|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 231 A/01 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 231/1 |
Pubblikazzjoni ta’ post battal ta’ Direttur Eżekuttiv
(Aġent Temporanju — Grad AD 14)
Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) — Vigo (Spanja)
COM/2020/20050
(2020/C 231 A/01)
Min aħna
L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA jew “l-Aġenzija”) hija aġenzija tal-UE bbażata f’Vigo, Spanja, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (1).
Ir-Regolament li jistabbiliha kien ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (2), li jaġġusta l-mandat tal-Aġenzija biex din issostni l-implimentazzjoni uniformi tas-sistema ta’ kontroll tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (CFP) u bir-Regolament (UE) 2016/1626 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jestendi l-mandat tal-Aġenzija għall-kooperazzjoni Ewropea fejn jidħlu l-funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta.
Bħala konsegwenza ta’ dawn l-emendi sostanzjali u fl-interessi taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, dak ir-Regolament ta’ twaqqif kien tħassar f’April 2019 hekk kif daħal fis-seħħ ir-Regolament (kodifikat) (UE) 2019/473 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (minn issa ’l quddiem imsejjaħ bħala r-Regolament).
L-Aġenzija bħalissa tħaddem madwar 70 membru tal-persunal u għandha baġit ta’ madwar EUR 17-il miljun għas-sena 2020.
Il-missjoni u l-kompiti tagħha huwa stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament u jinkludu fost affarijiet oħra l-koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri u biex dawn jiġu assistiti fil-kooperazzjoni bejniethom sabiex ikunu konformi mar-regoli tal-PKS sabiex tiġi garantita l-applikazzjoni effettiva u uniformi tagħhom. Bl-istess mod, l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri bl-iskop tal-garanzija ta’ livell għoli ta’ twettiq uniformi u effettiv tal-obbligi tagħhom skont ir-regoli tal-PKS, inkuż il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (illegal, unreported and unregulated, IUU), u tassistihom fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali internazzjonali tas-sajd li tagħhom hija membru l-Unjoni. F’kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija tappoġġa wkoll lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni u fejn xieraq fil-livell internazzjonali.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit web tal-EFCA: https://www.efca.europa.eu/en
X’qegħdin nipproponu
Id-Direttur Eżekuttiv se jamministra u jirrappreżenta l-Aġenzija kif ukoll ikun ir-rappreżentant legali u l-wiċċ pubbliku tal-Aġenzija. Huwa għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu u għandu jkun responsabbli mill-attivitajiet tiegħu lejn il-Bord Amministrattiv. Il-Bord Amministrattiv huwa magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea.
Id-Direttur Eżekuttiv ikollu rwol ċentrali fit-tmexxija tal-Aġenzija. Se jkun responsabbli li jistabbilixxi u jimmaniġġa l-miżuri amministrattivi, operattivi u finanzjarji meħtieġa għall-operat xieraq tal-Aġenzija.
Bla ħsara għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti fdati lill-Aġenzija u għandu jkun soġġett għall-proċedura annwali ta’ kwittanza mill-Parlament Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar il-mod kif ikun qiegħed iwettaq il-kompiti tiegħu.
Id-Direttur Eżekuttiv se jmexxi u jamministra l-Aġenzija u jieħu r-responsabbiltà ġenerali għall-operazzjonijiet tagħha biex jiżgura li jintlaħqu l-objettivi tagħha.
Id-dmirijiet u s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv jinkludu r-responsabbiltajiet li ġejjin:
|
— |
jara li l-operat tal-Aġenzija jkun skont ir-Regolament fundatur tagħha; |
|
— |
jikseb l-objettivi u l-prijoritajiet ġenerali tal-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija u jorganizza sistema effettiva ta’ monitoraġġ sabiex ikun jista’ jqabbel il-kisbiet tal-Aġenzija mal-objettivi operattivi tagħha; |
|
— |
jipprepara r-rapport annwali tal-attività tal-Aġenzija li jintbagħat lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; |
|
— |
ifassal id-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni annwali u pluriennali, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li jittieħdu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu u jiġi żgurat l-aktar użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi; |
|
— |
iħejji u jeżegwixxi l-baġit tal-Aġenzija bħala uffiċjal awtorizzanti, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija u l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; |
|
— |
jiżviluppa u jżomm kooperazzjoni effettiva u effiċjenti mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi rilevanti u l-partijiet interessati, kif xieraq, biex jippromwovi l-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-PKS, skont il-kompiti tal-Aġenzija; |
|
— |
jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija fir-rigward tal-missjoni u l-kompiti tagħha, inkluż il-kiri u l-operazzjoni ta’ mezzi ta’ kontroll u spezzjoni u l-operat ta’ network ta’ informazzjoni; |
|
— |
jieħu sehem, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-laqgħat tal-Bord Amministrattiv u jipprovdi s-segretarjat tiegħu; |
|
— |
jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv; |
|
— |
jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ notifiki, biex jiżgura l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Aġenzija skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Twaqqif tagħha; |
|
— |
iwettaq il-ġestjoni ta’ kuljum tal-Aġenzija, jirrekluta u jevalwa l-persunal tal-Aġenzija li tagħhom id-Direttur Eżekuttiv ikun is-superjur dirett tagħha, f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE, filwaqt li jrawwem spirtu tajjeb ta’ tim u ambjent tax-xogħol pożittiv; |
|
— |
jikkoopera mad-Diretturi Eżekuttivi tal-Frontex u l-EMSA għall-implimentazzjoni tal-pakkett tal-Gwardja tal-Kosta (5); |
|
— |
jikkomunika direttament u indirettament mal-pubbliku dwar il-kwistjonijiet kollha fil-kompetenza tal-Aġenzija. |
X’qegħdin infittxu
L-applikant ideali għandu jkollu dan li ġej:
|
(a) |
Ħiliet maniġerjali eċċellenti, b’mod partikolari:
|
|
(b) |
Għarfien tekniku, b’mod partikolari:
|
|
(c) |
Kwalitajiet personali, b’mod partikolari:
|
Kwalifiki tal-kandidati
Il-kriterji tal-eliġibbiltà
Il-kandidati jiġu kkunsidrati għall-fażi ta’ selezzjoni fuq il-bażi tal-kriterji formali li ġejjin li għandhom jiġu ssodisfati qabel id-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:
|
— |
Nazzjonalità: ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
Grad Universitarju jew Diploma:
|
|
— |
Esperjenza professjonali: ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza professjonali post-universitarja wara l-kisba tal-kwalifiki msemmija hawn fuq (6); mill-inqas ħames (5) snin iridu jkunu nkisbu f’qasam ta’ rilevanza għall-attivitajiet tal-Aġenzija; |
|
— |
Esperjenza ta’ Maniġment: mill-inqas ħames (5) snin ta’ esperjenza professjonali miksuba f’funzjoni ta’ maniġment f’livell għoli (7); |
|
— |
Lingwi: ikollhom għarfien profond ta’ waħda mil-lingwi tal-Unjoni u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea (8). Għarfien sodisfaċenti ta’ lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropew jitqies bħala vantaġġ. Il-bordijiet tal-għażla se jivverifikaw waqt l-intervista/i jekk il-kandidati jkunux jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE. Dan jista’ jinkludi li (parti minn) l-intervista ssir f’din il-lingwa l-oħra; |
|
— |
Limitu ta’ età: ikunu jistgħu jlestu l-mandat sħiħ ta’ ħames snin qabel l-età tal-pensjoni. Fil-każ ta’ persunal temporanju tal-Unjoni Ewropea, l-età tal-irtirar hija definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq l-età ta’ 66 sena (ara l-Artikolu 47 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (9)). |
Barra minn hekk, il-kandidati jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi kollha impost bil-liġi fir-rigward tas-servizz militari, jipproduċu referenzi xierqa dwar il-karattru fir-rigward tal-adegwatezza tagħhom għat-twettiq ta’ dmirijiethom u jkunu fiżikament b’saħħithom biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.
Indipendenza u dikjarazzjoni ta’ interessi
Id-Direttur Eżekuttiv se jkun obbligat jagħmel dikjarazzjoni ta’ impenn li jaġixxi b’mod indipendenti fl-interess pubbliku u li jagħmel dikjarazzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe interess, li jista’ jitqies ta’ preġudizzju għall-indipendenza tiegħu. L-applikanti għandhom jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu dan fl-applikazzjoni tagħhom.
Selezzjoni u ħatra
Id-Direttur Eżekuttiv se jinħatar mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija abbażi ta’ lista ristretta pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea.
Biex tistabbilixxi din il-lista ristretta, il-Kummissjoni Ewropea torganizza selezzjoni f’konformità mal-proċeduri tagħha ta’ għażla u reklutaġġ (ara d-Dokument dwar il-Politika għall-Uffiċjali f’Kariga Għolja (10)). Għal dan il-għan, se tistabbilixxi bord ta’ preselezzjoni. Dan il-bord se jistieden għal intervista lill-applikanti li għandhom l-aħjar profil għar-rekwiżiti speċifiċi ta’ din il-kariga. Dawn l-applikanti se jintgħażlu fuq il-bażi tal-merti tagħhom u l-kriterji stabbiliti hawn fuq.
Il-kandidati proposti mill-bord ta’ preselezzjoni jistgħu jissejjħu għal intervista ulterjuri mal-Kumitat Konsultattiv għan-Nomini (Consultative Committee on Appointments – CCA) tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk jiġu mistiedna għal intervista mas-CCA, jkunu obbligati jattendu ċentru ta’ valutazzjoni mmexxi minn konsulenti esterni tar-reklutaġġ. Il-kandidati li jintgħażlu mis-CCA mbagħad jiġu intervistati mill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd (11). Wara dawn l-intervisti, il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd għandu jipproponi lill-Kummissjoni lista ristretta ta’ mill-anqas żewġ kandidati. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tniedi proċedura ta’ selezzjoni ġdida jekk ma tkunx sodisfatta bl-adegwatezza tal-ebda wieħed mill-kandidati.
Il-lista ristretta tal-kandidati magħżula tiġi kkomunikata lill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija. Il-fatt li wieħed ikun f’din il-lista ma jiggarantix il-ħatra. Il-Bord Amministrattiv jista’ jiddeċiedi li jintervista lill-kandidati fil-lista ristretta u, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi, jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv minn fost il-kandidati fuq il-lista ristretta tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-mertu u l-ħiliet dokumentati ta’ amministrazzjoni u ġestjoni. Il-kandidati jistgħu jiġu obbligati jagħmlu iktar intervisti u/jew testijiet minbarra dawk indikati hawn fuq.
Jekk l-ebda wieħed mill-kandidati ma jirċievi l-maġġoranza meħtieġa, il-Bord Amministrattiv ikun jista’ jitlob li l-proċedura ta’ selezzjoni ssir mill-ġdid (12).
Il-proċess tas-selezzjoni, inkluża l-korrispondenza mal-bordijiet ta’ selezzjoni matul din il-proċedura ta’ selezzjoni u l-komunikazzjoni mal-applikanti, se jsir bl-Ingliż jew bil-Franċiż biss (13).
Il-kundizzjonijiet tal-impjieg
Id-Direttur Eżekuttiv se jinħatar mill-Bord Amministrattiv bħala membru tal-persunal tal-Aġenzija, bħala aġent temporanju fil-grad ta’ AD 14 skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (14) għal perjodu ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba, kif iddikjarat fil-bażi ġuridika. Huwa jiġi kklassifikat skont it-tul tal-esperjenza professjonali preċedenti tiegħu fil-pass 1 jew il-pass 2 fi ħdan dak il-grad. Is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma stabbiliti fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra (15)
Il-post tal-impjieg huwa Vigo, Spanja, fejn tinsab is-sede tal-Aġenzija.
Id-Direttur Eżekuttiv ikun mistenni li jidħol għall-kariga tiegħu fis-1 ta’ Settembru 2021.
L-applikanti għandhom jinnotaw ir-rekwiżit, skont il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għall-persunal ġdid kollu, li jwettqu b’suċċess perjodu ta’ prova ta’ disa’ xhur.
Opportunitajiet indaqs
L-Aġenzija tapplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal (16).
Proċedura tal-applikazzjoni
Qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja b’attenzjoni jekk tissodisfax il-kriterji ta’ eliġibbiltà kollha (“Kwalifki tal-kandidati”), b’mod partikolari rigward it-tipi ta’ diplomi u l-esperjenza professjonali meħtieġa. Min ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà jiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tas-selezzjoni.
Jekk tkun trid tapplika, trid tirreġistra permezz tal-Internet fuq is-sit web li ġej u ssegwi l-istruzzjonijiet li jikkonċernaw id-diversi stadji tal-proċedura:
https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/
Irid ikollok indirizz elettroniku validu. Dan jintuża biex tkun ikkonfermata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex jinżamm kuntatt miegħek matul l-istadji differenti tal-proċedura. Għaldaqstant, informa lill-Kummissjoni Ewropea b’kull bidla fl-indirizz elettroniku tiegħek.
Biex timla l-applikazzjoni tiegħek trid ittella’ CV fil-format PDF u timla, online, ittra ta’ motivazzjoni (mhux aktar minn 8 000 karattru). Is-CV tiegħek u l-ittra ta’ motivazzjoni tista’ tiġi ppreżentata f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ladarba tkun lestejt ir-reġistrazzjoni online tiegħek, se tirċievi ittra elettronika li tikkonferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet irreġistrata. L-ittra tkun fiha wkoll numru ta’ reġistrazzjoni li jkun in-numru ta’ referenza tiegħek fil-materji kollha li jolqtu l-applikazzjoni tiegħek. Jekk ma tirċevix ittra elettronika ta’ konferma, ifisser li l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!
Ġentilment kun af li mhux possibbli li ssegwi l-progress tal-applikazzjoni tiegħek online. Inti tiġi kkuntattjat direttament mill-Kummissjoni Ewropea rigward l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek.
Jekk tkun teħtieġ aktar tagħrif u/jew tiltaqa’ ma’ problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat email lil HR-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu.
Data tal-għeluq
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija l-Erbgħa, id-9 ta’ Settembru 2020, f’nofsinhar (12.00) ħin ta’ Brussell, u wara dan ir-reġistrazzjoni ma tkunx tista’ ssir aktar.
Hija r-responsabbiltà tiegħek li tlesti r-reġistrazzjoni online tiegħek fil-ħin. Aħna nagħtuk parir biex ma tħallix għall-aħħar jiem biex tapplika, peress li traffiku tal-Internet qawwi jew xi problema fil-konnessjoni tal-Internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni online tiegħek tintemm qabel ma tlestiha, b’hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu.
Ladarba jiskadi ż-żmien għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet, ma tkun tista’ tibdel jew iżżid l-ebda data. Ir-reġistrazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux aċċettati.
Il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li testendi d-data tal-għeluq ta’ dan il-post battal permezz ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss.
Informazzjoni importanti għall-applikanti
L-applikanti huma mfakkra li x-xogħol tal-kumitati konsultattivi ta’ selezzjoni huwa kunfidenzjali. Kull kuntatt dirett jew indirett tal-applikanti jew ta’ xi ħadd ieħor li jaġixxi f’isimhom mal-membri ta’ dawn il-kumitati tal-għażla huwa pprojbit.
Il-protezzjoni tad-data personali
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija se jiżguraw li d-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (17).
(1) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, l-Artikolu 120 biss.
(3) ĠU L 251, 16.9.2016, p. 80.
(4) ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18.
(5) Il-pakkett tal-Gwardja tal-Kosta jirreferi għas-sigurtà Marittima, is-sikurezza Marittina, it-tiftix u s-salvataġġ Marittimu, il-kontroll tal-fruntieri Marittimi, il-kontroll fuq is-Sajd, il-kontroll doganali Marittimu, l-infurzar tal-liġi b’mod ġenerali, il-protezzjoni tal-ambjent Marittimu.
(6) L-esperjenza professjonali titqies biss jekk tkun tirrappreżenta relazzjoni ta’ ħidma konkreta li jkun definit bħala reali, ħidma ġenwina, bi ħlas u bħala impjegat (kull tip ta’ kuntratt) jew fornitur ta’ servizz. L-attivitajiet professjonali li jkunu saru fuq bażi part-time għandhom jiġu kkalkulati pro rata, abbażi tal-perċentwali ċċertifikata ta’ sigħat full-time li jkunu nħadmu. Il-liv tal-maternità/tal-ġenituri/għall-adozzjoni, jittieħed f’kunsiderazzjoni jekk ikun fil-qafas ta’ kuntratt ta’ xogħol. Il-PhDs huma assimilati mal-esperjenza professjonali, anki meta mhux bi ħlas, iżda għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin, sakemm il-PhD tkun inkisbet b’suċċess. Perjodu partikolari jista’ jitqies darba biss.
(7) Fis-CV tagħhom, l-applikanti jenħtieġ li jindikaw għal dawn il-ħames snin li matulhom tkun inkisbet esperjenza maniġerjali f’livell għoli, mill-anqas: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kienu fihom, (2) in-numru ta’ persunal li kienu jamministraw f’dawn il-pożizzjonijiet, (3) id-daqs tal-baġits ġestiti, (4) in-numru ta’ livelli ġerarkiċi ’l fuq u ’l isfel u n-numru ta’ persunal fl-istess livell.
(8) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:31958R0001
(9) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01962R0031-20140501
(10) https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/compilation-of-the-senior-official-policy-at-the-european-commission_en.pdf
(11) Sakemm il-Membru tal-Kummissjoni kkonċernat ma jkunx iddelega dan il-kompitu lil xi Membru ieħor tal-Kummissjoni, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 (PV (2007) 1811).
(12) L-Artikolu 10(2.2), tar-regoli ta’ proċedura tal-Bord Amministrattiv tal-EFCA.
(13) Il-bordijiet ta’ selezzjoni se jaraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ mhux dovut lill-kelliema nattivi ta’ dawn il-lingwi.
(14) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01962R0031-20140501
(15) Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjoni u għall-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea għal Spanja huwa stabbilit għal 91,6 % mill-1 ta’ Lulju 2019. Dan il-koeffiċjent huwa suġġett għal reviżjoni annwali.
(16) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01962R0031-20140501