|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-551 sessjoni plenarja tal-KESE (sessjoni mill-bogħod), 5.5.2020–7.5.2020 |
|
|
2020/C 232/01 |
||
|
2020/C 232/02 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-551 sessjoni plenarja tal-KESE (sessjoni mill-bogħod), 5.5.2020–7.5.2020 |
|
|
2020/C 232/03 |
||
|
2020/C 232/04 |
||
|
2020/C 232/05 |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-551 sessjoni plenarja tal-KESE (sessjoni mill-bogħod), 5.5.2020–7.5.2020
|
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-isfidi demografiċi fl-UE fid-dawl tal-inugwaljanzi ekonomiċi u tal-iżvilupp”
(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Kroata)
(2020/C 232/01)
|
Relatur: |
Stéphane BUFFETAUT |
|
Korelatur: |
Adam ROGALEWSKI |
|
Talba mill-Presidenza Kroata tal-Kunsill |
Ittra tal-10.9.2019 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fis-sezzjoni |
3.3.2020 |
|
Adottata fil-plenarja |
7.5.2020 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
551 – Sessjoni Plenarja Mill-Bogħod |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
249/0/12 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Din l-Opinjoni tħejjiet qabel it-tifqigħa tal-pandemija COVID-19. Madankollu, il-KESE jirrikonoxxi li l-kriżi tal-COVID-19 ser ikollha implikazzjonijiet importanti għall-politiki futuri tal-UE li jindirizzaw l-isfidi demografiċi u l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu bejn l-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Kumitat iħeġġeġ lill-UE tħejji politiki rilevanti b’finanzjament ambizzjuż biex tipproteġi liċ-ċittadini mill-effetti detrimentali tal-pandemija u l-aktar importanti l-kriżi ekonomika li se ssegwi, sabiex jitnaqqsu l-impatti soċjali negattivi. Tali politiki għandhom jitħejjew b’mod urġenti u f’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u mas-soċjetà ċivili organizzata. |
|
1.2. |
Is-sitwazzjoni demografika attwali tal-UE teħtieġ approċċ olistiku li jħaddan politiki soċjali u ekonomiċi, politiki attivi tas-suq tax-xogħol u ta’ koeżjoni, politiki li jappoġġjaw lill-familji u speċjalment il-possibilità li l-ħajja privata u tal-familja jiġu rrikonċiljati mal-ħajja tax-xogħol, miżuri speċjali għall-ħaddiema akbar fl-età, politiki dwar tixjiħ attiv u b’saħħtu, politiki u miżuri dwar l-immigrazzjoni sostenibbli u integrattivi, u politiki biex jiġi evitat l-eżodu ta’ mħuħ. |
|
1.3. |
Huwa improbabbli li jerġa’ jkollna baby boom, u għalhekk huwa importanti ferm li tittejjeb il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol sabiex jiġu ffaċċjati l-konsegwenzi tas-sitwazzjoni demografika tal-Ewropa. Il-livell tal-qgħad, tas-sottoimpjieg u r-rata tal-inattività mhux mixtieqa huwa għoli wisq f’ħafna Stati Membri, speċjalment għaż-żgħażagħ li r-rata tal-qgħad tagħhom hija madwar id-doppju tar-rata medja tal-qgħad f’kull Stat Membru. Jeħtieġ li l-ġlieda kontra l-qgħad issir prijorità għall-UE. |
|
1.4. |
Id-dinamiżmu demografiku jiġi wkoll mill-fiduċja fil-ġejjieni; huwa għalhekk li l-UE teħtieġ ekonomija b’saħħitha u politika soċjali b’saħħitha. Inkella, in-nisa u l-irġiel Ewropej, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, mhux se jkollhom fiduċja fil-ġejjieni, u l-inċertezzi soċjali u ekonomiċi li jirriżultaw se jiskoraġġuhom milli jkollhom it-tfal. Din hija r-raġuni għaliex l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hija fattur importanti ħafna biex tittejjeb is-sitwazzjoni demografika tal-UE. Il-KESE jilqa’ għalhekk l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżviluppa pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pilastru. |
|
1.5. |
Li wieħed ikollu t-tfal m’għandux iservi ta’ ostaklu għall-karriera professjonali jew raġuni għal ftaqir jew telf tal-kapaċità tal-akkwist, speċjalment għal-familji kbar. Huwa importanti li tinżamm jew tiġi implimentata politika tal-familja stabbli u proattiva u politika tas-suq tax-xogħol iċċentrata fuq il-bniedem, inklużi miżuri li jippromovu bilanċ bejn il-ħajja personali u tal-familja ma’ dik tax-xogħol (liv tal-ġenituri, indukrar tat-tfal u responsabbiltajiet oħrajn ta’ indukrar, xogħol mid-dar, xogħol flessibbli) u appoġġ finanzjarju u edukattiv. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil familji b’ġenitur wieħed u familji akbar li jinsabu f’riskju ogħla ta’ faqar. Politiki tal-familja stabbli u diversifikati adattati għall-ambjent kulturali taw prova tal-valur tagħhom fir-rigward taż-żieda fir-rata tal-fertilità. |
|
1.6. |
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u n-nuqqas ta’ perspettivi stabbli tas-suq tax-xogħol, kif ukoll id-diffikultajiet fil-kiri jew l-akkwist ta’ faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni xierqa, speċjalment f’żoni metropolitani u bliet kbar, huma realtà għal ħafna żgħażagħ. Dan jagħmilha diffiċli għalihom biex jippjanaw il-ġejjieni tagħhom, isiru indipendenti u jibnu familja. Dan għandu jiġi indirizzat aktar, kemm fil-politika tal-UE kif ukoll f’dik nazzjonali. |
|
1.7. |
Il-mobbiltà interna hija libertà fundamentali tal-UE li ssaħħaħ il-kompetittività Ewropea u tipprovdi l-opportunità liċ-ċittadini tagħha. Fir-rigward tal-mobbiltà intra-UE u l-eżodu tal-imħuħ u tax-xogħol b’rabta mal-migrazzjoni interna, il-konverġenza soċjali u ekonomika ’l fuq tal-Istati Membri hija l-aħjar soluzzjoni iżda teħtieġ iż-żmien. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew għandhom ikunu orjentati b’mod speċjali biex jgħinu lill-Istati Membri tal-UE bi prestazzjoni ekonomika aktar dgħajfa jiżviluppaw proġetti li jtejbu l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħhom jekk dawn iridu jibqgħu jew iridu jsiru attraenti għall-popolazzjoni tagħhom stess. Miżuri li jħeġġu lin-nies biex jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom jistgħu jiġu previsti bil-ħsieb ta’ arrikkiment reċiproku. |
|
1.8. |
L-ambjent ekonomiku u soċjali huwa fattur importanti ta’ attraenza. Il-KESE jemmen li l-investiment f’servizzi pubbliċi effiċjenti flimkien ma’ investimenti orjentati lejn il-familja għandhom ikunu prijorità minħabba li qed iwittu t-triq għall-ġejjieni. Aktar investiment pubbliku fi ħdan l-Istati Membri jista’ jiġi ffaċilitat permezz ta’ referenza għal “regola tad-deheb” għall-investiment b’objettiv soċjali, sabiex ikun hemm aktar flessibbiltà fir-regoli tal-baġit. |
|
1.9. |
L-immigrazzjoni waħedha tista’ ma tkunx is-soluzzjoni għall-isfida demografika tal-Ewropa, iżda tista’ tgħin biex tindirizzaha. Fuq perjodu qasir, l-immigrazzjoni jista’ jkollha influwenza pożittiva fuq t-tkabbir tal-popolazzjoni u tal-forza tax-xogħol sakemm tkun akkumpanjata minn politiki ta’ integrazzjoni ġusti u sostenibbli li jgħinu lil dawk li jaslu ġodda biex jiġu stabbiliti u jevitaw diffikultajiet ta’ integrazzjoni. |
2. Sitwazzjoni attwali
|
2.1. |
Id-daqs tal-popolazzjoni huwa influwenzat mill-fertilità, il-mortalità u l-migrazzjoni. Għalkemm is-sitwazzjoni hija differenti f’kull pajjiż, qed naraw konverġenza ġenerali fl-UE b’rati dejjem jonqsu ta’ fertilità u ta’ mwiet. Minkejja xi diverġenzi bejn il-pajjiżi, ħafna drabi r-rata tal-fertilità fl-Istati Membri tkun, b’mod sinifikanti u dejjiemi, taħt il-limitu għas-sostituzzjoni ġenerazzjonali. Anke meta wieħed iqis it-tendenza globali tar-rati dejjem jonqsu tal-imwiet u tal-fertilità (tranżizzjoni demografika), l-Ewropa tinsab barra min-normal f’dan ir-rigward. |
|
2.2. |
Mill-1950 sal-1989, iż-żieda annwali fl-għadd ta’ persuni li jgħixu fl-Ewropa dejjem kienet aktar minn 2 miljuni. Mill-1990 ’il hawn, it-tkabbir baqa’ inqas minn 1,5 miljun fis-sena. Fl-istess żmien, il-kumplament tad-dinja rreġistra tkabbir demografiku li kien jiżboq b’mod ċar lil dak tal-Ewropa. Fl-1950, pereżempju, il-popolazzjoni tal-Ewropa kienet 21,7 % tal-popolazzjoni dinjija u fl-2017 kienet anqas minn 10 %. Il-piż demografiku tagħha qatt ma kien daqshekk baxx (1). |
|
2.3. |
Fir-rigward tar-rata ta’ twelid, bejn l-1952 u l-1961 kien hemm aktar minn 12-il miljun twelid kull sena fl-Ewropa. Din iċ-ċifra niżlet għal 7,3 miljun fl-2000. Kien hemm żieda żgħira minħabba l-migrazzjoni, l-introduzzjoni ta’ popolazzjonijiet relattivament żgħażagħ fl-Ewropa u t-titjib tar-rata tat-twelid f’xi ftit pajjiżi tal-UE. L-għadd ta’ twelid attwalment ivarja bejn 7 u 8 miljuni fis-sena. |
|
2.4. |
Dan jeħtieġ li jitqies fl-isfond tar-rata tal-mortalità. Il-mortalità titla’ u tinżel: titla’ minħabba s-sopravivenza sal-etajiet avvanzati ta’ ħafna ġenerazzjonijiet; tinżel minħabba titjib tal-kundizzjonijiet sanitarji u mediċi u stili ta’ ħajja aħjar għas-saħħa, li jestendu l-istennija tal-għomor fl-Ewropa (78 sena għall-irġiel, 83 sena għan-nisa fl-UE-28). B’mod ġenerali, l-għadd ta’ mwiet fl-Ewropa ilu bejn it-8 u t-8,5 miljuni kull sena sa mill-1992. |
|
2.5. |
Sa mill-1994, l-Ewropa esperjenzat depopolazzjoni kull sena: bilanċ negattiv naturali li jirriżulta meta l-għadd ta’ mwiet ikun ogħla minn dak tat-twelid. Din id-depopolazzjoni taffettwa l-Ġermanja, il-Bulgarija, il-Kroazja, Spanja, l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja. |
|
2.6. |
Minkejja l-migrazzjoni, magħmula minn persuni aktar żgħażagħ mill-popolazzjoni indiġena, l-Ewropa tas-seklu 21 qed tesperjenza tixjiħ tal-popolazzjoni. Il-proporzjon ta’ nies li għandhom 65 sena u aktar fil-popolazzjoni totali żdied minn 12,5 % fl-1989 għal 18,8 % fl-2019. Il-KESE diġà saħaq li r-rata ta’ attività tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol hija aktar importanti mill-proporzjon ta’ dipendenza tal-anzjani, jiġifieri l-proporzjon bejn il-persuni fl-età tax-xogħol u dawk li għandhom ’il fuq minn 65 sena. B’konsegwenza ta’ dan, hemm il-ħtieġa li tiġi sfruttata l-kapaċità tax-xogħol ta’ dawk qiegħda u tal-persuni sottoimpjegati. L-integrazzjoni aħjar fis-suq tax-xogħol tal-immigranti u l-aċċess għat-taħriġ għall-persuni qiegħda u persuni f’xogħol prekarju huma essenzjali biex tiġi ġestita l-isfida demografika b’rabta mal-lonġevità. |
|
2.7. |
Xi Stati Membri jridu jiffaċċjaw mobbiltà intra-Ewropea għolja lejn Stati Membri bi standards ogħla ta’ għajxien, li tiggrava d-diffikultajiet b’rabta mat-tixjiħ tal-popolazzjonijiet tagħhom peress li prinċipalment huma l-gruppi iżgħar fl-età li qed iħallu pajjiżhom. Dawn qed jesperjenzaw eżodu tal-forza tax-xogħol li jikkonċerna l-livelli kollha tal-ħiliet u, l-aktar ħaġa importanti, eżodu tal-imħuħ li huwa inkwetanti għall-pajjiżi kkonċernati; dawn investew fis-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ li mbagħad jibbenefikaw minnhom pajjiżi oħrajn li jistgħu joffru kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol u soċjali. Fl-2018, 36 % tal-ħaddiema mobbli tal-UE kellhom livell għoli ta’ edukazzjoni, 40 % livell medju u 23 % livell aktar baxx ta’ edukazzjoni. Madankollu 20 % biss kienu impjegati f’okkupazzjonijiet b’ħiliet għolja, 60 % f’okkupazzjonijiet b’rekwiżiti ta’ ħiliet medji u 20 % f’okkupazzjonijiet b’ħiliet baxxi (2). |
|
2.8. |
Barra minn hekk, iċ-ċaqliq tal-ħaddiema lejn l-Istati Membri aktar b’saħħithom ekonomikament iħaffef ir-ritmu tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u tad-depopolazzjoni fl-Istati Membri tal-Lvant. Jekk dan iċ-ċaqliq ikompli bl-istess rata, il-popolazzjoni ta’ persuni li għandhom aktar minn 65 sena fl-Ewropa tal-Lvant se tkun akbar minn dik tal-pajjiżi tal-Punent tal-Ewropa (3). |
|
2.9. |
Iċ-ċaqliq ta’ ħaddiema mill-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant lejn Stati Membri aktar għonja huwa prinċipalment ikkawżat mid-differenza fil-pagi, fil-protezzjoni soċjali u fl-istandards soċjali li baqgħu ferm aktar baxxi minn dawk tal-Istati Membri antiki. Filwaqt li d-differenzi fil-paga bejn il-Lvant u l-Punent tal-Ewropa kienu qed jonqsu sa meta faqqgħet il-kriżi, il-konverġenza ’l fuq fil-pagi tal-Ewropa tal-Lvant waqfet wara l-kriżi (4). F’xi Stati Membri tal-Lvant, l-emigrazzjoni għolja irriżultat f’għadd insuffiċjenti ta’ ħaddiema. |
|
2.10. |
Fl-istess ħin, il-migrazzjoni min-Nofsinhar lejn il-Punent tal-Ewropa żdiedet b’riżultat tal-kriżi ekonomika (5) u l-konsegwenzi tagħha. F’dan il-każ, il-prospetti fqar tas-suq tax-xogħol inkluż il-qgħad għoli rriżultaw f’migrazzjoni aktar b’saħħitha tal-ħaddiema kollha min-Nofsinhar lejn il-Punent tal-Ewropa, irrispettivament mill-kwalifiki tagħhom. |
|
2.11. |
Hemm ukoll fatturi mhux strettament ekonomiċi bħal kundizzjonijiet legali, kulturali u soċjali li jikkontribwixxu għall-migrazzjoni. Pereżempju xi persuni jitilqu minn pajjiżhom għal stati soċjali aktar żviluppati li jipprovdu protezzjoni soċjali u kura tas-saħħa aħjar. Bħala eżempju ieħor, nistgħu nsemmu l-persuni bi żvantaġġi relatati ma’ ċirkustanzi oħra, bħad-diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon, l-oriġini etnika jew l-orjentazzjoni sesswali, li jemigraw lejn pajjiż fejn is-soċjetà u s-sistema legali jipprovdu lil dawn il-familji b’akkoljenza aħjar. B’mod ġenerali, huwa diffiċli li jitkejjel id-daqs ta’ dawn il-mobbiltajiet u l-impatt tagħhom fuq kwistjonijiet demografiċi. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE qed jappella għal approċċ olistiku għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi. Dan l-approċċ ma jinvolvix biss ir-rata ta’ fertilità nnifisha, iżda jinvolvi wkoll il-kwistjoni ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, politiki stabbli tal-familja, politiki reġjonali u ta’ koeżjoni, il-kwalità tal-infrastrutturi u s-servizzi pubbliċi. |
|
3.2. |
Id-diskussjoni dwar id-demografija tfisser li wieħed jitkellem dwar it-tfal, l-ommijiet u l-missirijiet u mhux sempliċement dwar numri u statistiċi. Dawn huma persuni bi pjani għal ħajjithom, tkun xi tkun it-tip ta’ familja. Is-soċjetajiet Ewropej għandhom jipprovdu appoġġ u protezzjoni lil dawk l-aktar vulnerabbli, f’dan il-każ it-tfal, fejn id-drittijiet u l-interessi tagħhom għandhom jipprevalu. |
|
3.3. |
Il-KESE diġà adotta għadd ta’ Opinjonijiet dwar id-demografija. F’xi wħud minnhom, huwa rrimarka li l-pajjiżi li għandhom politiki tal-familja sodi, li huma differenti fid-dispożizzjonijiet tagħhom u jirriflettu l-kulturi tal-Istati Membri kkonċernati, jinsabu f’sitwazzjoni demografika aħjar minn dawk li m’għandhom xejn jew li għandhom politiki dgħajfa (6). F’oħrajn, il-Kumitat enfasizza l-importanza ta’ politiki tas-suq tax-xogħol sodi abbażi ta’ parteċipazzjoni għolja fis-suq tax-xogħol u ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja bħala mod effettiv kif jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi (7). |
|
3.4. |
Il-KESE jemmen li diġà hemm politiki fis-seħħ li jistgħu jintużaw biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, b’mod partikolari fid-dawl tal-inugwaljanzi ekonomiċi u tal-iżvilupp. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huwa strumenti importanti biex tinkiseb konverġenza soċjali u ekonomika ’l fuq fl-UE, li se jgħin ukoll biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi. |
|
3.5. |
Il-KESE jemmen li ambjent li jipprovdi lin-nies bl-istabbiltà ekonomika u soċjali, u bi standards ta’ għajxien u ta’ xogħol deċenti, fejn ir-rwol tal-imsieħba soċjali huwa importanti, huwa essenzjali biex jiġu żgurati xejriet demografiċi pożittivi fl-UE. Dan jinkludi aktar investiment fl-infrastruttura soċjali, fil-politiki tal-familja, fis-servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja u fil-politiki attivi tas-suq tax-xogħol. |
|
3.6. |
L-analiżi tal-politiki li huma demografikament effettivi juri li dawn jikkombinaw miżuri differenti li jibqgħu stabbli matul iż-żmien. Dan huwa importanti minħabba li proġett parentali u tal-familja huwa, mid-definizzjoni tiegħu stess, wieħed fit-tul. Fir-rigward tal-politiki tal-familja, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-familji li jinsabu f’riskju ta’ faqar bħal familji b’ġenitur wieħed u familji kbar. Huwa importanti li wieħed jiftakar li t-tieni kawża tal-faqar wara l-qgħad tinsab fit-tifrik tal-familji u r-riskju tal-faqar jikber bl-għadd ta’ tfal dipendenti f’unità domestika. Il-KESE sejjaħ għal introjtu minimu deċenti fl-UE (8). |
|
3.7. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol kruċjali tas-servizzi pubbliċi fil-politiki soċjali u l-appoġġ għall-familji. Il-kura u l-assistenza ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u affordabbli (għat-tfal, il-persuni b’diżabbiltà u l-anzjani) huma essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi u biex jiġi appoġġjat it-tkabbir tal-popolazzjoni. In-nuqqas ta’ investiment fis-servizzi pubbliċi kkawża għadd insuffiċjenti ta’ persunal u nuqqas ta’ infrastruttura xierqa. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-servizzi għall-indukrar tat-tfal u l-edukazzjoni kif ukoll lill-politiki li jiffukaw fuq il-ġenerazzjonijiet aktar anzjani. Wieħed mill-oqsma fejn in-nuqqas ta’ investiment huwa l-aktar evidenti huwa l-kura fit-tul u l-kura tas-saħħa għall-persuni li qed jixjieħu (9). |
|
3.8. |
Il-KESE jappella għal aktar investiment fis-servizzi pubbliċi u fil-politiki soċjali sabiex jingħelbu l-isfidi demografiċi. Il-KESE itenni l-fehma tiegħu li aktar investiment pubbliku fl-Istati Membri jista’ jiġi ffaċilitat b’referenza għal “regola tad-deheb” għall-investimenti b’objettivi soċjali, sabiex ikun hemm aktar flessibbiltà fir-regoli tal-baġit. Il-fondi eżistenti u tal-ġejjieni tal-UE, b’mod partikolari l-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, għandhom iżidu l-infiq u jiffukaw aktar fuq l-investiment soċjali, l-appoġġ tal-familja u l-promozzjoni tal-ugwaljanza, peress li dan se jgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi. |
|
3.9. |
Il-KESE jenfasizza l-ammont u l-importanza tax-xogħol mhux imħallas li jsir l-aktar min-nisa li, permezz tas-solidarjetà tal-familja, iġorr il-parti l-kbira tal-ispiża tal-kura u l-għajnuna, jappoġġja lill-familji u jikkumpensa għan-nuqqas ta’ infrastruttura pubblika. Dan ix-xogħol reali rari jiġi rikonoxxut bħala tali, minkejja li l-kura u x-xogħol domestiku mingħajr ħlas huma stmati għal 10 u 39 % rispettivament tal-prodott domestiku gross fid-dinja (10). Huwa importanti, u ġust, li jiġi rikonoxxut u appoġġjat ix-xogħol ta’ dawk li jieħdu ħsieb mingħajr ħlas, normalment membri tal-familja, li għażlu li ma joħorġux jaħdmu biex jipprovdu kura u assistenza lil membri tal-familja morda, b’diżabilità jew dipendenti billi, fost oħrajn, jipprovdu investiment biżżejjed fl-infrastruttura tal-kura. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jirrikonoxxu l-valur ekonomiku, soċjali u morali ta’ dan ix-xogħol billi jagħtuhom status xieraq u appoġġ finanzjarju, kif ukoll, jissalvagwardjaw id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom. |
|
3.10. |
Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-popolazzjoni rurali li qed tixjieħ saħansitra aktar malajr mill-popolazzjoni fl-intier tagħha. Xejra li tiddefinixxi l-ħajja rurali fl-Ewropa kollha hija l-popolazzjoni li qed tonqos, minħabba li ż-żgħażagħ għandhom it-tendenza li jimxu lejn bliet kbar għall-edukazzjoni u x-xogħol. Is-salvagwardja tal-istandards tal-għajxien, inkluż perspettivi tas-suq tax-xogħol deċenti, kif ukoll l-investiment fl-infrastruttura, fis-servizzi pubbliċi u fl-edukazzjoni tkun waħda mill-miżuri ewlenin fil-ġlieda kontra d-depopolazzjoni taż-żoni rurali u l-bliet provinċjali żgħar u ta’ daqs medju. |
|
3.11. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol importanti li għandhom l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali fid-diskussjoni u l-iżvilupp tal-politiki dwar l-isfidi demografiċi. |
4. L-importanza ta’ impjiegi ta’ kwalità, politiki proattivi tas-suq tax-xogħol u politiki li jappoġġjaw bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u dik tal-familja.
|
4.1. |
Il-KESE jqis li l-politiki proattivi tas-suq tax-xogħol li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ impjiegi stabbli u l-benesseri tal-ħaddiema huma miżuri importanti u effettivi għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi. Huwa minnu li l-parti l-kbira tal-introjtu tal-popolazzjoni Ewropea jiġi mix-xogħol, u mingħajr prospetti dinamiċi u stabbli tas-suq tax-xogħol u impjiegi ta’ kwalità, huwa diffiċli li wieħed jistabbilixxi familja u jipprovdiha b’kundizzjonijiet ta’ għajxien deċenti. Permezz ta’ negozjar kollettiv, l-imsieħba soċjali jistgħu jagħtu kontribut importanti biex jittejbu l-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u dawk soċjali. |
|
4.2. |
Il-KESE jieħu nota tar-rapport Demographic scenarios for the EU (11) (Xenarji demografiċi għall-UE – mhux disponibbli bil-Malti), li jgħid li l-aktar rimedju fattibbli u effettiv għall-konsegwenzi negattivi tat-tixjiħ tal-popolazzjoni la jiffoka fuq rati ogħla tal-fertilità u lanqas fuq aktar migrazzjoni, iżda pjuttost fuq iż-żieda tal-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol. Fuq perjodu medju u twil ta’ żmien, hemm il-ħtieġa għal demografija aktar ibbilanċjata biex ikun żgurat il-bilanċ tal-infiq soċjali tagħna u d-dinamiżmu tal-ekonomija tagħna. |
|
4.3. |
Il-miżuri biex jiġi miġġieled il-faqar fost dawk li jaħdmu huma tal-akbar importanza biex jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta’ għajxien deċenti għall-familji u biex it-tfal u l-ġenituri jingħataw ħajja deċenti. Il-KESE jinnota l-intenzjoni tal-President tal-Kummissjoni biex “jiġi żgurat li kull ħaddiem fl-Unjoni tagħna jkollu paga minima ġusta” (12). Fid-dawl ta’ dan, il-KESE se jipprepara opinjoni esploratorja dwar “Pagi minimi deċenti fl-Ewropa kollha”. |
|
4.4. |
Impjiegi ta’ kwalità, li huma fatturi għall-istabbiltà ekonomika, l-aċċess għat-taħriġ sabiex jittejbu l-ħiliet u l-kompetenzi tal-ħaddiema, u l-possibbiltajiet ta’ allinjament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol siguri u flessibbli huma mod wieħed kif jiġi appoġġjat it-tkabbir demografiku. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal arranġamenti ta’ xogħol li jkunu part-time jew flessibbli, sabiex jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol, il-ħajja privata u dik tal-familja. Waħda mill-miżuri li tippermetti bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u l-protezzjoni tal-ħajja tal-familja u dik privata fi żmien ta’ diġitalizzazzjoni aċċellerata hija d-dritt ta’ skonnessjoni, meqjusa mill-KESE bħala prattika tajba (13). |
|
4.5. |
F’Opinjonijiet preċedenti (14), il-KESE appella għal politiki proattivi dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri sabiex tiġi eliminata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u biex jiġu promossi miżuri li jiffaċilitaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. L-istudji juru li huwa ta’ benefiċċju għall-familji, kif ukoll għall-ekonomija Ewropea u l-kompetittività, li l-irġiel ikunu involuti fil-kompiti relatati mal-kura. L-għoti ta’ spinta lis-suq tax-xogħol tan-nisa jagħmilha possibbli li jiġi żviluppat il-potenzjal tagħhom fi żmien meta l-forza tax-xogħol tal-UE qed tonqos u l-popolazzjoni qed tixjieħ. |
|
4.6. |
Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-ħaddiema żgħażagħ li huma jew jistgħu jsiru ġenituri. B’mod ġenerali, ir-rata medja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ tal-UE għadha ogħla minn dik tal-popolazzjoni impjegata u f’xi pajjiżi tista’ tvarja minn 5 sa 40 % (15). Iż-żgħażagħ huma partikolarment affettwati wkoll minn kundizzjonijiet prekarji tax-xogħol (16). Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ perspettivi dinamiċi u stabbli tas-suq tax-xogħol, kif ukoll id-diffikultajiet tal-kiri jew l-akkwist ta’ faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni jagħmluha diffiċli għalihom biex jippjanaw il-futur tagħhom, isiru indipendenti, jissetiljaw u jiffurmaw familja. Għandu jiġi żviluppat l-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità għaż-żgħażagħ: dan jagħtihom is-sigurtà li jeħtieġu biex jibdew familja. |
|
4.7. |
Fit-tarf l-ieħor tal-katina tal-ġenerazzjoni, hemm il-ħtieġa għal politiki li jappoġġjaw ħaddiema akbar fl-età fis-suq tax-xogħol sabiex ikunu jistgħu jaħdmu sal-età legali tal-irtirar fis-seħħ f’pajjiżhom (17). Dan jista’ jinkiseb billi jittejbu l-opportunitajiet tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol biex jinħoloq xogħol li jakkomoda aħjar il-ħtiġijiet tal-persuni akbar fl-età. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età fis-suq tax-xogħol. |
|
4.8. |
Għandha tingħata wkoll attenzjoni partikolari lis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol minħabba li t-tixjiħ iwassal għal riskju akbar li jiġu żviluppati kwistjonijiet ta’ saħħa. Għalhekk, huwa kruċjali li x-xogħol ikun organizzat u li l-postijiet tax-xogħol ikunu ddisinjati b’tali mod li jkun jista’ jiġi evitat dan il-mard u li jkun hemm aktar impjegati li jkunu jistgħu jaħdmu sal-età regolari tal-irtirar (18). |
5. Ir-rilevanza tal-politiki dwar il-familja biex tinkiseb demografija dinamika
|
5.1. |
L-Istati Membri li jsegwu politiki attivi dwar il-familja għandhom rati ta’ twelid ogħla minn dawk li ma għandhomx jew għandhom politiki dgħajfa dwar il-familji. L-għan huwa li jkun garantit li t-tfal, li jiżguraw il-ġejjieni tal-Ewropa, ma jkollhomx effett ta’ penalizzazzjoni fuq l-istandard tal-għajxien u l-prospettivi tal-ħajja jew tal-karriera. Biex jinkiseb dan, hemm il-ħtieġa li jiġu mħallta l-miżuri fiskali, il-leġislazzjoni soċjali, l-għajnuna finanzjarja diretta u servizzi pubbliċi effiċjenti u affordabbli, inklużi sistemi tal-indukrar tat-tfal. Meta dawn il-politiki jiġu implimentati jkunu effettivi (19). Iżda biex jibqgħu hekk jeħtieġ li jkunu sostenibbli u jikkostitwixxu bażi leġislattiva stabbli. |
|
5.2. |
Madankollu, dawn il-politiki tal-familja jagħmlu parti minn qafas usa’ li jiggarantixxi l-effikaċja tagħhom: l-impjiegi, id-dinamiċi ekonomiċi u soċjali, kultura li tiffavorixxi l-familja, politika tad-djar adattata, politiki ambjentali u sistema edukattiva effiċjenti. Fl-aħħar nett, il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol huma fost il-preokkupazzjonijiet ewlenin tal-irġiel u n-nisa Ewropej, u għalhekk it-tnejn li huma jeħtieġ li jkunu fil-qalba tat-tħassib tas-soċjetà Ewropea. |
|
5.3. |
Id-demografija hija suġġett fuq perjodu twil ta’ żmien u teħtieġ azzjoni Ewropea kkoordinata. L-UE għandha tiżviluppa linji gwida komuni bbażati fuq is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-ugwaljanza bejn is-sessi, filwaqt li tqis il-kulturi nazzjonali u d-differenzi fil-politika soċjali. Is-sitwazzjoni attwali tal-Unjoni Ewropea teħtieġ ukoll miżuri mmirati biex iżidu r-rata tat-twelid. Hekk kif intqal “li niggvernaw huwa li nħarsu ’l quddiem”, huwa kruċjali li naġixxu llum. |
6. Il-migrazzjoni inkluża l-mobbiltà intra-UE
|
6.1. |
Rigward ir-rwol tal-immigrazzjoni fl-indirizzar tal-isfidi demografiċi, il-KESE jtenni l-fehma tiegħu li l-immigrazzjoni għandha influwenza pożittiva fuq it-tkabbir tal-popolazzjoni u tal-forza tax-xogħol. Jekk it-tkabbir naturali tal-popolazzjoni jsir negattiv, l-immigrazzjoni tista’ tgħin biex il-popolazzjoni totali u l-forza tax-xogħol jibqgħu kostanti. Ċertament, l-immigrazzjoni mhix is-soluzzjoni aħħarija biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tat-tixjiħ demografiku fl-Ewropa. Madankollu, tista’ tkun ukoll rimedju għal nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet li mhumiex relatati mal-proċessi demografiċi (20). |
|
6.2. |
Għandha tingħata attenzjoni wkoll biex ma titħeġġiġx il-migrazzjoni sistematika ta’ dawk bi kwalifiki u ħiliet għolja, li tkompli taggrava d-diskrepanza fil-ħiliet mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li tkun ta’ ħsara għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom. Huwa importanti wkoll li jiġu implimentati politiki attivi ta’ akkoljenza u ta’ integrazzjoni sabiex jiġu evitati d-diffikultajiet biex jistabbilixxu lilhom infushom f’pajjiż ġdid u f’kultura ġdida. |
|
6.3. |
Il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE huwa libertà fundamentali tal-Unjoni. Madankollu, il-livelli għoljin ta’ migrazzjoni intra-UE jistgħu joħolqu sfidi partikolari għall-Istati Membri ta’ oriġini, bħat-tixjiħ aċċellerat jew it-telf tal-forza tax-xogħol u l-kompetenzi, u għal dak riċeventi. |
|
6.4. |
Il-kwistjoni hija jekk din il-mobbiltà tal-UE hijiex irriversibbli jew jekk hijiex biss temporanja u r-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġini se jkun ir-regola. Fil-fatt parti kbira mill-persuni li qed iħallu pajjiżhom jerġgħu lura fi żmien sentejn. Din hija forma ta’ mobbiltà ċirkolari. Dawn il-movimenti huma ta’ arrikkiment reċiproku għall-pajjiżi kkonċernati. Biex dan iseħħ aktar, għandu jkun hemm konverġenza ekonomika u soċjali ’l fuq bejn il-Lvant u l-Punent u min-Nofsinhar lejn il-Punent. It-tnaqqis tad-distakk eżistenti huwa l-aħjar mod biex jitnaqqas ir-ritmu ta’ dan it-telf tax-xogħol. |
Brussell, is-7 ta’ Mejju 2020.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Luca JAHIER
(1) Gérard-François Dumont “Vue de ses frontières, une Europe vieillissante mais attractive pour les migrants” (“B’ħarsa mill-fruntieri tagħha, l-Ewropa qed tixjieħ iżda hija attraenti għall-migranti”), Diploweb, La revue géopolitique, 3.11.2019.
(2) https://www.etui.org/Publications2/Working-Papers/Why-central-and-eastern-Europe-needs-a-pay-rise.
(3) Demographic Scenarios for the EU, 2019 (Xenarji Demografiċi għall-UE, 2019 – mhux disponibbli bil-Malti), https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/eur-scientific-and-technical-research-reports/demographic-scenarios-eu.
(4) https://www.etui.org/Publications2/Working-Papers/Why-central-and-eastern-Europe-needs-a-pay-rise.
(5) Rapport Annwali tal-2018 dwar il-Mobbiltà tax-Xogħol Intra-UE 2018.
(6) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 7 u ĠU C 161, 13.7.2007, p. 66.
(7) ĠU C 318, 29.10.2011, p. 1 u ĠU C 14, 15.1.2020, p. 60.
(9) ĠU C 71, 24.2.2016, p. 46.
(10) https://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=E/CN.6/2017/3
(11) Demographic Scenarios for the EU, 2019, (Xenarji demografiċi għall-UE, 2019 – mhux disponibbli bil-Malti).
(12) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 142.
(13) ĠU C 14, 15.1.2020, p. 52.
(14) ĠU C 129, 11.4.2018, p. 44 u ĠU C 110, 22.3.2019, p. 26.
(15) Diskors tas-Sinjura von der Leyen.
(16) ĠU C 14, 15.1.2020, p. 60.
(17) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 142.
(18) https://osha.europa.eu/sites/default/files/publications/documents/Work-related_MSDs_prevalence_costs_and_demographics_in_the_EU_report.pdf
|
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/8 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-finanzjament sostenibbli għat-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-ħiliet, fil-kuntest tal-għadd insuffiċjenti ta’ ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Kroata]
(2020/C 232/02)
|
Relatur: |
Tatjana BABRAUSKIENĖ |
|
Korelatur: |
Pavel TRANTINA |
|
Talba mill-Presidenza Kroata tal-Kunsill |
Ittra tal-10.9.2019 |
|
Bażi legali |
L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Deċiżjoni tal-Bureau |
24.9.2019 |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fis-sezzjoni |
3.3.2020 |
|
Adottata fil-plenarja |
7.5.2020 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
551 – Sessjoni Plenarja mill-Bogħod |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
254/1/6 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-enfasi tal-ittra ta’ missjoni tal-Kummissarju Nicolas Schmit (1) dwar l-implimentazzjoni u l-aġġornament tal-Aġenda għall-Ħiliet, b’enfasi fuq li jiġu identifikati u jimtlew il-lakuni f’dak li jirrigwarda l-ħiliet u jingħata appoġġ għat-taħriġ mill-ġdid bħala parti mit-tranżizzjoni ġusta, kif ukoll tiġi eżaminata l-idea li jiġu proposti kontijiet ta’ tagħlim individwali bħala wieħed mill-modi possibbli li jippermettu lill-adulti (kemm impjegati kif ukoll bla xogħol) jakkumulaw intitolamenti ta’ għal taħriġ u jużawhom għal taħriġ ta’ kwalità assigurata. |
|
1.2. |
Il-KESE jappoġġja l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol ewlieni tal-politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja fl-għoti tas-setgħa lis-soċjetajiet biex jindirizzaw it-tranżizzjoni teknoloġika u ekoloġika favur tkabbir inklużiv u sostenibbli (2), adottati fit-8 ta’ Novembru 2019, li jistiednu lill-Kummissjoni biex “taġġorna l-effiċjenza, l-iskala u l-gruppi fil-mira tal-politiki attwali dwar it-tagħlim tul il-ħajja sabiex jirrispondu aħjar għall-ħtiġijiet ta’ tagħlim li jirriżultaw minn bidliet fis-soċjetà u fid-dinja tax-xogħol, inkluż billi jiżviluppaw aktar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni” (3). |
|
1.3. |
Il-KESE japprezza li waħda mill-prijoritajiet tal-Presidenza Kroata tal-Kunsill tal-UE (4) hija l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, aċċessibilità akbar għat-tagħlim ta’ kwalità għolja u tul il-ħajja u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda aġġustati għall-impjiegi tal-futur. |
|
1.4. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li fil-komunikazzjoni tagħha dwar Ewropa soċjali b’saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti (5) – li tiddikjara li l-ħiliet huma kruċjali għall-futur – il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jipprovdu edukazzjoni u taħriġ inklużivi u ta’ kwalità għolja minn età bikrija u biex jappoġġjaw lin-nies fl-iżvilupp kontinwu tagħhom matul il-karrieri tagħhom. |
|
1.5. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni effettiva fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ewwel u r-raba’ prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, biex jiżguraw tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużiv bħala dritt għaċ-ċittadini kollha fl-Ewropa fil-postijiet tax-xogħol u lil hinn minnhom, u biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji b’finanzjament pubbliku sostenibbli maqbul mal-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili. |
|
1.6. |
Il-KESE jixtieq li jkun hemm enfasi partikolari fuq l-aċċess tal-aktar gruppi vulnerabbli fis-soċjetà għal opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja. Għandu jingħata appoġġ effettiv lill-ħaddiema fil-livelli kollha tal-ħiliet u l-kwalifiki u f’kull daqs ta’ kumpaniji u organizzazzjonijiet, irrispettivament miż-żona ġeografika, filwaqt li jiġi żgurat finanzjament sostenibbli mill-awtoritajiet pubbliċi, il-kumpaniji u t-trejdjunjins, pereżempju permezz ta’ kontijiet ta’ taħriġ individwali jew skemi u għodod oħra skont il-prattiki nazzjonali. |
|
1.7. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tkun aktar ambizzjuża fit-twaqqif ta’ indikaturi u punti ta’ riferiment għat-tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari għall-parteċipazzjoni tal-adulti – inklużi l-impjegati – fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fi ħdan oqfsa ta’ politika rilevanti u fil-Qafas Strateġiku ET2030 li jmiss. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-istrumenti finanzjarji tal-UE, bħal Erasmus+, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), l-InvestEU, il-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli (SEIP), il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) u fondi oħra rilevanti tal-UE, jappoġġjaw il-kisba ta’ dawn il-punti ta’ riferiment b’mod effettiv u f’sinerġija ma’ xulxin. |
|
1.8. |
Barra minn hekk, il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jaqblu dwar Qafas inklużiv u uniku ta’ Kompetenzi Ewlenin li jmur lil hinn mill-edukazzjoni skolastika, u b’hekk tiġi indirizzata l-ħtieġa għat-tagħlim għall-adulti u l-kisba ta’ ħiliet għall-ħajja, u b’enfasi b’mod partikolari fuq il-ħila li wieħed jitgħallem kif jitgħallem u l-ħiliet għaċ-ċittadinanza demokratika li huma essenzjali biex jiġu appoġġjati l-adulti fit-teħid ta’ rwol attiv fis-soċjetà. Il-KESE jappella wkoll għal investiment miżjud f’ambjenti ta’ tagħlim mhux formali u informali, li huma partikolarment rilevanti f’termini ta’ ksib ta’ dawn il-kompetenzi. |
|
1.9. |
Il-KESE jemmen li fil-kuntest tas-Semestru Ewropew hemm bżonn li tinħoloq koerenza bejn is-sejħa tal-Kummissjoni Ewropea għal investiment sostenibbli fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u s-sejħa għal miżuri ta’ ottimizzazzjoni, li f’ċerti każijiet jagħmlu ħsara lil tali investiment. Jeħtieġ li l-investiment pubbliku fit-tagħlim tul il-ħajja, u b’mod partikolari dak għall-adulti, jiżdied f’kull Stat Membru. |
|
1.10. |
Il-KESE jtenni s-sejħa tiegħu għal enfasi akbar fuq l-investiment soċjali inter alia fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja. Il-KESE jissuġġerixxi li jiġi diskuss jekk “ir-regola tad-deheb”, jiġifieri li l-investimenti pubbliċi orjentati lejn il-futur jiġu esklużi mill-kalkolu tad-defiċits pubbliċi netti taħt ir-regoli fiskali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, tistax tiġi applikata wkoll għal investiment soċjali appoġġjat mill-Fondi Strutturali tal-UE. |
|
1.11. |
Il-KESE jistieden lill-presidenzi futuri tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea biex ikomplu jtejbu l-kooperazzjoni fost dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-ogħla livell wara l-inizjattiva tal-laqgħa konġunta tal-Kunsill tal-Ministri tal-finanzi u tal-edukazzjoni tal-UE, biex jiddiskutu kif jistgħu jiżguraw finanzjament pubbliku sostenibbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ, b’mod partikolari għat-tagħlim għall-adulti. Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġu involuti l-Ministri tal-impjieg u l-affarijiet soċjali. Kooperazzjoni bħal din għandha sseħħ ukoll fil-livell nazzjonali. |
|
1.12. |
Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jiżguraw appoġġ effettiv għall-persuni impjegati u dawk qiegħda li jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet biex jaċċessaw edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità u inklużivi għall-adulti billi jiġi żgurat finanzjament immirat għal dawk fil-bżonn, bħall-persuni qiegħda, il-ħaddiema mhux standard, il-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni aktar anzjani u l-persuni minn gruppi żvantaġġati soċjoekonomikament, filwaqt li titqies id-dimensjoni tal-ġeneru. |
|
1.13. |
Il-KESE jissuġġerixxi li miżuri bħall-istabbiliment ta’ indikaturi relatati mal-investiment pubbliku u privat fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), u l-aċċess tal-ħaddiema għal liv imħallas għal skopijiet ta’ taħriġ għandhom jiġu kkunsidrati f’konformità mal-Linja Gwida 6 dwar l-Impjiegi: Insaħħu l-provvista tax-xogħol u l-ħiliet (6) li titlob lill-Istati Membri biex ifittxu li jiżguraw it-trasferiment ta’ intitolamenti għal taħriġ matul tranżizzjonijiet professjonali. Dan għandu jippermetti li kulħadd ikun jista’ jantiċipa l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jadatta aħjar għalihom. |
|
1.14. |
Il-KESE jemmen li l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw is-settur pubbliku, kif ukoll il-fornituri tal-edukazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isostnu l-finanzjament għall-provvista ta’ tagħlim ta’ kwalità tajba, inklużiv u aktar aċċessibbli. Il-kwalità għolja tal-provvista tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tiġi żgurata permezz ta’ mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għolja appoġġjati, pereżempju, permezz ta’ EQAVET u għodod oħra. |
|
1.15. |
Il-KESE jissuġġerixxi li sabiex jiġi żgurat investiment effettiv fit-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fil-kumpaniji, hija meħtieġa aktar data dwar l-investiment mill-kumpaniji u appoġġ finanzjarju mill-gvernijiet. Il-kontributi proprji tal-ħaddiema, tat-trejdjunjins u tal-partijiet interessati varji għandhom jiġu analizzati kif xieraq u jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet tal-politika, b’enfasi fuq l-investiment f’ħiliet differenti. |
|
1.16. |
Il-KESE jemmen li l-governanza demokratika tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tat-tagħlim tul il-ħajja, inklużi djalogu soċjali effettiv u konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili organizzata, tagħmel l-investiment aktar effettiv biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika. |
|
1.17. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet ipprovduti mill-fondi disponibbli tal-UE, li għandhom jiġu appoġġjati wkoll minn riżorsi nazzjonali. Fi kwalunkwe każ, il-QFP li jmiss jeħtieġ li jmur kontra l-limitazzjoni tal-possibilitajiet baġitarji għat-tagħlim tul il-ħajja fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE. Il-programmi nfushom għandhom ikunu aktar inklużivi, aktar sempliċi u aktar maniġġabbli għal benefiċjarji iżgħar u għal proġetti iżgħar. |
|
1.18. |
Il-KESE jirrimarka li huwa importanti li tiġi riveduta regolarment l-effettività tal-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju u mhux finanzjarju sabiex jintlaħqu gruppi ta’ adulti speċifiċi, u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Jeħtieġ li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti robusti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika fir-rigward tat-tagħlim tul il-ħajja. |
|
1.19. |
Il-KESE jemmen li hemm bżonn ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament li jimmobilizzaw riżorsi nazzjonali u jinvolvu kondiviżjoni adegwata tal-ispejjeż bejn l-awtoritajiet pubbliċi u entitajiet privati kif ukoll individwi u partijiet interessati rilevanti oħra (pereżempju l-imsieħba soċjali, il-fornituri tat-taħriġ, l-NGOs). |
|
1.20. |
Il-KESE jitlob li jkun hemm fehim aktar sottili biex il-ħtiġijiet tal-ambjenti tat-tagħlim jiġu integrati fil-politiki tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tat-tagħlim tul il-ħajja, iggwidat mill-prinċipju ġenerali li jiġi appoġġjat il-potenzjal individwali u uniku ta’ dawk li qed jitgħallmu. Dan ifisser ir-rikonoxximent, inkluż permezz ta’ investiment sostnut, il-valur tal-ambjenti ta’ tagħlim li jmorru lil hinn mill-edukazzjoni formali bħal ċentri dinamiċi ta’ żvilupp tal-kompetenzi, li minnu dawn tal-aħħar jistgħu wkoll jiksbu għarfien espert huma u jadottaw approċċi aktar inklużivi u innovattivi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ dawk li qed jitgħallmu. |
|
1.21. |
Sabiex it-tagħlim tul il-ħajja jkun ta’ suċċess, il-KESE jappella lil dawk kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE u nazzjonali biex jindirizzaw l-isfidi li ġejjin għall-ambjenti tat-tagħlim tul il-ħajja u biex jappoġġjaw finanzjarjament soluzzjonijiet għal dawn il-kwistjonijiet, f’konformità mal-ambitu tar-responsabbiltajiet tagħhom: |
|
1.21.1. |
ifasslu u jimplimentaw strateġiji fit-tul għat-trawwim ta’ kollaborazzjonijiet bejn fornituri tat-tagħlim formali, mhux formali u informali minn perspettiva ċċentrata fuq l-istudent; |
|
1.21.2. |
jiżguraw li l-istudenti jkunu jistgħu jieħdu rwol attiv fil-perkorsi ta’ tagħlim tagħhom billi dawn jiġu ddisinjati primarjament skont il-ħtiġijiet tagħhom; |
|
1.21.3. |
jappoġġjaw lill-istudenti ta’ kull età u sfond fl-aċċess u l-ikkombinar ta’ u ċ-ċaqliq bejn forom differenti ta’ tagħlim, f’konformità mal-ħtiġijiet personali u l-kapaċitajiet tagħhom; |
|
1.21.4. |
jittrattaw il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Validazzjoni (7)) bħala prijorità urġenti; |
|
1.21.5. |
itejbu l-provvista tal-opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja fil-livell lokali billi jagħmlu użu minn infrastrutturi eżistenti tal-komunità u tal-edukazzjoni. |
2. Kuntest ġenerali
|
2.1. |
Kif definit mill-Kunsill (8), it-tagħlim tul il-ħajja jkopri t-tagħlim mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sa wara l-irtirar, inkluża l-firxa sħiħa ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali, bil-għan li jittejbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi minn perspettiva personali, ċivika, soċjali u/jew relatata mal-impjieg. It-tagħlim tul il-ħajja jqis lil kull individwu bħala s-suġġett tat-tagħlim u jippermetti li n-nies kollha jiksbu l-għarfien rilevanti biex jieħdu sehem bħala ċittadini attivi fis-soċjetà tal-għarfien u fis-suq tax-xogħol, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-mobbiltà libera għaċ-ċittadini Ewropej. F’din l-Opinjoni, l-enfasi titqiegħed fuq il-finanzjament sostenibbli għat-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-ħiliet, fil-kuntest tal-għadd insuffiċjenti tal-ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati. |
|
2.2. |
It-tagħlim iseħħ kullimkien u b’mod kostanti, attiv u passiv, f’kuntesti formali, informali u mhux formali. Għaldaqstant, jeħtieġ li fehim aktar sottili tal-ambjenti tat-tagħlim jiġi integrat fil-politiki tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tat-tagħlim tul il-ħajja, iggwidat mill-prinċipju ġenerali li jiġi appoġġjat il-potenzjal individwali u uniku ta’ dawk li qed jitgħallmu. Għandhom jiġu appoġġjati, minn finanzjament pubbliku sostenibbli, kemm l-edukazzjoni tul il-ħajja kif ukoll l-edukazzjoni dwar l-aspetti kollha tal-ħajja u għandha ssir enfasi speċjali fuq il-ġenerazzjonijiet akbar fl-età, b’riżorsi għall-provvediment ta’ mezzi li huma adattati għall-modi ta’ tagħlim tagħhom. Għalhekk, il-KESE jtenni (9) li l-finanzjament kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali għandu, fost affarijiet oħra, jinvesti f’edukazzjoni u taħriġ inklużivi u ta’ kwalità għolja, li għandhom ikunu aċċessibbli u affordabbli għal kulħadd u mmirati lejn il-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol. Ir-reditti mit-tagħlim għall-adulti jistgħu jiġu vvalutati bħala għoljin daqs dawk mill-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali kif ukoll mill-edukazzjoni għolja (10). |
|
2.3. |
L-impatt tax-xejriet globali, bħaċ-ċaqliq ekonomiku, teknoloġiku, ambjentali, soċjali u industrijali konformi mar-rivoluzzjoni diġitali, huwa enormi – mill-ekonomija, l-innovazzjoni, ix-xjenza u l-edukazzjoni, għas-saħħa, is-sostenibbiltà u l-governanza – u qed jittrasforma rapidament id-dinja tax-xogħol u l-profili tal-ħiliet ta’ ħafna impjiegi. Il-pass tal-bidla jeħtieġ taħriġ, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet, b’mod kontinwu, għaċ-ċittadini kollha tul ħajjithom, bl-enfasi b’mod partikolari fuq l-għoti ta’ appoġġ effettiv lill-ħaddiema u lill-persuni qiegħda, filwaqt li jiġi żgurat finanzjament sostenibbli mill-awtoritajiet pubbliċiu l-kumpaniji, permezz ta’ kontijiet ta’ taħriġ individwali u għodod oħrajn. |
|
2.4. |
Fl-istess ħin, il-fatt li dawn il-bidliet jikkawżaw tfixkil qed tagħmel il-kompitu ta’ previżjoni tal-ħiliet futuri dejjem aktar diffiċli. Il-provvista tal-ħiliet qed tevolvi wkoll iżda tieħu ż-żmien biex tadatta għall-ħtiġijiet ta’ ħiliet emerġenti. Għalkemm l-impjegaturi jenfasizzaw l-importanza ta’ STEM, il-ħiliet diġitali u l-ETV, issa hemm ukoll bidla lejn ħiliet personali/trasversali (11), li jippermettu lin-nies jadattaw għal ambjenti tax-xogħol u għal sitwazzjonijiet ta’ ħajja differenti (12). Dawn il-ħiliet normalment jiġu żviluppati f’organizzazzjonijiet li joffru edukazzjoni mhux formali (organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ eċċ.), u l-appoġġ finanzjarju sostenibbli għal dawn il-fornituri huwa essenzjali. |
|
2.5. |
Barra minn hekk, huwa importanti li jsir investiment issa fl-iżvilupp strateġiku ta’ programmi ta’ taħriġ ġodda. Dawn huma għodod ta’ politika ewlenin biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ħiliet u l-lakuni, u l-investiment fihom jista’ jieħu ftit taż-żmien biex juri riżultati, b’mod partikolari għal programmi f’livelli ogħla u ta’ tul ta’ żmien itwal. Sabiex is-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ tiġi infurmata sew bil-quddiem, hija essenzjali l-antiċipazzjoni sistematika tal-ħtiġijiet tal-ħiliet biex tippermetti reazzjonijiet strateġiċi u tipprevjeni n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet (13). |
|
2.6. |
Is-sitwazzjoni li nħolqot madwar id-dinja fid-dawl tal-pandemija reċenti tal-COVID-19 turi li t-tagħlim, jekk ikun meħtieġ, jista’ jadatta malajr għall-bidliet fiċ-ċirkostanzi. L-istudenti jiżviluppaw varjetà ta’ approċċi ġodda, bħal tagħlim indipendenti jew tagħlim ibbażat fuq proġett, isiru aktar kurjużi u jtejbu l-ħiliet tal-IT tagħhom sabiex jipparteċipaw f’tagħlim mill-bogħod. Qed jintużaw għadd ta’ pjattaformi diġitali, ipprovduti mingħajr ħlas. Il-ħiliet trasversali essenzjali qed jgħinu kemm lill-istudenti kif ukoll lill-għalliema jadattaw għal din il-bidla. Meta l-ħajja tirritorna għan-“normali”, is-soċjetà għandha titgħallem minn din l-esperjenza u tkompli tiżviluppa dawn l-approċċi u l-ħiliet, billi tinvesti riżorsi biżżejjed fihom, sabiex l-istudenti kollha, tkun xi tkun is-sitwazzjoni soċjali tagħhom, ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom u jibbenefikaw minnhom. |
3. Kuntest politiku
|
3.1. |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Ewropa soċjali b’saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti” (14) tenfasizza li l-ħiliet huma kruċjali għall-futur. Il-ħiliet jippermettu lin-nies jaħsdu l-benefiċċji mill-pass mgħaġġel li qed jinbidel fil-post tax-xogħol. Nofs il-forza tax-xogħol attwali se jkollhom bżonn jaġġornaw il-ħiliet tagħhom fil-ħames snin li ġejjin, u t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi ser jeħtieġu settijiet ġodda ta’ ħiliet. L-ETV, flimkien mal-apprendistati jistgħu jrawmu l-impjegabbiltà kemm taż-żgħażagħ kif ukoll tal-adulti u jissodisfaw il-ħtiġijiet li qed jinbidlu tan-negozji. |
|
3.2. |
Il-KESE jfakkar li d-dritt għall-edukazzjoni kien minqux fil-kostituzzjoni tal-Unesco (1945) taħt l-intestatura “edukazzjoni għal kulħadd”, u t-tagħlim tul il-ħajja rċieva dejjem aktar attenzjoni fil-kuntest tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, li jidhru b’mod prominenti fl-SDG4 dwar l-edukazzjoni. L-SDG4 huwa previst mhux biss bħala mezz biex jissaħħu s-settijiet ta’ ħiliet u tingħata spinta lill-ekonomija, iżda wkoll biex jiġu approfonditi l-għanijiet tad-diversità kulturali u l-paċi. Madankollu, il-miri tal-SDGs li jiddefinixxu r-rwol tat-tagħlim tul il-ħajja ma jinkludu l-ebda punt ta’ riferiment f’termini ta’ finanzjament (15). |
|
3.3. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati l-ewwel u r-raba’ prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b’mod li l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi jsiru dritt għal kulħadd fl-Ewropa u biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji b’finanzjament pubbliku sostenibbli maqbul mal-imsieħba soċjali u mas-soċjetà ċivili organizzata. Dan id-dritt jeħtieġ li jsir realtà biex jiġi żgurat li l-adulti kollha jkollhom aċċess ugwali għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità u inklużivi kemm fil-postijiet tax-xogħol kif ukoll lil hinn. Għandu jingħata appoġġ effettiv lill-ħaddiema ta’ kwalunkwe livell ta’ ħiliet u fi kwalunkwe daqs ta’ kumpanija, irrispettivament miż-żona ġeografika li jaħdmu fiha. |
|
3.4. |
Il-KESE jenfasizza li d-drittijiet u l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż id-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi fil-livell nazzjonali, jeħtieġ li jiġu implimentati b’investiment pubbliku adegwat (16). Madankollu, ir-riżorsi baġitarji għadhom, f’xi każijiet, soġġetti għar-restrizzjonijiet baġitarji stretti tas-suq intern u għar-regoli fiskali stabbiliti mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u għadha sfida għall-gvernijiet biex isibu r-riżorsi pubbliċi meħtieġa biex jiksbu bilanċ mill-ġdid. Il-kunflitt bejn ir-regoli baġitarji vinkolanti u sett ta’ drittijiet u prinċipji mingħajr ir-riżorsi biex jiġu infurzati għadu mhux solvut. |
|
3.5. |
Ir-rapport tal-Kummissjoni Globali tal-ILO dwar il-Futur tax-Xogħol “Work for a Brighter Future” (17) (Ħidma għal ġejjieni aktar pożittiv) jindika li l-istabbiliment ta’ opportunitajiet effettivi ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd huwa responsabbiltà konġunta, li tirrikjedi l-kontribut attiv u l-appoġġ tal-gvernijiet, ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema kif ukoll tal-istituzzjonijiet edukattivi. Il-gvernijiet, f’kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali, għandhom iwessgħu u jikkonfiguraw mill-ġdid il-politiki għall-iżvilupp tal-ħiliet, is-servizzi tal-impjieg u s-sistemi ta’ taħriġ biex jipprovdu lill-ħaddiema l-ħin u l-appoġġ finanzjarju li jeħtieġu biex jitgħallmu. Ir-rapport jipproponi li tiġi stabbilita sistema ta’ intitolament għat-tagħlim permezz ta’ sistema ta’ “assigurazzjoni tal-impjieg” rikonfigurata jew ta’ “fond soċjali”, u li jiġu introdotti “kontijiet ta’ tagħlim individwali” li jippermettu lill-ħaddiema li jkollhom ħin liberu mħallas biex jieħdu sehem fit-taħriġ. |
|
3.6. |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva importanti tal-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill, li organizzat l-ewwel laqgħa konġunta tal-Kunsill bejn il-Ministri tal-finanzi u tal-edukazzjoni tal-UE, biex tiġi diskussa l-importanza tal-finanzjament pubbliku għall-edukazzjoni u t-taħriġ. Il-Kumitat jappella lill-presidenzi futuri tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea biex ikomplu din l-inizjattiva biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-ogħla livell. Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġu involuti l-Ministri tal-impjieg u l-affarijiet soċjali. Il-KESE jixtieq li dan it-tip ta’ kooperazzjoni jiġi implimentat fil-livell nazzjonali. |
|
3.7. |
Il-KESE jappoġġja l-enfasi tal-ittra ta’ missjoni tal-Kummissarju Nicolas Schmit (18) dwar l-implimentazzjoni u l-aġġornament tal-Aġenda għall-Ħiliet, b’enfasi fuq li jiġu identifikati u jimtlew il-lakuni f’dak li jirrigwarda l-ħiliet u jingħata appoġġ għat-taħriġ mill-ġdid bħala parti mit-tranżizzjoni ġusta. Li tiġi eżaminata l-idea għall-proposta ta’ kontijiet individwali ta’ tagħlim huwa wieħed mill-mezzi possibbli li jistgħu jwasslu biex persuni ta’ età tax-xogħol ikunu jistgħu jakkumulaw intitolamenti għal taħriġ u jużawhom għal taħriġ ta’ kwalità assigurata. Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jiżguraw kooperazzjoni tripartitika u responsabbiltà kondiviża dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi pubbliċi disponibbli għall-impjegati u l-ħaddiema. |
|
3.8. |
Il-KESE jinnota b’sodisfazzjon li l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol ewlieni tal-politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja fl-għoti tas-setgħa lis-soċjetajiet biex jindirizzaw it-tranżizzjoni teknoloġika u ekoloġika favur tkabbir inklużiv u sostenibbli” (19), adottati fit-8 ta’ Novembru 2019, jistiednu lill-Kummissjoni biex “taġġorna l-effiċjenza, l-iskala u l-gruppi fil-mira tal-politiki attwali dwar it-tagħlim tul il-ħajja sabiex jirrispondu aħjar għall-ħtiġijiet ta’ tagħlim li jirriżultaw minn bidliet fis-soċjetà u fid-dinja tax-xogħol, inkluż billi jiżviluppaw aktar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (20), billi jirriflettu t-tagħlim tul il-ħajja fil-qafas strateġiku futur għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u billi jużaw l-opportunitajiet ipprovduti mill-Erasmus+, il-Fond Soċjali Ewropej u strumenti rilevanti oħra tal-Unjoni”. |
4. Sitwazzjoni attwali
|
4.1. |
Fil-waqt li hemm nuqqas ta’ data dwar l-investiment totali fit-tagħlim tul il-ħajja, l-evidenza (21) tissuġġerixxi li madwar 0,1 sa 0,2 % biss tal-PDG jammonta għal nefqa pubblika fuq l-edukazzjoni tal-adulti. In-nefqa totali fuq l-edukazzjoni għall-adulti, inklużi sorsi finanzjarji oħra bħall-finanzjament permezz ta’ min iħaddem, it-tariffi ta’ min qed jitgħallem, tvarja bejn 1,1 u anqas minn 0,6 % tal-PDG. Fl-istess ħin, l-aħħar stimi tas-Cedefop jissuġġerixxu li hemm 128 miljun adult fl-UE-28+ b’potenzjal għal titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, li jirrappreżentaw 46 % tal-popolazzjoni adulta ta’ dan il-qasam (22). 11,1 % tal-adulti biss huma involuti fit-tagħlim għall-adulti, filwaqt li l-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-mira li tikseb 15 % sal-2020, mira li ma rnexxilhiex tilħaq. |
|
4.2. |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona (23) jistabbilixxu miri ċari għal dawk kollha kkonċernati biex jiżdied l-investiment annwali per capita fir-riżorsi umani, filwaqt li l-Linji Gwida dwar l-Impjiegi (13, 14 u 16) (24) jappellaw lill-Istati Membri biex jistabbilixxu miri korrispondenti. Il-KESE jilqa’ l-fatt li r-Rapporti tal-Pajjiżi tal-Kummissjoni Ewropea tal-2019 (25) fil-proċess tas-Semestru Ewropew jappellaw għal żieda fl-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ f’16-il pajjiż (26) u fil-ħiliet f’24 pajjiż (27), biex jikkontrobilanċjaw deċennju ta’ tnaqqis baġitarju u nuqqas ta’ finanzjament tas-sistemi tal-edukazzjoni, bl-effetti detrimentali dokumentati sew tagħhom fuq l-edukazzjoni ta’ kwalità, il-persunal tal-edukazzjoni u l-infrastruttura (28). |
|
4.3. |
Il-KESE jinnota li hemm nuqqas ċar ta’ koerenza bejn is-sejħa tal-Kummissjoni Ewropea għal investiment sostenibbli f’oqsma li jiffavorixxu t-tkabbir, bħas-setturi kollha tal-edukazzjoni, u s-sejħa għal miżuri ta’ ottimizzazzjoni, li jagħmlulhom ħsara. Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sejbiet ewlenin mir-Rapporti tal-Pajjiżi (29) tas-Semestru Ewropew fl-2019 turi xenarju ekonomiku favorevoli, fejn il-finanzi pubbliċi qed jitjiebu f’kull Stat Membru. Madankollu, il-komunikazzjoni twissi wkoll dwar l-inċertezza globali u tistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jagħtu spinta lill-produttività, itejbu r-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom u jiżguraw li t-tkabbir ekonomiku jkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini kollha. |
5. Kummenti ġenerali
|
5.1. |
L-Istati Membri jeħtiġilhom joffru opportunitajiet ta’ taħriġ lil kulħadd – kemm lill-persuni qiegħda kif ukoll lil dawk li jaqilgħu l-paga, nisa u rġiel. Għaldaqstant, miżuri bħall-istabbiliment ta’ indikaturi relatati mal-investiment pubbliku u privat fl-ETV u skemi li jippermettu lill-ħaddiema jieħdu liv imħallas għal skopijiet ta’ taħriġ għandhom jiġu kkunsidrati u jkunu meħtieġa fil-Linja Gwida 6 dwar l-Impjiegi: Insaħħu l-provvista tax-xogħol u l-ħiliet (30). F’dan ir-rigward, il-KESE diġà indika l-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati kundizzjonijiet ta’ għajxien deċenti matul it-taħriġ. Il-miżuri tal-UE għandhom jiġu kkunsidrati u eżaminati bil-ħsieb li l-istrumenti ta’ prattika tajba użati f’xi Stati Membri tal-UE, bħal għotjiet, self, ftehimiet kollettivi dwar liv għal taħriġ imħallas jew dispożizzjonijiet oħra jsiru prattika standard fl-Istati Membri l-oħra (31). |
|
5.2. |
L-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ukoll rwol ewlieni fil-governanza tas-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-antiċipazzjoni u l-ħolqien tal-ħiliet, u r-responsabbiltà kondiviża tal-imsieħba soċjali fil-livell tal-kumpaniji hija essenzjali f’termini kemm ta’ investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ li jħarsu ’l quddiem tal-ħaddiema impjegati tagħhom kif ukoll f’termini tal-ispejjeż marbuta mat-taħriġ mill-ġdid meħtieġ ta’ kwalunkwe ħaddiem li jkun ngħata s-sensja. L-aktar vulnerabbli minn dawn huma l-persuni anzjani huma. |
|
5.3. |
Id-diskussjonijiet dwar proposta tal-UE għal kontijiet individwali ta’ tagħlim huma fi stadju bikri ħafna, iżda hemm numru ta’ kunsiderazzjonijiet li għandhom jiġu elaborati aktar jekk tali proposta għandha tiġi introdotta, pereżempju, jekk it-taħriġ tal-ħaddiema huwiex definit mil-liġi u/jew minn ftehim kollettiv, li għandu jiġi rrispettat sabiex ikun żgurat li min iħaddem u l-ħaddiema jkunu jistgħu jsawru l-kontenut, il-post u l-ħin/il-perjodu tat-taħriġ. Din hija għalhekk kompetenza nazzjonali, u r-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar kif għandhom jiġu ffinanzjati l-kontijiet individwali ta’ tagħlim u min għandu jirċievi l-appoġġ finanzjarju (kumpaniji, istituzzjonijiet ta’ taħriġ, servizzi pubbliċi tal-impjieg jew ħaddiema) għandhom jiġu definiti permezz ta’ djalogu soċjali li jirrispetta l-ftehimiet kollettivi u l-leġislazzjoni nazzjonali. Huwa importanti li dawn ir-riflessjonijiet jagħtu attenzjoni lid-diversità tas-sistemi u l-approċċi nazzjonali u li l-imsieħba soċjali jkollhom rwol importanti. |
|
5.4. |
Il-KESE jtenni s-sejħa tiegħu għal enfasi akbar fuq l-investiment soċjali inter alia fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja. Il-KESE diġà talab biex jiġi kkunsidrat il-prinċipju tar-“regola tad-deheb”, jiġifieri dwar l-esklużjoni tal-investimenti pubbliċi orjentati lejn il-futur mill-kalkolu tad-defiċits pubbliċi netti taħt ir-regoli fiskali tal-unjoni ekonomika u monetarja (UEM) (32). Il-KESE jissuġġerrixxi li titmexxa diskussjoni dwar jekk ir-regola finanzjarja tad-deheb tistax tiġi applikata wkoll għall-investimenti soċjali appoġġjati mill-fondi strutturali tal-UE (33). |
|
5.5. |
It-taħlita ta’ tagħlim flessibbli u adattat u ta’ appoġġ personalizzat, li jibda bi gwida għall-karriera tul il-ħajja, tgħin ukoll biex in-nies inattivi u dawk li ilhom qiegħda fit-tul jibdew jaħdmu, u dan iwassal għal gwadanji soċjali u ekonomiċi, kif ukoll għal iffrankar fil-benesseri soċjali fit-tul. Taħlita ottimali ta’ komponenti jew karatteristiċi tal-approċċ tista’ toħloq il-kundizzjonijiet għall-konsolidazzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet (34) b’mod sostenibbli, minkejja l-fatt li l-gruppi fil-mira, il-ħtiġijiet tal-ħiliet u l-gvernijiet jinbidlu maż-żmien. Il-provvista tat-taħriġ għandha tkun imfassla b’tali mod li trawwem u tappoġġja l-mobilità bejn u fi ħdan is-setturi. L-iżgurar li dawn it-tranżizzjonijiet ikunu ta’ benefiċċju għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema u l-kapaċità ta’ min iħaddem li jattira rekluti ġodda. |
|
5.6. |
Il-KESE jemmen li l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw is-settur pubbliku, kif ukoll il-fornituri tal-edukazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isostnu l-finanzjament għall-provvista ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità għolja, li għandhom ikunu aktar aċċessibbli. Il-kwalità għolja tal-provvista ta’ taħriġ għandha tiġi żgurata permezz ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità tajba. |
|
5.7. |
It-titjib tal-investiment fit-tagħlim għall-adulti u t-taħriġ tal-impjegati huwa marbut fil-biċċa l-kbira tiegħu ma’ kontribut ta’ riċerka adatt fid-disinn, ir-riforma, u l-implimentazzjoni tal-politiki u s-sistemi tat-tagħlim tul il-ħajja. Sabiex jiġi żgurat investiment effettiv fit-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fil-kumpaniji, hemm bżonn ta’ aktar data dwar l-investiment mill-kumpaniji u appoġġ finanzjarju mill-gvernijiet. Il-kontributi proprji tal-ħaddiema, tat-trejdjunjins u tad-diversi partijiet interessati għandhom jiġu analizzati u jiddaħħlu kif xieraq fid-diskussjonijiet ta’ politika, b’enfasi fuq l-investiment fit-taħriġ għal ħiliet differenti (professjonali, relatati mal-kumpanija, kompetenzi ewlenin, ħiliet bażiċi, eċċ.) għal ħaddiema b’ħiliet differenti kemm nisa kif ukoll irġiel, taħriġ fi ħdan kumpaniji u barra, provvista minn fornituri oħra, eċċ. |
|
5.8. |
L-edukazzjoni għall-adulti, minħabba l-firxa wiesgħa tagħha u l-għadd kbir ta’ fornituri differenti, hija nieqsa mill-koordinazzjoni kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll fil-livell Ewropew. Approċċ integrat li jorbot flimkien diversi oqsma ta’ politika u partijiet interessati, b’enfasi speċjali fuq il-governanza demokratika tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika dwar it-tagħlim tul il-ħajja, inkluż djalogu soċjali effettiv mal-imsieħba soċjali u konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, jista’ jtejjeb l-effettività tal-politika ta’ investiment, u b’hekk iżid il-possibbiltajiet li jintlaħqu l-gruppi fil-mira potenzjali li huma diversi ħafna u li l-ħtiġijiet ta’ individwi vulnerabbli jiġu indirizzati. |
|
5.9. |
Sabiex it-tagħlim tul il-ħajja jkun ta’ suċċess, il-KESE jappella lil dawk kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex jindirizzaw l-isfidi li ġejjin għall-ambjenti tat-tagħlim tul il-ħajja u biex jappoġġjaw finanzjarjament soluzzjonijiet għal dawn il-kwistjonijiet, f’konformità mal-ambitu tar-responsabbiltajiet tagħhom: |
|
5.9.1. |
ifassalu u jimplimentaw strateġiji fit-tul biex ikattru kollaborazzjonijiet bejn fornituri ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali sabiex jappoġġjaw il-bżonnijiet ta’ tagħlim u taħriġ tal-istudenti; strateġiji bħal dawn għandhom jinħolqu flimkien mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew, u għandhom jinkludu appoġġ għalihom, sabiex ikunu sostenibbli; |
|
5.9.2. |
jiżguraw li l-istudenti jkun jista’ jkollhom rwol attiv fil-perkorsi ta’ tagħlim tagħhom billi dawn primarjament jiġu ddisinjati skont il-ħtiġijiet tagħhom, u b’hekk ikunu jistgħu joħolqu b’mod attiv aktar milli jikkunsmaw b’mod passiv l-għarfien u l-innovazzjoni; |
|
5.9.3. |
jappoġġjaw lill-istudenti ta’ kull età u sfond biex jaċċessaw, jikkombinaw u jiċċaqilqu bejn forom differenti ta’ tagħlim, f’konformità mal-ħtiġijiet personali u l-kapaċitajiet tagħhom, permezz ta’ sistemi edukattivi u ta’ taħriġ aktar flessibbli u l-għoti ta’ gwida ta’ kwalità għolja tul il-ħajja; |
|
5.9.4. |
jittrattaw il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Validazzjoni (35)) bħala prijorità urġenti fid-dawl tal-potenzjal tagħha li tagħti spinta lill-viżibbiltà tal-ħiliet, il-kompetenzi u l-għarfien kollha li jistgħu jappoġġjaw parteċipazzjoni sinifikanti fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari għal gruppi vulnerabbli (36); |
|
5.9.5. |
isaħħu l-provvista ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja fil-livell lokali billi jużaw l-infrastruttura tal-komunità u l-edukazzjoni eżistenti biex joħolqu spazji ta ‘tagħlim multifunzjonali miftuħin għal kulħadd; tali “Ċentri Komunitarji ta’ Tagħlim tul il-Ħajja” diġà jeżistu f’diversi forom madwar l-Istati Membri iżda għandhom isiru kunċett ewlieni għat-tfassil tal-politika. |
6. Kummenti speċifiċi dwar is-sorsi u l-politiki ta’ finanzjament Ewropej u nazzjonali meħtieġa biex jiġi żgurat finanzjament sostenibbli (37)
6.1. Dwar sorsi ta’ finanzjament tal-UE
|
6.1.1. |
Il-Kummissjoni Ewropea fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 tagħha ħabbret diversi modi kif ittejjeb il-Pjan ta’ Investiment tal-UE billi fil-qafas tal-InvestEU introduċiet il-ħolqien ta’ tieqa ddedikata għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet. Dan juri impenn li jiġi allokat investiment soċjali u jinħolqu l-istrumenti t-tajba biex dan ikun jista’ jseħħ. |
|
6.1.2. |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jużaw l-opportunitajiet ipprovduti mill-fondi tal-UE (bħall-FSE, Erasmus+, il-FEIS, u strumenti rilevanti oħra tal-UE) u jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi finanzjarji disponibbli tal-UE. Fi kwalunkwe każ, il-QFP li jmiss jeħtieġ li jmur kontra l-limitazzjoni tal-possibilitajiet baġitarji għat-tagħlim tul il-ħajja fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE (38). Madankollu, filwaqt li l-fondi tal-UE jista’ jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-ħiliet/it-tagħlim tul il-ħajja, id-dipendenza żejda fuq il-fondi tal-UE tista’ tqajjem tħassib dwar is-sostenibbiltà tal-finanzjament peress li l-finanzjament tal-UE huwa allokat għal proġetti u huwa ta’ natura temporanja. |
|
6.1.3. |
Sabiex jiġi żgurat investiment nazzjonali sostenibbli fit-tagħlim tul il-ħajja u t-tagħlim għall-adulti, il-proċess tas-Semestru Ewropew għandu rwol essenzjali biex jiġi enfasizzat il-fokus meħtieġ fuq il-finanzjament. Sabiex il-politiki nazzjonali/reġjonali dwar it-tagħlim tul il-ħajja jiġu implimentati b’mod effettiv, jeħtieġ li jiġi żgurat livell adegwat ta’ finanzjament. Aktar sostenibbiltà u kontinwità tal-finanzjament huma kruċjali sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-ħidma tal-provvista ta’ edukazzjoni u taħriġ għall-adulti u l-abbiltà ta’ fornituri tat-tagħlim tul il-ħajja li jinnovaw u jiżviluppaw fi ħdan il-qasam. |
6.2. Dwar politiki li jappoġġjaw id-distribuzzjoni adegwata tal-finanzjament
|
6.2.1. |
L-iżvilupp ta’ kultura ta’ evalwazzjoni huwa importanti. Jistgħu jikkontribwixxu għaliha diversi fatturi, bħal impenn politiku għal tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza (u r-responsabbiltà), rekwiżiti legali għall-evalwazzjoni, rekwiżiti ta’ evalwazzjoni ta’ finanzjament Ewropew u taħriġ u edukazzjoni ta’ evalwaturi biex tiġi żgurata evalwazzjoni matul iċ-ċiklu politiku. |
|
6.2.2. |
Huwa importanti li tiġi riveduta regolarment l-effettività tal-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju u mhux finanzjarju sabiex jintlaħqu gruppi ta’ adulti fil-mira u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Jeħtieġ li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti robusti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika fir-rigward tat-tagħlim tul il-ħajja. Abbażi ta’ evidenza robusta, l-evalwazzjonijiet jistgħu jissuġġerixxu l-ħtieġa li jiġu modifikati (jew imwaqqfa) miżuri eżistenti u/jew jiġu introdotti oħrajn ġodda. Jistgħu wkoll jidentifikaw prattiki effettivi li jistgħu jiġu estiżi permezz ta’ finanzjament ulterjuri jew aktar sostnut. L-imsieħba soċjali għandhom ikunu involuti fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-sistemi. |
|
6.2.3. |
Hemm bżonn ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament li jimmobilizzaw riżorsi nazzjonali u jinvolvu kondiviżjoni adegwata tal-ispejjeż bejn l-awtoritajiet pubbliċi, min iħaddem, l-individwi u partijiet interessati rilevanti oħra (pereżempju l-imsieħba soċjali, il-fornituri tat-taħriġ, l-NGOs). Kif stabbilit fil-bażi tad-data tas-Cedefop dwar il-finanzjament tat-tagħlim għall-adulti (39), hemm diversi mekkaniżmi ta’ finanzjament, immirati lejn individwi u kumpaniji/min iħaddem u bil-għan li jżidu l-parteċipazzjoni u l-investiment privat fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Dawn il-possibilitajiet għandhom ikunu kkoordinati sew mill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li fil-każ ta’ fondi ta’ taħriġ settorjali huma prinċipalment l-imsieħba soċjali li jieħdu rwol ta’ koordinazzjoni. L-istrumenti finanzjarji għall-individwi jinkludu, pereżempju, kontijiet/vawċers ta’ tagħlim individwali, self (bi spiża baxxa) u liv għal taħriġ imħallas. L-appoġġ finanzjarju għall-kumpaniji jista’ jkun permezz ta’ fondi għat-taħriġ (ibbażati fuq imposti tal-kumpanija), inċentivi tat-taxxa jew għotjiet (iffinanzjati mit-tassazzjoni ġenerali). Dawn it-tipi ta’ strumenti ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż huma wkoll mod kif tiġi żgurata r-responsabbiltà konġunta għall-iżvilupp/l-implimentazzjoni ta’ politiki dwar it-tagħlim tul il-ħajja u l-investiment fil-ħiliet. |
|
6.2.4. |
Id-djalogu soċjali u l-ftehimiet kollettivi, b’mod partikolari fil-livell settorjali, għandhom rwol importanti fil-governanza tas-sistemi ta’ taħriġ u fil-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ u fit-titjib tar-rilevanza u l-provvista tat-taħriġ tal-impjegati. Dan jinvolvi li l-imsieħba soċjali jaħdmu flimkien biex irawmu tranżizzjoni u rotot ta’ karrieri bejn is-setturi. Fondi ta’ taħriġ ġew stabbiliti f’diversi Stati Membri u jista’ jkollhom rwol importanti (40). |
|
6.2.5. |
L-istrumenti ta’ finanzjament jistgħu jkunu aktar effettivi meta jiġu kkombinati ma’ miżuri ta’ appoġġ mhux finanzjarju. Jeħtieġ li l-istrumenti jitfasslu b’attenzjoni biex jiġu mmirati b’mod effettiv il-gruppi vulnerabbli speċifiċi/prijoritarji (bħal dawk b’ħiliet baxxi, persuni qiegħda ta’ età akbar, impjegati tal-SMEs). Meta jitfassal strument ta’ finanzjament, huwa importanti wkoll li jiġu kkunsidrati l-komplementarjetà u s-sinerġija tiegħu ma’ strumenti oħra eżistenti. |
|
6.2.5.1. |
Miżuri mhux finanzjarji għall-individwi jinvolvu wkoll il-miżuri ġeneralment ipprovduti bħala parti minn servizzi ta’ gwida għall-karriera jew ta’ gwida tul il-ħajja u opportunitajiet ta’ validazzjoni. Dawn is-servizzi għandhom ukoll jinfurmaw lil min qed jitgħallem dwar l-appoġġ finanzjarju għat-tagħlim għall-adulti disponibbli għalihom u kif jistgħu jaċċessawh. |
|
6.2.5.2. |
Għall-kumpaniji, l-appoġġ mhux finanzjarju jista’ jiġi offrut permezz ta’: informazzjoni u konsulenza b’rabta ma’ opportunitajiet ta’ finanzjament, appoġġ amministrattiv fl-applikazzjoni għall-finanzjament, l-identifikazzjoni ta’ ħtiġijiet ta’ taħriġ u żvilupp ta’ pjani ta’ taħriġ permezz ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni, il-promozzjoni ta’ sħubijiet jew netwerks ta’ kumpaniji (fost l-SMEs jew inklużi l-SMEs) biex jinġabru flimkien ir-riżorsi u tiġi indirizzata l-kapaċità insuffiċjenti ta’ taħriġ. |
|
6.2.6. |
Kull piż amministrattiv għall-applikanti, għal dawk li jirċievu l-finanzjament u għall-entitajiet li jiġġestixxu l-fondi għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun, filwaqt li tfassil xieraq/immirar adegwat u monitoraġġ effettiv tal-istrument ta’ finanzjament għandhom jiżguraw li jiġu evitati effetti deadweight u/jew effetti ta’ sostituzzjoni. |
Brussell, is-7 ta’ Mejju 2020.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Luca JAHIER
(1) https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/mission-letter-nicolas-schmit_en.pdf (mhux disponibbli bil-MT).
(2) ĠU C 389, 18.11.2019, p. 12.
(3) Żona Ewropea tal-Edukazzjoni.
(4) https://eu2020.hr/
(5) COM(2020) 14 final.
(6) ĠU C 332, 8.10.2015, p. 68.
(7) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1) u ĠU C 13, 15.1.2016, p. 49.
(8) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Ir-rwol ewlieni tal-politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja fl-għoti tas-setgħa lis-soċjetajiet biex jindirizzaw it-transizzjoni teknoloġika u ekoloġika favur tkabbir inklużiv u sostenibbli.
(9) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 165.
(10) Rapport dwar European Agenda for Adult Learning (L-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti) (mhux disponibbli bil-Malti).
(11) Pereżempju, il-Forum Ekonomiku Dinji ppubblika rapport (2015) (mhux disponibbli bil-Malti) li ffoka fuq il-kwistjoni urġenti tad-distakk fil-ħiliet tas-seklu 21 u l-modi kif tiġi indirizzata permezz tat-teknoloġija, u jenfasizza l-ħtieġa għal kompetenzi (bħall-ħsieb kritiku u l-kollaborazzjoni) u kwalitajiet ta’ karattru (bħall-kurżità, is-sens ta’ inizjattiva u t-tmexxija) minbarra l-kapaċitajiet fundamentali tradizzjonalment imsemmija.
(12) Opinjoni ĠU C 14, 15.1.2020, p. 46 u ĠU C 237, 6.7.2018, p. 8.
(13) Rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji New Vision for Education: Unlocking the Potential of Technology (mhux disponibbli bil-Malti).
(14) COM(2020) 14 final.
(15) Dokument ta’ informazzjoni tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Edukazzjoni tal-Adulti (European Association for the Education of Adults – EAEA) dwar Adult education and sustainability (L-edukazzjoni tal-adulti u s-sostenibbiltà) (mhux disponibbli bil-Malti).
(16) ĠU C 262, 25.7.2018, p. 1.
(17) Rapport tal-Kummissjoni Globali tal-ILO dwar “Work for a brighter future” (Ix-xogħol għal futur aħjar) (mhux disponibbli bil-Malti).
(18) https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/mission-letter-nicolas-schmit_en.pdf (mhux disponibbli bil-MT).
(19) ĠU C 389, 18.11.2019, p. 12.
(20) Żona Ewropea tal-Edukazzjoni.
(21) Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar Developing the adult learning sector (L-iżvilupp tas-settur tat-tagħlim għall-adulti) (mhux disponibbli bil-Malti).
(22) Cedefop.
(23) Kunsill Ewropew ta’ Lisbona tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2000 – Konklużjonijiet tal-Presidenza (mhux disponibbli bil-Malti).
(24) Linji gwida dwar l-impjiegi.
(25) Rapporti tal-pajjiżi.
(26) għal BG, HR, CZ, EE, FI, DE, GR, IE, IT, LV, LU, PL, RO, SK, ES, u UK.
(27) għal AT, BE, BG, HR, CY, CZ, EE, FI, FR, DE, GR, HU, IT, LV, LU, MT, NL, PL, RO, SK, SI, ES, SE, u UK.
(28) għal BG, EE, GR, IT, PT, RO, u SE.
(29) COM(2019) 500 final.
(30) ĠU C 332, 8.10.2015, p. 68.
(31) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 57, ĠU C 237, 6.7.2018, p. 8, ĠU C 14, 15.1.2020, p. 60.
(32) ĠU C 177, 18.5.2016, p. 35, ĠU C 268, 14.8.2015, p. 27.
(33) ĠU C 226, 16.7.2014, p. 21.
(34) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar “Perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti” (ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.).
(35) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1).
(36) ĠU C 13, 15.1.2016, p. 49.
(37) Ara wkoll “Cedefop analytical framework for developing upskilling pathways for adults” (mhux disponibbli bil-Malti).
(38) Fl-Opinjoni tiegħu (ĠU C 62, 15.2.2019, p. 194) il-KESE talab biex il-baġit tal-programm Erasmus+ jittripla.
(39) Bażi tad-data tas-Cedefop (mhux disponibbli bil-Malti).
(40) Rapport tal-imsieħba soċjali Ewropej “Promoting social partnership in employee training” (Il-promozzjoni tas-sħubija soċjali fit-taħriġ tal-impjegati) (mhux disponibbli bil-Malti).
III Atti preparatorji
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-551 sessjoni plenarja tal-KESE (sessjoni mill-bogħod), 5.5.2020–7.5.2020
|
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/18 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri”
[COM(2020) 70 final]
(2020/C 232/03)
|
Relatur Ġenerali: |
Ellen NYGREN |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 6.3.2020 |
|
Bażi legali |
Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Data tal-adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
7.5.2020 |
|
Sessjoni tal-plenarja Nru |
551 – Sessjoni Plenarja mill-bogħod |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
251/03/07 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-linji gwida riveduti proposti dwar l-impjiegi. Ir-rwol tagħhom biex jiggwidaw fit-tul il-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri tal-UE huwa importanti anke fi żminijiet ta’ kriżi. Il-politiki dwar l-impjieg huma essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi u tal-Istati Membri tagħha. L-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hija mezz komuni biex issir ħidma lejn konverġenza sostenibbli ’l fuq, u f’dan ir-rigward ir-reviżjoni tal-linji gwida dwar l-impjiegi hija xierqa. L-UE u l-Istati Membri tagħha jridu jagħmlu aktar sforzi biex jeliminaw id-disparitajiet. Il-konverġenza ’l fuq hija prinċipju trasversali, li għandu jitqies u jiġi integrat fil-politiki kollha tal-UE. |
|
1.2. |
Il-proposta dwar il-linji gwida riveduti dwar l-impjiegi ġiet ippubblikata qabel ma l-COVID-19 infirxet ħafna. Minn dak iż-żmien, il-COVID-19 inbidlet f’pandemija li l-effetti tagħha jeħtieġu malajr kemm jista’ jkun azzjoni urġenti anke f’termini ta’ politiki tas-suq tax-xogħol. Sabiex jiġi limitat it-tixrid tal-marda, ġew stabbiliti miżuri b’mod li qatt ma kien hemm bħalu fl-Istati Membri kollha tal-UE u lil hinn. Il-KESE jqis li hemm bżonn aktar f’termini ta’ azzjoni koordinata. |
|
1.3. |
Il-KESE jinsab konvint li pjan Ewropew ta’ rkupru ekonomiku komprensiv biss jippermetti li l-Istati Membri tal-UE, iċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-ħaddiema tagħha jiffaċċjaw bl-aħjar mod il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u jibnu mill-ġdid ekonomija Ewropea aktar sostenibbli u reżiljenti. Filwaqt li ħadd ma jaf kemm ser iddum għaddejja s-sitwazzjoni straordinarja maħluqa mill-kriżi tal-COVID-19, huwa ċar li l-effetti fuq is-suq tax-xogħol ser ikomplu fuq perjodu estiż. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għall-2020 għandhom, għalhekk, jiġu adattati wkoll biex titqies din is-sitwazzjoni ġdida. |
|
1.4. |
Ix-xokk ekonomiku kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19, diġà rriżulta fi kriżi soċjali u tal-impjiegi, li jista’ jkollha impatt sever u fit-tul fuq is-swieq tax-xogħol Ewropej. F’dan il-kuntest, għal din is-sena jeħtieġ li jitqies li tiġi adottata linja gwida addizzjonali u straordinarja/ta’ emerġenza fil-qasam tal-impjiegi sabiex jiġu ggwidati l-adattamenti meħtieġa tal-politiki dwar l-impjiegi fl-Istati Membri tal-UE biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni bla preċedent. Linja gwida ta’ emerġenza dwar l-impjiegi fid-dawl tal-COVID-19 tista’ tinkludi referenzi għal miżuri temporanji effiċjenti meħtieġa biex jittaffa l-impatt tal-kriżi, bħal skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, appoġġ għall-introjtu, estensjoni tal-paga għall-mard u l-promozzjoni ta’ xogħol remot (filwaqt li tiġi rispettata r-responsabbiltà tal-impjegaturi għas-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati). |
|
1.5. |
Skont il-Linja Gwida 5, l-Istati Membri għadhom imħeġġin irawmu “forom innovattivi ta’ xogħol”. Filwaqt li forom ġodda ta’ xogħol u innovazzjoni jipprovdu opportunitajiet għat-tkabbir, il-KESE diġà enfasizza l-ħafna sfidi assoċjati ma’ dan it-tip ta’ xogħol. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandu jkollhom l-għan li jittraduċu x-xejriet assoċjati ma’ dawn il-forom ġodda ta’ xogħol f’opportunitajiet ta’ impjieg ġust. Is-sejħa biex jiġu stabbiliti pagi ġusti u adegwati, jew permezz ta’ titjib fil-mekkaniżmi tal-pagi minimi statutorji fejn dawn jeżistu jew permezz ta’ negozjar kollettiv, għandha tintlaqa’ tajjeb. L-involviment tal-imsieħba soċjali huwa kruċjali, u huwa pożittiv ħafna li l-Linja Gwida 5 qed tappella lill-Istati Membri biex “jippromwovu d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv bil-għan li jiġu stabbiliti l-pagi”. Fil-konklużjoni tagħha, il-linja gwida għandha f’dan ir-rigward tinkludi proposti biex tissaħħaħ l-effettività tal-ftehimiet kollettivi permezz ta’ titjib fil-kopertura tagħhom. |
|
1.6. |
Fir-rigward tal-Linja Gwida 6 dwar “Insaħħu l-provvista ta’ ħaddiema u ntejbu l-aċċess għall-impjiegi, għall-ħiliet u għall-kompetenzi”, il-KESE japprezza li l-linja gwida tirreferi għal viżjoni globali ta’ kompetenzi allinjati ma’ sistema produttiva li hija sostenibbli. Il-KESE jilqa’ bi pjaċir li l-linji gwida qed jappellaw lill-Istati Membri biex jadattaw u jinvestu fis-sistemi tagħhom ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ biex jipprovdu edukazzjoni ta’ kwalità għolja u inklużiva, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. F’dan ir-rigward, il-KESE jappella għal strateġiji Ewropej u nazzjonali aktar effettivi dwar l-iżgurar ta’ finanzjament sostenibbli għat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-adulti kollha permezz tat-tagħlim tul il-ħajja li jiffoka b’mod partikolari fuq l-għoti ta’ appoġġ effettiv lill-ħaddiema u lill-persuni qiegħda. |
|
1.7. |
Fir-rigward tal-Linja Gwida 7 dwar “Insaħħu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u l-effettività tad-djalogu soċjali”, il-funzjonament tajjeb tad-djalogu soċjali huwa essenzjali għal kwalunkwe politika dwarl-impjiegi, inkluża l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-UE dwar l-impjiegi. Għalhekk, jeħtieġ li jsir aktar biex jiġi ffaċilitat u promoss id-djalogu soċjali, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għamlet avvanzi fl-involviment tas-soċjetà ċivili fil-proċess tas-Semestru Ewropew, u dan għandu jintlaqa’ tajjeb u għandu jkompli jiġi żviluppat. Element wieħed nieqes f’din il-linja gwida huwa l-ħtieġa għal saħħa u sikurezza okkupazzjonali aħjar. Fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19, post tax-xogħol tajjeb għas-saħħa u sikur huwa essenzjali sabiex jiġi miġġieled ir-riskju ta’ infezzjoni u ta’ tixrid tal-virus u mard ieħor. Bħal dejjem, u partikolarment f’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, L-impjegaturi jeħtieġ ikunu responsabbli għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema tagħhom u jipprovdu lilhom u lir-rappreżentanti tagħhom informazzjoni adatta, filwaqt li jagħmlu valutazzjonijiet tar-riskju u jieħdu miżuri ta’ prevenzjoni. L-awtoritajiet pubbliċi, in-negozji, l-impjegati u l-imsieħba soċjali jridu jaqdu rwol sabiex jipproteġu lill-ħaddiema, lill-familja tagħhom u lis-soċjetà b’mod ġenerali. |
|
1.8. |
Il-maġġoranza tal-intrapriżi żgħar u mikro għandhom riżorsi ekonomiċi u maniġerjali limitati, u għalhekk għandhom jiġu pprovduti b’appoġġ prattiku, finanzjarju u mfassal għalihom għall-programmi dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali sabiex jadattaw il-postijiet tax-xogħol, u sabiex jimplimentaw malajr proċeduri u prattiki ġodda biex jipproteġu lill-ħaddiema. L-iseptturi tax-xogħol, l-EU-OSHA (l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol), in-Netwerk Enterprise Europe u l-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali jistgħu joffru appoġġ prattiku – bħal pereżempju għodod, informazzjoni, gwida u pariri li huma kosteffettivi, mingħajr ħlas u li huma faċli biex jintużaw mill-utenti. |
|
1.9. |
Fir-rigward tal-Linja Gwida 8 dwar “Nippromwovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar”, għandhom jiġu miġġielda l-forom kollha ta’ prattiki diskriminatorji. Il-protezzjoni soċjali u l-kura tas-saħħa għandhom jiġu pprovduti lil kulħadd. Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol, kif ukoll it-tixjiħ attiv għal kulħadd, għandhom jiġu appoġġjati b’miżuri xierqa bħall-aċċess għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għal kulħadd. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jikkunsidraw ukoll għanijiet tal-protezzjoni soċjali bħall-kopertura sħiħa u effettiva, l-adegwatezza u t-trasparenza. |
2. Kuntest
|
2.1. |
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jistipula li l-Istati Membri jridu jqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom u l-promozzjoni tal-impjiegi bħala kwistjonijiet ta’ interess komuni u għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom fil-Kunsill (1). L-Artikolu 148 tat-TFUE jipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta linji gwida dwar l-impjiegi. Il-linji gwida jinkwadraw il-kamp ta’ applikazzjoni u d-direzzjoni għall-koordinazzjoni tal-politika tal-Istati Membri u jservu bħala bażi għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-proċess tas-Semestru Ewropew. |
|
2.2. |
Il-linji gwida dwar l-impjiegi u l-linji gwida dwar il-politika ekonomika inizjalment ġew adottati flimkien bħala “pakkett integrat” fl-2010, b’rabta mal-istrateġija Ewropa 2020. Fl-2018, il-linji gwida dwar l-impjiegi ġew allinjati mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-KESE laqa’ dan l-allinjament mill-bidu nett (2), iżda f’din l-Opinjoni kif ukoll f’għadd ta’ opinjonijiet sussegwenti (3) talab li jsir aktar fil-prattika sabiex il-Pilastru jiġi verament sodisfatt u implimentat. |
|
2.3. |
Peress li s-Semestru Ewropew ġie aġġornat sabiex jiġu integrati l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir issa nbidel fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli, u issa huwa propost li jiġu riveduti l-linji gwida dwar l-impjiegi. |
|
2.4. |
Il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward ta’ linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri ġiet adottata fis-26 ta’ Frar 2020, qabel ma bdiet il-koordinazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza biex tittratta t-tifqigħa tal-COVID-19. L-għan immedjat tal-awtoritajiet pubbliċi għandu jkun li jiżguraw il-bilanċ tajjeb bejn li tiġi salvagwardjata s-saħħa pubblika billi jitnaqqas it-tixrid tal-virus u li tinżamm attività ekonomika vitali. |
|
2.5. |
L-ILO wissiet li l-impatti fuq l-impjiegi mill-COVID-19 huwa “profondi, estensivi u mingħajr preċedent” (4) li jistgħu jwasslu għal miljuni ta’ telf ta’ impjiegi, kif ukoll żieda fis-sottoimpjieg u fl-għadd ta’ ħaddiema foqra, u li jaqbżu bil-bosta l-effetti tal-kriżi finanzjarja tal-2008-2009. It-tnaqqis tal-gravità tal-impatt ser jiddependi fuq kemm id-deċiżjonijiet politiċi jittieħdu u jiġu implimentati malajr u b’mod deċiżiv. |
|
2.6. |
Il-KESE jinsab konvint li pjan Ewropew ta’ rkupru ekonomiku komprensiv biss jippermetti li l-Istati Membri tal-UE, iċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-ħaddiema tagħha jiffaċċjaw bl-aħjar mod il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u jibnu mill-ġdid ekonomija Ewropea aktar sostenibbli u reżiljenti (5). L-Istati Membri għandhom jilħqu ftehim rapidu dwar qafas finanzjarju pluriennali (QFP) ġdid, li jnaqqas l-inċertezza rigward il-finanzjament tal-investiment tal-UE mill-2021. |
|
2.7. |
In-negozji u l-ħaddiema f’firxa ta’ setturi ekonomiċi ġew affettwati b’mod drammatiku. Ħafna intrapriżi, b’mod partikolari l-intrapriżi mikro u l-SMEs, huma mhedda b’insolvenza, u miljuni ta’ ħaddiema huma vulnerabbli għat-telf tal-introjtu u s-sensja (6). Bħala medja, madwar 90 % tal-SMEs jirrappurtaw li jkunu ekonomikament affettwati u jistennew żieda fir-rata tal-qgħad f’firxa ta’ bejn it-3 % u l-5 % (7). Huma meħtieġa miżuri mmirati biex jiġu appoġġjati n-negozji u l-impjiegi f’setturi ewlenin li ntlaqtu b’mod partikolari. |
|
2.8. |
Fl-Ewropa u madwar id-dinja, il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa ġustament ġew imfaħħra bħala l-eroj fuq quddiem nett, li qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom biex isalvaw il-ħajjiet u f’ħafna każijiet qegħdin ibatu l-konsegwenzi huma stess. F’xi pajjiżi, dawn, flimkien mal-għalliema, ħaddiema oħra tas-settur pubbliku, indokraturi live-in u indokraturi oħra kienu ssottovalutati u sofrew il-piż tal-miżuri ta’ awsterità wara l-kriżi tal-2008. Għall-ġejjieni, huwa essenzjali li dan l-apprezzament imġedded jiġi tradott b’mod konkret f’termini u kundizzjonijiet imtejba u l-investiment meħtieġ fis-servizzi pubbliċi, u b’mod partikolari fis-sistema ta’ protezzjoni soċjali. |
|
2.9. |
Il-kriżi tal-COVID-19 qed turi wkoll b’mod qawwi l-problemi strutturali eżistenti fis-swieq tax-xogħol Ewropej. L-inugwaljanzi jippersistu bejn il-ħaddiema li jibbenefikaw minn forom ta’ xogħol aktar stabbli u siguri u dawk f’forom aktar prekarji ta’ xogħol. Hija meħtieġa flessibbiltà kemm għall-impjegaturi kif ukoll għall-ħaddiema biex jiġu indirizzati l-bidliet rapidi fid-dinja tax-xogħol u din għandha tkun mirfuda billi jiġu promossi s-sigurtà u l-kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol f’kull forma ta’ impjieg. |
|
2.10. |
Ħafna mill-ħaddiema li tipikament jitqiesu bħala ta’ ħiliet “baxxi” u li jirċievu paga baxxa kienu fil-fatt il-ħaddiema ewlenin li għenu biex id-dinja tagħna ma tieqafx, u spiss poġġew lilhom infushom u ‘l-maħbubin tagħhom f’riskju. |
|
2.11. |
Dawk il-ħaddiema, li diġà huma l-aktar vulnerabbli f’termini ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol u parteċipazzjoni fih, huma f’riskju akbar ta’ esklużjoni. Dan jinkludi n-nisa, iż-żgħażagħ, il-persuni b’diżabilità, u gruppi oħra li jesperjenzaw diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol bħall-migranti u r-Rom. Ċerti ħaddiema, b’mod partikolari n-nisa, jistgħu jiġu mġiegħla jabbandunaw l-impjiegi tagħhom sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta’ indukrar tat-tfal u ta’ membri oħra tal-familja. |
|
2.12. |
It-tħassib ewlieni tal-kumpaniji Ewropej kien li jżommu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq u jżommu l-impjiegi għal miljuni ta’ ħaddiema. Il-kumpaniji u l-imsieħba soċjali qegħdin isibu soluzzjonijiet prammatiċi, bħall-adattament tal-pjani ta’ negozju, l-introduzzjoni ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, it-teleħidma jew alternattivi flessibbli oħra, u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet għal taħriġ mill-bogħod fil-livell tal-kumpaniji. |
|
2.13. |
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, il-koordinazzjoni tal-politiki dwar l-impjiegi tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi adattata biex tindirizza din is-sitwazzjoni ġdida u bla preċedent. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Strument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-virus COVID-19 (8) hija inizjattiva milqugħa tajjeb biex tipprovdi appoġġ immedjat lill-ħaddiema u lin-negozji. Jekk tiġi implimentata malajr, din ser tgħin biex jittaffew l-impatti negattivi fuq l-impjiegi u trawwem il-kundizzjonijiet għal irkupru fil-pront. Filwaqt li ħadd ma jaf kemm ser iddum għaddejja s-sitwazzjoni straordinarja maħluqa mill-kriżi tal-COVID-19, huwa ċar li l-effetti ser ikomplu fuq perjodu estiż. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għall-2020 għandhom, għalhekk, jiġu adattati wkoll biex titqies din is-sitwazzjoni ġdida. |
|
2.14. |
Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom ikunu stabbli fuq perjodu itwal u validi għall-Istati Membri kollha, minħabba ċirkostanzi nazzjonali differenti. Madankollu, minħabba t-tifqigħa attwali tal-COVID-19, li diġà qed turi li ser tinbidel fi kriżi ekonomika u soċjali, b’impatt sever u fit-tul fuq is-swieq tax-xogħol Ewropej, għandu jitqies li din is-sena tiġi adottata linja gwida addizzjonali u straordinarja/ta’ emerġenza dwar l-impjiegi sabiex jiġu ggwidati l-adattamenti meħtieġa tal-politiki dwar l-impjiegi fl-Istati Membri tal-UE biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni bla preċedent. Il-Metodu Miftuħ eżistenti ta’ Koordinazzjoni għandu jittejjeb aktar biex jiġu appoġġjati l-Istati Membri fil-valutazzjoni komparattiva tal-progress għar-riforma u biex itejbu l-prestazzjoni tal-politiki tagħhom dwar l-impjiegi u tas-sistemi nazzjonali tal-protezzjoni soċjali. |
|
2.15. |
Linja gwida ta’ emerġenza dwar l-impjiegi fid-dawl tal-COVID-19 tista’ tinkludi referenzi għal miżuri temporanji effiċjenti meħtieġa biex jittaffa l-impatt tal-kriżi, bħal skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, appoġġ għall-introjtu, estensjoni tal-paga għall-mard, il-posponiment tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi, it-taxxa preliminari fuq is-salarji u t-taxxa fuq il-valur miżjud, u l-promozzjoni ta’ xogħol mill-bogħod (filwaqt li tiġi rispettata r-responsabbiltà tal-impjegaturi għas-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati). |
|
2.16. |
Fl-isfond tal-kriżi tal-COVID-19, il-KESE jqis din l-Opinjoni bħala opportunità biex jitressqu kummenti u rakkomandazzjonijiet dwar kif għandu jiġi indirizzat it-tfixkil bla preċedent tas-swieq tax-xogħol f’għadd dejjem jikber ta’ pajjiżi segwit minn għeluq parzjali tal-ħajja soċjali u ekonomika sabiex tiġi miġġielda l-infezzjoni tal-virus. Din is-sitwazzjoni ser tirrikjedi li l-Istati Membri kollha tal-UE jadattaw il-politiki tagħhom dwar l-impjiegi. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jirreferi għall-Opinjonijiet preċedenti dwar il-linji gwida dwar l-impjiegi u jtenni xi punti validi minnhom:
|
|
3.2. |
Il-KESE jtenni l-ħtieġa li, fit-tfassil tal-politiki sabiex jiġu rregolati s-suq tax-xogħol u d-drittijiet soċjali, id-dimensjonijiet interkonnessi tal-kompetittività, il-produttività u s-sostenibbiltà soċjali, inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema għandhom jiġu integrati mingħajr xkiel. Il-politiki kollha implimentati mill-istituzzjonijiet Ewropej, nazzjonali u lokali għandhom jipprevedu bilanċ xieraq bejn is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali (16). |
|
3.3. |
Il-politiki dwar l-impjieg huma essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-UE kollha kemm hi u tal-Istati Membri tagħha. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom rwol importanti biex ilaqqgħu flimkien il-Kummissjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-impjegaturi u t-trejdjunjins sabiex il-politiki dwar l-impjiegi u s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali jiġu mmodernizzati skont il-kuntest ekonomiku u soċjali li qed jinbidel fl-Ewropa. |
|
3.4. |
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR) jista’ jkun mezz biex jippromovi konverġenza ’l fuq u kundizzjonijiet aħjar tal-għajxien u tax-xogħol fl-UE kollha. Il-futur tas-suq tax-xogħol għandu jkun suġġett ewlieni fid-dibattiti dwar il-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali, li għandu jindirizza t-trasformazzjoni kbira li qed isseħħ, u tinħtieġ strateġija Ewropea koerenti dwar l-impjiegi li tkopri t-temi li ġejjin:
|
|
3.5. |
L-implimentazzjoni effettiva tal-Pilastru fl-Istati Membri ser tkun possibbli biss jekk ikun hemm biżżejjed riżorsi finanzjarji għall-investiment f’politiki soċjali li għandhom l-għan li jimplimentaw id-drittijiet u l-prinċipji permezz ta’ inizjattivi ta’ politika speċifiċi. Għal dan il-għan iridu jaqdu rwol importanti mekkaniżmi bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (17). |
|
3.6. |
B’mod partikolari, il-qgħad jirrappreżenta sfida kbira għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi. L-effetti tal-kriżi tal-COVID-19 jitolbu aktar sforzi għal politiki attivi tas-suq tax-xogħol milli f’ċirkostanzi normali. Jeħtieġ li jsir aktar kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali. |
|
3.7. |
Skont il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-linji gwida dwar l-impjiegi jistgħu jkunu għodda importanti għall-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri biex jittaffa l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19 fuq perjodu qasir, u biex joħorġu mill-kriżi mingħajr ma jdgħajfu d-drittijiet tax-xogħol jew jitilfu l-kompetittività. Dan jista’ jiġi kkoordinat fil-qafas tas-Semestru Ewropew. Għal-linji gwida dwar l-impjiegi, għandu jkun prijorità li jiġi promoss id-djalogu soċjali. Għandu jiġi żgurat djalogu soċjali b’saħħtu fil-livelli kollha sabiex jiġu indirizzati l-effetti tal-kriżi b’mod sostenibbli, kemm ekonomikament kif ukoll soċjalment. |
|
3.8. |
Iż-żamma tal-impjiegi flimkien ma’ xogħol b’ħinijiet iqsar ikkumpensat tajjeb huma b’dan il-mod aħjar mis-sensji kemm għall-impjegaturi kif ukoll għall-impjegati. Il-promozzjoni mifruxa mal-UE kollha u l-appoġġ finanzjarju ta’ tali strumenti tas-suq tax-xogħol ikunu kontribut importanti biex jistabilizzaw il-ħajja ekonomika u soċjali f’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali. |
|
3.9. |
F’dan il-kuntest, il-KESE laqa’ l-istabbiliment ta’ SURE (18), l-istrument imħabbar mill-Kummissjoni tal-UE u żviluppat biex jappoġġja finanzjarjament l-arranġamenti tax-xogħol b’ħinijiet iqsar, mekkaniżmi ta’ kumpens għat-telf ta’ introjtu u miżuri simili, li għandhom l-għan li jipprevjenu l-qgħad wara t-tifqigħa tal-COVID-19. |
|
3.10. |
Fir-rigward tal-linji gwida għall-Istati Membri dwar kif għandu jiġi applikat dan l-istrument, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex tal-anqas tiżgura li a) l-Istati Membri kollha jistabbilixxu xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili, b) miżuri bħal dawn għandhom ikopru lill-ħaddiema, ‘is-setturi u ‘l-kumpaniji kollha, c) il-pagamenti jsiru biss lil kumpaniji li jsaħħu l-isforzi biex jevitaw sensji, u d) l-imsieħba soċjali jkunu involuti bis-sħiħ fit-tfassil, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-iskemi, fil-livell nazzjonali, settorjali u tal-kumpaniji u għandu jiġi allokat biżżejjed finanzjament mill-UE biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jimplimentaw il-miżuri meħtieġa. |
|
3.11. |
Fid-Dikjarazzjoni Konġunta reċenti tagħhom dwar il-COVID-19 (19), l-imsieħba soċjali Ewropej iħeġġu li għandhom isiru l-isforzi kollha biex jgħinu lill-ħaddiema, ‘l-intrapriżi, ‘l-attivitajiet ekonomiċi u lis-servizzi pubbliċi biex jissopravvivu l-kriżi, sabiex ikunu jistgħu jerġgħu lura għall-attivitajiet tagħhom meta tintemm il-kriżi, biex sadanittant iżommu l-ħaddiema fl-impjiegi tagħhom, biex jipproteġuhom kontra l-qgħad u t-telf ta’ introjtu, u biex jittaffa t-telf finanzjarju. |
|
3.12. |
L-imsieħba soċjali jħeġġu lill-gvernijiet japprovaw b’mod partikolari miżuri li jipprevedu:
|
|
3.13. |
L-Istati Membri għandhom jinvolvu lill-imsieħba soċjali nazzjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri nazzjonali. |
|
3.14. |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ finanzjarju jasal għand l-intrapriżi, speċjalment it-tipi kollha ta’ SMEs, u l-ħaddiema kollha, inklużi dawk b’impjiegi prekarji li huma l-aktar vulnerabbli. |
|
3.15. |
Il-pjan tal-Kummissjoni li tapplika l-flessibbiltà fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli fiskali u tal-Għajnuna mill-Istat huwa essenzjali għall-appoġġ lis-servizzi pubbliċi, li ma baqagħlhomx aktar riżorsi, kif ukoll il-kumpaniji u l-ħaddiema milquta mill-kriżi. |
|
3.16. |
Il-fondi tal-UE investiti fil-protezzjoni tal-ħaddiema u l-intrapriżi kontra l-agħar effetti tal-kriżi għandhom ikunu addizzjonali għall-infiq tal-Istati Membri. |
|
3.17. |
L-Ewropa trid turi responsabbiltà, solidarjetà u effiċjenza biex tiffaċċja din l-emerġenza, billi tipproteġi liċ-ċittadini, lill-ħaddiema u lill-intrapriżi affettwati kollha tagħha. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom rwol ta’ direzzjoni li huwa importanti wkoll waqt il-kriżi tal-COVID-19, meta l-miżuri fuq medda qasira ta’ żmien huma dawk li jingħataw l-akbar attenzjoni. Il-perspettiva fit-tul m’għandhiex tintesa anke fi żminijiet ta’ urġenza, jiġifieri li jsiru sforzi għal konverġenza sostenibbli ’l fuq. |
4.2. Linja gwida 5: Nagħtu spinta lid-domanda għax-xogħol
|
4.2.1. |
Minn perspettiva fit-tul, il-linja gwida ma tipprovdix miżuri effettivi biex tingħata spinta lid-domanda għax-xogħol. Il-miżuri kollha proposti jirreferu għal ostakli għad-dħul għan-negozji u għal bidliet fit-taxxa biex jitnaqqas il-piż fiskali fuq ix-xogħol. Din il-proposta hija għal żmien qasir u ma tikkunsidrax l-implikazzjonijiet politiċi tat-tnaqqis tal-kapaċità finanzjarja tal-istat. |
|
4.2.2. |
Skont il-Linja Gwida 5, l-Istati Membri għadhom imħeġġin irawmu “forom innovattivi ta’ xogħol”. Filwaqt li forom ġodda ta’ xogħol u innovazzjoni jipprovdu opportunitajiet għat-tkabbir, il-KESE diġà enfasizza l-ħafna sfidi assoċjati ma’ dan it-tip ta’ xogħol. Il-linji gwida għall-impjieg għandu jkollhom l-għan li jittraduċu x-xejriet assoċjati ma’ dawn il-forom ġodda ta’ impjieg f’opportunitajiet ta’ impjieg ġusti abbażi ta’ bilanċ bejn tranżizzjonijiet bla xkiel fis-swieq tax-xogħol u dispożizzjonijiet adatti għas-sigurtà tal-ħaddiema (20). |
|
4.2.3. |
Is-sejħa biex jiġu stabbiliti pagi ġusti, jew permezz ta’ titjib fil-mekkaniżmi tal-pagi minimi statutorji fejn dawn jeżistu jew permezz ta’ negozjar kollettiv, għandha tintlaqa’ tajjeb. L-involviment tal-imsieħba soċjali huwa kruċjali, u huwa pożittiv ħafna li l-linji gwida qed jitolbu lill-Istati Membri biex “jippromwovu d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv bil-għan li jiġu stabbiliti l-pagi”. Il-KESE bħalissa qed iħejji Opinjoni dwar il-pagi minimi deċenti (21). |
|
4.2.4. |
Iċ-ċaqliq tat-tassazzjoni lil hinn mix-xogħol lejn sorsi oħra fil-Linji Gwida huwa milqugħ tajjeb, u anke l-ispeċifikazzjoni l-ġdida. Madankollu, hemm bżonn ta’ aktar ċarezza dwar sorsi possibbli oħrajn. Il-KESE adotta Opinjonijiet li għandhom fil-mira tagħhom kwistjonijiet bħall-ippjanar aggressiv tat-taxxa, il-frodi u l-evażjoni (22). |
|
4.2.5. |
Fil-konklużjoni tagħha, din il-linja gwida għandha tinkludi proposti biex isaħħu l-effettività ta’ ftehimiet kollettivi permezz ta’ titjib fil-kopertura tagħhom. Fl-istess ħin huwa prerekwiżit u importanti ferm li jiġu rispettati bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif ukoll ir-rwol awtonomu tal-imsieħba soċjali (23). |
4.3. Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista ta’ ħaddiema u ntejbu l-aċċess għall-impjiegi, għall-ħiliet u għall-kompetenzi
|
4.3.1. |
Huwa tajjeb li l-linja gwida tirreferi għal viżjoni globali ta’ kompetenzi allinjati ma’ sistema produttiva li hija sostenibbli. Il-KESE jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-linji gwida qed jappellaw lill-Istati Membri biex jadattaw u jinvestu fis-sistemi tagħhom ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ biex jipprovdu edukazzjoni ta’ kwalità għolja u inklużiva, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. |
|
4.3.2. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet ipprovduti mill-fondi tal-UE, li għandhom jiġu msaħħin ukoll b’riżorsi nazzjonali. Il-KESE jappella għal strateġiji Ewropej u nazzjonali aktar effettivi dwar l-iżgurar ta’ finanzjament sostenibbli għal taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet tal-adulti kollha, b’attenzjoni, b’mod partikolari, fuq l-għoti ta’ appoġġ effettiv lil ħaddiema u lil persuni qiegħda minn servizzi pubbliċi tal-impjiegi, kumpaniji, kontijiet ta’ taħriġ individwali u minn prattiki oħrajn użati fil-livelli nazzjonali. Minħabba l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19, jistgħu jkunu meħtieġa miżuri immedjati sabiex jadattaw il-provvista ta’ ħaddiema għall-bżonnijiet u t-talbiet attwali, pereżempju billi kumpaniji fis-settur tas-servizzi jisilfu l-persunal temporanjament lis-settur tal-kura tas-saħħa. |
|
4.3.3. |
Il-KESE jissuġġerixxi lill-Kummissjoni Ewropea tkun aktar ambizzjuża fit-tfassil ta’ indikaturi u punti ta’ riferiment għall-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti u għall-aċċess għat-taħriġ tal-impjegati, kif ukoll fit-tfassil ta’ indikaturi relatati mal-investiment pubbliku u privat fl-ETV, u fil-Linja gwida tal-Impjiegi 6 għandu jiġi kkunsidrat u jiddaħħal bħala rekwiżit id-dritt tal-ħaddiema għal liv bi ħlas għal skopijiet ta’ taħriġ (24). |
|
4.3.4. |
It-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet se jkunu ingredjent ewlieni sabiex is-swieq tax-xogħol jiġu adattati matul iż-żmien tal-kriżi tal-COVID-19 iżda wkoll biex ikun żgurat li l-Ewropa toħroġ minnha aktar b’saħħitha u aktar kompetittiva. L-Istati Membri għandhom jibnu jew isaħħu mekkaniżmi u sistemi ta’ appoġġ għat-tranżizzjoni tax-xogħol, bl-appoġġ mill-Fond Soċjali Ewropew. L-għan ta’ tali mekkaniżmi huwa li jinħolqu mezzi lura għall-impjiegi, biex jiġu pprevenuti s-sensji li jwasslu għal qgħad fit-tul, iżda wkoll biex jinfetħu perkorsi għal impjiegi ġodda u diversi proċessi ta’ ħolqien ta’ impjiegi. |
|
4.3.5. |
Għarfien aħjar dwar in-natura li tinbidel tax-xogħol u tar-relazzjonijiet ta’ impjieg fl-era diġitali għandu jwassal għal politika tal-UE dwar l-impjiegi aktar effettiva. Il-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal sitwazzjoni fejn aktar nies minn qatt qabel qegħdin fuq telexogħol. It-telexogħol mhuwiex adattat għaċ-ċirkustanzi kollha jew għat-tipi kollha ta’ pożizzjonijiet, iżda jekk it-telexogħol jiġi pprattikat b’mod korrett, jista’ jkun komponent importanti tar-rispons biex tingħata flessibbiltà fil-ħinijiet tax-xogħol li tgħin lill-ħaddiema jiksbu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u fl-interessi tal-kumpaniji. Huwa essenzjali li jiġu żgurati arranġamenti xierqa ta’ saħħa u sikurezza kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll fir-rigward tal-kundizzjonijiet għat-telexogħol, inkluż ir-rispett tal-limiti ta’ ħin ta’ xogħol. Huma meħtieġa wkoll aktar riċerka u investiment għal miżuri li jindirizzaw riskji ġodda u emerġenti, inkluż stress u riskji psikosoċjali oħrajn. |
|
4.3.6. |
Sabiex jinkiseb litteriżmu diġitali sħiħ għall-għalliema u l-istudenti kollha, kif ukoll għall-Ewropej kollha, inklużi dawk f’żoni marġinalizzati, hemm bżonn fondi pubbliċi adatti u persunal tekniku kompetenti. Huwa essenzjali li dawk li huma esposti għar-riskju jkunu garantiti l-aċċess għall-Internet u għal taħriġ biex jiksbu l-kompetenzi diġitali, u jingħataw l-opportunità biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jkollhom aċċess għas-servizzi soċjali. |
|
4.3.7. |
Il-KESE diġà enfasizza l-ħtieġa li jiġi salvagwardjat id-dħul deċenti matul it-taħriġ. L-istrumenti użati f’ċerti Stati Membri tal-UE għandhom jiġu eżaminati wkoll bil-ħsieb li l-prattika tajba fil-qasam ta’ standards minimi dwar id-drittijiet għal liv edukattiv issir prattika standard fl-Istati Membri l-oħrajn. |
|
4.3.8. |
Rigward il-kwistjonijiet ta’ appoġġ għal dawk qiegħda u fid-dawl tal-għadd akbar ta’ ħaddiema li ilhom qiegħda għal żmien twil, il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jindirizzaw il-ħtieġa li tittieħed azzjoni bikrija biex jiġi evitat l-effett negattiv fit-tul fuq l-individwi li jinħoloq meta jkunu barra mis-suq tax-xogħol għal tul ta’ żmien. Il-kopertura u l-livell tal-benefiċċji tal-qgħad jeħtieġ li jkunu biżżejjed. Xi sistemi nazzjonali huma riġidi wisq fir-rigward tal-kwalifiki, u r-rimborż huwa baxx wisq. F’dan ir-rigward, il-KESE reċentement sejjaħ għal azzjonijiet Ewropej favur standards minimi għall-iskemi nazzjonali tal-qgħad (25). |
|
4.3.9. |
Fil-proċess biex jiġu ffaċilitati l-opportunitajiet ta’ impjieg f’kull tip ta’ xogħol, it-tqegħid ta’ impjiegi ta’ kwalità fuq l-aġenda għandu jkun fil-qalba tal-viżjoni fit-tul dwar l-impjiegi tal-UE. |
4.4. Linja gwida 7: Insaħħu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u l-effettività tad-djalogu soċjali
|
4.4.1. |
L-appell għal ħidma favur kundizzjonijiet trasparenti u prevedibbli, biex jiġu evitati s-segmentazzjoni u l-impjieg prekarju, u biex titrawwem it-tranżizzjoni lejn kuntratti indefiniti huwa sinjal pożittiv. L-istess japplika għat-tisħiħ u t-titjib tal-kapaċità tal-imsieħba soċjali biex jinnegozjaw kollettivament. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jimmiraw ukoll biex jippromwovu kopertura ta’ negozjar kollettiv u biex jiżguraw li l-ħaddiema kollha jkollhom id-dritt li jorganizzaw u li jkollhom aċċess liberu għar-rappreżentanza minn trejdjunjin. |
|
4.4.2. |
F’din il-linja gwida, id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-soluzzjoni ta’ tilwim b’mod imparzjali għandu jkollhom applikazzjoni ġenerali minflok sempliċement japplikaw għal “sensji inġusti”. Madankollu għandhom jiġu rispettati d-drittijiet tal-partijiet li jużaw il-qrati meta tkun falliet soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (26). |
|
4.4.3. |
Elementi pożittivi oħrajn tal-Proposta tal-Kummissjoni, meta mqabbla mal-linji gwida attwali dwar l-impjiegi, huma l-enfasi fuq kundizzjonijiet ġusti għall-ħaddiema mobbli, u referenzi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u biex jintemm il-faqar fost dawk li jaħdmu. Se jkun importanti għall-Istati Membri li jqisu l-ħaddiema mobbli, inklużi l-ħaddiema fruntalieri, meta jimplimentaw miżuri, bħall-għeluq tal-fruntieri, biex itaffu l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19. |
|
4.4.4. |
Element wieħed nieqes f’din il-linja gwida huwa l-ħtieġa għal saħħa u sikurezza okkupazzjonali aħjar. Fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19, post tax-xogħol tajjeb għas-saħħa u sikur huwa essenzjali sabiex jiġi miġġieled ir-riskju li persuna tkun infettata u xxerred il-virus u mard ieħor. L-impjegaturi jeħtieġ ikunu responsabbli għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema tagħhom u jipprovdu lilhom u lir-rappreżentanti tagħhom informazzjoni adatta, filwaqt li jagħmlu valutazzjonijiet tar-riskju u jieħdu miżuri ta’ prevenzjoni. L-awtoritajiet pubbliċi, in-negozji, l-impjegati u l-imsieħba soċjali jridu jaqdu rwol sabiex jipproteġu lill-ħaddiema, lill-familja tagħhom u lis-soċjetà b’mod ġenerali. Biex jittejjeb il-funzjonament tas-swieq tax-xogħol, l-Istati Membri għandhom jinvestu fis-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, u għandhom jiżguraw mezzi u dispożizzjonijiet adatti għall-ispettorati tax-xogħol jew għar-rappreżentanti tat-trejdjunjins tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà, u appoġġ lill-impjegaturi. |
|
4.4.5. |
Il-maġġoranza tal-intrapriżi żgħar u mikro għandhom riżorsi ekonomiċi u maniġerjali limitati, u għalhekk għandhom jiġu pprovduti b’appoġġ prattiku, finanzjarju u mfassal għalihom għall-programmi dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali sabiex jadattaw il-postijiet tax-xogħol, u sabiex jimplimentaw malajr proċeduri u prattiki ġodda biex jipproteġu lill-ħaddiema. L-iseptturi tax-xogħol, l-EU-OSHA (l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol), in-Netwerk Enterprise Europe u l-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali jistgħu joffru appoġġ prattiku – bħal pereżempju għodod, informazzjoni, gwida u pariri li huma kosteffettivi, mingħajr ħlas u li huma faċli biex jintużaw mill-utenti. |
|
4.4.6. |
Il-KESE jissuġġerixxi li għandu jsir aktar biex jiġi promoss il-bini tal-kapaċità għall-imsieħba soċjali fid-djalogu soċjali, biex jiġi pprovdut investiment fi strutturi li jappoġġjaw id-djalogu soċjali u li jippromovu proċeduri li jrawmu d-djalogu soċjali. Hemm pajjiżi bi djalogu soċjali inqas żviluppat u tabilħaqq dawk li għadhom iġarrbu tfixkil f’dan il-qasam minħabba l-kriżi. Aħna nilqgħu l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex iżżid il-kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Minħabba ċ-ċentralità tad-djalogu soċjali fit-twettiq tal-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali u fl-implimentazzjoni tal-linji gwida għall-impjieg u tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż, il-KESE jtenni t-talba tiegħu li dan ikun preżenti fl-Istati Membri kollha u jħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha fil-livell nazzjonali u Ewropew biex isaħħu l-istrutturi tan-negozjar kollettiv fil-livelli kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għamlet avvanzi fl-involviment tas-soċjetà ċivili fir-rappurtar speċifiku għall-pajjiż, u dan għandu jintlaqa’ bi pjaċir u għandu jkompli jiġi żviluppat. |
4.5. Linja gwida 8: Nippromwovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar
|
4.5.1. |
Il-kopertura tal-protezzjoni soċjali hija indirizzata fid-dawl tal-isfida demografika u l-ħtieġa li l-ħaddiema jibqgħu jaħdmu aktar fit-tul. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jikkunsidraw ukoll għanijiet bħall-kopertura sħiħa u effettiva, l-adegwatezza u t-trasparenza. |
|
4.5.2. |
L-ugwaljanza bejn is-sessi tista’ tinkiseb biss billi tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa f’kull livell tas-suq tax-xogħol, kemm f’termini ta’ rati ta’ impjieg kif ukoll billi tiżdied il-medja tas-sigħat tax-xogħol tan-nisa. Huma meħtieġa aktar miżuri biex jiġu indirizzati l-ostakli għall-impjieg tan-nisa, bħal pereżempju n-nuqqas ta’ kura affordabbli u aċċessibbli, u miżuri biex tiġi eliminata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa. Biex isir dan, jeħtieġ li diversi ostakli strutturali jiġu indirizzati fil-livelli Ewropej u nazzjonali, inkluż investiment akbar f’servizzi pubbliċi ta’ kwalità u miżuri li jindirizzaw it-trasparenza fil-pagi. L-intraprenditorija tista’ tkun opportunità għall-indipendenza ekonomika tan-nisa b’impjiegi ta’ kwalità, għal karrieri ta’ suċċess, għall-ħruġ tan-nisa mill-faqar u l-esklużjoni soċjali, u biex jingħata kontribut għal rappreżentanza aktar bilanċjata bejn il-ġeneri fit-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
4.5.3. |
Għall-persuni b’diżabilità, huwa partikolarment importanti li l-aċċess għas-suq tax-xogħol jiġi ffaċilitat billi jiġu indirizzati prattiki diskriminatorji. Għandu jingħata appoġġ adatt mis-servizzi tal-impjieg u permezz ta’ kampanji pubbliċi biex jindirizzaw il-preġudizzju u jippromovu n-nondiskriminazzjoni kontra persuni b’diżabilità. Fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi fir-rigward tad-diżabilità, jeħtieġ li wieħed jirreferi għall-għajxien indipendenti kif ukoll għall-aċċessibbiltà. |
|
4.5.4. |
Sabiex jiġi żgurat aċċess għall-kura tas-saħħa għal kulħadd, jeħtieġ li tingħata attenzjoni għall-ħtieġa ta’ provvista sostenibbli, effiċjenti, affordabbli u aċċessibbli ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità u finanzjament adatt għal persunal tal-kura tas-saħħa mħarreġ tajjeb. |
|
4.5.5. |
Fir-rigward tat-tixjiħ attiv, huma meħtieġa proposti konkreti biex tiġi evitata l-promozzjoni ta’ politiki inadatti għal ħaddiema anzjani. Kif maqbul mill-imsieħba soċjali Ewropej fil-Ftehim Qafas Awtonomu dwar it-tixjiħ attiv u approċċ interġenerazzjonali (27), it-tixjiħ attiv huwa kwistjoni ta’ ottimizzazzjoni tal-opportunitajiet għall-ħaddiema ta’ kull età biex jaħdmu f’kundizzjonijiet ta’ kwalità tajba, produttivi u sani sal-età legali tal-irtirar, abbażi ta’ impenn reċiproku u motivazzjoni tal-impjegaturi u tal-ħaddiema. |
|
4.5.6. |
F’dan ir-rigward, f’għadd ta’ Opinjonijiet, il-KESE enfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi promossa s-solidarjetà interġenerazzjonali li tkun akkumpanjata minn politiki effettivi ta’ tkabbir u impjiegi. Għandna bżonn politika reali dwar “tixjiħ attiv”, kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, politiki dwar is-saħħa u s-sigurtà u l-ħinijiet tax-xogħol, u żieda fil-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja. Għandna bżonn ukoll nagħtu spinta lir-rati ta’ impjieg għal nies imdaħħla fiż-żmien, li spiss ikollhom jieqfu mix-xogħol kmieni minħabba l-problemi ta’ saħħa, l-intensità tax-xogħol, is-sensji qabel iż-żmien, u n-nuqqas ta’ opportunitajiet għal taħriġ jew dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol (28). |
Brussell, is-7 ta’ Mejju 2020.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Luca JAHIER
(1) L-Artikolu 146(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(2) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 57.
(4) Ara d-dokument ILO Monitor 2nd edition: COVID-19 and the world of work (It-tieni edizzjoni tal-ILO Monitor: Il-COVID-19 u d-dinja tax-xogħol) mhux disponibbli bil-Malti.
(5) Ara Id-dikjarazzjoni tal-KESE dwar “Ir-rispons tal-UE għat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-ħtieġa għal solidarjetà bla preċedent fost l-Istati Membri”
(6) Ara SMEunited “A view on the COVID impact on and support measures for SMEs” (Ħarsa lejn l-impatt tal-COVID fuq l-SMEs u l-miżuri ta’ appoġġ għalihom); BusinessEurope “Vidjokonferenza tal-membri tal-Kunsill Ewropew nhar it-23 ta’ April 2020 – Ittra mingħand Pierre Gattaz u Markus J. Beyrer lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel”.
(7) SMEunited “A view on the COVID impact on and support measures for SMEs” (Ħarsa lejn l-impatt tal-COVID fuq l-SMEs u l-miżuri ta’ appoġġ għalihom).
(8) COM (2020) 139 final.
(9) ĠU C 282, 20.8.2019, p. 32, punt 3.1.4.
(10) ĠU C 282, 20.8.2019, p. 32 punt 1.7.
(11) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 57, punti 1.3 u 4.3.
(12) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 57, punt 1.13.
(13) ĠU C 282, 20.8.2019, p. 32, punt 3.3.1.
(14) ĠU C 282, 20.8.2019, p. 32, punt 3.4.1.
(15) ĠU C 81, 2.3.2018, p. 145.
(16) ĠU C 282, 20.8.2019, p. 32 punt 1.3.
(17) ĠU C 282, 20.8.2019, p. 32, punt 3.5.5.
(18) Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19.
(19) European Social Partners joint statement on COVID-19 (Dikjarazzjoni konġunta dwar il-COVID19 mill-imsieħba soċjali Ewropej) mhux disponibbli bil-Malti.
(20) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 57 punt 5.1.
(21) L-Opinjoni KESE dwar pagi minimi deċenti fl-Ewropa kollha (għadha qed titħejja).
(22) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 57; ĠU C 129, 11.4.2018, p. 1.
(23) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 57 punt 5.5.
(24) L-Opinjoni KESE dwar il-finanzjament sostenibbli tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-iżvilupp tal-ħiliet, fil-kuntest ta’ nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati (Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Kroata), (SOC/629) (ara paġna 8 ta’ dan il-ĠU).
(25) ĠU C 97, 24.3.2020, p. 32.
(26) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 57 punt 5.9.
(27) European social partners' autonomous framework agreement on active ageing and an inter-generational approach (Ftehim qafas awtonomu tal-imsieħba soċjali Ewropej dwar it-tixjiħ attiv u approċċ interġenerazzjonali (mhux disponibbli bil-Malti).
(28) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 57, punt 5.9 u l-Opinjoni dwar “Id-dinja tax-xogħol li qed tinbidel u l-lonġevità/il-popolazzjoni li qed tixjieħ – Il-prekundizzjonijiet biex il-ħaddiema li qed jixjieħu jibqgħu attivi fid-dinja tax-xogħol il-ġdida” (ĠU C 14, 15.1.2020, p. 60).
|
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/29 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 (UE), (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikabbiltà tagħhom fis-sena 2021
(COM(2019) 581 — 2019/0254 (COD))
(2020/C 232/04)
|
Relatur uniku: |
Arnold PUECH D’ALISSAC |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill, 22.11.2019 Parlament Ewropew, 25.11.2019 |
|
Bażi legali |
Artikolu 43(2) u Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adottata fis-sezzjoni |
6.3.2020 |
|
Adottata fil-plenarja |
7.5.2020 |
|
Sessjoni plenarja |
551 — Sessjoni Plenarja Mill-Bogħod |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
254/0/7 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jifraħ lill-Kummissjoni għall-proposta tagħha ta’ sena ta’ tranżizzjoni għall-PAK (l-ewwel u t-tieni pilastru) fl-2021: sena mingħajr l-għajnuna diretta tal-ewwel pilastru kienet twassal għal defiċit qalb il-bdiewa kollha, sena mingħajr l-għajnuna tat-tieni pilastru kienet twaqqaf l-impenji għal għanijiet ambjentali jew klimatiċi għoljin u kienet tipposponi l-investimenti fil-modernizzazzjoni. |
|
1.2. |
Skont il-proposta tal-Kummissjoni, il-perjodu tranżitorju li jibda fl-1 ta’ Jannar 2021 għandu jdum sena. Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li jiġi introdott mekkaniżmu flessibbli biex dan il-perjodu jittawwal b’sena oħra, li għandu jiġi attivat awtomatikament sakemm il-baġit fit-tul tal-UE (QFP) u l-Politika Agrikola Komuni ma jiġux miftiehma u approvati sat-30 ta’ Ottubru 2020. |
|
1.3. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-kundizzjonijiet biex tingħata l-għajnuna bejn l-2020 u l-2021 jinżammu, minħabba li l-kundizzjonalitajiet u l-ekoloġizzazzjoni huma diġà taħt kontroll mill-bdiewa tal-UE. |
|
1.4. |
Il-KESE jwissi dwar id-data ta’ skadenza tal-1 ta’ Awwissu 2020 għan-notifika ta’ bidliet. Fil-fatt, ftehim tard wisq dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 jista’ ma jippermettix li d-deċiżjonijiet meħtieġa fil-livell nazzjonali jittieħdu fil-ħin. |
|
1.5. |
Il-Kummissjoni tagħti prova ta’ ċarezza billi tirregola d-drittijiet għal pagament bażiku fl-għadd u fil-valur. |
|
1.6. |
Il-konverġenza tad-drittijiet għal pagament bażiku tibqa’ fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, f’applikabbiltà tajba tas-sussidjarjetà. |
|
1.7. |
Il-possibbiltà li jiġu estiżi b’sena l-Programmi ta’ Żvilupp Rurali għandha tiġi akkumpanjata mill-possibbiltà li jintużaw il-fondi kollha tat-tieni pilastru li ma ġewx ikkunsmati għall-perjodu 2014-2020 lil hinn mill-2020. |
|
1.7.1. |
Il-Kumitat jenfasizza b’mod partikolari l-ħtieġa urġenti għall-konsum rapidu tat-tieni pilastru sabiex jiġi żgurat l-irkupru tal-attività wara l-kriżi kkawżata mill-COVID-19. Dan għandu jinkludi l-appoġġ għas-sistemazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ, ktajjen tal-provvista popolari ħafna matul il-kriżi, il-produzzjoni kollettiva u l-azzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kif ukoll l-agrituriżmu. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għar-reġjuni ultraperiferiċi, insulari, muntanjużi u iżolati li jiddependu ħafna mit-turiżmu. |
|
1.8. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-miżuri pluriennali tat-tieni pilastru (miżuri għall-biedja organika, miżuri agroambjentali u klimatiċi) jiġu estiżi b’sena, iżda jitlob li l-perjodu ta’ impenn tagħhom jittawwal għal ħames snin bħal fil-perjodu 2014-2020. Il-proposta biex jiġi limitat għal tliet snin se tkun sors ta’ burokrazija żejda, u bl-ebda mod ma tibbenefika l-ambjent. |
2. Elementi kuntestwali
|
2.1. |
Il-programmazzjoni baġitarja assoċjata ma’ din il-PAK tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Jekk ir-regolamenti ta’ din il-PAK mhumiex limitati b’mod formali fiż-żmien, in-nuqqas ta’ allokazzjoni baġitarja assoċjata tagħmilhom inapplikabbli. Barra minn hekk, il-proposti leġislattivi li jiddefinixxu l-PAK għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss (2021-2027) għadhom qegħdin jiġu negozjati u x’aktarx mhumiex se jiġu adottati fil-ħin biex tiġi permessa l-implimentazzjoni ta’ din il-PAK il-ġdida fl-1 ta’ Jannar 2021. Fil-fatt, l-implimentazzjoni ta’ pjani strateġiċi li ġejjin mill-PAK, li bħalissa qegħdin jiġu abozzati f’kull Stat Membru, se tibda mhux aktar kmieni mill-1 ta’ Jannar 2022. Għalhekk, din is-sitwazzjoni teħtieġ Regolament tranżizzjonali għas-sena 2021. |
|
2.2. |
Skont il-proposta tal-Kummissjoni, il-perjodu tranżitorju li jibda fl-1 ta’ Jannar 2021 għandu jdum sena. Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li jiġi introdott mekkaniżmu flessibbli biex dan il-perjodu jittawwal b’sena oħra, li għandu jiġi attivat awtomatikament sakemm il-baġit fit-tul tal-UE (QFP) u l-Politika Agrikola Komuni ma jiġux miftiehma u approvati sat-30 ta’ Ottubru 2020. |
|
2.3. |
Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qiegħda taħdem fuq test bħal dan, għajr il-punti li ġejjin:
|
|
2.4. |
Dan ir-Regolament jestendi u jemenda r-regolamenti eżistenti fil-marġini, b’mod partikolari biex jipprovdi għall-pakketti baġitarji assoċjati mal-miżuri hekk estiżi. Dan jemenda r-regolamenti li ġejjin:
|
|
2.5. |
Il-baġit hekk previst għall-2021 se jkun konsistenti ma’ dak li jkun ġie stabbilit fil-proposta ta’ Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027, li għadha ma laħqitx kunsens fil-Kunsill u għalhekk ma ġietx ivvutata mill-Parlament Ewropew (m’hemm l-ebda emenda possibbli). Dawn huma l-proposti tal-Kummissjoni:
|
3. Notifiki li għandhom isiru
|
3.1. |
Mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tranżizzjonali:
|
|
3.2. |
Mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tranżizzjonali:
|
|
3.3. |
Mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2020:
|
|
3.4. |
Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020:
|
|
3.5. |
Distribuzzjoni tal-limitu massimu tal-FAEG bejn l-għajnuniet differenti tal-ewwel pilastru: |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw għas-sena 2021 l-allokazzjoni tal-baġit għal kull għajnuna mill-ewwel pilastru, għajr għall-ekoloġizzazzjoni li tibqa’ stabbilita għal 30 % mill-ewwel pilastru; l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari l-possibbiltà li kull sena jirrevedu l-porzjon tal-FAEG allokat għall-pagament ridistributtiv u l-għajnuna akkopjata volontarja.
|
3.6. |
Tnaqqis ta’ pagamenti diretti:
|
|
3.7. |
Għadd u valur tad-drittijiet għal pagament bażiku:
|
|
3.8. |
Konverġenza tad-drittijiet għal pagament bażiku: |
Sabiex jitkompla l-proċess ta’ konverġenza skont dan il-“mudell mina” bl-għan ta’ distribuzzjoni aktar ekwa tal-pagamenti diretti, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jwettqu konverġenza tal-valuri tad-drittijiet għal pagament bażiku lejn medja nazzjonali jew reġjonali wara l-2019 minflok ma jmorru għal rata fissa uniformi jew iżommu l-valur tad-drittijiet għal pagament bażiku fil-livell tagħhom tal-2019. Ir-Regolament ta’ tranżizzjoni jobbliga lill-Istati Membri jinnotifikaw kull sena d-deċiżjoni tagħhom ta’ konverġenza għas-sena ta’ wara. Dan se jkun il-każ għall-2020 u l-2021. Fil-każ li titkompla l-konverġenza interna fl-2020, id-drittijiet għal pagament bażiku miżmuma mill-bdiewa fil-31 ta’ Diċembru 2019, u li jkollhom valur taħt il-medja nazzjonali jew reġjonali, se jibbenefikaw minn żieda fil-valur tagħhom għas-sena 2020. Sabiex tiġi ffinanzjata din iż-żieda, se jitnaqqsu d-drittijiet għal pagament bażiku miżmuma mill-bdiewa fil-31 ta’ Diċembru 2019 u li jkollhom valur ’il fuq mill-medja nazzjonali jew reġjonali. Mekkaniżmu bħal dan huwa wkoll possibbli għall-2021.
|
3.9. |
Skema ta’ pagament uniku skont l-erja (SPUE):
|
|
3.10. |
Ftehim ta’ sħubija: il-ftehim ta’ sħubija tal-Istati Membri, li jiddefinixxi l-bażi komuni ta’ intervent tal-erba’ fondi Ewropej, inkluż il-FAEŻR, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, għandu jibqa’ d-dokument qafas strateġiku għas-sena 2021. |
|
3.11. |
Estensjoni tal-Programmi ta’ Żvilupp Rurali reġjonali 2014-2020 għas-sena 2021:
|
|
3.12. |
Konsegwenzi ta’ estensjoni tal-Programmi ta’ Żvilupp Rurali: din l-estensjoni tirriżulta fi tnaqqis b’sena tal-iskadenzi kollha (rapport annwali ta’ implimentazzjoni u laqgħa ta’ reviżjoni annwali sal-2024, rapport ta’ evalwazzjoni ex post li għandu jitlesta qabel il-31 ta’ Diċembru 2025) u tal-perjodu ta’ eliġibbiltà tal-ispejjeż (imġarrba u mħallsa sal-31 ta’ Diċembru 2024). |
|
3.13. |
Arranġamenti ta’ estensjoni u ta’ kuntrattwalizzazzjoni ta’ impenji pluriennali:
|
|
3.14. |
Eliġibbiltà tal-ispejjeż li jkopru l-Pjan Strateġiku Nazzjonali u tranżizzjoni bejn il-programmazzjonijiet: sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni bejn il-programmazzjonijiet preċedenti u dawk li ġejjin, l-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-FAEŻR għall-perjodu 2022-2027 u previsti fil-Pjan Strateġiku Nazzjonali (ammont u rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR).
|
|
3.15. |
Programmi ta’ appoġġ għas-settur tal-frott u l-ħaxix:
L-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (OP) li għandhom Programm Operazzjonali (PO) li jmur lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2021 għandhom, qabel il-15 ta’ Settembru 2021, iressqu talba lill-Istat Membru tagħhom biex il-PO jiġi emendat biex jikkonforma mal-kundizzjonijiet tar-Regolament futur dwar il-pjani strateġiċi jew jiġi sostitwit minn PO ġdid approvat skont dak ir-Regolament. Jekk l-OP ma jressaqx Programm Operazzjonali emendat jew sostitwit, il-programm jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021. Il-programmi ta’ ħidma stabbiliti għall-perjodu mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2021 għandhom jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2021. Għaldaqstant, l-OP, l-assoċjazzjonijiet tal-OP u l-interprofessjonijiet għandhom jemendaw il-programmi ta’ ħidma tagħhom u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
3.16. |
Programmi ta’ appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt tal-ikel:
Il-programmi ta’ ħidma stabbiliti għall-perjodu mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2021 għandhom jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2021. Għaldaqstant, l-OP, l-assoċjazzjonijiet tal-OP u l-interprofessjonijiet għandhom jemendaw il-programmi ta’ ħidma tagħhom u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
3.17. |
Programmi nazzjonali fis-settur tal-apikultura:
Il-programmi nazzjonali għandhom jintemmu fil-31 ta’ Lulju 2022. L-Artikoli tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar il-programmi tal-apikultura se jibqgħu japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 2021 fir-rigward tal-ispejjeż u tal-pagamenti li ġejjin minn operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Awwissu 2022. |
|
3.18. |
Programmi ta’ għajnuna fis-settur tal-inbid:
|
Brussell, is-7 ta’ Mejju 2020.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Luca JAHIER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(5) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(6) ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23.
(7) ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).
|
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/36 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627”
[COM(2019) 619 — 2019/0272 (COD)]
(2020/C 232/05)
|
Relatur: |
Gabriel SARRÓ IPARRAGUIRRE |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill, 6.12.2019 Parlament Ewropew, 16.12.2019 |
|
Bażi ta’ proċedura |
Artikoli 43(2) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
L-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adottata fis-sezzjoni |
6.3.2020 |
|
Adottat fil-plenarja |
7.5.2020 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
551 – Laqgħa mill-bogħod |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
251/0/10 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni ta’ pjan pluriennali għas-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, peress li s-sitwazzjoni attwali tal-bijomassa ta’ dan l-istokk, fil-livelli ta’ massimu storiku, tfisser li jistgħu jitwaqqfu l-miżuri ta’ emerġenza introdotti fil-pjan ta’ rkupru preċedenti. |
|
1.2. |
Il-Kumitat iqis li l-istabbiliment ta’ pjan ta’ ġestjoni pluriennali fl-Unjoni Ewropea, li jiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fir-Rakkomandazzjoni 18-02 adottata fil-21 laqgħa straordinarja tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fl-2018, huwa l-aktar mod xieraq biex jinżamm l-istokk ogħla mil-livelli tal-bijomassa li kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tat-tipi differenti ta’ rkaptu u tekniki tas-sajd użati f’dan is-sajd. |
|
1.3. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-leġislaturi jaġġornaw il-proposta għal Regolament sabiex ikunu jistgħu jiġu inklużi l-emendi maqbula fl-2019 mill-ICCAT fir-Rakkomandazzjoni 19-04 tagħha. |
|
1.4. |
Il-Kumitat iqis li l-Artikolu 29(3) tal-proposta għandu jiġi emendat sabiex ikun konformi mar-Rakkomandazzjoni 19-04, kif spjegat fil-paragrafu 4 ta’ din l-Opinjoni. |
2. Sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni
|
2.1. |
L-għan ta’ din il-proposta għal Regolament huwa li fl-Unjoni Ewropea jiġi implimentat il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran approvat mill-ICCAT, sabiex jiġu żgurati livelli ta’ bijomassa ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. |
|
2.2. |
L-Istati Membri b’opportunitajiet ta’ sajd għat-tonn għandhom ifasslu pjani annwali tas-sajd li jinkludu l-kwoti allokati lil kull grupp ta’ rkaptu, il-kriterji adottati għall-allokazzjoni tagħhom, il-miżuri biex jiżguraw ir-rispett tal-kwoti individwali, l-istaġuni tas-sajd, il-portijiet allokati, ir-regoli dwar il-qabdiet inċidentali u l-bastimenti awtorizzati. |
|
2.3. |
L-Istati Membri b’opportunitajiet ta’ sajd għat-tonn għandhom jistabbilixxu wkoll pjani annwali ta’ ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd biex jaġġustaw il-flotot tagħhom għall-opportunitajiet tas-sajd allokati, pjani annwali ta’ spezzjoni biex tiġi żgurata l-konformità ta’ din il-proposta għar-Regolament u pjani annwali ta’ ġestjoni tal-biedja biex jiġi żgurat l-ammont stmat ta’ tonn disponibbli għall-biedja. Dawn il-pjani kollha għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena. |
|
2.4. |
Il-miżuri tekniċi previsti f’din il-proposta għal Regolament jikkonsistu f’li jiġu limitati l-perjodi ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għal ċerti flotot, (bħall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun u l-bastimenti kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ), f’li jiġi stabbilit daqs minimu awtorizzat ta’ natura ġenerali (piż ta’ 30 kg jew tul ta’ iktar minn 115-il ċm), u f’li jiġi stabbilit livell awtorizzat ta’ qabdiet inċidentali, li ma għandux jaqbeż l-20 % tal-qabdiet totali abbord fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd. |
|
2.5. |
Fost il-miżuri ta’ kontroll li l-Istati Membri għandhom japplikaw hemm l-obbligu li xahar qabel ma jibda l-perjodu ta’ awtorizzazzjoni, jiġu ppreżentati l-listi tan-nases u tal-bastimenti kollha awtorizzati biex jistadu u jisfruttaw kummerċjalment ir-riżorsi tat-tonn. Barra minn hekk, lill-Kummissjoni għandha tintbagħtilha informazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti awtorizzati fis-sena tas-sajd ta’ qabel, inklużi l-qabdiet ta’ kull bastiment, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tas-sajd konġunt. |
|
2.6. |
Għall-kaptani tal-bastimenti b’tul ta’ inqas minn 12-il metru (ir-Regolament li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll (1) diġà jistabbilixxi rekwiżit fir-rigward ta’ dawk b’tul ta’ 12-il metru jew aktar), jiġi stabbilit l-obbligu li lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jibagħtulha notifika mill-inqas erba’ sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port awtorizzat tal-kwantità ta’ tonn maqbud, iż-żona ġeografika li fiha saru l-qabdiet u isem il-bastiment. Barra minn hekk huwa pprojbit it-trasbord fuq il-baħar minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollhom abbord it-tonn, jew minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi fl-ibħra tal-Unjoni. |
|
2.7. |
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq ta’ programm nazzjonali ta’ osservazzjoni li għandu jiżgura mhux biss il-kopertura minima ta’ perċentwal stabbilit skont is-segmenti differenti tal-flotta, iżda wkoll il-preżenza ta’ osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastimenti tas-sajd bit-tartarun. Kwalunkwe operazzjoni ta’ trasferiment għandha tkun notifikata minn qabel lill-Istat Membru konċernat għall-approvazzjoni tiegħu, jew, jekk xieraq, ir-rifjut tiegħu, u tkun teħtieġ l-użu ta’ vidjokameras biex jivverifikaw in-numru ta’ ħut trasferit. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ għandhom jiġu kkomunikati minn qabel u jkunu soġġetti għal sorveljanza permezz ta’ sistemi ta’ vidjokameras. |
|
2.8. |
Il-monitoraġġ u s-sorveljanza mill-Istati Membri għandhom isiru permezz ta’ Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti għal bastimenti b’tul ta’ 12-il metru jew aktar, u l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu fil-qafas tal-Iskema tal-ICCAT ta’ spezzjoni internazzjonali konġunta. |
|
2.9. |
Huma pprojbiti l-attivitajiet tat-tqegħid fis-suq, il-ħatt, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid f’gaġeġ, ir-riesportazzjoni jew it-trasbord tat-tonn li ma jkunux akkumpanjati mid-dokumentazzjoni valida u stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE, b’mod ġenerali, jaqbel mal-proposta għal Regolament, peress li hija traspożizzjoni ta’ Rakkomandazzjoni tal-ICCAT. Huwa wkoll sodisfatt bir-riżultati tal-pjan ta’ rkupru li wassal sabiex il-bijomassa tat-tonn tilħaq massimu storiku minn mindu ilha tinżamm id-data. |
|
3.2. |
Fl-2019, l-ICCAT adottat r-Rakkomandazzjoni 19-04, li temenda r-Rakkomandazzjoni 18-02, is-suġġett ta’ din l-Opinjoni. Il-Kumitat għalhekk jissuġġerixxi li l-leġislaturi jadattaw il-proposta għal Regolament skont ir-rakkomandazzjonijiet reċenti. |
|
4. |
Kummenti speċifiċi |
|
4.1. |
L-Artikolu 29(3) jiddikjara li l-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-Unjoni ma għandhomx jipparteċipaw f’attivitajiet tas-sajd konġunt b’bastimenti tas-sajd bit-tartarun ta’ partijiet kontraenti oħra tal-Konvenzjoni ICCAT, minkejja li l-paragrafu 62 tar-Rakkomandazzjoni 19-04 jipprevedi li PKK (2) b’inqas minn ħames bastimenti tas-sajd bit-tartarun awtorizzati tista’ tawtorizza attivitajiet konġunti ta’ sajd ma’ kwalunkwe PPK oħra.
Kull PPK li twettaq attività ta’ sajd konġunt għandha tinżamm responsabbli u tagħti rendikont għall-qabdiet imwettqa fil-kuntest ta’ dik l-attività konġunta ta’ sajd. |
|
4.2. |
Il-Kumitat jikkunsidra li l-proposta għal Regolament għandha tqis l-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu preċedenti, jiġifieri li għandha tippermetti li jkun jista’ jitwettaq sajd konġunt bi flotot ta’ PPK oħra. Madankollu, il-KESE jikkunsidra li, b’mod preliminari, b’mod bilaterali għandu jiġi miftiehem protokoll dwar ir-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw il-bastimenti u, b’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ kull PPK dwar il-ġestjoni tad-dikjarazzjoni ta’ dokumenti tal-qbid meħtieġa mill-istandard eżistenti. |
Brussell, is-7 ta’ Mejju 2020.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Luca JAHIER
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(2) Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni.