ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 242

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
22 ta' Lulju 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 242/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-qrati nazzjonali fi proċedimenti għall-infurzar privat tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 242/02

Rata tal-kambju tal-euro — Il-21 ta' Lulju 2020

18


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 242/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni Il-Każ M.9903 — Softbank Group/Mizuho Financial Group/One Tap Buy Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 242/04

Avviż ta’ talba dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE —Tmiem is-sospensjoni u l-estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

21

2020/C 242/05

Avviż ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE Talba magħmula minn entità kontraenti — Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

22

2020/C 242/06

Avviż ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE Talba magħmula minn entità kontraenti — Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

23


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-qrati nazzjonali fi proċedimenti għall-infurzar privat tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE

(2020/C 242/01)

I.   IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U L-ISKOP TA’ DIN IL-KOMUNIKAZZJONI

1.

Din il-Komunikazzjoni tikkonċerna l-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali fil-proċedimenti ċivili quddiem il-qrati nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”).

2.

Skont ir-regoli nazzjonali applikabbli, l-azzjonijiet ta’ infurzar privat quddiem il-qrati nazzjonali fl-UE jistgħu jieħdu forom differenti, pereżempju, azzjonijiet għad-danni, azzjonijiet dikjaratorji jew azzjonijiet għal inġunzjonijiet. Matul l-aħħar ftit snin, l-għadd ta’ hekk imsejħa azzjonijiet għad-danni ta’ segwitu, li permezz tagħhom vittma ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni titlob kumpens għad-danni wara d-deċiżjoni ta’ awtorità tal-kompetizzjoni jew deċiżjoni finali minn qorti tar-reviżjoni, qed jikber b’rata mgħaġġla (1).

3.

L-aċċess għall-evidenza huwa element importanti għall-infurzar tad-drittijiet li l-individwi, inklużi l-konsumaturi u l-impriżi, jew l-awtoritajiet pubbliċi jiksbu mill-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE f’azzjonijiet ta’ infurzar privat quddiem il-qrati nazzjonali.

4.

B’hekk, il-qrati nazzjonali jistgħu jirċievu talbiet għad-divulgazzjoni tal-evidenza fi proċedimenti għall-infurzar privat tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE. Il-qrati nazzjonali se jkollhom bżonn jiżguraw azzjonijiet effettivi privati ta’ infurzar billi jagħtu aċċess għall-informazzjoni rilevanti biex jiġu ssostanzjati t-talba jew id-difiża rispettiva jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għad-divulgazzjoni tagħha. Fl-istess ħin, il-qrati nazzjonali jridu jipproteġu l-interessi tal-parti jew tal-parti terza li l-informazzjoni kunfidenzjali tagħha tkun soġġetta għal divulgazzjoni.

5.

Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-qrati nazzjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom miżuri li jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali b’mod li ma jfixkilx l-aċċess effettiv tal-partijiet għall-ġustizzja jew l-eżerċizzju tad-dritt għal kumpens sħiħ (2).

6.

B’mod partikolari, fl-azzjonijiet għad-danni, id-Direttiva dwar id-Danni (3) tesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkollhom is-setgħa li jordnaw id-divulgazzjoni tal-evidenza li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali, jekk jiġu ssodisfati għadd ta’ kriterji. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-qrati nazzjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom miżuri effettivi li jipproteġu tali informazzjoni kunfidenzjali, filwaqt li jiżguraw l-eżerċitar tad-dritt għal kumpens sħiħ (4). Dan huwa importanti minħabba li l-qrati nazzjonali jista’ jkollhom riżorsi limitati biex jittrattaw it-talbiet ta’ divulgazzjoni.

7.

F’dan il-kuntest, din il-Komunikazzjoni tidentifika miżuri li jistgħu jiġu kkunsidrati mill-qrati nazzjonali meta jittrattaw id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’azzjonijiet ta’ infurzar privat.

8.

Din il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tkun sors ta’ ispirazzjoni u gwida għall-qrati nazzjonali, u mhijiex vinkolanti fuqhom. Hija ma timmodifikax u ma ġġibx bidliet fil-liġijiet eżistenti tal-Istati Membri jew tal-UE (5) u lanqas fir-regoli proċedurali nazzjonali applikabbli għall-proċedimenti ċivili jew għall-privileġġ professjonali legali (6). B’mod partikolari, il-miżuri maħsuba biex jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali stabbiliti fit-Taqsima III ta’ din il-Komunikazzjoni jistgħu jintużaw jekk ikunu disponibbli skont ir-regoli nazzjonali u kompatibbli magħhom, kif ukoll mad-drittijiet tal-partijiet fi proċedimenti ġudizzjarji kif rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali u tal-UE.

II.   TALBIET GĦAD-DIVULGAZZJONI TA’ EVIDENZA LI JKUN FIHA INFORMAZZJONI KUNFIDENZJALI QUDDIEM IL-QRATI NAZZJONALI

A.   Kunsiderazzjonijiet rilevanti għat-talbiet għal divulgazzjoni tal-evidenza

9.

Fil-kuntest tal-infurzar privat tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE, il-kapaċità tal-partijiet fil-proċedimenti ċivili (ir-rikorrent(i) u l-konvenut(i)) li jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom tista’ tiddependi fuq il-possibbiltà ta’ aċċess għall-evidenza rilevanti. Madankollu, tali evidenza mhux dejjem tista’ tkun fil-pussess tal-parti li għandha l-oneru tal-prova jew tkun faċilment aċċessibbli għaliha.

10.

Għalhekk, fuq talba ta’ parti, il-qrati nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li jordnaw id-divulgazzjoni tal-evidenza. Id-divulgazzjoni se tkun soġġetta għar-regoli proċedurali nazzjonali, kif ukoll għall-kunsiderazzjonijiet tal-ekonomija amministrattiva u proċedurali.

11.

B’mod partikolari, għall-azzjonijiet għad-danni, id-Direttiva dwar id-Danni tesiġi li l-Istati Membri jipprevedu d-dritt tar-rikorrenti u tal-konvenuti li jiksbu d-divulgazzjoni tal-evidenza rilevanti għat-talba jew għad-difiża tagħhom taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin (7).

12.

L-ewwel, il-qrati nazzjonali għandhom jiddeterminaw jekk it-talba għad-danni hijiex plawżibbli u jekk it-talba għad-divulgazzjoni tikkonċernax evidenza rilevanti u hijiex proporzjonata (8). Id-Direttiva dwar id-Danni tistipula li jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-proporzjonalità tikkunsidra l-kamp ta’ applikazzjoni u l-ispiża tad-divulgazzjoni, inkluża l-prevenzjoni ta’ tfittxijiet mhux speċifiċi għal informazzjoni li x’aktarx ma tkunx ta’ rilevanza għall-partijiet fil-proċedura. It-talbiet wesgħin ħafna jew ġeneralizzati għad-divulgazzjoni x’aktarx jonqsu milli jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti (9).

13.

It-tieni, it-talbiet għad-divulgazzjoni għandhom jidentifikaw elementi speċifikati ta’ evidenza jew kategoriji rilevanti ta’ evidenza “bl-aktar mod preċiż u ristrett possibbli” abbażi ta’ fatti raġonevolment disponibbli (10). Il-kategoriji ta’ evidenza jistgħu jiġu identifikati bir-referenza għall-karatteristiċi komuni tal-elementi kostituttivi tagħha, bħan-natura, l-għan jew il-kontenut tad-dokumenti mitluba għad-divulgazzjoni, iż-żmien li matulu tfasslu jew kriterji oħrajn. Pereżempju, talba għal kategoriji ta’ evidenza tista’ tirreferi għad-data tal-bejgħ tal-kumpanija A lill-kumpanija B tal-prodott Y bejn is-snin N u N + 5.

14.

It-tielet, fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni inkluża fil-fajl tal-Kummissjoni jew ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, id-Direttiva dwar id-Danni tispeċifika li, meta tiġi vvalutata l-proporzjonalità ta’ ordni ta’ divulgazzjoni, qorti nazzjonali trid, fost l-oħrajn, tikkunsidra jekk “it-talba ġietx ifformulata speċifikament fir-rigward tan-natura, is-suġġett jew il-kontenut tad-dokumenti ppreżentati lil awtorità tal-kompetizzjoni jew miżmuma fil-fajl tagħha, aktar milli b’applikazzjoni mhux speċifika li tikkonċerna d-dokumenti ppreżentati lil awtorità tal-kompetizzjoni” (11).

15.

Irid jiġi mfakkar li d-Direttiva dwar id-Danni tistabbilixxi li d-dikjarazzjonijiet ta’ klemenza u s-sottomissjonijiet ta’ riżolviment qatt ma jistgħu jiġu divulgati (magħrufa wkoll bħala “dokumenti tal-lista s-sewda”) (12). Barra minn hekk, jekk il-Kummissjoni jew awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun għadha ma għalqitx il-proċedimenti tagħha, il-qorti nazzjonali ma tistax tordna d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni li kienet imħejjija minn persuna fiżika jew ġuridika speċifikament għall-proċedimenti ta’ awtorità tal-kompetizzjoni; ta’ informazzjoni li l-awtorità tal-kompetizzjoni fasslet u bagħtet lill-partijiet matul il-proċedimenti tagħha; jew ta’ sottomissjonijiet ta’ riżolviment li ġew irtirati (magħrufa wkoll bħala “dokumenti tal-lista l-griża”) (13).

16.

Il-qrati nazzjonali jistgħu jordnaw lil kwalunkwe waħda mill-partijiet (il-konvenut u/jew ir-rikorrent) jew lill-partijiet terzi biex jiddivulgaw informazzjoni li tinsab fil-kontroll tagħhom (14). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, waħda mill-partijiet jew parti terza fil-proċedimenti żżomm l-evidenza meħtieġa. F’xi każijiet, il-konvenut(i) ser ikollu/ikollhom evidenza rilevanti biex jinstab ksur jew jiġi definit il-kamp ta’ applikazzjoni temporali tiegħu, miksuba permezz tal-aċċess għal fajl tal-awtorità tal-kompetizzjoni (eż. dokumenti pre-eżistenti, tweġibiet għal talbiet għal informazzjoni, eċċ.). F’każijiet oħrajn, pereżempju, f’azzjoni għad-danni, il-konvenut jew ir-rikorrent jista’ jkollu evidenza addizzjonali li ma kinitx inkluża fil-fajl ta’ awtorità tal-kompetizzjoni, iżda li hija rilevanti għal talba għad-danni jew għal difiża (eż. dwar ir-rabta kawżali bejn il-ksur u l-ħsara, il-kwantifikazzjoni tal-ħsara (15), l-istima ta’ “trasferiment” possibbli ta’ sovradebitu mill-konvenuti (16), eċċ.). Dan jista’ jkun partikolarment il-każ għal informazzjoni dwar prezzijiet speċifiċi għall-klijent, dħul jew data oħra bħall-imġiba tal-ipprezzar tax-xerrejja, eċċ.

17.

Jekk il-partijiet jew kwalunkwe parti terza oħra ma jkunux jistgħu jipproduċu l-evidenza mitluba u t-talba għad-divulgazzjoni tkun tikkonċerna dokument fil-fajl tal-Kummissjoni jew ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, il-qorti nazzjonali tista’ tindirizza ordni għad-divulgazzjoni lilhom (17).

B.   Informazzjoni kunfidenzjali

18.

Il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra hija minquxa fl-Artikolu 339 tat-TFUE u hija wkoll prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (18). Madankollu, il-fatt li l-informazzjoni hija ta’ natura kunfidenzjali mhuwiex ostaklu assolut għad-divulgazzjoni tagħha fi proċedimenti nazzjonali (19). Il-qrati nazzjonali se jiddeċiedu x’jista’ jikkostitwixxi informazzjoni kunfidenzjali għall-infurzar privat tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE fuq bażi ta’ każ b’każ skont ir-regoli nazzjonali u tal-UE u l-ġurisprudenza rilevanti.

19.

Għal dik ir-raġuni, din il-Komunikazzjoni ma tipprovax tipprovdi definizzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali. Madankollu, tista’ tittieħed ispirazzjoni mill-ġurisprudenza tal-qrati tal-UE u mill-prattika tal-Kummissjoni (20).

20.

Il-qrati tal-UE jikkwalifikaw bħala kunfidenzjali dik l-informazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin (21):

(i)

tkun magħrufa biss minn numru limitat ta’ persuni; u li

(ii)

id-divulgazzjoni tagħha tkun tista’ tikkawża ħsara serja lill-persuna li tkun ipprovdietha jew lil partijiet terzi; u li

(iii)

l-interessi li tista’ ssirilhom ħsara mid-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali oġġettivament ikun jistħoqqilhom protezzjoni.

21.

B’rabta mal-ewwel kundizzjoni, l-informazzjoni tista’ titlef in-natura kunfidenzjali tagħha hekk kif issir “disponibbli għal ċrieki speċjalizzati jew tkun tista’ tiġi dedotta minn informazzjoni disponibbli għall-pubbliku” (22).

22.

B’rabta mat-tieni kundizzjoni, ta’ min jinnota li biex jiġi vvalutat il-potenzjal li ssir ħsara huwa rilevanti li l-ewwel tiġi kkunsidrata n-natura tal-informazzjoni. Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni li għandha valur kummerċjali, finanzjarju jew strateġiku ġeneralment titqies li tista’ tikkawża ħsara serja. (23) It-tieni, huwa neċessarju li jitqies kemm hija reċenti l-informazzjoni. Informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar relazzjoni kummerċjali li tkun għaddejja jew futura, pjanijiet ta’ negozju interni u informazzjoni kummerċjali oħra li tħares ’il quddiem jistgħu spiss jikkwalifikaw (mill-inqas parzjalment) bħala informazzjoni kunfidenzjali. Madankollu, din l-informazzjoni tista’ titlef in-natura kunfidenzjali tagħha meta tkun “tilfet l-importanza kummerċjali tagħha minħabba l-mogħdija taż-żmien”. (24)

23.

B’rabta mat-tielet kundizzjoni, l-interess ta’ parti li tipproteġi lilha nnifisha jew ir-reputazzjoni tagħha kontra kwalunkwe ordni għal danni magħmula minn qorti nazzjonali minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni mhuwiex interess li jistħoqqlu protezzjoni. (25)

24.

Fl-aħħar nett, is-sigrieti kummerċjali kif definiti fid-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali għandhom jitqiesu bħala informazzjoni kunfidenzjali. (26)

C.   Il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali fil-kuntest tad-divulgazzjoni tal-evidenza

25.

Fi proċedimenti ċivili għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (27) għal opinjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE, jew biex tibgħat kwalunkwe informazzjoni legali, ekonomika jew proċedurali fil-pussess tagħha f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (28).

26.

Skont id-Direttiva dwar id-Danni, il-qorti nazzjonali tista’ tordna, pereżempju, id-divulgazzjoni ta’ dokumenti mill-fajl tal-Kummissjoni, jekk l-ebda parti (terza) oħra ma tkun tista’ tipprovdihom b’mod raġonevoli (29). F’dan ir-rigward, huwa importanti li jitfakkar li, kif stabbilit hawn fuq, il-Kummissjoni mhijiex se tittrażmetti dokumenti tal-lista s-sewda jew, jekk il-proċedimenti tagħha ma jkunux magħluqa, dokumenti tal-lista l-griża (ara l-paragrafu 15 hawn fuq) (30).

27.

Barra minn hekk, l-assistenza tal-Kummissjoni lill-qrati nazzjonali ma għandhiex iddgħajjef il-garanziji li għandhom il-persuni fiżiċi u ġuridiċi skont il-prinċipju tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 tat-TFUE u l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (31).

28.

Meta l-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni mitluba mill-qorti nazzjonali tista’ tkun kunfidenzjali fil-kawża pendenti quddiemha, hija titlob lill-qorti nazzjonali jekk tistax tiggarantixxi l-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali qabel tibgħatha u, jekk iva, jekk hix se tagħmel dan (32). Jenħtieġ li l-qorti nazzjonali mbagħad tiggarantixxi b’mod effettiv il-protezzjoni xierqa ta’ informazzjoni kunfidenzjali li tappartjeni lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi li mingħandhom il-Kummissjoni tkun kisbet l-informazzjoni (33).

29.

Jekk il-qorti nazzjonali toffri garanzija li hija se tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali, il-Kummissjoni tibgħat l-informazzjoni mitluba. Il-qorti nazzjonali tista’ mbagħad tiddivulga l-informazzjoni fil-proċedimenti nazzjonali billi tapplika l-miżuri biex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe osservazzjoni pprovduta dwar din il-kwistjoni mill-Kummissjoni.

III.   MIŻURI GĦALL-PROTEZZJONI TA’ INFORMAZZJONI KUNFIDENZJALI

A.   Daħla

30.

Meta tiġi divulgata evidenza li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali, jenħtieġ li jiġu introdotti miżuri biex jipproteġu din l-informazzjoni. Bħala eżempju, id-Direttiva dwar id-Danni tirreferi għal ftit miżuri bħall-possibbiltà tar-redazzjoni tad-dokumenti, it-twettiq ta’ seduti ta’ smigħ bil-magħluq, il-limitazzjoni tal-persuni li jitħallew jaraw l-evidenza u l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-esperti biex jipproduċu sommarji tal-informazzjoni f’forma aggregata jew f’forma oħra mhux kunfidenzjali (34).

31.

Naturalment, l-għażla tal-miżura użata biex tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali meta tordna d-divulgazzjoni se tkun tiddependi fuq ir-regoli proċedurali nazzjonali speċifiċi, inkluż sa liema punt huma disponibbli ċerti miżuri. Il-qrati nazzjonali jistgħu jitolbu wkoll li l-partijiet ifittxu ftehim dwar il-miżuri maħsuba biex jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali.

32.

Il-qrati nazzjonali għandhom jiddeċiedu dwar l-aktar miżura jew taħlita ta’ miżuri effettivi maħsuba biex jipproteġu l-kunfidenzjalità fuq bażi ta’ każ b’każ. L-għażla tista’ tiddependi fuq diversi fatturi, bħal, inter alia:

(i)

in-natura u l-valur kummerċjali/finanzjarju/strateġiku tal-informazzjoni soġġetta għad-divulgazzjoni (eż. l-ismijiet tal-klijenti, il-prezzijiet, l-istruttura tal-ispejjeż, il-marġini, eċċ.) u jekk, għall-iskop tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-parti li titlob id-divulgazzjoni, l-aċċess għal tali informazzjoni jistax jingħata f’forma aggregata jew anonimizzata jew le;

(ii)

il-firxa tad-divulgazzjoni mitluba (jiġifieri l-volum jew l-għadd ta’ dokumenti li għandhom jiġu divulgati);

(iii)

l-għadd ta’ partijiet ikkonċernati mil-litigazzjoni u mid-divulgazzjoni. Ċerti miżuri għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità jistgħu jkunu aktar effettivi minn oħrajn, skont jekk hemmx aktar minn parti waħda li titlob divulgazzjoni u/jew parti li tagħmel id-divulgazzjoni;

(iv)

ir-relazzjoni bejn il-partijiet (pereżempju, jekk il-parti li tagħmel id-divulgazzjoni hijiex kompetitur dirett tal-parti li tkun qed titlob id-divulgazzjoni (35), jekk il-partijiet għandhomx relazzjoni ta’ provvista li tkun għadha għaddejja, eċċ.);

(v)

jekk l-informazzjoni li trid tiġi divulgata toriġinax minn partijiet terzi. Iridu jiġu kkunsidrati wkoll id-drittijiet ta’ partijiet terzi fil-proċedimenti ċivili fil-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali tagħhom (36). Il-parti li tagħmel id-divulgazzjoni jista’ jkollha fil-pussess tagħha dokumenti ta’ parti terza li jkunu kunfidenzjali lejn il-parti li titlob id-divulgazzjoni jew lejn partijiet oħrajn fil-proċedimenti. (37)

(vi)

iċ-ċirku ta’ individwi li jitħallew jiksbu aċċess għall-informazzjoni (jiġifieri jekk id-divulgazzjoni tingħatax biss lil rappreżentanti esterni jew jekk il-parti li titlob id-divulgazzjoni (jiġifieri rappreżentanti tal-kumpaniji) titħalliex ukoll tikseb aċċess għall-informazzjoni);

(vii)

ir-riskju ta’ divulgazzjoni involontarja;

(viii)

il-kapaċità tal-qorti li tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali matul il-proċedimenti ċivili u anki wara li jingħalqu l-proċedimenti; il-qrati nazzjonali jistgħu jikkonkludu li, sabiex jipproteġu b’mod effettiv l-informazzjoni kunfidenzjali, miżura waħda ma tkunx biżżejjed u jista’ jkun meħtieġ li jiġu adottati miżuri oħrajn matul il-proċedimenti; u li

(ix)

kwalunkwe restrizzjoni oħra jew piż amministrattiv ieħor (38) assoċjati mad-divulgazzjoni, bħal żieda fl-ispejjeż jew fil-passi amministrattivi addizzjonali għas-sistema ġudizzjarja nazzjonali (39), spejjeż għall-partijiet, dewmien potenzjali għall-proċedimenti, eċċ.

33.

Sabiex jiġi evitat li l-partijiet jużaw dokumenti kunfidenzjali barra mill-proċedimenti li fihom ikunu ġew divulgati, huwa importanti li l-qrati nazzjonali jkunu jistgħu jimponu penali deterrenti għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali (40). L-għażla tal-aktar miżura/i effettiva/i għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali tista’ tiddependi fuq l-eżistenza u l-kapaċità li jiġu imposti u infurzati sanzjonijiet għal nuqqas jew rifjut ta’ konformità ma’ tali miżura/i. Għal azzjonijiet għad-danni, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar id-Danni, il-qrati nazzjonali jridu jkunu jistgħu jimponu penali b’mod effettiv fuq il-partijiet, il-partijiet terzi u l-avukati tagħhom fil-każ li jonqsu jew jirrifjutaw li jikkonformaw mal-obbligi imposti minn ordni ta’ qorti nazzjonali li tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali (41).

34.

In-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni preċiżi tas-sanzjonijiet se jiddependu fuq ir-regoli nazzjonali. Skont id-Direttiva dwar id-Danni, is-sanzjonijiet għal, inter alia, in-nuqqas ta’ konformità ma’ ordni ta’ divulgazzjoni jew mal-obbligi imposti minn ordni ta’ qorti nazzjonali li tipproteġi informazzjoni kunfidenzjali għandhom jinkludu l-possibbiltà li jsiru inferenzi negattivi u l-possibbiltà li jiġi ordnat il-ħlas tal-ispejjeż (42). Konsulenti legali jew esperti esterni jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal sanzjonijiet dixxiplinari mill-assoċjazzjonijiet professjonali tagħhom (eż. sospensjoni, multi, eċċ.).

35.

Bħala konklużjoni, l-għażla tal-miżura/i għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali tista’ tirrikjedi evalwazzjoni komprensiva ta’ bosta fatturi. Sabiex tgħin lill-qrati nazzjonali f’din il-valutazzjoni, din il-Komunikazzjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-aktar miżuri komuni li — soġġetti għad-disponibbiltà tagħhom skont ir-regoli proċedurali tal-Istati Membri — jistgħu jintużaw biex jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali, kif ukoll lejn il-kunsiderazzjonijiet rilevanti fir-rigward tal-effikaċja tagħhom.

B.   Redazzjoni

36.

Il-qrati nazzjonali jistgħu jikkunsidraw li jordnaw lill-parti li tagħmel id-divulgazzjoni biex teditja kopji tad-dokumenti billi tneħħi l-informazzjoni kunfidenzjali. Din il-proċedura hija magħrufa bħala redazzjoni.

37.

Redazzjoni tista’ tinvolvi s-sostituzzjoni ta’ kull biċċa informazzjoni kunfidenzjali b’data anonimizzata jew ċifri aggregati, is-sostituzzjoni tal-paragrafi mħassrin b’sommarji mhux kunfidenzjali informattivi jew sinifikanti jew saħansitra t-tneħħija sħiħa ta’ partijiet mid-dokumenti li fihom l-informazzjoni kunfidenzjali.

38.

Il-partijiet li jagħmlu d-divulgazzjoni għandhom ikunu meħtieġa li jillimitaw ir-redazzjoni għal dik li hija strettament meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi ta’ dawk li minnhom toriġina l-informazzjoni (eż. partijiet terzi). Redazzjoni limitata ta’ ċerta informazzjoni kunfidenzjali tista’ tkun biżżejjed biex tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali kollha f’dokument wieħed jew f’għadd ta’ dokumenti. Pereżempju, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, li jiġu redatti l-ismijiet tal-klijenti, filwaqt li l-kwantitajiet rispettivi tal-prodott fornut lilhom jitħallew mhux redatti, jista’ ma jkunx biżżejjed biex tkun imħarsa l-kunfidenzjalità (43).

39.

Ir-redazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali mingħajr is-sostituzzjoni tal-informazzjoni b’test mhux kunfidenzjali ma tistax tilħaq il-bilanċ ġust bejn id-dritt ta’ parti li tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali tagħha u d-dritt tal-parti li titlob aċċess għall-evidenza li tissostanzja t-talba jew id-difiża tagħha. Ir-redazzjonijiet applikati għal paġni jew taqsimiet sħaħ ta’ dokumenti jew għal annessi sħaħ jistgħu jitqiesu bħala eċċessivi u jistgħu ma jkunux aċċettabbli għall-fini tal-proċedimenti.

B.1.    Ir-redazzjoni bħala mezz effettiv għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità

40.

Ir-redazzjoni tista’ tkun miżura effettiva biex tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali meta, minkejja s-sostituzzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali b’test mhux kunfidenzjali, id-dokumenti u l-informazzjoni divulgati jibqgħu sinifikanti u xierqa għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-parti li titlob id-divulgazzjoni.

41.

B’hekk, il-miżura ta’ redazzjoni tista’ tkun partikolarment effettiva fejn l-informazzjoni kunfidenzjali tkun tikkonċerna data jew ċifri tas-suq (eż. fatturat, profitti, ishma tas-suq, eċċ.) li jistgħu jiġu sostitwiti b’firxiet rappreżentattivi, jew fejn data kwalitattiva tkun tista’ titqassar b’mod sinifikanti.

42.

Ir-redazzjoni tista’ tkun ukoll miżura effettiva biex tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali meta l-volum ta’ informazzjoni kunfidenzjali soġġetta għad-divulgazzjoni jkun limitat. Jekk tkun meħtieġa r-redazzjoni ta’ għadd kbir ħafna ta’ dokumenti, miżuri oħrajn maħsuba biex jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali (eż. ċirku ta’ kunfidenzjalità, eċċ.), jistgħu, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, jitqiesu li huma aktar xierqa, meta jitqiesu ż-żmien, il-kostijiet u r-riżorsi meħtieġa għat-tħejjija ta’ verżjonijiet mhux kunfidenzjali.

43.

Fl-aħħar nett, ir-redazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali ta’ parti terza tista’ wkoll tkun miżura utli meta l-parti li tagħmel id-divulgazzjoni jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni mingħand partijiet terzi li tista’ ma tkunx kunfidenzjali għal din il-parti, iżda li tista’ tkun kunfidenzjali fir-rigward tal-parti li titlob id-divulgazzjoni (44). Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ jekk il-parti rikjedenti li tingħata l-aċċess għall-informazzjoni u l-parti terza jkunu kompetituri. F’każijiet bħal dawn, il-parti li tagħmel id-divulgazzjoni jista’ jkollha bżonn tfittex l-opinjoni tal-parti terza dwar liema informazzjoni hija kunfidenzjali jew inkella tikseb il-qbil tal-parti terza ma’ proposta għal redazzjoni.

44.

Madankollu, il-qrati nazzjonali jistgħu jsibu li redazzjoni hija miżura inqas effiċjenti f’dawk il-każijiet fejn it-talba tinkludi għadd kbir ta’ dokumenti ta’ partijiet terzi, minħabba li l-proċess ta’ kollegament ma’ partijiet terzi f’dan ir-rigward jista’ jżid il-kumplessità mal-kompitu.

B.2.    Ir-redazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali

45.

Skont ir-regoli proċedurali differenti, il-qrati nazzjonali jistgħu jkunu involuti b’mod ftit jew wisq attiv fil-proċess ta’ redazzjoni. Il-qrati nazzjonali jistgħu jissorveljaw u jikkontrollaw il-proċess ta’ redazzjoni u jkunu l-interlokutur għall-partijiet u l-partijiet terzi. B’mod alternattiv, il-partijiet jistgħu jkunu primarjament responsabbli għall-produzzjoni ta’ verżjonijiet mhux kunfidenzjali u/jew għall-kisba tal-qbil ta’ partijiet terzi mal-proposti għal redazzjoni, fejn applikabbli.

46.

Fi kwalunkwe każ, sabiex imexxu l-proċess tat-tħejjija ta’ verżjonijiet mhux kunfidenzjali, il-qrati nazzjonali jistgħu jsibuha utli li joħorġu gwida ġenerali lill-partijiet u/jew gwida speċifika għall-każ għall-proċedimenti pendenti quddiemhom, jekk dan ikun possibbli skont ir-regoli proċedurali nazzjonali. Din il-gwida tista’ tkun utli biex tiġi stabbilita l-proċedura li l-qrati jistgħu jistennew li l-partijiet isegwu meta jkunu qed iħejju verżjonijiet mhux kunfidenzjali.

47.

Għal immaniġġjar effiċjenti tal-applikazzjonijiet għal redazzjoni, il-qrati nazzjonali jistgħu jitolbu lill-partijiet (45):

(i)

jimmarkaw l-informazzjoni kunfidenzjali kollha fid-dokumenti kunfidenzjali oriġinali f’parentesi kwadri u enfasizzata b’mod li tibqa’ tinqara qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar x’jenħtieġ li jiġi redatt (46);

(ii)

jabbozzaw lista tal-informazzjoni kollha proposta biex tiġi redatta (kull kelma, data, paragrafu u/jew taqsima li għandha tiġi redatta);

(iii)

għal kull redazzjoni proposta, jippreżentaw ir-raġunijiet speċifiċi għaliex jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali;

(iv)

jissostitwixxu l-informazzjoni redatta b’sommarju mhux kunfidenzjali informattiv u sinifikanti tal-informazzjoni redatta (47). Ġeneralment indikazzjonijiet sempliċi bħal “sigriet kummerċjali”, “kunfidenzjali” jew “informazzjoni kunfidenzjali” ma jkunux biżżejjed. Meta ssir ir-redazzjoni ta’ data kwantitattiva (eż. bejgħ, fatturat, profitti, ishma mis-suq, prezzijiet, eċċ.), jistgħu jintużaw firxiet sinifikanti jew ċifri aggregati. Pereżempju, għad-data dwar il-bejgħ u/jew il-fatturat, firxiet usa’ minn 20 % taċ-ċifra preċiża jistgħu ma jkunux sinifikanti; bl-istess mod, skont iċ-ċirkostanzi tal-kawża pendenti quddiem il-qorti, għall-ishma mis-suq, firxiet usa’ minn 5 % jistgħu ma jkunux sinifikanti (48);

(v)

jissottomettu verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-dokumenti kkonċernati li jirriflettu l-istruttura u l-format tal-verżjonijiet kunfidenzjali. B’mod partikolari, l-informazzjoni fid-dokument oriġinali, bħal titoli jew intestaturi, numri tal-paġni u listi tal-paragrafi, għandha tibqa’ mhux immodifikata sabiex il-persuna li tkun qed taqra d-dokument tkun tista’ tifhem il-firxa tar-redazzjonijiet u l-impatt tar-redazzjonijiet fuq il-kapaċità li tifhem l-informazzjoni ladarba tiġi divulgata;

(vi)

jiżguraw li l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ppreżentati jkunu teknikament affidabbli u li l-informazzjoni redatta ma tkun tista’ tinkiseb bl-ebda mezz, inkluż bl-użu ta’ għodod forensiċi.

48.

Ladarba l-partijiet jippreżentaw l-applikazzjonijiet rispettivi tagħhom għal redazzjoni jew jaqblu dwar proposta għal redazzjoni, ikun f’idejn il-qorti nazzjonali li tiddeċiedi jekk ir-redazzjonijiet proposti humiex aċċettabbli.

49.

Ladarba jiġu redatti, il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-dokumenti oriġinali jistgħu jintużaw matul il-proċedimenti ċivili u ma tista’ tkun meħtieġa l-ebda protezzjoni ulterjuri.

C.   Ċrieki ta’ kunfidenzjalità

50.

Ċirku ta’ kunfidenzjalità huwa miżura ta’ divulgazzjoni li permezz tagħha l-parti li tagħmel id-divulgazzjoni tagħmel kategoriji speċifikati ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni kunfidenzjali, disponibbli biss għal kategoriji definiti ta’ individwi (49).

C.1.    Iċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità bħala mezz effettiv għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità

51.

Iċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità jistgħu jkunu miżura effettiva għall-qrati nazzjonali biex jipproteġu l-kunfidenzjalità f’varjetà ta’ ċirkostanzi.

52.

L-ewwel nett, iċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità jistgħu jkunu effettivi biex jiżguraw id-divulgazzjoni ta’ data kwantitattiva (eż. dħul, prezzijiet, marġini, eċċ.) (50) jew informazzjoni kummerċjali strateġika ħafna li, filwaqt li tkun rilevanti għat-talba tal-parti, huwa diffiċli ħafna li tinġabar fil-qosor b’mod sinifikanti (51) jew ma tistax tiġi divulgata mingħajr ir-riskju li tiġi redatta b’mod eċċessiv (52), u b’hekk mingħajr ma jintilef il-valur evidenzjarju.

53.

It-tieni nett, iċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità jistgħu jippermettu ekonomiji u kosteffiċjenzi proċedurali, b’mod partikolari meta l-għadd ta’ dokumenti mitluba jkun voluminuż u d-dokumenti kollha jitqiegħdu kompletament fiċ-ċirku (jiġifieri fil-verżjoni oriġinali tagħhom mingħajr redazzjoni). Fil-prattika, il-partijiet jistgħu ma jaqblux li jiddivulgaw verżjonijiet mhux redatti ta’ ċerti dokumenti fiċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità u jistgħu xorta jkunu meħtieġa jħejju verżjonijiet kunfidenzjali u mhux kunfidenzjali ta’ xi dokumenti. Madankollu, anki f’każijiet bħal dawn, iċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità jistgħu jnaqqsu l-ħtieġa ta’ diskussjonijiet dwar il-kunfidenzjalità bejn il-partijiet u, b’hekk, id-dewmien potenzjali.

54.

It-tielet nett, iċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità jistgħu jiġu organizzati b’mod elettroniku (eż. divulgazzjoni elettronika). Għalhekk, iċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità mhux bilfors ikunu jeħtieġu l-għoti fiżiku tal-informazzjoni jew il-preżenza fiżika tal-membri taċ-ċirku f’post partikolari.

55.

Iċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità jistgħu jgħinu biex jinstab bilanċ bejn il-ħtieġa ta’ divulgazzjoni u l-obbligu li tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali. (53) Permezz tad-divulgazzjoni tad-dokumenti f’ċirku ta’ kunfidenzjalità, l-informazzjoni kunfidenzjali rilevanti tiġi divulgata b’mod effettiv, iżda l-ħsara potenzjali kkawżata mid-divulgazzjoni tiġi kkontrollata jew minimizzata billi jiġi permess l-aċċess għal ċirku limitat ta’ individwi skont iċ-ċirkostanzi differenti tal-każ (eż. in-natura tad-dokumenti, ir-relazzjoni tal-partijiet, il-kompożizzjoni taċ-ċirku, dokumenti ta’ partijiet terzi, eċċ.).

56.

Madankollu, meta jikkunsidraw jekk u sa liema punt jenħtieġ li l-evidenza titqiegħed f’ċirku ta’ kunfidenzjalità, il-qrati nazzjonali jistgħu jagħtu importanza lill-fatt li l-informazzjoni mqiegħda f’ċirku ta’ kunfidenzjalità tista’ tillimita l-punt sa fejn tista’ tkun aċċessibbli u/jew użata fi stadji sussegwenti tal-proċedura (eż. seduti ta’ smigħ, pubblikazzjoni, eċċ.). Il-qrati nazzjonali jistgħu jikkunsidraw ukoll jekk ikunux meħtieġa verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-dokumenti u, jekk iva, l-ammont ta’ dokumenti li, fi kwalunkwe każ, ikun meħtieġ li jiġu redatti.

C.2.    L-organizzazzjoni ta’ ċirku ta’ kunfidenzjalità

57.

Jekk qorti nazzjonali tqis li ċirku ta’ kunfidenzjalità huwa miżura effettiva ta’ divulgazzjoni f’każ partikolari, hija tista’, permezz ta’ ordni tal-qorti, tiddeċiedi dwar għadd ta’ aspetti rilevanti, bħal (a) l-informazzjoni li għandha titqiegħed fiċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità; (b) il-kompożizzjoni taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità; (c) l-impenji ta’ kunfidenzjalità li għandhom isiru mill-partijiet; u (d) l-organizzazzjoni loġistika taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità. Xi aspetti jistgħu jkunu diġà stabbiliti mir-regoli proċedurali nazzjonali jew mill-gwida ġenerali maħruġa mill-qorti nazzjonali (54).

a.   L-identifikazzjoni tal-informazzjoni aċċessibbli fiċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità

58.

Kwalunkwe ċirku ta’ kunfidenzjalità ordnat minn qorti nazzjonali tipikament jidentifika l-kategoriji ta’ informazzjoni jew punti speċifiċi ta’ evidenza li jenħtieġ li jiġu inklużi fiċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità. Fil-prattika, il-partijiet jistgħu jaqblu jew jiġu mistiedna mill-qorti biex jaqblu dwar id-dokumenti jew l-informazzjoni li jenħtieġ li jiġu inklużi fiċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità qabel ma l-qorti toħroġ l-ordni tagħha.

b.   Il-kompożizzjoni taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità

59.

Wara li tkun ikkunsidrat is-sottomissjonijiet tal-partijiet, bil-miktub jew waqt seduta orali, jew bi qbil mal-partijiet, il-qorti tista’ tordna min se jkunu l-membri taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità, kif ukoll id-drittijiet ta’ aċċess tal-membri (55).

60.

Il-membri taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità jistgħu jkunu dawk l-individwi li jkollhom id-dritt li janalizzaw id-dokumenti fiċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità. Id-deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità se tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-każ, b’mod partikolari n-natura tal-informazzjoni kkonċernata mit-talba għad-divulgazzjoni.

61.

Il-membri taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità jistgħu jvarjaw minn konsulenti esterni tal-partijiet (eż. konsulent legali estern jew konsulenti oħrajn) għal konsulent legali intern u/jew rappreżentanti oħrajn tal-kumpaniji. Skont ir-regoli nazzjonali u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, iċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità jistgħu jkunu magħmula minn konsulenti esterni biss jew minn taħlita ta’ konsulenti esterni u interni.

Konsulenti esterni

62.

Il-konsulenti esterni jistgħu jinkludu konsulenti legali u konsulenti jew esperti oħrajn bħal kontabilisti, ekonomisti, konsulenti finanzjarji jew awdituri, skont il-ħtiġijiet tal-każ inkwistjoni.

63.

Bla ħsara għar-relazzjoni bejn il-partijiet rikjedenti u l-partijiet li jagħmlu d-divulgazzjoni, u l-informazzjoni li trid tiġi divulgata, il-qorti tista’ tqis li jkun neċessarju li tillimita l-aċċess għaċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità għall-konsulenti li mhumiex involuti fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji li jirrappreżentaw (56). Dan spiss ikun il-każ għall-konsulenti esterni.

64.

Għall-kuntrarju tal-konsulenti esterni, il-konsulenti legali interni jew ir-rappreżentanti tal-kumpaniji jistgħu jservu lill-kumpanija f’varjetà ta’ funzjonijiet korporattivi u spiss jistgħu jkunu involuti, direttament jew indirettament, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi tal-kumpanija. Għalhekk, f’ċerti ċirkostanzi, jista’ jkun hemm riskju li l-parir kummerċjali jew strateġiku tal-konsulent legali intern lill-maniġment tal-kumpanija jkun influwenzat mill-aċċess għal ċerta informazzjoni kunfidenzjali fiċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta l-partijiet fil-proċedimenti ċivili jkunu kompetituri attwali jew potenzjali u l-aċċess għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew strateġika jista’ jagħtihom vantaġġ kompetittiv mhux ġustifikat; meta l-partijiet ikunu f’relazzjoni ta’ provvista; jew meta l-informazzjoni li trid tiġi divulgata tkun tinkludi ftehimiet li għadhom fis-seħħ.

65.

Meta jiddeċiedu jekk jillimitawx l-aċċess għal konsulenti esterni biss, il-qrati nazzjonali jistgħu jqisu n-natura tal-informazzjoni bħala rilevanti, kif ukoll jekk dan l-aċċess ristrett jippermettix lill-partijiet jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom fi proċedimenti ġudizzjarji kif rikonoxxuti skont id-Dritt tal-Unjoni (57) u l-liġi nazzjonali.

Konsulenti legali interni u/jew rappreżentanti oħrajn tal-kumpaniji

66.

Jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn il-qorti nazzjonali tista’ tqis li jkun xieraq għall-konsulenti legali interni u/jew għar-rappreżentanti tal-kumpaniji (eż. maniġers jew membri tal-persunal oħrajn (58)) li jkollhom aċċess għaċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità. L-aċċess minn konsulenti legali interni u/jew rappreżentanti tal-kumpaniji jista’ jiġi vvalutat fuq bażi ta’ każ b’każ u jista’ jiddependi fuq il-qrubija tal-individwi ssuġġeriti mill-partijiet għan-negozju, għall-qasam ta’ attività jew għan-negozju operattiv ikkonċernat mit-talba, jew ċirkostanzi fattwali oħrajn.

67.

Dan l-aċċess jista’ jingħata meta l-informazzjoni kunfidenzjali (kollha jew parti minnha) inkwistjoni titqies bħala inqas kummerċjalment sensittiva jew meta d-divulgazzjoni lill-impjegati tal-kumpanija ma tkunx tista’ tikkawża ħsara minħabba, pereżempju, ir-relazzjoni bejn il-partijiet.

68.

L-aċċess għal ċerta informazzjoni minn konsulenti legali interni u/jew rappreżentanti oħrajn tal-kumpaniji jista’ jingħata wkoll fuq talba motivata mill-partijiet (59), tipikament meta l-konsulenti legali esterni li kellhom aċċess għall-informazzjoni jqisu li ma jistgħux jirrappreżentaw b’mod adegwat l-interessi tal-klijent tagħhom mingħajr ma tiġi divulgata ċerta informazzjoni lill-klijent tagħhom. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta l-konsulent legali estern ma jkunx jista’ jiġġudika l-preċiżjoni jew ir-rilevanza tal-informazzjoni għat-talba tal-parti jew meta l-informazzjoni tkun teknika ħafna jew speċifika għall-prodott jew għas-servizz u tkun teħtieġ għarfien settorjali jew industrijali biex issir valutazzjoni tar-rilevanza (60).

69.

Barra minn hekk, fl-ordnijiet ġuridiċi ta’ xi Stati Membri, jista’ jkun possibbli f’sitwazzjonijiet speċifiċi li jinkiseb il-kunsens tal-qorti nazzjonali biex jiġu kondiviżi punti speċifiċi ta’ informazzjoni mal-konsulenti legali interni jew mar-rappreżentanti tal-kumpaniji mingħajr ma l-individwi jitħallew isiru membri taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità.

Drittijiet ta’ aċċess

70.

Meta ċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità jkun magħmul minn taħlita ta’ konsulenti esterni u konsulenti legali interni u/jew rappreżentanti tal-kumpaniji, huwa possibbli li l-membri kollha taċ-ċirku jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha divulgata fiċ-ċirku jew li jingħataw drittijiet ta’ aċċess differenti.

71.

Huwa possibbli wkoll li jiġu organizzati ċrieki ta’ kunfidenzjalità b’żewġ livelli ta’ aċċess: livell ta’ ċirku intern magħmul minn konsulenti legali esterni u/jew konsulenti esterni oħrajn li għandhom id-dritt li jiksbu aċċess għall-aktar informazzjoni sensittiva; u livell ta’ ċirku estern magħmul minn konsulenti legali interni u/jew rappreżentanti tal-kumpaniji li għandhom id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali li jifdal.

72.

Fuq talba ġustifikata tal-parti li tagħmel id-divulgazzjoni, il-qorti tista’ — skont il-proċeduri nazzjonali — timponi wkoll restrizzjonijiet speċifiċi b’rabta mal-aċċess ta’ ċerti membri taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità għal dokumenti speċifiċi.

73.

Jista’ jkun possibbli li l-aċċess għaċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità jingħata wkoll lill-membri tal-persunal amministrattivi u/jew ta’ sostenn (inklużi, pereżempju, fornituri esterni ta’ servizzi tekniċi ta’ appoġġ għad-divulgazzjoni elettronika jew għal-litigazzoni) taħt is-superviżjoni tal-persuni l-oħrajn identifikati fiċ-ċirku u bl-istess obbligi ta’ kunfidenzjalità.

74.

Fl-aħħar nett, ladarba l-qorti tkun ħadet deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità, jista’ jkun xieraq li kull membru individwali jiġi identifikat bl-isem, ir-rwol jew il-funzjoni u r-relazzjoni tiegħu mal-partijiet (61). Il-qorti tista’ wkoll tidentifika l-membri tal-persunal tal-qorti li għandhom ikunu preżenti jew li jista’ jkollhom aċċess għaċ-ċirku flimkien mal-partijiet jew fi kwalunkwe ħin ieħor f’każ ta’ ċrieki ta’ kunfidenzjalità f’post fiżiku.

c.   Impenji bil-miktub tal-membri taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità

75.

Il-qorti tista’ titlob li l-membri taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità jissottomettu impenji bil-miktub lill-qorti. Dawk l-impenji jkunu jikkonċernaw l-obbligi tagħhom rigward l-aċċess għaċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità u, b’mod partikolari, it-trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni inkluża fiċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità (62).

76.

Dawn l-impenji jistgħu jikkonċernaw, inter alia, id-dmir li ma tiġix divulgata l-informazzjoni kunfidenzjali lil kwalunkwe persuna differenti minn dawk elenkati mill-qorti bħala membri ta’ ċirku ta’ kunfidenzjalità, mingħajr il-kunsens espress tal-qorti; l-obbligu li l-informazzjoni kunfidenzjali tintuża biss għall-fini tal-proċedimenti ċivili li fihom tkun inħarġet l-ordni ta’ divulgazzjoni; l-obbligu li tiġi żgurata l-kustodja adegwata tal-informazzjoni; l-obbligu li tiġi adottata kwalunkwe miżura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi biex jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat; l-obbligu li ma jiġux ikkopjati, stampati, imniżżla, replikati b’xi mod ieħor, trażmessi jew ikkomunikati d-dokumenti li jkun sar aċċess għalihom; l-obbligu li tintbagħat lura jew tinqered kwalunkwe kopja ta’ dokumenti li jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali; l-obbligu li d-dokumenti ma jkunux disponibbli għall-persuni identifikati minn kwalunkwe kompjuter jew apparat wara data speċifika, eċċ.

77.

F’każijiet fejn il-qorti tippermetti aċċess għaċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità minn konsulenti esterni biss, hija tista’ timponi fuqhom l-obbligu li ma jiddivulgawx l-informazzjoni kunfidenzjali lill-klijenti tagħhom. Dan jista’ jkun ta’ rilevanza sinifikanti f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet li fihom il-konsulenti legali esterni jkunu marbuta, skont ir-regoli tal-avukatura deontoloġika jew regoli oħrajn, li jikkondividu l-informazzjoni mal-klijenti tagħhom (63). Għal dan l-għan, jekk il-partijiet jaqblu ma’ dawn ir-restrizzjonijiet għall-fini taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità, huma jista’ jkollhom bżonn li jeħilsu espressament lill-konsulenti legali esterni li huma membri taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità (u possibbilment id-ditta legali tagħhom) mill-obbligu li jiddivulgaw magħhom l-informazzjoni inkluża fiċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità (64).

78.

Barra minn hekk, meta l-konsulenti legali intern jew ir-rappreżentanti tal-kumpaniji jipparteċipaw f’ċirku ta’ kunfidenzjalità, huma jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali. Pereżempju, il-qorti nazzjonali tista’ tqis li jkun xieraq li tippreskrivi li, għal perjodu limitat, l-impjegat inkwistjoni ma jaħdimx fil-linja tan-negozju kkonċernata mit-talba.

d.   L-organizzazzjoni loġistika ta’ ċirku ta’ kunfidenzjalità

79.

Iċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità jistgħu jkunu jirrikjedu li l-qrati nazzjonali jiddeċiedu dwar diversi miżuri organizzattivi, infrastrutturali u loġistiċi.

80.

L-ewwel nett, iċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità jistgħu jinvolvu d-divulgazzjoni fiżika jew elettronika ta’ informazzjoni kunfidenzjali. Id-divulgazzjoni fiżika tista’ tiġi organizzata fil-bini tal-qorti bil-persunal tal-qorti fil-kontroll tad-divulgazzjoni jew mill-partijiet fil-bini tagħhom mingħajr l-ebda involviment tal-qorti. Id-divulgazzjoni fiżika tista’ tinvolvi l-konsenja ta’ kopji stampati tad-dokumenti, iżda wkoll id-divulgazzjoni tal-evidenza permezz ta’ CD, DVD jew USB key f’post fiżiku, fil-bini tal-qorti jew fil-bini tal-partijiet.

81.

Jekk id-divulgazzjoni tal-informazzjoni fiċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità jseħħ fil-bini tal-qorti, il-qorti jista’ jkollha bżonn tiżgura li l-faċilitajiet għall-aċċess tal-informazzjoni jkunu adegwati, sakemm il-persuni li jkollhom aċċess għaċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità ma jitħallewx iġibu t-tagħmir tagħhom stess.

82.

Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni f’ċirku ta’ kunfidenzjalità tista’ sseħħ ukoll b’mezzi elettroniċi. F’każ bħal dan, l-informazzjoni tittella’ u tinħażen f’post elettroniku (eż. cloud), u l-aċċess għall-informazzjoni jkun protett minn kriptaġġ adegwat.

83.

It-tieni nett, il-qorti tista’ tiddetermina t-tul ta’ żmien tal-aċċessibbiltà taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità.

84.

It-tielet nett, il-qorti tista’ barra minn hekk tiddeċiedi dwar is-sigħat ta’ disponibbiltà tal-kmamar tad-divulgazzjoni (eż. waqt il-ħinijiet tan-negozju biss), jekk il-persunal tal-qorti jrid ikun preżenti fil-kmamar tad-divulgazzjoni, jekk in-noti jew il-fajls jistgħux jinġiebu fil-kmamar, eċċ.

85.

Fl-aħħar nett, sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni kunfidenzjali divulgata f’ċirku ta’ kunfidenzjalità tkun protetta matul il-proċedimenti, il-qrati nazzjonali jistgħu jitolbu li l-partijiet jissottomettu kemm verżjoni kunfidenzjali kif ukoll verżjoni mhux kunfidenzjali tan-noti tagħhom (din tal-aħħar, pereżempju, tkun tinkludi biss data kwantitattiva f’forma aggregata jew anonimizzata), li l-informazzjoni kunfidenzjali tissemma biss f’anness kunfidenzjali, jew li jittieħdu miżuri oħrajn biex tiġi protetta n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni. Għal aktar dettalji f’dan ir-rigward, jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima IV hawn taħt.

D.   Il-ħatra tal-esperti

86.

F’xi ġuriżdizzjonijiet, il-qrati nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li jaħtru individwu terz b’kompetenza f’qasam speċifiku (eż. il-kontabilità, il-finanzi, id-dritt tal-kompetizzjoni, l-awditjar, eċċ.) biex ikollu aċċess għal ċerta informazzjoni kunfidenzjali kkonċernata minn talba għal divulgazzjoni. Ir-rwol ta’ tali espert maħtur mill-qorti jista’ jkun differenti minn dak ta’ esperti maħtura mill-partijiet, li ta’ spiss jintużaw f’xi ġuriżdizzjonijiet biex jappoġġjaw it-talba jew id-difiża ta’ parti.

87.

Jekk ir-regoli proċedurali nazzjonali jippermettu dan, l-inkarigu tal-espert jista’ pereżempju jkun li jabbozza sommarju mhux kunfidenzjali sinifikanti tal-informazzjoni li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-parti li tkun qed titlob id-divulgazzjoni. B’mod alternattiv, u skont ir-regoli proċedurali nazzjonali applikabbli, l-espert jista’ jintalab jabbozza rapport kunfidenzjali li jista’ jkun disponibbli biss għall-konsulent legali estern u/jew għal konsulenti esterni oħrajn tal-parti li tkun qed titlob id-divulgazzjoni, filwaqt li verżjoni mhux kunfidenzjali tar-rapport tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-parti rikjedenti nnifisha.

D.1.    Il-ħatra ta’ esperti bħala mezz effettiv għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità

88.

L-ewwel nett, il-ħatra ta’ esperti tista’ tkun miżura effettiva fejn l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata tkun kummerċjalment sensittiva ħafna u ta’ natura kwantitattiva jew teknika (eż. informazzjoni inkluża f’kotba kummerċjali jew tal-kontabilità, data tal-klijenti, proċessi tal-manifattura, eċċ.). F’każijiet bħal dawn, l-esperti jistgħu jiġbru fil-qosor u/jew jaggregaw informazzjoni kunfidenzjali bl-għan li jagħmluha aċċessibbli għall-parti li tkun qed titlob id-divulgazzjoni.

89.

It-tieni nett, il-ħatra ta’ esperti tista’ tkun effettiva wkoll meta parti waħda titlob aċċess ulterjuri għal dokumenti kunfidenzjali li jkun fihom id-data sottostanti, pereżempju, biex tevalwa r-robustezza tal-metodoloġiji użati biex jiġu vvalutati l-firxa tad-danni, is-sovradebiti ttrasferiti, eċċ.

90.

It-tielet nett, f’każijiet fejn għadd kbir ta’ dokumenti li għandhom jiġu divulgati jkunu jikkonċernaw informazzjoni kunfidenzjali ta’ parti terza, il-qrati jistgħu jqisu li jkun aktar effettiv li jaħtru espert biex jikseb aċċess għall-informazzjoni u jagħti l-opinjoni tiegħu dwar in-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni, milli jidħlu f’diskussjonijiet mal-partijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ redazzjoni jew jistabbilixxu ċirku ta’ kunfidenzjalità.

D.2.    L-għoti ta’ struzzjonijiet lill-esperti

91.

Il-qorti nazzjonali tista’ taħtar u tagħti struzzjonijiet lill-esperti maħtura. Skont ir-regoli proċedurali differenti, jista’ jkun li l-qrati nazzjonali jkunu jistgħu jaħtru esperti indipendenti terzi minn lista ta’ esperti “approvati mill-qorti”, minn lista ta’ esperti proposti mill-partijiet, eċċ. Skont ir-regoli proċedurali nazzjonali, meta jinħatar espert, jista’ jkun li l-qorti nazzjonali jkollha bżonn tiddeċiedi wkoll min ser iħallas l-ispejjeż tal-esperti.

92.

Ladarba jinħatar l-espert, il-qrati nazzjonali jistgħu jitolbu lill-espert jissottometti impenji bil-miktub rigward it-trattament kunfidenzjali ta’ kwalunkwe informazzjoni aċċessata.

93.

Bħal fil-każ tal-membri ta’ ċirku ta’ kunfidenzjalità, l-esperti jistgħu jintalbu li jaqblu li ma jiddivulgawx informazzjoni kunfidenzjali lil kwalunkwe persuna għajr dawk elenkati mill-qorti jew mingħajr il-kunsens espress tal-qorti; li jużaw l-informazzjoni kunfidenzjali biss għall-finijiet tal-proċedimenti ċivili li fihom tkun inħarġet l-ordni ta’ divulgazzjoni; li jiżguraw kustodja adegwata tal-informazzjoni; li jadottaw kwalunkwe miżura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi sabiex jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat u sabiex tiġi rritornata jew meqruda kwalunkwe kopja ta’ dokumenti li jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali, eċċ. Dawn l-impenji jistgħu jipprevedu wkoll penali f’każ ta’ ksur tad-dmir tal-kunfidenzjalità.

94.

L-esperti jistgħu jintalbu jiddikjaraw kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jista’ jwaqqafhom milli jwettqu l-kompitu tagħhom.

95.

Barra minn hekk, il-qorti tista’ tagħti struzzjonijiet lill-espert dwar it-tip ta’ rapport li għandu jiġi prodott u dwar jekk tistax tkun meħtieġa kemm verżjoni kunfidenzjali, kif ukoll verżjoni mhux kunfidenzjali, tar-rapport.

96.

Kull meta tiġi prodotta verżjoni kunfidenzjali tar-rapport tal-espert, il-qorti tista’ tiddeċiedi li r-rapport jiġi kondiviż biss mal-konsulenti esterni tal-partijiet, filwaqt li l-partijiet jistgħu jirċievu aċċess biss għal verżjoni mhux kunfidenzjali tar-rapport. Jekk il-qorti nazzjonali tirrestrinġi l-aċċess għall-verżjoni kunfidenzjali tar-rapport imħejji minn espert biss għall-konsulent estern ta’ parti, il-konsulent estern ma jitħalliex jikkondividi l-informazzjoni kunfidenzjali li tinsab fih mal-klijent tiegħu (65). Jekk il-qorti tiddeċiedi li d-data sottostanti użata mill-espert indipendenti tista’ tiġi divulgata wkoll lill-konsulent estern, jistgħu jkunu meħtieġa arranġamenti separati ta’ kunfidenzjalità.

97.

Jekk il-konsulenti legali interni u/jew ir-rappreżentanti tal-kumpaniji jitħallew ikollhom aċċess għal verżjoni kunfidenzjali tar-rapport tal-espert, il-qorti tista’ titlobhom jippreżentaw ukoll impenji bil-miktub fir-rigward tat-trattament kunfidenzjali tal-informazzjoni li għaliha jkollhom aċċess.

IV.   PROTEZZJONI TAL-INFORMAZZJONI KUNFIDENZJALI MATUL U WARA L-PROĊEDIMENTI

98.

Meta tkun seħħet id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali, il-qrati nazzjonali jistgħu jikkunsidraw kif dik l-informazzjoni tista’ tintuża matul u wara l-proċedimenti (66). Pereżempju, jekk il-konsulenti esterni jew interni tal-partijiet jużaw l-informazzjoni aċċessata f’ċirku ta’ kunfidenzjalità jew li tkun inkluża f’rapport kunfidenzjali ta’ esperti fin-noti tagħhom, il-qrati nazzjonali jistgħu jitolbuhom jirreferu biss għal din l-informazzjoni f’annessi kunfidenzjali li jridu jiġu ppreżentati flimkien man-noti prinċipali (67).

99.

Jekk il-konsulenti legali esterni jew ix-xhieda tal-partijiet ikunu jixtiequ jirreferu għal informazzjoni kunfidenzjali waqt is-smigħ tal-qorti jew meta jinstema’ espert dwar tali evidenza, il-qrati nazzjonali jistgħu jorganizzaw seduti ta’ smigħ in camera (jiġifieri bil-magħluq), jekk possibbli skont ir-regoli proċedurali applikabbli. B’mod alternattiv, jista’ jkun possibbli li l-konsulenti tal-partijiet iwasslu lill-imħallef bil-fomm għal tali informazzjoni mingħajr ma jiddivulgawha f’seduta bil-miftuħ.

100.

Il-ħtieġa li tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali tista’ tirriżulta wkoll aktar tard, pereżempju, fil-mument tal-adozzjoni, in-notifika jew il-pubblikazzjoni tas-sentenza, matul il-proċedimenti tal-appell jew fil-każ ta’ talbiet għal aċċess għar-rekords tal-qorti.

A.   Seduti in camera

101.

Skont il-prinċipju ta’ ġustizzja miftuħa, il-proċedimenti ċivili ġeneralment ikunu pubbliċi fin-natura tagħhom (68) u l-qrati nazzjonali jistgħu jiżnu l-interess għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali kontra l-ħtieġa li tiġi limitata l-interferenza mal-prinċipju ta’ ġustizzja miftuħa.

102.

Soġġetti għar-regoli nazzjonali, il-qrati jistgħu jiddeċiedu li jeskludu referenzi għal informazzjoni kunfidenzjali fis-seduti ta’ smigħ pubbliċi, jew li jżommu bil-magħluq dawk il-partijiet tas-seduti ta’ smigħ fejn tista’ tiġi diskussa informazzjoni kunfidenzjali. Fit-tieni każ, il-qrati nazzjonali jkollhom jiddeċiedu min għandu jitħalla jattendi s-sessjoni bil-magħluq. Din id-deċiżjoni tista’ tiddependi fuq kif u lil min ġiet divulgata l-informazzjoni kunfidenzjali (pereżempju, lill-konsulenti esterni tal-partijiet, lil espert, lir-rappreżentanti tal-kumpaniji tal-partijiet, eċċ.).

103.

Waqt (partijiet minn) seduti in camera (bil-magħluq), ġeneralment huma biss dawk il-konsulenti esterni u/jew il-konsulenti legali interni jew rappreżentanti tal-kumpaniji oħrajn li ngħataw aċċess għad-dokumenti kunfidenzjali fiċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità u (jekk applikabbli) l-espert li jkun kiseb aċċess għall-informazzjoni li jitħallew jipparteċipaw.

104.

Is-seduti bil-magħluq jistgħu jkunu mezz effettiv biex il-partijiet jew ix-xhieda jiġu kontroeżaminati fuq l-evidenza kunfidenzjali divulgata permezz ta’ ċirku ta’ kunfidenzjalità jew biex jinstema’ espert dwar l-evidenza kunfidenzjali inkluża fir-rapport tiegħu.

B.   Notifika lill-partijiet u pubblikazzjoni

105.

Il-qorti jista’ jkollha tikkunsidra kif tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali fil-verżjoni tas-sentenza li għandha tiġi nnotifikata lill-partijiet, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ appell tal-partijiet.

106.

Barra minn hekk, jekk id-deċiżjonijiet jew is-sentenzi jiġu ppubblikati, il-qrati nazzjonali jista’ jkollhom jipproteġu informazzjoni kunfidenzjali. Sabiex jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali tal-partijiet jew ta’ partijiet terzi, meta jagħtu s-sentenza u jordnaw il-pubblikazzjoni tagħha, il-qrati nazzjonali jistgħu jikkunsidraw li janonimizzaw kwalunkwe informazzjoni li tista’ tidentifika s-sors tal-informazzjoni jew ineħħu mill-verżjoni tad-deċiżjoni disponibbli għall-pubbliku dawk il-partijiet li jirreferu għal informazzjoni kunfidenzjali (69). F’dan il-proċess, il-qorti tista’ titlob l-assistenza tal-partijiet biex tidentifika l-informazzjoni li jenħtieġ li ma tiġix divulgata lill-pubbliku ġenerali (pereżempju, billi titlob verżjoni annotata) (70).

C.   Aċċess għar-rekords tal-qorti

107.

Il-qrati nazzjonali jista’ jkollhom bżonn jipproteġu informazzjoni kunfidenzjali b’rabta ma’ talbiet għal aċċess għar-rekords tal-qorti (il-verżjoni kunfidenzjali tas-sentenza jew il-fajl sħiħ), jekk tali talbiet jistgħu jsiru skont ir-regoli proċedurali nazzjonali.

108.

Skont ir-regoli nazzjonali, il-qrati jistgħu jiddeċiedu li jirrestrinġu l-aċċess għar-rekords tal-qorti fir-rigward ta’ parti mill-fajl (pereżempju, li jirrifjutaw l-aċċess għal dokumenti divulgati f’ċirku ta’ kunfidenzjalità, rapporti ta’ esperti, minuti ta’ seduti ta’ smigħ bil-magħluq, verżjoni kunfidenzjali tan-noti, eċċ.) jew fir-rigward tal-fajl sħiħ.

109.

F’dak ir-rigward, il-qrati nazzjonali jistgħu jikkunsidraw, inter alia, li jitolbu lill-partijiet jindikaw liema dokumenti huma kunfidenzjali sabiex ma jkunux aċċessibbli għal dawk li mhumiex partijiet fil-proċedimenti, jew jitolbu verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-dokumenti kkonċernati għar-rekords tal-qorti. Pereżempju, jekk ikunu ġew divulgati għadd sinifikanti ta’ dokumenti kunfidenzjali fil-proċedimenti u jkunu ntużaw miżuri bħal ċrieki ta’ kunfidenzjalità sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità, il-qorti tista’ tikkunsidra wkoll li fir-rekords tal-qorti tirreġistra biss verżjonijiet mhux kunfidenzjali tan-noti, minuti tas-seduti ta’ smigħ bil-magħluq (71) jew rapporti ta’ esperti. Il-qorti tista’ tikkunsidra wkoll li tissiġilla l-fajl tal-qorti minn aċċess, parzjalment jew kompletament, għal perjodu speċifiku.

110.

Meta jiddeċiedu jekk jirrestrinġux, parzjalment jew kompletament, l-aċċess, il-qrati jista’ jkollhom bżonn jevalwaw, inter alia, min ikun qed jitlob aċċess għall-fajl tal-qorti. Pereżempju, il-qrati jista’ jkollhom bżonn iqisu li persuni li jitolbu aċċess jistgħu joperaw fl-istess suq jew attività kummerċjali bħall-partijiet involuti fil-proċedimenti ċivili (pereżempju, kompetituri tal-partijiet, imsieħba fin-negozju, eċċ.) u jista’ jkollhom interess speċjali li jiksbu aċċess għall-fajl tal-qorti wara li jingħalqu l-proċedimenti.

(1)  Jean-François Laborde, Cartel damages actions in Europe: How courts have assessed cartel overcharges (edizzjoni tal-2019), Concurrences Review N° 4-2019, Art. N° 92227, Novembru 2019, disponibbli fuq www.concurrences.com

(2)  B’rabta mad-dritt għal kumpens, ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2014, Kone AG u Oħrajn v ÖBB-Infrastruktur AG, il-Kawża C-557/12, EU:C:2014:1317, il-paragrafi 21 u 22.

(3)  Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 5.12.2014, p. 1). (“Direttiva dwar id-Danni”).

(4)  Ara l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar id-Danni. Ara wkoll il-premessa 18 tad-Direttiva dwar id-Danni.

(5)  Din il-Komunikazzjoni hija, pereżempju, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1); Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-movement liberu ta’ tali data (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39); jew ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1);

Din il-Komunikazzjoni hija wkoll mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43), li jikkonċerna t-trasparenza u li huwa maħsub għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-pubbliku ġenerali; ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015, Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-623/13, EU:T:2015:268, il-paragrafu 86, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2014, Il-Kummissjoni vs EnBW Energie Baden-Württemberg AG, il-Kawża C-365/12 P, EU:C:2014:112, il-paragrafi 100-109. Wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar id-Danni, ir-rikorrenti jistgħu jiddependu bis-sħiħ fuq ir-regoli nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 5 u 6 tagħha għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni rilevanti.

(6)  Għall-azzjonijiet għad-danni, ara l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva dwar id-Danni.

(7)  Ara l-Premessa 15 u l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva dwar id-Danni.

(8)  Ara l-Artikolu 5(1) u (3) tad-Direttiva dwar id-Danni; Ara wkoll l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Qorti Għolja tal-Ġustizzja tar-Renju Unit tas-27 ta’ Jannar 2017 skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, fil-każ EURIBOR, il-paragrafu 24, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/court/antitrust_amicus_curiae.html

(9)  Ara l-Premessa 23 tad-Direttiva dwar id-Danni dwar il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prevenzjoni ta’ spedizzjonijiet ta’ sajd, jiġifieri tiftix mhux speċifiku jew wiesa’ żżejjed ta’ informazzjoni li x’aktarx ma tkunx relevanti għall-partijiet fil-proċedimenti.

(10)  Ara l-Premessa 16 u l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar id-Danni.

(11)  L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar id-Danni.

(12)  L-Artikolu 6(6) tad-Direttiva dwar id-Danni.

(13)  L-Artikolu 6(5) tad-Direttiva dwar id-Danni.

(14)  L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva dwar id-Danni.

(15)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwantifikazzjoni tal-ħsara fl-azzjonijiet għad-danni dwar l-antitrust (ĠU C 167, 13.6.2013, p. 19), u Gwida Prattika, li tikkwantifika l-ħsara f’azzjonijiet għad-danni abbażi ta’ ksur tal-Artikolu 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (11.6.2013).

(16)  Pereżempju, fejn konvenut isostni li r-rikorrent ittrasferixxa lill-klijenti tiegħu stess is-sovradebitu mill-ksur (l-hekk imsejħa difiża tat-trasferiment), il-konvenut jista’ jitlob aċċess għall-evidenza li tkun fil-pussess tar-rikorrent jew tal-partijiet terzi. Ara l-Linji Gwida għall-qrati nazzjonali dwar kif jistmaw is-sehem tal-ispejjeż żejda ttrasferiti fuq ix-xerrej indirett (ĠU C 267, 9.8.2019, p. 4).

(17)  Ara l-Artikolu 4(3) tat-TUE dwar il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1/2003 fir-rigward tat-talbiet għal informazzjoni lill-Kummissjoni. Fl-azzjonijiet għad-danni, l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva dwar id-Danni jistabbilixxi speċifikament li d-divulgazzjoni minn awtorità tal-kompetizzjoni hija biss miżura tal-aħħar għażla (“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jitolbu d-divulgazzjoni minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ evidenza inkluża fil-fajl tagħha biss meta l-ebda parti jew parti terza ma tkunx f’pożizzjoni jew ma tkunx tista’ b’mod raġonevoli tipprovdi dik l-evidenza”).

(18)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2008, Varec vs L-Istat Belġjan, il-Kawża C-450/06, EU:C:2008:91, il-paragrafu 49. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ġunju 1986, Akzo Chemie vs Il-Kummissjoni, il-Kawża C-53/85, EU:C:1986:256, il-paragrafu 28; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Mejju 1994, SEP vs Il-Kummissjoni, il-Kawża C-36/92 P, EU:C:1994:205, il-paragrafu 37, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Ġunju 2018, Baumeister, il-Kawża C-15/16, EU:C:2018:464, il-paragrafu 53. Il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali hija wkoll konsegwenza tad-dritt ta’ kulħadd għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tiegħu jew tagħha, kif stipulat fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391) (ara wkoll is-sentenza f’Varec vs L-Istat Belġjan, iċċitata hawn fuq, il-paragrafu 48).

(19)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 1996, Postbank, il-Kawża T-353/94, EU:T:1996:119, il-paragrafi 66 u 89; ara wkoll, għall-ispirazzjoni, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 tal-KE (ĠU C 101, 27.4.2004 p. 54) (“Avviż dwar il-Kooperazzjoni mal-Qrati Nazzjonali”), il-paragrafu 24; u l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli għall-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni f’każijiet skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE, l-Artikoli 53, 54 u 57 tal-Ftehim taż-ŻEE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU C 325, 22.12.2005, p. 7) (“Avviż dwar l-Aċċess għall-Fajl”), il-paragrafu 24. Ara wkoll l-Artikoli 3 u 9 tad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1) (“Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali”).

(20)  Ara, pereżempju, l-Avviż dwar l-Aċċess għall-Fajl, il-paragrafi 17-19, il-Kapitolu 11 tal-Manwal ta’ Proċedura tad-DĠ għall-Kompetizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE (disponibbli fuq https://ec.europa.eu/competition/antitrust/antitrust_manproc_11_2019_en.pdf), u l-Gwida dwar it-talbiet għal kunfidenzjalità matul il-proċeduri tal-antitrust tal-Kummissjoni, il-paragrafi 8-17 (disponibbli fuq https://ec.europa.eu/competition/antitrust/business_secrets_en.pdf).

Madankollu, skont iċ-ċirkostanzi, il-qrati nazzjonali jista’ jkollhom bżonn jivvalutaw mill-ġdid il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni fil-kuntest ta’ azzjonijiet ta’ infurzar privat, anki jekk din kienet ġiet stabbilita fil-kuntest tal-infurzar pubbliku tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE. Pereżempju, il-partijiet fi proċedimenti amministrattivi setgħu għamlu talbiet għal kunfidenzjalità fir-rigward ta’ partijiet oħrajn fil-proċedimenti amministrattivi, iżda jista’ jkun li jkollhom jagħmlu talbiet differenti fir-rigward tal-partijiet li jkunu qed jitolbu d-divulgazzjoni quddiem il-qorti nazzjonali fi proċedimenti ċivili. Dan ikun japplika wkoll għal partijiet terzi li mingħandhom il-Kummissjoni jew awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni setgħet kisbet informazzjoni matul il-proċedimenti amministrattivi. Minħabba l-mogħdija taż-żmien bejn il-proċedimenti differenti, jista’ jkun rilevanti wkoll li l-informazzjoni tiġi vvalutata mill-ġdid fir-rigward ta’ jekk tkunx tilfet in-natura kunfidenzjali tagħha jew le (ara wkoll il-paragrafu 22 hawn taħt).

(21)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2006, Bank Austria vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-198/03, EU:T:2006:136, il-paragrafu 71; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2011, Idromacchine vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-88/09, EU:T:2011:641, il-paragrafu 45; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015, Akzo Nobel u Oħrajn v Il-Kummissjoni, il-Kawża T-345/12, EU:T:2015:50, il-paragrafu 65; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Marzu 2017, Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni, il-Kawża C-162/15 P, EU:C:2017:205, il-paragrafu 107.

(22)  Ara, pereżempju, l-Ordni tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 1996, NMH Stahlwerke vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-134/94, eċċ., EU:T:1996:85, il-paragrafu 40; l-Ordni tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 1997, British Steel vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-89/96, EU:T:1997:77, il-paragrafu 29; l-Ordni tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2006, Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-271/03, EU:T:2006:163, il-paragrafi 64 u 65; u l-Ordni tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2010, Telefónica vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-336/07, EU:T:2008:299, il-paragrafi 39, 63 u 64; Ara wkoll l-Avviż dwar l-Aċċess għall-Fajl, il-paragrafu 23.

(23)  Dan huwa relevanti wkoll fir-rigward tal-protezzjoni ta’ terzi persuni mir-riskju ta’ ritaljazzjoni minn kompetitur jew sieħeb kummerċjali li jista’ jeżerċita pressjoni kummerċjali jew ekonomika sinifikanti fuqhom. Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ April 1995, BPB Industries u British Gypsum vs Il-Kummissjoni, il-Kawża C-310/93, EU:C:1995:101, il-paragrafi 26 u 27.

(24)  Informazzjoni li kienet kunfidenzjali, iżda li tmur lura għal ħames snin jew aktar ilu, trid titqies bħala storika, sakemm l-applikant ma jurix b’mod eċċezzjonali li għadha tikkostitwixxi element essenzjali tal-pożizzjoni kummerċjali tiegħu jew dik ta’ parti terza; ara, f’dan ir-rigward, Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni, iċċitata hawn fuq, il-paragrafu 64; Baumeister, iċċitata hawn fuq, il-paragrafu 54; u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015, Pilkington Group Ltd vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-462/12, EU:T:2015:508, il-paragrafu 58. Ara wkoll, l-Avviż dwar l-Aċċess għall-Fajl, il-paragrafu 23.

(25)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011, CDC Hydrogene Peroxide vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-437/08, EU:T:2011:752, il-paragrafu 49 (“[…] l-interess ta’ kumpanija li tkun ipparteċipat f’akkordju li tevita azzjonijiet bħal dawn […] ma jikkostitwixxix interess li għandu jiġi protett, partikolarment fid-dawl tad-dritt li kull persuna għandha sabiex titlob kumpens għad-danni li aġir li jista’ jillimita jew joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni jista’ jikkawżalha (il-Kawża C-453/99 Courage u Crehan [2001] Ġabra I-6297, il-paragrafi 24 u 26, u l-Kawżi Magħquda C-295/04 sa C-298/04 Manfredi u Oħrajn [2006] Ġabra I-6619, il-paragrafi 59 u 61 )” ). Bl-istess mod, l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar id-Danni jiddikjara li l-interess tal-impriżi li jevitaw azzjonijiet għad-danni wara ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni ma għandux jikkostitwixxi interess li jiġġustifika protezzjoni.

(26)  Ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali għad-definizzjoni ta’ sigriet kummerċjali li trid tinqara flimkien mal-Artikolu 3(2) tal-istess direttiva.

(27)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(28)  L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003; Avviż dwar il-Kooperazzjoni mal-Qrati Nazzjonali, il-paragrafi 21, 27 u 29; Postbank, iċċitat hawn fuq, il-paragrafu 65; ara wkoll l-Ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 1990, Imm Zwartveld, il-Kawża C-2/88, EU:C:1990:315, il-paragrafi 21-22. Jenħtieġ li jiġi nnotat li fejn l-applikazzjoni koerenti tal-Artikolu 101 jew l-Artikolu 102 tat-TFUE tirrikjedi dan, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess, tista’ tippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub lill-qrati tal-Istati Membri u, għal dak l-iskop, tista’ titlob lill-qorti rilevanti tal-Istat Membru biex tittrażmetti jew tiżgura t-trażmissjoni lilha ta’ kwalunkwe dokument meħtieġ għall-valutazzjoni tal-każ, ara l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(29)  Ara l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva dwar id-Danni.

(30)  Ara l-Artikolu 16a (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE, kif emendat (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18). Ara wkoll l-Avviż dwar il-Kooperazzjoni mal-Qrati Nazzjonali, il-paragrafu 26, għal rifjut li tiġi trażmessa l-informazzjoni minħabba raġunijiet prevalenti relatati mal-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-Unjoni jew li tiġi evitata kwalunkwe interferenza fil-funzjonament u l-indipendenza tagħha.

(31)  Postbank, iċċitat hawn fuq, il-paragrafu 90. Ara wkoll l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, iċċitat hawn fuq.

(32)  Avviż dwar il-Kooperazzjoni mal-Qrati Nazzjonali, il-paragrafu 25.

(33)  Ara l-paragrafu 12 tal-Opinjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2014 wara talba skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, Is-Segretarju tal-Istat għas-Saħħa u oħrajn v Servier Laboratories Limited u oħrajn, C(2014) 10264 final, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/court/confidentiality_rings_final_opinion_en.pdf

(34)  Ara l-premessa 18 tad-Direttiva dwar id-Danni.

(35)  Pereżempju, jekk il-partijiet ikunu kompetituri diretti, il-miżura magħżula trid tiżgura li l-mod li bih tiġi divulgata l-informazzjoni ma jippermettix li l-partijiet jiftiehmu u ma jagħtix vantaġġ kompetittiv lill-parti li tkun qed titlob id-divulgazzjoni.

(36)  Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 5(7) tad-Direttiva dwar id-Danni (“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li mingħandhom tintalab id-divulgazzjoni jingħataw l-opportunità li jinstemgħu qabel qorti nazzjonali tordna d-divulgazzjoni […]”).

(37)  Il-parti li tagħmel id-divulgazzjoni mhux bilfors tkun il-parti li minnha toriġina l-informazzjoni. Pereżempju, parti seta’ kellha aċċess għal informazzjoni mingħand partijiet terzi matul il-proċedimenti amministrattivi quddiem il-Kummissjoni jew awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni. Il-fatt li kellha aċċess għall-informazzjoni ma jagħtix lil din il-parti d-dritt li tiddivulga aktar l-informazzjoni kunfidenzjali ta’ parti terza. Pereżempju, b’rabta ma’ verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ dokumenti rigward proċess ta’ ġbir ta’ data li tħejja speċifikament għall-finijiet ta’ aċċess għall-fajl, ara l-Opinjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2015, b’applikazzjoni tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, Sainsbury’s Supermarkets Ltd vs Mastercard Incorporated u Oħrajn, (C(2015) 7682 final), il-paragrafu 23, fejn il-Kummissjoni ddikjarat li, għall-finijiet tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni, ma kienx neċessarju li tieħu pożizzjoni dwar jekk l-informazzjoni kinitx kunfidenzjali fir-rigward ta’ partijiet oħrajn, iżda li l-partijiet terzi li pprovdew l-informazzjoni jistgħu joġġezzjonaw għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni mar-rikorrent. L-opinjoni kkonkludiet li “[…], il-fatt li l-Mastercard tista’ tkun sodisfatta bl-arranġamenti partikolari magħmula, bħal ċirku ta’ kunfidenzjalità, mhux neċessarjament jissodisfa lill-partijiet terzi li ssottomettew l-informazzjoni.” L-Opinjoni hija disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/court/sainsbury_opinion_en.pdf

(38)  Ara l-premessi 6 u 10 hawn fuq.

(39)  Il-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali fil-kuntest ta’ talbiet għal żvelar tista’ teħtieġ bidliet fil-funzjonament tas-soltu tal-proċeduri loġistiċi jew telematiċi tal-qorti, jew l-istabbiliment ta’ proċeduri ad hoc fuq bażi ta’ każ b’każ fil-konfini tal-liġijiet proċedurali nazzjonali applikabbli.

(40)  Ara, pereżempju, l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali li jipprevedi l-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet fuq kwalunkwe persuna li tonqos milli tikkonforma jew tirrifjuta li tikkonforma mal-miżuri ordnati sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali matul il-proċedimenti legali.

(41)  Ara wkoll il-Premessa 33 tad-Direttiva dwar id-Danni. Ir-rikors għal sanzjonijiet huwa essenzjali meta wieħed iqis li jista’ jkun li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-qrati nazzjonali ma jkunux jistgħu jeżerċitaw superviżjoni f’ħin reali tal-konformità tal-partijiet mar-regoli tal-ordni ta’ divulgazzjoni, b’mod partikolari fil-każ ta’ ċirku ta’ kunfidenzjalità.

(42)  L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva dwar id-Danni.

(43)  L-aċċessibbiltà għall-informazzjoni dwar il-volumi fornuti tista’ tkun essenzjali biex tiġi kkwantifikata l-ħsara mġarrba fil-livell aktar baxx tal-katina tal-provvista (jiġifieri minn konsumaturi indiretti).

(44)  Dan jista’ jseħħ minħabba li d-dokumenti ta’ parti terza ma jinkludux informazzjoni kunfidenzjali fir-rigward tal-parti li tagħmel id-divulgazzjoni jew minħabba li l-parti li tagħmel id-divulgazzjoni diġà kellha aċċess għal verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dokumenti, fejn l-informazzjoni meqjusa bħala kunfidenzjali fir-rigward tal-parti li tagħmel id-divulgazzjoni kienet ġiet redatta preċedentement.

(45)  Għall-ispirazzjoni, ara l-Avviż dwar l-Aċċess għall-Fajl, il-paragrafi 35-38; Gwida dwar it-talbiet għal kunfidenzjalità matul il-proċeduri tal-antitrust tal-Kummissjoni, il-paragrafi 18 sa 26, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/competition/antitrust/business_secrets_en.pdf, u d-dokument ta’ gwida informali tad-DĠ Kompetizzjoni dwar it-talbiet għall-kunfidenzjalità, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/competition/antitrust/guidance_en.pdf

(46)  Pereżempju, tista’ tintuża sistema ta’ kodifikazzjoni bil-kuluri biex tindika lil liema parti tkun tappartjeni l-informazzjoni kunfidenzjali jew jekk tkunx relatata ma’ informazzjoni ta’ parti terza.

(47)  Ara, pereżempju, l-Artikolu 103(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

(48)  Għall-firxiet dwar il-bejgħ, id-data tal-fatturat u l-ishma mis-suq, ara l-paragrafu 22 tal-Gwida dwar it-talbiet għal kunfidenzjalità matul il-proċeduri tal-antitrust tal-Kummissjoni, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/competition/antitrust/business_secrets_en.pdf

(49)  Skont il-ġuriżdizzjoni, din il-miżura ta’ divulgazzjoni tissejjaħ ukoll klabbs ta’ kunfidenzjalità jew kmamar għall-ħażna tad-data. Din ix-xorta ta’ miżura tista’ tintuża wkoll fi proċedimenti amministrattivi. Għall-proċeduri tal-Kummissjoni, ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Aħjar Prattiki għat-tmexxija tal-proċedimenti li jikkonċernaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE (ĠU C 308, 20.10.2011, p. 6), il-paragrafi 96 u 97; għall-kmamar tal-ħażna tad-data, ara l-Aħjar Prattiki dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni fil-kmamar għall-ħażna tad-data fi proċedimenti skont l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u skont ir-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet, il-paragrafu 9, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/mergers/legislation/disclosure_information_data_rooms_en.pdf. Għaċ-ċrieki tal-kunfidenzjalità, ara l-Gwida dwar l-użu taċ-ċrieki tal-kunfidenzjalità fil-proċedimenti tal-Kummissjoni, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/antitrust/conf_rings.pdf

(50)  Ara l-Linji Gwida dwar it-Trasferiment, iċċitati hawn fuq, il-paragrafu 43.

(51)  Ara, pereżempju, ir-rapport tal-OECD tal-5 ta’ Ottubru 2011 dwar il-Ġustizzja proċedurali: kwistjonijiet ta’ trasparenza fi proċedimenti ta’ infurzar ċivili u amministrattivi, p. 12, disponibbli fuq www.oecd.org/competition/mergers/48825133.pdf; ara wkoll in-Nota ta’ Orjentazzjoni dwar it-Trasparenza u l-Ġustizzja Proċedurali bħala tema fit-tul għall-2019-2020, bejn is-6 u t-8 ta’ Ġunju 2018, iċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-OECD, pp. 4-5, disponibbli fuq 018, http://www.oecd.org/officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?cote=DAF/COMP/WD(2018)6&docLanguage=En

(52)  Pereżempju, b’rabta mad-data miġbura minn kuntratturi esterni mingħand il-parteċipanti fi stħarriġ tal-Kummissjoni, fl-Opinjoni tagħha fil-kawża Sainsbury’s Supermarkets Ltd vs MasterCard Incorporated u Oħrajn, iċċitata hawn fuq, il-paragrafu 21, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni ma setgħetx tiġi anonimizzata b’mod li rrispetta bis-sħiħ l-interess leġittimu tal-fornituri tad-data fil-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali tagħhom.

(53)  Ara, f’dan ir-rigward, id-divulgazzjoni f’ċirku ta’ kunfidenzjalità kif ordnat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tal-14 ta’ Marzu 2014, Cementos Portland Valderrivas, SA vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-296/11, EU:T:2014:121, il-paragrafu 24: “[…] sabiex jiġu kkonċiljati, minn naħa, il-prinċipju ta’ kontradittorju u, min-naħa l-oħra, il-karatteristiċi tal-fażi ta’ investigazzjoni preliminari tal-proċedura fl-istadju fejn l-impriża kkonċernata ma għandha la d-dritt li tiġi informata bl-elementi essenzjali li fuqhom il-Kummissjoni qed tibbaża ruħha u lanqas id-dritt ta’ aċċess għall-fajl, id-digriet tal-14 ta’ Mejju 2013 illimita l-konsultazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni biss għall-avukati tar-rikorrenti u ssuġġettaha għall-kundizzjoni li jingħata impenn ta’ kunfidenzjalità min-naħa tagħhom.”

(54)  Għal eżempju ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, ara r-Regoli Prattiċi għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali adottati mill-Qorti Ġenerali u, b’mod partikolari, it-Taqsima VI li tittratta l-kunfidenzjalità (ĠU L 152, 18.6.2015, p. 1). Pereżempju, għar-regoli dwar iċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità u r-regoli dwar il-kmamar għall-ħażna tad-data użati għall-fini tal-proċeduri amministrattivi tal-Kummissjoni, ara t-Taqsima 4.3. tal-Aħjar Prattiki dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni fi proċedimenti dwar il-kmamar għall-ħażna tad-data skont l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u skont ir-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet, iċċitati hawn fuq; l-Anness A għall-Aħjar Prattiki, ir-regoli standard dwar il-kmamar għall-ħażna tad-data (għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali fuq bażi ta’ konsulenti esterni biss), disponibbli fuq https://ec.europa.eu/competition/antitrust/data_room_rules_en.pdf; u l-Gwida dwar l-użu ta’ ċrieki ta’ kunfidenzjalità u, b’mod partikolari, it-taqsima 5, dwar il-ftehim ta’ divulgazzjoni nnegozjat, iċċitati hawn fuq.

(55)  Id-deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni taċ-ċirku ta’ kunfidenzjalità tista’ wkoll tiddefinixxi n-numru massimu ta’ membri għal kull parti.

(56)  Ara l-premessa 18 tad-Direttiva dwar id-Danni (“jiġu limitati l-persuni li jitħallew jaraw l-evidenza”).

(57)  Ara, pereżempju, l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali..

(58)  Pereżempju, individwi impjegati mill-parti rikjedenti permezz ta’ kuntratti tax-xogħol jew tip ieħor ta’ servizz jew ftehimiet kuntrattwali.

(59)  Ara, għall-ispirazzjoni, l-Avviż dwar l-Aċċess għall-Fajl, iċċitat hawn fuq, il-paragrafu 47.

(60)  F’litigazzjoni dwar id-divulgazzjoni tas-sigrieti kummerċjali, l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali jippreskrivi li ċ-ċirku ristrett ta’ persuni intitolati għal aċċess għall-evidenza għandu jkun magħmul minn mill-inqas persuna fiżika waħda minn kull waħda mill-partijiet. Dan ir-rekwiżit huwa limitat għal (allegati) sigrieti kummerċjali.

(61)  Ara l-Opinjoni tal-Kummissjoni f’Servier, iċċitata hawn fuq, il-paragrafu. 22.

(62)  Pereżempju, fil-proċeduri amministrattivi tagħha, il-Kummissjoni tuża ftehim standard ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni, li huwa disponibbli fuq https://ec.europa.eu/competition/antitrust/nda_en.pdf

(63)  Din hija devjazzjoni mill-prattika tas-soltu li fiha l-konsulent legali estern ta’ parti jiddivulga lill-klijent tiegħu informazzjoni u noti li jkun irċieva mingħand partijiet oħrajn fil-proċediment u jiddiskutihom liberament mal-klijent tiegħu.

(64)  Fil-prattika amministrattiva tagħha, il-Kummissjoni tista’ wkoll titlob rinunzja tad-dmir ta’ divulgazzjoni bejn l-avukat u l-klijent; ara, pereżempju, il-Gwida dwar l-użu taċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità, iċċitata hawn fuq, il-paragrafu 13 u l-Aħjar Prattiki dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni fi kmamar għall-ħażna tad-data, iċċitati hawn fuq, il-paragrafu 23.

(65)  Bħal fil-każ taċ-ċrieki ta’ kunfidenzjalità għal konsulenti legali esterni, il-klijenti jista’ jkollhom bżonn jirrilaxxaw lill-konsulenti esterni minn kwalunkwe obbligu li jiddivulgawlhom l-informazzjoni kunfidenzjali inkluża fir-rapport. Ara l-paragrafu 77 hawn fuq.

(66)  Il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali hija prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Ara n-nota 18 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

(67)  Il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tan-noti jridu jippermettu lill-partijiet l-oħra li jifhmu l-argumenti u l-evidenza li qed issir referenza għalihom biex dawn ikunu jistgħu jiddiskutu l-każ mar-rappreżentanti legali tagħhom u jagħtuhom istruzzjonijiet kif xieraq.

(68)  Ara l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, iċċitati hawn fuq. F’xi Stati Membri, l-eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju jistgħu jkunu relatati maż-żamma tal-ordni pubbliku, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali jew objettivi ġenerali oħrajn.

(69)  Ara wkoll l-Artikolu 9.2(c) tad-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali.

(70)  Bħala sors ta’ ispirazzjoni dwar kif jitwettaq dan il-proċess, ara l-Gwida dwar it-tħejjija ta’ verżjonijiet pubbliċi ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/competition/antitrust/guidance_on_preparation_of_public_versions_antitrust_04062015.pdf

(71)  Jekk waqt is-seduta ta’ smigħ bil-magħluq tissemma informazzjoni kunfidenzjali, li mbagħad tiġi rreġistrata, din il-miżura tista’ tkun neċessarja. Madankollu, jekk ikun possibbli skont ir-regoli nazzjonali applikabbli, il-qorti tista’ tiddeċiedi li xi informazzjoni tissemma bil-magħluq mingħajr ma tiġi rreġistrata. F’dik is-sitwazzjoni, jista’ ma jkunx meħtieġ li jitħejjew verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-minuti tas-seduti ta’ smigħ bil-magħluq.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/18


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta' Lulju 2020

(2020/C 242/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1443

JPY

Yen Ġappuniż

122,70

DKK

Krona Daniża

7,4449

GBP

Lira Sterlina

0,90055

SEK

Krona Żvediża

10,2390

CHF

Frank Żvizzeru

1,0740

ISK

Krona Iżlandiża

159,30

NOK

Krona Norveġiża

10,4933

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,429

HUF

Forint Ungeriż

350,64

PLN

Zloty Pollakk

4,4362

RON

Leu Rumen

4,8392

TRY

Lira Turka

7,8369

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6154

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5399

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8704

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7305

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5891

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 367,96

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,8806

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9982

HRK

Kuna Kroata

7,5300

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 830,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,8764

PHP

Peso Filippin

56,455

RUB

Rouble Russu

81,0833

THB

Baht Tajlandiż

36,194

BRL

Real Brażiljan

6,0416

MXN

Peso Messikan

25,5910

INR

Rupi Indjan

85,3805


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

Il-Każ M.9903 — Softbank Group/Mizuho Financial Group/One Tap Buy

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 242/03)

1.   

Fl-14 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

SoftBank Corp. (“SoftBank”) (il-Ġappun), sussidjarja ta’ Softbank Group Corp.,

Mizuho Securities Co., Ltd. (“Mizuho”) (il-Ġappun), sussidjarja ta’ Mizuho Financial Group,

One Tap BUY Co., Ltd. (“OTB”) (il-Ġappun), ikkontrollata biss minn SoftBank.

SoftBank u Mizuho jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ OTB.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SoftBank hija sussidjarja ta’ SoftBank Group Corp., li hija involuta f’telekomunikazzjonijiet avvanzati, servizzi tal-Internet, l-Internet tal-oġġetti, ir-robotika u fornituri tat-teknoloġija tal-enerġija nadifa;

Mizuho hija sussidjarja ta’ Mizuho Financial Group Inc., li toffri servizzi finanzjarji u strateġiċi, inklużi servizzi bankarji, titoli, ġestjoni fiduċjarja u ta’ assi, karti ta’ kreditu, servizzi bankarji privati u kapital ta’ riskju;

OTB tipprovdi applikazzjoni mobbli ta’ senserija li tippermetti lill-investituri li jirrisjedu l-Ġappun jinnegozjaw it-titoli (ishma elenkati fl-Istati Uniti u fondi nnegozjati fil-Borża Ġappuniża) fi kwalunkwe ħin.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:

M.9903 – Softbank Group/Mizuho Financial Group/One Tap Buy

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

22.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/21


Avviż ta’ talba dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE — Tmiem is-sospensjoni u l-estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

(2020/C 242/04)

Fid-19 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Din it-talba, magħmula minn Slovenske železnice – Freight Transport d.o.o., tikkonċerna s-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna 10 tal-ĠU C 53 fis-17 ta’ Frar 2020.

Fis-16 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu informazzjoni addizzjonali sa mhux iktar tard mis-6 ta’ Jannar 2020. Kif imħabbar fl-avviż li ġie ppubblikat fil-paġna numru 2 tal-ĠU C 211 tal-25 ta’ Ġunju 2020, l-iskadenza finali ġiet imtawla bi 22 jum tax-xogħol wara l-wasla tal-informazzjoni sħiħa u korretta. L-informazzjoni sħiħa u korretta waslet fil-25 ta’ Mejju 2020.

Skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, id data ta’ skadenza tista’ tiġi estiża mill-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li għamlu t-talba għall-eżenzjoni kkonċernata. Fid-dawl tal-kuntest attwali u l-effetti tal-pandemiji tal-COVID 19, u bil-qbil ta’ Slovenske železnice – Freight Transport d.o.o, il-perjodu ghad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba huwa b’dan estiż sal-24 ta’ Lulju 2020.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).


22.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/22


Avviż ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba magħmula minn entità kontraenti — Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

(2020/C 242/05)

Fit-3 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Din it-talba saret minn ENEL Green Power u tikkonċerna attivitajiet relatati mal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fl-Italja. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna 45 tal-ĠU C 196 fil-11 ta’ Ġunju 2020. Tmiem l-iskadenza estiża kien il-15 ta’ Lulju 2020.

Skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, id data ta’ skadenza tista’ tiġi estiża mill-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li għamlu t-talba għall-eżenzjoni kkonċernata. Fid-dawl tal-kuntest attwali u l-effetti tal-pandemiji tal-COVID 19, u bil-qbil ta’ ENEL Green Power, il-perjodu ghad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Lulju 2020.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).


22.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/23


Avviż ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba magħmula minn entità kontraenti — Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

(2020/C 242/06)

Fit-8 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Din it-talba, li saret minn Lietuvos energija UAB, tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Litwanja. L-avviżi rilevanti ġew ippubblikat fil-paġna 28 tal-ĠU C 316 fl-20 ta’ Settembru 2019 u fil-paġna 9 tal-ĠU C 53 fis-17 ta’ Frar 2020 u fil-paġna 27 tal-ĠU C 202 fis-16 ta’ Ġunju 2020. Tmiem l-iskadenza estiża kien l-10 ta’ Lulju 2020.

Skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, id data ta’ skadenza tista’ tiġi estiża mill-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li għamlu t-talba għall-eżenzjoni kkonċernata. Fid-dawl tal-kuntest attwali u l-effetti tal-pandemiji tal-COVID 19, u bil-qbil ta’ Lietuvos energija UAB (issa Ignitis), il-perjodu ghad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Lulju 2020.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).