulat jew dak imnixxef huwa limitat għal 200 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena” sabiex tiġi żgurata provvista ta’ foraġġi f’forma ta’ ħuxlief jew ta’ ħaxix frisk.

Żdiedet il-kwantità massima ta’ għalf ikkonċentrat, li m’għandhiex tirrappreżenta aktar minn 495 kilogramma għal kull mogħża fis-sena. Żdiedet il-kwantità minima ta’ dan l-għalf supplimentari li ġej miż-żona ġeografika, jiġifieri tal-anqas 150 kilogramma għal kull mogħża fis-sena jew 30 % tar-razzjon supplimentari. Dan is-sehem għandu jkun magħmul minn ċereali u/jew żrieragħ żejtnin u/jew għelejjel li fihom il-proteini.

Żdied l-għalf awtorizzat fir-razzjon supplimentari, meħtieġ għall-produzzjoni tal-ħalib tal-mogħoż, biex jiġu inklużi l-prattiki ta’ dawk li jrabbu u jiġu evitati s-supplimenti li jista’ jkollhom effett mhux mixtieq fuq il-kwalita tal-ħalib:

Il-materja li ġejja biss tista’ tintuża fil-kompożizzjoni tar-razzjon supplimentari, kemm jekk tkun taħlita azjendali jew ikel kummerċjali sħiħ:

ħbub taċ-ċereali, sħaħ jew estrużi, u prodotti dderivati minnhom;

żrieragħ u frott żejtnin u prodotti dderivati minnhom;

żrieragħ tal-għelejjel tal-legumi u prodotti dderivati minnhom;

żrieragħ u frott ieħor u prodotti dderivati minnhom: pasti tal-espellent tal-ġewż, qastan miksur

tuberi, għeruq u prodotti dderivati minnhom;

żejt u xaħam ta’ oriġini veġetali;

foraġġi, foraġġi ħoxnin u prodotti dderivati minnhom;

minerali u prodotti dderivati minnhom;

addittivi teknoloġiċi: aġenti li jgħaqqdu, aġenti li jħaxxnu u ġelifikanti;

mikronutrijenti u vitamini.

Dan l-għalf jgħin biex jistruttura l-ħalib u jippromwovi flora tal-ħalib varjata, b’mod partikolari bil-preżenza tal-ħmira.

Il-varjetà tal-għalf imqassam lill-mogħoż, il-projbizzjoni tas-silaġġ, l-inklużjoni tat-tgeżwir u tal-għalf imnixxef jikkontribwixxu għall-espressjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tax-“Chabichou du Poitou”.

Il-ħalib użat

Żdiedu l-kundizzjonijiet għall-ħżin tal-ħalib fl-azjenda: “Il-ħalib ma jistax jinħażen għal aktar minn 48 siegħa f’tank imkessaħ fl-azjenda” biex jinżammu l-kwalitajiet tal-ħalib (il-kaseini u l-kalċju) u jiġi limitat l-iżvilupp ta’ mikroorganiżmi psikrotrofiċi li huma stess jillimitaw l-iżvilupp tal-flora lattika naturali.

Żdied li “l-ħalib li jintuża huwa ħalib tal-mogħoż mhux ipproċessat”, billi l-manifattura tal-ħalib mhux ipproċessat hija obbligatorja sabiex jinżammu l-kwalitajiet tal-ħalib, b’mod partikolari dawk organolettiċi, kif ukoll il-flora oriġinali tiegħu, u b’hekk tissaħħaħ ir-rabta mat-territorju.

L-ipproċessar

Il-passi ewlenin tal-iskema tal-manifattura tax-“Chabichou du Poitou” ġew deskritti sabiex il-prodott jiġi kkaratterizzat aħjar u tiġi żgurata l-konformità mal-prattiki tal-manifattura tax-“Chabichou du Poitou”.

a)

maturazzjoni tal-ħalib”:

Żdiedet il-fażi tal-maturazzjoni tal-ħalib (din trid tibda mhux aktar tard minn 10 sigħat minn meta jasal il-ħalib), u żdiedu l-valuri inklużi f’din il-fażi (perjodu ta’ mill-inqas sagħtejn u temperatura ta’ 8 °C jew aktar), minħabba li din il-fażi hija essenzjali biex tiżdied il-flora lattika, u tiġi promossa l-aċidifikazzjoni u l-għażla tal-flora. Għalhekk, dan għandu jitwettaq fl-aħjar kundizzjonijiet li jippermettu żvilupp tajjeb tal-flora lattika.

Żdied li ż-żieda tal-flora taż-żrigħ hija awtorizzata mix-xorrox tal-ġobon lattiku, f’forma friska jew iffriżata, jew tal-fermenti lattiċi kummerċjali jew tal-kultura starter speċifika tal-grupp, jiġifieri minn żrigħ dirett jew mill-kultivazzjoni f’ħalib tal-mogħoż li jista’ jiġi arrikkit bit-trab tal-ħalib tal-mogħoż.

Żdiedet in-natura tal-flora taż-żrigħ awtorizzata biex jiġu inklużi l-prattiki tal-operaturi:

flora naturali li tinsab fil-ħalib mhux ipproċessat;

flora żviluppata fis-serums;

flora endemika tal-ġobon lattiku;

flora kummerċjali mill-familja tal-moffa u tal-ħmira;

flora speċifika tal-grupp.

b)

żieda tat-tames u koagulazzjoni”:

Żdiedu l-valuri inklużi fil-fażi taż-żieda tat-tames (żmien massimu ta’ 24 siegħa mindu jibda l-ġbir sakemm jiżdied it-tames, pH massimu ta’ 6,45 jew aċidità minima ta’ 16-il grad Dornic), billi dawn il-parametri jiżguraw żvilupp tajjeb tal-flora lattika bejn il-ħlib u ż-żieda tat-tames.

Żdieduetit-temperatura massima għaaż-żieda tat-tames (25 °C) biex jiġi żgurat żvilupp tajjeb tal-flora meżofila.

Żdiedet id-definizzjoni tad-doża massima taż-żieda tat-tames: 8 millilitri għal kull 100 litru ħalib għal żieda tat-tames b’doża ta’ 520 milligrammi ta’ kimożina għal kull litru, sabiex dan ikun f’konformita mal-karattru lattiku tax-“Chabichou du Poitou”, li jaffettwa l-konsistenza tal-ġobna.

Żdied il-perjodu minimu ta’ koagulazzjoni (16-il siegħa) biex tintlaħaq l-aċidità meħtieġa għall-forma.

Żdied li kull forma ta’ differiment tal-baqta hija pprojbita u li x-xiri ta’ baqta friska bl-ingrossa u mhux iffurmata huwa pprojbit b’kont meħud tal-impatt negattiv li tista’ tħalli din il-prattika fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-ġobon, u b’kont meħud tal-evoluzzjoni tat-teknoloġija tal-ġobon innutata fost l-operaturi (projbizzjoni tat-tqattir minn qabel).

c)

iffurmar”:

Żdiedet id-definizzjoni tal-aċidità fl-iffurmar: ta’ mill-anqas 50 grad Dornic jew mhux aktar minn pH ta’ 4,60 minħabba li l-kejl tal-aċidità jippermetti li jiġi spezzjonat il-karattru lattiku tal-ġobon f’dan il-pass importanti tal-manifattura.

Fir-rigward tal-baqta, tħassru t-termini “mqattar minn qabel jew le” minħabba li t-tqattir minn qabel huwa pprojbit sabiex tinżamm l-istruttura tal-baqta u tinkiseb konsistenza ta’ ġobna fina karatteristika tal-ġobon. Fid-Dokument Uniku, it-termini “mqattar minn qabel jew le” tħassru wkoll.

Żdied li l-iffurmar jista’ jitwettaq bil-pala, f’konformità mal-prattiki tal-operaturi, f’forom individwali jew fi blokok iffurmati bid-distributuri.

Żdied li l-għajnuna mekkanika fl-iffurmar hija pprojbita sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ teknika ta’ ffurmar li mhix konformi mal-integrità tal-baqta.

Is-sentenzi dwar il-karatteristiċi tal-forma:

għoli ta’ mill-inqas 6,5 ċentimetri, għoli ta’ mhux aktar minn 16-il ċentimetru, u dijametru tal-qiegħ ta’ 6 ċentimetri, u minn dijametru ta’ 6,5 ċentimetri sa għoli ta’ 6,5 ċentimetri” u “forma mtaqqba ta’ kon mingħajr ponta ta’ daqsijiet determinati

ġew sostitwiti bi:

“Il-forma użata hija forma mtaqqba ta’ kon mingħajr ponta li d-dimensjonijiet interni tagħha huma dawn li ġejjin: għoli ta’ mill-inqas 6,5 ċentimetri, għoli ta’ mhux aktar minn 16-il ċentimetru (inklużi l-estensjonijiet fil-forma), dijametru tal-qiegħ ta’ 6,2 ċentimetri u minn dijametru ta’ 6,6 ċentimetri sa għoli ta’ 6,5 ċentimetri.

Il-parti ċilindrika tal-forma għandha 5 ringieli ta’ 9 toqob b’dijametru ta’ 2 mm, koniċi u mqassma.

Il-forma tinkludi fil-qiegħ tagħha l-intars CdP.

Il-qiegħ huwa kemxejn tond, b’radju ta’ 5 mm, bi 3 toqob ta’ 2 mm fuq id-dijametru ta’ 13-il mm, 6 toqob ta’ 2 mm fuq id-dijametru ta’ 23 mm u 12-il toqba ta’ 2 mm fuq id-dijametru ta’ 40 mm.”

L-użu ta’ forma speċifika u kkaratterizzata perfettament hija punt essenzjali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minħabba li din taffettwa l-forma tipika tax-“Chabichou du Poitou” f’“bonde” żgħira kif ukoll il-kinetika tat-tqattir tas-serum. Id-daqsijiet tad-dijametru tal-qiegħ u tal-għoli tal-forma tressqu mill-intestatura dwar id-deskrizzjoni tal-prodott u ġew rettifikati: 6,2 minflok 6 għad-dijametru tal-qiegħ; 6,6 minflok 6,5 għad-dijametru tal-għoli. Dan biex jiġi rettifikat żball li seħħ matul ir-reġistrazzjoni tad-DOP. Żdied ukoll li l-għoli massimu tal-forma jfisser l-estensjonijiet tal-forma inklużi.

d)

tqattir

Is-sentenza:

It-tqattir idum minn tmintax sa erbgħa u għoxrin siegħa

Ġiet sostitwita fil-punt dwar it-tqattir bi:

Dan idum tal-anqas 18-il siegħa.

Il-perjodu massimu tat-tqattir (“24 siegħa”) tħassar minħabba li l-użu tal-ħalib mhux ipproċessat, li sar obbligatorju, jista’ jeħtieġ tqattir twil sabiex tinkiseb konsistenza tajba tal-ġobna tax-“Chabichou du Poitou”.

Il-perjodu massimu tat-tqattir ta’ 48 siegħa tħassar ukoll mid-Dokument Uniku.

Żdied l-għadd minimu ta’ tliet taqlibiet, bejn l-iffurmar u t-tneħħija mill-forma, minħabba li dan huwa meħtieġ għat-tqattir tas-serum u jgħin fil-forma finali tal-ġobon.

e)

tmelliħ

It-teknika tat-tmelliħ fis-salmura ddaħħletbiex tiġi evitata kwalunkwe deriva kwalitattiva: is-salmura għandha tkun saturata u tintuża f’temperatura ta’ 25 °C.

L-użu tas-salmura saturata jippermetti li jiġi żgurat li l-konċentrazzjoni tal-melħ tibqa’ l-istess u t-temperatura massima tas-salmura ta’ 25 °C tippermetti li tiġi evitata temperatura eċċessiva li tista’ tkun ta’ żvantaġġ għall-iżvilupp tajjeb tal-flora billi tippromwovi żvilupp ta’ flora meżofila mhux mixtieqa.

f)

tnixxif

Is-sentenza:

Dawn wara jitqiegħdu f’kamra tat-tnixxif għal erbgħa u għoxrin sa tmienja u erbgħin siegħa

ġiet sostitwita bi

Il-ġobon jitnixxef għal tal-anqas 24 siegħa. Fi tmiem it-tnixxif, irid ikun beda t-“tħaxxin”.” Dan biex tiġi awtorizzata aktar flessibbiltà fil-kontroll tal-proċess. Skont il-prattiki attwali, it-tnixxif mhux bilfors isir f’post speċifiku, b’mod partikolari fost il-produtturi tal-azjendi, fejn ta’ spiss isir f’kamra tal-manifattura. Barra minn hekk, l-objettiv tat-tnixxif, li huwa li jinkiseb tkabbir tal-ħmira qabel ma l-ġobon jitqiegħed fil-kamra tal-maturazzjoni, li huwa obbligu tar-riżultat, żdied minflok il-perjodu massimu; dan huwa indikatur viżiv li jippermetti li jiġi żgurat li l-objettiv finali ta’ dan il-pass jintlaħaq, jiġifieri l-bidu tat-“tħaxxin” (li jikkorrispondi għad-dehra fil-wiċċ tal-ewwel flora tal-maturazzjoni).

Il-perjodu massimu tat-tnixxif ta’ 48 siegħa tħassar ukoll mid-Dokument Uniku.

g)

maturazzjoni

Is-sentenza:

Il-maturazzjoni f’kamra tal-maturazzjoni ddum tal-anqas għaxart ijiem fiż-żona tal-produzzjoni, inkluż il-ġurnata li fiha jiżdied it-tames f’temperatura minn 10 sa 12-il ° Celsius u umdità ta’ bejn 80 u 90 fil-mija.

Ġiet sostitwita bi:

It-tkessiħ huwa gradwali. It-temperatura tal-kamra tal-maturazzjoni għandha tkun ta’ mill-inqas 8 °C għaxart ijiem wara li jiżdied it-tames.

Malli joħroġ mill-kamra tal-maturazzjoni, il-ġobon ikollu qoxra ffurmata u mimlija bil-moffa fil-wiċċ li tista’ taraha faċilment.

F’każ ta’ trasport tal-ġobon mis-sit tal-manifattura sas-sit tal-maturazzjoni, il-ġobon jitkessaħ għat-trasport għal massimu ta’ 24 siegħa. Dan il-perjodu jiżdied mal-perjodu massimu tal-maturazzjoni.

Il-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni ġew emendati, madankollu mingħajr ma ġie emendat il-perjodu minimu tal-maturazzjoni. It-temperatura massima fil-fażi finali tal-maturazzjoni trid tkun neċessarjament anqas mit-temperatura inizjali tal-proċess (tajjeb infakkru li meta jiżdied it-tames it-temperatura massima għandha tkun 25 °C) b’kont meħud tar-rekwiżit tat-tkessiħ gradwali. It-temperatura minima tal-maturazzjoni tbaxxiet minn 10 °C għal 8 °C għaxart ijiem wara li jiżdied it-tames biex jitqiesu l-prattiki veri. Fi 8 °C u aktar, il-flora tiżviluppa u teżerċita l-attività ta’ lipolisi u proteolisi tagħha għall-iżvilupp tal-aromi speċifiċi tax-“Chabichou du Poitou”. It-temperatura massima tal-maturazzjoni tħassret sabiex min jieħu ħsieb il-maturazzjoni jkollu aktar flessibbiltà. Żdiedet id-dehra esterna tal-ġobon malli joħroġ mill-kamra tal-maturazzjoni. Fil-fatt, il-fażi tal-maturazzjoni mhix ikkontrollata biss mit-temperatura iżda wkoll mill-ispezzjoni tad-dehra viżiva esterna tal-ġobon b’rabta mal-iżvilupp tal-flora fil-wiċċ.

Il-valuri minimi u massimi tal-umdità tħassru minħabba li dawn il-valuri m’għadhomx jissodisfaw il-prattiki ta’ xi wħud mill-persuni li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni. Fil-fatt, min jieħu ħsieb il-maturazzjoni jirraġuna l-umdità tiegħu skont l-estratt niexef waqt it-tneħħija mill-forma li jista’ jgħaddi minn varjazzjonijiet sinifikanti skont il-kwalità tal-ħalib użat. Għalhekk, l-umdità fil-kamra tal-maturazzjoni probabbli tgħaddi minn varjazzjonijiet sinifikanti, lil hinn mil-limiti stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ.

Żdied il-perjodu massimu tat-tkessiħ tal-ġobon mhux immaturat qabel it-trasport tiegħu f’vettura mkessħa (massimu ta’ 24 siegħa) sabiex jiġu evitati ċerti derivi possibbli ta’ ħżin fil-kesħa f’perjodu twil ħafna. Dan il-perjodu żdied mal-perjodu minimu tal-maturazzjoni minħabba l-imblukkar tal-proċess tal-maturazzjoni f’temperatura baxxa.

It-temperatura massima tal-maturazzjoni ta’ 10 gradi u l-firxa tal-umdità ta’ 80 sa 90 % tħassru mid-Dokument Uniku.

5   RABTA

Fir-rigward tal-intestatura dwar ir-rabta maż-żona ġeografika, din inkitbet kollha mill-ġdid biex toħroġ b’mod aktar ċar l-evidenza tar-rabta bejn ix-“Chabichou du Poitou” u ż-żona ġeografika tiegħu, mingħajr ma ġiet emendata s-sustanza tar-rabta. Din id-dimostrazzjoni tenfasizza, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib li jippermettu l-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat adattat għall-ipproċessar tal-ġobon, li għalih huwa meħtieġ għarfien speċifiku, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni. Il-punt “Speċifiċità taż-żona ġeografika” jkopri l-fatturi naturali taż-żona ġeografika kif ukoll il-fatturi umani, billi jiġbor fil-qosor l-aspett storiku u jenfasizza l-għarfien speċifiku. Il-punt “Speċifiċità tal-prodott” jenfasizza ċerti elementi introdotti fid-deskrizzjoni tal-prodott. Fl-aħħar nett, il-punt “Rabta kawżali” jispjega l-interazzjonijiet bejn il-fatturi naturali u umani u l-prodott.

Din l-emenda saret ukoll fid-Dokument Uniku.

6)   TIKKETTAR

Il-paragrafu li ġej tħassar:

“Il-ġobon li jibbenefika mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini għandu jiġi kkummerċjalizzat b’tikketta individwali bl-isem tad-Denominazzjoni akkumpanjat mill-kliem “Denominazzjoni ta’ Oriġini”, miktubin kollha b’ittri ta’ daqs ta’ mill-inqas żewġ terzi d-daqs tal-akbar ittri fuq it-tikketta.

It-twaħħil tal-logo INAO huwa obbligatorju.

Barra minn hekk, il-kliem “Manifattura azjendali” jew “Ġobon azjendali” jew kwalunkwe kliem ieħor li jagħti x’jifhem li l-ġobon huwa ta’ oriġini azjendali huwa riżervat għall-produtturi li jipproċessaw il-ħalib prodott fl-azjenda tagħhom.

Il-ġobon ta’ manifattura azjendali miġbur u mmaturat minn dak li jieħu ħsieb il-maturazzjoni jista’ jkollu wkoll dan il-kliem”.

Żdiedet is-sentenza li ġejja:

“Minbarra l-informazzjoni obbligatorja meħtieġa skont ir-regolamenti fir-rigward tat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, it-tikkettar jinkludi l-isem irreġistrat tal-prodott u s-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv”.

L-intestatura dwar it-tikkettar ġiet aġġornata biex tqis l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea. Tħassar l-obbligu dwar id-daqs tal-ittri, minħabba li jidher li jagħmel aktar sens li jkun meħtieġ li l-isem u s-simbolu tad-DOP tal-Unjoni Ewropea jkun fl-istess kamp viżiv.

Dawn l-emendi saru wkoll fid-Dokument Uniku.

7)   OĦRAJN

L-indirizz tad-dipartiment kompetenti tal-Istat Membru ġie aġġornat.

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ġew aġġornati u żdied l-istatus legali tiegħu.

Fir-rigward tal-intestatura dwar ir-referenzi tal-istrutturi ta’ spezzjoni, ġew aġġornati l-isem u d-dettalji tal-istrutturi uffiċjali. Din l-intestatura ssemmi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet ta’ spezzjoni kompetenti Franċiżi: Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) u Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF). Żdied li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-INAO u fuq il-bażi tad-data tal-Kummissjoni Ewropea.

Fir-rigward tal-intestatura dwar ir-rekwiżiti nazzjonali, żdiedet tabella bil-punti ewlenin li għandhom jiġu mmonitorjati u l-metodu ta’ evalwazzjoni tagħhom.

DOKUMENT UNIKU

“CHABICHOU DU POITOU”

Nru tal-UE: PDO-FR-0115-AM01 – 5.12.2018

DOP (X) IĠP ()

1.   Isem/Ismijiet

“Chabichou du Poitou”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Ix-“Chabichou du Poitou” huwa magħmul esklussivament mill-ħalib mhux ipproċessat u sħiħ tal-mogħoż. Huwa ġobon artab u mhux ippressat, mhux imsajjar, b’koagulazzjoni lattika u miżjud bi ftit tames, kemxejn mielaħ, b’qoxra rqiqa u b’moffa bajda, safra jew blu fil-wiċċ.

Għandu għamla ta’ kon żgħir mingħajr ponta, imsejħa “bonde” (mill-għamla tat-tapp tal-injam ta’ bettija). Fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni, il-ġobon ikollu fuq in-naħa ta’ fuq il-marka karatteristika “CdP”.

Il-ġobon fih tal-anqas 18-il gramma xaħam għal kull 100 gramma ta’ prodott lest. Il-piż totali tal-materja niexfa m’għandux ikun anqas minn 40 gramma għal kull ġobna.

Il-piż minimu tal-ġobon huwa ta’ 140 gramma fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni ta’ għaxart ijiem wara li jiżdied it-tames.

Il-ġobna bajda hija soda, b’konsistenza omoġenja u fina, u fl-istess ħin għandha rtubija naturali.

Meta l-ġobon ikun frisk, il-konsistenza hija waħda li tinħall.

Wara maturazzjoni mtawla, il-ġobna tista’ titfarrak u tista’ tidher xi tnixxija taħt il-qoxra.

Meta l-ġobon ikun frisk, it-togħma tkun ħelwa u tixbah lil dik tal-ħalib.

Wara diversi ġimgħat ta’ maturazzjoni, it-togħma tal-mogħoż toħroġ u ddum aktar. Kultant wieħed jinnota aromi ta’ frott niexef. It-togħma mhix mielħa, aċiduża jew morra żżejjed.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Tal-anqas 75 % tar-razzjon annwali tal-mogħoż għandu jiġi miż-żona ġeografika, jiġifieri 825 kg ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena. Dan ir-rekwiżit iqis il-prattiki u l-limitazzjonijiet attwali tal-irziezet fiż-żona ġeografika marbuta mal-adattament għall-klima b’perjodi regolari ta’ nixfa u n-natura ġeoloġika tal-ħamrija.

Il-foraġġi jiġu prodotti bis-sħiħ fiż-żona ġeografika. Ir-razzjon huwa magħmul minn tal-anqas 55 % foraġġ jiġifieri 605 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena.

Bħala foraġġi jitqiesu: il-foraġġi mill-ħxejjex, mill-għelejjel tal-legumi puri jew ikkombinati, il-legumi bl-għeruq u mill-familja tal-kaboċċi, it-tiben u l-pjanti sħaħ taċ-ċereali, tal-għelejjel tal-legumi, taż-żrieragħ żejtnin u tal-għelejjel li fihom il-proteini minbarra foraġġi ħoxnin oħra, u l-ispeċi spontanji li jinsabu fiż-żona ġeografika. Dawn jiġu kkonsmati friski, imgeżwra, f’forma ta’ ħuxlief, akkumulati jew imnixxfa.

Is-silaġġ huwa pprojbit. It-tgeżwir huwa awtorizzat fil-limitu ta’ 200 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena. Il-foraġġ imgeżwer għandu rata ta’ materja niexfa ta’ mill-inqas 50 %.

L-għalf akkumulat u dak imnixxef huwa limitat għal 200 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena.

Ir-razzjon għal kull mogħża fis-sena għandu jkun fih tal-anqas 200 kilogramma ta’ materja niexfa f’forma ta’ nifel jew għelejjel tal-legumi, li jkunu ġejjin miż-żona ġeografika.

Il-materja li ġejja biss tista’ tintuża fil-kompożizzjoni tar-razzjon supplimentari, kemm jekk tkun taħlita azjendali jew ikel kummerċjali sħiħ:

ħbub taċ-ċereali, sħaħ jew estrużi, u prodotti dderivati minnhom;

żrieragħ u frott żejtnin u prodotti dderivati minnhom;

żrieragħ tal-għelejjel tal-legumi u prodotti dderivati minnhom;

żrieragħ u frott ieħor u prodotti dderivati minnhom; pasti tal-espellent tal-ġewż, qastan miksur;

tuberi, għeruq u prodotti dderivati minnhom;

żejt u xaħam ta’ oriġini veġetali;

foraġġi, foraġġi ħoxnin u prodotti dderivati minnhom;

minerali u prodotti dderivati minnhom;

addittivi teknoloġiċi: aġenti li jgħaqqdu, aġenti li jħaxxnu u ġelifikanti;

mikronutrijenti u vitamini.

L-użu tax-xorrox tal-azjenda huwa awtorizzat.

Ir-razzjon supplimentari huwa limitat għal 495 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena. Dan għandu jkun fih tal-anqas 150 kilogramma jew 30 % ta’ ċereali u/jew żrieragħ żejtnin u/jew għelejjel li fihom il-proteini li jkunu ġejjin miż-żona ġeografika.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura u l-maturazzjoni jsiru fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Minbarra l-informazzjoni obbligatorja prevista skont ir-regolamenti dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, it-tikketta tinkludi l-isem irreġistrat tal-prodott u s-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Deskrizzjoni fil-qosor tad-delimitazzjoni taż-żona ġeografika

Id-département ta’ Vienne

Il-canton ta’ Chasseneuil-du-Poitou: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Châtellerault 1: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Châtellerault 2: il-communes ta’ Châtellerault, Orches, Savigny-sous-Faye, Sérigny, u Sossais;

Il-canton ta’ Châtellerault 3: il-communes ta’ Châtellerault u Senillé-Saint-Sauveur;

Il-canton ta’ Chauvigny: il-communes ta’ Availles-en-Châtellerault, Bonneuil-Matours, Cenon-sur-Vienne, Chauvigny (għall-parti li tikkorrispondi mat-territorju tagħha fid-data tad-29 ta’ Ġunju 1990), u Valdivienne (għall-parti li tappartjeni għat-territorju ta’ Chauvigny fid-data tad-29 ta’ Ġunju 1990);

Il-canton ta’ Civray: il-communes ta’ Asnois, Blanzay, Champagné-le-Sec, Champagné-Saint-Hilaire, Champniers, La Chapelle-Bâton, Charroux, Chatain, Château-Garnier, Civray, La Ferrière-Airoux, Genouillé, Joussé, Linazay, Lizant, Magné, Mauprévoir, Payroux, Saint-Gaudent, Saint-Macoux, Saint-Martin-l’Ars, Saint-Pierre-d’Exideuil, Saint-Romain, Saint-Saviol, Savigné, Sommières-du-Clain, Surin, u Voulême;

Il-canton ta’ Jaunay-Clan: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Loudun: il-communes ta’ Angliers, Arçay, Aulnay, Berthegon, Cernay, Chalais, La Chaussée, Chouppes, La Roche-Rigault, Coussay, Craon, Curçay-sur-Dive, Dercé, Doussay, Glénouze, La Grimaudière, Guesnes, Loudun, Martaizé, Maulay, Mazeuil, Messemé, Moncontour, Monts-sur-Guesnes, Mouterre-Silly, Prinçay, Ranton, Saint-Clair, Saint-Jean-de-Sauves, Saint-Laon, Saires, Sammarçolles, Ternay, u Verrue

Il-canton ta’ Lusignan: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Lussac-les-Châteaux: il-communes ta’ Bouresse, Brion, Gençay, Lhommaizé, Moussac, Queaux, Saint-Laurent-de-Jourdes, Saint-Maurice-la-Clouère, Saint-Secondin, Usson-du-Poitou, Verrières, u Le Vigeant;

Il-canton ta’ Migné-Auxances: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Poitiers 1: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Poitiers 2: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Poitiers 3: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Poitiers 4: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Poitiers 5: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Vivonne: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Vouneuil-sous-Biard: il-communes kollha;

Id-département ta’ Deux-Sèvres

Il-canton ta’ Bressuire: il-muniċipalità ta’ Geay;

Il-canton ta’ Celles-sur-Belle: il-communes kollha;

Il-canton ta’ La Gâtine: il-communes ta’ Aubigny, Beaulieu-sous-Parthenay, La Boissière-en-Gâtine, Chantecorps, Clavé, Coutières, Doux, La Ferrière-en-Parthenay, Fomperron, Les Forges, Gourgé, Les Groseillers, Lhoumois, Mazières-en-Gâtine, Ménigoute, Oroux, La Peyratte, Pressigny, Reffannes, Saint-Georges-de-Noisné, Saint-Germier, Saint-Lin, Saint-Marc-la-Lande, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Pardoux, Saurais, Soutiers, Thénezay, Vasles, Vausseroux, Vautebis, Verruyes, u Vouhé;

Il-canton ta’ Melle: il-communes kollha;

Il-canton ta’ Mignon-et-Boutonne: il-communes ta’ Asnières-en-Poitou, Brieuil-sur-Chizé, Brioux-sur-Boutonne, Chérigné, Ensigné, Juillé, Luché-sur-Brioux, Lusseray, Paizay-le-Chapt, Périgné, Secondigné-sur-Belle, Séligné, Vernoux-sur-Boutonne, Villefollet, u Villiers-sur-Chizé;

Il-canton ta’ Plaine Niortaise: il-communes ta’ Brûlain, Prahecq, Saint-Martin-de-Bernegoue, u Vouillé;

Il-canton ta’ Saint-Maixent-l’Ecole: il-communes ta’ Augé, Azay-le-Brûlé, La Crèche, Exireuil, Nanteuil, Romans, Sainte-Eanne, Saint-Maixent-l’École, Saint-Martin-de-Saint-Maixent, Sainte-Néomaye, Saivres, u Souvigné;

Il-canton ta’ Thouars: il-communes ta’ Missé, Saint-Jacques-de-Thouars, Saint-Jean-de-Thouars, u Thouars;

Il-canton ta’ Val de Thouet: il-communes ta’ Airvault, Assais-les-Jumeaux, Availles-Thouarsais, Boussais, Brie, Brion-près-Thouet, Le Chillou, Glénay, Irais, Louin, Luzay, Maisontiers, Marnes, Oiron, Pas-de-Jeu, Pierrefitte, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Gemme, Saint-Généroux, Saint-Jouin-de-Marnes, Saint-Léger-de-Montbrun, Saint-Loup-Lamairé, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Saint-Varent, Taizé-Maulais, Tessonnière, u Tourtenay;

Id-département ta’ Charente

Il-canton ta’ Charente-Bonnieure: il-communes ta’ Benest, Le Bouchage, Champagne-Mouton, u Vieux-Ruffec;

Il-canton ta’ Charente-Nord: il-communes ta’ Les Adjots, Bernac, Bioussac, Brettes, La Chèvrerie, Condac, Courcôme, Empuré, La Faye, La Forêt-de-Tessé, Londigny, Longré, La Magdeleine, Montjean, Nanteuil-en-Vallée, Paizay-Naudouin-Embourie, Raix, Ruffec, Saint-Gourson, Saint-Martin-du-Clocher, Souvigné, Taizé-Aizie, Theil-Rabier, Villefagnan, u Villiers-le-Roux.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tax-“Chabichou du Poitou” tikkorrispondi mal-Haut-Poitou, medda art kalkarja li testendi sal-fruntieri tal-Massif Central lejn il-Lvant u sax-Charente taċ-ċereali u l-inbid fin-Nofsinhar. Il-communes taż-żona ġeografika jinsabu prinċipalment fil-Lvant tad-département ta’ Deux-Sèvres u fil-Punent tad-département ta’ Vienne, kif ukoll, sa ċertu punt, fit-Tramuntana tad-département ta’ Charente.

Il-Haut-Poitou ġie ffurmat matul perjodi ta’ sedimentazzjoni kalkarja. Il-ħamrija ewlenija osservata ġejja mit-tibdil ta’ dan il-blat ta’ sors kalkarju. L-artijiet taflija u kalkarja huma l-aktar formazzjoni tal-ħamrija rappreżentata. Din hija ħamrija kannella taflija u kalkarja pjuttost fonda. Fin-nofs tan-Nofsinhar taż-żona ġeografika, wieħed josserva l-preżenza ta’ artijiet ħomor imsejħa “à châtaigniers” (tal-qastan). Din hija ħamrija kannella ramlija u taflija fonda li tirriżulta mid-dekalċifikazzjoni tas-substrat kalkarju.

Il-klima moderata hija soġġetta għal influwenzi oċeaniċi, madankollu, b’anqas xita milli f’reġjuni oħra tal-kosta tal-Atlantiku, għadd ta’ jiem xemxin u nuqqas ta’ ilma fis-sajf li jista’ jvarja ħafna minn sena għal oħra.

Għalhekk, iż-żona ta’ “Chabichou du Poitou” għandha mużajk ta’ ħamrija, b’potenzjal agronomiku differenti, li jippermetti kultivazzjonijiet varji skont iż-żoni u l-perjodu (rotazzjoni tal-kultivazzjonijiet). L-ambjent naturali jwassal għall-produzzjoni ta’ foraġġi ta’ kwalità kif ukoll ta’ ċereali.

Il-Poitou huwa storikament reġjun ikkaratterizzat mill-preżenza tat-trobbija tal-mogħoż. Għalhekk, il-Poitou kien minn kmieni kulturalment ikkaratterizzat mill-produzzjoni ta’ ġobon tal-mogħoż ta’ tipi differenti. Il-ħalib mill-ħlib huwa l-ewwel maħsub għall-manifattura ta’ ġobon frisk ikkonsmat kuljum fuq skala familjali. Dan l-awtokonsum huwa mifrux b’mod speċjali fost l-iżgħar bdiewa li ma jistgħux irabbu l-baqar minħabba li m’għandhomx biżżejjed art. It-trobbija tal-mogħoż u l-manifattura tal-ġobon huma l-prerogattiva tan-nisa. Il-forma tax-“Chabichou du Poitou” hija forma żgħira, ta’ oriġini tal-fuħħar, użata biex jiġi mmanifatturat il-ġobon bi ftit ħalib.

Fl-1876, il-kriżi tal-fillosera mmarkat żvolta għall-agrikoltura lokali, li abbandunat id-dielja favur it-trobbija tal-annimali u l-produzzjoni tal-ħalib, kemm tal-baqar, għall-produzzjoni tal-butir, kif ukoll tal-mogħoż. Il-merħla tal-mogħoż ta’ Deux-Sèvres u ta’ Vienne mbagħad esperjenzat żvilupp qawwi u l-volumi saru akbar mill-bżonnijiet tal-konsum familjali, il-ġobon żejjed mill-produzzjoni azjendali ġie mmaturat u kkummerċjalizzat fis-swieq lokali.

Mill-bidu tas-seklu 20, il-produzzjoni tax-“Chabichou du Poitou” esperjenzat irkupru bl-iżvilupp ta’ kooperattivi tal-ħalib. Inizjalment speċjalizzat fil-ġbir tal-ħalib tal-baqra, il-moviment kooperattiv jestendi għall-ġbir tal-ħalib tal-mogħoż maħsub għall-manifattura tal-ġobon.

Illum, il-ħalib tal-mogħża huwa prodott minn azjendi li jagħmlu parti mill-kultivazzjonijiet il-kbar, u dan jikkostitwixxi mużajk fil-livell tal-użu tal-art. Tista’ tiġi stabbilita solidarjetà bejn dawk li jrabbu u l-bdiewa taċ-ċereali għall-iżvilupp tal-art u għall-iskambju tal-għalf, taċ-ċereali u tal-foraġġ, speċjalment in-nifel.

Il-forma użata għall-produzzjoni tax-“Chabichou du Poitou” żżomm forma ta’ “bonde” u tagħti l-identità lill-ġobon bl-intars tas-sinjal “CdP”. Il-manifatturi jużaw l-għarfien espert speċifiku marbut mal-għamla ta’ kon mingħajr ponta tal-forma biex jimmaniġġjaw l-eliminazzjoni tax-xorrox. Il-kontroll tal-aċidifikazzjoni u t-triptiku tat-tqattir/tmelliħ/tnixxif huma essenzjali għal sinereżi regolari u dawn iħejju l-formazzjoni tal-qoxra, punt essenzjali għall-manifattura tal-ġobon minħabba d-diffikultajiet tat-tqattir marbut mal-forma.

Ix-“Chabichou du Poitou” għandu l-forma ta’ kon mingħajr ponta, imsejħa “bonde”. Il-qoxra tiegħu għandha l-moffa fil-wiċċ u kultant xi tnixxija ħafifa. Il-ġobna bajda hija soda, b’konsistenza omoġenja u fina. Dan għandu togħma ta’ mogħoż moderata iżda li ddum, bi ħjiel ta’ togħma morra u mielħa, u kultant b’aromi ta’ frott niexef.

Il-klima tal-Haut Poitou, aktar niexfa minn dik tas-setturi l-oħra tas-Seuil du Poitou, il-medda art kalkarja twila u vasta li tinsab bejn il-Massif Armorikan u l-Massif Centrali, kif ukoll il-ħamrija taflija u kalkarja li tirriżulta mill-alterazzjoni tal-blat oriġinali, ikkontribwew għall-iżvilupp ta’sistemi ta’ polikultura-trobbija tal-mogħoż. L-azjendi tal-mogħoż jinsabu fil-qalba ta’ kultivazzjonijiet kbar f’artijiet niexfa, li huma tajbin ħafna għall-mogħża. Il-mogħoż jiġu mitmugħin b’għalf għoli fil-fibra u varjat li jgħin biex jistruttura l-ħalib (proporzjon ta’ proteini - xaħam) u jipprovdi ekosistema mikrobjali għall-ħalib.

L-għalf tal-mogħoż bi proporzjon sinifikanti ta’ foraġġi u ċereali jagħti lok b’mod partikolari għal provvista oriġinali ta’ ħmira. Il-varjetà tal-għalf imqassam lill-mogħoż, il-kwalità tal-foraġġi u tas-supplimenti, u l-inklużjoni tar-razzjonijiet jikkontribwixxu għall-espressjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tax-“Chabichou du Poitou”. Il-preżenza bikrija ta’ flora tal-maturazzjoni fil-ħalib, malli jimmatura, tispjega l-preżenza, xi drabi, ta’ xi tnixxija ħafifa taħt il-qoxra u l-konsistenza fina tal-ġobna tax-“Chabichou du Poitou”.

L-aċidifikazzjoni sinifikanti ħafna tal-baqta sservi ta’ appoġġ għall-ħmira diżaċidifikanti. Din tħejji l-wasla tal-ġeotrikju li jikkontribwixxi għad-dehra partikolari tal-ġobon (moffa fil-wiċċ tal-qoxra) u għat-togħma ta’ mogħoż moderata li ddum u bi ħjiel ta’ togħma morra u mielħa, xi drabi kompluta b’aromi ta’ frott niexef, speċjalment tal-ġellewża.

Il-forma użata għall-manifattura tax-“Chabichou du Poitou” tagħti lill-ġobon l-għamla ta’ kon mingħajr ponta karatteristika tiegħu (forma ta’ “bonde” żgħira tal-btieti). Din il-forma tagħti lix-“Chabichou du Poitou” l-identità tiegħu u toħloq teknoloġija partikolari li tiddetermina d-dehra u t-togħma tiegħu. L-għaxart ijiem minimi ta’ maturazzjoni u l-għarfien espert ta’ min jieħu ħsieb il-maturazzjoni dwar il-kontroll tat-temperaturi jippermettu l-iżvilupp ta’ flora tal-wiċċ u l-kisba tal-karatteristiċi organolettiċi tax-“Chabichou du Poitou”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-5e3ac3fc-de33-401d-a82c-b4528803ebef


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.