|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 226/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9806 — Hyundai Capital Bank Europe/Sixt Leasing) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 226/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9888 — SEGRO/PSPIB/SELP/Target Portfolio) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9806 — Hyundai Capital Bank Europe/Sixt Leasing)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 226/01)
Fit-3 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9806. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta' Lulju 2020
(2020/C 226/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1286 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
121,39 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4493 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89923 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,4310 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0624 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
157,40 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,6885 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,748 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
355,49 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4765 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8408 |
|
TRY |
Lira Turka |
7,7478 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6242 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5338 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7468 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7237 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5745 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 348,86 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
19,1628 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9163 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5385 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 268,00 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8219 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,898 |
|
RUB |
Rouble Russu |
80,4584 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
35,252 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,0439 |
|
MXN |
Peso Messikan |
25,6433 |
|
INR |
Rupi Indjan |
84,6455 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
9.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti waqt il-laqgħa tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ T.40135 — FOREX (Three Way Banana Split)
Relatur: iċ-Ċekja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 226/03)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.
2.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prodott u tal-ambitu ġeografiku tal-ftehimiet u/jew il-prattiċi miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.
3.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, kif inhu miktub fl-abbozz ta’ deċiżjoni.
4.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew tal-prattiċi miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.
5.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiċi miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.
6.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-ksur.
7.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.
8.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-iffissar tal-multi b’applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-iffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1).
9.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-iffissar tal-ammonti bażiċi tal-multi u l-korrezzjonijiet applikati għas-sovrapożizzjonijiet.
10.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mad-determinazzjoni tad-durata għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi.
11.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.
12.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi u l-immunitajiet parzjali abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.
13.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Riżolviment tal-2008.
14.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.
15.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
9.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/4 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
AT.40135 — FOREX (Three Way Banana Split)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 226/04)
L-abbozz ta’ deċiżjoni, indirizzat lil UBS (2) RBS (3), Barclays (4), Citigroup (5) u JPM (6) (flimkien imsejħin “il-Partijiet”), jirrigwarda ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE b’rabta man-negozjar fil-pront b’valuti tal-G10 bejn Diċembru 2007 u Jannar 2013. Fl-abbozz ta’ deċiżjoni qed jiġi kkonstatat li l-Partijiet ftiehmu bejniethom li jaqsmu ċerta informazzjoni kummerċjalment sensittiva li hija attwali jew orjentata lejn il-futur u li jikkoordinaw b’mod okkażjonali l-attivitajiet tagħhom. L-aġir inkwistjoni seħħ fi tliet chatrooms ta’ Bloomberg imseħja “Three way banana split”, “Two and a half men” and “Only Marge”.
Fis-27 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (7) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (8) kontra l-Partijiet.
Wara d-diskussjonijiet ta’ riżolviment (9) u s-sottomissjonijiet ta’ riżolviment (10) f’konformità mal-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, fl-24 ta’ Lulju 2018 il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (“DO”) indirizzata lill-Partijiet.
Fir-risposti rispettivi tagħhom għad-DO, il-Partijiet ikkonfermaw skont l-Artikolu 10a(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 li d-DO irriflettiet il-kontenut tas-sottomissjonijiet ta’ riżolviment tagħhom u li għalhekk baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment.
F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz ta’ deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li l-Partijiet ingħataw l-opportunità jesprimu l-fehmiet tagħhom dwarhom. Ikkonkludejt li dan seħħ.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u b’kunsiderazzjoni li l-Partijiet ma indirizzawli l-ebda talba jew ilment (11), inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-Partijiet fil-proċedimenti ta’ dan il-każ ġie rrispettat.
Brussell, is-7 ta’ Mejju 2019.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) UBS AG.
(3) The Royal Bank of Scotland Group plc u NatWest Markets plc.
(4) Barclays plc, Barclays Services Limited u Barclays Bank plc.
(5) Citibank, N.A. u Citigroup Inc.
(6) JPMorgan Chase & Co, JPMorgan Chase Bank, N.A., J.P. Morgan Europe Limited u J.P. Morgan Limited.
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).
(9) Il-laqgħat ta’ riżolviment saru bejn Novembru 2016 u Frar 2018.
(10) Il-Partijiet issottomettew it-talbiet formali għal riżolviment bejn […] u […].
(11) Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet fil-proċedimenti f’każijiet ta’ kartelli li jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet għar-riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura tar-riżolviment jistgħu jikkonfermaw mal-uffiċjal tas-seduta li l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom ikun żgurat. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01 dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).
|
9.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/5 |
Sommarju Tad-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni
tas-16 ta’ Mejju 2019
li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Każ AT. 40135-Forex- Three Way Banana Split)
(notifikat bid-dokument numru C(2019) 3521)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 226/05)
Fis-16 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 taż-ŻEE. L-oġġett tal-ksur kien ir-restrizzjoni u/jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-settur tan-negozjar fil-pront (FX jew Forex) b’muniti tal-G10 (2). |
|
(2) |
Fil-każ tal-muniti tal-G10 huma kkonċernati USD u CAD, JPY, AUD, NZD, GBP, EUR, CHF, SEK, NOK u DKK (jiġifieri b’kollox 11-il munita, li b’mod korrispondenti għall-konvenzjoni tas-suq jissejħu “muniti tal-G10”). Il-klijenti ewlenin tan-negozjanti fis-suq tal-muniti barranin huma maniġers tal-assi, fondi ta’ pensjoni, fondi spekulattivi, korporazzjonijiet u banek oħra. |
|
(3) |
In-negozjar fil-pront tal-FX ikopri kemm (i) il-market making, jiġifieri l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijent biex jiskambja ammont ta’ munita bl-ekwivalenti tiegħu f’munita oħra, kemm (ii) in-negozjar fl-isem proprju, jiġifieri l-eżekuzzjoni ta’ proċessi oħra tal-kambju għall-finijiet tal-kontroll tal-iskopertura li tirriżulta mit-tranżazzjonijiet tal-market making. |
|
(4) |
Il-postijiet tan-negozjar tal-impriżi rilevanti, responsabbli min-negozjar fil-pront bil-muniti tal-G10, kienu lesti jinnegozjaw kull waħda minn dawn il-muniti f’dipendenza mid-domanda tas-suq. Filwaqt li n-negozjanti parteċipi stess kienu primarjament responsabbli mill-market making fir-rigward ta’ muniti jew pari ta’ muniti speċifiċi, fuq il-bażi tal-mandat tagħhom dawn setgħu jinnegozjaw f’isem l-impriża tagħhom stess bil-muniti kollha tal-G10 disponibbli fil-kotba tagħhom, xi ħaġa li għamlu fil-perjodu rilevanti b’firxiet differenti, biex jimmassimizzaw il-valur tal-parteċipazzjonijiet rispettivi tagħhom. |
|
(5) |
Rilevanti għall-ksur huma t-tliet tipi ta’ ordnijiet li ġejjin, li jaqgħu fil-qasam tan-negozjar imwettaq fuq ordni tal-klijenti (market making) tan-negozjanti parteċipi:
|
|
(6) |
Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet legali li ġejjin (iktar ’il quddiem “id-destinatarji”:
|
|
(7) |
Id-Deċiżjoni hija bbażata fuq l-evidenza inkluża fil-fajl tal-Kummissjoni kif ukoll fuq ir-rikonoxximent ċar u inekwivoku tal-fatti u l-kwalifika legali tagħhom fis-sottomissjonijiet tar-riżolviment ippreżentati mid-destinatarji ta’ din id-Deċiżjoni kif ukoll fuq il-konferma espliċita u inekwivoka tagħhom li d-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom tar-riżolviment. |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
|
(8) |
L-investigazzjoni nfetħet fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għal immunità minn UBS fis-27 ta’ Settembru 2013. Sussegwentement, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet inizjali għall-klemenza mingħand Barclays fil-11 ta’ Ottubru 2013 u mingħand RBS fl-14 ta’ Ottubru 2013. Fl-1 ta’ Novembru 2013 Citigroup ukoll ippreżenta applikazzjoni għal tnaqqis tal-multi, li kienet segwita minn applikazzjoni ta’ JPM fis-6 ta’ Novembru 2013. Fit-2 ta’ Lulju 2014 il-Kummissjoni tat immunità kundizzjonali lil UBS. |
|
(9) |
Fis-27 ta’ Ottubru 2016 tnedew proċedimenti kontra l-partijiet bil-ħsieb li jsiru diskussjonijiet dwar ir-riżolviment. Bejn Novembru 2016 u Frar 2018, il-Kummissjoni kellha laqgħat bilaterali u kienet f’kuntatt ma’ kull waħda mill-partijiet f’tliet ċikli ta’ riżolviment, f’konformità mal-Avviż ta’ Riżolviment. |
|
(10) |
Fl-24 ta’ Jannar 2018 il-Kulleġġ tal-Kummissarji approva l-firxiet tal-multi x’aktarx applikabbli. Il-partijiet kollha sussegwentement ippreżentaw is-sottomissjonijiet tagħhom tar-riżolviment, li fihom irrikonoxxew l-imputabilità tagħhom għall-ksur (inkluż ir-rwol tagħhom u d-durata tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur) u aċċettaw l-ammont massimu tal-multa previst mill-Kummissjoni. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni adottat id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet fl-24 ta’ Lulju 2018 u l-partijiet kollha mingħajr ekwivoku kkonfermaw li hija kienet tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment u li għalhekk kienu impenjati li jsegwu l-proċedura għar-riżolviment. Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fis-6 ta’ Mejju 2019. Fis-7 ta’ Mejju 2019, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu. Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fis-16 ta’ Mejju 2019. |
2.2 Deskrizzjoni tal-imġiba
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tirrigwarda l-imġiba li seħħet fi tliet chatrooms privati ta’ Bloomberg imsejħa, konsekuttivament “Three Way Banana Split”/“Two and a Half Men”/“Only Marge”, bejn UBS, Barclays, RBS, Citigroup u JPM (flimkien “iċ-chatrooms Three Way Banana Split” jew “iċ-chatroom”). L-aġir seħħ bejn it-18 ta’ Diċembru 2007 u t-3 ta’ Ġunju 2013, u f’dan il-perjodu ċ-chatrooms kienu miftuħa b’mod konsekuttiv. Id-durata tal-parteċipazzjoni tal-kumpaniji differenti tvarja (ara l-punt (16)). Il-kartell huwa dokumentat f’komunikazzjonijiet li seħħew fit-tliet chatrooms kollha ta’ Bloomberg. Fiċ-chatrooms ipparteċipaw negozjanti li kienu impjegati mill-impriżi rispettivi tagħhom waqt il-perjodu rilevanti, u kull wieħed minnhom kien awtorizzat jinnegozja bil-muniti tal-G10 fil-qafas ta’ tranżazzjonijiet spot f’isem u għan-nom tal-impjegatur tiegħu fil-post apposta tan-negozjar fil-pront tal-kambju. |
|
(13) |
L-oġġett tal-kartell kien ksur uniku u kontinwu kkaratterizzat mill-iskambju bejn in-negozjanti — f’dawn iċ-chatrooms privati u fil-biċċa l-kbira multilaterali u b’mod estensiv u rikorrenti — ta’ ċerta informazzjoni kummerċjalment sensittiva, attwali jew orjentata lejn il-futur, dwar l-attivitajiet ta’ negozjar tagħhom. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni seħħ skont ftehim taċitu sottostanti li: (i) tali informazzjoni setgħet tintuża għall-benefiċċju rispettiv tan-negozjanti u sabiex tidentifika okkażjonijiet biex tikkoordina l-kummerċ tagħhom; (ii) tali informazzjoni tkun kondiviża f’chatrooms privati; (iii) in-negozjanti ma jiżvelawx din l-informazzjoni kondiviża li jirċievu minn parteċipanti oħra taċ-chatrooms lil partijiet barra miċ-chatrooms privati; u (iv) tali informazzjoni kondiviża ma tintużax kontra n-negozjanti li jaqsmuha (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-ftehim sottostanti”). Barra minn hekk, skont il-ftehim sottostanti, in-negozjanti b’mod okkażjonali kkoordinaw l-attivitajiet ta’ negozjar tagħhom fir-rigward tan-negozjar fil-pront b’muniti tal-G10. L-iskambju tal-informazzjoni kien immirat fuq żewġ parametri bażiċi tal-kompetizzjoni fin-negozjar professjonali fil-pront tal-kambju: il-prezz u l-ġestjoni professjonali tar-riskju. |
|
(14) |
Minflok ma kkompetew b’mod awtonomu fir-rigward ta’ dawn il-parametri, fid-deċiżjonijiet tagħhom relatati mas-suq in-negozjanti bbażaw fuq informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet, l-intenzjonijiet u r-restrizzjonijiet tal-kompetituri tagħhom. Kienu problematiċi:
|
|
(15) |
Barra minn hekk, biex jiksbu vantaġġ fuq il-kompetituri li ma kinux parteċipanti fiċ-chatrooms, in-negozjanti parteċipi okkażjonalment ikkoordinaw il-pożizzjonijiet ta’ negozjar bil-ħsieb li jinfluwenzaw ir-rati ta’ referenza ta’ WMR u tal-BĊE. |
2.3. Involviment tal-impriżi individwali fl-imġiba
|
(16) |
UBS, Barclays, RBS, Citigroup u JPM kienu involuti fl-aġir imsemmi qabel fil-perjodi indikati fit-tabella li ġejja:
Tabella 1: involviment tal-Partijiet fiċ-chatrooms
|
|
* |
B’tipa grassa huwa mmarkat it-tmiem tal-parteċipazzjoni ta’ kull bank fi Three Way Banana Split. |
2.4. Ambitu ġeografiku
|
(17) |
L-ambitu ġeografiku tal-ksur kopra mill-anqas it-territorju kollu taż-ŻEE. |
2.5. Rimedji
|
(18) |
Id-deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-2006 dwar il-Multi (5). Id-Deċiżjoni timponi multi fuq l-entitajiet ta’ Barclays, RBS, Citigroup u JPM elenkati fil-punt ((6)). |
2.5.1. L-ammont bażiku tal-multa
|
(19) |
Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġi applikat indikatur għall-valur tal-bejgħ bħala punt ta’ tluq għad-determinazzjoni tal-multi għax tranżazzjonijiet spot bil-muniti tal-G10 ma jiġġenerawx valur tal-bejgħ li jista’ jiġi ttraċċat direttament fil-kontijiet tal-Partijiet. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-indikatur għall-valuri rilevanti tal-bejgħ kif ġej:
|
|
(21) |
Għal dawk l-impriżi li ppreżentaw sottomissjonijiet addizzjonali ta’ riżolviment fil-Każ 40.135 – Forex, (mhux kopert b’din id-Deċiżjoni), fid-diskrezzjoni tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika fattur ta’ korrezzjoni oġġettiv li jirrifletti l-grad tas-sovrapożizzjoni temporali biex tevita eżitu potenzjalment sproporzjonat. Fil-qafas ta’ din id-deċiżjoni dan iwassal għall-applikazzjoni ta’ fatturi korrettivi fuq il-valur tal-bejgħ ikkonfermat ta’ UBS u Barclays. |
2.5.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
2.5.2.1.
|
(22) |
L-ebda ċirkostanzi aggravanti jew mitiganti ma japplikaw f’dan il-każ. |
2.5.2.2.
|
(23) |
Sabiex jiġi żgurat li l-multi jkollhom effett ta’ deterrent suffiċjenti, il-Kummissjoni tista’ żżid il-multi imposti fuq impriżi li għandhom valur tal-bejgħ partikolarment kbir bis-saħħa ta’ beni jew servizzi li mhumiex relatati mal-ksur (6). |
|
(24) |
F’dan il-każ huwa xieraq li jiġi applikat fattur multiplikanti ta’ deterrenza fuq il-multi li għandhom jiġu imposti fuq Citigroup u fuq JPM. |
2.5.2.3.
|
(25) |
F’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, f’dan il-każ l-ebda multa ma teċċedi l-10 % tal-valur tal-bejgħ totali tal-impriżi fis-sena kummerċjali li tippreċedi d-data ta’ din id-Deċiżjoni (7). |
2.5.2.4.
|
(26) |
UBS qed jingħata l-immunità mill-multi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tat tnaqqis tal-multa b’50 % lil Barclays, tnaqqis ta’ 30 % lil RBS, tnaqqis ta’ 20 % lil Citigroup u tnaqqis ta’ 10 % lil JPM. |
2.5.2.5.
|
(27) |
B’riżultat tal-applikazzjoni tal-Avviż ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi imposti fuq l-impriżi kollha involuti tnaqqas b’10 % u dan it-tnaqqis ġie miżjud ma’ kwalunkwe gwadann ta’ klemenza. |
3. KONKLUŻJONI
|
(28) |
Il-multi li ġejjin ġew imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 |
|
(29) |
Tabella 2: Ammonti tal-multi għall-ksur
|
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).
(2) Il-każ ma jikkonċernax in-negozjar fil-pront elettroniku tal-FX, iddefinit bħala negozji fil-pront tal-FX li jiġu rreġistrati mill-pjattaformi ta’ negozjar elettroniċi jew mill-algoritmi tal-kompjuter tal-banek rilevanti jew jiġu eżegwiti fuqhom.
(3) Ir-rata ta’ referenza ta’ WMR u tal-BĊE huma bbażati fuq in-negozjar fil-pront tal-FX min-naħa tal-parteċipanti fis-suq fil-mumenti jew qrib il-mumenti li fihom jiġu ffissati r-rati ta’ referenza rispettivi ta’ WMR jew tal-BĊE.
(4) Fit-30 ta’ April 2018 The Royal Bank of Scotland plc bidel ismu għal NatWest Markets plc.
(6) Il-punt 30 fil-Linji Gwida tal-2006 dwar il-multi.
(7) Il-Kummissjoni talbet lill-banek jipprovdu l-valur tal-bejgħ totali tagħhom fuq bażi grossa kif ukoll netta. Irrispettivament mill-valur tal-bejgħ totali meqjus (gross jew nett), il-multi għal ebda impriża kkonċernata ma jeċċedu l-10 % tal-valur tal-bejgħ totali.
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
|
9.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/10 |
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet
(2020/C 226/06)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
It-3 ta’ April 2020 |
|
Nru tal-Każ |
84931 |
|
Nru tad-Deċiżjoni |
032/20/COL |
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|
Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
L-iskema ta’ kumpens tal-COVID-19 għall-kanċellazzjoni jew il-posponiment ta’ avvenimenti kulturali. |
|
Bażi ġuridika |
Ir-Regolament dwar l-iskema ta’ kumpens temporanja għall-organizzaturi fis-settur kulturali għall-kanċellazzjoni, l-għeluq jew il-posponiment ta’ avvenimenti b’riżultat tat-tifqigħa tal-COVID-19 |
|
Tip ta’ miżura |
Skema |
|
Objettiv |
L-objettiv tal-iskema huwa li jikkumpensa għal telf jew spejjeż addizzjonali kkawżati mill-kanċellazzjoni jew il-posponiment ta’ avvenimenti kulturali għall-ġlieda kontra t-tixrid tal-virus COVID-19. |
|
Forma tal-għajnuna |
Għotjiet |
|
Baġit |
NOK 300 miljun |
|
Intensità |
100 % |
|
Tul |
Mill-14 ta’ April sal-31 ta’ Mejju 2020 |
|
Setturi ekonomiċi |
Is-settur kulturali |
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
Il-Kunsill tal-Arti tan-Norveġja Postboks 4808 Nydalen 0422 Oslo in-Norveġja |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
|
9.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/11 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet
(2020/C 226/07)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
It-2 ta’ April 2020 |
|
Nru tal-Każ |
85041 |
|
Nru tad-Deċiżjoni |
031/20/COL |
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|
Reġjun |
It-territorju kollu tan-Norveġja |
|
Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Emenda għall-iskema ta’ Garanzija tal-COVID-19 għall-SMEs (l-inklużjoni ta’ impriżi kbar) |
|
Bażi ġuridika |
Ir-Regolament dwar l-emendi tar-Regolament tas-27 ta’ Marzu 2020 Nru 490 għall-Att dwar skema ta’ garanzija tal-Gvern għall-SMEs |
|
Tip ta’ miżura |
Skema |
|
Objettiv |
L-iżgurar tal-aċċess għal-likwidità għal impriżi kbar li jiffaċċjaw nuqqas f’daqqa ta’ likwidità minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 |
|
Forma tal-għajnuna |
Garanziji Pubbliċi |
|
Baġit |
NOK 50 biljun (għall-iskema kif emendata) |
|
Tul |
Mis-26 ta’ Marzu 2020 sal-1 ta’ Ġunju 2020 |
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
GIEK, l-Aġenzija Norveġiża għall-Garanzija ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Pb 1763 Vika N-0122 Oslo in-Norveġja |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
|
9.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/12 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet
(2020/C 226/08)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
It-3 ta’ April 2020 |
|
Nru tal-Każ |
84974 |
|
Nru tad-Deċiżjoni |
033/20/COL |
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|
Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
L-iskema ta’ kumpens tal-COVID-19 għall-kanċellazzjoni jew il-posponiment ta’ avvenimenti sportivi jew tal-volontarjat |
|
Bażi ġuridika |
Ir-Regolament dwar l-iskema ta’ kumpens temporanja għall-organizzaturi fis-setturi tal-isport u tal-volontarjat għal kanċellazzjonijiet, l-għeluq u l-postponimenti ta’ avvenimenti b’riżultat tat-tifqigħa tal-COVID-19 |
|
Tip ta’ miżura |
Skema |
|
Objettiv |
L-objettiv tal-iskema huwa li jikkumpensa għal telf jew spejjeż addizzjonali kkawżati mill-kanċellazzjoni jew il-posponiment ta’ avvenimenti sportivi jew tal-volontarjat għall-ġlieda kontra t-tixrid tal-virus COVID-19. |
|
Forma tal-għajnuna |
Għotjiet |
|
Baġit |
NOK 700 miljun |
|
Intensità |
100 % |
|
Tul |
Mill-14 ta’ April sal-31 ta’ Mejju 2020 |
|
Setturi ekonomiċi |
Is-settur tal-isport u tal-volontarjat |
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
The Norwegian Gaming and Foundation Authority P.O.Box 800 NO-6805 Førde in-Norveġja |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/.
Is-Segretarjat tal-EFTA
|
9.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/13 |
Skedar ta’ smigħ tal-eżami ġenerali
Il-Każ Nru 05 KO.2016.672
(2020/C 226/09)
|
Kumpanija li falliet: |
Gable Insurance AG in Konkurs, Alvierweg 2, 9490 Vaduz rappreżentata minn: Batliner Wanger Batliner Rechtsanwälte AG, Am Schrägen Weg 2, Am Schrägen Weg 2, 9490 Vaduz |
|
fil-kwistjoni ta’: |
Proċediment ta’ falliment |
Is-smigħ tal-eżami (tkomplija) huwa b’dan stabbilit għal
L-Erbgħa, it-30 ta’ Settembru 2020, 9 a.m., kamra tas-seduta 6
fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat (Fürstliches Landgericht), id-Diviżjoni 05, Spaniagasse 1, 9490 Vaduz, Liechtenstein.
Il-kredituri li jirreġistraw il-pretensjonijiet tagħhom aktar tard mid-data msemmija hawn fuq għandhom iġarrbu l-ispejjeż ikkawżati minn reġistrazzjoni tard bħal din u mhux se jibqgħu jkunu jistgħu jikkontestaw kwalunkwe pretensjoni eżaminata aktar kmieni.
Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat
Vaduz, it-28 ta’ April 2020.
Mag. iur. Martina SCHÖPF-HERBERSTEIN
Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9888 — SEGRO/PSPIB/SELP/Target Portfolio)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 226/10)
1.
Fit-2 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit) |
|
— |
Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada), |
|
— |
Target Portfolio (Spanja) |
SEGRO u PSPIB jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt indirett ta’ Target Portfolio permezz ta’ SEGRO European Logistics Partnership S.a.r.l. (“SELP”, il-Lussemburgu).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-assi u l-iżvilupp ta’ mħażen moderni u proprjetajiet tal-industrija ħafifa li jinsabu madwar konurbazzjonijiet ewlenin u f’ċentri ewlenin tat-trasport f’għadd ta’ pajjiżi tal-UE; |
|
— |
għal PSPIB: l-investiment tal-kontribuzzjonijiet netti tal-fondi tal-pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku federali, tal-forzi Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. Hija tiġġestixxi portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat; |
|
— |
Target Portfolio tinkludi tmien (8) proprjetajiet fi Spanja, li jinsabu fi: (i) Terrassa, Barċellona; (ii) Palaus, Barċellona; (iii) Viladecans, Barċellona; (iv) Villaverde, Madrid; (v) Paracuellos, Madrid; (vi) San Fernando, Madrid; (vii) Cerdanyola, Barċellona; u (viii) Polinya, Barċellona. Il-proprjetajiet li jinsabu f’San Fernando, Cerdanyo u Polinya huma proprjetajiet għall-bejgħ kummerċjali bl-imnut, filwaqt li l-proprjetajiet li jifdal huma art mhux żviluppata. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Għandha dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
Il-Każ M.9888 — SEGRO/PSPIB/SELP/Target Portfolio
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).