ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2020/C 247/01 |
|
Rettifika |
|
2020/C 247/67 |
Rettifika għall-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-220/20 ( ĠU C 201, 15.6.2020 ) |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2020/C 247/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fit-31 ta’ Ottubru 2019 – TN vs WWK Lebensversicherung auf Gegenseitigkeit, VP
(Kawża C-803/19)
(2020/C 247/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TN
Konvenuta: WWK Lebensversicherung auf Gegenseitigkeit, VP
Parti oħra fil-proċedura: UO
B’digriet tat-28 ta’ Mejju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) iddeċidiet kif ġej:
L-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, u l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), moqri flimkien mal-Artikolu 186(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha, fil-każ ta’ rinunzja mid-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni, it-taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni, dovuta minn dan id-detentur, miġbura mill-impriża tal-assigurazzjoni u mħallsa minnha lill-Istat, tiġi eskluża mill-ammonti li din l-impriża għandha tħallas lura lill-imsemmi detentur, b’mod li dan tal-aħħar ikollu jitlob ir-rimbors ta’ din it-taxxa lill-amministrazzjoni fiskali jew, jekk ikun il-każ, jitlob id-danni lill-impriża tal-assigurazzjoni, sakemm il-modalitajiet proċedurali previsti mid-dritt applikabbli għall-kuntratt tal-assigurazzjoni sabiex jiġu rkuprati l-ammonti mħallsa fuq il-bażi tal-imsemmija taxxa ma jkunux ta’ natura li jippreġudikaw l-effettività tad-dritt ta’ rinunzja li d-dritt tal-Unjoni jagħti lid-detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/3 |
Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2020 minn K.A. Schmersal Holding GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-21 ta’ Novembru 2019 fil-Kawża T-527/18 – K.A. Schmersal Holding vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea – Tecnium (tec.nicum)
(Kawża C-52/20 P)
(2020/C 247/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: K.A. Schmersal Holding GmbH & Co. KG (rappreżentant: A. Haudan, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tat-28 ta’ Mejju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li K.A. Schmersal Holding GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/3 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2020 minn Refan Bulgaria OOD mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2019 fil-Kawża T-747/18 – Refan Bulgaria vs EUIPO (Forma ta’ fjura)
(Kawża C-72/20 P)
(2020/C 247/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Refan Bulgaria OOD (rappreżentant: A. Ivanova, адвокат)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tal-4 ta’ Ġunju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla li tiddetermina jekk l-appelli għandhomx jitkomplew) iddeċidiet li l-appell ma għandux jitħalla jitkompla u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/3 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2020 minn Hästens Sängar AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-3 ta’ Dicembru 2019 fil-Kawża T-658/18 – Hästens Sängar vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ disinn bil-kwadri)
(Kawża C-74/20 P)
(2020/C 247/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Hästens Sängar AB (rappreżentanti: M. Johansson, advokat, R. Wessman, advokat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tat-28 ta’ Mejju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li Hästens Sängar AB għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-17 ta’ Frar 2020 (regolarizzazzjoni fis-16 ta’ April 2020) – BPC Lux 2 Sàrl et vs Banco de Portugal et
(Kawża C-83/20)
(2020/C 247/06)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BPC Lux 2 Sàrl, BPC UKI LP, Bennett Offshore Restructuring Fund Inc.,Bennett Restructuring Fund LP, Queen Street Limited, BTG Pactual Global Emerging Markets and Macro Master Fund LP, BTG Pactual Absolute Return II Master Fund LP, CSS LLC, Beltway Strategic Opportunities Fund LP, EJF Debt Opportunities Master Fund LP, TP Lux HoldCo Sàrl, VR Global Partners LP, CenturyLink Inc. Defined Benefit Master Trust, City of New York Group Trust, Dignity Health, GoldenTree Asset Management Lux Sàrl, GoldenTree High Yield Value Fund Offshore 110 Two Ltd, San Bernardino County Employees Retirement Association, EJF DO Fund (Cayman) LP, Massa Insolvente da Espírito Santo Financial Group SA
Konvenuti: Banco de Portugal, Banco Espírito Santo SA, Novo Banco SA
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-Direttiva 2014/59/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u, speċjalment, l-Artikoli 36, 73 u 74 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik imsemmija iktar ’il fuq u li ġiet applikata permezz tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni li tikkonsisti fil-ħolqien ta’ istituzzjoni tranżitorja u strument ta’ separazzjoni tal-assi, li, waqt li kienet tittrasponi parzjalment dik id-direttiva u dan matul id-dekorriment tal-perijodu totali ta’ traspożizzjoni tal-istess direttiva:
|
2) |
Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fis-sentenza tat-18 ta’ Diċembru 1997, Inter-Environnement Wallonie [Kawża C-129/96 (2), sussegwentement ikkonfermata mill-istess qorti], leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik imsemmija fil-proċess fil-kawża prinċipali, inkwantu traspożizzjoni parzjali tad-Direttiva 2014/59, tirriżulta li, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, tista’ tikkomprometti serjament ir-riżultat li għandu jintlaħaq mid-Direttiva, b’mod speċifiku mil-Artikoli 36, 73 u 74 tagħha? |
(2) EU:C:1997:628.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/5 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2020 minn Société des produits Nestlé SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-19 ta’ Diċembru 2019 fil-Kawża T-40/19 – Amigüitos pets & life vs EUIPO – Société des produits Nestlé
(Kawża C-97/20 P)
(2020/C 247/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Société des produits Nestlé SA (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, C. Elkemann u A. Lambrecht, Rechtsanwälte)
Partijiet oħra fil-proċedura: Amigüitos pets & life SA (rappreżentanti: N.A. Fernández Fernández-Pacheco, abogado), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tal-4 ta’ Ġunju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-27 ta’ Frar 2020 – Regione Puglia vs Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et
(Kawża C-110/20)
(2020/C 247/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: Regione Puglia
Konvenuti: Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dei beni e delle attività culturali e del turismo, Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Commissione tecnica di verifica dell’impatto ambientale
Domandi preliminari
Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik deskritta, li minn naħa, tiddefinixxi bħala ottimali għall-finijiet tal-ħruġ ta’ permess ta’ esplorazzjoni ta’ idrokarburi żona partikularment estiża, maħruġ għal perijodu determinat – f’dan il-każ żona ta’ 750 kilometru kwadru għal sitt snin – u li, min-naħa l-oħra, tippermetti li dawn il-limiti jinqabżu permezz tal-għoti ta’ diversi permessi ta’ esplorazzjoni għal żoni kontigwi favur l-istess operatur wieħed, bil-kundizzjoni li dawn jinħarġu wara proċeduri amministrattivi separati?
(1) Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 262).
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Linz (l-Awstrija) fid-9 ta’ Marzu 2020 – ZK, AL vs Deutsche Lufthansa AG
(Kawża C-131/20)
(2020/C 247/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Linz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ZK, AL
Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG
B’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 2020, il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fil-25 ta’ Marzu 2020 – G.D. vs The Commissioner of the Garda Síochána, Minister for Communications, Energy and Natural Resources, Attorney General
(Kawża C-140/20)
(2020/C 247/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti/Appellanti: G.D.
Konvenuti/Partijiet oħra fil-proċedura: Commissioner of the Garda Síochána, Minister for Communications, Energy and Natural Resources and Attorney General
Domandi preliminari
1) |
Sistema ġenerali/universali ta’ żamma ta’ data – anki jekk suġġetta għal restrizzjonijiet stretti fil-qasam ta’ żamma u ta’ aċċess – hija, minnha nfisha, kuntrarja għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58/KE (1), interpretati fid-dawl tal-Karta? |
2) |
Fil-kuntest tal-eżami dwar jekk jekk għandhiex tiġi kkonstatata l-inkompatibbiltà ta’ miżura nazzjonali implimentata skont id-Direttiva 2006/24/KE (2) u li tipprevedi sistema ġenerali ta’ żamma ta’ data (suġġetta għall-kontrolli stretti neċessarji fil-qasam taż-żamma jew ta’ aċċess), u b’mod partikolari fl-evalwazzjoni tal-proporzjonalità ta’ tali sistema, qorti nazzjonali hija intitolata tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li d-data tista’ tinżamm legalment mill-fornituri ta’ servizzi għall-użu kummerċjali tagħhom stess u li ż-żamma tagħha tista’ tiġi imposta għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE? |
3) |
Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-Karta, ta’ miżura nazzjonali li tirregola l-aċċess għad-data miżmuma, liema kriterji għandha qorti nazzjonali tapplika meta teżamina jekk tali sistemi ta’ aċċess jipprevedux l-istħarriġ preliminari indipendenti kif iddeterminat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha? F’dan il-kuntest, tista’ qorti nazzjonali, fil-kuntest ta’ tali evalwazzjoni, tieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju ex post jew indipendenti? |
4) |
Fi kwalunkwe każ, qorti nazzjonali hija obbligata tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ miżura nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58/KE, fil-każ fejn din il-miżura nazzjonali tipprevedi sistema ġenerali ta’ żamma ta’ data għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalita gravi, u fejn il-qorti nazzjonali tkun ikkonkludiet, fid-dawl tal-provi kollha disponibbli, li tali żamma hija kemm indispensabbli kif ukoll strettament neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità gravi? |
5) |
Jekk qorti nazzjonali hija obbligata tikkonkludi li miżura nazzjonali hija kuntrarja għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58/KE, interpretati fid-dawl tal-Karta, hija intitolata tillimita l-effetti ratione temporis ta’ tali konstatazzjoni, jekk hija tqis li n-nuqqas li tagħmel dan iwassal għal “kaos u dannu għall-interess pubbliku li jirriżulta” (skont l-approċċ meħud, pereżempju, f’R (National Council for Civil Liberties) vs Secretary of State for Home Department and Secretary of State for Foreign Affairs [2018] EWHC 975, punt 46]? |
6) |
Qorti nazzjonali mitluba tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58/KE u/jew li ma tapplikax din il-leġiżlazzjoni, u/jew tiddikkjara li l-applikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni kienet kisret id-drittijiet ta’ persuna fiżika, jew fil-kuntest ta’ proċedura mibdija sabiex tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni ta’ argument relatat mal-ammissibbiltà tal-provi fi proċeduri kriminali jew f’kuntest ieħor, tista’ tkun awtorizzata tirrifjuta li tilqa’ din it-talba f’dak li jikkonċerna d-data miżmuma b’applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali adottata skont l-obbligu, previst fl-Artikolu 288 TFUE, li jiġu trasposti b’mod fidil fid-dritt nazzjonali d-dispożizzjonijiet ta’ direttiva, jew li tillimita tali konstatazzjoni għall-perijodu wara d-dikjarazzjoni tal-invalidità tad-Direttiva 2006/24/KE mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ April 2014? |
(1) Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514).
(2) Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU 2006, L 105, p. 54).
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fis-16 ta’ April 2020 – AZ vs Finanzamt Hollabrunn Korneuburg Tulln
(Kawża C-163/20)
(2020/C 247/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AZ
Konvenut: Finanzamt Hollabrunn Korneuburg Tulln
Domanda preliminari
L-Artikolu 18 TFUE u l-Artikolu 45(1) TFUE, l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 (1), l-Artikolu 4, l-Artikolu 5(b), l-Artikolu 7 u l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (2) kif ukoll it-tieni sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (3) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-benefiċċji tal-familja għal wild li ma huwiex effettivament jirrisjedi b’mod permanenti fl-Istat Membru li jħallas dawn il-benefiċċji tal-familja, iżda li effettivament jirrisjedi fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, f’parti kontraenti oħra għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew fl-Isvizzera, għandhom jiġu adattati fuq il-bażi tal-livelli komparattivi tal-prezzijiet, ippubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, għall-Istat ikkonċernat b’rabta mal-Istat Membru li jħallas il-benefiċċji tal-familja?
(1) Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU 2011, L 141, p. 1).
(2) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).
(3) Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU 2009, L 284, p. 1).
Il-Qorti Ġenerali
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/8 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-564/15 RENV) (1)
(Assistenza finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) - Settur tat-trasport għall-perijodu 2014-2020 - Sejħa għal proposti - Deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista ta’ proposti magħżula - Ċaħda tal-proposta - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Trattament ugwali - Obbligu ta’ motivazzjoni)
(2020/C 247/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: Y. de Vries u J. de Kok, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kalėda u J. Samnadda, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5274 finali tat-13 ta’ Lulju 2015 finali li tistabbilixxi l-lista ta’ proposti magħżula sabiex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), Settur tat-Tranport wara s-sejħa għal proposti tal-11 ta’ Settembru 2014 fuq il-bażi tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV relatati mal-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-Kawża C-635/16 P, kif ukoll mal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-Kawża T-564/15. |
3) |
Spliethoff’s Bevrachtingskantoor hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċedura ta’ rinviju quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-Kawża T-564/15 RENV. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/8 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Sammut vs Il-Parlament
(Kawża T-608/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Drittijiet u obbligi tal-uffiċjal - Pubblikazzjoni ta’ test li s-suġġett tiegħu jittratta x-xogħol tal-Unjoni - Obbligu ta’ avviż minn qabel - Artikolu 17a tar-Regolamenti tal-Persunal - Rapport ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà”)
(2020/C 247/13)
Lingwa tal-kawża: il-Malti
Partijiet
Rikorrent: Mark Anthony Sammut (Foetz, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Borg Olivier, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Sammut u I. Lázaro Betancor, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, essenzjalment, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Jannar 2018 sa fejn ma laqgħatx it-talba tar-rikorrent għat-tneħħija ta’ dikjarazzjoni li tinsab fir-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għas-sena 2016 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrent minħabba din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Mark Anthony Sammut huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – AL vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-83/19) (1)
(Servizz pubbliku - Konsulenti speċjali - Nomina għal funzjoni ta’ rappreżentazzjoni tal-Unjoni f’istanza internazzjonali ta’ sħubija - Nomina ta’ persuna oħra li tirrappreżenta l-Unjoni - Aspettattivi leġittimi - Dritt għal smiegħ - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u dritt ta’ premura - Responsabbiltà)
(2020/C 247/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AL (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Vernier u I. Melo Sampaio, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għal kumpens imressqa mir-rikorrent fid-19 ta’ Diċembru 2017 u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu tat-12 ta’ Novembru 2018 u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas ta’ danni materjali u morali li r-rikorrent allegatament sostna.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
AL huwa kkundannat għall-ispejjeż |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Gunju 2020 – L. Oliva Torras vs EUIPO Mecánica del Frío (Apparat ta’ gganċjar għall-vetturi)
(Kawża T-100/19) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta apparat ta’ agganċjar ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni jew ta’ klimatizzazzjoni ma’ vettura bil-mutur - Kap tat-talbiet biss għall-finijiet ta’ bidla - Talba impliċita għal annullament - Ammissibbiltà - Raġuni għal invalidità - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni - Artikoli 4 sa 9 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Portata tal-eżami mwettaq mill-Bord tal-Appell - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Bord tal-Appell dwar in-nuqqas ta’ osservanza ta’ ħtieġa ta’ protezzjoni matul il-proċedimenti - Konklużjoni diverġenti fid-deċiżjoni kkontestata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 u t-tieni sentenza tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)
(2020/C 247/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: L. Oliva Torras, S.A. (Manresa, Spanja) (rappreżentanti: E. Sugrañes Coca u M. D. Caballero Pérez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mecánica del Frío, S.L. (Cornellá de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: J. Torras Toll, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1397/2017-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn L. Oliva Torras u Mecánica del Frío.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjon Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1397/2017-3) hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn L. Oliva Torras, SA. |
4) |
Mecánica del Frío, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Oosterbosch vs Il-Parlament
(Kawża T-131/19) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Allowance għal servizz kontinwat jew bix-shift - Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċertezza legali - Prinċipjyu ta’ legalità - Kunċett ta’ xogħol ta’ bil-lejl”)
(2020/C 247/16)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marc Oosterbosch (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Windisch u C. González Argüelles, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tar-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti tax-xhur ta’ Marzu, ta’ April u ta’ Ġunju 2018
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Marc Oosterbosch huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – eSky Group IP vs EUIPO – Gröpel (e)
(Kawża T-646/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva e - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti e - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2020/C 247/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: eSky Group IP sp. z o.o. (Varsovie, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kurcman, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u V. Ruzek, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gerhard Gröpel (Passau, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Maenz, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2019 (Każ R 223/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn G. Gröpel u eSky Group IP.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
eSky Group IP sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – FF&GB vs EUIPO (ONE-OFF)
(Kawża T-707/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ONE-OFF - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2020/C 247/18)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: FF&GB Srl (Mantova, l-Italja) (rappreżentant: M. Locatelli, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. L. Capostagno, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Awwissu 2019 (Każ R 239/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ONE-OFF bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
FF&GB Srl hija kkundannata għall-ispejjeż. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/12 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2020 – Dragnea vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-738/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali - Programm operattiv reġjonali Rumen 2007-2013 - Investigazzjonijiet esterni tal-OLAF - Rapporti finali u rakkomandazzjonijiet tal-OLAF - Deċiżjoni nazzjonali li tinbeda investigazzjoni kriminali - Rifjut tal-OLAF li tinbeda investigazzjoni fir-rigward tal-kondotta tal-investigaturi preċedenti - Rifjut ta’ aċċess għall-fajl tal-investigazzjonijiet tal-OLAF - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)
(2020/C 247/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Liviu Dragnea (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tal-1 ta’ Ottubru 2018.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Liviu Dragnea huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/13 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2020 – Nord Stream 2 vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-526/19) (1)
(“Rikors għal annullament - Enerġija - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva (UE) 2019/692 - Applikazzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE għal-linji tal-gass sejrin jew ġejjin minn pajjiż terz - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà - Produzzjoni ta’ dokumenti miksuba illegalment”)
(2020/C 247/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nord Stream 2 AG (Zoug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: L. Van den Hende, J. Penz-Evren, avukati, u M. Schonberg, solicitor-advocate)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentani: L. Visaggio, J. Etienne u I. McDowell, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lo Monaco, S. Boelaert u K. Pavlaki, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Direttiva (UE) 2019/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU 2019, L 117, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Id-dokumenti prodotti minn Nord Stream 2 AG inkwantu Annessi A. 14 u O. 20 huma rtirati mill-proċess u ma hemmx lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni siltiet tar-rikors u tal-annessi li fihom huma riprodotti estratti minn dawn id-dokumenti. |
2) |
Il-kumplament tat-talba inċidentali mressqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea hija miċħuda. |
3) |
Id-dokumenti prodotti minn Nord Stream 2 inkwantu Annessi M. 26 u M. 30 huma rtirati mill-proċess. |
4) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
5) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja, mir-Repubblika tal-Litwanja, mir-Repubblika tal-Polonja u mill-Kummissjoni Ewropea. |
6) |
Nord Stream 2 hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent. |
7) |
Nord Stream 2, il-Parlament u l-Kunsill kif ukoll ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/14 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2020 – Nord Stream vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-530/19) (1)
(“Rikors għal annullament - Enerġija - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva (UE) 2019/692 - Żieda tal-Artikolu 49a mad-Direttiva 2009/73/KE dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ deroga għal ċerti dispożizzjonijiet tad-direttiva - Applikazzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE għal-linji tal-gass lejn jew minn pajjiż terz - Kontestazzjoni tat-terminu stabbilit fl-24 ta’ Mejju 2020 għall-għoti ta’ derogi għall-obbligi tad-Direttiva 2009/73 - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)
(2020/C 247/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nord Stream AG (Zoug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Raible, C. von Köckritz u J. von Andreae, avukati)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Etienne u I. McDowell, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lo Monaco u S. Boelaert, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Direttiva (UE) 2019/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (ĠU 2019, L 117, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja, mir-Repubblika tal-Litwanja, mir-Repubblika tal-Polonja u mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Nord Stream AG hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent. |
4) |
Nord Stream, il-Parlament u l-Kunsill kif ukoll ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/15 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2020 – Anglo Austrian AAB u Belegging-Maatschappij “Far-East” vs BĊE
(Kawża T-797/19 R-II)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu - Talba ġdida - Artikolu 160 tar-Regoli tal-Proċedura”)
(2020/C 247/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Anglo Austrian AAB AG, li qabel kienet Anglo Austrian AAB Bank AG (Vjenna, l-Awstrija), Belegging-Maatschappij “Far-East”BV (Velp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Fischer, J. Willheim, M. Ketzer u O. H. Behrends, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, E. Yoo u V. Hümpfner, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2019, Referenza ECB-SSM-2019-AT-8, WHD-2019-0009, li permezz tagħha l-Bank Ċentrali Ewropew irtira, b’effett mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni, l-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ta’ Anglo Austrian AAB Bank AG.
Dispożittiv
1) |
It-talba hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/15 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2020 – Isopix vs Il-Parlament
(Kawżi T-163/20 R u T-163/20 R II)
(“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Provvista ta’ servizzi fotografiċi - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta parzjali tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”)
(2020/C 247/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Isopix SA (Ixelles, il-Belgju) (rappreżentanti: P. Van den Bulck u J. Fahner, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Wójcik u E. Taneva, aġenti)
Suġġett
Talbiet ibbażati fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiżi, fil-Kawża T-163/20 R, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-att tal-Parlament tal-24 ta’ Marzu 2020 li jinforma lir-rikorrenti li l-offerta tagħha għall-kuntratt pubbliku COMM/DG/AWD/2019/854 ma ntlaqgħetx u li l-kuntratt ingħata lil offerent ieħor kif ukoll sabiex il-Qorti Ġenerali tordona lill-Parlament li jipproduċi r-rapport tal-analiżi tal-offerti u, fil-Kawża T-163/20 R II, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-att tal-Parlament tas-17 ta’ April 2020 li tinformaha li l-offerta tagħha għall-kuntratt pubbliku COMM/DG/AWD/2019/854 ġiet miċħuda peress li ma kinitx tissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni fir-rigward tal-kapaċità finanzjarja u ekonomika.
Dispożittiv
1) |
Hija sospiża l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropea tal-24 ta’ Marzu 2020 li tinforma lil Isopix SA li l-offerta tagħha għall-kuntratt pubbliku COMM/DG/AWD/2019/854 ma ntlaqgħetx u li l-kuntratt ingħata lil offerent ieħor. |
2) |
Il-Parlament huwa ordnat jikkommunika lil Isopix ir-rapport tal-analiżi tal-offerti fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tiegħu. |
3) |
It-talba għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-163/20 R II hija miċħuda bħala inammissibbli. |
4) |
Id-digrieti tat-3 ta’ April 2020, Isopix vs Il-Parlament (T-163/20 R), u tat-22 ta’ April 2020, Isopix vs Il-Parlament (T-163/20 R II), huma mħassra. |
5) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/16 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2020 – FT et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-224/20)
(2020/C 247/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FT u 22 rikorrenti oħra (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-iskeda ta’ remunerazzjoni tax-xahar ta’ Ġunju 2019 tar-rikorrenti sa fejn tapplika, għall-ewwel darba, koeffiċjenti korretturi ġodda applikabbli għar-remunerazzjoni tagħhom, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Awwissu 2018; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti jqisu, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni baqgħet ma pprovditilhomx elementi li jippermettulhom li jifhmu mhux biss it-tnaqqis tal-koeffiċjent korrettur applikat għar-remunerazzjoni tagħhom iżda wkoll l-applikazzjoni b’effett retroattiv li jiġġenera dejn partikolarment sostanzjali. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tad-dmir ta’ premura. Ir-rikorrenti jsostnu li ma setgħux jipprevedu t-tnaqqis eċċezzjonali tal-koeffiċjent korrettur applikat għar-remunerazzjoni tagħhom, għall-perijodu ta’ riferiment, b’effett retroattiv. Skont ir-rikorrenti, peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal ma ġewx soddisfatti, il-Kummissjoni ma tistax titlobhom il-ħlas ta’ diversi xhur tar-remunerazzjoni tagħhom, minħabba l-modifika tal-koeffiċjent korrettur b’effett retroattiv. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/17 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2020 – FJ et vs SEAE
(Kawża T-225/20)
(2020/C 247/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FJ u 7 rikorrenti oħra (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi r-rendikont ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti għal Ġunju 2019 sa fejn din tapplika, għall-ewwel darba, koeffiċjenti ta’ korrezzjoni ġodda applikabbli għar-remunerazzjoni tagħhom, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Awwissu 2018; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti jqisu, f’dan ir-rigward, li l-konvenut naqas milli jipprovdilhom l-elementi li jippermettilhom jifhmu mhux biss it-tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikat għar-remunerazzjoni tagħhom, iżda wkoll l-applikazzjoni b’effett retroattiv li tiġġenera dejn partikolarment sinjifikattiv. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tad-dmir ta’ premura. Ir-rikorrenti jsostnu li huma ma setgħux jipprevedu t-tnaqqis eċċezzjonali tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikat għar-remunerazzjoni tagħhom, għall-perijodu ta’ referenza, b’effett retroattiv. Fil-fehma tagħhom, peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal ma humiex issodisfatti, il-Kummissjoni ma tistax titlob mingħandhom ir-rimbors ta’ diversi xhur tar-remunerazzjoni tagħhom, minħabba l-bidla tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni b’effett retroattiv. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/17 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – KG vs Il-Parlament
(Kawża T-251/20)
(2020/C 247/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: KG (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Frar 2020 li tiċħad l-ilment tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2019; |
— |
tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-Parlament tat-30 ta’ Awwissu 2019 li tiċħad it-talba inizjali magħmula mir-rikorrent fl-4 ta’ April 2019; |
— |
tordna lill-konvenut jikkumpensa lir-rikorrent d-dannu morali stmat, ex aequo et bono, għal EUR 5 000; |
— |
tikkundanna lill-konvenut jirrimborsa l-ispejjeż legali kollha, inklużi l-ispejjeż tal-konsulent legali tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 20(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq ksur tal-prinċipju tal-kontinwità tas-servizz. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ drittijiet miksuba. |
3. |
It-tielet motiv huwa ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tal-obbligu ta’ premura. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/18 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-255/20)
(2020/C 247/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Logue, Solicitor, u J. Kenny, Barrister-at-law)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Frar 2020 li tiċħad parzjalment it-talba tagħha għal aċċess għal dokumenti fil-Kawża GESTDEM Nru 2019/6819; |
— |
tiddeċiedi dwar l-ispejjeż u tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti u tikkundanna lill-partijiet intervenjenti jbatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u żbalji ta’ liġi li rriżultaw fl-applikazzjoni żbaljata tal-protezzjoni tal-eċċezzjoni dwar il-proċess deċiżjonali (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001) (1) u nuqqas ta’ motivazzjoni (Artikolu 296 TFEU) peress li:
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u żbalji ta’ liġi li rriżultaw fl-applikazzjoni żbaljata tal-kriterju ta’ interess pubbliku superjuri previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u nuqqas ta’ motivazzjoni (Artikolu 296 TFUE). |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi bbażat ruħha fuq ir-Regoli Standard ta’ Proċedura għall-Kumitati, li huma inapplikabbli abbażi tal-Artikolu 277 TFEU. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/19 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – JR vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-265/20)
(2020/C 247/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: JR (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw il-komunikazzjoni ta’ data personali dwar ir-rikorrenti, meħuda fit-28 ta’ Frar 2020 u fid-9 ta’ April 2020; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fuq ksur tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39) u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 17 tiegħu. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru d-drittijiet fundamentali ta’ aċċess għad-data personali. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, fuq ksur tar-Regolament Nru 2018/1725, b’mod partikolari, tal-Artikolu 14(1) u (2) u tal-Artikolu 17(3) tal-imsemmi regolament. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/19 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2020 – JS vs SRB
(Kawża T-270/20)
(2020/C 247/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: JS (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2018 ikkomunikat lilu fit-12 ta’ Ġunju 2019; |
— |
tannulla, kif meħtieġ, id-deċiżjoni tat-22 ta’ Jannar 2020, innotifikata fit-28 ta’ Jannar 2020, li tiċħad l-ilment tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2019; |
— |
tordna l-ħlas ta’ kumpens finanzjarju għad-dannu morali evalwat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 15 000; |
— |
tordna l-kumpens għad-dannu materjali tiegħu għal ammont ta’ EUR 2 322 kkawżat mill-iffriżar tas-salarju fil-grad AD 6, livell 3, għal perjodu ta’ 12-il xahar minn Awwissu 2019; |
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u akkużi malafamanti. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ għanijiet professjonali u l-assenza ta’ deskrizzjoni tax-xogħol applikabbli. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità u ksur tad-deċiżjoni tas-CRU meħuda fis-sessjoni plenarja tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2015 (1). |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5 tad-deċiżjoni tal-imsemmi SRB tal-25 ta’ Marzu 2015 u fuq ksur tal-obbligu ta’ premura. Fir-rigward tat-talba għal kumpens, ir-rikorrent jinvoka n-nuqqas imwettaq mill-konvenut, id-dannu mġarrab u r-rabta kawżali bejn in-nuqqas u d-dannu. |
(1) Deċiżjoni tal-Bord dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal u għall-proċeduri għall-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-membri tal-persunal temporanju.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/20 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2020 – JS vs SRB
(Kawża T-271/20)
(2020/C 247/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: JS (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2019 ikkomunikata lilu fis-17 ta’ Ġunju 2019 u li tiċħad it-talba tiegħu għal assistenza tat-2 ta’ Mejju 2019; |
— |
tannulla wkoll, jekk meħtieġ, id-deċiżjoni kkomunikata lilu fid-29 ta’ Jannar 2020, li ċaħdet l-ilment tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2019; |
— |
tordna l-pagament ta’ kumpens finanzjarju bħala d-dannu morali mġarrab mir-rikorrent stmat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EU 20 000; |
— |
tordna barra minn hekk il-kumpens għad-dannu materjali tiegħu kkwantifikat u ppruvat stmat għal ammont ta’ EUR 77 408; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2.1 tal-politika tas-SRB adottat b’deċiżjoni fis-sessjoni plenarja tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2017 (1). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 7.3a tal-imsemmija politika tas-SRB. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ premura. Fir-rigward tat-talba għall-kumpens, ir-rikorrent jinvoka n-nuqqas imwettaq mill-konvenut, id-dannu mġarrab u r-rabta bejn in-nuqqas u d-dannu. |
(1) Politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u l-fastidju sesswali.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/21 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2020 – MHCS vs EUIPO – Lidl Stiftung (Sfumaturi tal-kulur oranġjo)
(Kawża T-274/20)
(2020/C 247/31)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: MHCS (Épernay, Franza) (rappreżentant: O. Vrins, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Kulur li jikkonsisti fi sfumaturi tal-kulur oranġjo) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 747 949
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 2392/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom stess; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja u/jew tar-Regola 1(1)(d) flimkien mar-Regola 3(2), (3) u (5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità; |
— |
Ksur tal-prinċipju ġenerali tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipji taċ-ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba (inkluż tal-obbligu ta’ motivazzjoni); |
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/22 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2020 – Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-275/20)
(2020/C 247/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Westfälische Drahtindustrie GmbH (Hamm, il-Ġermanja), Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG (Hamm) u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Duys u N. Tkatchenko, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara invalida l-ittra tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2020, li permezz tagħha l-Assistent Direttur Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni talbet li l-ewwel rikorrenti tħallas lill-Kummissjoni ammont ta’ EUR 12 236 931.69; |
— |
konsegwentement, tiddikjara li l-ħlasijiet magħmula mill-ewwel rikorrenti lill-Kummissjoni bejn id-29 ta’ Ġunju 2011 u s-16 ta’ Ġunju 2015 fl-ammont ta’ EUR 16 400 000 flimkien mal-interessi kumpensatorji li saru dovuti fl-ammont ta’ EUR 1 420 610, li flimkien jammontaw għal EUR 17 820 610, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-multa awtonoma imposta mill-Qorti Ġenerali fil-kawża Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni (T-393/10, EU:T:2015:515) b’effett mill-15 ta’ Lulju 2015 u li, minħabba l-ħlas tas-17 ta’ Ottubru 2019 fl-ammont ta’ EUR 18 149 636.24, din il-multa diġà tħallset fl-intier tagħha; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lill-ewwel rikorrenti ammont ta’ EUR 1 633 085.17 flimkien mal-interessi kumpensatorji mis-17 ta’ Ottubru 2019, kif ukoll interessi moratorji bir-rata medja applikata mill-BĊE fiż-żmien rilevanti għat-tranżazzjonijiet tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda bi 3.5 % mis-17 ta’ Ottubru 2019 sar-rimbors sħiħ tal-ammont dovut; |
— |
sussidjarjament, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, tħallas danni lill-ewwel, lit-tieni u lit-tielet rikorrenti fl-ammont ta’ EUR 12 236 931.69 bi tpaċija tal-ammont ta’ EUR 12 236 931.69 mitlub mill-Kummissjoni lill-ewwel rikorrenti permezz tal-ittra tat-2 ta’ Marzu 2020 u li tħallas lill-ewwel rikorrenti l-ammont ta’ ħlas żejjed li huwa ta’ EUR 1 633 085.17 flimkien mal-interessi kumpensatorji mis-17 ta’ Ottubru 2019 u interessi moratorji kkalkolati bir-rata medja applikata mill-BĊE fiż-żmien rilevanti għat-tranżazzjonijiet tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda bi 3.5 % mis-17 ta’ Ottubru 2019 sar-rimbors sħiħ tal-ammont dovut; |
— |
u, fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE minħabba azzjoni insuffiċjenti (kontinwa) sabiex tiġi żgurata konformità fir-rigward tal-annullament tal-multa invalida, ikkawżat min-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-portata tad-dikjarazzjoni ġudizzjarja ta’ invalidità fir-rigward tal-multa li saret invalida (b’mod retroattiv). Il-Qorti Ġenerali la żammet u lanqas ikkonfermat il-multa invalida, iżda ordnat lir-rikorrenti jħallsu l-multa ġdida u awtonoma imposta minnha. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 99(4) u tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) minħabba li ġew aċċettati b’mod żbaljat interessi moratorji mill-4 ta’ Jannar 2011 għaliex il-Kummissjoni, bi ksur tal-obbligi tagħha, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni favur ir-rikorrenti l-ħlasijiet magħmula indebitament (ex tunc) mill-ewwel rikorrenti sal-għoti tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015 u l-interessi kumpensatorji li kienu saru dovuti fuq il-multa imposta mill-ġdid mill-Qorti Ġenerali b’effett mill-15 ta’ Lulju 2015. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ ne bis in idem minħabba ż-żieda (de facto) tal-multa imposta mill-Qorti Ġenerali, peress li l-Kummissjoni talbet, b’mod indebitu, ħlas mir-rikorrenti ta’ interessi moratorji retroattivi sa mill-4 ta’ Jannar 2011. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE u tal-Artikolu 99(4)(b) tar-Regolament Nru 2018/1046 minħabba kalkolu żbaljat tal-ammont massimu ammissibbli tal-ammont ta’ interessi moratorji dovuti mill-15 ta’ Ottubru 2015. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE minħabba ksur tal-prinċipji u tar-regoli ta’ amministrazzjoni tajba peress li l-Kummissjoni qiegħda titlob b’mod indebitu mir-rikorrenti ħlas ta’ somma (addizzjonali) (flimkien ma’ interessi moratorji) li taqbeż il-multa imposta mill-Qorti Ġenerali (flimkien mal-interessi moratorji). |
(1) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/23 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2020 – Crevier vs EUIPO (Apparat ta’ deodorizzazzjoni tal-arja)
(Kawża T-276/20)
(2020/C 247/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Jeffrey Scott Crevier (Fort Lauderdale, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Kime, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 652 872
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 2396/2019-3
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-eżaminatur appellata fir-rigward taċ-ċaħda tat-talba għal restitutio in integrum kollha kemm hi; |
— |
tagħti restitutio in integrum, sussidjarjament, tibgħat il-kwistjoni lura lill-EUIPO b’istruzzjonijiet xierqa lill-EUIPO; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tat-Titolu VIII, jiġifieri l-Artikoli 62 sa 78, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002; |
— |
Ksur tal-Kapitoli VII sa XIX, l-Artikoli 38 sa 84, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002; |
— |
Ksur tat-Trattat UE; |
— |
Ksur ta’ dispożizzjoni legali. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/24 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2020 – MKB Multifunds vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-277/20)
(2020/C 247/34)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: MKB Multifunds BV (Zierikzee, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. van de Hel u R. Rampersad, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.55704 (2019/FC) – il-Pajjiżi l-Baxxi – dwar l-allegata għajnuna li tikkonċerna d-“Dutch Venture Initiative” (iktar ’il quddiem id-“DVI”); |
— |
tordna lill-Kummissjoni li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura ta’ eżemi; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet, b’mod żbaljat, li l-investimenti ta’ DVI, struttura ta’ fond ta’ fondi, f’fondi ta’ ekwità privata, huma konformi mas-suq. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet, b’mod żbaljat, li l-istruttura ġenerali tat-tariffi tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) hija konformi mal-istruttura tat-tariffi ta’ amministratur analogu ta’ fond ta’ fondi. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet, b’mod żbaljat li l-investiment mill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi fl-istruttura ta’ fond ta’ fondi ta’ DVI huwa konformi mas-suq. , |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/25 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2020 – CX vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-280/20)
(2020/C 247/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni, bid-data tat-28 ta’ Ġunju 2019, fil-fajl CMS 12/042, taħt riferiment Ares(2019)4110741, li tirrevoka lir-rikorrent skont l-Artikolu 9(1)(h) tal-Annesss IX tal-Istatut, mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għal pensjoni; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2020, taħt riferiment Ares(2020)577152, innotifikata l-istess jum, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra tiċħad l-ilment tar-rikorrent, li kien ressaq fit-28 ta’ Settembru 2019, taħt ir-riferiment R/538/19, kontra d-deċiżjoni kontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, skont ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza tal-materjalità tal-fatti kkritikati, taż-żnaturament tal-provi, ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, tal-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni u tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. B’mod partikolari r-rikorrent isostni li l-iżnaturament tal-unika prova miżmuma kontra tiegħu huwa kkostitwit peress li l-Awtorità tal-Ħatra tallega allegat “negozjar tal-prezz mhux awtorizzat” ibbażat fuq ittra elettronika unika, minkejja li l-istess test tiegħu juri li r-rikorrent illimita lilu nnifsu li jitrażmetti lill-kuntrattur, f’konformità perfetta mal-kuntratt qafas, istruzzjoni ċara u inekwivoka, ’il bogħod minn kull “negozjar” li kellu bżonn, għall-inqas, id-diskussjonijiet kollha bil-għan ta’ ftehim ma’, jekk ikun il-każ, abbandun tal-allegazzjonijiet minn naħa u minn oħra. Ir-rikorrent iżid li l-iskambji li seħħew bejnu u l-kuntrattur li jistabbilixxu biss il-proċess kooperattiv u ripetut ta’ xogħol intiż li jistabbilixxi verżjoni finali tal-kwistjonarju u tas-servizzi konnessi u f’ebda każ “negozjar”. B’dan il-mod, l-Awtorità tal-Ħatra tkun ibbażat ilment minn fatti mhux stabbiliti u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli, ta’ kemm ilhom jeżistu l-fatti kkritikati u l-preskrizzjoni tar-responsabbiltà dixxiplinarja. Skont ir-rikorrent, il-fatti kkritikati lilu huma ttraċċjati lura rispettivament, għal Settembru 2001 u Ġunju 2003, jiġifieri 18 u 16-il sena qabel id-data tad-deċiżjoni kkontestata. Il-proċedura dixxiplinata nfetħet fis-7 ta’ Frar 2013, jiġifieri diġà rispettivament 11 u 9 snin wara d-data tal-fatti kkritikati. Ir-rikorrent iqis li t-terminu bejn il-fatti kkritikati u d-deċiżjoni kkontestata huwa manifestament mhux raġonevoli. Huwa jżid li l-antikità tal-fatti missha wasslet lill-Awtorità tal-Ħatra li jikkunsidra mitigazzjoni tar-responsabbiltà dixxiplinari tiegħu, saħansitra li jgħid li din ir-responsabbiltà hija preskritta. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-ksur tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet. Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni ma laqgħatx it-talbiet varji tiegħu, li bdew fil-bidu tal-proċedura fl-2013, ta’ produzzjoni tad-dokumenti li ġġudika indispensabbli għad-difiża tiegħu, jiġifieri b’mod partikolari l-ittri elettroniċi kollha tiegħu dwar iż-żewġ ilmenti li kienu kkritikati lilu, il-kuntratt qafas, il-kwistjonarji intermedji u finali tal-istħarriġ inkwistjoni, kif ukoll il-fajl finanzjarju relattiv tiegħu. Wieħed isib hemm il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u l-ksur tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq vizzji ta’ forma u ta’ proċedura u tal-ksur tad-dmir li wieħed jistaqsi b’mod approfondita, li huma prova kontra u dawk li jiskaġunaw. Ir-rikorrent jiddikjara li mis-16 ta’ April 2018, il-qorti ta’ korrezzjoni ta’ [kunfidenzjali] (1) ġġudikat li ebda fatt ma kien stabbilit u ħelset lir-rikorrent “mill-prevenzjonijiet kollha kontrih” billi ġie ppreċiżat li din il-qorti, iddeċediet eżattament fuq l-istess fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, u qalet li ma kinux stabbiliti. Ir-rikorrent iqis ukoll li billi ma ttrażmettietx lill-kunsill ta’ dixxiplina element daqstant fundamentali ta’ deċiżjoni ta’ ġustizzja, li saret definittiva, li ħelset totalment ir-rikorrent, l-Awtorità tal-Ħatra kisret l-obbligu tagħha li tikkomunika lill-kunsill ta’ dixxiplina d-dokumenti kollha rilevanti u utli għall-istabbiliment tal-opinjoni tagħha u wettqet vizzju ta’ proċedura. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-dmir ta’ imparzjalità. Skont ir-rikorrent, is-Segretarju Ġenerali kiteb lill-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni, lil żewġ membri tal-Kummissjoni, lid-Direttur Ġenerali li jiddependi minnu, lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, kif ukoll lill-Awtorità tal-Ħatra li l-investigazzjoni “ikkonfermat il-kunflitt ta’ interessi u qiegħdet għall-evidenza diversi irregolaritajiet fil-kap tal-persuna kkonċernata”, li jikkostitwixxi ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-dmir ta’ imparzjalità. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq l-użu ta’ dokument qabel ma ġie kkunsidrat bħala legalment ineżistenti, tal-ineżistenza stess tal-imsemmi dokument u tal-ksur tal-Artikolu 1(1) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”). Ir-rikorrent jirrileva li l-OLAF qatt ma semgħetu fuq il-fatti kkonċernati bejn it-3 ta’ Mejju 2011 u t-18 ta’ April 2012, data tat-trażmissjoni tar-rapport tagħha, u li dan il-ksur tal-obbligu tagħha li tisma’ lir-rikorrent qabel ma tiffinalizza r-rapport tagħha għandu jwassal għall-ineżistenza legali tiegħu. |
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolament, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ukoll tal-aspettattivi leġittimi u ta’ żbal manifest ta’ evalwazzjoni, minħabba li s-sanzjoni ma hijiex adegwata mal-fatti miżmuma. Ir-rikorrent jiddikjara f’dan ir-rigward li s-sanzjoni deċiża mill-Awtorità tal-Ħatra hija manifestament disproporzjonata. Fil-fehma tiegħu, il-fatti miżmuma kontrih huma ta’ importanza relattiva ħafna, billi s-somma inkwistjoni togħla għal EUR 2 000. Barra minn hekk, dawn il-fatti huma antiki ħafna. Issa, is-sanzjoni deċiża twassal li tiċħad lill-familja tar-rikorrent minn kull riżors u minn kull kopertura ta’ mard, liema fatt huwa manifestament disproporzjonat. |
(1) Data kunfidenzjali moħbija.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/26 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2020 – Facegym vs EUIPO (FACEGYM)
(Kawża T-289/20)
(2020/C 247/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Facegym Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “FACEGYM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni No. W1 466 456
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 70/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
alternattivament
— |
tibdel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-allegati prodotti u servizzi kontenzjużi tat-trade mark internazzjonali rreġistrata ma jiksrux l-Artikolu 7(1)(b) jew (c); |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura u għall-ispejjeż ta’ ħawn isfel. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) jew (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/27 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2020 – Talleres de Escoriaza vs EUIPO – Salto Systems (KAAS KEYS AS A SERVICE)
(Kawża T-294/20)
(2020/C 247/37)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Talleres de Escoriaza, SA (Irún, Spanja) (rappreżentanti: T. Müller u F. Togo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Salto Systems, SL (Oiartzun, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “KAAS KEYS AS A SERVICE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 899 439
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1363/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni; |
— |
Ksur tad-dritt għal smigħ; |
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqrti flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/28 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2020 – Aquind et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-295/20)
(2020/C 247/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aquind Ltd (Wallsend, ir-Renju Unit), Aquind SAS (Rouen, Franza), Aquind Energy (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Goldberg, Solicitor, E. White, avukat, C. Davis u J. Bille, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-miżura kkontestata, jiġifieri r-Regolament Delegat, sa fejn dan ineħħi lil AQUIND Interconnector mil-Lista tal-Unjoni; |
— |
b’mod alternattiv, tannulla r-Regolament Delegat kollu kemm hu; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti relatati ma’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/389 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (1).
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni għat-tneħħija ta’ AQUIND Interconnector mil-lista tal-Unjoni.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi taħt ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament TEN-E”) u b’mod partikolari tal-Artikolu 5(8) tiegħu.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 10(1) tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija.
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u aspettattivi leġittimi tad-dritt tal-Unjoni.
|
(2) Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU 2013 L 115, p. 39).
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/29 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2020 – Nosio vs EUIPO – Tros del Beto (ACCUSÌ)
(Kawża T-300/20)
(2020/C 247/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: J. Graffer, G. Rubino, A. Ottolini, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tros del Beto, SLU (Marçà, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ACCUSÌ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 014 921
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 871/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiddikjara s-sinjali huma differenti; |
— |
taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/30 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2020 – Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-301/20)
(2020/C 247/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE (Ain Sukhna, l-Eġittu), Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE (Ain Sukhna) (rappreżentanti: B. Servais u V. Crochet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti (1); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrent jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-metodoloġija tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi n-nefqa tal-produzzjoni ta’ Hengshi u tal-ispejjeż tal-bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż ġenerali oħra (iktar ’il quddiem l-“ispejjeż BAĠ”) u tal-qliegħ għall-kalkolu tal-valur normali maħdum ta’ Hengshi tikser l-Artikolu 2(5) kif ukoll l-Artikoli 2(3), 2(6), 2(11), 2(12) u 9(4) tar-Regolament Bażiku. |
2. |
It-tieni motiv, li jallega li l-metodoloġija tal-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-prezzijiet indikattivi fir-rigward tar-rikorrenti tikser l-Artikoli 3(1), 3(2), 3(3), 3(6) u 9(4) tar-Regolament Bażiku. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/31 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2020 – Del Valle Ruiz et vs SRB
(Kawża T-302/20)
(2020/C 247/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Antonio Del Valle Ruiz (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) u 36 rikorrent ieħor (rappreżentanti: P. Rubio Escobar, R. Ruíz de la Torre Esporrín u B. Fernández García, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni (SRB/EES/2020/52) tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-17 ta’ Marzu 2020 li tiddetermina l-għoti potenzjali ta’ kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri ta’ Banco Popular Español, S.A. |
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti, li jsostnu bis-sħiħ jew parzjalment it-talbiet tal-konvenut, għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu(15)(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”). F’dan ir-rigward, huwa allegat li dawk li kienu l-azzjonisti ta’ Banco Popular ma għandhomx ikunu sofrew iktar telf permezz tar-riżoluzzjoni milli setgħu sofrew f’każ ta’ insolvenza ordinarja.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(16) tar-Regolament. F’dan ir-rigward, huwa allegat li d-deċiżjoni kkontestata ma evalwatx jekk dawk li kienu l-azzjonisti ta’ Banco Popular kinux jirċievu trattament aħjar fi proċedura ta’ insolvenza ordinarja milli fir-riżoluzzjoni, peress li l-proċedura ta’ insolvenza ġiet imqabbla mal-istralċ. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni ma twettqitx minn persuna indipendenti.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), sa fejn inkiser id-dritt għal smigħ, ta’ dawk li kienu l-azzjonisti ta’ Banco Popular, qabel ma tittieħed il-miżura unika li taffettwahom b’mod sfavorevoli.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta. F’dan ir-rigward, huwa affermat li nkiser id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ dawk li kienu l-azzjonisti ta’ Banco Popular, bl-assenza ta’ difiża li tirriżulta minnha.
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 17 tal-Karta u l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali; sa fejn l-azzjonisti ġew imċaħħda mid-dritt tagħhom tal-proprjetà mingħajr ma rċevew kumpens ġust għal dak it-telf.
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52 tal-Karta. F’dan ir-rigward, huwa allegat li s-SRB ċaħad lill-azzjonisti mid-drittijiet tagħhom tal-proprjetà mingħajr ma rrispetta l-limiti stabbiliti bil-liġi.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/32 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2020 – Arias Mosquera et vs SRB
(Kawża T-303/20)
(2020/C 247/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: José María Arias Mosquera (Madrid, Spanja) u 28 rikorrent ieħor (rappreżentanti: P. Rubio Escobar, R. Ruíz de la Torre Esporrín, A. Menéndez Menéndez u B. Fernández García, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni (SRB/EES/2020/52) tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-17 ta’ Marzu 2020 li tiddetermina l-għoti potenzjali ta’ kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri ta’ Banco Popular Español, S.A. |
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti, li jsostnu bis-sħiħ jew parzjalment it-talbiet tal-konvenut, għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-302/20, Del Valle Ruiz et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/32 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2020 – Molina Fernández vs SRB
(Kawża T-304/20)
(2020/C 247/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Laura Molina Fernández (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: S. Rodríguez Bajón u A. Gómez-Acebo Dennes, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni SRB/EES/2020/52 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-17 ta’ Marzu 2020 li tiddetermina l-għoti potenzjali ta’ kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri ta’ Banco Popular Español, S.A., li ġew affettwati mill-miżuri ta’ riżoluzzjoni adottati.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel nett, ir-rikorrenti ġustament tqis li r-Rapport dwar il-Valwazzjoni 3 ma nħariġx minn espert tassew indipendenti, kif meħtieġ mill-Artikolu 20(16) sa (18) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1). |
2. |
It-tieni nett, ir-rikorrenti ġustament tikkunsidra li r-Rapport dwar il-Valwazzjoni 3 huwa illegali peress li l-metodoloġija tal-analiżi mwettqa minn Deloitte hija żbaljata, li jwassal għal konklużjonijiet li huma wkoll żbaljati li għandhom konsegwenzi negattivi serji għar-rikorrenti, li hija mċaħħda indebitament u inġustament mill-kumpens li għalih hija intitolata. |
3. |
It-tielet nett, il-valwazzjoni 3 tassumi bażi żbaljata fuq l-istat finanzjarju ta’ Banco Popular fiż-żmien tar-riżoluzzjoni tiegħu. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/33 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2020 – Telefónica Germany vs EUIPO – Google (LOOP)
(Kawża T-305/20)
(2020/C 247/44)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Telefónica Germany GmbH & Co. OHG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Google LLC (Mountain View, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LOOP – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 842 166
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 281/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO kif ukoll lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ fejn din tal-aħħar tintervjeni fil-kawża, għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 41(2)(a) u (c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/34 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2020 – Hijos de Moisés Rodríguez González vs EUIPO – Irlanda y Ornua (La Irlandesa 1943)
(Kawża T-306/20)
(2020/C 247/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hijos de Moisés Rodríguez González, SA (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja) (rappreżentant: J. García Domínguez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Irlanda y Ornua (La Irlandesa 1943)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva La Irlandesa 1943 – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 043 436
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1499/2016-G
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u, jekk ikun il-każ, lill-partijiet l-oħra fil-kawża li jopponu. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(g), u tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/34 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2020 – Calatrava Real State 2015 vs SRB
(Kawża T-307/20)
(2020/C 247/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Calatrava Real State 2015 (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: P. Rubio Escobar, R. Ruíz de la Torre Esporrín u B. Fernández García, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni (SRB/EES/2020/52) tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-17 ta’ Marzu 2020 li tiddetermina l-għoti potenzjali ta’ kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri ta’ Banco Popular Español, S.A. |
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti, li jsostnu bis-sħiħ jew parzjalment it-talbiet tal-konvenut, għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-302/20, Del Valle Ruiz et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u T-303/20, Arias Mosquera et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/35 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – EVH vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-312/20)
(2020/C 247/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: EVH GmbH (Halle [Saale], il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Frar 2019, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern il-konċentrazzjoni “RWE/E.ON Assets”, Każ M.8871 (ĠU 2020, C 111, p. 1); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni fiha difett formali.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta ma vverifikatx biżżejjed il-fatti u, li kieku dawn ġew ivverifikati b’mod xieraq, kien ikollha tagħti bidu għat-tieni fażi tal-proċedura.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta – anki minħabba l-investigazzjonijiet mhux xierqa tagħha – wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset li l-fużjoni kienet kompatibbli mal-kompetizzjoni.
|
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/36 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – Stadtwerke Leipzig vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-313/20)
(2020/C 247/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Stadtwerke Leipzig GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Frar 2019, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern il-konċentrazzjoni “RWE/E.ON Assets”, Każ M.8871 (ĠU 2020, C 111, p. 1); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq tliet motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-312/20, EVH vs Il-Kummissjoni.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/36 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – GWS Stadtwerke Hameln vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-314/20)
(2020/C 247/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GWS Stadtwerke Hameln GmbH (Hameln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Frar 2019, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern il-konċentrazzjoni “RWE/E.ON Assets”, Każ M.8871 (ĠU 2020, C 111, p. 1); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq tliet motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-312/20, EVH vs Il-Kummissjoni.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/37 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – TEAG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-315/20)
(2020/C 247/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TEAG Thüringer Energie AG (Erfurt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Frar 2019, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern il-konċentrazzjoni “RWE/E.ON Assets”, Każ M.8871 (ĠU 2020, C 111, p. 1); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq tliet motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-312/20, EVH vs Il-Kummissjoni.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/37 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – Naturstrom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-316/20)
(2020/C 247/51)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Naturstrom AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea6
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Frar 2019, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern il-konċentrazzjoni “RWE/E.ON Assets”, Każ M.8871 (ĠU 2020, C 111, p. 1); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq tliet motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-312/20, EVH vs Il-Kummissjoni.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/38 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – Mainova vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-320/20)
(2020/C 247/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mainova AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schalast, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Frar 2019, fil-Każ M.8871; |
— |
tgħaqqad il-proċeduri fis-sens tal-Artikolu 68(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali mar-rikorsi ppreżentati fir-rigward tal-istess deċiżjoni fil-Każ M.8871, minħabba l-konnessjoni sostanzjali tagħhom għall-finijiet, kumulattivament, tas-sentenza; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali. Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li fid-deċiżjoni kkontestata tagħha, il-konvenuta kisret ir-rekwiżiti formali essenzjali. Fost dawn kien hemm ir-regoli proċedurali kollha li kellhom jiġu osservati fil-konklużjoni tal-att inkwistjoni. B’mod partikolari, il-konvenuta kisret il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni peress li ċaħdet lir-rikorrenti mid-drittijiet tagħha bħala parti fil-kawża. Partikolarment, din kisret id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju legali u ċaħditha illegalment minn kull aċċess għall-atti tal-proċedura. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta, meta sseparat artifiċjalment il-proġett ta’ konċentrazzjoni, kisret it-Trattati tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 139/2004. B’mod partikolari, din ma kkunsidratx ir-regoli proċedurali relattivi għad-dritt fil-qasam tal-fużjonijiet u, konsegwentement, ma ħaditx inkunsiderazzjoni, jew ma ħaditx inkunsiderazzjoni korrettement iċ-ċirkustanzi rilevanti għall-finijiet tad-deċiżjoni. Fost dawn kien hemm, partikolarment, in-nuqqas ta’ osservanza tal-konnessjoni legali, ekonomika u fattwali tal-proġett sħiħ ta’ konċentrazzjoni, il-klassifikazzjoni żbaljata tat-tranżazzjoni bħala Asset Swap, in-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-effetti fuq il-kompetizzjoni tal-korrispettiv tax-xiri mill-ġdid minn RWE AG ta’ ishma ta’ E.ON SE f’ammont ta’ 16,67 % kif ukoll l-evalwazzjoni żbaljata tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq il-kompetizzjoni. B’mod partikolari, il-konvenuta naqset milli tiddefinixxi korrettement is-suq. Barra minn hekk, din ibbażat l-evalwazzjoni tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq marġni ta’ diskrezzjonalità żbaljata u evalwat b’mod żbaljat l-inċentivi ta’ RWE li jirriżultaw mit-tranżazzjoni biex iżżomm deliberatament il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni. F’dan ir-rigward, il-konvenuta waslet għall-konklużjoni żbaljata li tgħid li l-konċentrazzjoni, minn naħa, tista’ tiġi eżaminata separatament u, min-naħa l-oħra, ma għandhiex effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/39 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – enercity vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-321/20)
(2020/C 247/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: enercity AG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schalast, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Frar 2019, fil-Każ M.8871; |
— |
tgħaqqad il-proċeduri fis-sens tal-Artikolu 68(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali mar-rikorsi ppreżentati fir-rigward tal-istess deċiżjoni fil-Każ M.8871, minħabba l-konnessjoni sostanzjali tagħhom għall-finijiet, kumulattivament, tas-sentenza; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq żewġ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-320/20, Mainova vs Il-Kummissjoni.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/39 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – Stadtwerke Frankfurt am Main vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-322/20)
(2020/C 247/54)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Stadtwerke Frankfurt am Main Holding GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schalast, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Frar 2019, fil-Każ M.8871; |
— |
tgħaqqad il-proċeduri fis-sens tal-Artikolu 68(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali mar-rikorsi ppreżentati fir-rigward tal-istess deċiżjoni fil-Każ M.8871, minħabba l-konnessjoni sostanzjali tagħhom għall-finijiet, kumulattivament, tas-sentenza; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq żewġ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-320/20, Mainova vs Il-Kummissjoni.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/40 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2020 – Yongkang Kugooo Technology vs EUIPO – Ford Motor Company (kugoo)
(Kawża T-324/20)
(2020/C 247/55)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yongkang Kugooo Technology Co. Ltd (Yongkang, ic-Cina) (rappreżentant: P. Pérot, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ford Motor Company (Dearborn, Michigan, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea kugoo – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 007 741
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 65/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell u tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea kugoo Nru 17 007 741 |
— |
tikkundanna lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, flimkien mat-taxxi u l-ispejjeż l-oħra sostnuti mir-rikorrenti quddiem l-EUIPO u l-Qorti Ġenerali. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/41 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – Bibita Group vs EUIPO – Benkomers (Fliexken tax-xorb)
(Kawża T-326/20)
(2020/C 247/56)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bibita Group (Tirana, l-Albanija) (rappreżentant: C. Seyfert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Benkomers OOD (Sofia, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 3 797 091-0001 (Fliexken tax-xorb)
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2020 fil-Każ R 1070/2018-3
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiddikjara li d-disinn kontenzjuż tal-Unjoni rreġistrat bin Nru 3 797 091-0001 huwa invalid, għar-raġunijiet esposti f’dan ir-rikors; |
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-proprjetarju għall-ispejjez proċedurali relatati mal-proċedimenti quddiem it-Tielet Bord tal-Appell, b’applikazzjoni tal-Artikolu 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-eventwali parti l-oħra għal dawn il-proċeduri għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(d) moqri flimkien mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/41 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2020 – 4B Company vs EUIPO – Deenz (Pendenti (ġojjellerija))
(Kawża T-329/20)
(2020/C 247/57)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: 4B Company Srl (Montegiorgio, l-Italja) (rappreżentant: G. Borgi, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Deenz Holding Ltd (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 2 100-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 2449/2018-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, laqgħet it-talba għaż-żamma tad-disinn Komunitarju Nru 21 00-0001 u ordnat r-reġistrazzjoni tad-disinn f’forma modifikata fir-reġistru u l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Bulettin tad-disinni Komunitarji, b’konferma konsegwenti tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-15 ta’ Ottubru 2018 fil-proċedimenti ICD 10 654; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 25(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/42 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2020 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Le-Vel Brands (Le-Vel)
(Kawża T-331/20)
(2020/C 247/58)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Le-Vel Brands LLC (Frisco, Texas, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Le-Vel” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 229 974
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 2113/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiċħad it-talba għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “Le-vel” Nru 15 229 974 għall-prodotti u s-servizzi kollha li jaqgħu taħt il-klassijiet 3 u 35; |
— |
tikkundanna lil EUIPO u lill-intervenjenti (fil-każ li Le-Vel Brands, LLC, tiddeċiedi li tintervjeni fil-kawża odjerna) għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/43 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2020 – KH vs SEAE
(Kawża T-334/20)
(2020/C 247/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: KH (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Lulju 2019 li r-rikorrenti tiġi assenjata mill-ġdid fis-sede, sa fejn hija titqies li kienet fuq missjoni biss mill-1 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ Lulju 2019 li tiċħad it-talba għal assistenza bir-referenza [kunfidenzjali] li kienet tressqet mir-rikorrenti fid-29 ta’ Marzu 2019 minħabba l-eżistenza ta’ fatti ta’ fastidju mwettqa mill-Kap tagħha [kunfidenzjali] (1) fil-konfront tagħha; |
— |
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni 2019 (perijodu 2018) tat-3 ta’ Ottubru 2019 fejn ġie konkluż li kien hemm insuffiċjenza; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Novembru 2019 li ma jiġix applikat l-avvanz awtomatiku fl-iskala minħabba r-rapport ta’ evalwazzjoni meqjus insuffiċjenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka tliet sensiliet ta’ motivi.
1. |
Kontra d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi
|
2. |
Kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi:
|
3. |
Kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni r-rikorrenti tinvoka erba’ motivi:
|
(1) Data kunfidenzjali mħollija barra.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/44 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2020 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-335/20)
(2020/C 247/60)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš, O. Serdula u J. Vláčil, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (EU) CCI 2014CZ06RDNP 001 tat-30 ta’ Marzu 2020 li tissospendi l-pagamenti interim relatati mal-Programm għall-Iżvilupp Rurali tar-Repubblika Ċeka għall-perijodu 2014 sa 2020 u relatati mal-infiq tal-perijodu bejn is-16 ta’ Ottubru 2018 u l-31 ta’ Diċembru 2018 (ippubblikata taħt in-Numru C (2020) 1857 final); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (1). Il-Kummissjoni tqis fil-fatt b’mod żbaljat li s-sussidju li miegħu huwa marbut il-pagament sospiż ngħata bi ksur tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali. Madankollu, ma setax kien hemm ksur tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali kkonċernati, peress li dawn assolutament ma jipprevedux it-tip ta’ sussidju previst mill-pagament sospiż.
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/44 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2020 – Galván Fernández-Guillén vs SRB
(Kawża T-340/20)
(2020/C 247/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: José María Galván Fernández-Guillén (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, abogados)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni (SRB/EES/2020/52) tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-17 ta’ Marzu 2020 li tiddetermina l-għoti potenzjali ta’ kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri ta’ Banco Popular Español, S.A. permezz tal-miżuri ta’ riżoluzzjoni; |
— |
tikkundanna lill-SRB għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt fundamentali ta’ proprjetà privata, sa fejn Banco Popular kellu, fil-mument tar-riżoluzzjoni, patrimonju nett pożittiv li ma kienx jiġġustifika li persuni jiġu mċaħħda mit-titoli tagħhom mingħajr ma jiġu kkumpensati. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ proprjetà minħabba l-assenza ta’ kriterji ċari ta’ valorizzazzoni fil-mument tar-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, peress li huma l-kriterji l-ġodda approvati mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/344 (1), li daħal fis-seħħ biss fid-29 ta’ Marzu 2018, jiġifieri tmien xhur wara r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, li ġew applikati retroattivament. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ indipendenza tad-ditta Deloitte sabiex twettaq il-valorizzazzjoni 3, l-unika valorizzazzjoni li hija bbażata fuqha d-deċiżjoni SRB/EES/2020/52 minħabba li din id-ditta kienet wettqet il-valorizzazzjoni 2 provviżorja. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża sa fejn is-SRB ikompli jqis sensittiva ċerta informazzjoni u jkompli jaħbiha mill-azzjonisti u l-kredituri ta’ Banco Popular, bil-pretest li “l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jista’ jikser id-drittijiet ta’ difiża tal-istabbiliment fil-proċeduri kontenzjużi pendenti”. |
(1) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/344 tal-14 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġiji għall-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament fir-riżoluzzjoni (ĠU 2018, L 67, p. 3).
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/45 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2020 – El Corte Inglés vs EUIPO – Unión Detallistas Españoles (unit)
(Kawża T-344/20)
(2020/C 247/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Unión Detallistas Españoles S. Coop. Unide (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni unit – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 542 078
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 2005/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi billi naqas milli jikkunsidra l-insuffiċjenza, minħabba nuqqas jew skarsezza, tal-prova tal-użu dwar il-bejgħ fil-perijodu rilevanti tat-trade marks Spanjoli 1795078 u 2289074 suġġetti għal provi tal-użu, u għaldaqstant iddikjara li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks għal uħud mill-konsumaturi; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/46 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2020 – Robert Klingel vs EUIPO (MEN+)
(Kawża T-345/20)
(2020/C 247/63)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Robert Klingel OHG (Pforzheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Zick, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MEN+ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 985 949
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1906/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn hija tippreġudika lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’mod partikolari moqri flimkien mal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/46 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 – Freistaat Bayern vs EUIPO (GEWÜRZSOMMELIER)
(Kawża T-348/20)
(2020/C 247/64)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Freistaat Bayern (il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Altmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “GEWÜRZSOMMELIER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 020 504
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 2430/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/47 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 – St. Hippolyt vs EUIPO – Raisioaqua (Vital like nature)
(Kawża T-351/20)
(2020/C 247/65)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: St. Hippolyt Holding GmbH (Dielheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Raisioaqua Oy (Raisio, il-Finlandja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Vital like nature – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 165 002
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1279/2020-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/48 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 – St. Hippolyt vs EUIPO – Elephant (Strong like nature)
(Kawża T-352/20)
(2020/C 247/66)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: St. Hippolyt Holding GmbH (Dielheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elephant Co. Preduzeće za proizvodnju, unutrašnju i spoljnu trgovinu d.o.o. (Belgrad, is-Serbja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Strong like nature – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 494 071
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1909/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
Rettifika
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/49 |
Rettifika għall-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-220/20
( “Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” C 201 tal-15 ta’ Ġunju 2020 )
(2020/C 247/67)
L-Avviż fil-ĠU fil-Kawża T-220/20, JL vs Il-Kummissjoni għandu jaqra’ kif ġej:
“Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2020 – Kerstens vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-220/20)
(2020/C 201/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Petrus Kerstens (La Forclaz, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (AIPN) tal-11 ta’ Lulju 2019 li fiha twissija lir-rikorrent; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (AIPN) tas-27 ta’ Marzu 2017 li jerġa’ jinfetaħ il-każ [kunfidenzjali] (1); |
— |
tagħti lir-rikorrent kumpens totali ta’ EUR 30 000 għal danni morali speċjali, li għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni Ewropea; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, jiġifieri miżuri mhux xierqa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament mogħtija mill-Qorti Ġenerali, u fuq ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem; |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jinkludi l-obbligu ta’ trattament imparzjali u ġust tal-kawżi, fuq ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, fuq ksur tar-regoli tal-proċedura applikabbli għall-investigazzjonijiet amministrattivi u għall-proċeduri dixxiplinari u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq talba għal kumpens speċjali minħabba l-irregolaritajiet imsemmija iktar ’il fuq.” |
(1) Data kunfidenzjali moħbija.