ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 205

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
19 ta' Ġunju 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 205/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9825 — CPPIB/Téthys Invest/Galileo Global Education) ( 1 )

1

2020/C 205/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9587 — ENGIE/EDP Renováveis/EDPR Offshore España) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2020/C 205/03

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Isfidi Demografiċi — it-Triq ’il Quddiem

3

2020/C 205/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/847 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

10

2020/C 205/05

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Iran

11

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 205/06

Rata tal-kambju tal-euro — It-18 ta' Ġunju 2020

12

 

Il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

2020/C 205/07

Deċiżjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-2 ta’ Ġunju 2020 dwar il-kanċellazzjoni ta’ ċerti rapporti dwar azzjonijiet u miżuri meħuda skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1 u r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS/2020/10)

13

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2020/C 205/08

Rapport Speċjali Nru 10/2020 Infrastrutturi tat-trasport fl-UE: tinħtieġ aktar rapidità fl-implimentazzjoni ta’ megaproġetti biex l-effetti tan-netwerk jitwasslu fil-ħin

15


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 205/09

Sejħa għal espressjoni ta’ interess fil-ħatra ta’ membru kwalifikat fil-qasam legali u ta’ membru supplent/addizzjonali kwalifikat fil-qasam legali tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

16

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 205/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9779 — Alstom/Bombardier Transportation) ( 1 )

21

2020/C 205/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9868 — Raytheon Technologies Corporation/Saudi Arabian Oil Company/Middle East Cyber Services JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

23

2020/C 205/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9874 — Tokyo Century Corporation/Nippon Telegraph and Telephone Corporation/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

25


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9825 — CPPIB/Téthys Invest/Galileo Global Education)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 205/01)

Fil-15 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9825. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9587 — ENGIE/EDP Renováveis/EDPR Offshore España)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 205/02)

Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9587. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/3


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Isfidi Demografiċi — it-Triq ’il Quddiem

(2020/C 205/03)

FILWAQT LI JIRRIKONOXXI LI:

1.

L-Aġenda Strateġika 2019-2024 tistipula li jeħtieġ li tiġi mġedda l-bażi għal tkabbir sostenibbli u inklużiv fit-tul u li tissaħħaħ il-koeżjoni fl-UE. Dan jirrikjedi li tinkiseb konverġenza ’l fuq tal-ekonomiji tagħna u firxa ta’ sfidi, inkluż bidla demografika, li għandhom jiġu indirizzati.

2.

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jservi ta’ gwida għal impjiegi effiċjenti u eżiti soċjali għal transizzjoni soċjalment ekwa u ġusta għan-newtralità klimatika, id-diġitalizzazzjoni u t-tibdil demografiku.

3.

It-tifqigħa u t-tixrid tal-pandemija tal-COVID-19 huma sfida globali mingħajr preċedent li ser ikollha impatt b’modi differenti fuq diversi setturi tas-soċjetajiet tagħna, l-ekonomiji, is-swieq tax-xogħol, is-sistemi tal-kura tas-saħħa u soċjali, il-baġits tal-familji u l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tagħna, li possibbilment tagħti lok għal sfidi demografiċi ġodda.

4.

Bidliet fil-klima, fit-teknoloġija u fid-demografija jaffettwaw u jittrasformaw is-soċjetajiet u l-istil ta’ ħajja tagħna. (1) Peress li l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir ekonomiku inklużiv jeħtieġu kapital uman u soluzzjonijiet ġodda u innovattivi, jeħtieġ li t-tiġdid demografiku jkun appoġġat fl-Istati Membri kollha u jenħtieġ li jkollu l-istess prijorità bħan-newtralità klimatika u d-diġitalizzazzjoni fil-livell tal-UE. Jenħtieġ li jiġi antiċipat u rifless fl-inizjattivi futuri kollha tal-Kummissjoni b’mod orizzontali.

5.

Il-mobbiltà intra-UE tal-forza tax-xogħol tinteraġixxi mat-tibdil demografiku, billi ttaffi l-pressjonijiet demografiċi f’xi reġjuni filwaqt li taggrava s-sitwazzjoni f’oħrajn. Il-libertà ta’ moviment tal-ħaddiema hija u jenħtieġ li tibqa’ waħda mil-libertajiet fundamentali tal-Unjoni. Filwaqt li ffaċilitat il-mobbiltà tal-ħaddiema intra-UE, din wasslet ukoll għal diversi fenomeni f’reġjuni differenti tal-Unjoni: l-eżodu ta’ mħuħ, il-kisba ta’ mħuħ, ir-riakkwist ta’ mħuħ, iċ-ċirkolazzjoni ta’ mħuħ u t-tnaqqis tal-popolazzjoni inġenerali. Huwa importanti li r-reġjuni li għadhom lura jiġu pprovduti b’kundizzjonijiet li jagħmluhom aktar vibranti u attraenti, u b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tagħhom.

6.

Matul il-pandemija globali tal-Covid-19, jenħtieġ li l-moviment liberu tal-ħaddiema jinżamm kompletament filwaqt li jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha li għandhom l-għan li jipprevjenu t-tixrid tal-virus u jipproteġu d-drittijiet u s-saħħa tal-ħaddiema vulnerabbli.

7.

Bejn l-2023 u l-2060, il-forza tax-xogħol Ewropea (ta’ bejn l-20 u l-64 sena) imbassra li tonqos bi 8,2 % (madwar 19-il miljun ruħ). Dan it-tnaqqis fil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol mistenni li jipprovdi l-mezzi għall-pensjonijiet u s-servizzi tal-kura tas-saħħa għall-koorti ta’ pensjonanti li qed tikber malajr, u din hija sfida għas-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjonijiet. (2) Sabiex jiġi sostnut it-tkabbir ekonomiku, huwa importanti li jsir investiment fil-ħiliet biex jiġi promoss it-tkabbir tal-produttività u biex tintuża l-forza tax-xogħol disponibbli b’mod sħiħ billi jiġu integrati n-nisa u l-gruppi li bħalissa huma sottorappreżentati, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, l-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà, kif ukoll biex tiġi kkunsidrata, fejn jitqies xieraq, il-migrazzjoni legali biex jittaffa t-tnaqqis fil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, filwaqt li jiġu rrispettati l-kompetenzi nazzjonali.

8.

Ix-xejriet demografiċi fl-UE jindikaw b’mod ċar it-tixjiħ tal-popolazzjoni, b’rati ta’ fertilità kultant b’mod sinifikanti taħt il-livell ta’ sostituzzjoni ta’ 2,1 (3). Kważi wieħed minn kull ħamsa (19,7 %) tal-popolazzjoni totali tal-UE għandu aktar minn 65 sena, u din il-koorti mistennija tilħaq 28,5 % tal-popolazzjoni totali sal-2050. (4) Dan jenfasizza żieda kostanti tal-proporzjon tad-dipendenza. Soċjetà li qed tixjieħ iġġib sfidi iżda wkoll opportunitajiet għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u għas-soċjetà kollha kemm hi. Jista’ jkollha rwol importanti fil-ħolqien tal-impjiegi u f’attivitajiet ta’ appoġġ f’firxa differenti ta’ setturi. Hekk kif ngħixu ħajja itwal u aktar b’saħħitha grazzi għall-progress, fost oqsma oħra, il-mediċina u l-kura tas-saħħa pubblika, is-sigurtà soċjali u l-qerda tal-faqar, ser jitfaċċaw opportunitajiet ġodda fl-ekonomija tal-anzjani u dik tal-kura. Minbarra l-importanza ekonomika tagħha, l-“ekonomija tal-anzjani” jenħtieġ li titqies bħala sinjal ta’ progress soċjali u kulturali u marbuta ma’ identità pożittiva u soċjalment inklużiva għall-anzjani fl-Ewropa. Iż-żidiet fl-istennija tal-għomor u l-kwalità tal-ħajja għandhom jitqiesu bħala suċċess tal-mudell soċjali fi ħdan il-valuri fundamentali tal-UE. Għalhekk, l-ewwel objettiv rigward it-tixjiħ tan-nies huwa li wieħed jiffoka fuq politiki mmirati sew u l-provvista ta’ sistema tal-kura tas-saħħa li tkun komprensiva u adatta skont l-età tul il-ħajja, b’mod partikolari fil-każ ta’ persuni dipendenti.

9.

L-anzjani huma ta’ valur għas-soċjetà u għalhekk jenħtieġ li jipparteċipaw b’mod effettiv fis-soċjetà kemm jista’ jkun u jgħixu ħajjithom b’dinjità u b’mod kemm jista’ jkun indipendenti, inkluż dawk li għandhom diżabbiltà. Ix-xejriet demografiċi, inkluż il-popolazzjoni li qed tixjieħ malajr u l-istennija tal-għomor itwal, ifissru li l-ħtieġa għall-promozzjoni tas-saħħa u l-benesseri, il-kura fit-tul, kif ukoll il-pressjoni fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-pensjonijiet, ser jiżdiedu fl-Ewropa. Din l-isfida jenħtieġ li titqies bħala opportunità biex jiġu żviluppati servizzi ġodda, impjiegi ġodda u forom ġodda ta’ kooperazzjoni, u għall-iżvilupp soċjali. Teknoloġija tal-benesseri u diġitalizzazzjoni aċċessibbli jistgħu jgħinu biex jingħelbu dawn l-isfidi.

10.

L-inklużjoni attiva taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà hija essenzjali. Iż-żgħażagħ jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli minħabba l-perijodu ta’ transizzjoni f’ħajjithom li għaddejjin minnu, in-nuqqas ta’ esperjenza professjonali jew saħansitra ħiliet bażiċi, edukazzjoni jew taħriġ inadegwat, kopertura limitata tal-protezzjoni soċjali, aċċess ristrett għal riżorsi finanzjarji u kondizzjonijiet prekarji ta’ xogħol (5).

11.

It-trobbija tat-tfal hija impenn fit-tul, u sabiex il-politiki demografiċi jkunu effettivi, iridu jkunu affidabbli u dejjiema. L-investiment f’edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal affordabbli u ta’ kwalità għolja jista’ jikkontribwixxi għal tiġdid demografiku u jkollu eżiti pożittivi sinifikanti, b’mod partikolari għal tfal żvantaġġati soċjoekonomikament, billi jgħin biex il-forza tax-xogħol futura ssir aktar reżiljenti fid-dawl tal-isfidi demografiċi, kif ukoll billi jinkisbu eżiti soċjali aħjar tul iċ-ċiklu tal-ħajja.

12.

Il-miri ta’ Barċellona fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ faċilitajiet ta’ kura tat-tfal ta’ kwalità għolja u affordabbli għal tfal preskolastiċi (90 % tat-tfal mill-età ta’ tliet snin sal-età tal-iskola obbligatorja u 33 % tat-tfal taħt it-tliet snin li jipparteċipaw f’faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal) jenħtieġ li jkomplu jiġu segwiti fl-Istati Membri li għadhom lura sabiex tiġi żgurata konverġenza ’l fuq.

13.

Jenħtieġ li jitfasslu politiki pubbliċi sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet, fost l-oħrajn l-ambjent ekonomiku, li jippermettu lill-individwi u l-familji li jkollhom it-tfal li jixtiequ u li jgawdu minn kwalità ta’ ħajja aħjar, li jgħixu fis-sikurezza u li jiksbu bilanċ bejn ix-xogħol, il-familja u r-responsabbiltajiet ta’ kura.

14.

Id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata tal-2019 għandha l-għan li tikseb ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f’dak li għandu x’jaqsam mal-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq ix-xogħol billi tiffaċilita r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, il-ħajja tal-familja u r-responsabbiltajiet ta’ kura għall-ħaddiema li huma ġenituri jew persuni li jindukraw, u billi tippromwovi l-kondiviżjoni ekwa ta’ dawn ir-responsabbiltajiet, kif imnaqqax ukoll fil-prinċipju 9 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

15.

Minħabba l-urbanizzazzjoni, nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ xogħol, dħul baxx u servizzi inadegwati, ħafna żoni rurali u reġjuni insulari qed jaraw tnaqqis fil-popolazzjonijiet tagħhom, li jżid id-diskrepanza bejn iż-żoni urbani u dawk rurali, li ssejjaħ għall-adozzjoni ta’ strateġija integrata sabiex tagħti spinta lill-iżviluppsostenibbli ta’ dawn ir-reġjuni abbażi tal-potenzjal speċifiku tagħhom.

16.

It-titjib tal-konnessjonijiet tat-trasport u l-iżvilupp ulterjuri tat-trasport pubbliku jippermettu lin-nies jiċċaqalqu liberament, billi jindirizza l-lakuni fil-konnettività u għalhekk jagħti spinta lill-koeżjoni soċjali.

17.

It-tibdil demografiku joffri opportunità biex is-sistemi tal-pensjonijiet, tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul jiġu adattati. It-tixjiħ attiv u b’saħħtu, appoġġat minn sistemi effiċjenti tal-kura tas-saħħa, mudelli tal-kura flessibbli, adegwati u mfassla apposta kif ukoll l-impjegabbiltà tal-popolazzjoni li qed tixjiħ huma essenzjali biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-kura. Il-kopertura, l-aċċessibbiltà, l-adegwatezza u s-sostenibbiltà mtejba huma essenzjali għall-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali (6) u għat-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom fir-rigward tal-kriżijiet tas-saħħa u tas-sistema soċjali bħall-pandemija globali tal-COVID-19.

18.

L-UE bħalissa miexja lejn soċjetajiet li jgħixu aktar, b’fertilità aktar baxxa u b’edukazzjoni aħjar. Stampa komprensiva, preċiża u bbażata fuq l-evidenza tas-sitwazzjoni attwali u l-projezzjonijiet futuri tista’ tinkiseb billi tiġi eżaminata data dwar il-migrazzjoni, il-fertilità u l-mortalità (7), flimkien mal-kisba tal-edukazzjoni u l-livelli reali tal-ħiliet, ir-rati ta’ parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol u indikaturi soċjodemografiċi oħra. It-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza jirrikjedi data valida, rilevanti u f’waqtha, diżaggregata skont is-sess u l-età. Data aġġornata kontinwament dwar proċessi demografiċi u dwar fatturi li jinfluwenzawhom, kif ukoll dwar il-ħtiġijiet u l-preferenzi speċifiċi tan-nisa u l-irġiel ta’ kull grupp ta’ età, tikkostitwixxi għodda essenzjali għall-formulazzjoni ta’ politiki demografiċi u l-evalwazzjoni tar-riżultati tagħhom.

19.

Fit-tfassil ta’ politiki demografiċi, huma meħtieġa b’mod qawwi l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni transettorjali bejn is-servizzi soċjali, tal-familja, tas-saħħa, tal-impjiegi, tal-edukazzjoni u tal-kura, inkluż is-setturi ekonomiċi kollha, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ekonomiċi ta’ kull Stat Membru.

20.

Iċ-ċavetta għas-suċċess tinsab fil-livelli kollha ta’ koordinazzjoni u kollaborazzjoni fost il-gvernijiet: nazzjonali, reġjonali u lokali, flimkien mal-involviment tas-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, li jikkooperaw fil-livelli kollha biex dan jirnexxi.

FILWAQT LI JIKKUNSIDRA LI:

21.

L-opinjoni esploratorja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-isfidi demografiċi fl-UE fid-dawl tal-inugwaljanzi ekonomiċi u tal-iżvilupp” tenfasizza li l-edukazzjoni, il-kura u l-assistenza ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u affordabbli (għat-tfal, il-persuni b’diżabbiltà u l-anzjani) huma kruċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi u jiġi appoġġat it-tkabbir tal-popolazzjoni (8).

22.

Il-messaġġ imwassal fil-qafas tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012), li s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet tista’ tiflaħ għat-test tat-tixjiħ tal-popolazzjoni, għadu pertinenti.

23.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ekonomija tal-Benesseri (2019) jenfasizzaw diversi elementi ewlenin għar-reżiljenza tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna u l-prosperità futura tagħhom, inkluż edukazzjoni u taħriġ aċċessibbli u ta’ kwalità għolja, kif ukoll edukazzjoni tul il-ħajja, politiki tal-ħajja tax-xogħol ġusti, sistemi ta’ protezzjoni soċjali adegwati u sostenibbli, aċċess għas-servizzi, id-diġitalizzazzjoni u żviluppi teknoloġiċi oħra,

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

24.

JIŻVILUPPAW u JAĠĠORNAW qafas għall-politiki demografiċi li jinvolvu s-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, skont il-kompetenzi tagħhom;

25.

JINDIRIZZAW id-diskrepanzi attwali u futuri bejn il-provvista u d-domanda tax-xogħol, peress li t-trasformazzjoni diġitali, il-globalizzazzjoni u t-tibdil demografiku qed isawru d-domandi tas-suq tax-xogħol permezz tal-ħolqien u l-qerda tal-impjiegi, kif ukoll billi jbiddlu n-natura tal-okkupazzjonijiet eżistenti, b’kont meħud tal-impatt tat-tibdil demografiku fuq il-proċessi tas-suq tax-xogħol sabiex jinħasdu l-benefiċċji tat-trasformazzjoni diġitali u l-globalizzazzjoni għall-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjiegi fir-reġjuni kollha;

26.

JINKORAĠĠIXXU t-titjib tal-livelli tal-ħiliet, permezz ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità affordabbli, aċċessibbli u inklużivi kif ukoll permezz ta’ edukazzjoni tul il-ħajja, inkluż ħiliet diġitali, biex jgħinu jżidu l-aċċess għas-suq tax-xogħol u jsostnu t-tkabbir ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u s-sodisfazzjon personali, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel;

27.

JINKORAĠĠIXXU u JIPPROMWOVU l-kisba ta’ ħiliet fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), jimmotivaw liż-żgħażagħ, speċjalment in-nisa żgħażagħ, biex jaqbdu karrieri STEM, l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali li jistgħu jgħinu lill-UE tindirizza l-isfidi demografiċi u jistgħu jtejbu l-produttività u jsostnu t-tkabbir ekonomiku fid-dawl ta’ popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos, filwaqt li joħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja li jattiraw it-talent;

28.

JISSENSIBILIZZAW dwar l-importanza li jiġu inklużi n-nisa u l-gruppi sottorappreżentati, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, il-ħaddiema anzjani u l-persuni b’diżabbiltà, billi tittejjeb il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-etajiet u l-gruppi kollha sabiex tgħin fil-mitigazzjoni tal-effetti ta’ tixjiħ demografiku fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u biex tiġi promossa l-ugwaljanza;

29.

JIMPLIMENTAW politiki soċjali u tax-xogħol inklużivi, ibbażati fuq opportunitajiet indaqs, u b’mod partikolari politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, billi jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, arranġamenti tax-xogħol flessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, il-forniment ta’ servizzi ta’ kwalità għolja għall-indukrar tat-tfal u servizzi ta’ kura fit-tul aċċessibbli u affordabbli, kif ukoll il-kondiviżjoni ugwali tar-responsabbiltajiet domestiċi u tal-indukrar bejn in-nisa u l-irġiel, biex il-ġenituri jew il-persuni b’responsabbiltajiet ta’ indukrar ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-forza tax-xogħol u fis-soċjetà;

30.

JAGĦMLU PROGRESS lejn l-implimentazzjoni u l-iżgurar tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali għan-nisa u l-irġiel sabiex jiġu eliminati d-differenzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi, il-pagi u l-pensjonijiet;

31.

JINKORAĠĠIXXU l-investiment fit-tfal bħala l-forma ta’ investiment soċjali li fil-futur iħallas l-ogħla redditu. Dan jinkludi sforzi biex jinkiser iċ-ċiklu tal-faqar minn ġenerazzjoni għall-oħra billi jintużaw investimenti mmirati biex jitnaqqas il-faqar fost it-tfal;

32.

JIPPROMWOVU u JENFASIZZAW politiki adegwati u koordinati li jipprovdu tipi differenti ta’ appoġġ finanzjarju u appoġġ ieħor għall-familji, b’mod partikolari għal dawk li qed jrabbu t-tfal (eż. liv imħallas, allowances tat-tfal, sistemi tat-taxxa u ta’ benefiċċju xierqa, soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni sussidjata u appoġġ għall-istudenti), inkluż soluzzjonijiet innovattivi;

33.

JENFASIZZAW l-importanza tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, JIPPROMWOVU t-tixjiħ attiv u b’saħħtu u JASSIGURAW aċċess għall-appoġġ neċessarju għall-popolazzjoni li qed tixjieħ u l-familji tagħhom, inkluż l-adattabbiltà tal-ispazji tal-għajxien, is-saħħa elettronika u l-intelliġenza artifiċjali, minħabba l-impatt tagħhom fuq l-indirizzar tal-isfidi tat-tixjiħ u t-telf tal-awtonomija;

34.

ISAĦĦU s-sensibilizzazzjoni fi ħdan il-popolazzjoni tad-drittijiet ta’ persuni anzjani għal ħajja awtonoma, dinjituża u awtodeterminata, u d-dritt għall-parteċipazzjoni soċjali, anke fi żminijiet ta’ kriżi bħall-pandemija globali attwali tal-COVID-19, il-promozzjoni ta’ tixjiħ attiv u b’saħħtu, l-investiment fil-protezzjoni soċjali u li tingħata attenzjoni f’kull rigward għat-trattament pożittiv tal-anzjani;

35.

IRAWMU d-drittijiet tal-anzjani b’diżabbiltà, filwaqt li jiżguraw kondizzjonijiet tal-għajxien deċenti u parteċipazzjoni sħiħa fil-ħajja tal-komunità u JESPLORAW il-kompatibbiltà bejn il-pensjonijiet tad-diżabbiltà u l-pensjonijiet tal-irtirar;

36.

JINDIRIZZAW l-isfidi u JIEĦDU VANTAĠĠ mill-opportunitajiet li jirriżultaw minn domanda dejjem tikber għall-kura fit-tul minħabba t-tixjiħ u JESPLORAW kif id-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġija tal-benesseri jistgħu jiġu integrati aħjar f’servizzi ta’ kura biex jittejbu l-aċċessibbiltà u l-għoti ta’ servizzi;

37.

JIDDETERMINAW żoni u reġjuni li jista’ jkollhom bżonn ta’ intervent f’termini ta’ aċċessibbiltà għat-trasport, peress li n-nuqqas ta’ aċċess għat-trasport ifisser ħafna każijiet ta’ nuqqas ta’ aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kultura, is-swieq tax-xogħol jew is-servizzi tal-kura tas-saħħa;

38.

JIŻGURAW, fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali, aċċess għal protezzjoni soċjali adegwata għall-ħaddiema kollha, irrispettivament mit-tip tar-relazzjoni ta’ impjieg u t-tul ta’ żmien tagħha u skont kondizzjonijiet komparabbli, għal min jaħdem għal rasu (9) (10);

39.

JIKKUNSIDRAW, fejn jitqies xieraq, il-migrazzjoni legali sabiex jittaffa t-tnaqqis tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, filwaqt li jiġu rrispettati l-kompetenzi nazzjonali;

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA, F’KONFORMITÀ MAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, U B’KONT MEĦUD TAĊ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI U WAQT LI JKUNU RISPETTATI R-RWOL U L-AWTONOMIJA TAS-SĦAB SOĊJALI, BIEX:

40.

JIPPROMWOVU l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali bħala pass meħtieġ lejn opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti, kif ukoll protezzjoni u inklużjoni soċjali;

41.

JIMPLIMENTAW interventi ta’ politika bbażati fuq l-evidenza u effettivi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni biex jindirizzaw sfidi komuni li jirriżultaw mit-tibdil demografiku, inkluż id-disponibbiltà ta’ kura fit-tul ta’ kwalità għolja u s-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali;

42.

JINDIRIZZAW l-iżbilanċi fil-mobbiltà intra-UE sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali u jinbidel l-eżodu ta’ mħuħ f’ċirkolazzjoni ta’ mħuħ jew lejn kisba ta’ mħuħ u TKOMPLI L-ĦIDMA FUQ it-titjib tal-ħiliet kontinwu u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol, filwaqt li titqies in-natura dinamika tas-suq tax-xogħol u t-trasformazzjoni ambjentali, teknoloġika u demografika sabiex jiġu indirizzati d-disparitajiet reġjonali, id-depopolazzjoni rurali u l-isfidi urbani;

43.

ITEJBU l-bażi tal-għarfien u l-fehim tal-importanza tal-”ekonomija tal-anzjani” u JISSENSIBILIZZAW dwarha u dwar l-opportunitajiet tal-impatt ġenerali pożittiv tagħha li jenħtieġ li jkunu bbażati fuq bilanċ bejn il-ħtiġijiet ekonomiċi u dawk umani;

44.

JISTIMULAW soluzzjonijiet innovattivi li jiffaċilitaw u jagħtu valur miżjud lill-parteċipazzjoni tal-anzjani fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol skont il-kapaċitajiet u l-inklinazzjonijiet tagħhom, u li jinkoraġġixxu u jappoġġaw tixjiħ b’saħħtu u attiv fil-politiki kollha u JIPPROMWOVU d-drittijiet ta’ persuni anzjani b’diżabbiltà;

45.

IŻIDU l-aċċessibbiltà għal servizzi affordabbli, ta’ kwalità għolja u, fejn xieraq, servizzi integrati soċjali, tal-familja, tas-saħħa, tal-impjieg, tal-edukazzjoni, tal-akkomodazzjoni, tal-kura u tat-trasport, li jistgħu jkunu fatturi importanti biex titnaqqas id-diskrepanza bejn iż-żoni urbani u dawk rurali;

46.

ISAĦĦU l-kapaċità li jiġu mitigati sfidi demografiċi ġodda possibbli li jirriżultaw mit-tifqigħa tal-pandemija globali tal-COVID-19 u JIŻGURAW ir-reżiljenza tas-soċjetà;

47.

JAGĦTU SEGWITU għall-progress tal-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għall-Irkupru lejn Ewropa aktar reżiljenti, sostenibbli u ġusta, (11)immirat lejn strateġija koordinata u inklużiva biex tingħeleb il-fażi attwali tal-pandemija globali tal-COVID-19, u JSAĦĦU l-koordinazzjoni ta’ strateġiji ekonomiċi, sabiex jinkisbu l-irkupru tal-attivitajiet tal-produzzjoni u l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol;

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX:

48.

TKOMPLI TIŻVILUPPA bażi komuni u riżorsa interattiva fl-UE kollha biex tinkiseb data f’waqtha, konsistenti, affidabbli, komparabbli u aċċessibbli, diżaggregata skont is-sess u l-età, biex jiġu indirizzati l-iżviluppi demografiċi, u TAPPOĠĠA politiki nazzjonali biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, b’kont meħud tal-projezzjonijiet demografiċi u l-impatti identifikati tat-tibdil demografiku fuq is-soċjetà Ewropea, speċjalment importanti fid-dawl tal-irkupru mill-COVID-19;

49.

TELABORA, fejn rilevanti, strateġija xierqa u differenzjata, inkluż finanzjament Ewropew immirat possibbli, għall-Istati Membri, iż-żoni rurali, il-gżejjer u reġjuni oħra tagħhom li huma l-aktar affettwati b’mod akut mit-tnaqqis fil-popolazzjoni, speċjalment fejn din hija konsegwenza ta’ opportunitajiet ta’ xogħol, servizzi jew konnessjonijiet ta’ trasport insuffiċjenti, speċifikament imfassla biex jattiraw in-nies lejn dawn ir-reġjuni;

50.

TIŻGURA li l-proposti u l-inizjattivi ta’ politika kollha jkunu akkumpanjati minn valutazzjonijiet komprensivi tal-impatt demografiċi u territorjali, imwettqa b’mod parallel ma’ valutazzjonijiet tal-impatt ekonomiċi, ambjentali u soċjali, bl-objettiv li r-reġjuni li waqgħu lura jsiru aktar vibranti u attraenti, u b’hekk jikkontribwixxu għall-koeżjoni soċjali u territorjali tal-Unjoni;

51.

TNIEDI riflessjoni komprensiva dwar it-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-implikazzjonijiet sħaħ tagħha, inkluż l-effetti fit-tul tagħha fuq l-ekonomija u s-soċjetà tal-UE, segwita minn inizjattivi konkreti, b’kont dovut għall-kompetenzi tal-Istati Membri, bl-objettiv li din l-isfida tinbidel f’opportunitajiet ġodda u b’hekk bl-għan li tiżgura, fl-aħħar mill-aħħar, tkabbir ekonomiku u sistemi ta’ protezzjoni soċjali inklużivi u sostenibbli;

52.

TIPPROPONI strateġija ta’ kura fit-tul u distinta bil-għan li żżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol sabiex jinżamm it-tkabbir ekonomiku inklużiv u nondiskriminatorju u jitnaqqsu r-riskji u l-pressjonijiet fuq il-finanzi pubbliċi u n-nefqa soċjali marbuta b’mod aktar ġenerali mat-tixjiħ tal-popolazzjoni, filwaqt li jitqies il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja;

53.

TOĦROĠ b’mod f’waqtu proposta għal Garanzija Ewropea għat-Tfal;

54.

TISSUĠĠERIXXI li l-2023 tingħażel bħala s-Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal;

55.

TIŻGURA li l-investimenti permezz ta’ fondi tal-UE jagħmlu kontribut tanġibbli biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi fil-livelli nazzjonali u reġjonali, b’kont meħud tal-mobbiltà intra-UE, permezz tal-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi li jimmitigaw l-impatti l-aktar akuti tax-xejriet demografiċi u l-ħolqien ta’ mezzi għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki sabiex il-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu jistgħu jitgħallmu mill-esperjenzi ta’ xulxin;

56.

TIŻGURA li l-isfidi demografiċi jitqiesu b’mod xieraq fis-Semestru Ewropew, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq l-ekonomija u fuq is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, b’kont meħud tal-kuntesti partikolari preżenti f’kull Stat Membru;

JISTIEDEN LILL-KUMITAT TAL-IMPJIEGI U L-KUMITAT TAL-PROTEZZJONI SOĊJALI BIEX:

57.

JISTINKAW biex jiżviluppaw settijiet adegwati ta’ indikaturi demografiċi, diżaggregati skont is-sess u l-età, minn dawk li qed jintużaw bħalissa, u JIŻVILUPPAW settijiet ġodda fejn meħtieġ, b’referenza għas-suq tax-xogħol u l-koeżjoni soċjoekonomika u f’kooperazzjoni, fejn applikabbli, mal-korpi preparatorji rilevanti l-oħra tal-Kunsill b’kompetenza b’mod partikolari fil-qasam tal-ekonomija u l-finanzi;

58.

JINKORAĠĠIXXU l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri fl-indirizzar tal-isfidi demografiċi, b’referenza għas-suq tax-xogħol u l-koeżjoni soċjoekonomika;

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI U L-KUMITAT TAL-IMPJIEGI U L-KUMITAT TAL-PROTEZZJONI SOĊJALI BIEX:

59.

IWETTQU studju dwar l-impatt tal-iżviluppi demografiċi dwar l-adegwatezza tal-pensjonijiet u l-kura fit-tul.

(1)  Linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2019-2024.

(2)  Parlament Ewropew, analiżi fil-fond: “Demographic outlook for the European Union 2019” (Prospettiva demografika għall-Unjoni Ewropea 2019).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Transizzjonijiet Ġusti”, 14 ta’ Jannar 2020.

(4)  “Ageing Europe, Looking at the lives of older people in the EU” (Tixjiħ tal-Ewropa, Ħarsa lejn il-ħajja ta’ persuni akbar fl-età fl-UE), Edizzjoni tal-2019.

(5)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ - 2013/C 120/01.

(6)  Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi - 6346/20.

(7)  https://ec.europa.eu/eurostat/web/population/overview

(8)  https://www.eesc.europa.eu/en/our-work/opinions-information-reports/opinions/demographic-challenges-eu-light-economic-and-development-inequalities-exploratory-opinion-request-croatian-presidency

(9)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom (2019/C 387/01).

(10)  Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

(11)  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/communication_-_a_european_roadmap_to_lifting_coronavirus_containment_measures_0.pdf


19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/10


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/847 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(2020/C 205/04)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li attwalment huma deżinjati fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/849 (2) u fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (3) kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/847 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li eżamina mill-ġdid il-lista ta’ persuni u entitajiet li bħalissa huma deżinjati fl-Annessi msemmijin hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u l-entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness X għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 26 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  ĠU L 196, 19.6.2020, p. 8.

(3)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 196, 19.6.2020, p. 1.


19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/11


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Iran

(2020/C 205/05)

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/849 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/847 (5).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/849 (6), u r-Regolament (UE) Nru 267/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/847 (7).

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar stabbiliti bid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad‐Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(3)  ĠU L 196, 19.6.2020, p. 8.

(4)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 196, 19.6.2020, p. 1.

(6)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru u d-dettalji tal-pubblikazzjoni għad-dokument 8089/20.

(7)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru u d-dettalji tal-pubblikazzjoni għad-dokument 8091/20.


Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta' Ġunju 2020

(2020/C 205/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1222

JPY

Yen Ġappuniż

120,00

DKK

Krona Daniża

7,4556

GBP

Lira Sterlina

0,90028

SEK

Krona Żvediża

10,5525

CHF

Frank Żvizzeru

1,0667

ISK

Krona Iżlandiża

153,50

NOK

Krona Norveġiża

10,7083

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,689

HUF

Forint Ungeriż

345,94

PLN

Zloty Pollakk

4,4647

RON

Leu Rumen

4,8393

TRY

Lira Turka

7,6968

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6356

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5218

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6972

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7420

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5642

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 359,26

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,5334

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9545

HRK

Kuna Kroata

7,5463

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 806,19

MYR

Ringgit Malażjan

4,8008

PHP

Peso Filippin

56,302

RUB

Rouble Russu

78,2063

THB

Baht Tajlandiż

34,928

BRL

Real Brażiljan

5,9738

MXN

Peso Messikan

25,2628

INR

Rupi Indjan

85,6730


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/13


DEĊIŻJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tat-2 ta’ Ġunju 2020

dwar il-kanċellazzjoni ta’ ċerti rapporti dwar azzjonijiet u miżuri meħuda skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1 u r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

(BERS/2020/10)

(2020/C 205/07)

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2)(f) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Fit-Taqsimiet 2.3.1 sa 2.3.3 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), id-destinatarji ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni huma mitluba jirrapportaw lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ħadu d-destinatarji biex jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni, jew biex jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni kull tliet snin. L-ewwel rapporti minn kull destinatarju kellhom jintbagħtu sat-30 ta’ Ġunju 2016. Il-ġabra tal-ewwel rapporti rċevuti ffurmaw il-bażi tal-ewwel valutazzjoni ta’ konformità mill-BERS dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1. Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ġew approvati mill-Bord Ġenerali tal-BERS fl-1 ta’ Frar 2019 u r-Rapport ta’ Konformità fil-Qosor, li jipprovdi valutazzjoni tal-livell ta’ implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1, mid-destinatarji tagħha, ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BERS f’Mejju 2019.

(2)

Fit-Taqsima 2.3.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), l-awtoritajiet relevanti huma mitluba jirrapportaw kull sentejn lill-BERS u lill-Kunsill dwar l-azzjonijiet meħuda b’risposta għal dik ir-Rakkomandazzjoni, jew biex jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni. L-ewwel rapporti minn kull awtorità relevanti kellhom jintbagħtu sat-30 ta’ Ġunju 2017. Il-valutazzjoni tal-konformità għar-Rakkomandazzjoni għadha għaddejja.

(3)

Id-Deċiżjoni BERS/2019/15 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) ipposponiet id-dati għas-sottomissjoni tat-tieni rapporti taħt ir-Rakkomandazzjonijiet BERS/2014/1 u BERS/2015/2 rispettivament b’sena sat-30 ta’ Ġunju 2020.

(4)

Il-membri tal-BERS u d-destinatarji tar-Rakkomandazzjonijiet BERS/2014/1 u BERS/2015/2 qegħdin jevalwaw l-implikazzjonijet tal-coronavirus (COVID-19) u qegħdin isegwu firxa ta’ miżuri mmirati biex itaffu l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja. Minħabba l-isfidi sinifikanti assoċjati mal-firxa tal-COVID-19, għalhekk huwa xieraq li d-destinatarji ma jibqgħux meħtieġa jissottomettu t-tieni rapporti taħt ir-Rakkomandazzjonijiet BERS/2014/1 u BERS/2015/2, li huma dovuti sat-30 ta’ Ġunju 2020.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex taffettwa t-talbiet għas-sottomissjoni ta’ kwaluinkwe rapport sussegwenti taħt ir-Rakkomandazzjonijiet BERS/2014/1 u BERS/2015/2,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kanċellazzjoni ta’ ċerti rapporti dwar azzjonijiet u miżuri meħuda

1.   Id-destinatarji tar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1 m’għadhomx meħtieġa jissottomettu t-tieni rapport tagħhom, li huwa dovut sat-30 ta’ Ġunju 2020, dwar il-miżuri li huma ħadu biex jikkonformaw ma’ dik ir-Rakkomandazzjoni, jew biex jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni.

Xejn fil-paragrafu 1 m’għandu jaffettwa t-talba għas-sottomissjoni tar-rapporti sussegwenti dovuti skont id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1.

2.   Id-destinatarji tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 m’għadhomx meħtieġa jissottomettu t-tieni rapport tagħhom, li huwa dovut sat-30 ta’ Ġunju 2020, dwar l-azzjonijiet meħuda b’risposta għal dik ir-Rakkomandazzjoni, jew biex jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni.

Xejn fil-paragrafu 2 m’għandu jaffettwa t-talba għas-sottomissjoni tar-rapporti sussegwenti dovuti skont id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Ġunju 2020.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Ġunju 2020.

Kap tas-Segretarjat tal-BERS,

f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS

Francesco MAZZAFERRO


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(2)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.

(3)  Rakkomandazzjoni BERS/2014/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-18 ta' Ġunju 2014 dwar gwida għall-iffissar tar-rati tar-riżerva kontroċiklika (ĠU C 293, 2.9.2014, p. 1).

(4)  Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).

(5)  Deċiżjoni BERS/2019/15 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-28 ta' Ġunju 2019 dwar id-differiment ta’ ċerti rapporti dwar azzjonijiet u miżuri meħuda skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1 u r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU C 264, 6.8.2019, p. 2).


Il-Qorti tal-Awdituri

19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/15


Rapport Speċjali Nru 10/2020

“Infrastrutturi tat-trasport fl-UE: tinħtieġ aktar rapidità fl-implimentazzjoni ta’ megaproġetti biex l-effetti tan-netwerk jitwasslu fil-ħin”

(2020/C 205/08)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 10/2020 “Infrastrutturi tat-trasport fl-UE: tinħtieġ aktar rapidità fl-implimentazzjoni ta’ megaproġetti biex l-effetti tan-netwerk jitwasslu fil-ħin” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/16


Sejħa għal espressjoni ta’ interess fil-ħatra ta’ membru kwalifikat fil-qasam legali u ta’ membru supplent/addizzjonali kwalifikat fil-qasam legali tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(2020/C 205/09)

Deskrizzjoni tal-Aġenzija

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-Aġenzija) maħluqa fl-1 ta’ Ġunju 2007 u li tinsab f’Helsinki, il-Finlandja, taqdi rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tar-Regolamenti REACH, CLP, BPR u PIC.

REACH (1) hu r-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2007. Id-dispożizzjonijiet skont l-Artikoli 75 sa 111 tar-REACH jirregolaw il-funzjonament tal-Aġenzija u jiddeskrivu l-kompiti li għandha twettaq.

Is-CLP (2) hu r-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar u l-Imballaġġ tas-sustanzi kimiċi. Dan daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Jannar 2009. L-Artikolu 50 tar-Regolament jiddeskrivi l-kompiti tal-Aġenzija.

Il-BPR (3) hu r-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2013 u jikkonċerna t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali. Id-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 74 tal-BRP jiddeskrivu r-rwol tal-Aġenzija.

Il-PIC (4) hu r-Regolament dwar il-Kunsens Infurmat minn Qabel li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2014 u jamministra l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi perikolużi u jixħet obbligu fuq il-kumpaniji li jixtiequ jesportaw dawn is-sustanzi kimiċi lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE. Id-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 6 tal-PIC jiddeskrivu l-kompiti li għandha twettaq l-Aġenzija.

Dan l-aħħar, l-Aġenzija ġiet fdata wkoll b’kompiti speċifiċi skont id- Direttiva Qafas dwar l-Iskart (5) u r-Regolament dwar il-pollutanti organiċi persistenti (6).

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit web li ġej: http://www.echa.europa.eu/

Il-Bord tal-Appell

L-Artikoli 89 sa 94 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet rilevanti fir-rigward tal-appelli. L-Artikolu 89 jistipula t-twaqqif ta’ Bord tal-Appell. Il-Bord hu responsabbli biex jiddeċiedi dwar l-appelli għal ċerti deċiżjonijiet individwali tal-Aġenzija, kif definit fl-Artikolu 91 tar-REACH.

Il-Bord tal-Appell hu responsabbli wkoll biex jiddeċiedi dwar l-appelli għal deċiżjonijiet tal-Aġenzija, kif definit fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar il-Prodotti Bijoċidali.

Il-Bord tal-Appell jikkonsisti minn President u żewġ membri oħra. Dawn huma persunal tal-Aġenzija. Dawn għandu jkollhom sostituti, li mhumiex membri tal-persunal tal-Aġenzija, biex jissostitwixxuhom fin-nuqqas tagħhom. Ir-regoli applikabbli għall-membri tal-Bord tal-Appell japplikaw b’analoġija għall-membri supplenti. Il-kwalifiki tal-membri huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar l-istipular ta’ regoli fir-rigward tal-kwalifiki tal-membri tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi (7). Skont dan ir-Regolament tal-Kummissjoni, il-Bord tal-Appell għandu jikkonsisti f’membri kwalifikati fil-qasam tekniku u dak legali.

Il-President u l-membri l-oħra tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, huma m’għandhom ikunu marbuta bl-ebda struzzjoni. M’għandhom iwettqu l-ebda dmir ieħor fl-Aġenzija.

Il-President u l-membri l-oħra tal-Bord tal-Appell, meta jiddeċiedu dwar l-appelli, għandhom josservaw ir-regoli dwar l-organizzazzjoni li huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2008 (8) kif modifikat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/823 (9) u għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fih.

Biex jiġi żgurat li l-Bord tal-Appell ikun jista’ jopera b’mod mexxej, il-Bord tal-Appell hu assistit fl-eżerċizzju ta’ dmirijietu minn Reġistru, li jitmexxa minn Reġistratur.

X’qegħdin nipproponu

Il-kompiti tal-Membru kwalifikat fil-qasam legali tal-Bord tal-Appell għandhom b’mod partikolari jinkludu dawn li ġejjin:

Jeżamina u jiddeċiedi dwar l-appelli b’mod indipendenti u imparzjali

Jirrispetta l-prinċipji legali u r-regoli fil-proċedimenti

Jaġixxi bħala Relatur għall-appelli wara li jkun maħtur mill-President

Iwettaq l-analiżi inizjali tal-appelli

Jipparteċipa fit-tmexxija tal-proċedimenti billi jikkontribwixxi għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet proċedurali (interventi, eċċ.) u billi jipproponi miżuri proċedurali (talbiet għal sottomissjonijiet, mistoqsijiet lill-partijiet, eċċ.),

Jieħu sehem f’seduti orali

Ifassal deċiżjonijiet dwar l-appelli mingħajr dewmien u b’mod sħiħ

Jipparteċipa f’deċiżjonijiet dwar ir-regoli interni għall-ipproċessar tal-appelli u l-organizzazzjoni tal-Bord u l-ħidma tiegħu

Jipparteċipa f’deċiżjonijiet dwar struzzjonijiet prattiċi ta’ natura proċedurali lill-partijiet

Il-kandidati jridu (il-kriterji tal-eliġibbiltà)

Biex jiġu kkunsidrati għall-fażi tal-għażla, il-kandidati jridu jissodisfaw il-kriterji formali li ġejjin sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:

ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja);

ikollhom lawrea rikonoxxuta fil-liġi, jew

(a)

wara li jkunu lestew b’suċċess l-istudji universitarji meta t-tul normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta’ erba’ snin jew aktar u jagħti aċċess għal studji postlawreali; jew

(b)

wara li jkunu lestew b’suċċess l-istudji universitarji attestati minn lawrea meta d-durata normali tal-edukazzjoni universitarja tkun tliet snin, u sena addizzjonali ta’ esperjenza professjonali rilevanti (din is-sena esperjenza professjonali ma tistax tkun inkluża fl-esperjenza professjonali postlawreali meħtieġa hawn taħt).

Jekk il-lawrea universitarja ma tkunx fil-liġi, il-kandidat irid ikollu kwalifika professjonali li tintitolah biex jipprattika bħala avukat ukoll;

minimu ta’ 12-il sena esperjenza professjonali fil-qasam legali (miksuba wara l-għoti tal-lawrja universitarja), li mill-inqas ħamsa minnhom ġew akkwistati fil-liġi tal-UE jew mill-inqas ħames snin minnhom huma relatati ma’ esperjenza ġudizzjarja jew simili f’Qorti internazzjonali u/jew nazzjonali jew f’korp tal-appell komparabbli mal-Bord tal-Appell;

ikollhom għarfien sew ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10) u għarfien sodisfaċenti ta’ mill-inqas lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea sa fejn ikun meħtieġ għall-qadi ta’ dmirijiethom;

sal-iskadenza għall-applikazzjonijiet, il-kandidati jridu jkunu kapaċi jlestu l-mandat sħiħ ta’ ħames snin f’konformità mal-Artikolu 47(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea qabel ma jilħqu l-età tal-irtirar. Għall-persunal temporanju tal-UE li jidħol fis-servizz wara l-1 ta’ Jannar 2014, l-età tal-irtirar hi definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih persuna tilħaq l-età ta’ 66 sena (11);

Barra minn hekk, il-kandidati jridu jissodisfaw il-kriterji formali li ġejjin sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:

ikollhom id-drittijiet kollha bħala ċittadini;

ikunu ssodisfaw kwalunkwe obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari;

iridu jipprovdu r-referenzi xierqa dwar il-karattru f’dak li għandu x’jaqsam mal-adegwatezza tagħhom biex iwettqu dmirijiethom (12);

ikunu fiżikament b’saħħithom biex iwettqu dmirijiethom (13).

X’qegħdin infittxu (il-kriterji tal-għażla)

Il-kandidati għandu jkollhom:

għarfien u esperjenza murija bi provi fil-liġi tal-Unjoni Ewropea, relatati ma’ sustanzi kimiċi, jew f’qasam regolatorju analogu ieħor (14) u f’suġġetti li jaqgħu fil-kompetenza tal-Bord tal-Appell;

għarfien u fehim tajbin tal-aspetti tekniċi tar-REACH u tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-bijoċidi jew is-sistemi regolatorji analogi;

kapaċità li jieħdu deċiżjonijiet u jaħdmu b’mod kolleġġjali ma’ ħaddieħor;

ħiliet ta’ komunikazzjoni u interpersonali b’saħħithom u li jkunu kapaċi jiddiskutu b’mod effettiv u effiċjenti f’korp kolleġġjali u ma’ partijiet interessati interni u esterni oħra;

għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż (il-lingwa predominanti tal-komunikazzjoni fl-Aġenzija), ħiliet ta’ komunikazzjoni kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub;

Dawn li ġejjin jiġu kkunsidrati vantaġġużi ħafna:

għarfien u fehim tal-proċeduri fil-kuntest ta’ appell regolatorju u/jew proċeduri ta’ arbitraġġ;

esperjenza fi proċeduri regolatorji jew ġudizzjarji;

esperjenza tax-xogħol f’korp kolleġġjali;

esperjenza tax-xogħol f’ambjent multikulturali;

għarfien ta’ lingwi oħra tal-Unjoni Ewropea.

Għażla, ħatra u kundizzjonijiet tal-impjieg

Skont it-termini tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi dwar il-ħatra tal-membru kwalifikat fil-qasam legali u tal-membru/i supplent(i)/addizzjonali kwalifikat(i) fil-qasam legali abbażi ta’ lista ta’ kandidati kwalifikati proposti mill-Kummissjoni. L-għan ta’ din is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess hu li l-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi lista ta’ kandidati li tiġi proposta lill-Bord tat-Tmexxija. Il-kandidati għandhom jinnotaw li l-inklużjoni fil-lista tal-Kummissjoni Ewropea ma tiggarantix ħatra.

Il-Kummissjoni Ewropea se torganizza l-għażla tal-Membru Kwalifikat fil-Qasam Legali tal-Bord tal-Appell u l-Membru/i supplent(i)/addizzjonali kwalifikat(i) fil-qasam legali. Għal dan l-għan, din se twaqqaf bord tal-għażla li jistieden lill-kandidati li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta’ eliġibbiltà elenkati hawn fuq u bl-aħjar profil possibbli għar-rekwiżiti speċifiċi abbażi tal-merti tagħhom u tal-kriterji stabbiliti hawn fuq għal intervista.

Wara din l-intervista, dan il-bord tal-għażla jfassal lista tal-aktar kandidati xierqa. Din il-lista tiġi adottata mill-Kummissjoni Ewropea u komunikata lill-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija.

Dan tal-aħħar se jintervista lill-kandidati fuq il-lista mqassra tal-Kummissjoni Ewropea u jaħtar il-membru kwalifikat fil-qasam legali u l-membri supplenti/addizzjonali relatati. Qabel l-intervista mill-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija, il-kandidati għal Membru Kwalifikat fil-Qasam Legali fil-lista se jiġu ttestjati f’ċentru ta’ valutazzjoni mmexxi minn konsulenti esterni ta’ reklutaġġ.

Għal raġunijiet prattiċi u biex il-proċedura tal-għażla titlesta malajr kemm jista’ jkun fl-interess tal-kandidati kif ukoll tal-Aġenzija, il-proċedura tal-għażla se ssir bl-Ingliż biss. Minkejja dan, matul l-intervista/i, il-bordijiet tal-għażla jivverifikaw jekk il-kandidati jikkonformawx mar-rekwiżit ta’ għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE.

Il-membru kwalifikat fil-qasam legali se jinħatar bħala membru tal-persunal temporanju fil-grad AD 10 f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ġenerali tal-Aġenzija dwar il-proċedura li tirregola l-involviment u l-użu ta’ persunal temporanju skont l-Artikolu 2(f) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni għal terminu ta’ ħames snin li jista’ jiġi estiż darba għal perjodu ieħor ta’ ħames snin.

Il-membru/i supplent(i)/addizzjonali kwalifikat(i) fil-qasam legali mhux se jinħatar/jinħatru bħala membru/i tal-persunal temporanju, iżda se jissejħu mill-Bord tal-Appell biex jittrattaw każijiet ta’ appell biss fin-nuqqas tal-Membru Kwalifikat fil-Qasam Legali. Għaldaqstant, is-supplent mhuwiex obbligat jissospendi l-attivitajiet professjonali attwali tiegħu, iżda dawn l-attivitajiet iridu jkunu kompatibbli mar-rekwiżiti li l-membri tal-Bord tal-Appell iridu jkunu indipendenti. Fil-preżent, ir-remunerazzjoni tas-supplent hija ta’ EUR 300 (EUR 400 jekk maħtura bħala relatur fl-appell) għal kull jum attwali tax-xogħol, b’ammont massimu ta’ mhux aktar minn EUR 4 500 (6 000 għal relatur) għal kull każ (15), flimkien mar-rimborż ta’ kwalunkwe spiża tal-ivvjaġġar u gratifika għal kuljum biex jiġu koperti l-ikel u l-akkomodazzjoni meta tkun meħtieġa preżenza f’Ħelsinki.

Il-kandidati jridu jindikaw biċ-ċar fl-ittra ta’ motivazzjoni tagħhom liema kariga qed japplikaw għaliha. Jistgħu japplikaw għat-tnejn jekk ikunu lesti li jaċċettaw ukoll il-funzjonijiet part-time tas-supplent/membru addizzjonali. Madankollu, il-kandidati jistgħu jinħatru f’waħda minn dawn il-karigi biss.

Il-Membru Kwalifikat fil-Qasam Legali u s-supplent(i)/membru/i addizzjonali se jkunu meħtieġa jiddikjaraw kwalunkwe interess, li jista’ jkun konfliġġenti ma’ dmirhom, lill-Bord tal-Appell b’konformità mal-Artikolu 90(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Il-listi ta’ riżerva għal dawn il-karigi se jkunu validi għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija dwar il-ħatra tal-membri.

Il-post tal-impjieg hu fl-Aġenzija f’Helsinki.

Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Qabel ma tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja b’attenzjoni jekk tissodisfax il-kriterji tal-eliġibbiltà kollha (“Il-kandidati jridu”), imsemmija hawn fuq, b’mod partikolari dawk rigward it-tip ta’ diplomi u l-esperjenza professjonali meħtieġa, kif ukoll dawk rigward il-kompetenza lingwistika tiegħek. Min ma jissodisfax dawn il-kriterji tal-eliġibbiltà jiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tal-għażla.

Irid ikollok indirizz validu tal-posta elettronika. Dan jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex jinżamm kuntatt miegħek matul l-istadji differenti tal-proċess tal-għażla. Għaldaqstant, jekk jogħġbok informa lill-Kummissjoni Ewropea jekk tibdel l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.

Biex jimlew l-applikazzjoni, il-kandidati jridu jibagħtu s-CV tagħhom u ittra ta’ motivazzjoni f’dan l-indirizz tal-posta elettronika: GROW-ECHA-BOA-TQM@ec.europa.eu

Se tirċievi ittra elettronika li tikkonferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet reġistrata.

Għal aktar informazzjoni u/jew fil-każ ta’ problemi tekniċi, ibgħat ittra elettronika lil: grow-d1@ec.europa.eu

Data tal-għeluq

L-iskadenza għas-sottomissjonijiet tal-applikazzjonijiet hija l-14 ta’ Awwissu 2020, f’12:00 (nofsinhar) ħin ta’ Brussell. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiffinalizza l-applikazzjoni tiegħek u tibgħatha fil-ħin. Nirrakkomandaw bis-sħiħ li ma tistenniex sal-aħħar ftit jiem biex tapplika. Preżentazzjonijiet tard tal-applikazzjonijiet ma jiġux aċċettati.

Informazzjoni importanti għall-kandidati

Il-kandidati huma mfakkra li l-ħidma tal-kumitati ta’ selezzjoni hija kunfidenzjali. Huwa pprojbit li l-applikanti jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-membri ta’ dawn il-kumitati, jew li xi ħadd ieħor jagħmel dan f’isimhom.

Biex l-applikazzjonijiet ikunu validi, il-persuni interessati jridu jibagħtu curriculum vitæ u ittra ta’ motivazzjoni (massimu ta’ 8 000 karattru) bil-format PDF. Il-kandidati jridu jindikaw fl-ittra ta’ motivazzjoni għal liema kariga qed japplikaw.

Preferibbilment, il-curriculum vitæ għandha titfassal skont il-format tas-CV Ewropea. Jekk xi wieħed minn dawn id-dokumenti ma jkunx bl-Ingliż, trid tiġi pprovduta traduzzjoni bl-Ingliż. Kopji ċċertifikati ta’ lawrei/diplomi, ta’ referenzi, ta’ prova ta’ esperjenza, eċċ. ma għandhomx jintbagħtu f’dan l-istadju iżda jridu jiġu ppreżentati aktar ’il quddiem fil-proċedura, jekk jintalbu.

Indipendenza u dikjarazzjoni ta’ interessi

Il-Membri tal-Bord tal-Appell jaġixxu b’mod indipendenti fl-interess pubbliku u jridu jiddikjaraw kull interess li jista’ jitqies ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom. Il-kandidati jridu jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu dan fl-applikazzjoni tagħhom.

Minħabba n-natura partikolari tal-funzjoni, il-kandidati mistiedna għall-intervisti tal-għażla se jkunu meħtieġa jiffirmaw dikjarazzjoni relatata mal-interessi fl-imgħoddi, kurrenti jew futuri tagħhom li jistgħu jitqiesu ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom.

Il-kandidati jridu jissodisfaw ukoll il-kriterji tal-eliġibbiltà biex jissalvagwardjaw l-indipendenza tal-Bord tal-Appell, stabbilit mill-Bord tat-Tmexxija tal-ECHA fl-Anness 2 tal-Proċedura għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitt ta’ Interess potenzjali (16).

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal (17), li d-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw b’analoġija għall-Aġenti temporanji, il-membru kwalifikat fil-qasam legali tal-Bord tal-Appell, wara li jitlaq mis-servizz, għandu jibqa’ marbut bid-dmir li jġib ruħu b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Dan jinkludi l-obbligu li jinforma lill-Bord tat-Tmexxija tal-ECHA b’biżżejjed żmien minn qabel bl-intenzjoni li jieħu sehem f’attività okkupazzjonali, kemm jekk imħallsa kif ukoll jekk le, fi żmien perjodu ta’ sentejn mindu jkun ħalla s-servizz. Jekk dik l-attività tkun marbuta max-xogħol imwettaq matul l-aħħar tliet snin fis-servizz, u tista’ twassal għall-kunflitt mal-interessi leġittimi tal-Aġenzija, il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija jista’, wara li jikkunsidra l-interessi tas-servizz, jew ma jħallix lill-eks Membru jidħol għaliha, jew jagħti l-approvazzjoni tiegħu, soġġett għal kull kundizzjoni li jqis xierqa.

Opportunitajiet indaqs

L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal (18). L-Unjoni toqgħod ferm attenta biex tevita kull għamla ta’ diskriminazzjoni fil-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha u b’mod attiv tħeġġeġ lin-nisa biex japplikaw.

Protezzjoni tad-data personali

Il-Kummissjoni u l-ECHA se jiżguraw li d-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (19). Dan japplika b’mod partikolari għall-kunfidenzjalità u għas-sigurtà ta’ din id-data.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

(5)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109.

(6)  ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45.

(7)  ĠU L 280, 24.10.2007, p. 10.

(8)  ĠU L 206, 2.8.2008. p. 5.

(9)  ĠU L 137, 26.5.2016, p. 4.

(10)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:01958R0001-20130701&qid=1408533709461&from=MT

(11)  Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni: https://eur-lex.europa.eu/%20LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20140101:MT:PDF

(12)  qabel il-ħatra, l-applikanti li jirnexxu se jkunu meħtieġa jipproduċu dokument uffiċjali li juri li dawn ma għandhomx rekord kriminali.

(13)  Qabel il-ħatra, l-applikanti li jirnexxu se jkunu meħtieġa jagħmlu eżami medikubiex jiġi żgurat li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 28(e) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(14)  Dan ifisser sistemi regolatorji bħal dawk li jirregolaw prodotti ta’ ħarsien tal-pjanti, addittivi tal-ikel, farmaċewtiċi jew kożmetiċi, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll tat-Tniġġis, id-Direttiva Seveso, jew id-dispożizzjonijiet regolatorji dwar is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fir-rigward tal-kimiċi.

(15)  Ara d-Deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija (id-dokument MB/10/2014 tal-20/03/2014).

(16)  PRO-0067.04, kif adottat mill-Bord tat-Tmexxija fil-25 ta’ Frar 2019: https://echa.europa.eu/documents/10162/13608/pro_0067_04_coi_management_mt.pdf/c4082b12-5830-4647-abf7-47c4a0879c86

(17)  Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni: https://eur-lex.europa.eu/%20LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20140101:MT:PDF

(18)  Ibid.

(19)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9779 — Alstom/Bombardier Transportation)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 205/10)

1.   

Fil-11 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Alstom S.A. (Franza),

Bombardier Transportation (Investment) UK Ltd (ir-Renju Unit).

Alstom takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta; Bombardier Transportation kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Alstom: l-industrija tat-trasport bil-ferrovija, inklużi soluzzjonijiet tat-trasport (minn ferroviji ta’ veloċità għolja sa dawk ta’ fuq il-linji prinċipali u dawk ta’ taħt l-art, trammijiet u karozzi tal-linja elettroniċi), offerti ta’ servizzi personalizzati (manutenzjoni u modernizzazzjoni) ddedikati għall-passiġġieri u l-infrastruttura, mobilità diġitali u soluzzjonijiet ta’ sinjali;

Bombardier Transportation: soluzzjonijiet tal-ferroviji, inklużi l-ferroviji, sottosistemi, sinjali, sistemi u servizzi ta’ trasport kompluti lesti għall-użu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9779 — Alstom/Bombardier Transportation

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/23


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9868 — Raytheon Technologies Corporation/Saudi Arabian Oil Company/Middle East Cyber Services JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 205/11)

1.   

Fit-12 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Raytheon Saudi Arabia (“Raytheon Saudi”, l-Arabja Sawdija), sussidjarja indiretta li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Raytheon Technologies Corporation (“Raytheon”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

The Saudi Aramco Development Company (“SADCO”, l-Arabja Sawdija), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ The Saudi Arabian Oil Company (“Saudi Aramco”, l-Arabja Sawdija),

Middle East Cyber Services Company Limited (l-Arabja Sawdija).

Raytheon Saudi u SADCO jakkwsitaw il-kontroll bi sħab, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, tal-Middle East Cyber Services Company Limited kollha kemm hi, joint venture bil-funzjonijiet kollha li għandha tkun stabbilita fir-Renju tal-Arabja Sawdija (il-“JV”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Raytheon: kumpanija attiva fl-ajruspazju u d-difiża u li tipprovdi sistemi avvanzati u servizzi għal klijenti kummerċjali, militari u statali madwar id-dinja.

Saudi Aramco: kumpanija b’ishma bi sħab primarjament involuta fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u, sa ċertu punt, fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti raffinati u ta’ prodotti petrokimiċi.

il-JV: il-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u l-provvista ta; prodotti u servizzi għad-difiża taċ-ċibersigurtà fir-Renju tal-Arabja Sawdija u fir-reġjun tal-Lvant Nofsani/tal-Afrika ta’ Fuq.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9868 — Raytheon Technologies Corporation/Saudi Arabian Oil Company/Middle East Cyber Services JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9874 — Tokyo Century Corporation/Nippon Telegraph and Telephone Corporation/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 205/12)

1.   

Fit-12 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Tokyo Century Corporation (“Tokyo Century”, il-Ġappun),

Nippon Telegraph and Telephone Corporation (“NTT”, il-Ġappun),

NTT Finance Corporation, il-kumpanija joint venture (“JV”, il-Ġappun).

Tokyo Century u NTT jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Tokyo Century: kumpanija ta’ servizzi finanzjarji li tipprovdi lil klijenti b’finanzjament għall-kiri,

NTT: kumpanija tat-telekomunikazzjonijiet, li taħdem fis-segmenti kummerċjali bħalma huma l-komunikazzjonijiet reġjonali, il-komunikazzjonijiet tal-mobile, il-komunikazzjonijiet għal distanza twila u internazzjonali,

il-JV: kumpanija dinjija tal-finanzi u n-negozju tal-kiri attiva fil-provvista ta’ servizzi tal-kiri fl-avjazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9874 — Tokyo Century Corporation/Nippon Telegraph and Telephone Corporation/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.