ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 204

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
18 ta' Ġunju 2020


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

il–Kunsill

2020/C 204/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ġunju 2020 li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 204/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9838 — Altor Fund Manager/Eleda/JVAB) ( 1 )

8

2020/C 204/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9666 — Deutsche Asphalt/KEMNA BAU Andrae/Heideasphalt) ( 1 )

9

2020/C 204/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ Nru M.9331 — Danaher/GE Healthcare Life Sciences Biopharma) ( 1 )

10


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 204/05

Rata tal-kambju tal-euro — Is-17 ta' Ġunju 2020

11

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 204/06

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

12

2020/C 204/07

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

13

2020/C 204/08

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

14

2020/C 204/09

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

15

2020/C 204/10

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

16

2020/C 204/11

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

17

2020/C 204/12

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

18

2020/C 204/13

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

19

2020/C 204/14

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

20

2020/C 204/15

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

21

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

2020/C 204/16

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jsirux oġġezzjonijiet

22


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-EFTA

2020/C 204/17

Sentenza tal-Qorti tal-10 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża E-3/19 Gable Insurance AG f’Konkurs (Direttiva 2009/138/KE – insolvenza – proċeduri ta’ stralċ – talba ta’ assigurazzjoni – kompożizzjoni ġudizzjarja – trattament differenti ta’ talbiet ta’ assigurazzjoni)

23

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 204/18

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

24

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 204/19

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

29


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

il–Kunsill

18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Ġunju 2020

li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO)

(2020/C 204/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 10 dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Il-punt (d) tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet li jivvalutaw il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti (SMp) biex jissodisfaw l-impenji maqbula, f’konformità mal-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li, abbażi tar-rapport annwali dwar il-PESCO ppreżentat mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (Rappreżentant Għoli), il-Kunsill għandu jirrieżamina darba fis-sena jekk l-SMp għadhomx jissodisfaw l-impenji aktar vinkolanti msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-paragrafu 15 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Marzu 2018 dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (2) jipprevedi li, mill-2020, ir-Rappreżentant Għoli jenħtieġ li jippreżenta r-rapport annwali tiegħu f’Marzu jew April ta’ kull sena, b’kont meħud tal-pjanijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali (PIN) riveduti u aġġornati ppreżentati mill-SMp f’Jannar tal-istess sena. Il-paragrafu 16 ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni jipprevedi li l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jipprovdi pariri militari u rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex dan ikun jista’ jħejji r-rieżami tal-Kunsill dwar jekk l-SMp għadhomx jissodisfaw l-impenji aktar vinkolanti, sa Mejju ta’ kull sena.

(4)

Il-paragrafu 26 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2018 dwar is-sekwenzjar tat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti meħuda fil-qafas ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tispeċifika objettivi aktar preċiżi (3) jgħid li r-Rappreżentant Għoli jenħtieġ li jieħu kont ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni fir-rapport annwali dwar il-PESCO, li ser jappoġġa l-valutazzjoni tat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti minn kull SMp.

(5)

Il-punt (c) tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet li jaġġornaw, u jsaħħu jekk neċessarju, l-impenji aktar vinkolanti indikati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni fid-dawl tal-kisbiet li jkunu saru permezz tal-PESCO, sabiex jirriflettu l-kuntest tas-sigurtà tal-Unjoni kif jevolvi. Tali deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’mod partikolari fi tmiem il-fażijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, abbażi ta’ proċess ta’ rieżami strateġiku li jivvaluta l-issodisfar tal-impenji tal-PESCO.

(6)

Il-paragrafu 14 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2019 li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) (4) jipprevedi li minbarra li jiddeskrivi l-istat ta’ implimentazzjoni tal-PESCO, inkluż l-issodisfar minn kull wieħed mill-SMp tal-impenji tiegħu skont il-PIN tiegħu, ir-Rappreżentant Għoli huwa mistieden jipprovdi wkoll fir-rapport annwali tal-2020 l-ewwel proposti bil-ħsieb tal-proċess ta’ rieżami strateġiku fi tmiem l-ewwel fażi tal-PESCO (2018-2020), b’kont meħud ta’ inizjattivi rilevanti oħra tal-UE li jikkontribwixxu biex jinkiseb il-Livell ta’ Ambizzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża.

(7)

Fil-15 ta’ April 2020, ir-Rappreżentant Għoli pprovda lill-Kunsill ir-rapport annwali tiegħu dwar l-istat ta’ implimentazzjoni tal-PESCO, inkluż dwar l-issodisfar, minn kull wieħed mill-SMp, tal-impenji tiegħu, skont il-PIN rieżaminat u aġġornat tiegħu.

(8)

Għaldaqstant, fuq dik il-bażi, jenħtieġ li l-Kunsill jadotta Rakkomandazzjoni li tivvaluta l-progress li sar mill-SMp biex jissodisfaw l-impenji meħuda fil-qafas tal-PESCO,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

I.   Objettiv u kamp ta’ applikazzjoni

1.

L-objettiv ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tivvaluta l-kontribuzzjonijiet li saru mill-SMp biex jissodisfaw l-impenji aktar vinkolanti meħuda fil-qafas tal-PESCO, abbażi tar-Rapport Annwali dwar l-Istat ta’ Implimentazzjoni tal-PESCO pprovdut mir-Rappreżentant Għoli fil-15 ta’ April 2020 (Rapport Annwali) u f’konformità mal-PIN ippreżentati mill-SMp.

2.

Wara r-Rakkomandazzjoni adottata mill-Kunsill fl-14 ta’ Mejju 2019, ir-Rapport Annwali jinkludi wkoll kapitolu ddedikat dwar ir-rieżami strateġiku tal-PESCO fi tmiem l-ewwel fażi (2018-2020) tal-PESCO u jipprovdi rakkomandazzjonijiet u proposti dwar l-impenji, il-proġetti u l-proċessi kif ukoll il-metodi ta’ ħidma li huma indirizzati f’din ir-Rakkomandazzjoni.

II.   Konklużjonijiet u valutazzjoni

3.

Ir-Rapport Annwali jipprovdi bażi soda għall-valutazzjoni tal-istat ta’ implimentazzjoni tal-PESCO, inkluż l-issodisfar, minn kull wieħed mill-SMp, tal-impenji tiegħu, skont il-PIN tiegħu.

4.

Bl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ sigurtà u difiża, kurrenti u futuri, tal-Ewropa, partikolarment bl-isforzi kurrenti u futuri tagħhom biex jissodisfaw l-impenji aktar vinkolanti tagħhom, l-SMp jikkontribwixxu biex isaħħu l-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi bħala fornitur tas-sigurtà u l-awtonomija strateġika tagħha, u jsaħħu l-abbiltà tagħha li tikkoopera ma’ sħab u tipproteġi ċ-ċittadini tagħha.

5.

B’mod ġenerali, il-Kunsill jissottolinja li l-SMp:

(a)

ikkonfermaw it-trajettorja pożittiva f’termini tal-impenji relatati mal-baġits tad-difiża u n-nefqa tal-investiment fid-difiża. Madankollu, il-progress ġenerali għadu modest f’dan l-istadju u, minkejja li l-SMp qed jiffaċċjaw sfidi finanzjarji bħala konsegwenza tal-kriżi tal-COVID-19, huma mħeġġa jallokaw ir-riżorsi meħtieġa biex jikkontribwixxu għal din it-tendenza pożittiva fis-snin li ġejjin. L-SMp huma mħeġġa wkoll biex jikkontribwixxu aktar għal approċċ kollaborattiv Ewropew (pereżempju permezz tal-akkwist ta’ tagħmir u r-riċerka u t-teknoloġija fil-qasam tad-difiża);

(b)

huma mħeġġa bil-qawwa biex jieħdu aktar kont u jagħmlu użu aħjar, fil-proċessi tal-ippjanar tad-difiża nazzjonali tagħhom, bħala element ta’ orjentazzjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet, tal-għodod tal-ippjanar tad-difiża tal-UE bħall-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP, Capability Development Plan), li jinkludi wkoll ir-riżultati tal-Proċess tal-Objettiv Primarju (HLDP, Headline Goal Process), il-Każijiet Strateġiċi ta’ Kuntest (SCC, Strategic Context Cases), ir-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD, Coordinated Annual Review on Defence) kif ukoll inizjattivi oħra bħall-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża jew strumenti rilevanti oħra tal-UE. F’dan ir-rigward, il-Kunsill jissottolinja l-importanza li l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE u l-Istati Membri jsaħħu aktar il-koerenza bejn dawn l-għodod u inizjattivi, filwaqt li jirrikonoxxi li huma distinti u għandhom bażijiet legali differenti;

(c)

huma mħeġġa jagħmlu aktar progress biex jissodisfaw l-impenji relatati mal-allinjament tal-apparati tad-difiża tagħhom ma’ xulxin u jirrieżaminaw regolarment il-pjanijiet u l-objettivi li għandhom jitmexxew ‘il quddiem, partikolarment bil-ħsieb li jkollhom rwol sostanzjali fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet fi ħdan l-Unjoni, inkluż fi ħdan il-qafas tal-CARD, filwaqt li jiġi rikonoxxut li dan jirrikjedi sforz sostnut fuq terminu itwal ta’ żmien. Il-Kunsill ifakkar li fir-Rakkomandazzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2019, hu indika li l-koerenza fir-riżultati bejn il-CARD u s-CDP, fuq naħa waħda, u l-proċessi rispettivi tan-NATO bħall-Proċess tal-Ippjanar tad-Difiża tan-NATO, fuq in-naħa l-oħra, kienet u ser tkompli tiġi żgurata fejn ikunu sovrapposti r-rekwiżiti, filwaqt li tkun rikonoxxuta n-natura differenti taż-żewġ organizzazzjonijiet u r-responsabbiltajiet u s-sħubiji rispettivi tagħhom. Il-Kunsill jinkoraġġixxi aktar diskussjonijiet fost l-Istati Membri dwar tali koerenza bejn dawk il-proċessi, skont kif ikun adatt;

(d)

għandhom, b’mod li r-riżultati operazzjonali jiżdiedu bħala kwistjoni ta’ urġenza, isaħħu l-isforzi tagħhom fir-rigward tal-impenji relatati mat-tisħiħ tad-disponibbiltà, l-iskjerabbiltà u l-interoperabbiltà ta’ forzi inkluż billi jimlu kompletament ir-roster tal-Grupp Tattiku tal-UE, il-Bażi ta’ Data ta’ Reazzjoni Rapida u d-Dikjarazzjonijiet ta’ Rekwiżiti għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni (PSDK). B’mod partikolari, huwa importanti li tittejjeb, b’mod kwalitattiv u kwantitattiva, il-kontribuzzjoni tagħhom għall-appoġġ tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, ukoll bil-ħsieb tal-missjonijiet l-aktar impenjattivi. Fir-rigward tal-impenn aktar vinkolanti dwar l-approċċ ambizzjuż mill-SMp dwar il-finanzjament komuni tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, l-implimentazzjoni hija marbuta mar-rieżami tal-Mekkaniżmu Athena u mal-istabbiliment mill-Kunsill tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi li hija proposta, li qed jiġu diskussi bħalissa mill-Istati Membri;

(e)

urew progress limitat, meta mqabbel mal-PIN aġġornati pprovduti fl-2019, fit-teħid ta’ miżuri biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet identifikati taħt is-CDP u l-CARD, inkluża valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Objettivi ta’ Kapaċitajiet ta’ Impatt Għoli (HICGs, High Impact Capability Goals), u għalhekk għandhom iqisu li jagħmlu sforzi ulterjuri biex iżidu fl-użu ta’ approċċ kollaborattiv Ewropew bħala prijorità fl-ippjanar nazzjonali. L-SMp jenħtieġ li jindikaw ukoll kif il-proġetti għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom isaħħu l-Bażi Teknoloġika u Industrijali tad-Difiża Ewropea;

(f)

għadhom iridu jsaħħu l-isforzi tagħhom bil-ħsieb li jissodisfaw l-impenji relatati mal-parteċipazzjoni tagħhom, fejn xieraq, fi programmi maġġuri ta’ tagħmir konġunti jew Ewropej fil-qafas tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża;

6.

Fid-dawl tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Annwali fir-rigward tal-PIN individwali, kull wieħed mill-SMp huwa mħeġġeġ ikompli bl-isforzi u jirrieżamina l-kontribuzzjoni tiegħu biex l-impenji aktar vinkolanti jiġu sodisfatti skont kif ikun kif meħtieġ.

7.

B’kont meħud tal-fatt li l-PESCO għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-twettiq tal-Livell ta’ Ambizzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, inkluż bil-ħsieb tal-missjonijiet l-aktar impenjattivi, jeħtieġ li jsir aktar xogħol biex jiġi definit il-"pakkett koerenti ta’ forzi fuq medda sħiħa" f’konformità mal-parametri msemmija fin-notifika komuni tal-PESCO.

8.

Peress li l-Istati Membri għandhom biss "ġabra waħda ta’ forzi" li jistgħu jużaw f’oqfsa differenti, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fl-oqfsa tal-UE ser jgħin ukoll biex jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża potenzjalment disponibbli għal oqfsa oħra, inklużi n-Nazzjonijiet Uniti u n-NATO.

III.   Pjanijiet ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali

9.

Filwaqt li l-kwalità tal-informazzjoni pprovduta fil-PIN tjiebet b’mod ġenerali, l-SMp huma mistiedna jkomplu jtejbu l-kwalità u jiżguraw il-livell adegwat ta’ granularità tal-informazzjoni pprovduta, b’enfasi partikolari fuq l-iżvilupp ta’ pjanijiet dedikati li jħarsu ‘l quddiem dwar kif jipprevedu li jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ impenji aktar vinkolanti u objettivi aktar preċiżi tal-PESCO. Peress li jenħtieġ li l-PIN jipprovdu bażi importanti għal superviżjoni politika, iż-żamma tal-momentum u l-iżgurar tat-trasparenza fost l-SMp, il-Kunsill jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb id-dimensjoni politika tagħhom, sabiex jiġu ffaċilitati diskussjonijiet fil-livell politiku dwar il-progress li jkun sar b’rabta mal-impenji aktar vinkolanti.

10.

L-SMp huma mħeġġa jkomplu jinvolvu ruħhom fi djalogi bilaterali mas-segretarjat tal-PESCO dwar ir-rieżami u l-aġġornament tal-PIN futuri tagħhom u bil-ħsieb li tkun żgurata t-trasparenza bejniethom u li jsir aktar żvilupp tal-koerenza u l-konsistenza fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa u pprovduta fil-kuntest tal-PESCO.

IV.   Proġetti PESCO

11.

Il-maġġoranza tas-47 proġett li qed jiġu żviluppati taħt il-PESCO huma meqjusa li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Prijoritajiet tal-UE ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet, li minnhom 24 jindirizzaw direttament lill-HICGs u 12 indirettament. Tliet proġetti diġà laħqu Kapaċità Operazzjonali Inizjali (IOC, Initial Operational Capability) u 23 huma ppjanati li jilħqu l-IOC fil-perijodu ta’ żmien 2020-2023. Madankollu, aktar minn żewġ terzi (30) tal-proġetti għadhom fil-fażi tal-ideazzjoni tagħhom, inklużi xi wħud li diġà kienu ġew stabbiliti f’Marzu u f’Novembru tal-2018.

12.

Fid-dawl tar-rapporti ta’ progress tal-proġetti PESCO lill-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2020, l-SMp huma mħeġġa jiffukaw fuq l-implimentazzjoni rapida u effettiva tal-proġetti tagħhom sabiex jinkisbu r-riżultati u l-prodotti mistennija, bil-ħsieb li jiġu sodisfatti l-impenji aktar vinkolanti. L-SMp huma mħeġġa wkoll li jtejbu u jaċċelleraw il-proċessi li jwasslu għall-adozzjoni tal-Arranġamenti tal-Proġetti fi sforz biex tinkiseb, b’pass aktar mgħaġġel, aktar ċarezza u ċertezza fir-rigward ta’ proġetti emerġenti. Il-Kunsill ifakkar ukoll li jeħtieġ li jissaħħaħ il-proċess ta’ rieżami tal-progress tal-proġetti PESCO, bl-użu ta’ kriterji ċari, immirati u trasparenti, żviluppati f’koordinazzjoni mill-qrib mal-SMp. Barra minn hekk, huwa jenfasizza li, meta membri tal-proġett jidentifikaw proġetti li jiffaċċaw diffikultajiet biex jagħtu riżultati, dawk il-proġetti għandhom jew jingħataw ħajja ġdida jew inkella jingħalqu, sabiex jiġu żgurati r-rilevanza u l-kredibbiltà tal-proġetti kollha tal-PESCO.

13.

Il-Kunsill iqis li sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni aħjar tal-progress tal-proġetti u jiġu identifikati s-sinerġiji, jenħtieġ li jiġu organizzati sessjonijiet ta’ ħidma dedikati dwar il-ġestjoni tal-proġetti tal-PESCO u avvenimenti dwar il-progress tal-proġetti biex tiġi ffaċilitata aktar diskussjoni bejn l-SMp. Il-Kunsill jirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa għal fehim komuni aħjar tat-termini u d-definizzjonijiet relatati mal-iżvilupp u l-ġestjoni tal-proġett. Barra minn hekk, jenħtieġ li s-segretarjat tal-PESCO jkompli jipprovdi konsulenza esperta meta din tkun mitluba u jiffaċilita l-komunikazzjoni ma’ atturi oħra tal-UE fir-rigward ta’ sinerġiji possibbli ma’ strumenti u inizjattivi oħra tal-UE żviluppati f’oqfsa istituzzjonali rilevanti oħra tal-UE biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-inklużività u biex jiġu evitati duplikazzjonijiet mhux meħtieġa.

14.

Il-Kunsill jenfasizza li l-aggregazzjoni, il-fużjoni jew ir-raggruppament ta’ proġetti sabiex jiżdiedu s-sinerġiji, l-impatt u l-effiċjenza tagħhom, jiġu ffrankati r-riżorsi u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati fejn dan ikun xieraq u meta l-membri tal-proġett, filwaqt li jikkunsidraw rwol ta’ appoġġ għas-segretarjat tal-PESCO, jaqblu.

15.

Bil-ħsieb li jiġu identifikati proposti futuri għall-proġetti PESCO, il-Kunsill jirrakkomanda li jibqgħu jintużaw bħala bażi l-Prijoritajiet tal-UE ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet li jkunu ġew maqbula u li jkunu derivati mis-CDP, u li jinkludu l-HICGs, u li l-SCC relatati jittieħdu bħala gwida ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, il-konklużjonijiet tal-Analiżi Aggregata tal-CARD u tar-Rapport tal-CARD għandhom jintużaw bħala gwida li tgħin lill-SMp jidentifikaw opportunitajiet għal proġetti kollaborattivi, inkluż fil-qasam operazzjonali. Il-Kunsill jenfasizza li proġetti adatti tal-PESCO jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament futur taħt il-Fond Ewropew għad-Difiża (FED), jekk ikunu eliġibbli.

16.

Filwaqt li l-SMp huma mħeġġa jkomplu jippreżentaw proposti għal proġetti li jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti, il-Kunsill jistieden ukoll il-preżentazzjoni ta’ proposti għal proġetti b’fokus aktar operazzjonali u b’impatt fuq terminu qasir ta’ żmien li jkunu bbażati fuq kapaċitajiet diġà eżistenti. Għal dan il-għan, flimkien mal-SMp, jistgħu jiġu żviluppati kriterji aktar raffinati jew addizzjonali għall-għażla ta’ proposti aktar maturi għal proġetti li jikkontribwixxu direttament għall-mitigazzjoni tan-nuqqasijiet kif identifikati fis-CDP, inklużi l-HICGs.

17.

F’konformità mal-Konklużjonijiet tiegħu dwar is-Sigurtà u d-Difiża fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE ta’ Ġunju 2019, il-Kunsill huwa ħerqan li jadotta, mill-aktar fis possibbli, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom Stati terzi jistgħu eċċezzjonalment jiġu mistiedna jipparteċipaw fi proġetti individwali tal-PESCO, f’konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 4(2) u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, il-gwida pprovduta fin-notifika tal-PESCO kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/909 (5), li tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli ta’ governanza għall-proġetti PESCO.

V.   Rieżami Strateġiku tal-PESCO

18.

F’Diċembru 2019 ġie varat proċess ta’ rieżami strateġiku tal-PESCO mmexxi mill-SMp li jivvaluta l-issodisfar tal-impenji aktar vinkolanti tal-PESCO, kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315. Il-proposti u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-Parti V huma ispirati mid-diversi diskussjonijiet u mill-kontributi mogħtija mill-SMp, inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport Annwali.

Impenji

19.

Il-Kunsill jissottolinja li s-sett kurrenti ta’ impenji aktar vinkolanti taw prova li huma linji gwida solidi biex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-PESCO u għalhekk ma għandhomx jinbidlu f’dan l-istadju. Madankollu, il-Kunsill jenfasizza wkoll li hemm bżonn li jiżdiedu l-isforzi biex jiġu sodisfatti dawk l-impenji aktar vinkolanti.

20.

Barra minn hekk, il-Kunsill jenfasizza l-ħtieġa li l-SMp jaqblu dwar l-objettivi u r-riżultanzi konkreti fattibbli għall-fażi tal-PESCO li jmiss (2021-2025) bħala parti mill-proċess tar-Rieżami Strateġiku tal-PESCO ta’ din is-sena, b’kont meħud ukoll tal-oqsma ġodda ta’ kooperazzjoni fid-dawl tal-kuntest ta’ sigurtà li qed jevolvi, b’mod partikolari fir-rigward ta’, iżda mhux limitat għal, it-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra t-theddid ibridu, il-qasam ċibernetiku, l-intelliġenza artifiċjali, aspetti relatati mal-ispazju, is-sigurtà tal-enerġija u s-sigurtà marittima, kif ukoll dwar ir-riżultati tanġibbli li għandhom jinkisbu kemm minn perspettiva ta’ kapaċitajiet kif ukoll minn angolu operazzjonali. Barra minn hekk, għandhom jitqiesu l-konsegwenzi u l-isfidi identifikati fuq terminu ta’ żmien medju u twil tar-reazzjoni għal emerġenzi kumplessi, bħal pandemiji, li jistgħu jiġu indirizzati fi ħdan il-qafas tal-PESCO. Reviżjoni u aġġornament tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2018 dwar l-objettivi aktar preċiżi għandhom jikkunsidraw dan kollu ta’ hawn fuq. Bħala parti minn dan il-proċess, il-Kunsill jenfasizza l-ħtieġa li jintuża r-Rieżami Strateġiku tal-PESCO biex jiġu identifikati dawk il-proġetti li ser jibdew jagħtu riżultati konkreti sal-2025.

21.

Il-Kunsill jenfasizza li għandhom jiġu esplorati b’mod ulterjuri għażliet għat-titjib tas-segwitu tat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti kollha, inkluż fil-livell politiku u permezz tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), b’mod partikolari fejn il-progress ġie vvalutat mir-Rappreżentant Għoli u enfasizzat mill-Kunsill bħala mhux suffiċjenti, b’mod partikolari dwar impenji operazzjonali, kif ukoll dwar l-impenji relatati mal-approċċ kollaborattiv Ewropew. Huma mħeġġa wkoll aktar diskussjonijiet dwar l-indikaturi tal-progress, li jistgħu jgħinu lill-SMp fl-ippjanar biex jissodisfaw l-impenji aktar vinkolanti u biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-progress kif deskritt fil-paragrafu 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2018.

22.

Il-Kunsill jissottolinja li jistgħu jiġu kkunsidrati għażliet, u esplorati aktar, għal inċentivi innovattivi biex jiġi promoss it-twettiq tal-impenji operazzjonali tal-PESCO, b’fokus partikolari fuq it-titjib tad-disponibbiltà, l-iskjerabbiltà u l-interoperabbiltà tal-forzi għal missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK. Huwa jenfasizza li dan għandu jqis ukoll il-ħidma li għaddejja u jinforma sforzi futuri dwar il-finanzjament komuni tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet militari tal-PSDK.

23.

Il-Kunsill jissottolinja li d-diskussjonijiet dwar il-Kumpass Strateġiku u l-analiżi tiegħu, li għandha tiġi ppreżentata sa tmiem l-2020, tat-theddid fil-livell tal-UE għandhom iwasslu għal direzzjoni aktar ċara għall-inizjattivi tal-UE, bħall-PESCO. Dan il-proċess meħtieġ jista’ jikkontribwixxi b’mod ulterjuri għall-iżvilupp ta’ kultura Ewropea komuni ta’ sigurtà u ta’ difiża, li tkun ispirata mill-valuri u l-objettivi kondiviżi tagħna u li tirrispetta l-karattru speċifiku tal-politiki ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-Istati Membri.

24.

Il-Kunsill jirrikonoxxi l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi, anke permezz tal-Rieżami Strateġiku tal-PESCO, biex jiġu żgurati l-koerenza u l-koordinazzjoni bejn l-inizjattivi differenti tal-UE fir-rigward tad-difiża (il-CARD, il-PESCO, u l-FEŻ futur) taħt monitoraġġ u gwida politiċi li jkunu aktar mill-qrib mill-Istati Membri, inkluż fil-livell ministerjali, filwaqt li jiġi rikonoxxut li dawk l-inizjattivi huma distinti u għandhom bażijiet legali differenti.

Proġetti

25.

Il-Kunsill jenfasizza li ċ-ċiklu tal-proġetti tal-PESCO għandu jiġi allinjat maċ-ċiklu tal-CARD sabiex il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jintużaw bħala gwida għal opportunitajiet ta’ proġetti kollaborattivi u sabiex l-SMp jingħataw qafas imtejjeb għall-preżentazzjoni ta’ proposti għal proġetti aktar ambizzjużi, inkluż fil-qasam operazzjonali. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-HLGP (High Level Group process) huma ta’ importanza speċifika għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, li għandha titqies meta jiġu proposti proġetti PESCO ġodda bil-ħsieb li jissaħħaħ l-issodisfar tal-impenji operazzjonali. Dawk il-kunsiderazzjonijiet għandhom jiggwidaw id-definizzjoni taċ-ċiklu tal-preżentazzjoni ta’ proġetti, filwaqt li jitqies il-bilanċ bejn il-piż amministrattiv u l-eżitu u l-kwalità tal-proġetti tal-PESCO.

Proċessi

26.

ir-rigward taċ-ċiklu tal-PIN, il-Kunsill jistieden lis-segretarjat tal-PESCO biex jipprovdi għażliet dettaljati dwar kif tista’ tittejjeb il-koerenza bejn iċ-ċikli tal-PIN relattivi għall-PESCO u tal-CARD kif ukoll tal-HLGP. Dan għandu jkollu wkoll l-għan li jnaqqas il-piż amministrattiv u li jtejjeb il-kwalità tal-PIN, filwaqt li jiżgura wkoll il-livell adatt ta’ dettall. Huwa jenfasizza li fl-istess ħin jeħtieġ li jkun żgurat il-momentum politiku meħtieġ, kif ukoll li jkun żgurat ir-rwol tal-Kunsill li jipprovdi lill-PESCO, fuq bażi annwali, direzzjoni u gwida strateġiċi. Il-Kunsill għandu jikkunsidra wkoll il-possibbiltà li jiġu aġġustati l-iskadenzi ta’ żmien għall-SMp biex jippreżentaw id-dokumenti tal-PESCO, anke fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-proposti għal PIN u għal proġetti.

VI.   It-triq ’il quddiem

27.

Il-Kunsill jistieden:

lis-Segretarjat tal-PESCO biex iħejji u jorganizza sessjonijiet ta’ ħidma dedikati mal-SMp fl-2020 sabiex jitjiebu aktar il-proċessi relatati tal-PESCO (fost l-oħrajn il-PIN futuri relattivi għall-PESCO, iċ-ċikli u l-proċessi tal-proġetti u l-koerenza bejn il-PIN u l-CARD, kif ukoll l-HLGP) u sabiex jiġu identifikati l-miri u l-objettivi ewlenin ta’ politika għall-PESCO mill-2021 sal-2025 bi tħejjija tal-adattament tas-sekwenzjar/ta’ objettivi aktar preċiżi;

lis-Segretarjat tal-PESCO biex jippreżenta għażliet għat-titjib tas-segwitu, u jesplora l-possibbiltà ta’ inċentivi, għat-twettiq ta’ xi impenji li ma ġewx suffiċjentement sodisfatti mill-SMp;

lis-Segretarjat tal-PESCO biex qabel tmiem l-2020 jippreżenta dokument għall-validazzjoni biex jiġi ffinalizzat ir-Rieżami Strateġiku tal-PESCO; u

lill-SMp biex jirrieżaminaw il-PIN tagħhom bil-ħsieb li jaġġornawhom skont kif ikun meħtieġ.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.

(2)  ĠU C 88, 8.3.2018, p. 1.

(3)  ĠU C 374, 16.10.2018, p. 1.

(4)  ĠU C 166, 15.5.2019, p. 1.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/909 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli ta’ governanza għall-proġetti PESCO (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 37).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9838 — Altor Fund Manager/Eleda/JVAB)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/02)

Fil-11 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9838. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9666 — Deutsche Asphalt/KEMNA BAU Andrae/Heideasphalt)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/03)

Fl-4 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9666. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ Nru M.9331 — Danaher/GE Healthcare Life Sciences Biopharma)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/04)

Fit-18 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9331. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/11


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta' Ġunju 2020

(2020/C 204/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1232

JPY

Yen Ġappuniż

120,65

DKK

Krona Daniża

7,4560

GBP

Lira Sterlina

0,89448

SEK

Krona Żvediża

10,5123

CHF

Frank Żvizzeru

1,0669

ISK

Krona Iżlandiża

152,40

NOK

Krona Norveġiża

10,7050

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,561

HUF

Forint Ungeriż

344,50

PLN

Zloty Pollakk

4,4467

RON

Leu Rumen

4,8355

TRY

Lira Turka

7,7012

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6292

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5204

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7049

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7395

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5650

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 362,21

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,2289

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9602

HRK

Kuna Kroata

7,5460

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 948,04

MYR

Ringgit Malażjan

4,8095

PHP

Peso Filippin

56,273

RUB

Rouble Russu

78,1853

THB

Baht Tajlandiż

35,055

BRL

Real Brażiljan

5,8521

MXN

Peso Messikan

24,9416

INR

Rupi Indjan

85,5505


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/12


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/06)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Comiso-Ruma Fiumicino u viċeversa

Comiso-Milan Linate u viċeversa

Comiso-Milan Malpensa u viċeversa

Comiso-Bergamo Orio al Serio u viċeversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2023

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio, 118

00185 Roma

ITALIA

Tel. +39 0644596515

Email: osp@enac.gov.it

Sit web:

http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it


18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/13


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/07)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Comiso-Ruma Fiumicino u viċeversa

Comiso-Milan Linate u viċeversa

Comiso-Milan Malpensa u viċeversa

Comiso-Bergamo Orio al Serio u viċeversa

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ Awwissu 2020

Id-data l-ġdida tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ Novembru 2020

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Dokument ta’ referenza

ĠU C 69, 3.3.2020, p. 10.

Għal iktar informazzjoni:

Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

Dipartimento per i Trasporti, la Navigazione, gli Affari Generali ed il Personale

Direzione Generale per gli Aeroporti ed il Trasporto Aereo

Via Giuseppe Caraci, 36

00157 Roma

ITALIA

Tel. +39 0641583690

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio, 118

00185 Roma

ITALIA

Tel. +39 0644596515

Sit web:

http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it

Email:

dg.ta@pec.mit.gov

osp@enac.gov.it


18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/14


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/08)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Trapani - Trieste u viċeversa

Trapani - Brindisi u viċeversa

Trapani - Parma u viċeversa

Trapani - Ancona u viċeversa

Trapani - Perugia u viċeversa

Trapani - Napoli u viċeversa

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

Il-15 ta’ Lulju 2020

Id-data l-ġdida tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ Novembru 2020

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Dokument ta’ referenza

ĠU C 29, 28.1.2020, p. 10

Għal iktar informazzjoni:

Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

Dipartimento per i Trasporti, la Navigazione, gli Affari Generali ed il Personale

Direzione Generale per gli Aeroporti ed il Trasporto Aereo

Via Giuseppe Caraci, 36

00157 Roma

ITALIA

Tel. +39 0641583690

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio, 118

00185 Roma

ITALIA

Tel. +39 0644596515

Sit web: http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it

Email: dg.ta@pec.mit.gov

osp@enac.gov.it


18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/15


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/09)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Trapani-Ancona u viċeversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2023

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio, 118

00185 Roma

ITALIA

Tel. +0039 0644596515

Email: osp@enac.gov.it

Sit web:

http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it


18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/16


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/10)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Trapani-Brindisi u viċeversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2023

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio, 118

00185 Roma

ITALIA

Tel. +39 0644596515

Email: osp@enac.gov.it

Sit web

http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it


18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/17


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/11)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Trapani-Napli u viċeversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2023

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio, 118

00185 Roma

ITALIA

Tel. +39 0644596515

Email: osp@enac.gov.it

Sit web: http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it


18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/18


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/12)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Trapani-Parma u viċeversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2023

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio, 118

00185 Roma

ITALIA

Tel. +39 0644596515

Email: osp@enac.gov.it

Sit web:

http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it


18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/19


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/13)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Trapani-Perugia u viċeversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2023

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio, 118

00185 Roma

ITALIA

Tel. +39 0644596515

Email: osp@enac.gov.it

Sit web:

http://www.mit.gov.it

 

http://www.enac.gov.it


18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/20


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/14)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Trapani-Trieste u viċeversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2023

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio, 118

00185 Roma

ITALIA

Tel. +39 0644596515

Email: osp@enac.gov.it

Sit web:

http://www.mit.gov.it

 

http://www.enac.gov.it


18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/21


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 204/15)

Stat Membru

Spanja

Rotot ikkonċernati

Melilla-Almería/Granada/Sevilla

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa pubblika għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ministerio de Transportes, Movilidad y Agenda Urbana

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Paseo de la Castellana 67

28071 Madrid

Madrid

ESPAÑA

Email: osp.dgac@mitma.es


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/22


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jsirux oġġezzjonijiet

(2020/C 204/16)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma għandha l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

Il-11 ta’ Marzu 2020

Il-Każ Nru

84744

Id-Deċiżjoni Nru

017/20/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Il-Proġett Hywind Tampen

Bażi ġuridika

L-iskema ta’ għajnuna, “Promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli” permezz tal-programm ta’ Enova “Enerġija innovattiva fuq skala sħiħa u teknoloġija tal-klima”

Tip ta’ miżura

Għajnuna individwali

Għan

Enerġija rinnovabbli, protezzjoni ambjentali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

Baġit

NOK 2 229,6 miljun (skontati)

Intensità

43,5 %

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta’ elettriċità

Isem u indirizz tal-awtorità li ħarġet l-għajnuna

Enova SF

Brattørkaia 17 A

7010 Trondheim

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq il-website tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-EFTA

18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/23


SENTENZA TAL-QORTI

tal-10 ta’ Marzu 2020

fil-Kawża E-3/19

Gable Insurance AG f’Konkurs

(Direttiva 2009/138/KE – insolvenza – proċeduri ta’ stralċ – talba ta’ assigurazzjoni – kompożizzjoni ġudizzjarja – trattament differenti ta’ talbiet ta’ assigurazzjoni)

(2020/C 204/17)

Fil-Kawża E-3/19, Gable Insurance AG f’Konkurs – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti tal-Prinċipat tal-Liechtenstein (Fürstliches Landgericht) rigward l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), kif adattata għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur), u Bernd Hammermann, Imħallfin, tat is-sentenza fl-10 ta’ Marzu 2020, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

1.

Talba ta’ assigurazzjoni għandha tkun ibbażata fuq avveniment assigurat li jseħħ qabel il-kanċellament ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni biex jitqies bħala talba ta’ assigurazzjoni fis-sens tal-Artikolu 268(1)(g) tad-Direttiva 2009/138/KE. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba ta’ assigurazzjoni ma jistax ikun limitat għal talbiet li jkunu nqalgħu, ippreżentati jew li jkunu ġew ammessi qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ stralċ jekk it-talba ma tkunx tista’ tiġi determinata b’mod sħiħ. Skont l-Artikolu 274(2)(g) tad-Direttiva 2009/138/KE, huwa f’idejn il-liġi nazzjonali li tistabbilixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissjoni ta’ pretensjonijiet, inklużi limiti temporali għall-preżentazzjoni ta’ talbiet u d-determinazzjoni finali tal-ammont ta’ pretensjonijiet tal-assigurazzjoni f’każijiet fejn l-elementi tad-dejn għadhom mhumiex magħrufa, sakemm il-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni jingħataw preċedenza assoluta fuq talbiet oħra skont l-Artikolu 275(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Talba għal primjum dovut li jirriżulta mill-kanċellazzjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ stralċ ma tikkostitwixxix pretensjoni ta’ assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 268(1)(g) tad-Direttiva 2009/138/KE.

2.

L-Artikolu 268(1)(d) u l-Artikolu 274(2)(i) tad-Direttiva 2009/138/KE la jobbliga lill-Istati taż-ŻEE li jipprovdu, u lanqas ma jipprekluduhom milli jipprovdu, għal kompożizzjoni fi tmiem ta’ proċeduri ta’ stralċ. Huwa f’idejn il-liġi nazzjonali li tiddetermina r-rekwiżiti biex jingħalqu proċeduri ta’ stralċ, soġġett għar-rispett tal-prinċipju ta’ trattament ugwali ta’ kredituri tal-assigurazzjoni.

3.

L-Artikolu 275(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE ma jipprekludix regoli nazzjonali dwar il-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissibbiltà ta’ talbiet ta’ assigurazzjoni li jirriżultaw f’kategorizzazzjoni u klassifikazzjoni differenti ta’ talbiet ta’ assigurazzjoni, sakemm dawk ir-regoli jiżguraw li l-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni jieħdu preċedenza fuq talbiet oħra u li l-kredituri tal-assigurazzjoni jiġu ttrattati b’mod ugwali fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissjoni tal-pretensjonijiet.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/24


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 204/18)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“LIMONE DELL’ETNA”

Nru tal-UE: PGI-IT-02444 — 12.12.2018

DOP () IĠP (X)

1.   Isem

“Limone dell’Etna”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-isem “Limone dell’Etna” jidentifika l-lumi mkabbar fiż-żona ta’ mal-kosta tal-Etna, f’żona bejn ix-xmara Alcantara fit-Tramuntana, u l-fruntiera tat-Tramuntana tal-muniċipalità ta’ Catania. Huwa rriżervat għall-kultivar “Femminello” u l-kloni tiegħu, kif ukoll għall-kultivar “Monachello”, li jikkonċernaw l-ispeċi botanika Citrus limon (L.) Burm. Ir-rabta maż-żona ġeografika hija bbażata fuq il-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-prodott.

Meta jitqiegħed fis-suq, irid ikollu l-karatteristiċi u l-parametri ta’ kwalità li ġejjin:

Kultivar

u perjodi ta’ produzzjoni

Karatteristiċi tal-frott

Parametri kwalitattivi

Femminello

Primofiore

frott tax-xitwa

frott li jibda jinqata’ mill-15 ta’ Settembru

Kulur tal-qoxra: minn aħdar ċar għal isfar lewn iċ-ċitru;

forma ellittika;

piż ta’ mhux inqas minn 90 g;

kulur tal-polpa: minn aħdar ċar għal isfar lewn iċ-ċitru

Karatteristiċi tal-meraq:

kulur isfar lewn iċ-ċitru

rendiment > 34 %

aċidità > 5,5 %

solidi solubbli totali: grad Brix tal-polpa > 7

rendiment taż-żjut essenzjali > 0,3 %

Femminello

“Bianchetto” jew “maiolino”

lumi tar-rebbiegħa

il-frott jibda jinqata’ mill-1 ta’ April

Kulur tal-qoxra: isfar ċar;

forma: ellittika jew ovali

piż ta’ mhux inqas minn 90 g;

qoxra ta’ kulur isfar

Karatteristiċi tal-meraq:

kulur isfar lewn iċ-ċitru

rendiment > 34 %

aċidità > 5,5 %

solidi solubbli totali: grad Brix tal-polpa > 7

rendiment taż-żjut essenzjali > 0,3 %

Femminello

“Verdello” (jew lumi tas-sajf)

il-frott jibda jinqata’ mill-15 ta’ Mejju

Kulur tal-qoxra: minn aħdar għal isfar ċar;

forma: ellittika sferika;

piż ta’ mhux inqas minn 80 g;

kulur tal-polpa: minn aħdar ċar għal isfar lewn iċ-ċitru

Karatteristiċi tal-meraq:

kulur isfar lewn iċ-ċitru

rendiment > 30 %

aċidità > 5,5 %

solidi solubbli totali: grad Brix tal-polpa > 7

rendiment taż-żjut essenzjali > 0,3 %

Monachello

Primofiore

frott tax-xitwa

il-frott jibda jinqata’ mill-15 ta’ Ottubru

Kulur tal-qoxra: minn aħdar ċar għal isfar lewn iċ-ċitru;

forma ellittika;

piż ta’ mhux inqas minn 90 g;

kulur tal-polpa: minn aħdar ċar għal isfar lewn iċ-ċitru

Il-karatteristiċi tal-meraq:

kulur isfar lewn iċ-ċitru

rendiment > 25 %

aċidità > 5,5 %

solidi solubbli totali: grad Brix tal-polpa > 7

rendiment taż-żjut essenzjali > 0,3 %

Monachello

“Bianchetto” jew “maiolino”

lumija tar-rebbiegħa

il-frott jibda jinqata’ mill-1 ta’ April

Kulur tal-qoxra: isfar ċar;

forma: ellittika jew ovali;

piż ta’ mhux inqas minn 90 g;

qoxra ta’ kulur isfar

Il-karatteristiċi tal-meraq:

kulur isfar lewn iċ-ċitru

rendiment > 25 %

aċidità > 5,5 %

solidi solubbli totali: grad Brix tal-polpa > 7

rendiment taż-żjut essenzjali > 0,3 %

Monachello

“Verdello” (jew lumi tas-sajf)

il-frott jibda jinqata’ mill-15 ta’ Mejju

Kulur tal-qoxra: minn aħdar għal isfar ċar;

forma: ellittika-sferika;

piż ta’ mhux inqas minn 80 g;

kulur tal-polpa: minn aħdar ċar għal isfar lewn iċ-ċitru

Il-karatteristiċi tal-meraq:

kulur isfar lewn iċ-ċitru

rendiment > 25 %

aċidità > 5,5 %

solidi solubbli totali: grad Brix tal-polpa > 7

rendiment taż-żjut essenzjali > 0,3 %

Il-frott li għandu l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Limone dell’Etna”, għandu jiġi kkummerċjalizzat bħala prodott frisk fil-kategoriji “Extra” jew “Prima”, bid-daqsijiet permessi ta’ 3, 4, 5 jew 6.

Sakemm jitħarsu l-parametri speċifiċi tal-kwalità tal-meraq tal-frott u tar-rendiment taż-żjut essenzjali, flimkien mal-frott imsemmi hawn fuq, għall-fini ta’ pproċessar biss, u biex jinżamm id-dritt li tintuża l-IĠP “Limone dell’Etna”, jista’ jintuża wkoll frott ta’ kategorija, daqsijiet, forma, piż jew kulur tal-qoxra li huma differenti minn dawk previsti. Frott bħal dan ma jistax jinbiegħ lill-konsumatur finali bħala frott frisk.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-“Limone dell’Etna” għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4 ta’ hawn taħt.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Limone dell’Etna” jista’ jitqiegħed fis-suq f’kull tip ta’ pakkett li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ jew bil-kwantità.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fil-każ tal-frott li jitqiegħed fis-suq bil-kwantità huwa obbligatorju li 100 % tal-frott ikollu tikketta fuqu. It-tikketti jridu juru r-rappreżentazzjoni grafika tal-logo tal-IĠP “Limone dell’Etna” kif deskritt u indikat aktar ’il quddiem.

Il-“Limone dell’Etna” jista’ wkoll jitqiegħed fis-suq permezz tal-bejgħ bl-imnut billi jkollu tikketta, li tkun faċilment viżibbli u li tindika l-istess informazzjoni bħal dik ipprovduta fuq il-pakketti.

Il-lumi maħsub għall-ipproċessar, li ma jistax jiġi fornut lill-konsumatur finali bħala frott frisk, jista’ jinbiegħ “bil-kwantità”, mingħajr tikketta, f’pakketti jew f’kontenituri skont ir-regoli fis-seħħ, li tal-inqas fuq wieħed mill-ġnubijiet tagħhom, ikollhom b’karattri li jinqraw u jintgħarfu b’mod ċar, il-kliem “Limone dell’Etna IGP destinato alla trasformazione” (Limone dell’Etna IĠP maħsub għall-ipproċessar) bil-kultivari u l-lottijiet speċifikati jew direttament fuq kaxex apposta ta’ mezzi tat-trasport li fihom ma jista’ jinġarr ebda frott ieħor għajr “Limoni dell’Etna” IĠP.

It-tikketta fuq il-pakkett trid tindika bilfors, b’tipa ċara u li tista’ tinqara, mhux biss is-simbolu Ewropew tal-IĠP, il-logo tal-“Limone dell’Etna” IĠP, deskritt hawn taħt, u l-informazzjoni mitluba mil-liġi, iżda wkoll l-isem tal-kultivar, il-klassi tal-prodott u d-daqs. Tista’ tintuża marka privata kemm-il darba ma tfixkilx lill-konsumatur u tkun permessa mil-liġi fis-seħħ. Iż-żieda ta’ kwalunkwe kwalifikazzjoni jew kliem ieħor differenti minn dak previst b’mod espliċitu fl-Ispeċifikazzjoni, inklużi l-aġġettivi “fine (fin), superiore (tal-aqwa kwalità), selezionato (selezzjonat), scelto (magħżul)” u kliem ieħor simili mhijiex awtorizzata. Mhux awtorizzat l-użu ta’ kliem ta’ tifħir.

Il-logo tal-IĠP “Limone dell’Etna”

Il-logo juri żewġ lumijiet u l-kliem “Limone dell’Etna IGP”.

Il-logo ma jista’ jiġi mmodifikat bl-ebda mod, u lanqas ma jista’ jintuża jew jiġi mmodifikat parzjalment.

Image 1

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-kultivazzjoni tal-“Limone dell’Etna” tinsab fil-provinċja ta’ Catania tul il-medda tal-Jonju u l-Etna u tinkludi t-territorju amministrattiv ta’ dawn il-muniċipalitajietli ġejjin: Aci Bonaccorsi, Aci Castello, Aci Catena, Aci Sant’Antonio, Acireale, Calatabiano, Castiglione di Sicilia, Fiumefreddo di Sicilia, Giarre, Mascali, Piedimonte Etneo, Riposto, Santa Venerina, San Gregorio di Catania, Valverde, Zafferana Etnea.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta mat-territorju li għandu l-prodott hija l-fattur deċiżiv li jiddistingwih u hija bbażata fuq il-karatteristiċi tal-kwalità tal-frott.

L-isem “Limone dell’Etna” jidentifika l-lumi mkabbar fiż-żona fuq l-għoljiet tal-Etna u jfakkar fil-karatteristiċi kwalitattivi u l-elementi tipiċi taż-żona u t-tradizzjoni li ilha tingħadda minn ġenerazzjoni għall-oħra għal aktar minn żewġ sekli.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi kwalitattivi, l-epikarpju tal-“Limone dell’Etna” huwa rikk ħafna fi glandoli taż-żejt b’kontenut ta’ żjut essenzjali ta’ kwalità għolja f’termini ta’ aroma, b’mod partikolari ċ-“ċitral” (taħlita ta’ aldeidi ġeranjali u n-neral), li hija responsabbli għat-“togħma” tipika tal-lumi.

Il-karatteristiċi kwalitattivi taż-żjut essenzjali tal-“Limone dell’Etna” jagħtu lill-frott karatteristika partikolari apprezzata mis-suq u ġew ukoll studjati. B’mod speċifiku, minn studji li saru f’dak li qabel kien l-Istituto Sperimentale per l’Agrumicoltura (l-Istitut Sperimentali għall-Frott taċ-Ċitru), u li llum sar il-Consiglio per la Ricerca in Agricoltura e l’Analisi dell’Economia Agraria, Centro di Ricerca Olivicoltura, Frutticoltura e Agrumicoltura (il-Kunsill tar-Riċerka Agrikola u l-Analiżi tal-Ekonomija Agrikola, iċ-Ċentru ta’ Riċerka dwar iż-Żebbuġa, il-Frott u u l-Frott taċ-Ċitru (CREA-OFA ta’ Acireale) u fl-Istituto di Chimica organica dell’Università di Messina (l-Istitut tal-Kimika Organika tal-Università ta’ Messina) fuq il-kwalità tal-essenzi miksuba minn kampjuni ta’ lumi tal-kultivar Femminello meħuda miż-żoni tipiċi ta’ Sqallija juru li ż-żjut essenzjali miksuba mill-frott li joriġina miż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-“Limone dell’Etna” huma kkaratterizzati minn kontenut medju ogħla ta’ ċitral (3,61 %) minn dawk tal-frott li joriġina minn żoni oħra li ġew studjati, jiġifieri Siracusa (3,49 %) u Bagheria (3,29 %) (Sors: Estratto dal n.2 Industrie e Conserve 1969, pp.110-116).

L-istess jgħodd għall-varjetà Monachello tal-“Limone dell’Etna”. Minn studju ieħor li sar miċ-Centro di Ricerca Olivicoltura, Frutticoltura e Agrumicoltura di Acireale (CREA-OFA), fuq il-kwalità tal-essenzi miksuba mil-lumi tal-kultivar Monachello, jidher li ż-żjut essenzjali miksuba mill-frott li jorġina miż-żona ġeografika ta’ produzzjoni tal-“Limone dell’Etna” huma kkaratterizzati minn kontenut ogħla ta’ ċitral peress li dawn għandhom kontenut ta’ ġeranjal u neral ta’ 1,67 % u 0,82 % rispettivament meta mqabbla mal-lumi li ġej mil-lokalitajiet ta’ Lascari (Pa) (0,70 % -0,59 % u 0,85 % -0,72 %) u Barcellona Pozzo di Gotto (Me) (1,15 % u 0,77 %) (Sors: Contributo alla conoscenza delle essenze di limone di alcune cultivar italiane - Rivista Italiana Essenze - Profumi Piante Officinali - Aromi - Saponi cosmetici pp. 370-377 - Sena XLVII n.7 Lulju 1965; Ricerche sugli olii essenziali del flavedo di 44 cloni di limone – Essenze Derivati Agrumari Sena LVII N.3 Lulju – Settembru 1987; Determinazione delle caratteristiche analitiche e della composizione enantiomerica di oli essenziali agrumari ai fini dell’accertamento della purezza e della qualità – Essenze Derivati Agrumari Vol.74 N.1 Jannar – April 2004).

Il-kwalità tal-frott tal-“Limone dell’Etna” hija dovuta għall-iżvilupp u l-maturazzjoni f’ambjent pedoklimatiku speċifiku ħafna b’ħamrija ta’ oriġini vulkanika tipika taż-żoni qrib il-vulkan Etna u l-klima mtaffija mill-baħar.

Il-“Limone dell’Etna” jitkabbar f’ħamrija ta’ oriġini vulkanika xi ftit jew wisq żviluppata li tinsab fuq formazzjonijiet litoloġiċi vulkaniċi antiki. Id-daqs u l-konsistenza tal-ħamrija huma eteroġenei: l-għoljiet taż-żona ddefinita għandhom ħamrija pjuttost baxxa, b’livell għoli ta’ ġebel fis-superfiċje, b’nisġa ramlija u b’kontenut kalkarju għoli, filwaqt li fiż-żona kostali hemm profili aktar żviluppati, aktar fondi u bi trab ġulġlieni ramli (Sors: Laboratorio analisi Chimico-agrarie SOAT Acireale).

Barra minn hekk, mill-istudji li saru minn CREA-OFA (Acta Italus Hortus, 9, 61-65, 2013, Food Chemistry, 211, 734-740, 2016), jirriżulta li bis-saħħa tat-tip partikolari ta’ ħamrija, prinċipalment vulkanika minħabba l-preżenza tal-vulkan Etna u l-kompożizzjoni tal-blat, ta’ natura bażaltika, il-“Limone dell’Etna” għandu konċentrazzjonijiet għoljin ta’ Manganiż u Stronzju.

Minbarra l-karatteristika tal-ħamrija, hemm ukoll fatturi naturali oħra li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet mill-aqwa għall-kultivazzjoni tal-“Limone dell’Etna”.

Il-fatturi li jinfluwenzaw il-klima taż-żona fejn jitkabbar il-“Limone dell’Etna” huma prinċipalment it-temperaturi u l-konformazzjoni orografika.

It-temperaturi huma influwenzati ħafna mill-prossimità tal-Baħar Jonju u mill-preżenza tal-kumpless vulkaniku tal-Etna. Bis-saħħa ta’ temperaturi favorevoli, tul is-sekli, il-kultivazzjoni tal-lumi nfirxet tul il-medda kostali tal-Etna u fl-għoljiet interni taż-żona bejn ix-xmara Alcantara fit-Tramuntana u l-fruntiera tat-Tramuntana tal-muniċipalità ta’ Catania fin-Nofsinhar.

Il-konformazzjoni orografika għandha rwol fundamentali fuq kemm tinżel xita: f’latitudni kkaratterizzata minn klima semiarida jew niexfa, il-preżenza tal-vulkan twassal għal ammont kbir ta’ xita, li fiż-żoni tal-produzzjoni tal-lumi tammonta għal madwar 600–700 mm/sena. Il-maltempati tas-sajf, li huma relattivament frekwenti fin-naħa tal-Lvant tal-muntanja, jgħinu biex iżommu t-temperaturi baxxi.

Il-valuri tal-umdità atmosferika mkejla fuq in-naħa tal-Lvant tal-Etna, b’referenza partikolari għall-istazzjon tat-temp li jinsab fil-bini ta’ CREA-OFA f’Acireale (194 m ’il fuq mil-livell tal-baħar), juru li tul dawn l-aħħar 27 sena (1990-2017), il-livell medju annwali ta’ umdità huwa ta’ madwar 67 %, il-medja tal-livelli massimi ma taqbiżx il-limitu ta’ 88 %, filwaqt li l-medja tal-livelli minimi mhijiex inqas minn 43 %.

Elementi klimatiċi rilevanti oħra, li għandhom influwenza deċiżiva fuq l-għelejjel, huma d-dawl tax-xemx u l-irjieħ.

Min-numru ta’ sigħat ta’ xemx irreġistrati fil-Bullettin ta’ Kull Xahar (mill-1936 sal-1939) tal-Osservatorio Collegio Pennisi (Sors: Il clima di Acireale nei suoi elementi metereologici anno 1943) jirriżulta li Acireale għandha numru akbar ta’ sigħat minn bliet oħra. Din iċ-ċifra hija kkonfermata mill-valuri dwar il-formazzjoni ta’ sħab irreġistrati mill-osservatorju stess.

Element speċifiku li jinsab biss fit-territorju tal-“Limone dell’Etna” huwa l-metodu ta’ kultivazzjoni partikolari, imsejjaħ “sfurzata” jew “imnixxfa” adottat mill-produtturi lokali, li jippermetti produzzjoni fis-sajf tipika taż-żona ta’ kultivazzjoni tal-“Limone dell’Etna”.

Din it-teknika, li ġġiegħel lill-pjanti jiffjorixxu fis-sajf u jagħtu l-frott tagħhom fil-perjodu ta’ bejn Mejju u Settembru tas-sena ta’ wara, ġiet żviluppata tliet sekli ilu minn speċjalisti taż-żona tal-Jonju u l-Etna, u ilha tingħadda minn ġenerazzjoni għall-oħra għal aktar minn żewġ sekli u għadha sal-lum il-ġurnata tipika taż-żona kostali ta’ Acireale. Peress li l-pjanta ma tissaqqiex matul Ġunju u Lulju tkun nieqsa mill-ilma; wara dak il-perjodu, permezz ta’ tisqija dejjem akbar u ta’ stimulazzjoni b’fertilizzanti bbażati fuq in-nitroġenu, il-pjanta toħroġ mir-raqda u terġa’ tiffjorixxi sabiex is-sena ta’ wara tagħti l-frott. Il-frott miksub permezz ta’ din it-teknika jissejjaħ “verdello”.

Ir-rabta tal-Etna mat-tkabbir tal-lumi tmur lura għal ħafna snin, kif muri mill-karta rqiqa li kien jitgeżwer fiha l-lumi fil-pakketti lejn il-bidu tas-seklu.

Referenzi għat-tkabbir tal-lumi madwar l-Etna nsibuhom ukoll fir-rumanzi ta’ dawk iż-żminijiet, fejn fl-1894, Federico De Roberto, fir-rumanz tiegħu “I Vicerè”, kiteb dwar ix-xogħlijiet ta’ kundizzjonament tal-art u ta’ tfittxija tal-ilma permezz tat-“tħaffir qalb il-formazzjonijiet antiki tal-lava tal-Mongibello” għat-tħawwil tas-siġar tal-laring u tal-lumi.

Il-kultivazzjoni tal-lumi tal-Etna hija magħrufa abbażi tat-tradizzjoni tal-produzzjoni li kkaratterizzatha għal aktar minn żewġ sekli. Mir-riċerka bibljografika jidher li l-istudju dwar it-tkabbir tal-lumi tal-Etna mwettaq minn Giulio Savastano, studjuż magħruf tal-ewwel snin tas-seklu għoxrin, ippubblikat fl-Annali della Regia Stazione Sperimentale di Agrumicoltura e Frutticoltura di Acireale fl-1922, bit-titolu “La biologia colturale del limone nel versante orientale etneo” huwa ta’ interess kbir minħabba l-valur storiku u xjentifiku tiegħu. F’din il-pubblikazzjoni, Savastano jitkellem dwar ir-raġunijiet storiċi, bijoloġiċi u agronomiċi li għalihom il-lumi kien sab l-ambjent ideali fiż-żona kostali tan-naħa tal-Lvant tal-Etna, deskritta bħala r-“reġjun tal-lumi tal-Etna”, li 100 sena wara tikkorrispondi għaż-żona ġeografika tat-territorju tal-“Limone dell’Etna”.

Xhieda tal-importanza tal-istorja tat-tkabbir tal-lumi fiż-żona huma l-ismijiet tal-postijiet Riviera dei Limoni u Città del limone verdello li għadhom jintużaw ħafna sal-lum il-ġurnata.

Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test ikkonsolidat tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jista’ jiġi kkonsultat fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew

billi żżur direttament il-paġna ewlenija tas-sit web tal-Ministeru tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (Kwalità) fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin u wara tagħfas fuq “Prodotti DOP IGP STG” (Prodotti DOP, IĠP u STG) fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin, u fl-aħħar fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE” (Speċifikazzjoni ta’ Produzzjoni soġġetta għall-eżami tal-UE).


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/29


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 204/19)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Malostonska kamenica”

Nru tal-UE: PDO-HR-02426 — 22.8.2018

DOP (X) IĠP ()

1.   Isem/ismijiet

“Malostonska kamenica”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Repubblika tal-Kroazja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.7: Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Tassonomikament, il-“Malostonska kamenica” tappartjeni għall-ispeċi tal-gajdra ċatta Ewropea Ostrea edulis Linnaeus, 1758.

Il-“Malostonska kamenica” hija frotta tal-baħar b’qafas sod, asimmetrika, b’valvi inugwali fid-daqs u l-forma, xi drabi fraġli, b’forma ovali irregolari u truf irregolari. Il-valv (il-qoxra ta’ taħt) tax-xellug ikun imqabbad, filwaqt li l-valv (ta’ fuq) tal-lemin ikun ċatt u jagħlaq fil-valv tax-xellug. Il-valvi huma ta’ kulur safrani, kannella fil-griż jew aħdar fl-isfar, bi sfumaturi fil-vjola jew fl-aħmar. L-iskultura tal-valvi tikkonsisti fi xfar jew linji konċentriċi, xquq u kustilji u laqx qisu weraq. Jistgħu jidhru wkoll xquq u kustilji radjali. In-naħa ta’ ġewwa tal-valv tkun ta’ kulur abjad lewn il-perla, xi drabi bi tbajja’ b’ħafna kuluri.

It-tessut artab, jew il-“laħam”, jimla l-parti l-kbira tal-kavità tal-valv u jista’ jittiekel mingħajr ma jkollu bżonn jgħaddi minn trattament bis-sħana. Il-laħam fil-ħotba vixxerali huwa kkaratterizzat minn struttura xaħmija tleqq, ta’ kulur abjad li jagħti fl-isfar, soda, f’għamla ta’ koppla u minfuħa, filwaqt li t-truf tal-mantell ikunu skuri ħafna, ġeneralment suwed u, għalhekk, f’kuntrast qawwi mal-ħotba vixxerali liemja u tleqq.

Meta titqiegħed fis-suq, il-“Malostonska kamenica” trid tkun ħajja u jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

il-valvi tagħha jridu jkunu sħaħ, mingħajr ebda ħsara jew deformazzjoni, u mnaddfin minn organiżmi li jniġġsu u impuritajiet oħrajn;

il-laħam irid ikollu konsistenza żejtnija li ddub fil-ħalq u jrid ikun artab u mmerraq meta tigdmu; irid ikollu togħma bilanċjata karatteristika ta’ ħlewwa u mluħa prodotta mit-taħlita tat-togħma ħelwa u qawwija tal-parti vixxerali u t-togħma pjaċevoli ta’ minerali tal-baħar iddominata minn aroma ta’ jodju li tibqa’ fuq il-palat;

il-kontenut minimu ta’ karboidrati fil-laħam irid ikun ta’ 25 milligramma għal kull gramma ta’ materja niexfa;

il-valur tal-indiċi tal-laħam, jiġifieri l-proporzjon tal-laħam mill-piż tal-frott tal-baħar kollu (il-piż tal-laħam frisk/il-piż tal-frott tal-baħar kollu × 100) irid ikun akbar minn 10,5 minn Frar sa Lulju u f’Settembru, u aktar minn 6,5 matul il-bqija tas-sena;

minbarra l-laħam, il-parti ta’ ġewwa tal-valv irid ikun fiha likwidu intervalvulari trasparenti u ċar karatteristiku, ikkaratterizzat minn riħa rinfreskanti ta’ alka fiż-żona tal-marea;

it-tul minimu ta’ gajdra waħda jrid ikun ta’ 7 ċentimetri, il-piż minimu ta’ 60 gramma.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-ewwel fażi tat-trobbija tikkonsisti fil-qbid tal-frieħ tal-“Malostonska kamenica” u tinvolvi t-tħejjija u l-installazzjoni ta’ kolletturi għall-frieħ tal-gajdri u l-klassifikazzjoni u l-issortjar ta’ dawk addattati. It-tieni fażi tinvolvi t-tnissil tal-frieħ tal-gajdri fl-irziezet tat-tnissil sakemm jilħqu tul kummerċjali. Issir distinzjoni bejn żewġ metodi ta’ trobbija: dak tat-trobbija fiċ-ċestuni u x-xbieki, u dak bis-simentar. Ġeneralment, dawn iż-żewġ metodi jiġu kkombinati.

It-trobbija tal-“Malostonska kamenica” ssir fi rziezet li jżommu f’wiċċ l-ilma.

Il-fażijiet kollha msemmija hawn fuq fil-produzzjoni tal-“Malostonska kamenica”, sal-qbid għas-suq, iridu jseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Meta l-prodott jitqiegħed fis-suq bi kwalunkwe tip ta’ imballaġġ minn qabel, it-tikkettar irid ikun fih l-isem “Malostonska kamenica”, u jkun distingwibbli b’mod ċar skont id-daqs, it-tip u l-kulur tal-ittri (tipografija) minn kwalunkwe skrizzjoni oħra.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika li fiha jseħħu l-fażijiet kollha tal-produzzjoni tal-“Malostonska kamenica” tinkludi l-ilmijiet tal-Bajja ta’ Mali Ston li jappartjenu għar-Repubblika tal-Kroazja. Il-Bajja ta’ Mali Ston tkopri medda ta’ 28 km tal-Kanal ta’ Neretva li testendi bejn ix-xtut tal-art kontinentali u l-peniżola ta’ Pelješac fid-direzzjoni tal-Majjistral/tax-Xlokk. L-aktar punt wiesa’ tagħha kbir 6,1 km, bejn il-port ta’ Drače u l-qala ta’ Soline. Il-bajja tkopri ż-żona mill-qala ta’ Kuta fuq naħa waħda, sal-kap ta’ Rat fuq Pelješac u l-kap ta’ Rivine fuq l-art kontinentali fuq in-naħa l-oħra, fejn il-bajja għandha wisa’ ta’ 4,5 km.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-ispeċifiċità tal-“Malostonska kamenica” hija bbażata kemm fuq il-karatteristiċi naturali uniċi tal-Bajja ta’ Mali Ston, li wasslu għad-deżinjazzjoni tagħha bħala żona naturali protetta, kif ukoll fuq l-għarfien espert, żviluppat matul sekli, tat-tnissil tal-gajdri fil-Bajja ta’ Mali Ston. Il-karatteristiċi uniċi tal-ilmijiet tal-Bajja ta’ Mali Ston, il-kwantità u l-kompożizzjoni ottimali tal-ikel, il-kwalità eċċellenti tal-ilma baħar, u l-użu tal-għarfien espert u l-kompetenza tradizzjonali huma kollha riflessi direttament fil-kwalità u l-karatteristiċi organolettiċi ta’ dan il-prodott apprezzat.

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Il-Bajja ta’ Mali Ston kienet magħrufa matul l-istorja bħala l-post fejn titrabba l-“Malostonska kamenica”. Huwa bis-saħħa tal-kundizzjonijiet ekoloġiċi speċifiċi tal-bajja li x-xjentisti wrew interess fil-bajja u ilhom iwettqu riċerka fil-fond hawnhekk mill-1979. Is-sejbiet ta’ din ir-riċerka wasslu lill-korpi kompetenti tal-Istat biex jinnominaw din iż-żona bħala żona protetta fl-1983. Hija protetta bħala riżerva tal-baħar speċjali sal-lum il-ġurnata.

Il-Bajja ta’ Mali Ston hija kkaratterizzata minn dħul sinifikanti ta’ ilma ħelu minn fawwara taħt il-baħar, mix-Xmara Neretva u mill-preċipitazzjoni li titkaxkar mill-art kontinentali. Dawn l-ilmijiet jaġixxu bħala regolatur speċifiku tat-temperatura u tas-salinità u jarrikkixxu l-Bajja ta’ Mali Ston bin-nutrijenti, u b’hekk jagħmlu ż-żona produttiva ħafna. Il-Bajja ta’ Mali Ston hija baxxa, b’fond medju ta’ 15-il metru u qiegħ il-baħar mimli ħama, li jgħin mhux biss biex jinżammu l-kundizzjonijiet ekoloġiċi partikolari għat-trobbija tal-frott tal-baħar, iżda wkoll jiffavorixxi t-tekniki tal-produzzjoni.

L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika kostali tal-Bajja ta’ Mali Ston tinsab fil-veġetazzjoni tagħha, li hija ddominata minn arbuxelli u siġar tal-ilċi, li r-residwi tal-pjanti tagħhom huma ddepożitati fis-saff ta’ fuq tal-ħamrija kostali, u b’hekk tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija. Din il-veġetazzjoni tippermetti fluss gradwali ta’ nutrijenti (fosfati, silikati, nitrati) u minerali mill-art kontinentali sal-baħar, li jikkontribwixxu għal żvilupp bilanċjat tal-popolazzjonijiet tal-fitoplankton li jipprovdu “Malostonska kamenica” b’nutrijenti importanti.

Il-karatteristiċi tal-ilmijiet jiġu influwenzati wkoll mill-irjieħ. Taħt l-influwenza tal-irjieħ mit-Tramuntana u min-Nofsinhar, l-ilma joħroġ mill-Bajja ta’ Mali Ston fis-saff tal-wiċċ u jidħol fil-bajja fis-saff tal-qiegħ, u jġib miegħu l-ispeċijiet ta’ plankton tal-baħar fond. B’kuntrast, l-irjieħ qawwija mill-Punent jamplifikaw l-effett tax-Xmara Neretva, u b’hekk inaqqsu l-valuri tas-salinità. Il-fond baxx tal-ilmijiet jagħti lok għal kurrenti tal-baħar qawwija li jimxu f’direzzjonijiet varjabbli. Dan jippermetti li l-ilmijiet tal-baħar tal-bajja jkunu ossiġenati sewwa u jiżgura li l-ikel planktoniku jkun distribwit sewwa.

Il-fluss kostanti ta’ nutrijenti mill-art kontinentali, il-kurrenti qawwija, l-influwenza tal-irjieħ u l-proprjetajiet termoalini jingħaqdu biex jifformaw komunità speċifika ta’ plankton. Fil-Bajja ta’ Mali Ston instabu total ta’ 195 speċi ta’ mikrofitoplankton. Id-dijatomi u d-dinoflaġellati tal-ġinnodinojdi jiddominaw matul is-sena, filwaqt li fix-xitwa tiżviluppa popolazzjoni densa ta’ mikrożooplankton fiż-żona, speċjalment gruppi ta’ tintinnidi, ifformati minn 20 speċi.

It-tradizzjoni tat-trobbija tal-frott tal-baħar fil-Bajja ta’ Mali Ston b’attenzjoni partikolari għall-gajdri tmur lura sa żmien l-Imperu Ruman (Pliny – Naturalis Historia) u r-Repubblika ta’ Dubrovnik (Ordni tal-Prinċep ta’ Ston mill-1641). L-ewwel rekord disponibbli fl-arkivju dwar kif jinġabru l-gajdri minn mixtliet naturali u dwar is-semitrobbija fil-Bajja ta’ Mali Ston imur lura għall-1573. It-trobbija tal-gajdri kienet diġà stabbilita sewwa sas-seklu 16, meta kienet f’idejn ir-rappreżentanti tar-Repubblika ta’ Dubrovnik fi Ston. L-ewwel razzett kummerċjali tal-frott tal-baħar fuq il-kosta Dalmazjana twaqqaf mill-Kaptan Stijepo Bjelovučić fil-qala ta’ Sutvid, ħdejn Drače, fl-1889, li tejjeb b’mod sinifikanti t-teknika tat-trobbija tal-gajdri fiż-żona.

It-tradizzjoni ta’ sekli sħaħ ta’ trobbija tal-gajdri fil-Bajja ta’ Mali Ston irriżultat f’akkumulazzjoni ta’ għarfien espert u kompetenza speċifiċi fost il-pixxikulturi lokali tal-frott tal-baħar. Dawn il-pixxikulturi saru dejjem aktar familjari mal-karatteristiċi taż-żona tal-produzzjoni matul iż-żmien, u kontinwament jadattaw u jtejbu l-prattiki tat-trobbija tagħhom sabiex itejbu l-kwantità u l-kwalità tal-gajdri mrobbija.

Wieħed mill-proċessi tat-trobbija huwa marbut mal-produzzjoni għolja tal-plankton tal-Bajja ta’ Mali Ston, li għandha effett pożittiv fuq it-tkabbir u l-kundizzjoni tal-gajdri, iżda tiffavorixxi wkoll it-tkabbir intensiv tal-organiżmi li jniġġsu, li jnaqqas l-iżvilupp tal-gajdri. Għal dik ir-raġuni, il-pixxikulturi lokali jnaddfu l-gajdri ta’ dawn l-organiżmi li jniġġsu b’mod aktar frekwenti, billi jagħżlu biss l-aqwa gajdri għat-trobbija ulterjuri. Minħabba li l-gajdri huma sensittivi ħafna matul il-fażijiet bikrija, l-organiżmi li jniġġsu jitnaddfu bl-idejn, li jippermetti li l-gajdri jiġu eżaminati waħda waħda qabel ma jintgħażlu jew jintremew. Sabiex jitnisslu gajdri tal-ogħla kwalità, il-proċess ta’ hawn fuq jitwettaq għal 3-5 darbiet matul ċiklu wieħed tal-produzzjoni.

5.2.   Dettalji tal-kwalità tal-prodott

L-ispeċifiċità tal-“Malostonska kamenica” hija bbażata primarjament fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam.

Il-laħam tal-“Malostonska kamenica” huwa kkaratterizzat minn struttura xaħmija soda, f’għamla ta’ koppla u minfuħa ta’ kulur bajdani għal safrani jleqq, li tiżviluppa bħala riżultat tal-akkumulazzjoni ta’ glikoġenu fil-ħotba vixxerali. Il-glikoġenu huwa sustanza ta’ riżerva u sors ta’ enerġija għall-bini u l-iżvilupp tat-tessut gonadali waqt il-proċess tar-riproduzzjoni. Jinħażen fil-ħotba vixxerali fuq il-garġi, bejn l-aductor u l-muskoli tal-ġogi. Il-glikoġenu huwa polisakkarid tal-glukosju, li jikkostitwixxi kważi s-sehem kollu tal-karboidrati fil-laħam tal-gajdra. L-ogħla kontenut ta’ glikoġenu fil-laħam tal-“Malostonska kamenica” jista’ jinstab matul ix-xitwa u l-bidu tar-rebbiegħa, li jfisser li l-gajdra tkun l-eħxen u l-aktar xaħmija matul dak il-perjodu.

Minbarra t-tessut xaħmi jew il-“laħam”, in-naħa ta’ ġewwa tal-valv tal-“Malostonska kamenica” fiha wkoll likwidu intervalvulari trasparenti u ċar karatteristiku, ikkaratterizzat minn riħa rinfreskanti ta’ alka fiż-żona tal-marea.

Il-laħam ikollu konsistenza żejtnija u jkun artab u mmerraq meta tigdmu, b’togħma ħelwa u mielħa bilanċjata u speċifika. It-togħma tiġi prodotta mit-taħlita tat-togħma ħelwa u sħiħa tal-parti vixxerali u t-togħma pjaċevoli ta’ minerali tal-baħar iddominata minn aroma ta’ jodju li tibqa’ fuq il-palat. Il-ħotba vixxerali, bir-riżervi tagħha ta’ glikoġenu, iddub fil-ħalq u tipproduċi togħma distinta, ħelwa u sħiħa. It-togħma karatteristika ta’ minerali hija r-riżultat ta’ taħlita tal-minerali li jinsabu fil-laħam u fil-likwidu intervalvulari.

Il-kontenut ta’ karboidrati tal-laħam tal-“Malostonska kamenica”, ifformat kważi kollu kemm hu mill-glikoġenu, ivarja skont iż-żmien tas-sena. Sabiex tiġi żgurata l-kwalità minima tal-“Malostonska kamenica” f’termini tal-ħlewwa u l-konsistenza mmerrqa rikonoxxibbli tagħha, il-kontenut minimu ta’ karboidrati fil-laħam irid ikun ta’ 25 milligramma għal kull gramma ta’ materja niexfa.

Il-kwalità kummerċjali tal-“Malostonska kamenica” tiġi ddeterminata prinċipalment mill-ammont ta’ laħam ġewwa l-kavità tal-mantell, jiġifieri mill-indiċi tal-laħam. Fi studju xjentifiku, A. Gavrilović u oħrajn ittestjaw il-kwalità tal-laħam tal-“Malostonska kamenica” fil-Bajja ta’ Mali Ston u, skont l-istandard Franċiż (IFREMER, 2003), sabu li l-“Malostonska kamenica” tista’ tinqasam fi tliet gruppi differenti ta’ kwalità skont il-valur tal-indiċi tal-laħam (il-piż tal-laħam frisk/il-piż tal-frott tal-baħar sħiħ × 100). L-indiċi tal-laħam juri li għal seba’ xhur tas-sena (minn Frar sa Lulju, u f’Settembru), skont l-istandard Franċiż, il-“Malostonska kamenica” tappartjeni għall-ogħla kategorija (catégorie spéciale, b’indiċi tal-laħam > 10,5), filwaqt li, għall-bqija tas-sena, tappartjeni għall-kategorija eċċellenti (catégorie fine, b’indiċi tal-laħam ta’ 6,5–10,5). L-aktar kategorija baxxa, “mhux ikklassifikata” (non classées, indiċi tal-laħam < 6,5), ma nstabitx. Dan jissuġġerixxi li l-“Malostonska kamenica” hija ta’ kwalità eċċellenti matul is-sena kollha, speċjalment meta wieħed iqis li, anki fil-kategorija aktar baxxa ta’ “eċċellenti”, il-valuri jkunu qrib ħafna tal-istandard massimu għal dik il-kategorija (A. Gavrilović u oħrajn, Utjecaj indeksa kondicije i stupnja infestacije ljušture polihetom Polydora spp. na kvalitetu europske plosnate kamenice Ostrea edulis (Linneaus, 1758) iz Malostonskog zaljeva, 2008).

Ir-riżultati tal-analiżijiet ġenetiċi jindikaw ukoll l-ispeċifiċità tal-“Malostonska kamenica”, li tikkonferma d-diversità ġenetika tal-popolazzjoni tagħha, li tvarja mill-popolazzjonijiet l-oħrajn tal-gajdri analizzati f’termini tal-għadd ta’ ħaplotipi differenti (l-Anness 4.20. L-Istitut Ruđer Bošković, Ir-rapport finali dwar il-proġett intitolat Zaštita proizvodnje malostonske kamenice dokazivanjem autohtonosti, 2009).

Il-“Malostonska kamenica” hija msemmija wara l-Bajja ta’ Mali Ston, fejn titrabba l-gajdra. L-isem deher għall-ewwel darba u beda jintuża fid-diskors ta’ kuljum fis-snin sebgħin (1970s) (A. Šimunović, Problemi uzgoja kamenica u Malostonskom zaljevu, 1975).

Il-livell ta’ rikonoxximent li gawdiet minnu l-“Malostonska kamenica” intwera fi stħarriġ li sar mal-Kroazja kollha. Is-sejbiet tal-istħarriġ, li twettaq fuq kampjun ta’ 1 000 rispondent f’sitt reġjuni Kroati, jindikaw grad għoli ta’ rikonoxximent tal-“Malostonska kamenica”. Meta saritilhom il-mistoqsija “Ġieli smajt bil-Malostonska kamenica?”, 56 % tar-rispondenti wieġbu fl-affermattiv.

Fi tmiem is-seklu 19, il-“Malostonska kamenica” ngħatat diversi diplomi. Rebħet il-premju tal-Grand Prix fil-Wirja Dinjija f’Londra fl-1936, fejn kisbet il-midalja tad-deheb għall-kwalità.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi talprodott (għal IĠP)

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Malostonska kamenica” jiġu prodotti taħt l-influwenza ta’ fatturi ambjentali taż-żona ġeografika li fiha jitrabbew, u huma parzjalment ir-riżultat ta’ prattiki tradizzjonali tat-trobbija użati mill-pixxikulturi lokali tal-frott tal-baħar.

Fattur ambjentali ewlieni huwa l-ilma ħelu li jidħol fil-Bajja ta’ Mali Ston minn diversi sorsi. Dan l-ilma ħelu jnaqqas is-salinità tal-ilma baħar, filwaqt li jaġixxi wkoll bħala regolatur tas-sħana. Billi jitnaqqsu l-ogħla livelli u l-inqas livelli tat-temperatura staġjonali tal-ilma baħar, u s-salinità tiegħu, tonqos ukoll l-influwenza negattiva ta’ dawn il-fatturi fuq it-tkabbir u l-iżvilupp tal-gajdri. L-ilma ħelu jarrikkixxi wkoll il-Bajja ta’ Mali Ston bin-nutrijenti, li jagħmilha ż-żona produttiva ħafna, u l-veġetazzjoni speċifika tippermetti fluss gradwali ta’ nutrijenti (fosfati, silikati, nitrati) u minerali mill-art kontinentali sal-baħar, li jikkontribwixxu għal żvilupp bilanċjat tal-popolazzjonijiet tal-fitoplankton li jipprovdu “Malostonska kamenica” b’nutrijenti importanti. It-temperatura u s-salinità rregolati u l-iżvilupp uniformi tal-popolazzjonijiet tal-fitoplankton u tal-mikrożooplankton huma riflessi fl-indiċi tal-laħam konsistentement għoli għall-“Malostonska kamenica” matul is-sena kollha. Dan jikkonferma r-rabta bejn il-kundizzjonijiet speċifiċi fil-bajja u l-kwalità tal-gajdra matul is-sena kollha. Minbarra li tipprovdi n-nutrijenti, iż-żieda fil-fluss tal-ilma ħelu żżid ukoll il-konċentrazzjoni ta’ minerali fil-Bajja ta’ Mali Ston, li min-naħa tagħha taffettwa l-akkumulazzjoni ta’ dawn il-minerali, speċjalment iż-żingu, il-ħadid u l-jodju, fil-laħam tal-gajdra.

Il-kundizzjonijiet ekoloġiċi speċifiċi tal-Bajja ta’ Mali Ston u l-iżolament ġeografiku tagħha setgħu influwenzaw ukoll l-ispeċifiċità bijoloġika tal-“Malostonska kamenica”, kif riflessa fid-diversità ġenetika tagħha meta mqabbla ma’ popolazzjonijiet oħrajn. Il-fatt li l-“Malostonska kamenica” adattat kompletament għall-ambjent lokali tagħha, flimkien mal-prattiki tradizzjonali tat-trobbija, jippermetti li l-potenzjal ġenetiku tagħha jintlaħaq bis-sħiħ, li fl-aħħar mill-aħħar jista’ jidher fil-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tal-prodott.

Il-kundizzjonijiet ekoloġiċi speċifiċi fil-Bajja ta’ Mali Ston għandhom effett pożittiv fuq iċ-ċiklu riproduttiv tal-“Malostonska kamenica”, li jirriżulta f’ċiklu biannwali ta’ riproduzzjoni b’konċentrazzjonijiet għoljin ta’ larvi. Il-Bajja ta’ Mali Ston għandha l-ogħla konċentrazzjoni ta’ larvi fil-Baħar Adrijatiku u hija l-unika parti tal-Adrijatiku fejn il-larvi jistgħu jinqabdu b’suċċess darbtejn fis-sena (M. Meštrov u A. Požar-Domac, Bitna svojstva ekosistema Malostonskog zaljeva i zaštita, 1981, A. Šimunović, Stanje i problemi uzgoja kamenice i dagnje u Malostonskom zaljevu, 2001). Minbarra li jindika l-kundizzjonijiet favorevoli ħafna għat-trobbija tal-gajdri fil-Bajja ta’ Mali Ston, iċ-ċiklu biannwali tar-riproduzzjoni jerġa’ jikkonferma l-ispeċifiċità tal-“Malostonska kamenica” u l-kapaċità tagħha li tilħaq il-potenzjal ġenetiku speċifiku tagħha bis-sħiħ.

L-użu ta’ proċessi tradizzjonali ta’ trobbija, inkluż it-tindif frekwenti bl-idejn ta’ organiżmi li jniġġsu, u l-metodu speċifiku għall-għażla tal-gajdri, fejn jinġabru biss l-aħjar gajdri għat-trobbija ulterjuri, jaffettwa l-kapaċità tal-filtrazzjoni tal-gajdri u l-kapaċità tagħhom li jieklu, jiġifieri t-tkabbir u l-iżvilupp tagħhom. Il-metodu ta’ tindif manwali użat minn dawk li jrabbu l-frott tal-baħar fil-Bajja ta’ Mali Ston inaqqas ħafna l-okkorrenza tal-polychaete Polydora sp., li taffettwa b’mod negattiv l-indiċi tal-kundizzjoni u l-karatteristiċi organolettiċi tal-gajdra. Fil-Bajja ta’ Mali Ston instabu għadd ferm aktar baxx ta’ polychaeta fil-valvi tal-gajdri, meta mqabbla ma’ żoni oħrajn ta’ produzzjoni. Il-pixxikulturi lokali tal-frott tal-baħar tgħallmu mill-esperjenza li l-eżami u t-tindif tal-gajdri bejn 3 u 5 darbiet matul ċiklu ta’ produzzjoni jiżguraw il-kapaċità massima tal-filtrazzjoni, li taffettwa mhux biss in-nutrizzjoni, iżda wkoll iċ-ċiklu riproduttiv u l-assorbiment tal-minerali, kif ukoll it-togħma karatteristika tal-“Malostonska kamenica”.

L-ispeċifiċità ġenetika; id-diversità u t-taħlita ta’ speċijiet ta’ plankton; iċ-ċiklu riproduttiv speċifiku; il-fluss ta’ minerali mill-art kontinentali; il-kurrenti qawwija tal-baħar; il-kwalità u l-arjazzjoni tajba tal-ilma baħar; u l-użu ta’ għarfien espert tradizzjonali mill-pixxikulturi lokali tal-frott tal-baħar: dawn il-fatturi kollha jingħaqdu flimkien biex jipproduċu l-karatteristiċi organolettiċi ta’ kwalità għolja, speċifiċi u rikonoxxibbli tal-“Malostonska kamenica”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://poljoprivreda.gov.hr/UserDocsImages/arhiva/datastore/filestore/82/Specifikacija-Malostonska-kamenica-11.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.