ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 249

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
29 ta' Lulju 2020


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

2020/C 249/01

Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-27 ta’ Mejju 2020 dwar il-monitoraġġ tal-implikazzjonijiet tal-istabbiltà finanzjarja ta’ moratorji tad-dejn, u skemi ta’ garanzija pubblika u miżuri oħra ta’ natura fiskali meħuda biex jipproteġu l-ekonomija reali b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (BERS/2020/8)

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 249/02

Rata tal-kambju tal-euro — It-28 ta' Lulju 2020

6

2020/C 249/03

Informazzjoni mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/649

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 249/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni Każ M.9831 – OMV/Borealis Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8


 

Rettifika

 

Rettifika għan-notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9884 — Thoma Bravo/Madison Dearborn Partners/Axiom) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( ĠU C 219, 3.7.2020 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

29.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tas-27 ta’ Mejju 2020

dwar il-monitoraġġ tal-implikazzjonijiet tal-istabbiltà finanzjarja ta’ moratorji tad-dejn, u skemi ta’ garanzija pubblika u miżuri oħra ta’ natura fiskali meħuda biex jipproteġu l-ekonomija reali b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19

(BERS/2020/8)

(2020/C 249/01)

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2)(b), (d) u (f) u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(e) u l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,

Billi:

(1)

It-tifqigħa tal-pandemija tal-coronavirus (COVID-19) u l-infurzar sussegwenti ta’ miżuri ta’ konteniment jirrappreżentaw xokk qawwi għall-ekonomiji Ewropej. L-Istati Membri qed jistabbilixxu moratorji ta’ dejn, skemi ta’ garanzija pubblika u miżuri oħra ta’ natura fiskali biex jipproteġu lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-unitajiet domestiċi mill-effetti tal-pandemija. Filwaqt li dawn il-miżuri huma mmirati lejn is-settur mhux finanzjarju, madankollu għandhom implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja.

(2)

L-effettività ta’ dawn il-miżuri f’termini tal-preżervazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja se tiddependi fuq id-daqs u l-karatteristiċi tad-disinn tagħhom. Jeħtieġ li dawn jiġu mmonitorjati bir-reqqa fuq livell nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jsiru aġġustamenti fi żmien xieraq, bl-użu tal-flessibbiltà pprovduta mill-qafas temporanju tal-Unjoni għall-għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19 (3).

(3)

Minħabba l-livell għoli ta’ integrazzjoni tal-ekonomiji tal-Istati Membri, id-diversi miżuri implimentati minn Stat Membru wieħed se jkollhom impatt fuq Stati Membri oħrajn permezz ta’ riperkussjonijiet pożittivi jew negattivi. Dawn ir-riperkussjonijiet għandhom jitqiesu f’valutazzjoni komprensiva tal-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni kollha tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali biex jipproteġu l-ekonomija reali b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri nazzjonali meħuda biex jassiguraw l-istabbiltà finanzjarja, jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ u kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali u l-awtoritajiet fiskali u superviżorji nazzjonali, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fl-14 ta’ Mejju 2020, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) indirizza ittra lill-awtoritajiet fiskali nazzjonali tal-Unjoni li tinkoraġġixxi djalogu intensifikat minn stadju bikri bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-livell nazzjonali (4).

(5)

Il-BERS huwa responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni u jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ riskji sistemiċi. Għal dan il-għan, il-BERS beħsiebu jimmonitorja u jiddiskuti regolarment l-implikazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni kollha tal-miżuri nazzjonali introdotti biex jipproteġu l-ekonomija reali b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Il-BERS beħsiebu jiffoka b’mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet transkonfinali u transsettorjali. Dan il-monitoraġġ għandu jkompli biss sakemm ikun hemm impatt potenzjali ta’ dawn il-miżuri fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni.

(6)

Il-monitoraġġ tal-implikazzjonijiet ta’ dawn il-miżuri għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni kollha ser jeħtieġ ir-rapportar ta’ informazzjoni nazzjonali rilevanti mill-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali. It-talbiet tal-BERS għal informazzjoni rilevanti minn dawk l-awtoritajiet għandhom iqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità u jevitaw id-duplikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar billi jiffokaw fuq informazzjoni li mhijiex disponibbli minn sorsi oħra.

(7)

Il-BERS beħsiebu jikkumplimenta u jsaħħaħ il-monitoraġġ u l-valutazzjoni li qed isiru fil-livell nazzjonali. L-għan tal-BERS huwa li jrawwem skambju ta’ esperjenzi u identifikazzjoni bikrija ta’ kwistjonijiet transkonfinali u transsettorjali. Fi stadju aktar tard, ser jadotta wkoll perspettiva kkoordinata tal-approċċi għat-tneħħija gradwali tal-miżuri. Għal dawn il-finijiet, il-BERS għandu l-intenzjoni li jistabbilixxi kanal ta’ feedback biex jippermetti l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet li jirrapportaw.

(8)

Din ir-Rakkomandazzjoni ma toħloqx rekwiżiti ġodda ta’ rappurtar għall-industrija tas-servizzi finanzjarji. Biex jikseb l-informazzjoni, il-BERS għandu joqgħod fuq ir-rappurtar mill-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali ta’ informazzjoni li tkun inġabret għall-finijiet tal-monitoraġġ nazzjonali tagħhom, li mbagħad tiddependi fuq ir-rappurtar minn awtoritajiet fiskali nazzjonali u aġenziji tal-gvern involuti fit-twettiq tal-miżuri. Il-BERS għandu joqgħod ukoll fuq data miġbura mill-istituzzjonijiet membri tiegħu, b’mod partikolari l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

(9)

Din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-mandati tal-politika monetarja tal-banek ċentrali fl-Unjoni.

(10)

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-BERS jiġu ppubblikati wara li jkunu ġew infurmati d-destinatarji, u wara li l-Bord Ġenerali jkun informa lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan u wara li jkun ta opportunità lill-Kunsill biex jirreaġixxi,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

TAQSIMA 1

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Rakkomandazzjoni A — Monitoraġġ nazzjonali tal-implikazzjonijiet tal-istabbiltà finanzjarja tal-miżuri meħuda għall-protezzjoni tal-ekonomija reali b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja tal-miżuri relatati mal-COVID-19 meħuda mill-Istati Membri tagħhom biex jipproteġu lill-ekonomija reali, bħal moratorji tad-dejn, u skemi ta’ garanzija pubblika u miżuri oħrajn ta’ natura fiskali. Għal dan il-għan, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimmonitorjaw il-karatteristiċi tad-disinn u l-użu ta’ dawn il-miżuri, kif ukoll l-implikazzjonijiet possibbli għall-istabbiltà finanzjarja bl-użu ta’ indikaturi ewlenin, bħal dawn li ġejjin.

(a)

Id-disinn u l-użu tal-miżuri: b’mod partikolari l-volum; it-tipi ta’ appoġġ finanzjarju (bħal moratorji ta’ dejn, garanziji ta’ self, self issussidjat, jew parteċipazzjonijiet azzjonarji); il-benefiċjarji u l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà; id-durata; u informazzjoni dwar l-użu tal-miżura (eż. il-volum u n-numru ta’ applikazzjonijiet riċevuti u aċċettati).

(b)

Implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja: b’mod partikolari l-fluss ta’ kreditu għall-ekonomija reali; il-likwidità, is-solvenza u l-livell ta’ dejn tas-settur mhux finanzjarju; u s-sodezza finanzjarja tal-istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi tendenzi osservati u mistennija f’selfiet improduttivi u l-abbiltà li jissodisfaw rekwiżiti ta’ likwidità u kapitali.

Rakkomandazzjoni B — Rappurtar minn awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali lill-BERS

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jirrapportaw regolarment lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa biex il-BERS jimmonitorja u jivvaluta l-implikazzjonijiet tal-miżuri nazzjonali msemmija fir-Rakkomandazzjoni A għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni. Dan għandu jinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu mmonitorjati u vvalutati l-implikazzjonijiet transkonfinali u transettorjali, kif disponibbli għall-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali permezz ta’ arranġamenti ta’ rapportar eżistenti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali magħmula disponibbli mill-awtoritajiet fiskali u aġenziji governattivi oħra involuti fit-twettiq tal-miżuri.

TAQSIMA 2

IMPLIMENTAZZJONI

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, tapplika d-definizzjoni li ġejja:

(a)

“awtorità makroprudenzjali nazzjonali” tfisser awtorità nazzjonali bl-objettivi, l-arranġamenti, il-kompiti, is-setgħat, l-istrumenti, ir-rekwiżiti ta’ akkontabilità u karatteristiċi oħra stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni BERS/2011/3 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) jew, fejn tali awtorità ma tkunx ġiet stabbilita, awtorità maħtura skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE (6) jew l-Artikolu 458(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (7).

2.   Kriterji għall-implimentazzjoni

1.

Il-kriterju li ġej japplika għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet A u B.

(a)

Għandha tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lill-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li jitqiesu l-għan u l-kontenut ta’ kull rakkomandazzjoni.

2.

Il-kriterju li ġej japplika għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni B.

(a)

L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Lulju 2020.

3.   Mudelli għar-rappurtar

Sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni tar-rappurtar skont ir-Rakkomandazzjoni B, il-BERS se jippubblika mudelli rilevanti sat-30 ta’ Ġunju 2020.

4.   Skeda ta’ żmien għas-segwitu

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, id-destinatarji għandhom jikkomunikaw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS, l-azzjonijiet li jkunu ħadu b’reazzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni jew jissostanzjaw kull nuqqas ta’ azzjoni. Il-komunikazzjonijiet għandhom jintbagħtu b’mod konformi ma’ dawn l-iskedi ta’ żmien.

1.   Rakkomandazzjoni A

Sal-31 ta’ Lulju 2020, id-destinatarji huma mitluba li jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS il-formola fl-Anness dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni A.

2.   Rakkomandazzjoni B

Sal-31 ta’ Diċembru 2020, id-destinatarji huma mitluba li jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS il-formola fl-Anness dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni B.

5.   Emendi għar-Rakkomandazzjoni

Il-Bord Ġenerali għandu jiddeċiedi meta jeħtieġ li tiġi emendata din ir-Rakkomandazzjoni. Tali emendi jinkludu b’mod partikolari t-tul ta’ żmien tal-monitoraġġ u r-rappurtar fir-Rakkomandazzjonijiet A u B.

6.   Monitoraġġ u valutazzjoni

1.

Il-Bord Ġenerali għandu jivvaluta l-azzjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet ikkomunikati mid-destinatarji u, fejn xieraq, jista’ jiddeċiedi li din ir-Rakkomandazzjoni ma ġietx segwita u li destinatarju naqas milli jipprovdi ġustifikazzjoni adegwata għan-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu.

2.

Il-metodoloġija ppreżentata fil-Manwal dwar il-valutazzjoni tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS (8), li tiddeskrivi l-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS, mhijiex applikabbli.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Mejju 2020.

Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS,

f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS

Francesco MAZZAFERRO


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(2)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 (2020/C 91 I/01) (ĠU C 91 I, 20.3.2020, p. 1), u d-dokumenti relatati dwar ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat u l-coronavirus disponibbli fuq https://ec.europa.eu/competition/state_aid/what_is_new/covid_19.html

(4)  Ara l-ittra tal-14 ta’ Mejju 2020 mill-President tal-BERS lill-President u lill-Membri tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, disponibbli fuq:

https://www.esrb.europa.eu/pub/pdf/other/esrb.letter200514_ESRB_work_on_implications_to_protect_the_real_economy~e67a9f48ca.en.pdf

(5)  Rakkomandazzjoni BERS/2011/3 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-22 ta’ Diċembru 2011 dwar il-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali (ĠU C 41, 14.2.2012, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(8)  Handbook on the assessment of compliance with ESRB recommendations (Manwal dwar il-valutazzjoni tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS), April 2016, disponibbli fuq https://www.esrb.europa.eu/pub/pdf/recommendations/160502_handbook.en.pdf


ANNESS

Komunikazzjoni tal-azzjonijiet meħuda b’risposta għar-rakkomandazzjoni

1.   Dettalji tad-destinatarju

Rakkomandazzjoni

 

Pajjiż tad-Destinatarju

 

Istituzzjoni

 

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tar-rispondent

 

Data tal-komunikazzjoni

 

2.   Komunikazzjoni ta’ azzjonijiet

Rakkomandazzjoni

Inti tikkonforma? (iva/le/mhux applikabbli)

Deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħuda biex tiġi żgurata konformità

Ġustifikazzjoni għal konformità parzjali jew non-konformità

Rakkomandazzjoni A

 

 

 

Rakkomandazzjoni B

 

 

 

3.   Noti

1.

Din il-formola tintuża għall-komunikazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.

2.

Kull destinatarju għandu jissottometti l-formola mimlija lill-BERS permezz tas-Segretarjat tal-BERS elettronikament permezz ta’ DARWIN fil-folder apposta jew permezz tal-posta elettronika lil notifications@esrb.europa.eu. (Is-Segretarjat tal-BERS ser jagħmel arranġamenti għat-trażmissjoni tal-komunikazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fuq bażi aggregata.)

3.

Id-destinatarji huma mistennija li jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti relatata mal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni u l-kriterji għall-implimentazzjoni, inkluża informazzjoni dwar is-sustanza u t-tempestività tal-azzjonijiet meħuda.

4.

Jekk destinatarju jikkonforma biss parzjalment, għandu jagħti spjegazzjoni sħiħa tal-grad tan-nuqqas ta’ konformità, kif ukoll dettalji oħra tal-konformità parzjali. L-ispjegazzjoni għandha tispeċifika b’mod ċar il-partijiet rilevanti tar-rakkomandazzjoni li d-destinatarji ma jikkonformawx magħhom.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta' Lulju 2020

(2020/C 249/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1717

JPY

Yen Ġappuniż

123,34

DKK

Krona Daniża

7,4429

GBP

Lira Sterlina

0,90968

SEK

Krona Żvediża

10,2820

CHF

Frank Żvizzeru

1,0758

ISK

Krona Iżlandiża

158,60

NOK

Krona Norveġiża

10,6940

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,251

HUF

Forint Ungeriż

346,98

PLN

Zloty Pollakk

4,4054

RON

Leu Rumen

4,8355

TRY

Lira Turka

8,1283

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6412

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5693

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,0810

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7630

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6168

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 406,13

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,4315

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2041

HRK

Kuna Kroata

7,5070

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 030,66

MYR

Ringgit Malażjan

4,9827

PHP

Peso Filippin

57,664

RUB

Rouble Russu

84,8413

THB

Baht Tajlandiż

36,920

BRL

Real Brażiljan

6,0650

MXN

Peso Messikan

25,8438

INR

Rupi Indjan

87,7140


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/7


Informazzjoni mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/649

(2020/C 249/03)

Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/649 tas-7 ta’ Mejju 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea matul is-56 sessjoni tal-Kumitat ta’ Esperti dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija fir-rigward ta’ ċerti emendi tal-Appendiċi C tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (1), il-Kummissjoni tinforma li d-deċiżjonijiet meħuda fil-korp u applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2021 huma disponibbli fuq:

http://otif.org/fileadmin/new/2-Activities/2D-Dangerous-Goods/2Df-Notifications/2021/NOT-RID-20016-e-amendments_2021_RID.pdf


(1)  ĠU L 153, 15.5.2020, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

Każ M.9831 – OMV/Borealis

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 249/04)

1.   

Fis-6 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

OMV Aktiengesellschaft (“OMV”, l-Awstrija),

Borealis AG (“Borealis”, l-Awstrija).

OMV takkwista kontroll esklużiv fuq Borealis fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

OMV hija attiva globalment fl-esplorazzjoni, fl-iżvilupp u fil-produzzjoni taż-żejt u tal-gass. Topera wkoll raffineriji fl-Awstrija, fil-Ġermanja u fir-Rumanija, li jipproduċu u jbigħu LPG, fjuwil tal-ġettijiet, nafta, petrol, diżil, żejt fjuwil tqil, kubrit u kokk ikkalċinat; tagħmel kummerċ fil-gass u tbigħu u tippossjedi network ta’ pipelines u faċilitajiet tal-ħżin tal-gass fl-Awstrija.

Borealis hija attiva fil-produzzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ poljolefini, sustanzi kimiċi bażi u fertilizzanti. Attwalment hija kkontrollata b’mod konġunt minn OMV u Mubadala Investment Company, Abu Dabi, l-Emirati Għarab Magħquda (“Mubadala”, l-Emirati Għarab Magħquda).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:

M.9831 – OMV/Borealis

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

29.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/10


Rettifika għan-notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9884 — Thoma Bravo/Madison Dearborn Partners/Axiom) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 219 tat-3 ta’ Lulju 2020 )

(2020/C 249/05)

Fil-paġna 17, il-punt 1, l-ewwel linja:

għal:

Fil-25 ta’ Ġunju 2020”

aqra:

Fis-26 ta’ Ġunju 2020”