ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 209

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
22 ta' Ġunju 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 209/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 209/02

Kawża C-838/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Bordeaux (Franza) fit-18 ta’ Novembru 2019 – Boé Aquitaine SELARL vs Mercialys SA

2

2020/C 209/03

Kawża C-860/19 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2019 minn Nathaniel Magnan mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-99/19, Magnan vs Il-Kummissjoni

2

2020/C 209/04

Kawża C-939/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Diċembru 2019 – Flightright GmbH vs Eurowings GmbH

3

2020/C 209/05

Kawża C-54/20 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2020 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-20 ta’ Novembru 2019 fil-Kawża T-502/16, Stefano Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni

3

2020/C 209/06

Kawża C-56/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Frar 2020 – AR vs Stadt Pforzheim

4

2020/C 209/07

Kawża C-65/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Frar 2020 – VI vs KRONE – Verlag Gesellschaft mbH & Co KG

4

2020/C 209/08

Kawża C-66/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Procura della Repubblica di Trento (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2020 – Proċeduri kriminali kontra XK

5

2020/C 209/09

Kawża C-91/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Frar 2020 – LW vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

5

2020/C 209/10

Kawża C-96/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Frar 2020 – Ordine Nazionale Biologi, MX, NY, OZ vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

6

2020/C 209/11

Kawża C-100/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Frar 2020 – XY vs Hauptzollamt B

7

2020/C 209/12

Kawża C-102/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Frar 2020 – StWL Städtische Werke Lauf a.d. Pegnitz GmbH vs eprimo GmbH

7

2020/C 209/13

Kawża C-118/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (l-Awstrija) fit-3 ta’ Marzu 2020 – JY

8

2020/C 209/14

Kawża C-120/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Marzu 2020 – Koleje Mazowieckie vs Skarb Państwa – Minister Infrastruktury i Budownictwa attwalment Minister Infrastruktury, Prezes Urzędu Transportu Kolejowego u PKP Polskie Linie Kolejowe S.A.

9

2020/C 209/15

Kawża C-121/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Marzu 2020 – VG vs Minister van Buitenlandse Zaken

9

2020/C 209/16

Kawża C-127/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Gliwicach (il-Polonja) fil-5 ta’ Marzu 2020 – D. Spółka Akcyjna vs W. Zrt

10

2020/C 209/17

Kawża C-132/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fl-10 ta’ Marzu 2020 – BM, DM, EN vs Getin Noble Bank S.A.

11

2020/C 209/18

Kawża C-133/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjizi l-Baxxi) fil-11 ta’ Marzu 2020 – European Pallet Association eV vs PHZ BV

12

2020/C 209/19

Kawża C-135/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-12 ta’ Marzu 2020 – JS vs Câmara Municipal de Gondomar

13

2020/C 209/20

Kawża C-137/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Portugall) fit-12 ta’ Marzu 2020 – MV vs SATA Internacional – Serviços de Transportes Aéreos SA

14

2020/C 209/21

Kawża C-142/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2020 – Analisi G. Caracciolo srl vs Regione Siciliana – Assessorato regionale della salute – Dipartimento regionale per la pianificazione et

14

2020/C 209/22

Kawża C-143/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie (il-Polonja) fl-24 ta’ Marzu 2020 – A vs O

15

2020/C 209/23

Kawża C-151/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-27 ta’ Marzu 2020 – Bundeswettbewerbsbehörde vs Nordzucker AG et

17

2020/C 209/24

Kawża C-154/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšším správním soudem (ir-Repubblika Ċeka) fil-31 ta’ Marzu 2020 – Kemwater ProChemie s. r. o. vs Odvolací finanční ředitelství.

18

2020/C 209/25

Kawża C-161/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

18

2020/C 209/26

Kawża C-169/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

19

2020/C 209/27

Kawża C-180/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

20

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 209/28

Kawża T-653/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – Armani vs EUIPO – Asunción (GIORGIO ARMANI le Sac 11) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GIORGIO ARMANI le sac 11 – Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti LESAC u lesac – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)

22

2020/C 209/29

Kawża T-654/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – Armani vs EUIPO – Asunción (le Sac 11) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea le Sac 11 – Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti LESAC u lesac – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu ġenwint tat-trade mark preċedenti – Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)

22

2020/C 209/30

Kawża T-707/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2020 – Tilly-Sabco vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (Agrikoltura – Ħlas lura fuq l-esportazzjoni – Laħam tat-tjur – Regolament (UE) 2018/1277 adottat wara l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 689/2013 permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kompetenza tal-awtur tal-att – Użu ħażin ta’ proċedura – Obbligu ta’ motivazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Ksur biżżejjed ikkaratterizzat ta’ dispożizzjoni legali li tagħti dritt lill-individwi – Dannu)

23

2020/C 209/31

Kawża T-752/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – Tecnodidattica vs EUIPO (Forma ta’ bażi għal globi u għal lampi) (Trade Mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ bażi għal globi u għal lampi – Raġuni assoluta għal rifjut – Sinjal kompost wsklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja għall-ksib ta’ riżultat tekniku – Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament KE Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ elementi ornamentali jew fantażisti li għandhom rwol importanti jew essenzjali)

24

2020/C 209/32

Kawża T-73/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ April 2020 – Bergslagernas Järnvaru vs EUIPO – Scheppach Fabrikation von Holzbearbeitungsmaschinen (Għodda għal qtugħ tal-injam) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għodda għal qtugħ tal-injam – Disinn nazzjonali preċedenti – Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Ksur tad-drittijiet tad-difiża – Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

24

2020/C 209/33

Kawża T-106/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2020 – Abarca vs EUIPO – Abanca Corporación Bancaria (ABARCA SEGUROS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ABARCA SEGUROS – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ABANCA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

25

2020/C 209/34

Kawża T-109/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta April 2020 – Kerry Luxembourg vs EUIPO – Döhler (TasteSense) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TasteSense – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MultiSense – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

26

2020/C 209/35

Kawża T-496/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2020 – CV et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Koeffiċjent ta’ korrezzjoni – Allowance b’rata fissa ta’ servizz – Spejjeż tal-akkomodazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dmir ta’ premura – Ekwivalenza tal-kapaċità ta’ akkwist – Ugwaljanza fit-trattament)

26

2020/C 209/36

Kawża T-497/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2020 – CZ et vs SEAE (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Koeffiċjent tal – korrezzjoni – Allowance ta’ rata fissa – Spejjeż tal-akkomodazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dmir ta’ premura – Ekwivalenza ta’ kapaċità tal-akkwist – Ugwaljanza fit-trattament)

27

2020/C 209/37

Kawża T-594/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2020 – Axactor vs EUIPO – Axa (AXACTOR) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

27

2020/C 209/38

Kawża T-623/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2020 – ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Direttiva 2003/87/KE – Sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Deċiżjoni 2011/278/UE – Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet bla ħlas – Emenda tat-tabella nazzjonali ta’ allokazzjoni li tikkonċerna l-Ġermanja għall-perijodu bejn l-2013 u l-2020 – Estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

28

2020/C 209/39

Kawża T-146/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2020 – Csordas et vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Servizz pubbliku – Elezzjonijiet għas-sezzjoni lokali tal-Lussemburgu tal-Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni – Regolarità – Obbligu ta’ kontroll tal-istituzzjoni – Talba għal miżuri provviżorji – Assenza ta’ fumus boni juris)

29

2020/C 209/40

Kawża T-179/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2020 – JP vs Il-Kummissjoni

29

2020/C 209/41

Kawża T-210/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2020 – Square vs EUIPO ($ Cash App)

30

2020/C 209/42

Kawża T-211/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2020 – Square vs EUIPO ($ Cash App)

31

2020/C 209/43

Kawża T-219/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2020 – JK vs Il-Kummissjoni

32

2020/C 209/44

Kawża T-223/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2020 – Orion vs Il-Kummissjoni

32

2020/C 209/45

Kawża T-230/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2020 – PNB Banka vs BĊE

33

2020/C 209/46

Kawża T-231/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2020 – Price vs Il-Kunsill

35

2020/C 209/47

Kawża T-238/20: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Mejju 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

36

2020/C 209/48

Kawża T-239/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2020 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Pfizer (RUXXIMLA)

37

2020/C 209/49

Kawża T-248/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Pfizer (RUXYMLA)

38

2020/C 209/50

Kawża T-257/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2020 – González Calvet vs SRB

39

2020/C 209/51

Kawża T-266/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2020 – Global Chartered Controller Institute vs EUIPO – CFA Institute (CCA CHARTERED CONTROLLER ANALYST CERTIFICATE)

40


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 209/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 201, 15.6.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 191, 8.6.2020

ĠU C 175, 25.5.2020

ĠU C 162, 11.5.2020

ĠU C 161, 11.5.2020

ĠU C 137, 27.4.2020

ĠU C 129, 20.4.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Bordeaux (Franza) fit-18 ta’ Novembru 2019 – Boé Aquitaine SELARL vs Mercialys SA

(Kawża C-838/19)

(2020/C 209/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Bordeaux

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Boé Aquitaine SELARL

Konvenuta: Mercialys SA

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Marzu 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddikjarat it-talba għal deċiżjoni preliminari manifestament inammissibbli.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/2


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2019 minn Nathaniel Magnan mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-99/19, Magnan vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-860/19 P)

(2020/C 209/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Nathaniel Magnan (rappreżentant: J. Fayolle, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Marzu 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Diċembru 2019 – Flightright GmbH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-939/19)

(2020/C 209/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flightright GmbH

Konvenuta: Eurowings Gmbh

Il-kawża ġiet deċiża b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ April 2020.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/3


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2020 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-20 ta’ Novembru 2019 fil-Kawża T-502/16, Stefano Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-54/20 P)

(2020/C 209/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima, T.S. Bohr, G. Gattinara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Stefano Missir Mamachi di Lusignano, bħala eredi ta’ Livio Missir Mamachi di Lusignano, Anne Jeanne Cécile Magdalena Maria Sintobin, bħala eredi ta’ Livio Missir Mamachi di Lusignano, Maria Letizia Missir Mamachi di Lusignano, bħala eredi ta’ Livio Missir Mamachi di Lusignano, Carlo Amedeo Missir Mamachi di Lusignano, Giustina Missir Mamachi di Lusignano, Tommaso Missir Mamachi di Lusignano, Filiberto Missir Mamachi di Lusignano

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali kkundannat lill-Kummissjoni tikkumpensa d-dannu morali kkawżat lil Maria Letizia Missir u lil Stefano Missir bil-mewt ta’ Alessandro Missir;

tevoka l-kawża u tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza bħala inammissibbli;

tikkundanna lil Stefano Missir u lil Maria Letizia Missir għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju huwa diviż f’żewġ partijiet. L-ewwel parti hija bbażata fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ persuna “prevista” fir-Regolamenti tal-Persunal; din l-ewwel parti hija diretta kontra l-punti 48 sa 64 tas-sentenza appellata. Permezz tat-tieni parti, l-appellanti targumenta li hemm, sussidjarjament, żball ta’ liġi fit-talba li tgħid li l-aħwa ta’ uffiċjal mejjet huma ġġustifikati li jitolbu kumpens għal dannu morali li jirriżulta mill-mewt ta’ uffiċjal bis-saħħa tar-Regolamenti tal-Persunal; din it-tieni parti hija diretta kontra l-punti 134 u 135 tas-sentenza appellata.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti targumenta li hemm ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni hija kkundannata tikkumpensa d-dannu morali kkawżat lill-aħwa ta’ uffiċjal mejjet permezz tal-mewt ta’ dan tal-aħħar. Dan it-tieni aggravju huwa dirett kontra l-punti 154 sa 168, 171, 172 u 181 tas-sentenza appellata.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Frar 2020 – AR vs Stadt Pforzheim

(Kawża C-56/20)

(2020/C 209/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AR

Konvenuta: Stadt Pforzheim

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (1), jipprekludi dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jipprovdu li, meta tiġi adottata deċiżjoni ta’ rifjut ta’ rikonoxximent tal-validità skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126, il-liċenzja tas-sewqan Komunitarja maħruġa minn Stat Membru ieħor lil persuna li ma għandhiex ir-residenza normali tagħha fit-territorju nazzjonali għandha tiġi ppreżentata immedjatament lill-awtorità nazzjonali li adottat id-deċiżjoni msemmija sabiex din issemmi fuq il-liċenzja tas-sewqan tal-persuna kkonċernata li din ma hijiex awtorizzata ssuq fit-territorju nazzjonali, fejn in-nota (dwar il-projbizzjoni tas-sewqan) normalment tkun tikkonsisti, għal liċenzja tas-sewqan Komunitarja, fit-twaħħil ta’ “D” ħamra maqtugħa dijagonalment fit-taqsima 13 (pereżempju permezz ta’ stiker)?


(1)  ĠU 2006, L 403, p. 18.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Frar 2020 – VI vs KRONE – Verlag Gesellschaft mbH & Co KG

(Kawża C-65/20)

(2020/C 209/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VI

Konvenuta: KRONE – Verlag Gesellschaft mbH & Co KG

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 flimkien mal-Artikoli 1 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa wkoll prodott (difettuż) kopja fiżika ta’ gazzetta ta’ kuljum li fiha suġġeriment dwar is-saħħa teknikament skorrett, li l-konformità miegħu tikkawża ħsara lis-saħħa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Procura della Repubblica di Trento (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2020 – Proċeduri kriminali kontra XK

(Kawża C-66/20)

(2020/C 209/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Procura della Repubblica di Trento

Partijiet fil-kawża prinċipali

XK

Parti oħra fil-proċedura: Finanzamt Münster

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (1); – safejn jipprevedi li tista’ tkun ikkunsidrata wkoll bħala awtorità emittenti “kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti li, fil-każ speċifiku, qed taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali b’kompetenza li tordna l-ġbir ta’ provi f’konformità mal-liġi nazzjonali”, billi tipprovdi f’dan il-każ, madankollu “qabel ma jintbagħat lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni, l-OIE għandu jiġi vvalidat, wara eżami tal-konformità tiegħu mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ OIE taħt din id-Direttiva, partikolarment il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti” għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru li jeżenta lil awtorità amministrattiva mill-obbligu li l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew (OIE) tkun ivvalidata billi tikklassifikaha bħala “awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 2 tad-direttiva”.


(1)  ĠU 2014 L 130, p. 1 u r-rettifika fil-ĠU 2015, L 143, p. 16.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Frar 2020 – LW vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-91/20)

(2020/C 209/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LW

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/95/UE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li jiġi rrikonoxxut l-istatus ta’ refuġjat lil wild minuri mhux miżżewweġ, liema status huwa dderivat minn persuna li ngħatat l-istatus ta’ refuġjat (hekk imsejħa protezzjoni tal-familja ta’ refuġjat), inkluż fil-każ fejn il-wild inkwistjoni jiġi rrikonoxxut – permezz tal-ġenitur l-ieħor – li fi kwalunkwe każ għandu wkoll in-nazzjonalità ta’ pajjiż ieħor, li ma huwiex identiku għall-pajjiż ta’ oriġini tar-refuġjat u li l-wild jista’ jinvoka l-protezzjoni tiegħu?

2)

L-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2011/95/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li r-restrizzjoni li permezz tagħha l-membri tal-familja ma jistgħux jitolbu l-benefiċċji previsti fl-Artikoli 24 sa 35 ta’ din id-direttiva ħlief sa fejn dan ikun kompatibbli mal-istatus ġuridiku personali tal-membru tal-familja, tipprojbixxi li jiġi rrikonoxxut lill-wild minuri, fil-kundizzjonijiet deskritti fl-ewwel domanda, l-istatus ta’ refuġjat li huwa dderivat mill-persuna rrikonoxxuta bħala refuġjat?

3)

Huwa rilevanti, sabiex tingħata risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda, li jkun magħruf jekk huwiex possibbli u raġonevoli, għall-wild u għall-ġenituri tiegħu, li jirrisjedu fil-pajjiż fejn il-wild u ommu għandhom in-nazzjonalità, fejn jistgħu jitolbu protezzjoni li ma hijiex identika għal dik tal-pajjiż ta’ oriġini tar-refuġjat (missier), jew huwa suffiċjenti li l-unità tal-familja tista’ tinżamm fit-territorju Ġermaniż abbażi ta’ regoli fil-qasam tar-residenza?


(1)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Frar 2020 – Ordine Nazionale Biologi, MX, NY, OZ vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-96/20)

(2020/C 209/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ordine Nazionale Biologi, MX, NY, OZ

Konvenuta: Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2002/98/KE li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jsemmi l-pussess ta’ titolu akkademiku “fil-qasam tax-xjenza medika jew bijoloġika” fost il-kundizzjonijiet minimi ta’ kwalifika meħtieġa sabiex tkun tista’ taċċedi għall-funzjoni ta’ persuna responsabbli għal ċentru tad-demm, dan jagħti direttament lil gradwati fiż-żewġ dixxiplini d-dritt li jeżerċitaw il-funzjoni ta’ persuna responsabbli għal ċentru tad-demm?

2)

Konsegwentement, id-dritt tal-Unjoni jippermetti li d-dritt nazzjonali jeskludi li l-imsemmija funzjoni ta’ persuna responsabbli għal ċentru tad-demm tista’ tiġi eżerċitata minn gradwati fix-xjenzi bijoloġiċi jew jipprekludi din l-esklużjoni?


(1)  Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 346).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Frar 2020 – XY vs Hauptzollamt B

(Kawża C-100/20)

(2020/C 209/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XY

Konvenut: Hauptzollamt B

Domanda preliminari

Mad-dritt għar-rimbors tat-taxxa fuq l-elettriku stabbilita b’mod żbaljat għandhom, skont id-dritt tal-Unjoni, jiżdiedu l-interessi, meta l-iffissar ta’ taxxa fuq l-elettriku iktar baxxa kien ibbażat fuq it-tnaqqis ta’ taxxa fakultattiv previst fl-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1) u meta l-iffissar ta’ taxxa għolja wisq sar biss minħabba żball imwettaq fl-applikazzjoni fil-każ inkwistjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali adottata għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 17(1)(a) ta’ din id-direttiva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Frar 2020 – StWL Städtische Werke Lauf a.d. Pegnitz GmbH vs eprimo GmbH

(Kawża C-102/20)

(2020/C 209/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: StWL Städtische Werke Lauf a.d. Pegnitz GmbH

Konvenuta: eprimo GmbH

Parti oħra fil-proċedura: Interactive Media CCSP GMBH

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ trażmissjoni fis-sens tal-punt (h) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/58/KE (1) ikun issodisfatt meta messaġġ ma jiġix trażmess minn utent ta’ servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, permezz ta’ fornitur ta’ servizz, fl-“indirizz” elettroniku tat-tieni utent, iżda jintwera b’mod awtomatizzat, minn servers pubbliċitarji, wara l-aċċess għall-paġna tal-internet, protetta b’password, ta’ kont ta’ posta elettronika, f’ċerti żoni previsti għal dan il-għan fl-inbox elettronika ta’ utent magħżul koinċidentalment (reklamar fl-inbox)?

2)

L-irkupru ta’ messaġġ fis-sens tal-punt (h) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/58 jippreżupponi li d-destinatarju jiskatta, wara li kellu għarfien tal-eżistenza ta’ messaġġ, permezz ta’ talba ta’ rkupru intenzjonata, it-trażmissjoni ta’ data ta’ messaġġ skont programmazzjoni predeterminata jew huwa biżżejjed li l-apparizzjoni ta’ messaġġ fl-inbox ta’ kont ta’ posta elettronika tiġi skattata meta l-utent jaċċedi għall-paġna internet, protetta b’password, tal-kont tal-posta elettronika tiegħu?

3)

Ikun hemm posta elettronika, fis-sens tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/58, meta messaġġ ma jiġix trażmess lil destinatarju individwali konkretament identifikat qabel it-trażmissjoni, iżda jintwera fl-inbox ta’ utent magħżul koinċidentalment?

4)

L-użu ta’ posta elettronika għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, fis-sens tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/58, iseħħ biss meta l-utent ikun suġġett għal oneru ikbar mill-inkonvenjent?

5)

Ir-reklamar individwali li jissodisfa l-kriterji ta’ “solleċitazzjoni” fis-sens tal-ewwel sentenza tal-punt 26 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE (2) iseħħ biss meta klijent jiġi kkuntattjat permezz ta’ mezz li abitwalment jintuża għall-komunikazzjoni individwali bejn speditur u destinatarju jew huwa biżżejjed li, bħar-reklamar fil-każ ineżami, tiġi stabbilita konnessjoni individwali inkwantu r-reklam jintwera fl-inbox ta’ kont ta’ posta elettronika privat u għalhekk f’post fejn il-klijent jippretendi li jirċievi messaġġi li huma indirizzati lilu personalment?


(1)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514).

(2)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU 2005, L 149, p. 22, rettifika fil-ĠU 2006, L 114, p. 86).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (l-Awstrija) fit-3 ta’ Marzu 2020 – JY

(Kawża C-118/20)

(2020/C 209/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fi “proċedura ta’ reviżjoni”: JY

Awtorità konvenuta: Wiener Landesregierung

Domandi preliminari

1.

Is-sitwazzjoni ta’ persuna fiżika li, bħar-rikorrenti fi “proċedura ta’ reviżjoni” fil-kawża prinċipali, irrinunzjat għan-nazzjonalità tagħha ta’ Stat Membru wieħed tal-Unjoni, u bl-istess mod għaċ-ċittadinanza tagħha tal-Unjoni, sabiex tikseb in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor konformement mal-assigurazzjoni li din in-nazzjonalità, li hija talbet, ser tingħatalha, u li l-possibbiltà tagħha li tikseb mill-ġdid iċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija sussegwentement eskluża permezz tar-revoka ta’ din l-assigurazzjoni, taqa’, fid-dawl tan-natura u tal-konsegwenzi tagħha, taħt id-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li dan tal-aħħar għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għal dak li jirrigwarda ir-revoka tal-imsemmija assigurazzjoni?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

2.

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inklużi, jekk ikun il-każ, il-qrati nazzjonali, għandhom jivverifikaw, fil-kuntest tad-deċiżjoni dwar ir-revoka tal-assigurazzjoni li tirrigwarda l-għoti tan-nazzjonalità tal-Istat Membru, jekk ir-revoka tal-assigurazzjoni li teskludi l-kisba mill-ġdid taċ-ċittadinanza tal-Unjoni hijiex, mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fid-dawl tal-konsegwenzi tagħha għas-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata?


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Marzu 2020 – Koleje Mazowieckie vs Skarb Państwa – Minister Infrastruktury i Budownictwa attwalment Minister Infrastruktury, Prezes Urzędu Transportu Kolejowego u PKP Polskie Linie Kolejowe S.A.

(Kawża C-120/20)

(2020/C 209/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Koleje Mazowieckie

Konvenuti: Skarb Państwa – Minister Infrastruktury i Budownictwa attwalment Minister Infrastruktury, Prezes Urzędu Transportu Kolejowego u PKP Polskie Linie Kolejowe S.A.

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 (1), u b’mod speċifiku l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 30(1), (3), (5) u (6) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil impriża ferrovjarja milli, mingħajr ma jsir stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tal-awtorità ta’ superviżjoni, titlob id-danni minn Stat Membru minħabba implimentazzjoni żbaljata tad-Direttiva f’sitwazzjoni fejn parti mill-kumpens tkun l-eċċedent ta’ ħlas għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja?

2)

Il-konstatazzjoni li d-dritt għal kumpens fuq il-bażi tad-dritt Komunitarju minħabba applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku minħabba implimentazzjoni żbaljata tad-Direttiva jew minħabba n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tagħha jirriżulta esklużivament fejn id-dispożizzjoni miksura tkun sors ta’ intitolament għall-individwu, fejn il-ksur tad-dritt huwa kklassifikat (b’mod partikolari fil-forma ta’ nuqqas ta’ osservanza manifest u gravi tas-setgħa diskrezzjonali tal-Istat Membru fl-implimentazzjoni tad-Direttiva), u fejn in-natura tar-rabta kawżali bejn il-ksur u d-dannu tkun diretta, tipprekludi r-regolamentazzjoni tad-dritt tal-Istat Membru li f’tali każijiet tagħti dritt għal kumpens taħt kundizzjonijiet inqas stretti?


(1)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Marzu 2020 – VG vs Minister van Buitenlandse Zaken

(Kawża C-121/20)

(2020/C 209/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VG

Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken (il-Ministru għall-Affarijiet Barranin)

Domanda preliminari

Id-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi rreġistrati taħt in-numri C-225/19 u C-226/19 jistħoqqu risposta differenti jekk l-isem tal-pajjiż li, fil-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 22 tal-Kodiċi dwar il-Viżi (1), ikun esprima oġġezzjoni għall-ħruġ ta’ viża lill-applikant, ma jiġix żvelat jew ma jkunx sar magħruf?


(1)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (ĠU 2009, L 243, p. 1).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Gliwicach (il-Polonja) fil-5 ta’ Marzu 2020 – D. Spółka Akcyjna vs W. Zrt

(Kawża C-127/20)

(2020/C 209/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Gliwicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: D. Spółka Akcyjna

Konvenuta: W. Zrt

Domandi Preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru li l-ajruplan tiegħu kellu kolliżjoni ma’ għasfur, għandu obbligu – bħala parti mill-miżuri raġonevoli li għandu jadotta – li meta jippjana t-titjira taħt sistema ta’ rotazzjoni jipprevedi riżerva ta’ ħin li tkun suffiċjenti sabiex jitwettqu l-kontrolli ta’ sigurtà meħtieġa?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv:

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru li l-ajruplan tiegħu kellu kolliżjoni ma’ għasfur, għandu obbligu – bħala parti mill-miżuri raġonevoli li għandu jadotta – li jiddetermina pjan ta’ servizz jew ta’ kompożizzjoni ta’ ekwipaġġ b’tali mod li jkun bil-lest jiżgura li tiġi operata t-titjira immedjatament wara li jitwettqu l-kontrolli ta’ sigurtà meħtieġa irrispettivament mil-limitazzjonijiet tal-ħin ta’ titjira u ta’ servizz kif ukoll mir-rekwiżiti ta’ mistrieħ previsti fl-Anness Nru III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.

(2)  ĠU 2012, L 296, p. 1.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fl-10 ta’ Marzu 2020 – BM, DM, EN vs Getin Noble Bank S.A.

(Kawża C-132/20)

(2020/C 209/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: BM, DM, EN

Appellata: Getin Noble Bank S.A.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 2, 4(3), 6(1) u (3) kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1)TUE moqrija flimkien mal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”) u mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 38 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li korp li fih tokkupa kariga persuna maħtura għall-ewwel darba jew b’mod sussegwenti (f’qorti ta’ istanza ogħla) sabiex taqdi l-funzjoni ta’ mħallef minn korp eżekuttiv politiku tal-Istat f’sistema ta’ poter li tkun totalitarja, mhux demokratika u komunista (“Rada Państwa Polskiej Rzeczypospolitej Ludowej” [Il-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika Popolari tal-Polonja]) fuq talba tal-Ministru għall-Ġustizzja ta’ dan l-Istat, huwa qorti indipendenti u imparzjali u għandu l-kwalifiki rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fid-dawl 1) tan-nuqqas ta’ trasparenza tal-kriterji ta’ ħatra, 2) tal-possibbiltà ta’ tkeċċija tal-imħallef fi kwalunkwe mument, 3) tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-korp awtonomu tal-ġudikatura fil-proċeduri ta’ ħatra, kif ukoll 4) tal-korpi pubbliċi rilevanti fformati f’elezzjonijiet demokratiċi – liema fatti jkunu jistgħu jqiegħdu inkwistjoni l-fiduċja li l-qrati għandhom jispiraw f’soċjetà demokratika?

2)

Il-fatt li l-ħatra fil-kariga ta’ mħallef f’pożizzjonijiet sussegwenti (fi qrati ta’ istanzi ogħla) setgħet seħħet bħala r-riżultat tar-rikonoxximent tal-perijodu rilevanti (ta’ anzjanità) fis-servizz, kif ukoll fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni professjonali tal-pożizzjoni li għaliha din il-persuna nħatret mill-inqas għall-ewwel darba mill-korp politiku msemmi fl-ewwel domanda u fuq il-bażi tal-proċedura elenkata fl-imsemmija domanda – liema fatt ikun jista’ jqiegħed inkwistjoni l-fiduċja li l-qrati għandhom jispiraw f’soċjetà demokratika – huwa rilevanti għas-soluzzjoni tal-kwistjoni ddeterminata fl-ewwel domanda?

3)

Il-fatt li l-ħatra fil-kariga ta’ mħallef f’pożizzjonijiet sussegwenti (fi qrati ta’ istanzi ogħla bl-eċċezzjoni tas-Sąd Najwyższy [il-Qorti Suprema, il-Polonja]) ma kinitx tiddependi mill-ġurament tal-imħallef li josserva l-valuri ta’ soċjetà demokratika, u li fl-ewwel ħatra tagħha l-persuna tat il-wegħda li tiddefendi s-sistema politika tal-Istat komunista u l-hekk imsejħa “saltna tad-dritt tal-poplu” – liema fatt ikun jista’ jqiegħed inkwistjoni l-fiduċja li l-qrati għandhom jispiraw f’soċjetà demokratika – huwa rilevanti għas-soluzzjoni tal-kwistjoni ddeterminata fl-ewwel domanda?

4)

L-Artikoli 2, 4(3), 6(1) u (3) kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1)TUE moqrija flimkien mal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta u mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 38 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li korp li fih tokkupa kariga persuna maħtura għall-ewwel darba jew b’mod sussegwenti (f’qorti ta’ istanza ogħla) sabiex taqdi l-funzjoni ta’ mħallef bi ksur flagranti tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tan-nuqqas ta’ konformità fil-kompożizzjoni tal-korp li jagħżel lil din il-persuna bħala kandidat u li sussegwentement tinħatar imħallef (Krajowa Rada Sądownictwa [il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, il-Polonja]) mal-kostituzzjoni tal-Istat Membru, kif ġie stabbilit mill-qorti kostituzzjonali tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea – liema fatt ikun jista’ konsegwentement iqiegħed inkwistjoni l-fiduċja li l-qrati għandhom jispiraw f’soċjetà demokratika – huwa qorti indipendenti u imparzjali u għandu l-kwalifiki rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea?

5)

L-Artikoli 2, 4(3), 6(1) u (3) kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1)TUE moqrija flimkien mal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta u mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 38 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li korp li fih tokkupa kariga persuna maħtura għall-ewwel darba jew b’mod sussegwenti (f’qorti ta’ istanza ogħla) sabiex taqdi l-funzjoni ta’ mħallef magħżula bħala kandidat għal din il-kariga fi proċedimenti quddiem il-korp ta’ evalwazzjoni ta’ kandidati (Krajowa Rada Sądownictwa [il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura]), fejn dawn il-proċedimenti ma jissodisfawx il-kriterji ta’ pubbliċità u ta’ trasparenza tar-regoli ta’ għażla ta’ kandidati – liema fatt ikun jista’ jqiegħed inkwistjoni l-fiduċja li l-qrati għandhom jispiraw f’soċjetà demokratika – huwa qorti indipendenti u imparzjali u għandu l-kwalifiki rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea?

6)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1), l-Artikoli 2, 4(3) kif ukoll l-Artikolu 6(3) TUE moqrija flimkien mal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta kif ukoll mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 38 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex tiżgura protezzjoni ġudizzjarja effettiva bil-għan li tipprevjeni użu sistematiku ta’ klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi minn bejjiegħa u fornituri ma’ konsumaturi, qorti tal-aħħar istanza ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (Sąd Najwyższy [il-Qorti Suprema]) hija meħtieġa tevalwa ex officio f’kull stadju tal-proċeduri, jekk:

a)

il-qorti msemmija fl-ewwel u fir-raba’ domandi tissodisfax il-kriterji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità u jekk għandhiex il-kwalifiki rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, irrispettivament mill-effett tal-evalwazzjoni tal-kriterji indikati fl-imsemmija domandi fuq il-kontenut tad-deċiżjoni dwar in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, u, barra minn hekk, jekk,

b)

il-proċedura quddiem il-qorti msemmija fl-ewwel u fir-raba’ domanda hijiex valida?

7)

L-Artikoli 2, 6(1) u (3) kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1)TUE moqrija flimkien mal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Karta u mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 38 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea dwar l-organizzazzjoni tal-qrati jew dwar il-ħatra tal-imħallfin li jipprekludu l-evalwazzjoni tal-effettività tal-ħatra ta’ mħallef jistgħu, konformement mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, jostakolaw il-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ indipendenza tal-qorti jew tan-nuqqas ta’ imparzjalità tal-imħallef li jkun sedenti fiha minħabba ċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel sal-ħames domanda?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjizi l-Baxxi) fil-11 ta’ Marzu 2020 – European Pallet Association eV vs PHZ BV

(Kawża C-133/20)

(2020/C 209/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiz

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: European Pallet Association eV

Konvenuta: PHZ BV

Domandi preliminari

1)

(a)

Invokazzjoni utli għall-Artikolu 13(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) jirrikjedi li l-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti tal-prodotti ta’ trademark ikkonċernati tippreġudika jew tista’ tippreġudika waħda jew iktar mill-funzjonijiet […] (indikazzjoni ta’ provenjenza u l-funzjoni ta’ garanzija tal-kwalità kif ukoll ta’ komunikazzjoni, investiment u ta’ reklamar) tat-trade mark?

(b)

fil-każ fejn il-punt (a) tal-ewwel domanda għandu jiġi rispost fl-affermattiv, ir-rekwiżit inkwistjoni jiżdied ma’ dak tal-eżistenza ta’ “raġunijiet leġittimi”?

(c)

Preġudizzju għal funzjoni waħda jew iktar ta’ din it-trade mark imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel domanda huwa dejjem suffiċjenti sabiex l-invokazzjoni għall-Artikolu 13(2) tkun utli?

2)

(a)

Jista’ jitqies b’mod ġenerali li proprjetarju ta’ trade mark jista’, abbażi tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, jopponi kummerċjalizzazzjoni sussegwenti ta’ prodotti taħt it-trade mark tiegħu, meta dawn il-prodotti jissewwew minn persuni li ma humiex il-proprjetarji tat-trade mark jew persuni li lilhom ikun ta kunsens għal dan l-iskop?

(b)

Fil-każ fejn il-punt (a) tat-tieni domanda għandu jiġi rispost fin-negattiv, l-eżistenza ta’ “raġunijiet leġittimi” fis-sens tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, wara tiswija minn terzi ta’ prodotti mqiegħda fis-suq permezz ta’ jew bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark hija dipendenti fuq in-natura tal-prodotti jew fuq in-natura tat-tiswija mwettqa […], jew fuq ċirkustanzi oħra, bħal ċirkustanzi partikolari bħal dawk tal-każ preżenti […]?

3)

(a)

L-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark fis-sens tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja għall-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti ta’ prodotti msewwija minn terzi hija eskluża meta jkun sar użu minn din it-trade mark b’mod li ma jistax ikun hemm l-impressjoni li teżisti rabta ekonomika bejn il-proprjetarju tat-trade mark (jew detenturi ta’ liċenzja tiegħu) u l-parti li twettaq il-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti tal-prodotti, pereżempju meta bit-tneħħija tat-trade mark u/jew bl-ittikkettjar supplimentari tal-prodotti, ikun jidher ċar wara t-tiswija li din ma tkunx twettqet bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark jew tad-detentur tal-liċenzja tiegħu?

(b)

It-tweġiba dwar il-kwistjoni jekk it-trade mark tistax titneħħa b’mod faċli, mingħajr ma dan jippreġudika l-kapaċità teknika jew l-utilità prattika tal-prodotti, għandha importanza f’dan ir-rigward?

4)

Il-fatt li hija kwistjoni ta’ trade mark kollettiva fis-sens tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja għandu importanza għar-risposti li għandhom jingħataw għad-domandi preċedenti u, jekk dan huwa l-każ, f’liema rigward?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-12 ta’ Marzu 2020 – JS vs Câmara Municipal de Gondomar

(Kawża C-135/20)

(2020/C 209/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: JS

Konvenuta: Câmara Municipal de Gondomar

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jirrigwarda CES, UNICE u CEEP (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut il-konverżjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat konklużi bejn entitajiet pubbliċi f’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat?

2)

Id-Direttiva 1999/70/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li timponi l-konverżjoni tal-kuntratti bħala l-uniku mod li jiġi evitat l-abbuż li jirriżulta mil-użu suċċessiv ta’ kuntratti tax-xogħol għal żmien determinat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Portugall) fit-12 ta’ Marzu 2020 – MV vs SATA Internacional – Serviços de Transportes Aéreos SA

(Kawża C-137/20)

(2020/C 209/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca dos Açores

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MV

Konvenuta: SATA Internacional – Serviços de Transportes Aéreos SA

Domanda preliminari

Każ bħal dak li seħħ fis-6 ta’ Ġunju 2016, fejn ġiet ikkanċellata titjira minħabba kundizzjonijiet metereoloġiċi fl-ajruport ta’ destinazzjoni, b’mod speċifiku, minħabba li ma kinux żgurati, mal-ħin tat-tluq tat-titjira, il-limiti minimi ta’ viżibbiltà orizzontali, kif ukoll il-viżibbiltà vertikali għar-runway, fejn għalhekk ma kinux iggarantiti l-kundizzjonijiet ta’ sigurtà rikjesti, fl-imsemmi ajruport u mill-ajruplan inkwistjoni, għall-manuvra ta’ nżul, inkwantu kien hemm previżjoni ta’ aggravament tal-kundizzjonijiet atmosferiċi fis-sigħat segwenti, għandu jitqies li jaqa’ taħt “ċirkostanzi straordinarji” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1) li jeżenta lit-trasportatur tal-ajru mil-obbligu ta’ kumpens?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2020 – Analisi G. Caracciolo srl vs Regione Siciliana – Assessorato regionale della salute – Dipartimento regionale per la pianificazione et

(Kawża C-142/20)

(2020/C 209/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Analisi G. Caracciolo srl

Appellati: Regione Siciliana – Assessorato regionale della salute – Dipartimento regionale per la pianificazione, Regione Sicilia – Assessorato della salute – Dipartimento per le attività sanitarie e osservatorio, Accredia – Ente Italiano di Accreditamento, Azienda sanitaria provinciale di Palermo

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħall-Artikolu 40 tal-Liġi Nru 88/2009) li hija interpretata fis-sens li l-attività ta’ akkreditament tista’ tiġi eżerċitata minn organi li ma għandhomx is-sede tagħhom f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni u, għaldaqstant, mingħajr ma jiġi indirizzat l-organu ta’ akkreditament uniku, meta dawn l-organi jiggarantixxu mill-inqas l-osservanza tar-regoli UNI CEI EN ISO/IEC 17025 u UNI CEI EN ISO/IEC 17011 u juru, fost oħrajn permezz ta’ ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku, li għandhom kwalifika essenzjalment ekwivalenti għal dik tal-organi uniċi previsti fir-Regolament Nru 765/2008?

2)

Fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE, tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Artikolu 102 TFUE, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008, sa fejn jistabbilixxi essenzjalment sistema ta’ monopolju fuq livell nazzjonali għall-attivitajiet ta’ akkreditament permezz tas-sistema tal-“organu uniku”, jikser il-prinċipji tad-dritt primarju tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-prinċipji tal-provvista libera tas-servizzi u ta’ non-diskriminazzjoni, il-projbizzjoni tad-disparitajiet ta’ trattament kif ukoll ir-regoli fil-qasam tal-kompetizzjoni li jipprojbixxu s-sitwazzjonijiet ta’ monopolju?


(1)  Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU 2008, L 218, p. 30).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie (il-Polonja) fl-24 ta’ Marzu 2020 – A vs O

(Kawża C-143/20)

(2020/C 209/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: O

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 185(3)(i) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (1) u l-Artikolu 36(1) flimkien mal-punt 12 tal-Anness III(A) tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li fil-każ ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja għal poloz marbuta ma’ unitajiet (fond ta’ kapital tal-assigurazzjoni), fejn l-attivi bażi ta’ dan il-fond huma strumenti derivati (jew strumenti finanzjarji strutturati li fihom huma inkorporati strumenti derivati), l-assiguratur tal-persuna assigurata jew id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni (li joffri tali assigurazzjoni, jiddistribwixxi l-prodott ta’ assigurazzjoni, “ibiegħ” l-assigurazzjoni) huwa obbligat li jagħti informazzjoni dwar in-natura, l-ispeċifikazzjoni tat-tip, il-karatteristiċi (bl-Ingliż: indication of the nature, bil-Ġermaniż: Angabe der Art., bil-Franċiż: Indications sur la nature) tal-istrument bażi (l-istrument derivat jew l-istrument finanzjarju strutturat li fih huma inkorporati strumenti derivati), jew is-sempliċi indikazzjoni tat-tip ta’ attivi bażi, mingħajr ma jiġu kkomunikati l-karatteristiċi ta’ dan l-istrument, hija biżżejjed?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tingħata fis-sens li l-assiguratur jew id-detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni (li joffri tali assigurazzjoni, jiddistribwixxi l-prodott ta’ assigurazzjoni, “ibiegħ” l-assigurazzjoni għal poloz marbuta ma’ unitajiet – fond ta’ kapital tal-assigurazzjoni) huwa obbligat li jagħti informazzjoni dwar in-natura, l-ispeċifikazzjoni tat-tip u l-karatteristiċi tal-istrument bażi (l-istrument derivat jew l-istrument finanzjarju strutturat li fih huma inkorporati strumenti derivati), l-Artikolu 185(3)(i) tad-Diretiva 2009/138/KE u l-Artikolu 36(1) flimkien mal-punt 12 tal-Anness III(A) tad-Direttiva 2002/83/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-informazzjoni kkomunikata lill-konsumatur assigurat dwar in-natura, l-ispeċifikazzjoni tat-tip, il-karatteristiċi tal-istrument bażi (l-istrument derivat jew l-istrument finanzjarju strutturat li fih huma inkorporati strumenti derivati) għandu jkun fiha informazzjoni identika għal dik meħtieġa mill-Artikolu 19(3) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39/KE tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (3) u mill-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (4) (iktar ’il quddiem, fil-qosor, id-“Direttiva 2014/65/UE”), bħal informazzjoni kumplessa dwar strumenti derivati u strateġiji ta’ investiment proposti, li għandhom jinkludu gwida xierqa u twissijiet dwar ir-riskju marbut mal-investimenti f’tali strumenti jew relatat mal-istrateġiji ta’ investiment speċifiku, b’mod partikolari informazzjoni dwar il-metodoloġija ta’ valutazzjoni ta’ strument bażi applikata mill-persuna li tassigura jew mill-aġent tal-kalkolu matul il-perijodu ta’ kopertura tal-assigurazzjoni u informazzjoni li tirrigwarda r-riskju marbut mal-istrument derivat u min joħorġu, inklużi bidliet fil-valur tal-istrument derivat matul iż-żmien, il-fatturi individwali li jiddeterminaw dawn il-bidliet u l-livelli tal-impatt tagħhom fuq il-valur?

3)

L-Artikolu 185(4) tad-Direttiva 2009/138/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u s-sopravivenza għal poloz marbuta ma’ unitajiet (fond ta’ kapital tal-assigurazzjoni), fejn l-attiv bażi ta’ dan il-fond huwa strument derivat (jew strument finanzjarju strutturat li fih huma inkorporati strumenti derivati), l-assiguratur jew id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni (li joffri tali assigurazzjoni, jiddistribwixxi l-prodott ta’ assigurazzjoni, “ibiegħ” l-assigurazzjoni) huwa obbligat li jagħti informazzjoni lill-konsumatur assigurat identika għal dik meħtieġa mill-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2004/39/KE u l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, bħal informazzjoni kumplessa dwar strumenti derivati u strateġiji ta’ investiment proposti li għandhom jinkludu gwida xierqa u twissijiet dwar ir-riskju marbut mal-investimenti f’tali strumenti jew relatat mal-istrateġiji ta’ investiment speċifiku, b’mod partikolari informazzjoni dwar il-metodoloġija ta’ valutazzjoni tal-istrument bażi applikata mill-persuna li tassigura jew mill-aġent tal-kalkolu matul il-perijodu ta’ kopertura tal-assigurazzjoni u informazzjoni li tirrigwarda r-riskju marbut mal-istrument derivat u min joħorġu, inklużi bidliet fil-valur tal-istrument derivat matul iż-żmien, il-fatturi individwali li jiddeterminaw dawn il-bidliet u l-livelli tal-impatt tagħhom fuq il-valur?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni jew għat-tielet domanda (jew għat-tnejn li huma), in-nuqqas ta’ għoti, lill-konsumatur assigurat, mill-assiguratur jew mid-detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni li joffri assigurazzjoni fuq il-ħajja għal poloz marbuta ma’ unitajiet (fond ta’ kapital tal-assigurazzjoni) tal-informazzjoni meħtieġa (indikata fit-tieni u t-tielet domanda) meta tiġi offruta assigurazzjoni lill-konsumatur, jikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jew in-nuqqas ta’ għoti tal-informazzjoni meħtieġa huwa prattika kummerċjali qarrieqa fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva?

5)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv kemm għat-tieni kif ukoll għat-tielet domanda, in-nuqqas ta’ informazzjoni ċara lill-konsumatur min-naħa tal-assiguratur jew tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni (li joffri tali assigurazzjoni, jiddistribwixxi l-prodott ta’ assigurazzjoni, “ibiegħ” l-assigurazzjoni fuq il-ħajja għal poloz marbuta ma’ unitajiet – fond ta’ kapital tal-assigurazzjoni), fir-rigward tal-fatt li l-assi tal-fond ta’ investiment (fond ta’ kapital tal-assigurazzjoni) huma mqiegħda fi strumenti derivati (jew prodotti strutturati li fihom huma inkorporati strumenti derivati), jikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali, jew in-nuqqas ta’ għoti tal-informazzjoni meħtieġa jikkostitwixxi prattika kummerċjali qarrieqa fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva?

6)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv kemm għat-tieni kif ukoll għat-tielet domanda, in-nuqqas ta’ spjegazzjoni ddettaljata lill-konsumatur, min-naħa tal-assiguratur jew tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni li joffri assigurazzjoni fuq il-ħajja għal poloz marbuta ma’ unitajiet (fond ta’ kapital tal-assigurazzjoni), fir-rigward tal-karatteristiċi preċiżi tal-istrument li fih jitqiegħdu l-assi tal-fond ta’ investiment (fond ta’ kapital tal-assigurazzjoni), inkluża l-informazzjoni dwar il-prinċipji operazzjonali ta’ tali strument, f’sitwazzjoni fejn dan huwa strument derivat (jew strument strutturat li fih huwa inkorporat strument derivat), jikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali, jew in-nuqqas ta’ għoti tal-informazzjoni meħtieġa jikkostitwixxi prattika kummerċjali qarrieqa fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva?


(1)  ĠU 2009, L 335, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2014, L 219, p. 66, fil-ĠU 2016, L 262, p. 34, u fil-ĠU 2019, L 316, p. 107.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263.

(4)  ĠU 2014, L 173, p. 349, rettifiki fil-ĠU 2016, L 188, p. 28, fil-ĠU 2016, L 273, p. 35, u fil-ĠU 2017, L 64, p. 116.

(5)  ĠU 2005, L 149, p. 22, rettifika fil-ĠU 2006, L 114, p. 86.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-27 ta’ Marzu 2020 – Bundeswettbewerbsbehörde vs Nordzucker AG et

(Kawża C-151/20)

(2020/C 209/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundeswettbewerbsbehörde

Konvenuti: Nordzucker AG, Südzucker AG, Agrana Zucker GmbH

Domandi preliminari

1.

It-tielet kriterju stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tad-dritt dwar il-kompetizzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju “ne bis in idem”, jiġifieri dak li jgħid li għandu jkun ikkonċernat l-istess interess ġuridiku protett, għandu jiġi applikat ukoll meta l-awtoritajiet għall-kompetizzjoni ta’ żewġ Stati Membri jintalbu japplikaw, għall-istess fatti u fir-rigward tal-istess persuni, minbarra l-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-istess regoli tad-dritt Ewropew (f’dan il-każ, l-Artikolu 101 TFUE)?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

2.

F’każ bħal dan ta’ applikazzjoni parallela tad-dritt Ewropew dwar il-kompetizzjoni u ta’ dak nazzjonali, huwa protett l-istess interess ġuridiku?

3.

Minbarra dan, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju “ne bis in idem”, huwa rilevanti jekk l-ewwel deċiżjoni – fuq il-livell kronoloġiku – tal-awtorità għall-kompetizzjoni ta’ Stat Membru li timponi multa tkun effettivament ħadet inkunsiderazzjoni l-effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni fl-Istat Membru l-ieħor li l-awtorità għall-kompetizzjoni tiegħu ddeċidiet biss sussegwentement fil-proċedura ta’ dritt dwar il-kompetizzjoni li hija mexxiet?

4.

Proċedura li fiha, minħabba l-parteċipazzjoni ta’ parti kkonċernata fil-programm nazzjonali ta’ klemenza, jista’ jiġi kkonstatat biss ksur tad-dritt dwar il-kompetizzjoni, hija wkoll proċedura suġġetta għall-prinċipju “ne bis in idem”, jew tali sempliċi konstatazzjoni ta’ ksur tista’ ssir indipendentement mill-eżitu ta’ proċedura preċedenti rigward l-impożizzjoni ta’ multa (fi Stat Membru ieħor)?


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšším správním soudem (ir-Repubblika Ċeka) fil-31 ta’ Marzu 2020 – Kemwater ProChemie s. r. o. vs Odvolací finanční ředitelství.

(Kawża C-154/20)

(2020/C 209/24)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kemwater ProChemie s. r. o.

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa bħala taxxa tal-input jiġi suġġett għall-obbligu li l-persuna taxxabbli tipprova li s-servizz taxxabbli li hija akkwistat ġiet ipprovduta minn persuna taxxabbli speċifika oħra huwa konformi mad-Direttiva 2006/112/CE (1)?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx issodisfat l-oneru tal-prova msemmija iktar ’il fuq, id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input jista’ jiġi rrifjutat mingħajr ma jkun ġie pprovat li din il-persuna taxxabbli kienet taf, jew setgħet kienet taf, li bl-akkwist tal-oġġetti jew tas-servizzi hija kienet qiegħda tipparteċipa fi frodi fiskali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/18


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-161/20)

(2020/C 209/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, E. Georgieva, S. L. Kalėda, W. Mölls, Aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill (1), li tinstab fl-att ta’ Coreper tal-5 ta’ Frar 2020, li japprova s-sottomissjoni lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar l-introduzzjoni tal-linji gwida dwar iċ-ċiklu tal-ħajja għall-istima tal-emmissjonijiet ta’ gassijiet serra well-to-tank ta’ fjuwils sostenibbli alternattivi, sabiex din tiġi trażmessa mill-Presidenza tal-Kunsill lill-IMO f’isem l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

iżżomm l-effetti tad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-Kummissjoni jirrigwarda deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-att tal-Coreper tal-5 ta’ Frar 2020, li japprova s-sottomissjoni lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (iktar ’il quddiem l-“IMO”) dwar l-introduzzjoni tal-linji gwida dwar iċ-ċiklu tal-ħajja għall-istima tal-emmissjonijiet ta’ gassijiet serra well-to-tank ta’ fjuwils sostenibbli alternattivi (iktar ’il quddiem is-“sottomissjoni LGGS”), sabiex din tiġi trażmessa mill-Presidenza tal-Kunsill lill-IMO f’isem l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha l-Kummissjoni tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel nett il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni tal-Kunsill tikser il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni taħt l-Artikolu 3(2) TFUE. L-Unjoni għandha tabilħaqq kompetenza esklużiva fil-qasam ikkonċernat mis-sottomissjoni LGGS fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(2) TFUE, għaliex dan il-qasam huwa fil-parti l-kbira tiegħu kopert mir-regoli komuni applikabbli għal sitwazzjonijiet intra-UE fi ħdan it-tifsira tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja.

It-tieni nett, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni tal-Kunsill tikser il-prerogattivi istituzzjonali tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 17(1) TUE, għaliex hija biss il-Kummissjoni li hija intitolata li taġixxi f’isem l-Unjoni u li tiżgura r-rappreżentazzjoni esterna tal-Unjoni.


(1)  Dokument tal-Kunsill ST 6287/20 tal-24 ta’ Frar 2020


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/19


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-169/20)

(2020/C 209/26)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u C. Perrin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi ma llikwidatx il-komponent ambjentali fil-kalkolu tal-valur applikabbli għall-vetturi użati introdotti fit-territorju tar-Repubblika Portugiża u akkwistati fi Stati Membri oħra fl-ambitu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 110 TFUEwropea;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-leġiżlazzjoni Portugiża inkwistjoni tistabbilixxi diskriminazzjoni bejn it-tassazzjoni fuq vettura importata u dik fuq vettura nazzjonali simili. Il-modalitajiet u l-forma ta’ kalkolu fis-seħħ iwasslu sabiex it-tassazzjoni tal-vettura importata tkun kważi dejjem ogħla.

Din is-sitwazzjoni hija wisq iktar ta’ tħassib meta tkun kuntrarja għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja: il-leġiżlazzjoni Portugiża dwar il-kalkolu tat-taxxa applikabbli għall-vetturi użati akkwistati fi Stati Membri oħra diġà kienet suġġetta għal proċeduri ta’ ksur preċedenti u ta’ numru ta’ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-leġiżlazzjoni Portugiża ma tiggarantixxix li l-vetturi użati importati minn Stati Membri oħra jiġu ntaxxati għal ammont li ma jeċċedix it-taxxa riflessa fil-vetturi użati domestiċi simili. Dan jista’ jiġi spjegat bil-fatt li, b’konsegwenza tal-bidla fil-leġiżlazzjoni fl-2016, il-komponent ambjentali użat għall-kalkolu tal-valur tal-vettura użat ma jiġix illikwidat.

Minn dan jirriżulta li t-tabella ta’ likwidazzjoni adottata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma twassalx għal approssimazzjoni raġonevoli tal-valur reali tal-vettura użata importata. Konsegwentement, l-ammont imħallas sabiex tiġi rreġistrata vettura użata importata jeċċedi l-ammont relatat għal vettura użata simili diġà rreġistrata fil-Portugall, liema fatt jagħti lok għal ksur tal-Artikolu 110 TFUE u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/20


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-180/20)

(2020/C 209/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, T. Ramopoulos, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/245 (1) tas-17 ta’ Frar 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Sħubija u dawk tal-Kumitat ta’ Sħubija, is-sottokumitati speċjalizzati u korpi oħra stabbiliti mill-Kunsill ta’ Sħubija, u l-istabbiliment tal-lista ta’ Sottokumitati, għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim għajr it-Titolu II (id-“Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/245”) u d-Deċiżjoni ta-Kunsill (UE) 2020/246 (2) tas-17 ta’ Frar 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Sħubija u dawk tal-Kumitat ta’ Sħubija, is-sottokumitati speċjalizzati u korpi oħra stabbiliti mill-Kunsill ta’ Sħubija, u l-istabbiliment tal-lista ta’ Sottokumitati, għall-applikazzjoni tat-Titolu II ta’ dak il-Ftehim (id-“Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/246”);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li i) l-esklużjoni tat-Titolu II mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/245; (ii) l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/246 distinta li tikkonċerna biss it-Titolu II tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ li huwa bbażat fuq il-bażi legali sostantiva tal–Artikolu 37 TFUE; u (iii) ż-żieda tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) TFUE li jipprevedi li l-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu meta l-ftehim ikopri qasam li għalih hija meħtieġa l-unamità, jiksru t-Trattat kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Dan il-motiv huwa bbażat fuq l-argumenti li ġejjin.

L-ewwel nett, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-bażi legali sostantiva tad-deċiżjoni tal-Kunsill ibbażata fuq l-Artikolu 218(9) TFUE rigward il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan korpi stabbiliti bi ftehim għandha tiġi ddeterminata konformement maċ-ċentru ta’ gravità tal-ftehim kollu kemm hu. Il-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ jikkonċerna prinċipalment il-kummerċ u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif ukoll il-kummerċ fis-servizzi tat-trasport filwaqt li r-rabta bejn il-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ u l-PESK ma humiex biżżejjed sinjifikattivi sabiex jiġġustifikaw bażi legali sostantiva bbażata fuq il-PESK għal dak li jikkonċerna l-ftehim kollu kemm hu. Għaldaqstant, il-Kunsill kien żbaljat meta inkluda l-Artikolu 37 TUE fil-bażi legali tad-Deċiżjoni 2020/246 u din id-deċiżjoni ġiet adottata b’mod żbaljat taħt ir-regola ta’ votazzjoni li teħtieġ l-unanimità.

It-tieni nett, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx il-libertà li jiddividu b’mod artifiċjali att uniku f’diversi partijiet u b’hekk joħolqu partijiet li għandhom ċentri ta’ gravità distinti ħlief sabiex jawtorizzawhom jevitaw ir-rekwiżit impost mill-Artikolu 13 TUE li kull istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħet mogħtija lilha fit-Trattati u f’konformità mal-proċeduri, kundizzjonijiet u għanijiet previsti fihom. Meta l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan wieħed mill-korpi maħluq minn ftehim skont l-Artikolu 218(9) TFUE għal dak li jikkonċerna r-regoli li jirregolaw il-funzjonament ta’ dan il-korp għad-dispożizzjonijiet kollha tal-ftehim, id-diviżjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill f’żewġ deċiżjonijiet ma tistax tiġi ġġustifikata. Peress li l-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ ma jagħmilx distinzjoni bejn ir-regoli ta’ proċedura li japplikaw meta l-korpi kkonċernati jaġixxu taħt it-Titolu II jew taħt titoli oħra tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ, il-Kunsill kien żbaljat meta adotta żewġ deċiżjonijiet distinti li waħda biss fosthom tikkonċerna t-Titolu II tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ.


(1)  ĠU 2020, L 52, p. 3.

(2)  ĠU 2020, L 52, p. 5.


Il-Qorti Ġenerali

22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – Armani vs EUIPO – Asunción (GIORGIO ARMANI le Sac 11)

(Kawża T-653/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GIORGIO ARMANI le sac 11 - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti LESAC u lesac - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001”)

(2020/C 209/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Armani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida y Alejos-Pita, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Felipe Domingo Asunción (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 2462/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn F. D. Asunción u Giorgio Armani.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Giorgio Armani SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – Armani vs EUIPO – Asunción (le Sac 11)

(Kawża T-654/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea le Sac 11 - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti LESAC u lesac - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu ġenwint tat-trade mark preċedenti - Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001”)

(2020/C 209/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Armani SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentant: S. Martínez-Almeida y Alejos-Pita, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Felipe Domingo Asunción (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 2464/2017-4), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn F. D. Asunción u Giorgio Armani.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Giorgio Armani SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2020 – Tilly-Sabco vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-707/18) (1)

(Agrikoltura - Ħlas lura fuq l-esportazzjoni - Laħam tat-tjur - Regolament (UE) 2018/1277 adottat wara l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 689/2013 permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kompetenza tal-awtur tal-att - Użu ħażin ta’ proċedura - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ksur biżżejjed ikkaratterizzat ta’ dispożizzjoni legali li tagħti dritt lill-individwi - Dannu)

(2020/C 209/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tilly-Sabco (Guerlesquin, Franza) (rappreżentanti: R. Milchior u S. Charbonnel, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Komilaki u M. Alver, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u B. Hofstötter, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1277 tat-18 ta’ Settembru 2018 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU 2018, L 239, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-għoti ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba l-iffissar għal EUR 0 tal-imsemmi ħlas lura fuq l-esportazzjoni għall-perijodu bejn id-19 ta’ Lulju u l-31 ta’ Diċembru 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tilly-Sabco hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 54, 11.2.2019.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – Tecnodidattica vs EUIPO (Forma ta’ bażi għal globi u għal lampi)

(Kawża T-752/18) (1)

(“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ bażi għal globi u għal lampi - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal kompost wsklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja għall-ksib ta’ riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament KE Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ elementi ornamentali jew fantażisti li għandhom rwol importanti jew essenzjali”)

(2020/C 209/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Tecnodidattica SpA (San Colombano Certenoli, l-Italja) (rappreżentanti: S. Corona u F. Corona, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 76/2017-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost mill-forma ta’ bażi għal globi u għal lampi bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tecnodidattica SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 25.2.2019.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ April 2020 – Bergslagernas Järnvaru vs EUIPO – Scheppach Fabrikation von Holzbearbeitungsmaschinen (Għodda għal qtugħ tal-injam)

(Kawża T-73/19) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għodda għal qtugħ tal-injam - Disinn nazzjonali preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2020/C 209/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bergslagernas Järnvaruaktiebolag (Saltsjö-Boo, l-Isvezja) (rappreżentanti: S. Kirschstein-Freund u B. Breitinger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Scheppach Fabrikation von Holzbearbeitungsmaschinen GmbH (Ichenhausen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1455/2018-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità bejn Scheppach Fabrikation von Holzbearbeitungsmaschinen u Bergslagernas Järnvaru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bergslagernas Järnvaruaktiebolag hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 122, 1.4.2019


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2020 – Abarca vs EUIPO – Abanca Corporación Bancaria (ABARCA SEGUROS)

(Kawża T-106/19) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ABARCA SEGUROS - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ABANCA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2020/C 209/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Abarca – Companhia de Seguros SA (Lisbonne, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Pimenta u Á. Pinho, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Schneider, J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Abanca Corporación Bancaria, SA (Betanzos, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1370/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Abanca Corporación Bancaria u Abarca – Companhia de Seguros

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Abarca – Companhia de Seguros SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u dawk esposti minn Abanca Corporación Bancaria, SA


(1)  ĠU C 131, 8.4.2019.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta April 2020 – Kerry Luxembourg vs EUIPO – Döhler (TasteSense)

(Kawża T-109/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TasteSense - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MultiSense - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2020/C 209/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kerry Luxembourg Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Döhler GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASi tas-27 ta’ Novembnru 2018 (Każ R 1178/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Döhler u Kerry Luxembourg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kerry Luxembourg Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2020 – CV et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-496/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Koeffiċjent ta’ korrezzjoni - Allowance b’rata fissa ta’ servizz - Spejjeż tal-akkomodazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dmir ta’ premura - Ekwivalenza tal-kapaċità ta’ akkwist - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2020/C 209/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CV, CW u CY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u M. Brauhoff, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ta’ din l-istituzzjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrenti intiża, essenzjalment, sabiex tinkiseb żieda, jekk ikun il-każ b’mod retroattiv, fil-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-post tax-xogħol tagħhom, f’dan il-każ Pariġi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CV, CW u CY huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 305, 9.9.2019.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2020 – CZ et vs SEAE

(Kawża T-497/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Koeffiċjent tal – korrezzjoni - Allowance ta’ rata fissa - Spejjeż tal-akkomodazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dmir ta’ premura - Ekwivalenza ta’ kapaċità tal-akkwist - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2020/C 209/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CZ, DB, DC, DD (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tas-SEAE li biha l-Awtorità tal-Ħatra u l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tas-SEAE ċaħdu l-applikazzjoni tar-rikorrenti intiża, essenzjalment, li jiksbu żieda, jekk ikun il-każ retroattiv, tal-koeffiċjent tal-korrezzjoni applikabbli għall-post ta’ impjieg tagħhom, f’dan il-każ Pariġi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CZ, DB, DC u DD huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 305, 9.9.2019.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2020 – Axactor vs EUIPO – Axa (AXACTOR)

(Kawża T-594/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 209/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Axactor SE (Oslo, in-Noveġja) (rappreżentanti: D. Stone, A. Dykes, A. Leonelli, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Axa SA (Paris, Franza) (rappreżentant: P. Martini-Berthon, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 479/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Axa SA u Axactor SE.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Axactor SE u Axa SA huma kkundannati jbgħatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2020 – ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-623/19) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Direttiva 2003/87/KE - Sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Deċiżjoni 2011/278/UE - Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet bla ħlas - Emenda tat-tabella nazzjonali ta’ allokazzjoni li tikkonċerna l-Ġermanja għall-perijodu bejn l-2013 u l-2020 - Estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 209/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal Bremen GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u L. Buschmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Becker, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset b’mod illegali milli tieħu deċiżjoni dwar il-kwantità annwali totali ta’ kwoti ta’ emissjonijiet li għandhom jiġu allokati bla ħlas għal estensjoni sinjifikattiva ta’ kapaċità fir-rigward ta’ installazzjoni sekondarja tar-rikorrenti b’parametru ta’ referenza għal prodott fir-rigward tal-metall imdewweb u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Lulju 2019 fir-rigward tal-intimazzjoni tar-rikorrenti fl-1 ta’ Lulju 2019.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/29


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2020 – Csordas et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-146/20 R)

(“Miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Elezzjonijiet għas-sezzjoni lokali tal-Lussemburgu tal-Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni - Regolarità - Obbligu ta’ kontroll tal-istituzzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Assenza ta’ fumus boni juris”)

(2020/C 209/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Annamaria Csordas (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu), Adrian Sorin Cristescu (il-Lussemburgu), Jean Putz (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu), Miguel Vicente-Nunez (il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Milanowska, T. Lilamand u T. Bohr, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 91(4) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u intiża, b’mod prinċipali, minn naħa, sabiex tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, l-ewwel nett, tan-nota tas-26 ta’ Novembru 2019 tal-uffiċċju tal-votazzjoni li tiddikjara r-riżultati tal-elezzjonijiet għas-sezzjoni lokali tal-Lussemburgu tal-Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2019 tal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tar-rappreżentattività tal-organizzazzjonijiet sindakali jew professjonali rappreżentattivi fi ħdanha, it-tielet nett, tal-mandat tas-sezzjoni lokali tal-Lussemburgu tal-Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni li jirriżulta mill-elezzjonijiet ta’ Novembru 2019, ir-raba’ nett, tal-ħatra mis-sezzjoni lokali tal-Lussemburgu tal-Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni tad-delegati tagħha għall-Kumitat Ċentrali tal-Persunal tal-Kummissjoni, il-ħames nett, ta’ kull deċiżjoni dwar it-tqassim tar-riżorsi supplimentari lir-rappreżentanti tal-persunal tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata żżomm fil-funzjoni tiegħu l-Kumitat tal-Persunal li ser joħroġ sad-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża prinċipali filwaqt li dan il-mandat jiġi limitat għall-affarijiet kurrenti u, sussidjarjament, minn naħa, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tillimita għall-affarijiet kurrenti l-mandat tas-sezzjoni lokali tal-Lussemburgu tal-Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni li jirriżulta mill-elezzjonijiet ta’ Novembru 2019 u, min-naħa l-oħra, sabiex din is-sezzjoni lokali tiġi ordnata taħtar fil-Kumitat Ċentrali tal-Persunal tal-Kummissjoni rappreżentanti proposti mill-Union syndicale Luxembourg

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/29


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2020 – JP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-179/20)

(2020/C 209/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: JP (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2019 li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva ta’ kandidati magħżulin tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 – Amministraturi (AD7), flimkien mad-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2019 li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal eżami mill-ġdid;

tordna lill-konvenuta tikkumpensa d-danni sostnuti; u

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju li l-membri tal-Bord tal-Għażla għandu jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa għal evalwazzjoni oġġettiva tal-eżekuzzjoni u tal-kwalifiki professjonali tar-rikorrent matul l-intervista relatata mal-qasam, ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju li l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla għandha tkun suffiċjentement stabbli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/30


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2020 – Square vs EUIPO ($ Cash App)

(Kawża T-210/20)

(2020/C 209/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Square, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hawkins, Solicitor, K. Lüder, u T. Dolde, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea $ Cash App – reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 410 819

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 811/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Dipartiment tal-Operazzjonijiet u l-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u ta’ amministrazzjoni tajba.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/31


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2020 – Square vs EUIPO ($ Cash App)

(Kawża T-211/20)

(2020/C 209/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Square, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hawkins, Solicitor, K. Lüder u T. Dolde, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea $ Cash App – reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 410 839

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 810/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Dipartiment Operazzjonali u l-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/32


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2020 – JK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/20)

(2020/C 209/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijietħ

Rikorrenti: JK (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2019 tad-Direttur tad-DĠ Baġit u Amministrazzjoni, Riżorsi Umani, tas-SEAE li tiċħad l-ilment tiegħu mressaq, abbażi tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, fil-5 ta’ Frar 2019;

tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda mill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni tal-ilment tiegħu mressaq, abbażi tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, fil-5 ta’ Frar 2019;

tannula, safejn din id-deċiżjoni ssegwi ċaħda impliċita, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment imressaq fl-4 ta’ Settembru 2019 mir-rikorrent u nnotifikata fis-6 ta’ Jannar 2020 mid-Direttur tad-DĠ Baġit u Amministrazzjoni, Riżorsi Umani u Sigurtà;

tikkundanna lil-konvenuta għall-ispejjeż.

Motiviti u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”), l-iżball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-kunċett ta’ fastidju u b’mod iktar partikolari u fl-evalwazzjoni tiegħu inkonnessjoni mal-implimentazzjoni tad-dmir ta’ assistenza tal-istituzzjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti u l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Awtorità tal-Ħatra fil-kuntest taċ-ċaħda tal-ilment, qabel kull inizjattiva ta’ investigazzjoni amministrattiva, fir-rigward tal-importanza tal-prova tal-elementi prodotti insostenn tal-ilment tiegħu.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-elementi prodotti insostenn tat-talba għal assistenza fid-dawl tal-fatt li r-rikorrent kien ipprovda, permezz tal-ilment tiegħu, biżżejjed elementi ta’ natura li juru r-realtà tal-attakki li huwa kien suġġett għalihom.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2020 – Orion vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/20)

(2020/C 209/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Orion Oyj (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek, avukat, J. Mulryne u E. Amos, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-13 ta’ Frar 2020 biex tagħti awtorizzazzjoni ġenerika għall-kummerċ għal “Ftehim Dexmedetomidine”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali u oħra tar-rikorrenti fir-rigward ta’ din il-kwistjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83/KE (1), moqri flimkien mal-Artikolu 10(2)(a) tagħha, billi taċċetta l-prodott mediċinali “Precedex”, li kien ingħata awtorizzazzjoni nazzjonali għall-kummerċ fir-Repubblika Ċeka qabel is-sħubija fl-UE bħala prodott mediċinali ta’ riferiment, peress li din l-awtorizzazzjoni nazzjonali għall-kummerċ ma kinitx ingħatat (jew aġġornata) skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni fis-seħħ.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 14(11) tar-Regolament 726/2004 (2), moqri flimkien mal-Artikolu 10(1) u 6(1) tad-Direttiva 2001/83, billi kkonkludiet li l-protezzjoni regolatorja tad-data għall-prodott tar-rikorrenti, “Dexdor”, kienet skadiet u aċċettat li hija (u d-data tar-riċerka li hija l-bażi tagħha) tista’ tintuża bħala prodott mediċinali ta’ riferiment insostenn ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċ għall-prodott kopja (ġenerika), minħabba l-fatt li l-prodotti mediċinali “Precedex” u “Dexdor” jappartjenu għall-istess awtorizzazzjoni globali għall-kummerċ.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ma fihiex dikjarazzjoni tal-motivi xierqa kif meħtieġ mill-Artikolu 296 TFUE.


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).

(2)  -Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p 229).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/33


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2020 – PNB Banka vs BĊE

(Kawża T-230/20)

(2020/C 209/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tas-17 ta’ Frar 2020 dwar l-irtirar tal-liċenzja bankarja ta’ AS PNB Banka;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlettax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li t-test tad-deċiżjoni kkontestata fih informazzjoni proċedurali insuffiċjenti u qarrieqa.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE b’mod żbaljat uża l-proċedura li tinvolvi żewġ stadji għad-deċiżjoni kkontestata (li tinvolvi proposta tal-awtorità nazzjonali kompetenti), skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (1) u skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (2), minkejja d-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-BĊE tal-1 ta’ Marzu 2019 li permezz tagħha l-BĊE assuma s-superviżjoni diretta tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-proċedura quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti, il-Kummissjoni tas-Suq Finanzjarju u Kapitali (KSFK).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li kien sar proċeduralment impossibbli għall-BĊE li jadotta abbozz ta’ deċiżjoni ta’ rtirar ta’ liċenzja tat-12 ta’ Settembru 2019 fis-17 ta’ Frar 2020 minħabba d-dispożizzjoni proċedurali tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata saret proċeduralment u sostanzjalment illegali minħabba l-irtirar de facto tal-liċenzja mill-BĊE permezz tal-evalwazzjoni preċedenti tal-falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ tal-15 ta’ Awwissu 2019.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali minħabba li hija bbażata fuq interferenza illegali mad-drittijiet ta’ rappreżentanza tar-rikorrenti li ċċaħadha mid-drittijiet proċedurali kollha tagħha.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali minħabba li hija bbażata fuq motivazzjoni insuffiċjenti.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kien prekluż milli jibbaża ruħu fuq is-sentenza Latvjana ta’ insolvenza tat-12 ta’ Settembru 2019 minħabba li din is-sentenza kienet illegali u kienet ibbażata biss fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-BĊE tal-falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE b’mod żbaljat ibbaża ruħu fuq motivi oħra għad-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari ksur allegat tal-limiti għar-riskji l-kbar u tar-rekwiżiti regolatorji relatati mal-kapital, li ma kinux iġġustifikati u li l-KSFK ma kinitx ibbażat ruħha fuqhom fl-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija sostanzjalment illegali minħabba li r-rikorrenti kienet taħt il-kontroll esklużiv tal-KSFK, u għaldaqstant indirettament taħt dak tal-BĊE, mit-12 ta’ Settembru 2019.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija sproporzjonata.

13.

It-tlettax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq l-iżbalji kollha tal-evalwazzjoni tal-falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).

(2)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (ĠU 2014, L 141, p. 1).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/35


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2020 – Price vs Il-Kunsill

(Kawża T-231/20)

(2020/C 209/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: David Price (Le Dorat, Franza) (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tissospendi d-deċiżjoni f’din l-istanza billi tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea d-domandi preliminari segwenti fi proċedura mgħaġġla:

1.

L-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jħassar iċ-ċittadinanza taċ-ċittadini Britanniċi li, qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni, kienu jeżerċitaw id-dritt għall-moviment liberu u ta’ stabbiliment liberu tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor?

2.

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikoli 2, 3, 10, 12 u 127 tal-Ftehim dwar il-ħruġ, tal-punt 6 tal-preambolu tiegħu u tal-Artikoli 18, 20 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kkunsidrati flimkien għandhom jitqiesu bħala li ppermettew lil dawn iċ-ċittadini Britanniċi li jżommu, mingħajr esklużjoni, id-drittijiet għaċ-ċittadinanza Ewropea li kienu jgawdu minnhom qabel l-irtirar tal-pajjiż tagħhom mill-Unjoni Ewropea?

3.

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, il-Ftehim dwar il-ħruġ jikser l-Artikoli 18, 20 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sa fejn dan ma jinkludix dispożizzjoni li tippermettilhom li jżommu dawn id-drittijiet mingħajr esklużjoni?

4.

F’kull każ, l-Artikolu 127(1)(b) tal-Ftehim dwar il-ħruġ jikser l-Artikoli 18, 20 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 39 u 40 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn iċaħħad liċ-ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw id-dritt għal moviment liberu u għall-istabbiliment liberu tagħhom fir-Renju Unit mid-dritt għall-vot u għall-eliġibbiltà għall-elezzjonijiet lokali f’dan il-pajjiż u, jekk il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja jinterpretawh bl-istess mod bħall-Kunsill tal-Istat Franċiż, dan il-ksur jestendi wkoll għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li eżerċitaw il-moviment liberu u l-istabbiliment liberu tagħhom?

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, flimkien mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, sa fejn il-Ftehim dwar il-ħruġ ma jippermettix li jiġi protett b’mod sħiħ id-dritt għas-saħħa ta’ dawn iċ-ċittadini u sa fejn dawn l-atti jiddistingwu b’mod awtomatiku u ġenerali, mingħajr ebda kontroll ta’ proporzjonalità, liċ-ċittadini tal-Unjoni u liċ-ċittadini tar-Renju Unit mill-1 ta’ Frar 2020, u tannulla b’mod partikolari s-sitt paragrafu tal-preambolu u l-Artikoli 9, 10 u 127 tal-Ftehim dwar il-ħruġ;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi l-ispejjeż tal-avukat li jammontaw għal EUR 5 000.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kontroll tal-proporzjonalità tat-tneħħija taċ-ċittadinanza Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini Britanniċi. Ir-rikorrent isostni li bħala ċittadin Ewropew li eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu fl-Unjoni u li ilu assenti mit-territorju Britanniku għal iktar minn ħmistax-il sena, huma ma ġiex awtorizzat jivvota waqt ir-referendum tat-23 ta’ Ġunju 2016 dwar l-appartenenza tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ demokrazija, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ moviment liberu, ta’ libertà tal-espressjoni u ta’ amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tas-sistema legali tal-Unjoni u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament inerenti għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrent isostni b’mod partikolari li d-deċiżjoni kkontestata tmur kontra s-sistema legali tal-Unjoni, li tistabbilixxi l-prinċipju ta’ ugwaljanza ta’ trattament taċ-ċittadini kollha, u kontra s-sistema legali tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. B’mod partikolari, f’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata twassal għat-telf tad-dritt ta’ residenza permanenti tiegħu, miksub wara ħames snin ta’ residenza kontinwa fi Stat Membru, mingħajr ma ġew previsti l-konsegwenzi konkreti ta’ dan it-telf u fuq kollox mingħajr ma ġie eżerċitat ebda kontroll tal-proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ggarantit mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tolqot id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja tiegħu sa fejn din tneħħilu ċ-ċittadinanza Ewropea u, għaldaqstant, id-dritt li jirrisjedi liberament fit-territorju ta’ Stat Membru li huwa ma huwiex ċittadin tiegħu, iżda li fuq it-territorju tiegħu huwa fforma l-ħajja tal-familja tiegħu.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-vot u għall-eliġibbiltà taċ-ċittadini Britanniċi għall-elezzjonijiet lokali u Ewropej. Skont ir-rikorrent, l-Artikolu 127 tal-Ftehim dwar il-ħruġ jikser l-Artikolu 18 TFUE u l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni kkontestata għandha b’hekk tiġi annullata sa fejn din tirratifika ftehim li jinkludi dispożizzjoni li toħloq diskriminazzjoni bejn ċittadini Britanniċi.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq id-distinzjoni awtomatika u ġenerali, magħmula mill-Ftehim dwar il-ħruġ, bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini tar-Renju Unit mingħajr kontroll tal-proporzjonalità fir-rigward tal-ħajja privata u tal-familja taċ-ċittadini Britanniċi mill-1 ta’ Frar 2020. Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni li t-tneħħija taċ-ċittadinanza Ewropea ma tistax tkun awtomatika u ġenerali, li kellha ssir evalwazzjoni in concreto tal-konsegwenzi u li, fin-nuqqas ta’ tali evalwazzjoni, id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi annullata.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jiġifieri tad-dritt għas-saħħa. Ir-rikorrent iqis li minħabba l-fatt li l-Ftehim dwar il-ħruġ ma jipprevedi ebda rimedju għall-protezzjoni tad-dritt għas-saħħa tiegħu din il-kompetenza ta’ sostenn tintemm għar-Renju Unit u għaċ-ċittadini tiegħu, u b’hekk tpoġġi lil dawn fil-perikolu, b’mod partikolari f’perijodu ta’ pandemija u ta’ kriżi sanitarja.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/36


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Mejju 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/20)

(2020/C 209/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. Laprévote, S. Rating u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tal-11 ta’ April 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.56812 (1), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Ir-rikorrenti talbet ukoll li r-rikors tagħha jiġi ddeterminat bil-proċedura mħaffa skont l-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi li fuqhom hija bbażata l-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni mill-aħħar tas-snin 80. Il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni għamel possibbli l-estensjoni ta’ kumpanniji tal-ajru bi prezzijiet baxxi verament pan-Ewropej. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinjora r-rwol ta’ tali kumpanniji tal-ajru pan-Ewropej fil-konnettività tal-Istati Membri tal-Unjoni billi tħalli lill-Isvezja tirriżerva għajnuna biss għal dawk il-kumpanniji tal-ajru li l-Isvezja ħarġitilhom liċenzji ta’ operar tal-Unjoni. L-Artikolu 107(3)(b) TFUE jipprovdi eċċezzjoni għall-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE, iżda dan ma jipprovdix għal eċċezzjoni għar-regoli u l-prinċipji l-oħrajn tat-TFUE.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser l-obbligu tal-Kummissjoni li tiżen l-effetti pożittivi tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u ż-żamma ta’ kompetizzjoni mhux distorta (jiġifieri, l-“eżami ta’ bbilanċjar”).

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tniehdi proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tal-applikanti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tal-11 ta’ April 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.56812 L-Isvezja – Skema ta’ garanzija tas-self taħt il-qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat sabiex jingħata sostenn lill-ekonomija fit-tifqigħa attwali ta’ COVID-19 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU).


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/37


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2020 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Pfizer (RUXXIMLA)

(Kawża T-239/20)

(2020/C 209/48)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pfizer Inc. (New York, New York, L-Istati Uniti tal-Amerika)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea RUXXIMLA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 865 742

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1879/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż għall-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/38


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Pfizer (RUXYMLA)

(Kawża T-248/20)

(2020/C 209/49)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pfizer Inc. (New York, New York, L-Istati Uniti tal-Amerika)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea RUXYMLA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 865 739

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1878/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż għall-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/39


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2020 – González Calvet vs SRB

(Kawża T-257/20)

(2020/C 209/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ramón González Calvet u Joan González Calvet (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: P. Molina Bosch, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2020/52 tas-17 ta’ Marzu 2020;

tevalwa l-assi kollha tal-grupp Banco Popular u mhux biss dawk tal-kumpannija omm separatament mill-assi tas-sussidjarji tagħha, hekk kif għamlet Deloitte, u dan peress li l-grupp kollu ġie inkorporat minn Banco Santander u mhux biss il-kumpannija omm;

tevalwa s-self produttiv għal 100 % tal-valur tagħhom skont il-kotba;

tevalwa s-self mhux produttiv għal 100 % tal-valur tagħhom skont il-kotba peress li l-kopertura tagħhom bejn garanziji u proviżjonament kienet qrib il-100 %;

tevalwa l-assi tal-propjetà immobbli tal-grupp Banco Popular għal EUR 10 896 miljun, peress li l-proviżjonament korrispondenti kien diġà mnaqqas;

tevalwa l-assi totali tal-grupp Banco Popular għal EUR 153 785 miljun skont l-argumenti mressqa fir-rikors, li jagħti valur ta’ bejgħ għall-azzjonisti fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ EUR 29 365 miljun wara li jitnaqqsu EUR 124 420 miljun, li skont Deloitte, kienu dovuti lill-kredituri;

tistabbilixxi kumpens ta’ EUR 7.00 għal kull azzjoni bħala riżultat tal-qsim ta’ EUR 29 365 miljun bejn 4 196 miljun ta’ azzjoni li kienu pendenti fil-mument tar-riżoluzzjoni;

tagħti kumpens ta’ EUR 317 072 lil Ramon González Calvet għall-esproprjazzjoni tal-45 296 azzjoni tiegħu u tagħti kumpens ta’ EUR 11 977 lil Juan González Calvet għall-esproprjazzjoni tal-1 711-il azzjoni tagħha flimkien mal-ispejjeż tal-qorti.

Motivi u argumenti prinċipali

Fis-6 ta’ Ġunju 2017, il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) iddeċieda r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular u biegħu għall-prezz ta’ EUR 1 lil Banco Santander. Fis-17 ta’ Marzu 2020, il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, wara li sema lid-detenturi ta’ obbligazzjonijiet u l-azzjonisti ta’ Banco Popular li kienu milquta mir-riżoluzzjoni tiegħu, fid-deċiżjoni tiegħu SRB/EES/2020/52 iddetermina li l-ebda kumpens ma huwa applikabbli għal dawk affettwati fuq il-bażi tar-rapport ta’ evalwazzjoni Nru 3 ta’ Deloitte.

Fir-rikors, ir-rikorrenti jikkunsidraw lil Deloitte bħala impriża ta’ awdituri li ġiet skreditata f’każijiet bħal dawk ta’ Gowex, Bankia, Gescartera u Abengoa, u fil-fatt bħalissa ma hija qegħda tipprovdi l-ebda awditu lil banek Spanjoli l-kbar.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin:

1.

Ir-rikorrenti jqisu li l-evalwazzjoni ta’ Deloitte tfittex l-interessi tal-SRB u tippreġudika lill-azzjonisti minħabba li fost l-oħrajn:

Tissottovaluta l-assi ta’ taxxa differita, li ġew integralment irkuprati minn Banco Santander;

Ma tikkunsidrax li l-kopertura tas-self mhux produttiv bejn garanziji u proviżjonament kienet ta’ 100 %;

Tissottovaluta l-portafoll ta’ self produttiv;

Ma tgħoddx l-assi kollha tal-grupp Banco Popular u tissepara l-assi tal-entità ġuridika ta’ Banco Popular minn dawk tas-sussidjarji tiegħu u l-investituri fih;

Ma tikkunsidrax li l-valur nett skont il-kotba tal-assi immobbli ladarba jitnaqqas l-proviżjonament kien jammonta għal EUR 10 896 miljun.

2.

Fit-23 ta’ Mejju 2017, is-SRB qabbad lil Deloitte tevalwa lil Banco Popular fi żmien fejn il-president tiegħu, Elka König, f’intervista ma’ Bloomberg TV, irrikonoxxiet li Banco Popular kien taħt osservazzjoni. Minn dan isegwi li s-SRB kien diġà ddeċieda fit-23 ta’ Mejju 2017 ir-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, informazzjoni li sussegwentement inkixfet mill-aġenzija Reuters fil-31 ta’ Mejju u kkawżat is-sitwazzjoni fejn ġew irtirati f’daqqa numru ta’ depożiti li wassal sabiex Banco Popular jitlef il-likwidità.

3.

Skont il-Banco de España, il-Bank Ċentrali Ewropew kien jikkunsidra li Banco Popular kien bank solventi fit-13 ta’ Marzu 2017. Banco Popular qatt ma kien qiegħed f’likwidazzjoni kif tallega Deloitte, iżda huwa ċar li s-SRB kellu bħala għan ir-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular sabiex isalva lil Banco Santander, bank sistemiku Ewropew u globali li t-telf tiegħu (li r-rikorrenti kkalkolaw li jlaħħqu EUR 22 573 miljun matul is-sena 2017) kienu moħbija mill-azzjonisti tiegħu permezz tal-esproprjazzjoni u l-assorbiment ta’ Banco Popular.


22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/40


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2020 – Global Chartered Controller Institute vs EUIPO – CFA Institute (CCA CHARTERED CONTROLLER ANALYST CERTIFICATE)

(Kawża T-266/20)

(2020/C 209/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Global Chartered Controller Institute SL (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: M. Pomares Caballero u T. Barber Giner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CFA Institute (Charlottesville, Virginia, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade figurattiva mark tal-Unjoni Ewropea CCA CHARTERED CONTROLLER ANALYST CERTIFICATE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 508 161

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 235/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata, fid-dawl tal-fatt li fil-każ odjern ma humiex issodisfatti r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-motiv ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001;

jew, fin-nuqqas ta’ dan, tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti (inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell), u tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.