|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 235/01 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2020/C 235/02 |
||
|
2020/C 235/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 235/04 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9812 — M.Verily Life Sciences/Santen Pharmaceutical/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2020/C 235/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni Il-Każ M.9711 — Alliance Healthcare Deutschland/Gehe Pharma Handel ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 235/06 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
17.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-16 ta' Lulju 2020
(2020/C 235/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1414 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,24 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4452 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,90875 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3500 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0787 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
160,00 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,6148 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,693 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
354,08 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4928 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8433 |
|
TRY |
Lira Turka |
7,8320 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6338 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5452 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,8510 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7439 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5888 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 373,74 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
19,0181 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9861 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5356 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 692,98 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8755 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,499 |
|
RUB |
Rouble Russu |
81,1888 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,148 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,1154 |
|
MXN |
Peso Messikan |
25,5051 |
|
INR |
Rupi Indjan |
85,8555 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
17.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/2 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2020/C 235/02)
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
22.6.2020 f’24:00 |
|
Tul ta’ żmien tal-għeluq |
22.6.2020 – 31.12.2020 |
|
Stat Membru |
Il-Greċja |
|
Stokk jew grupp ta’ stokkijiet |
BFT/AE45WM |
|
Speċi |
It-tonn (Thunnus thynnus) |
|
Żona |
L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
--- |
|
Numru ta’ referenza |
08/TQ123 |
|
17.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/3 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2020/C 235/03)
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
17.6.2020 f’24:00 |
|
Tul ta’ żmien tal-għeluq |
17.6.2020–31.12.2020 |
|
Stat Membru |
Il-Greċja (il-bastimenti tas-sajd artiġjanali) |
|
Stokk jew grupp ta’ stokkijiet |
BFT/AVARCH |
|
Speċi |
It-tonn (Thunnus thynnus) |
|
Żona |
Arċipelagi speċifiċi fil-Greċja (il-Gżejjer Jonji), fi Spanja (il-Gżejjer Kanarji) u fil-Portugall (l-Azores u Madeira) |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
--- |
|
Numru ta’ referenza |
07/TQ123 |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
17.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9812 — M.Verily Life Sciences/Santen Pharmaceutical/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 235/04)
1.
Fid-9 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Verily Life Sciences LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika) (“Verily”), ikkontrollata minn Alphabet Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Santen Pharmaceutical Company, Ltd. (il-Ġappun) (“Santen”). |
Verily u Santen jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta ffurmata ġdida.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Verily tiffoka fuq ix-xjenzi tal-ħajja u l-kura tas-saħħa. Toħloq għodod u teknoloġiji innovattivi għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard, sħubiji max-xjenzi tal-ħajja, apparat mediku u organizzazzjonijiet tal-gvern; |
|
— |
Santen hija kumpanija farmaċewtika ffukata fuq l-oftalmoloġija. Twettaq riċerka u żvilupp, marketing u bejgħ ta’ prodotti farmaċewtiċi; |
|
— |
L-impriża konġunta se tirriċerka, tiżviluppa u tikkummerċjalizza portafoll ta’ apparati għall-oftalmoloġija mfassla biex jikkuraw jew jagħmlu dijanjożi ta’ disturbi fl-għajnejn jew b’xi mod ieħor tipprovdi għodod biex tgħin lill-pazjenti, lil dawk li jipprovdu l-kura, jew lill-fornituri biex jimmaniġġjaw is-saħħa globali tal-għajnejn. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
M.9812 — Verily Life Sciences/Santen Pharmaceutical/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
17.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
Il-Każ M.9711 — Alliance Healthcare Deutschland/Gehe Pharma Handel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 235/05)
1.
Fl-10 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Alliance Healthcare Deutschland AG (il-Ġermanja), ikkontrollata minn Wallgreens Boots Alliance, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika) |
|
— |
Gehe Pharma Handel GmbH (il-Ġermanja), ikkontrollata minn McKesson Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerika) |
Alliance takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll tat-totalità ta’ Gehe.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Alliance hija kumpanija grossista farmaċewtika, attiva prinċipalment fil-Ġermanja. |
|
— |
Gehe hija kumpanija grossista farmaċewtika, attiva prinċipalment fil-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.
Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
M.9711 — Alliance Healthcare Deutschland/Gehe Pharma Handel
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks:+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
17.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/7 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2020/C 235/06)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye”
Nru tal-UE: PDO-HU-02380 – 20.12.2017
DOP(X) IĠP ()
1. Isem/ismijiet
“Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Ungerija (Stat Membru)
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6: Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP) “Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye” [ċirasa sewda ta’ Szomolya biz-zokk qasir] tkopri frott, maħsub għall-konsum frisk, tal-varjetà taċ-ċirasa “Rövidszárú fekete” [“sewda biz-zokk qasir”] u tal-varjetà “Mézédes fekete” [suwda ħelwa] taċ-ċirasa (Prunus avium (L.) L.) li jinsabu f’Szomolya u l-madwar, kif ukoll tal-varjetà rikonoxxuta mill-Istat “Szomolyai fekete” [Szomolya sewda].
Mitt ċirasa jiżnu mill-inqas 450 g, filwaqt li l-piż medju ta’ ċirasa waħda, ibbażat fuq il-piż ta’ 100 ċirasa, huwa ta’ 4,5 g±0,7 g. Id-dijametru taċ-ċirasa jvarja minn minimu ta’ 18-il mm sa massimu ta’ 23 mm.
Għandha l-forma ta’ kon wiesa’, iċċattjat, maqtugħ u li tfakkrek f’qalb, b’apiċi kemxejn mgħaffġa jew ċatta bi dritt il-frotta. Iz-zokk huwa qasir (2-3 cm) u jinqala’ faċilment minn mal-frotta.
Il-qoxra taċ-ċirasa hija ta’ lewn ħamrani jagħti fil-vjola skur, li ssir ta’ lewn ħamrani jagħti fl-iswed jew tista’ tgħid ta’ lewn iswed meta tkun misjura għalkollox. Il-qoxra hija medjament soda u durabbli, għalhekk il-frott jista’ jinġarr. Il-qalba tal-frotta hija lewn klaret skur, moderatament soda u bil-meraq. Il-meraq għandu kulur rikk. Il-kulur aħmar skur tal-meraq ma jgħibx waqt l-ipproċessar.
Iċ-ċirasa għandha togħma ħelwa ta’ għasel.
Il-frott għandu l-karatteristiċi kimiċi li ġejjin:
Kontenut ta’ zokkor: Valur Brix ta’ 20o jew aktar
Aċidità massima: 0,4 g/100 g
Materja niexfa: mhux inqas minn 19 %
“Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye” timmatura madwar nofs Ġunju.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-kultivazzjoni u l-ħsad isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
“Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye” hija prodotta fi ħdan il-konfini amministrattivi ta’ Szomolya, Ostoros, Novaj, Noszvaj, Bogács, Tard u Tibolddaróc.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-kwalità u l-karatteristiċi tal-frott ta’ “Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye” jiddependu mill-ambjent ġeografiku u għall-karatteristiċi naturali u umani assoċjati.
“Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye” hija prodotta mill-varjetajiet lokali antenati “Rövidszárú fekete” u “Mézédes fekete” mkabbra esklussivament fiż-żona ġeografika, u minn “Szomolyai fekete”, varjetà rikonoxxuta mill-Istat, imkabbra b’mod selettiv fiż-żona ta’ Szomolya u inkluża fil-Katalgu Nazzjonali tal-Varjetajiet.
“Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye” tikseb il-karatteristiċi li ġejjin miż-żona ġeografika: il-frotta tagħha f’għamla ta’ qalb, iz-zokk qasir, il-kulur iswed u t-togħma ħelwa ta’ għasel tagħha.
Il-frott tal-varjetajiet ikkultivati fiż-żona ġeografika huwa tipikament f’forma ta’ qalb, ta’ daqs u piż żgħir, u għandu zokk qasir b’tul ta’ bejn żewġ u tliet ċentimetri. Minħabba t-tip ta’ ħamrija, il-frotta fiha ħafna komposti li jipproduċu l-kulur – għalhekk il-kulur tagħha għandu t-tendenza li jxaqleb lejn l-iswed – u għandha wiċċ ileqq (li jirrifletti). Il-kontenut baxx ta’ aċidu tal-frotta, prodott tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija, u l-kontenut għoli ta’ zokkor tal-frotta, prodott tal-klima, flimkien jagħtuha togħma ħelwa ta’ għasel.
Fatturi naturali
Iż-żona ġeografika tinsab fil-parti tal-Lbiċ tal-kontea ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén fir-reġjun ta’ Bükkalja tal-Ungerija, fejn l-għoljiet ta’ Bükkalja jiltaqgħu mal-artijiet ċatti vasti tal-Pjanura l-Kbira Ungeriża.
Dan ir-reġjun huwa kkaratterizzat minn għoljiet weqfin miksijin b’vinji u msaġar tal-frott, għoljiet u qċaċet ta’ għoljiet mimlijin xemx, widien li jagħtu lejn in-Nofsinhar li huma twal u dojoq, foresti magħluqa u żoni ta’ art ċatta qrib il-Pjanura l-Kbira Ungeriża, li ilhom jinħadmu għall-agrikoltura. Asimmetrika b’mod distint, b’xaqlibiet weqfin fit-Tramuntana, il-firxa ta’ għoljiet li jibqgħu sejrin lejn il-Pjanura l-Kbira Ungeriża inħolqot b’riżultat ta’ movimenti strutturali Terzjarji u Kwaternarji li żlokaw il-blat tal-wiċċ vulkaniku. Fir-reġjun, hemm predominanza ta’ depożiti ta’ tufu rijolitiku ta’ oriġini vulkanika u rqajja’ ta’ trab kalkarju fuqhom. Dan jiddetermina wkoll il-kundizzjonijiet tal-ħamrija: il-ħamrija tal-foresta prinċipalment taflija-ramlija, il-ħamrija kannella u, f’xi postijiet, il-ħamrija sewda b’bażi “erubase” hija kemxejn aċiduża. Ir-raġuni għal dan hija li matul l-epoka ġeoloġika Mijoċena, fil-konfini tal-massif tal-ġebla tal-ġir ta’ Bükk, magma li ħarġet fil-wiċċ ikkombinat kemm kimikament kif ukoll fiżikament mal-ħamrija kalkarja oriġinali.
Iż-żona ġeografika għandha klima moderatament friska u xotta. L-ammont ta’ xemx annwali huwa bejn 1 850 u 1 900 siegħa: 720-740 siegħa fis-sajf u 150-170 siegħa fix-xitwa. It-temperatura medja annwali taqa’ bejn 8,6 °C u 8,8 °C, bil-medja multiannwali għall-istaġun tat-tkabbir tkun bejn 15,5 °C u 16 °C. Il-preċipitazzjoni annwali totali hija ta’ 550-650 mm, u l-preċipitazzjoni medja matul l-istaġun tat-tkabbir hija ta’ 370-400 mm.
Ma hemm imkien ieħor fl-Ungerija li għandu kundizzjonijiet simili tal-ħamrija u tal-klima.
Rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika
Il-frott “Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye” għandu forma karatteristika ta’ qalb; il-kulur tal-qoxra u l-qalba tiegħu huma lewn aħmar skur ħafna jew kważi iswed; il-kontenut għoli ta’ materja niexfa tiegħu, il-kontenut għoli ta’ zokkor tiegħu u l-aċidità baxxa tiegħu jirriżultaw f’togħma bbilanċjata u ħelwa ta’ għasel.
Il-frott “Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye” għandu rabta mill-qrib ħafna maż-żona ġeografika.
Fl-iżvilupp tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ “Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye” deskritti hawn fuq, il-kombinazzjoni ta’ fatturi mikroklimatiċi u tal-ħamrija karatteristiċi tar-reġjun għandha rwol deċiżiv.
Il-forma karatteristika tiegħu hija dovuta għall-varjetajiet taċ-ċirasa użata, jew pjuttost għall-kultivazzjonijiet rikonoxxuti mill-Istat, imkabbra minn dawk il-varjetajiet.
Il-karatteristiċi tal-ħamrija tad-depożiti tat-tufu rijolitiku ta’ oriġini vulkanika jiddeterminaw il-kontenut għoli ta’ materja niexfa tal-frott u l-kulur aħmar skur, kważi iswed tiegħu, li jinsab biss fil-frott imkabbar f’din iż-żona ġeografika.
Minħabba l-espożizzjoni lejn in-Nofsinhar taż-żona tat-tkabbir u l-għadd kbir ta’ sigħat ta’ xemx, kif ukoll minħabba t-temp moderatament frisk li jtawwal il-perjodu tal-maturazzjoni, l-inkorporazzjoni taz-zokkor issir fuq perjodu itwal, u dan jirriżulta fi frott b’kontenut għoli ta’ zokkor (mill-inqas 20° Brix). Dan huwa ħafna ogħla mill-kontenut medju taz-zokkor taċ-ċirasa kkultivata fl-Ungerija – 14° Brix. L-għadd kbir ta’ sigħat ta’ dawl ta’ xemx jikkontribwixxi sabiex il-qoxra u l-qalba tal-frotta jkollhom ħafna antoċjanina fihom u għaldaqstant ikollhom kulur rikk.
Minħabba l-ħamrija bi trab moderatament kalkarjufir-reġjun u l-ħamrija xi ftit aċiduża li tinkludi taħlita ta’ andesit metavulkaniku u tufu rijolitiku, il-frott imkabbar hawnhekk għandu kontenut baxx ta’ aċidu (massimu ta’ 0,4 g aċidu/100 g ta’ frott). Dan huwa ferm inqas mill-kontenut medju ta’ aċidu għaċ-ċirasa kkultivata fl-Ungerija –0,68 g/100 g.
L-effett ikkombinat tal-kontenut għoli ta’ zokkor li jirriżulta u l-aċidità baxxa jfisser li l-uniku post fl-Ungerija fejn il-karatteristika tat-togħma ħelwa ta’ għasel tal-frott tikseb l-espressjoni sħiħa tagħha huwa Szomolya u ż-żona tal-madwar.
Il-piż medju baxx (4,5 g) ta’ “Szomolyai rövidszárú fekete cseresznye”, riżultat tal-varjetajiet li tiġi minnhom, huwa ħafna inqas minn dak ta’ ċirasa oħra – 7-8 g.
L-għarfien u l-ħila esperta umana huma wkoll ta’ importanza kruċjali matul il-proċess kollu tal-produzzjoni. It-tradizzjoni tal-kultivazzjoni tal-varjetajiet antenati taċ-ċirasa (“Rövidszárú fekete” u “Mézédes fekete”) u t-tnissil selettiv tal-kultivar ta’ “Szomolyai fekete” jistgħu t-tnejn ikunu marbuta ma’ Szomolya. Dawn il-varjetajiet ipprovdew il-bażi li fuqha jistgħu jiġu espressi bis-sħiħ it-tekniki li ilhom jintużaw għal sekli sħaħ biex jikkoltivaw iċ-ċirasa Szomolya.
Iċ-ċirasa tinqata’ bl-idejn, kompitu li jeħtieġ għarfien espert konsiderevoli,. Peress li ċ-ċirasa hija frotta li timmatura fis-siġra u li ma għandhiex il-kapaċità ta’ maturazzjoni wara, l-għarfien lokali huwa kruċjali biex jiġi stabbilit jekk hijiex misjura biżżejjed biex tinqata’. Id-deċiżjoni dwar il-qtugħ tittieħed fuq il-bażi tal-kulur u fuq kemm tkun ħelwa ċ-ċirasa, u fuq jekk hijiex moderatament soda. Biex jagħżel frott li jkun sar biżżejjed biex jinqata’, min ikun qed jaqtal-frott iqis dawn il-fatturi. Biex tgħin fil-promozzjoni tal-qtugħ bl-idejn, is-siġra għandha tinżabar biex tikseb l-aktar forma xierqa u l-aktar daqs xieraq għall-qtugħ bl-idejn. Il-quċċata tas-siġra hija wiesgħa aktar milli twila, sferika u b’dijametru ta’ 10-12-il metru. Is-siġra taċ-ċirasa tingħata l-forma għas-sena ta’ wara fiż-żmien tal-qtugħ. Dak li jaqtal-frott jiżbor il-fergħat u jifforma s-siġra b’tali mod li tikseb l-aħjar forma possibbli għall-qtugħ bl-idejn. Il-ventilazzjoni tal-parti ta’ fuq tas-siġra minn ġewwa b’konsegwenza taż-żbir, tesponi liċ-ċirasa għal iktar dawl tax-xemx, u b’hekk tiffaċilita l-formazzjoni taz-zokkor. Barra minn hekk, l-iffurmar tal-quċċata tas-siġra jippermetti li l-frott fil-quċċata tas-siġra jimmatura għalkollox.
Il-pjattaforma għall-ġbir taċ-ċirasa hija biċċa tagħmir tradizzjonali li jintuża għall-qtugħ tal-frott. Hija struttura li tixbah sellum tal-injam, twila 3-4 metri, li fuqha jkun hemm pjattaforma, u li fuq din il-pjattaforma, dawk li jaqtgħu l-frott jistgħu jpoġġu l-barmil tagħhom jew jistgħu sempliċement joqogħdu bilqiegħda u jiżbru l-parti ta’ fuq tas-siġra. Biex tinqata’ ċ-ċirasa li hija inqas aċċessibbli, dawk li jaqtgħu ċ-ċirasa jiġbdu lejhom friegħi li jkunu jinsabu lil hinn minn fejn jilħqu billi jużaw ganċ li għandu forma speċjali u li għandu sieq twila, magħruf miċ-ċittadini lokali bħala “kamó”. Iċ-ċirasa li tinqata’ mill-fergħat tinġabar ġewwa kannestru magħmul mill-qasab li jinġarr fuq id-dahar tal-persuna (magħruf bħala “hátyi”) u tingħata ħafna attenzjoni biex tiġi protetta l-integrità tal-frotta, li hija estremament fraġli meta tkun misjura. Jekk il-“hátyi” jkun mimli, dan jitbattal fil-barmil bl-għatu ta’ dak li jkun qed jaqta’ ċ-ċirasa fuq il-pjattaforma. Dan jippermetti li tinżamm l-integrità taċ-ċirasa misjura.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
www.gi.kormany.hu/foldrajzi-arujelzok