ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 196

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
11 ta' Ġunju 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2020/C 196/01

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar It-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-kowċis biż-żieda ta’ opportunitajiet għall-kisba ta’ ħiliet u kompetenzi

1

2020/C 196/02

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar L-Ispazju għal Ewropa Sostenibbli

8

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 196/03

Rata tal-kambju tal-euro — L-10 ta' Ġunju 2020

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 196/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9841 — CDP Equity/Ansaldo Energia) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

2020/C 196/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9842 — Hitachi Chemical Company/Fiamm Energy Technology) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

2020/C 196/06

Avviż lill-esportaturi dwar l-applikazzjoni tas-sistema REX fl-Unjoni Ewropea għall-fini tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tagħha mal-Vjetnam

16

2020/C 196/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9806 — Hyundai Capital Bank Europe/Sixt Leasing) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 196/08

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

19

2020/C 196/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

33

2020/C 196/10

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE Talba mressqa minn Entità Kontraenti

45


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/1


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar It-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-kowċis biż-żieda ta’ opportunitajiet għall-kisba ta’ ħiliet u kompetenzi

(2020/C 196/01)

IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL

JIRRIKONOXXU LI

1.

L-isport, fid-dimensjoni soċjali u soċjetali tiegħu, huwa meqjus bħala għodda importanti għas-saħħa, l-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet, il-promozzjoni tal-valuri u l-inklużjoni soċjali u għandu valur soċjali u ekonomiku sinifikanti, kemm permezz tal-impjiegi kif ukoll permezz ta’ attivitajiet volontarji.

2.

L-ikkowċjar, kemm jekk jitwettaq minn voluntiera jew minn kowċijiet impjegati jew li jaħdmu għal rashom, għandu impatt konsiderevoli fuq l-atleti u l-parteċipanti fl-isport kemm mil-lat tat-taħriġ u l-proċess ta’ tagħlim dirett tagħhom kif ukoll fl-iżvilupp personali tagħhom.

3.

Il-kowċis jistgħu jikkontribwixxu biex jindirizzaw l-isfidi soċjetali fir-rigward tal-attività fiżika u l-benesseri, jiffaċilitaw il-kisba ta’ ħiliet soċjali u oħrajn essenzjali, jippromwovu l-kompetizzjoni leali u jippromwovu l-valuri etiċi fost il-membri kollha tas-soċjetà. Dan isir speċjalment prominenti fi żminijiet ta’ kriżi tas-saħħa, bħall-pandemija tal-COVID-19.

4.

Fil-qasam tal-isport, il-pussess ta’ ħiliet u kompetenzi huwa essenzjali għas-sodisfazzjon personali, l-impjegabbiltà u l-iżvilupp professjonali tal-kowċis kollha, sabiex ikunu lesti biex jirrispondu b’suċċess għall-isfidi varji li jiltaqgħu magħhom fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum, kif ukoll għall-aspettattivi dejjem jiżdiedu tas-soċjetà. Dan huwa daqstant importanti biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-atleti u l-parteċipanti fl-isport, tinżamm il-motivazzjoni tal-parteċipanti għal stili ta’ ħajja b’saħħitha u attiva, jiġu żviluppati l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom u jiġu promossi l-valuri tal-isport. Il-kowċis b’ħiliet u kompetenzi rilevanti jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ qafas aktar strutturat tal-attività fiżika u tas-settur tal-isport.

5.

Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (2017-2020) (1) jirrikonoxxi l-isport u s-soċjetà, u b’mod partikolari r-rwol tal-kowċis u l-importanza tal-kwalifiki u l-kompetenzi tagħhom, bħala waħda mit-temi ta’ prijorità għall-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tal-isport.

6.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (2) tenfasizza li l-appoġġ lin-nies fl-Ewropa kollha biex jiksbu l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għas-sodisfazzjon personali, is-saħħa, l-impjegabbiltà u l-inklużjoni soċjali, jgħin biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ewropa fi żmien ta’ tibdil rapidu u profond.

7.

Il-Karta Internazzjonali dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Attività Fiżika u l-Isport (3) tenfasizza li l-persunal kollu li jassumi r-responsabbiltà professjonali għall-edukazzjoni fiżika, l-attività fiżika u l-isport irid ikollu l-kwalifiki, it-taħriġ u l-aċċess xierqa għall-iżvilupp professjonali kontinwu. Kowċis voluntiera, uffiċjali u persunal ta’ appoġġ għandhom jiġu offruti taħriġ u superviżjoni xierqa. Opportunitajiet speċifiċi għal taħriġ inklużiv u adattiv fil-livelli kollha tal-parteċipazzjoni għandhom ikunu disponibbli b’mod wiesa’.

8.

Skont studju tal-2016 dwar il-kwalifiki tal-isport miksuba permezz ta’ organizzazzjonijiet sportivi u istituti edukattivi (4), l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet sportivi jirrikonoxxu l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kwalità u l-kwantità ta’ persuni kwalifikati aħjar fis-settur tal-isport. Din il-ħtieġa hija marbuta maż-żieda reċenti fl-għarfien dwar ir-rwol tal-isport fis-soċjetà.

9.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-kowċis fis-soċjetà (5) jindikaw li x-xogħol tal-kowċis huwa assoċjat mar-responsabbiltà, il-ħiliet u l-kompetenzi, u waħda mill-kwistjonijiet imsemmija tirreferi għall-espansjoni tal-opportunitajiet għall-kowċis għat-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri ġew mistiedna jappoġġaw l-iżvilupp tat-tagħlim preċedenti u sistema ta’ tagħlim tul il-ħajja, u jippromwovu, fi ħdan is-sistema tal-edukazzjoni sportiva, approċċ ta’ eżiti tat-tagħlim ibbażat kemm fuq l-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki (QNK) u kemm fuq l-għanijiet tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) u fuq l-inklużjoni, fejn xieraq, ta’ kwalifiki tal-ikkowċjar fil-QNK b’referenza għall-QEK (6).

10.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-isport għall-persuni b’diżabilità (7) jistiednu lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-edukazzjoni u t-taħriġ ulterjuri tal-għalliema tal-edukazzjoni fiżika, il-kowċis, persunal ieħor u voluntiera tal-isport b’mod ġenerali sabiex ikunu jistgħu jinkludu persuni b’diżabilità f’kuntesti differenti ta’ edukazzjoni fiżika jew sport.

11.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tat-tfal fl-isport (8) jistiednu lill-Istati Membri fost l-oħrajn biex jikkunsidraw li jintroduċu u jsaħħu miżuri ta’ edukazzjoni u taħriġ inizjali u kontinwi mmirati għall-kowċis għall-prevenzjoni tal-vjolenza u l-abbuż kemm fiżiċi kif ukoll emozzjonali.

12.

Il-Linji Gwida dwar ir-rekwiżiti minimi fil-ħiliet u l-kompetenzi għall-kowċis (9), kif imħejjija mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Ħiliet u r-Riżorsi Umani fl-Isport, jiddeskrivu l-kompetenzi ewlenin li l-kowċis jenħtieġ li jkollhom.

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW LI

13.

Fl-Istati Membri, is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-kowċis huma r-responsabbiltà ta’ istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet differenti u għalhekk dawn is-sistemi jvarjaw. F’dan il-kuntest, ir-rwol tas-sħab soċjali f’kull Stat Membru jrid jiġi rispettat, f’konformità mal-prattiki nazzjonali.

14.

Hemm varjetà ta’ tipi u livelli ta’ involviment tal-kowċis li jeżistu fl-Istati Membri – minn voluntiera għal kowċis impjegati u li jaħdmu għal rashom, minn dawk involuti fl-isport tal-massa għal dawk li jaħdmu fl-isport professjonali.

15.

Minkejja l-kwistjoni ta’ metodoloġija mhux uniformi u n-nuqqas ta’ ġbir sistematiku ta’ data dwar l-għadd u t-tipi ta’ kowċis fil-livell tal-UE, hemm ċerti ċifri u stimi li jirriflettu l-kuntest. Skont id-data disponibbli, l-impjiegi fl-isport fl-UE żdiedu bejn l-2011 u l-2018 (10). Iċ-ċifri, madankollu, ma jirriflettux il-kowċis li jaħdmu bħala voluntiera. Fl-istess ħin, ix-xogħol fuq bażi volontarja qed isir dejjem aktar importanti u l-għadd ta’ kowċis voluntiera madwar l-UE huwa estensiv u kapillari. Huwa stmat li jista’ jkun hemm minn 5 sa 9 miljun kowċ li joperaw madwar l-Ewropa, b’firxa probabbli ta’ bejn 50 u 100 miljun parteċipant fl-isport (11).

16.

Bidliet u sfidi fis-soċjetà u fl-isport, bħal kwistjonijiet demografiċi, pandemiji u kriżijiet oħra tas-saħħa, stili ta’ ħajja sedentarji, metodi ta’ kkowċjar ġodda (inkluż l-innovazzjoni u l-bidliet teknoloġiċi), żviluppi relatati mas-salvagwardja tal-integrità tal-isport u r-rwol li għandhom il-kowċis fl-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu pprovduti edukazzjoni u taħriġ xierqa biex il-kowċis ikunu jistgħu jindirizzaw b’suċċess dawn l-isfidi l-ġodda.

17.

L-inkoraġġiment ta’ gruppi ta’ persuni speċifiċi (12) biex jipparteċipaw fl-isport jirrikjedi ċerti ħiliet u kompetenzi speċifiċi, speċjalment fir-rigward ta’ ambjent sikur, is-saħħa fiżika u mentali u l-benesseri tal-atleti u l-parteċipanti fl-isport.

18.

Il-livelli ta’ parteċipazzjoni fl-isport u l-attività fiżika qed jonqsu (13). Dan jista’ jkun marbut ukoll ma’ sfidi differenti marbuta mal-urbanizzazzjoni u n-nuqqas ta’ żoni urbani ekoloġiċi, id-demografija u l-istil ta’ ħajja. L-għan ta’ livelli dejjem akbar ta’ attività fiżika fis-soċjetà Ewropea jista’ jqiegħed pressjoni u talbiet fuq is-settur tal-isport, inkluż l-kowċis. Għalhekk, il-kapaċitajiet tal-kowċis li jimmotivaw liċ-ċittadini biex jipprattikaw attivitajiet sportivi u fiżiċi u li jappoġġaw is-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini jenħtieġ li jissaħħu, u jenħtieġ li titqies l-ħtieġa li jiġu żviluppati programmi ġodda għal prattiki ta’ attività fiżika u ta’ taħriġ adattati għall-ħtiġijiet ta’ soċjetà li qed tinbidel u f’perijodi ta’ kriżi tas-saħħa, bħall-pandemija tal-COVID-19.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI

19.

Hemm differenzi fir-rekwiżiti għall-kwalifiki tat-taħriġ u tal-ikkowċjar kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-organizzazzjonijiet sportivi differenti, u l-fornituri tal-edukazzjoni joffru programmi edukattivi differenti għall-kowċis. Il-kowċis jistgħu jiksbu ħiliet u kompetenzi permezz tal-edukazzjoni formali u t-tagħlim mhux formali u dak informali. Is-sitwazzjoni fl-Istati Membri fir-rigward ta’ sistemi ta’ rikonoxximent u validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u dak informali tvarja wkoll.

20.

Fil-livell tal-UE, id-dimensjoni edukattiva fl-isport hija appoġġata permezz tal-programm Erasmus+, proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, kif ukoll strumenti finanzjarji oħra. Il-proġetti jipprovdu opportunitajiet ta’ tagħlim, skambji u mobbiltà, kif ukoll it-tisħiħ tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-kowċis, speċjalment permezz tal-iskambju u l-iżvilupp ta’ prattiki tajba.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI, FILWAQT LI JQISU L-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX, FIL-LIVELLI XIERQA

21.

Iżidu s-sensibilizzazzjoni, f’kooperazzjoni mal-moviment sportiv, dwar ir-rwol tal-kowċis fl-isport u s-soċjetà u dwar l-importanza tal-ħiliet u l-kompetenzi li huma essenzjali għall-ikkowċjar u li jistgħu jrawmu l-apprezzament u r-rikonoxximent tal-ħidma siewja tal-kowċis.

22.

F’kooperazzjoni mal-moviment sportiv, itejbu l-opportunitajiet għall-edukazzjoni u l-ksib ta’ ħiliet u kompetenzi għall-volontarjat, kif ukoll għall-kowċis impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom, filwaqt li jqisu l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità fl-ikkowċjar, it-tip u l-livell tal-involviment, ir-responsabbiltajiet u l-kwalifiki, l-ħiliet u l-kompetenzi miksuba, u jimmotivaw lill-kowċis biex jibbenefikaw mill-opportunitajiet offruti.

23.

Iħeġġu l-kooperazzjoni bejn is-setturi tal-isport u dawk edukattivi fl-iżvilupp ta’ programmi edukattivi u ta’ taħriġ għall-kowċis, filwaqt li jqisu, fost l-oħrajn, il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-possibbiltajiet offruti mit-teknoloġija, l-għodod diġitali u l-innovazzjoni. Jenħtieġ li jitqiesu l-implimentazzjoni tal-programmi f’perijodi ta’ kriżi tas-saħħa bħall-pandemija tal-COVID-19.

24.

Iħeġġu s-settur tal-isport biex, fejn xieraq, jiżviluppa korsijiet jew moduli edukattivi u ta’ taħriġ li huma ffukati fuq ħiliet ġenerali applikabbli ta’ kkowċjar, bħall-immaniġġar, il-pedagoġija, l-integrità u s-sikurezza, u li jagħti dawn il-korsijiet lill-kowċis fit-tipi u l-fergħat sportivi kollha, sabiex jistimulaw il-kooperazzjoni u t-tagħlim bejn l-isports differenti.

25.

F’kooperazzjoni mal-moviment sportiv, jippromwovu r-rikonoxximent u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u dak informali fl-isport.

26.

Jiskambjaw esperjenzi u jappoġġaw, kif xieraq l-inklużjoni ta’ kwalifiki tal-ikkowċjar f’QNK fl-istruttura tal-implimentazzjoni tal-QEK, li jistgħu jikkontribwixxu għar-rikonoxximent uffiċjali tal-professjoni tal-ikkowċjar u għall-mobbiltà ta’ dawk li qed jitgħallmu u tal-ħaddiema fl-UE.

27.

Jippromwovu l-possibilitajiet ta’ teknoloġiji moderni fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bħat-tagħlim online, bħala komplementari mal-metodi tradizzjonali, sabiex jipprovdu l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa lil aktar kowċis, filwaqt li jittieħed kont tal-impatt finanzjarju li l-użu tat-teknoloġiji moderni jista’ jkollu fuq il-kowċis.

28.

Jippromwovu l-ħiliet u l-kompetenzi tal-kowċis bħala aspett integrali biex jipprovdu lill-atleti u lill-parteċipanti sportivi kollha, inkluż gruppi ta’ persuni speċifiċi, b’kundizzjonijiet ta’ taħriġ sikuri, li huma adattati għall-ħtiġijiet, l-abbiltajiet u l-kapaċitajiet differenti tagħhom.

29.

Iħeġġu l-moviment tal-isport sabiex il-kowċis ikollhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-ħidma tagħhom ma’ gruppi ta’ persuni speċifiċi, speċjalment fir-rigward ta’ ambjent sikur, il-kontribut għas-saħħa fiżika u mentali u l-benesseri tal-atleti u l-parteċipanti fl-isport.

30.

Iħeġġu opportunitajiet edukattivi għall-kowċis kollha, fejn xieraq bħala parti minn strateġiji u azzjonijiet nazzjonali u/jew subnazzjonali fil-qasam tal-isport u tal-attivitajiet fiżiċi li jtejbu s-saħħa, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet edukattivi tal-kowċis, ir-rekwiżiti tal-isport professjonali u tal-massa, il-ħtiġijiet u l-abbiltajiet tal-atleti u l-parteċipanti fl-isport, u l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FI ĦDAN L-ISFERI TA’ KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM U FILWAQT LI JQISU L-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX

31.

Ikomplu jappoġġaw id-dimensjoni edukattiva tal-isport permezz taż-żieda tal-edukazzjoni, tal-programmi ta’ taħriġ u tal-opportunitajiet ta’ tagħlim għall-kowċis, inkluż ħidma ma’ gruppi ta’ persuni speċifiċi u ħidma fi żminijiet ta’ kriżi tas-saħħa bħall-COVID-19. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-possibbiltajiet offruti mit-teknoloġija, l-għodod diġitali u l-innovazzjoni.

32.

Jippromwovu u jappoġġaw, fil-livell nazzjonali u dak Ewropew, l-aċċessibbiltà għal mogħdijiet edukattivi u ta’ tagħlim diversifikati fis-settur tal-isport kollu u jippromwovu t-tagħlim mhux formali kemm offline kif ukoll online, bħala opportunità għall-kowċis biex jiksbu t-taħriġ meħtieġ.

33.

Jappoġġaw it-taħriġ, il-mobbiltà għat-tagħlim u l-impjegabbiltà tal-kowċis permezz ta’ programmi, fondi u strumenti rilevanti tal-UE, u jħeġġu l-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha dwar l-użu effettiv ta’ dawn l-istrumenti, bħala opportunità għat-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-kowċis, il-faċilitazzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar proġetti eżistenti.

34.

Jippromwovu, f’kooperazzjoni mal-moviment sportiv, l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida rigward ir-rekwiżiti minimi fil-ħiliet u l-kompetenzi għall-kowċis fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fis-settur sportiv.

35.

Jikkunsidraw, f’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ ġbir ta’ data komparabbli biex jinkiseb għarfien dwar l-għadd totali ta’ persuni involuti fl-ikkowċjar u t-tip u l-livell tal-involviment tagħhom, kif ukoll studji kwalitattivi dwar il-livell ta’ kwalifiki, il-ħtiġijiet edukattivi u kwistjonijiet rilevanti oħra tagħhom. F’dan ir-rigward, fejn hu rilevanti jistgħu jintużaw l-istrumenti eżistenti kollha, inkluż il-Europass.

36.

Jappoġġaw, jippromwovu u jxerrdu studji u pubblikazzjonijiet dwar opportunitajiet edukattivi għal kowċis u sistemi ta’ edukazzjoni ta’ kowċis.

37.

Jappoġġaw attivitajiet rilevanti, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi bejn dawk li jfasslu l-politika u l-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-isport sabiex jippromwovu rekwiżiti minimi fil-ħiliet u l-kompetenzi, ir-rikonoxximent tat-tagħlim preċedenti bbażat fuq l-eżiti tat-tagħlim u l-iżvilupp ta’ sistema ta’ tagħlim tul il-ħajja għall-kowċis, inkluż il-voluntiera.

JISTIEDNU LILL-MOVIMENT SPORTIV BIEX

38.

Iqis il-Linji Gwida rigward ir-rekwiżiti minimi fil-ħiliet u l-kompetenzi għall-kowċis meta joħloq dokumenti strateġiċi, jiżviluppa u jaġġorna programmi edukattivi u ta’ taħriġ eżistenti għall-kowċijiet, inkluż il-voluntiera kif ukoll il-kowċis impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom.

39.

Jiżviluppa programmi għall-kisba tal-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-ħidma ma’ gruppi speċifiċi, u jiżgura li l-kowċis ikollhom il-kwalifiki xierqa fir-rigward tal-kontribut għal ambjent sikur, is-saħħa fiżika u mentali u l-benesseri tal-atleti u l-parteċipanti fl-isport, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi tas-saħħa, bħall-pandemija tal-COVID-19.

40.

F’kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet rilevanti fil-livell tal-UE, il-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, isaħħaħ il-kooperazzjoni transettorjali sabiex jiġu applikati ideat u metodi ġodda fil-ħidma ta’ kuljum, u jinvolvu s-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ għall-kowċis. F’dan ir-rigward, jinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni bejn il-kowċis u l-komunità xjentifika sabiex jiġi promoss it-trasferiment tar-riċerka xjentifika mfassla apposta għall-kowċis fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum.

41.

Jippromwovi l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-kowċis kif ukoll il-kisba tagħhom tal-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa bħala assi għall-organizzazzjonijiet sportivi. F’dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-kowċis biex jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, inkluż taħriġ fuq il-post fl-ikkowċjar u l-possibbiltajiet ta’ teknoloġiji moderni bħala valur miżjud fl-edukazzjoni, kif ukoll fil-proċess ta’ taħriġ sportiv.

42.

Juża fondi u programmi tal-UE rilevanti biex itejjeb l-opportunitajiet u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-kowċis, inkluż il-voluntiera kif ukoll il-kowċis impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom.

(1)  ĠU C 189, 15.6.2017, p. 5.

(2)  ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.

(3)  https://unesdoc.unesco.org/ark:/48223/pf0000235409.

(4)  https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/28026772-9ad0-11e6-868c-01aa75ed71a1.

(5)  ĠU C 423, 9.12.2017, p. 6.

(6)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja.

(7)  ĠU C 192, 7.6.2019, p. 18.

(8)  ĠU C 419, 12.12.2019, p. 1.

(9)  Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-kowċis fis-soċjetà (2017), il-Kummissjoni Ewropea kienet mistiedna tikkunsidra li fil-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Ħiliet u l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani tinkludi linji gwida dwar ir-rekwiżiti bażiċi għall-ħiliet u l-kompetenzi tal-kowċis.

(10)  Skont id-data tal-Eurostat (Employment in sport - Statistics Explained, Eurostat, 2019) l-impjiegi fl-isport żdiedu bi 3,2 % bejn l-2013 u l-2018 f’termini ta’ rata ta’ tkabbir medja annwali. ESSA – SPORT Project, 2019, wera li r-rata ta’ tkabbir akkumulata bejn l-2011 u l-2018 kienet ta’ 19,2 %; bir-rata ta’ tkabbir għall-kowċis, l-għalliema u l-uffiċjali tal-isport ta’ 85,2 %.

(11)  CoachLearn project, 2015.

(12)  Ara d-definizzjoni fl-Anness

(13)  Ir-Rapport Speċjali Nru 472 tal-Ewrobarometru: L-isport u l-attività fiżika, Marzu 2018.


ANNESS

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Il-“kowċis” huma l-persuni li jippjanaw u jagħtu t-taħriġ sportiv, billi japplikaw ħiliet u għarfien dimostrabbli għall-prestazzjoni, ir-rikreazzjoni jew il-miri tas-saħħa b’mod sikur (1)

“Gruppi ta’ persuni speċifiċi” jistgħu jinkludu, fost oħrajn, tfal, żgħażagħ, anzjani, persuni b’diżabilità, persuni li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati u persuni bi problemi ta’ saħħa, irrispettivament mill-ġeneru u l-oriġini etnika.

Referenzi

Fl-adozzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill ifakkar, b’mod partikolari, f’dan li ġej:

Special Eurobarometer on Volunteering and Intergenerational Solidarity (Ewrobarometru Speċjali dwar il-Volontarjat u s-Solidarjetà Interġenerazzjonali), Ottubru 2011

Ir-Rapport Speċjali Nru 472 tal-Ewrobarometru: L-isport u l-attività fiżika, Marzu 2018

CoachLearn project,

http://www.coachlearn.eu/_assets/files/project_documents/coachlearn-project-summary-website-june-2015.pdf

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-kowċis fis-soċjetà (ĠU C 423, 9.12.2017, p. 6)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-massimizzazzjoni tar-rwol tal-isport tal-massa fl-iżvilupp ta’ ħiliet trasversali, speċjalment fost iż-żgħażagħ (ĠU C 172, 27.5.2015, p. 8)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tat-tfal fl-isport, (ĠU C 419, 12.12.2019, p. 1)

Mapping and analysis of education schemes for coaches from a gender perspective: a report to the European Commission, ECORYS, 2017

Mapping on access to sport for people with disabilities: a report to the European Commission, ECORYS, 2018

ESSA-Sport project, 2019 https://www.essa-sport.eu/essa-sport-outcomes-are-now-available

Kummissjoni Ewropea, DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni, https://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=1062

International Charter on Physical Education, Physical Activity and Sport, Unesco, SHS/2015/PI/H/14 REV

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għal Ewropa Inklużiva u Kompetittiva (ĠU C 467, 15.12.2016, p. 1)

Studju dwar il-kwalifiki tal-isport miksuba permezz tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-istituti edukattivi (sportivi)), Kummissjoni Ewropea, 2016 (2)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (1 ta’ Lulju 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2020) (ĠU C 189, 15.6.2017, p. 5)

Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22)

Direttiva 2013/55/UE li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 189, 15.6.2017, p. 15)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-isport bħala pjattaforma għall-inklużjoni soċjali permezz tal-volontarjat (ĠU C 189, 15.6.2017, p. 40)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-isport għall-persuni b’diżabilità (ĠU C 192, 7.6.2019, p. 18).


(1)  Definizzjoni ta’ kowċis kif miftiehem fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-kowċis fis-soċjetà.

(2)  https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/28026772-9ad0-11e6-868c-01aa75ed71a1


11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/8


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “L-Ispazju għal Ewropa Sostenibbli”

(2020/C 196/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKAR:

A.

fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jistabbilixxi kompetenza tal-UE fil-qasam tal-Ispazju (1);

B

fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa tas-26 ta’ Ottubru 2016 (2) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Strateġija Spazjali għall-Ewropa” tat-30 ta’ Mejju 2017 (3);

C.

fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “L-ispazju bħala faċilitatur” tat-28 ta’ Mejju 2019 (4);

D.

fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), u b’mod partikolari n-Nru 4 — Edukazzjoni ta’ Kwalità; in-Nru 5 — Ugwaljanza bejn il-Ġeneri; in-Nru 8 – Xogħol Diċenti u Tkabbir Ekonomiku; in-Nru 9 — Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; in-Nru 10 — Inugwaljanzi Mnaqqsa; in-Nru 13 — Azzjoni Klimatika; in-Nru 14 — Ħajja Taħt l-Ilma; Nru 15 — Ħajja fuq l-Art u Nru 17 — Sħubiji għall-Għanijiet (5);

E.

fil-prinċipji minquxa fit-Trattat dwar il-Prinċipji li Jirregolaw l-Attivitajiet tal-Istati fl-Esplorazzjoni u l-Użu tal-Ispazju Extratmosferiku, inkluż il-Qamar u Korpi Ċelesti Oħrajn;

L-ispazju għal tkabbir sostenibbli fit-tul

1.

JISSOTTOLINJA l-ħtieġa li jiġi promoss l-iżvilupp ta’ settur spazjali Ewropew sostenibbli biex jiġu sodisfatti d-domandi tal-ġenerazzjonijiet futuri u tiġi garantita l-kompetittività Ewropea; JIRRIKONOXXI l-importanza strateġika dejjem akbar tas-settur spazjali; JAGĦRAF li s-settur spazjali għaddej minn trasformazzjoni rapida minħabba ż-żieda fil-provvista ta’ prodotti u servizzi bbażati fl-ispazju u ż-żieda fid-domanda għalihom, kif ukoll il-bidliet teknoloġiċi u l-miġja tal-hekk imsejjaħ “l-Ispazju Ġdid”, b’atturi ġodda, firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet f’attivitajiet ekonomiċi differenti […] u investiment akbar tas-settur privat flimkien ma’ żieda fl-interazzjonijiet bejn il-gvernijiet, inkluż permezz ta’ aġenziji spazjali, organizzazzjonijiet intergovernattivi, is-settur privat, l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u s-soċjetà;

2.

JIRRIKONOXXI l-impatti fuq il-perijodu ta’ żmien qasir, medju u fit-tul li l-pandemija attwali tal-COVID-19 għandha globalment; u JISĦAQ il-ħtieġa li nibnu fuq it-tagħlimiet meħuda; JISSOTTOLINJA l-kontribut li t-teknoloġiji u s-servizzi spazjali jistgħu jagħtu b’rispons għas-sitwazzjoni; u JENFASIZZA l-importanza tas-settur spazjali fir-rilanċ tal-ekonomija lejn futur sostenibbli u soċjetà aktar reżiljenti;

3.

JISĦAQ li s-settur spazjali joffri bosta opportunitajiet biex jiġi appoġġat it-tkabbir sostenibbli fit-tul billi jiġu promossi l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi bi qbil ma’, fost l-oħrajn, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, il-Qafas ta’ Sendai (6), il-Ftehim ta’ Pariġi (7) u l-prijoritajiet strateġiċi tal-UE bħall-Pilastru tal-UE tad-Drittijiet Soċjali, kif ukoll it-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati (8) u t-titjib tal-politiki pubbliċi fis-setturi kollha; U JISSOTTOLINJA li x-xjenza tad-dinja, u d-data, is-servizzi u t-teknoloġiji spazjali Ewropej jistgħu jikkontribwixxu għall-Patt Ekoloġiku Ewropew (9), u b’hekk jippermettu lill-Ewropa ssir mexxejja globali fit-transizzjoni lejn dinja sostenibbli, li ssolvi l-isfidi tas-soċjetà u li tippreserva l-funzjonament tal-ekosistemi naturali, għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet futuri;

4.

JISSOTTOLINJA l-importanza tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali għar-rwol tagħhom fit-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU; JENFASIZZA li l-iżgurar tas-sostenibbiltà fit-tul tal-ambjent spazjali jirrikjedi kooperazzjoni internazzjonali u kondiviżjoni tal-informazzjoni usa’ sabiex jiġi ppreservat ambjent spazjali operazzjonali, sostenibbli u sikur; JINKORAĠĠIXXI l-implimentazzjoni volontarja tal-linji gwida tan-NU għas-sostenibbiltà fit-tul tal-attivitajiet fl-ispazju extratmosferiku;

5.

JISSOTTOLINJA li l-kompetizzjoni globali u l-mudelli ġodda ta’ tkabbir sostenibbli jeħtieġu trasformazzjonijiet kbar fl-organizzazzjoni industrijali, fil-katina tal-provvista, fl-impjiegi u fil-ħiliet, inkluż fis-settur spazjali;

6.

JIRRIKONOXXI li l-Programm Spazjali tal-UE, f’sinerġija ma’ Orizzont Ewropa, flimkien mal-programm Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u l-programm Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni ta’ Satelliti Meteoroloġiċi (EUMETSAT) u l-attivitajiet tal-Istati Membri, fi ħdan ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, jappoġġa lill-Ewropa biex tibqa’ attur internazzjonali ewlieni, fl-indirizzar ta’ diversi sfidi tas-soċjetà u fit-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija spazjali Ewropea tul il-katina kollha tal-valur, b’mod partikolari l-indirizzar ta’ dipendenza fuq teknoloġiji kritiċi, fi swieq li jevolvu malajr;

7.

JIRRIKONOXXI l-importanza li jkunu promossi l-iskambju reċiproku u l-effetti derivati bejn is-settur spazjali u dawk mhux spazjali, b’kont meħud tal-kapaċitajiet tal-SMEs u n-negozji l-ġodda għall-iżvilupp ta’ industrija Ewropea sostenibbli, reżiljenti u aġli, li tiffaċċa kompetizzjoni globali u sfidi tas-soċjetà ta’ ċertu saħħa;

8.

JAGĦRAF l-opportunitajiet ta’ trasformazzjoni diġitali u teknoloġiji avvanzati (eż. l-awtomatizzazzjoni, il-konnettività, il-big data, l-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġiji tal-kwantum, l-informatika ta’ prestazzjoni għolja, il-manifattura avvanzata, l-Internet tal-oġġetti) biex jiġu massimizzati sinerġiji mal-industrija spazjali, u b’hekk jingħata kontribut biex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda u ta’ tkabbir sostanzjali fl-Ewropa u tissawwar il-bażi ekonomika Ewropea u l-koeżjoni soċjali Ewropea, kif issottolinjat fl-Istrateġija Industrijali (10), l-Istrateġija għall-SMEs (11), fl-istrateġija Ewropea l-ġdida għad-data (12) u l-futur diġitali tal-Ewropa (13);

9.

JAGĦRAF li l-ispazju jikkontribwixxi u jaqdi rwol importanti fl-iżvilupp ta’ ħiliet, teknoloġiji u servizzi meħtieġa biex tinbena soċjetà reżiljenti li tkun kapaċi tindirizza l-isfidi globali f’dinja li qed tinbidel, bħat-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni tal-ekosistemi, il-kriżijiet tas-saħħa, is-sigurtà tal-ikel u l-migrazzjoni;

10.

JIRRIKONOXXI li l-użu ta’ servizzi spazjali u ta’ data spazjali minn setturi oħra, bħas-saħħa, it-trasport, is-sigurtà, l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali, il-forestrija, is-sajd, il-ġestjoni tar-riżorsi, l-enerġija, il-loġistika, id-difiża, il-kultura, it-turiżmu, ir-reazzjoni f’każ ta’ emerġenza, kif ukoll il-monitoraġġ tal-klima, il-bijodiversità jew ir-riżorsi naturali u kulturali, joffri opportunitajiet biex l-industrija tiżviluppa servizzi ta’ valur għoli tul il-katina kollha tal-valur u biex is-setturi pubbliċi jtejbu d-deċiżjonijiet ta’ politika; u JIRRIKONOXXI li dan l-użu jista’ jrawwem ukoll impjiegi ta’ kwalità għolja, ta’ valur għoli u fit-tul, u b’hekk ittejjeb il-produttività u r-reżiljenza fl-ekonomija u s-soċjetà tal-UE inġenerali u jappoġġa Ewropa sostenibbli;

11.

JENFASIZZA li s-soluzzjonijiet spazjali jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-isfida ta’ ekonomija newtrali għall-klima, b’mod partikolari permezz tal-innovazzjoni diġitali, filwaqt li joffru servizz armonjuż, rapidu u sikur, jagħtu spinta lill-ekonomija ċirkolari u l-ġestjoni intelliġenti tar-riżorsi, irawmu bliet intelliġenti u rħula intelliġenti u jivvalutaw l-impatt tal-politiki billi jimmonitorjaw l-atmosfera, l-ekosistemi u l-klima tad-dinja;

12.

JENFASIZZA l-importanza tal-Programm Spazjali tal-UE u ta’ Orizzont Ewropa; JISĦAQ l-importanza għall-UE ta’ sistemi spazjali kritiċi indipendenti Ewropej bħalma huma l-pożizzjonament […] u l-ħin, il-klima u l-gassijiet b’effett ta’ serra u l-monitoraġġ ambjentali, it-telekomunikazzjoni governattiva u l-aċċess għall-ispazju; u JAPPELLA lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw u jippromwovu l-użu ta’ data u servizzi pprovduti minn Copernicus, Galileo u EGNOS fl-implimentazzjoni ta’ oqsma ta’ politika mhux spazjali fuq livell Ewropew u nazzjonali; JIRRIKONOXXI l-valur miżjud ta’ proġetti kooperattivi eżistenti u ġodda (eż. Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju – SSA) għas-sostenibbiltà Ewropea;

13.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni tiżviluppa analiżi fil-fond tax-xenarju attwali tal-Ispazju Ġdid Ewropew, tal-perspettivi futuri tiegħu u tal-kontribut tiegħu għall-ekonomija Ewropea, li tespandi l-kapaċitajiet eżistenti tas-suq, tappoġġa l-SMEs u n-negozji ġodda u tinkludi l-miġja ta’ atturi u żviluppi ġodda; u JISSOTTOLINJA l-importanza li jiġu appoġġati l-Istati Membri b’kapaċitajiet spazjali emerġenti, kif ukoll l-industrija u l-akkademja tagħhom, fl-involviment attiv tagħhom biex jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-ekonomija spazjali tal-UE u jsaħħu r-reżiljenza ekonomika tagħha;

Edukazzjoni u Ħiliet għall-Ispazju

14.

JINNOTA li f’dinja globalizzata b’evoluzzjoni teknoloġika rapida, l-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, assoċjati ma’ xenarji kummerċjali u ekonomiċi ġodda u sfidi tas-soċjetà bħat-tibdil fil-klima, it-tifqigħat ta’ kriżijiet tas-saħħa u t-tibdiliet demografiċi, l-Ewropa trid iżżid l-isforzi tagħha biex tiżviluppa l-għarfien, il-ħiliet interdixxiplinari u l-kompetenzi meħtieġa biex jintlaħqu soluzzjonijiet adegwati; JENFASIZZA li t-transizzjoni ġusta għal ekonomija diġitali u ekoloġika ġdida teħtieġ investimenti fin-nies biex jiġu appoġġati kemm l-aġendi ekonomiċi kif ukoll dawk soċjali; JAPPELLA lill-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Istati Membri, b’kooperazzjoni mal-industrija, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u l-akkademja, biex tidentifika nuqqasijiet u diskrepanzi fil-ħiliet futuri, u biex tikkunsidra soluzzjonijiet possibbli u inizjattivi mmirati;

15.

JAPPELLA lill-Kummissjoni Ewropea biex tibni fuq l-Istrateġija Ewropea għad-Data u l-aġġornament li jmiss tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa u tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali tal-UE biex trawwem l-iżvilupp tal-ħiliet f’oqsma emerġenti, inkluż il-ħiliet diġitali u l-analitika tad-data, b’mod partikolari fid-dawl tal-volum dejjem akbar ta’ data ta’ osservazzjoni tad-dinja u data spazjali oħra;

16.

JENFASIZZA l-importanza għall-Istati Membri, f’kooperazzjoni mas-settur privat, l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka, kif ukoll l-organizzazzjonijiet intergovernattivi, biex iżidu l-isforzi biex jiġu żviluppati l-ħiliet u jiġu stimulati l-innovazzjoni u l-intraprenditorija, biex jitrawwem ambjent ta’ xogħol attraenti u settur spazjali vijabbli;

17.

JENFASIZZA l-importanza ta’ investimenti fi programmi ta’ edukazzjoni dwar ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM) fil-livelli kollha; IQIS li l-attivitajiet spazjali x’aktarx jattiraw l-interess ta’ studjużi u studenti żgħażagħ; JISĦAQ l-importanza li tiġi żgurata bażi b’saħħitha ta’ għarfien fis-settur spazjali Ewropew u JIRRIKONOXXI l-ħtieġa li tiġi inkoraġġuta l-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa biex tistudja u taħdem fl-oqsma STEM fost oħrajn bil-għan li jiġi promoss il-bilanċ bejn is-sessi; U JAPPELLA lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-ESA u l-EUMETSAT, biex jintensifikaw il-programmi ta’ sensibilizzazzjoni, inkluż attivitajiet prattiċi, biex iżidu l-immaġni pożittiva u l-attrazzjoni ta’ attivitajiet spazjali fost iż-żgħażagħ Ewropej;

18.

JAPPELLA lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) biex tikkoopera mal-Istati Membri u tipprovdihom b’informazzjoni u speċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-iżvilupp tas-suq u t-titjib tal-ħiliet u biex tiddiskuti l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma ma’ esperti nazzjonali pubbliċi u privati rilevanti li jikkontribwixxu biex jinftiehmu u jiġu identifikati l-ħtiġijiet tas-suq u biex ikun possibbli għad-data u s-servizzi spazjali li jagħtu spinta lill-ħolqien tal-impjiegi u jħaffu l-penetrazzjoni tagħhom fis-suq tal-massa;

19.

JENFASIZZA li l-inizjattivi eżistenti u futuri għat-trasferiment tal-għarfien u t-tisħiħ tal-kapaċità għandhom jintużaw ukoll biex jinxtered l-għarfien madwar l-UE u biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ ġabra ta’ talent b’ħiliet spazjali speċifiċi għall-industrija;

20.

JAPPELLA lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jiffaċilitaw approċċ aktar integrat dwar l-iżvilupp tal-ħiliet tul il-ktajjen tal-valur tas-settur spazjali, pereżempju billi jrawmu taħriġ vokazzjonali, tagħlim online u kontinwu u billi jippromwovu lawrji konġunti u offerti ta’ taħriġ fl-edukazzjoni għolja;

21.

JENFASIZZA l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali; U JAPPELLA għal involviment akbar tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-iżvilupp ta’ ħiliet u l-kondiviżjoni tal-għarfien biex jagħtu spinta lill-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija madwar l-UE, filwaqt li jibbenefikaw mill-iżvilupp ta’ industrija b’saħħitha bbażata fuq applikazzjonijiet u servizzi spazjali; JISSOTTOLINJA l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni (inkluż dik transsettorjali) u l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki; u JAPPELLA għas-simplifikazzjoni tal-aċċess għall-fondi Ewropej għall-iżvilupp tal-ħiliet.

(1)  B’mod partikolari l-Artikoli 4 u 189.

(2)  dok. 13758/16.

(3)  dok. 9817/17.

(4)  dok. 9248/19.

(5)  Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta’ Settembru 2015.

(6)  Il-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030, adottat fit-Tielet Konferenza Dinjija tan-NU f’Sendai, il-Ġappun, fit-18 ta’ Marzu 2015.

(7)  Rapport tal-Konferenza tal-Partijiet dwar il-21 sessjoni tagħha, FCCC/CP/2015/10/Add.1

(8)  dok. 13129/17.

(9)  dok. 15051/19.

(10)  dok. 6782/20.

(11)  dok. 6783/20.

(12)  dok. 6250/20.

(13)  dok. 6237/20.


Il-Kummissjoni Ewropea

11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta' Ġunju 2020

(2020/C 196/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1375

JPY

Yen Ġappuniż

122,16

DKK

Krona Daniża

7,4553

GBP

Lira Sterlina

0,88963

SEK

Krona Żvediża

10,4605

CHF

Frank Żvizzeru

1,0762

ISK

Krona Iżlandiża

150,70

NOK

Krona Norveġiża

10,5383

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,609

HUF

Forint Ungeriż

343,13

PLN

Zloty Pollakk

4,4524

RON

Leu Rumen

4,8349

TRY

Lira Turka

7,7145

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6220

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5228

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8157

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7357

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5746

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 352,17

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,8376

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0305

HRK

Kuna Kroata

7,5690

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 022,03

MYR

Ringgit Malażjan

4,8361

PHP

Peso Filippin

56,767

RUB

Rouble Russu

78,1468

THB

Baht Tajlandiż

35,422

BRL

Real Brażiljan

5,5213

MXN

Peso Messikan

24,8255

INR

Rupi Indjan

85,9030


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9841 — CDP Equity/Ansaldo Energia)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 196/04)

1.   

Fit-3 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CDP Equity S.p.A. (“CDPE”) (l-Italja), li tappartjeni għall-Cassa Depositi e Prestiti S.p.A. (“CDP”),

Ansaldo Energia S.p.A. (“AEN”) (l-Italja).

CDPE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ AEN kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ bidla fl-istruttura ta’ governanza.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CDPE hija kumpanija azzjonarja li għandha l-għan li tagħti spinta lill-ekonomija Taljana billi tinvesti kapital ta’ ekwità f’kumpaniji ta’ interess nazzjonali kbir. CDPE hija kollha kemm hi proprjetà ta’ CDP. CDP hija istituzzjoni finanzjarja kkontrollata mill-Istat Taljan, u hija attiva fil-finanzjament għall-iżvilupp, l-intrapriżi, l-espansjoni internazzjonali u t-trasformazzjoni urbana,

AEN hija attiva internazzjonalment fis-settur tas-sistemi u l-komponenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, tforni turbini, ġeneraturi, impjanti tal-elettriku lesti għall-użu kif ukoll servizzi ta’ inġinerija għall-impjanti tal-enerġija nukleari għal portafoll ta’ klijenti li jinkludi aġenziji tas-settur pubbliku, produtturi indipendenti u klijenti industrijali. Qabel it-tranżazzjoni, AEN kienet ikkontrollata bi sħab minn CDPE u Shanghai Electric Hongkong Co. Limited.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9841 — CDP Equity/Ansaldo Energia

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9842 — Hitachi Chemical Company/Fiamm Energy Technology)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 196/05)

1.   

Fit-2 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hitachi Chemical Company Ltd (“HCC”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Showa Denko K.K. (“SDK”, il-Ġappun),

Fiamm Energy Technology S.p.A (“FET”, l-Italja).

HCC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-FET kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

HCC: il-produzzjoni tal-materjali funzjonali bħalma huma l-materjali elettroniċi, materjali inorganiċi, materjali tax-xjenza tal-polimeri u materjali għal ċirkwiti stampati u l-produzzjoni ta’ komponenti u sistemi avvanzati, bħalma huma prodotti tal-karozzi, apparati ta’ ħażna tal-enerġija, komponenti elettroniċi u aġenti u strumenti dijanjostiċi oħra,

FET: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ batteriji tal-aċidu u ċ-ċomb għall-istartjar u batteriji stazzjonarji. Bħalissa FET hija kkontrollata bi sħab minn HCC u Elettra 1938 S.p.A. (“Elettra”, l-Italja).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9842 — Hitachi Chemical Company/Fiamm Energy Technology

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/16


Avviż lill-esportaturi dwar l-applikazzjoni tas-sistema REX fl-Unjoni Ewropea għall-fini tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tagħha mal-Vjetnam

(2020/C 196/06)

Dan l-avviż huwa indirizzat lill-esportaturi fl-Unjoni Ewropea li jesportaw prodotti oriġinarji lejn il-Vjetnam u li jiddikjaraw l-oriġini tal-prodotti tagħhom sabiex jibbenefikaw mit-trattament tariffarju preferenzjali tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles mal-Vjetnam (EVFTA).

Il-Protokoll 1 tal-EVFTA jittratta d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva. L-Artikolu 15 ta’ dak il-Protokoll jiddefinixxi r-rekwiżiti ġenerali fir-rigward tal-provi tal-oriġini meħtieġa biex wieħed jibbenefika mit-trattament tariffarju preferenzjali. B’mod partikolari, il-Paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu jipprevedi li l-prodotti oriġinarji fl-Unjoni Ewropea għandhom, mal-importazzjoni fil-Vjetnam, jibbenefikaw mill-preferenza tariffarja tal-EVFTA mal-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-provi tal-oriġini li ġejjin:

(a)

ċertifikat tal-oriġini (ċertifikat ta’ moviment EUR.1) maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li tesporta, magħmul skont l-Artikoli 16 sa 18 tal-Protokoll 1 (Artikolu 15(1)(a));

(b)

dikjarazzjoni tal-oriġini magħmula minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tal-Protokoll 1 għal kwalunkwe kunsinna, irrispettivament mill-valur tagħha, jew minn kwalunkwe esportatur għal kunsinni li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx EUR 6 000 (l-Artikolu 15(1)(b));

(c)

dikjarazzjoni tal-oriġini magħmula minn esportaturi rreġistrati f’bażi tad-data elettronika skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni wara li l-Unjoni tinnotifika lill-Vjetnam li tali leġiżlazzjoni tapplika għall-esportaturi tagħha. Tali notifika tista’ tistipula li l-punti (a) u (b) m’għandhomx japplikaw iktar għall-Unjoni (l-Artikolu 15(1)(c)).

Il-bażi ta’ data elettronika msemmija hawn fuq hija s-“Sistema REX”, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE (l-Artikolu 68(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447).

Fit-8 ta’ April 2020, l-Unjoni Ewropea nnotifikat lill-Vjetnam li l-punt (c) tal-Artikolu 15(1) tal-Protokoll 1 tal-EVFTA se japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-EVFTA, u li l-punt (a) u l-punt (b) tal-istess paragrafu mhux se japplikaw. Għalhekk, mal-importazzjoni fil-Vjetnam il-prodotti oriġinarji mill-Unjoni Ewropea għandhom jibbenefikaw mill-preferenza tariffarja tal-EVFTA mal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-oriġini maħruġa minn esportaturi reġistrati jew minn kwalunkwe esportatur għal kunsinni li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx EUR 6 000. Iċ-ċertifikati tal-oriġini EUR.1 u d-dikjarazzjonijiet tal-oriġini mhux se jinħarġu jew isiru fl-Unjoni Ewropea biex jibbenefikaw mit-trattament tariffarju preferenzjali fil-Vjetnam.

Kif previst fl-Artikolu 19(6) tal-Protokoll 1 tal-EVFTA, il-kundizzjonijiet biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dak l-Artikolu japplikaw mutatis mutandis għad-dikjarazzjonijiet tal-oriġini. B’mod partikolari, it-test tad-dikjarazzjoni tal-oriġini għandu jkun it-test tad-dikjarazzjoni tal-oriġini stabbilita fl-Anness VI tal-Protokoll 1 tal-EVFTA.

L-operaturi tal-Unjoni Ewropea li diġà huma rreġistrati sabiex jibbenefikaw minn arranġamenti preferenzjali oħra, għandhom jużaw in-numru REX li diġà huwa assenjat lilhom.


11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9806 — Hyundai Capital Bank Europe/Sixt Leasing)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 196/07)

1.   

Fl-4 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hyundai Capital Bank Europe GmbH (“HCBE”, il-Ġermanja), ikkontrollata bi sħab minn Santander Consumer Bank AG (“SCB”, il-Ġermanja) u Hyundai Capital Services, Inc. (“HCS”, il-Korea t’Isfel),

Sixt Leasing SE (“Sixt Leasing”, il-Ġermanja).

HCBE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Sixt Leasing kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-21 ta’ Frar 2020.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

HCBE: bank li huwa attiv f’servizzi ta’ finanzjament tal-karozzi, fosthom kirjiet finanzjarji, u d-distribuzzjoni tal-assigurazzjonijiet, fil-Ġermanja. HCBE hija ikkontrollata bi sħab minn SCB u HCS. SCB u l-grupp Santander ibbażat fi Spanja li tiegħu SCB tagħmel parti, joffru kiri u servizzi oħra ta’ finanzjament tal-karozzi kif ukoll jiddistribwixxu l-assigurazzjonijiet fil-Ġermanja, fi Franza u fl-Awstrija u f’diversi pajjiżi oħra taż-ŻEE. HCS hija l-fergħa tas-servizzi finanzjarji tal-kumpanija mill-Korea t’isfel li timmanifattura l-karozzi, Hyundai Motor Group,

Sixt Leasing: hija kumpanija bbażata fil-Ġermanja li toffri kiri ta’ karozzi u servizzi ta’ ġestjoni relatati mal-flotta ta’ karozzi fil-Ġermanja, Franza u l-Awstrija. Il-kumpanija distribwixxi wkoll l-assigurazzjonijiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9806 — Hyundai Capital Bank Europe/Sixt Leasing

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/19


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 196/08)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Mór/Móri”

Numru ta’ referenza PDO-HU-A1333-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 10.3.2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Inklużjoni tal-inbid tat-tip ta’ prodott “Móri Prémium”

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

II. Deskrizzjoni tal-inbejjed

III. Prattiki enoloġiċi speċifiċi

V. Rendiment massimu

VI. Varjetajiet ta’ għeneb permessi

VII. Rabta maż-żona ġeografika

VIII. Rekwiżiti oħra

(b)

It-taqsima tad-Dokument Uniku affettwata:

Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid — Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid — Rendimenti massimi

Rabta maż-żona ġeografika

Rekwiżiti oħra

(c)

ġustifikazzjoni: Ir-reġjun tal-inbid ta’ Mór għandu tradizzjoni qadima li tmur lura seklu, ta’ produzzjoni ta’ nbejjed bojod misjura, u b’palat qawwi. L-emenda hija maħsuba biex tipproteġi din it-tradizzjoni, kif ukoll biex tipproteġi u toħloq kategorija ta’ kwalità ogħla relatata, b’rekwiżiti bħal rati medji ta’ produzzjoni aktar baxxi, għeneb ta’ kwalità aħjar, u konformità ma’ prattiċi enoloġiċi speċifiċi indikati.

2.   Inklużjoni ta’ varjetajiet ġodda ta’ għeneb permessi (Generosa, Pinot Blanc, Pinot Noir, Syrah)

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

VI. Varjetajiet ta’ għeneb permessi

(b)

It-taqsima tad-Dokument Uniku affettwata:

Varjetà ewlenija tal-għeneb (varjetajiet tal-għeneb)

(c)

ġustifikazzjoni: Ix-xogħol imwettaq mill-Ungeriżi li jkabbru l-għeneb matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin irriżulta f’diversi varjetajiet ġodda ta’ għeneb, li fosthom il-Generosa diġà ġiet imħawla minn diversi produtturi fiż-żona demarkata. F’dawn l-aħħar snin, l-inbejjed magħmula mill-varjetà Generosa kisbu rikonoxximent qawwi kemm fiċ-ċrieki professjonali kif ukoll fost il-konsumaturi, u b’hekk tejbu r-reputazzjoni tar-reġjun tal-inbid. Il-varjetà Pinot Blanc ilha preżenti fir-reġjun tal-inbid għexieren ta’ snin, għalkemm f’żona żgħira biss. Diversi kantini jbigħu nbejjed ta’ kwalità għolja magħmulin kompletament minn għeneb Pinot Blanc. Il-potenzjal ta’ din il-varjetà jista’ jiġi sfruttat b’mod ċar fir-reġjun tal-inbid. L-awtorizzazzjoni tal-varjetà tal-għeneb Pinot Noir fir-reġjun tal-inbid hija importanti għall-produtturi kemm tal-inbejjed rożè kif ukoll tal-inbejjed frizzanti. Rożè hija kategorija li tissodisfa t-togħma moderna tal-konsumatur tal-inbid prattikament f’kull aspett u li, minbarra l-inbejjed bojod klassiċi, tista’ tagħmel differenza fir-reġjun tal-inbid ta’ Mór bi klima aktar friska. Il-varjetà Syrah ilha preżenti fir-reġjun tal-inbid ħafna snin, għalkemm mhux f’żona kbira. Il-ħruġ tal-fjuri relattivament tard u l-maturazzjoni bikrija tiegħu jistgħu jkunu ta’ benefiċċju fir-reġjun tal-inbid, fejn isiru nbejjed eħfef minnu. Il-ħjiel ta’ bżar, pikkanti u xi kultant minerali fit-togħma tiegħu jagħmluh speċjali fir-reġjun tal-inbid.

3.   Bidliet fl-isem u speċifikazzjonijiet oħra tad-data

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

VII. Rabta maż-żona ġeografika

VIII. Rekwiżiti oħra

IX. Il-monitoraġġ, it-teħid ta’ kampjuni u l-valutazzjoni organolettika tal-inbejjed

(b)

It-taqsima tad-Dokument Uniku affettwata:

L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

(c)

ġustifikazzjoni: Emendi ta’ natura teknika

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet

Mór

Móri

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid(inbejjed)

Inbid — Abjad

L-inbejjed bojod huma ta’ lewn aħdar-abjad, isfar lewn it-tiben jew isfar dehbi, bi sfumaturi ċari. Huma kkaratterizzati minn aċidità ħajja u friska, bi ħjiel ta’ fjuri jew ta’ frott fit-togħma, ħeffa u freskezza. Fil-biċċa l-kbira ma għandhomx il-karatteristiċi tal-maturazzjoni fil-btieti. L-inbejjed b’palat medju huma tipikament aromatiċi b’karattru prominenti. Il-karatteristiċi tal-varjetà indikata huma ġeneralment rikonoxxuti faċilment.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

Inbid — rożè

L-inbejjed rożè huma ta’ lewn roża, vjola, lewn is-salamun (qoxra tal-basal) jew aħmar ċar, huma ħfief, b’togħma ta’ frott u maħsuba għall-konsum fi żmien is-sena.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

Inbid — aħmar

L-inbejjed ħomor huma prodotti bħala nbid primarju bi proċess qasir ta’ maċerazzjoni (5-7 ijiem) għall-konsum fi żmien is-sena. Dawn huma ħfief, sempliċi u b’reminixxenza ta’ frott irqiq aħmar fil-fwieħa u fit-togħma. Huma ta’ lewn aħmar rubin ċar.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

Inbid — Premium

Dawn l-inbejjed jimmaturaw b’kulur id-deheb. L-aċidità tipikament qawwija u l-qawwa alkoħolika għolja jippermettu maturazzjoni itwal. Minħabba l-maturazzjoni itwal, it-togħmiet sekondarji tal-maturazzjoni jsiru dominanti u xi kultant ikollhom kwalità minerali.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit.

*

Għall-inbejjed bojod ta’ ħsad tard u ta’ ħsad magħżul u għall-inbejjed bojod magħmula minn għeneb imqadded, il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija ta’ 12,83 %, u l-aċidità volatili massima hija ta’ 2 g/l.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a)   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Inbid — prattiki enoloġiċi

Prattika enoloġika speċifika

Huwa permess l-użu ta’ pressa tal-inbid intermittenti

Prattiki enoloġiċi mhux permessi:

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

It-taħlil u l-arrikkiment tal-most tal-inbejjed premium mhumiex permessi.

Regoli dwar il-produzzjoni tal-għeneb

Prattika ta’ kultivazzjoni

1.

Regoli dwar it-tħarriġ tad-dielja:

a.

Għall-vinji mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, il-prodotti tal-fabbrika tal-inbid bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jistgħu jiġu prodotti minn għeneb maqtugħ minn vinji bi kwalunkwe metodu ta’ kultivazzjoni awtorizzat qabel, sakemm il-produzzjoni tibqa’ għaddejja fil-vinja.

b.

Għall-vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2010:

i.

Tħarriġ bil-kuruna

ii.

Tħarriġ “Gobelet”

iii.

Tħarriġ forma ta’ purtiera

iv.

Tħarriġ b’zokk wieħed baxx

v.

Tħarriġ b’zok wieħed medju-għoli

vi.

Tħarriġ b’zokk wieħed għoli

2.

Regoli dwar id-densità tad-dwieli fil-vinja.

a.

Għall-vinji mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, il-prodotti tal-fabbrika tal-inbid bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jistgħu jiġu prodotti minn għeneb maqtugħ minn vinji bi kwalunkwe densità ta’ pjantaġġun awtorizzata qabel, sakemm il-produzzjoni tibqa’ għaddejja fil-vinja.

b.

Għall-vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2010: Minimu ta’ 3 300 dielja għal kull ettaru

c.

Għall-vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2016: Minimu ta’ 3 500 dielja għal kull ettaru

3.

Regoli dwar in-numru ta’ rimjiet fil-vinja:

Il-produzzjoni tal-inbid Mór hija permessa biss għal numru massimu ta’ 10 rimjiet ħajjin għal kull metru kwadru.

4.

Metodu ta’ ħsad:

Il-ħsad manwali u mekkaniku huwa permess għall-inbejjed DOP kollha, għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità, għall-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità u għall-inbejjed semifrizzanti bil-gass. Il-ħsad manwali biss huwa permess għall-inbejjed premium.

Il-kontenut minimu ta’ zokkor naturali u l-qawwa alkoħolika potenzjali tal-għeneb

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor: 9,0 % skont il-volum -14,9 bħala grad ta’ most Ungeriż (Magyar mustfok — [MM°])

Għall-inbejjed bojod ta’ ħsad tard u ta’ ħsad magħżul, għall-inbejjed bojod magħmula minn għeneb imqadded u għall-inbejjed premium, il-kontenut minimu ta’ zokkor naturali tal-għeneb huwa ta’ 216 g/litru, il-qawwa alkoħolika potenzjali hija ta’ 12,83 % skont il-volum u ta’ 20 bħala grad ta’ most Ungeriż ([MM°])

Għall-inbid frizzanti ta’ kwalità, inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità u nbid semifrizzanti bil-gass: 9,0 % skont il-volum -14,9 bħala grad ta’ most Ungeriż ([MM°])

Regoli dwar id-data tal-ħsad u l-indikazzjoni tal-varjetajiet

Prattika ta’ kultivazzjoni

L-iffissar tad-data tal-ħsad:

Id-data li fiha jibda l-ħsad hija stabbilita mill-kunsill tal-komunità tal-inbid sal-20 ta’ Awwissu ta’ kull sena. Kwalunkwe prodott tal-inbid magħmul minn għeneb maqtugħ qabel id-data tal-bidu tal-ħsad stabbilita mill-kunsill tal-komunità tal-inbid ma jistax jingħata ċertifikat tal-oriġini għall-inbid “Mór/Móri” u ma jistax jinbiegħ bl-użu tat-tikketta tad-DOP. Id-data tal-ħsad hija ppubblikata fil-forma ta’ tħabbira mill-komunitajiet tal-inbid. Fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali (eż. temp jew infezzjoni) tista’ tkun permessa deroga minn dan ta’ hawn fuq.

Regoli dwar l-indikazzjoni tal-varjetajiet:

L-indikazzjoni tal-varjetà u s-sinonimi tagħha, kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-klassifikazzjoni ta’ varjetajiet tad-dwieli adattati għall-produzzjoni tal-inbid, hija permessa fuq prodotti tal-inbid Mór ta’ kwalunkwe kategorija, soġġett għar-restrizzjonijiet u ż-żidiet li ġejjin:

a.

Meta tiġi indikata varjetà waħda, 85 % tal-prodott għandu jkun magħmul minn dik il-varjetà.

b.

Meta jiġu indikati diversi varjetajiet, 100 % tal-prodott għandu jkun magħmul mill-varjetajiet indikati.

c.

L-indikazzjoni ta’ varjetà mhix permessa għall-inbejjed Mór distinti mill-espressjoni ristretta “Muskotály” [Muscat].

b)   Rendimenti massimi

Inbid — abjad, rożè, aħmar

100 ettolitru għal kull ettaru

Inbid — abjad, rożè, aħmar

13 600 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbid — Premium

60 ettolitru għal kull ettaru

Inbid — Premium

8 500 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbid — Premium — Inbejjed ta’ ħsad tard u ta’ ħsad magħżul

45 ettolitru għal kull ettaru

Inbid — Premium — Inbejjed ta’ ħsad tard u ta’ ħsad magħżul

8 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbid — Premium — Inbejjed magħmula minn għeneb imqadded u nbejjed tas-silġ

20 ettolitru għal kull ettaru

Inbid — Premium — Inbejjed magħmula minn għeneb imqadded u nbejjed tas-silġ

5 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

L-għeneb li joriġina minn vinji li jappartjenu għal żoni tal-muniċipalitajiet ta’ Csákberény, Csókakő, Mór, Pusztavám, Söréd u Zámoly fil-Kontea Fejér klassifikati bħala Klassi I u II skont il-katast tal-vinja (ir-reġjun tal-inbid ta’ Mór) jista’ jintuża biex jipproduċi prodotti tal-inbid li jkollhom id-DOP “Mór/Móri”.

7.   Varjetà ewlenija tal-għeneb (varjetajiet tal-għeneb)

 

syrah — blauer syrah

 

tramini — traminer

 

syrah — serine noir

 

királyleányka — feteasca regale

 

syrah — marsanne noir

 

sauvignon — sovinjon

 

pinot noir — kék rulandi

 

pinot noir — savagnin noir

 

pinot noir — pinot cernii

 

leányka — leányszőlő

 

olasz rizling — nemes rizling

 

tramini — roter traminer

 

cabernet franc — carbonet

 

tramini — savagnin rose

 

pinot blanc — weissburgunder

 

olasz rizling — taljanska grasevina

 

chardonnay — kereklevelű

 

pinot noir — pignula

 

sauvignon — sauvignon bianco

 

olasz rizling — grasevina

 

leányka — dievcenske hrozno

 

szürkebarát — auvergans gris

 

irsai olivér — zolotis

 

kékfrankos — blaufränkisch

 

királyleányka — galbena de ardeal

 

rizlingszilváni — müller thurgau blanc

 

szürkebarát — pinot gris

 

rizlingszilváni — müller thurgau bijeli

 

zenit

 

sauvignon — sauvignon blanc

 

sárga muskotály — weiler

 

ezerjó — korponai

 

rizlingszilváni — rizvanac

 

pinot noir — pinot tinto

 

irsai olivér — muskat olivér

 

tramini — gewürtztraminer

 

pinot noir — kisburgundi kék

 

pinot noir — spätburgunder

 

zöld veltelíni — zöldveltelíni

 

szürkebarát — pinot grigio

 

sárga muskotály — muscat lunel

 

zöld veltelíni — grüner muskateller

 

tramini — traminer rosso

 

zöld veltelíni — grüner veltliner

 

pinot noir — pino csernüj

 

rizlingszilváni — rivaner

 

tramini — tramin cervené

 

kékfrankos — moravka

 

kékfrankos — blauer lemberger

 

irsai olivér — irsai

 

rajnai rizling — rhine riesling

 

cabernet franc — cabernet

 

chardonnay — chardonnay blanc

 

sárga muskotály — muscat zlty

 

ezerjó — tausendachtgute

 

királyleányka — erdei sárga

 

ezerjó — szadocsina

 

rajnai rizling — rheinriesling

 

királyleányka — little princess

 

cabernet franc — kaberne fran

 

rajnai rizling — riesling

 

cabernet franc — gros vidur

 

merlot

 

királyleányka — königstochter

 

olasz rizling — welschrieslig

 

ottonel muskotály — muskat ottonel

 

leányka — feteasca alba

 

rajnai rizling — weisser riesling

 

sárga muskotály — muscat bélüj

 

királyleányka — königliche mädchentraube

 

rajnai rizling — johannisberger

 

pinot noir — rulandski modre

 

pinot blanc — pinot beluj

 

syrah — shiraz

 

sárga muskotály — muscat de lunel

 

olasz rizling — risling vlassky

 

cabernet sauvignon

 

chardonnay — ronci bilé

 

szürkebarát — grauburgunder

 

szürkebarát — ruländer

 

cabernet franc — carmenet

 

sárga muskotály — muskat weisser

 

cserszegi fűszeres

 

ottonel muskotály — muscat ottonel

 

rizlingszilváni — müller thurgau

 

kékfrankos — limberger

 

sauvignon — sauvignon bijeli

 

sárga muskotály — moscato bianco

 

pinot blanc — fehér burgundi

 

ezerjó — trummertraube

 

leányka — mädchentraube

 

sárga muskotály — weisser

 

sárga muskotály — muscat blanc

 

sárga muskotály — muscat de frontignan

 

ezerjó — tausendgute

 

pinot noir — pinot nero

 

ottonel muskotály — miszket otonel

 

királyleányka — dánosi leányka

 

kékfrankos — blauer limberger

 

olasz rizling — riesling italien

 

pinot noir — kék burgundi

 

pinot blanc — pinot bianco

 

ezerjó — kolmreifler

 

generosa

 

rajnai rizling — riesling blanc

 

syrah — sirac

 

chardonnay — morillon blanc

 

zöld veltelíni — veltlinské zelené

 

pinot noir — blauer burgunder

 

olasz rizling — olaszrizling

 

szürkebarát — graumönch

 

cabernet franc — gros cabernet

 

irsai olivér — zolotisztüj rannüj

 

sárga muskotály — muscat sylvaner

8.   Rabta maż-żona ġeografika

Inbid (l)

1.   Deskrizzjoni taż-żona demarkata

a)   Fatturi naturali u kulturali

Wieħed mill-iżgħar reġjuni storiċi tal-inbid tal-Ungerija, ir-reġjun tal-inbid ta’ Mór jinsab fuq in-naħa tal-Vértes fil-Wied ta’ Mór, li jinsab bejn l-Għoljiet ta’ Vértes u ta’ Bakony fil-Kontea Fejér.

Il-mikroklima u d-direzzjoni prevalenti tar-riħ fir-reġjun tal-inbid huma influwenzati mill-Wied ta’ Mór, li huwa qasma tettonika bejn l-Għoljiet ta’ Bakony u ta’ Vértes. Il-karatteristiċi morfoloġiċi tal-lum kienu ddeterminati mill-formazzjoni tas-superfiċje fl-Aħħar Epoka Plijoċenika u fil-Perjodu Kwaternarju, li pproduċew buttes miksija biż-żrar, ridges twal u wesgħin, pedimenti ħarxa u mħattba u b’xaqliba ġentili. Il-Vértes hija katina muntanjuża medja karstika bi struttura horst u graben.

Il-ħamrija kannella tal-foresta bl-illuvjazzjoni tat-tafal u l-ħamrija kannella żviluppaw l-aktar fuq il-loess imħallat ma’ fdalijiet tal-ġebla tal-ġir u ramel Oligoċen. Id-dolomit u l-ġebla tal-ġir huma koperti b’ħamrija tat-tip rendzina.

Il-klima hija adattata għat-tkabbir tad-dwieli, għalkemm hija aktar kiesħa mill-medja. Ix-xtiewi mhumiex kiefra, b’moviment konsiderevoli tal-arja matul is-sena. Ix-xemx tiżreġ fuq il-biċċa l-kbira tal-vinji matul is-sajf. It-temperatura medja annwali hija ta’ 10 °C. Iż-żona hija kkaratterizzata minn kundizzjonijiet moderati ta’ dawl u minn preċipitazzjoni ta’ 600-650 mm. Il-biċċa l-kbira tax-xita tinżel fis-sajf, l-inqas fi Frar u Marzu. L-irjieħ prevalenti huma l-Majjistral. It-temp ġeneralment ikun moderatament frisk u relattivament bix-xita.

b)   Fatturi umani

It-tkabbir tad-dwieli fiż-żona huwa maħsub li jmur lura saħansitra għaż-żminijiet Rumani. Madankollu, l-atti li nħarġu wara li ġie stabbilit l-Istat Ungeriż fis-seklu 11 jipprovdu evidenza ċara tal-vitikultura lokali. L-ewwel rekord bil-miktub imur lura wara l-Conquest fil-Medju Evu. It-testment ta’ Lord Miklós Csàk fl-1231 isemmi għall-ewwel darba l-vinji ta’ Vajal (Mór).

Il-ħakma Ottomana kienet ta’ ħsara għat-tkabbir tad-dwieli fiż-żona. Il-gwarniġjon Tork li rtira mill-Kastell ta’ Csókakő ta n-nar lill-irħula, u b’hekk qered ukoll il-vinji.

L-Ordni tal-Patrijiet Minuri Kapuċċini u l-kolonizzaturi Ġermaniżi (li kienu ddaħħlu fiż-żona mill-Hochburgs u l-Lambergs) assumew rwol kruċjali fl-irkupru sussegwenti, għaliex kienu ġabu magħhom tagħmir modern u tradizzjonijiet sofistikati ta’ tkabbir tad-dwieli u ta’ produzzjoni tal-inbid. Waqt li waqqfu l-monasteru tagħhom bejn l-1694 u l-1696, il-patrijiet Kapuċċini ta’ Mór żammew rabtiet mill-qrib ma’ sħabhom il-patrijiet tal-ordni f’Tokaj. It-tradizzjoni tgħid li huma bagħtulhom żraġen tal-varjetà Ezerjó biex jgħinuhom jerġgħu jibdew iħawlu l-vinji.

Il-varjetà Ezerjó, illum “Hungaricum”, saret il-varjetà ewlenija tal-għeneb fir-reġjun tal-inbid matul it-tħawwil mill-ġdid wara l-epidemija tal-filossera. L-irkupru tad-dwieli u tal-inbid kellu rwol ewlieni biex Mór sar belt kummerċjali fl-1758.

Ir-reġistri storiċi juru li fl-1834 nqata’ għeneb imqadded għall-ewwel darba fir-reġjun tal-inbid. Fis-seklu 19, bis-saħħa tat-trasportabbiltà tajba, fis-suq Awstrijak inbiegħu kwantitajiet dejjem akbar ta’ nbejjed tar-reġjun.

Għalkemm l-ewwel komunità tal-inbid fiż-żona ġiet stabbilita f’Csákberény fl-1882, wara l-applikazzjoni tagħha fl-1901 il-ħolqien tar-reġjun indipendenti tal-inbid ta’ Mór kien irreġistrat b’digriet fl-1928.

Minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija sa tmiem is-snin tmenin, il-Farm tal-Istat ta’ Mór ipprovda l-isfond teknoloġiku għall-kultivazzjoni tad-dwieli u l-ipproċessar tal-għeneb, il-kapaċitajiet meħtieġa għall-ħżin u parti sinifikanti mill-opportunitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-reġjun tal-inbid. Sa nofs is-snin tmenin, iż-żona tal-vitikultura kienet reġgħet laħqet l-akbar tkabbir tas-sekli ta’ qabel. Barra mill-forniment tas-suq domestiku, il-bejgħ kien prinċipalment iffukat fuq l-esportazzjoni lejn l-Unjoni Sovjetika.

Wara l-bidla fir-reġim fl-1990, il-Farm tal-Istat ġie stralċat, il-kapaċitajiet ta’ vitikultura tiegħu ġew żarmati, u bil-privatizzazzjoni, id-destin tar-reġjun tal-inbid kien għal darb’oħra f’idejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali, il-bdiewa individwali u l-fabbriki tal-inbid. Dan imbagħad biddel b’mod sinifikanti l-istruttura tal-vinikultura. Ħafna familji saru produtturi tal-inbid bħala professjoni, u issa hemm ħafna fabbriki tal-inbid li qed jiffjorixxu f’Mór u fl-inħawi ta’ madwaru. Iż-żona ta’ vitikultura tar-reġjun tal-inbid tnaqqset għal 685 ettaru.

Bis-saħħa tal-iżvilupp, u l-esperjenza u l-għarfien espert ta’ sekli sħaħ ta’ dawn il-fabbriki tal-inbid tal-familja, l-inbejjed Mór qed isiru dejjem aktar popolari mal-konsumaturi. Din ix-xejra hija evidenzjata mill-bosta midalji tad-deheb li ntrebħu fil-kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali tal-inbid u l-ftuħ tal-bejgħ għas-swieq barranin.

Inbid (2)

2.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed ta’ Mór għandhom togħma rikka ta’ fwejjaħ u aromi, qawwa alkoħolika u aċidità relattivament għolja, u huma pjaċevoli u normalment xotti. Il-karattru espressiv u bil-palat qawwi u l-aċidità bbilanċjata jagħmlu dawn l-inbejjed ferm pjaċevoli. Il-vendemmji tajba b’mod partikolari jipproduċu nbejjed armonjużi li għandhom l-aċidi qawwija b’palat korrispondenti, li, bit-teknoloġija u l-maturazzjoni xierqa tal-produzzjoni tal-inbid, jagħmlu l-inbejjed premium.

L-inbejjed ta’ Mór jissemmew l-aktar spiss fil-letteratura bħala nbejjed b’sawra notevoli, qawwija u “maskili”. L-inbejjed tar-reġjun għandhom is-sinsla, il-palat, il-kontenut taz-zokkor u l-aċidità li normalment jikkaratterizzaw inbejjed kbar. Il-ħamrija kalkarja tagħti lill-inbejjed sinsla aċiduża, li lilha jafu l-palat eċċezzjonali tagħhom. L-istess sinsla aċiduża tippermetti li nbejjed Premium ta’ varjetà magħżula jżommu l-kwalità li tippermettilhom jiżviluppaw u jikbru sa diversi snin.

Minħabba n-natura tal-kurrenti tal-Wied ta’ Mór, il-mard fungali fid-dwieli mhuwiex komuni. Dan jippermetti li għeneb mingħajr mard jiġi pproċessat fil-biċċa l-kbira tas-snin tal-vendemmja. L-inbejjed bojod magħmula minn frott mingħajr mard huma wkoll eċċellenti għall-maturazzjoni fit-tul u għall-produzzjoni ta’ nbejjed storiċi (“muzeális borok”).

F’kundizzjonijiet tat-temp favorevoli, l-għeneb tal-varjetà Ezerjó jsir b’lewn isfar dehbi u jkollu togħma tajba ħafna. F’ċerti snin tal-vendemmja, l-għeneb botritizzat jista’ jintuża biex jipproduċi nbid ewlieni ta’ kwalità speċjali.

3.   Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott

Grazzi għall-fatturi naturali u umani tal-ambjent ġeografiku, ir-reġjun tal-inbid ta’ Mór ipproduċa nbejjed ta’ fama nazzjonali għal sekli sħaħ.

Il-meso- u l-mikroklima favorevoli fuq ix-xaqlibiet tan-Nofsinhar u tal-Lbiċ tal-muntanji u l-għoljiet, żviluppaw kundizzjonijiet tajbin għat-tkabbir lokali.

In-natura speċifika “tal-kurrenti” tal-wied hija assi kbira biex jitrażżan il-mard fungali fid-dwieli, jitnaqqsu jew jiġu evitati r-riskji tal-ġlata, jew biex tiġi mmanipulata l-frekwenza tagħhom. Karatteristiċi oħra ta’ benefiċċju jinkludu espożizzjoni favorevoli u użu eċċellenti tad-dawl tax-xemx fuq l-għoljiet weqfin tal-Lbiċ fuq ix-xifer tal-Wied ta’ Mór. L-inbejjed ta’ Mór jafu wkoll il-karattru distintiv tagħhom għall-kontenut tal-ġir relattivament għoli tal-ħamrija.

Il-kultivazzjoni tal-għeneb u l-produzzjoni tal-inbid fir-reġjun għandhom firxa wiesgħa ta’ karatteristiċi tradizzjonali uniċi, li huma kruċjali fl-effetti tagħhom fuq medda twila ta’ żmien. Id-differenzi sinifikanti fil-kultivazzjoni tad-dwieli u fl-ipproċessar tal-għeneb meta mqabbla ma’ reġjuni oħra tal-inbid jistgħu jkunu, l-ewwel nett, minħabba l-fatt li l-kolonizzaturi li kienu jitkellmu bil-Ġermaniż ġabu magħhom il-prattiki ta’ kultivazzjoni tar-reġjuni ta’ oriġini tagħhom; it-tieni, minħabba li l-patrijiet Kapuċċini introduċew metodi ġodda ta’ vitikultura u ta’ produzzjoni tal-inbid; u t-tielet, minħabba l-fatt li dawn il-pekuljaretajiet fil-biċċa l-kbira żviluppaw lokalment, f’iżolament dak iż-żmien.

Il-vinji kkultivati tradizzjonalment għadhom qed jużaw iż-żbir “bald” u l-head-training bil-puntali, li huma tipiċi tar-reġjun tal-inbid, li l-għan tagħhom huwa li jġibu l-għenieqed fuq il-pjanti eqreb tal-ħamrija, li tisħon matul il-jum, u b’hekk tiżgura maturazzjoni tajba u kwalità aħjar. Il-produtturi tal-inbid ta’ Mór jaderixxu ma’ dan l-approċċ ta’ kultivazzjoni sal-ġurnata tal-lum. Il-produtturi kollha tal-inbid fir-reġjun ifittxu li jżommu metodi ta’ taħriġ għal dwieli baxxi.

Barra minn hekk, it-tneħħija bir-reqqa taż-żraġen tgħin biex iż-żraġen jinfirxu b’mod uniformi, u b’hekk dan jikkontribwixxi għat-tkabbir b’saħħtu tal-għeneb, li huwa ċ-ċavetta għall-produzzjoni tal-inbejjed b’togħma ta’ frott ta’ Mór.

Il-materja prima prodotta b’dan il-mod hija adatta ħafna għal maturazzjoni itwal, pereżempju, ta’ nbejjed premium, li tradizzjonalment isiru fir-reġjun tal-inbid bl-użu ta’ btieti. Dan għaliex l-erja iżgħar tal-wiċċ tippermetti maturazzjoni itwal fi btieti tal-injam.

Filwaqt li kienet il-varjetà u l-marka kummerċjali prinċipali tar-reġjun tal-inbid sal-ħamsinijiet, l-Ezerjó ilha minn dak iż-żmien tkun akkumpanjata minn għadd ta’ varjetajiet ta’ għeneb li fil-biċċa l-kbira huma bojod. Dawn jinkludu Zöld veltelíni, Rizlingszilváni, Rajnai rizling, Chardonnay, Leányka, Királyleányka, Sauvignon, Szürkebarát u Tramini, kif ukoll ftit varjetajiet ta’ għeneb blu li jitkabbru fuq skala żgħira. Il-varjetà l-aktar importanti tar-reġjun tal-inbid għadha l-Ezerjó, imkabbra kważi f’terz taż-żona.

Konsegwentement, l-inbid Mór għadu jiġi assimilat ħafna mal-“Móri Ezerjó”, li rriżulta mit-tlaqqigħ każwali ta’ żona tal-produzzjoni tajba u varjetà eċċellenti. Il-varjetà titkabbar f’diversi postijiet fl-Ungerija, iżda sabet il-post veru tagħha fuq ix-xaqlibiet tal-Vértes.

9.   Rekwiżiti oħra (Ippakkjar, tikkettar, addizzjonali)

Regoli dwar l-indikazzjonijiet (1)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

(a)

L-espressjoni “oltalom alatt álló eredetmegjelölés” (“Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”) u l-varjanti aġġettivali tagħha fil-lingwa Ungeriża, kif ukoll l-istess fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jidhru fuq it-tikketta.

(b)

Fuq it-tikketta tal-inbid bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Mór/Móri”, l-kliem “oltalom alatt álló eredetmegjelölés” (“Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”) jista’ jiġi sostitwit bil-kliem “védett eredetű bor” (“inbid ta’ oriġini protetta”).

(c)

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Mór” tista’ tiġi sostitwita bl-indikazzjoni “Móri” jew “Móri borvidék” (ir-reġjun tal-inbid ta’ Mór). Il-varjant grammatikali bid-derivat “-i” tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet kollha elenkati fil-punt VIII/1.1.2 jista’ jiġi indikat ukoll fuq it-tikketti.

(d)

L-indikazzjoni tal-vendemmja hija obbligatorja għall-inbejjed primarji u ġodda kollha.

(e)

Meta tiġi indikata l-vendemmja, 85 % tal-inbid irid joriġina minn dik il-vendemmja. Issir eċċezzjoni għall-inbejjed primarji jew ġodda, kif ukoll għall-inbejjed “ta’ vendemmja verġni” jew “tal-ewwel ħsad”, fejn 100 % tal-inbid irid jiġi mill-vendemmja rilevanti.

(f)

L-espressjonijiet “termőhelyen palackozva” (ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni), “termelői palackozás” (ibbottiljat mill-produttur) u “pinceszövetkezetben palackozva” (ibbottiljat f’kooperattiva ta’ produtturi tal-inbid) jistgħu jiġu indikati fuq kwalunkwe nbid ta’ “Mór/Móri”.

(g)

L-espressjoni “rozé” tista’ tiġi sostitwita b’“rożè”, u l-espressjoni “küvé” b’“cuvée”.

Regoli dwar l-indikazzjonijiet (2)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

(h)

L-inbejjed “küvé” jew “cuvée” jistgħu jindikaw inbejjed miksubin bit-taħlit ta’ diversi varjetajiet ta’ għeneb, li fuq it-tikketta tagħhom l-isem tal-varjetajiet ta’ għeneb li jikkostitwixxu l-cuvée jista’ jiġi indikat f’ordni dixxendenti ta’ kwantità sabiex tingħata informazzjoni lill-konsumaturi. Jekk jiġu indikati l-ismijiet tal-varjetajiet, l-ismijiet tal-varjetajiet kollha li jagħmlu l-cuvée għandhom jiġu indikati.

(i)

L-espressjoni “Öreg tőkék bora” (“Inbid ta’ dwieli qodma”) tista’ tiddaħħal fuq it-tikketta meta mill-inqas 85 % tal-inbid ikun ġej minn territorju li d-dwieli tiegħu jkollhom aktar minn 40 sena.

(j)

L-użu tal-espressjoni “birtokbor” [inbid imkabbar fuq il-qasam] huwa permess fuq l-inbejjed ta’ Mór sakemm 100 % tal-għeneb użat bħala materja prima għall-inbejjed ikun ġej miż-żona kkultivata mill-fabbrika tal-inbid speċifika. Fil-każ tan-negozji tal-familja, l-espressjoni “birtokbor” [inbid imkabbar fuq il-qasam] tista’ tiġi indikata wkoll fuq it-tikketta ta’ nbejjed prodotti fil-vinji kkultivati minn membri tal-familja.

(k)

L-espressjonijiet “késői szüretelésű bor” [inbid ta’ ħsad tard], “válogatott szüretelésű bor” [inbid ta’ ħsad magħżul], “főbor” [inbid ewlieni], “jégbor” [ice wine] u “töppedt szőlőből készült bor” [inbid magħmul minn għeneb imqadded] jistgħu jidhru fuq it-tikketta tal-inbejjed premium biss.

Espressjonijiet ristretti oħra li jistgħu jiġu indikati:

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

“Muzeális bor” [Inbid storiku]: abjad, premium

Birtokbor [Inbid imkabbar fuq il-qasam] l-inbejjed kollha

“Öreg tőkék bora” [Inbid ta’ dwieli qodma] l-inbejjed kollha

Vendemmja Verġni jew l-ewwel ħsad: l-inbejjed kollha

Muskotály [Muscat]: abjad

“Cuvée” jew “küvé”: l-inbejjed kollha

“Szűretlen” [Mhux iffiltrat]: aħmar

Primőr [Primeur] jew inbid ġdid: abjad, rożè, aħmar

“Barrique”: abjad, aħmar, premium

Unitajiet ġeografiċi iżgħar li jistgħu jintużaw flimkien mad-DOP “Mór”

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Muniċipalitajiet:

Il-Kontea Fejér: Csákberény, Csókakő, Pusztavám, Söréd, Zámoly

Għall-inbejjed ta’ Mór tikkettati b’isem tal-muniċipalità, mill-inqas 85 % tal-għeneb irid joriġina minn vinji kklassifikati fil-klassi I jew II f’dik il-muniċipalità, u sa 15 % tal-għeneb ipproċessat jista’ joriġina minn partijiet oħra taż-żona ta’ produzzjoni demarkata ta’ Mór.

Regoli dwar il-preżentazzjoni

Qafas legali:

Minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP, fejn previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed premium jistgħu jinbiegħu biss fi fliexken.

Din ir-regola ma tapplikax għall-inbejjed prodotti fiż-żona tal-produzzjoni mill-produttur fil-kantina tiegħu stess għall-konsum fuq il-post.

L-inbejjed premium jistgħu jinbiegħu biss fis-sena tal-inbid ta’ wara l-ħsad.

Il-produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata (1)

Qafas legali:

Minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP, fejn previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga li tikkonċerna l-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Għal raġunijiet storiċi, l-inbejjed tad-DOP ta’ “Mór” jistgħu jiġu prodotti fil-kontej u fil-bliet li ġejjin flimkien mal-muniċipalitajiet elenkati fil-Kapitlu IV:

Il-Kontea Fejér:

Il-muniċipalitajiet ta’ Aba, Alcsútdoboz, Bicske, Csabdi, Etyek, Felcsút, Gárdony, Gyúró, Igar, Kajászó, Kápolnásnyék, Lajoskomárom, Martonvásár, Mezőkomárom, Nadap, Pákozd, Pázmánd, Seregélyes, Sukoró, Szabadhídvég, Székesfehérvár, Tordas, Vál u Velence

Il-Kontea ta’ Bács-Kiskun:

Il-muniċipalitajiet ta’ Ágasegyháza, Akasztó, Apostag, Bácsalmás, Bácsszőlős, Ballószög, Balotaszállás, Bátmonostor, Bócsa, Borota, Bugac, Császártöltés, Csengőd, Csátalja, Csávoly, Csikéria, Csólyospálos, Dunapataj, Dunavecse, Dusnok, Érsekcsanád, Érsekhalma, Felsőlajos, Fülöpháza, Fülöpjakab, Hajós, Harkakötöny, Harta, Helvécia, Imrehegy, Izsák, Jakabszállás, Jánoshalma, Jászszentlászló, Kaskantyú„ Kecel, Kecskemét, Kelebia, Kéleshalom, Kerekegyháza, Kiskőrös, Kiskunfélegyháza, Kiskunmajsa, Kisszállás, Kunbaja, Kunbaracs, Kunfehértó, Kunszállás, Kunszentmiklós, Ladánybene, Lajosmizse, Lakitelek, Pirtó, Páhi, Rém, Solt, Soltszentimre, Soltvadkert, Sükösd, Szabadszállás, Szank, Szentkirály, Tabdi, Tázlár, Tiszaalpár, Tiszakécske, Tiszaug, Tompa, Vaskút u Zsana

Il-produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata (2)

Qafas legali:

Minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP, fejn previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga li tikkonċerna l-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-Kontea ta’ Komárom-Esztergom:

Il-muniċipalitajiet ta’ Ászár, Baj, Bajót, Bársonyos, Császár, Csép, Dunaalmás, Dunaszentmiklós, Esztergom, Ete, Kerékteleki, Kesztölc, Kisbér, Kocs, Lábatlan, Mocsa, Mogyorósbánya, Nagyigmánd, Neszmély, Nyergesújfalu, Süttő, Szomód, Tát, Tata, Tokod, Vérteskethely u Vértesszőlős

Il-Kontea ta’ Pest:

Il-muniċipalitajiet ta’ Abony, Albertirsa, Bénye, Budajenő, Budakeszi, Cegléd, Ceglédbercel, Csemő, Dány, Dömsöd, Gomba, Hernád, Inárcs, Kakucs, Kerepes, Kisnémedi, Kocsér, Kóka, Mogyoród, Monor, Monorierdő, Nagykőrös, Ócsa, Őrbottyán, Örkény, Páty, Pilis, Pilisborosjenő, Ráckeve, Szada, Szigetcsép, Szigetszentmárton, Szigetújfalu, Tápiószele, Tápiószentmárton, Telki, Tóalmás, Tököl, Újlengyel, Üröm, Vác, Vácegres u Veresegyház

Il-Kontea ta’ Somogy:

Il-muniċipalitajiet ta’ Andocs, Balatonberény, Balatonboglár, Balatonendréd, Balatonkeresztúr, Balatonlelle, Balatonőszöd, Balatonszabadi, Balatonszemes, Böhönye, Csoma, Csurgó, Gyugy, Kaposhomok, Kaposkeresztúr, Karád, Kercseliget, Kéthely, Kötcse, Kőröshegy, Látrány, Lengyeltóti, Marcali, Mosdós u Ordacsehi.

Il-produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata (3)

Qafas legali:

Minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP, fejn previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga li tikkonċerna l-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-Kontea ta’ Tolna:

Il-muniċipalitajiet ta’ Alsónána, Alsónyék, Aparhant, Báta, Bátaapáti, Bátaszék, Bikács, Bölcske, Bonyhád, Bonyhádvarasd, Decs, Dunaföldvár, Dunaszentgyörgy, Dúzs, Fácánkert, Felsőnyék, Grábóc, Gyönk, Györe, Györköny, Harc, Hőgyész, Iregszemcse, Izmény, Kakasd, Kéty, Kisdorog, Kismányok, Kisszékely, Kisveke, Kölesd, Lengyel, Madocsa, Magyarkeszi, Medina, Mőcsény, Mórágy, Mucsfa, Mucsi, Nagydorog, Nagymányok, Nagyszékely, Nagyszokoly, Ozora, Őcsény, Paks, Pincehely, Regöly, Sárszentlőrinc, Simontornya, Sióagárd, Szálka, Szekszárd, Tamási, Tengelic, Tevel, Tolna, Tolnanémedi, Váralja, Várdomb, Závod, Zomba, u

Il-Kontea ta’ Veszprém:

Il-muniċipalitajiet ta’ Ábrahámhegy, Alsóörs, Aszófő, Badacsonytomaj, Badacsonytördemic, Balatonakali, Balatonalmádi, Balatoncsicsó, Balatonederics, Balatonfüred, Balatonfőkajár, Balatonhenye, Balatonkenese, Balatonrendes, Balatonszepezd, Balatonszőlős, Balatonudvari, Balatonvilágos, Csopak, Csabrendek, Dörgicse, Felsőörs, Gyulakeszi, Hegyesd, Hegymagas, Káptalantóti, Kisapáti, Kővágóörs, Köveskál, Lesencefalu, Lesenceistvánd, Lesencetomaj, Lovas, Mencshely, Mindszentkálla, Monostorapáti, Monoszló, Nemesgulács, Nemesvita, Óbudavár, Örvényes, Paloznak, Pécsely, Raposka, Révfülöp, Salföld, Sáska, Sümeg, Sümegprága, Szentantalfa, Szentbékkálla, Szentjakabfa, Szigliget, Tagyon, Tapolca, Tihany, Uzsa, Vászoly, Zalahaláp u Zánka

L-eċċezzjonijiet għal din ir-regola huma l-inbejjed premium, l-inbejjed frizzanti ta’ kwalità u l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità, li jistgħu jiġu pproċessati biss fil-muniċipalitajiet elenkati fil-Kapitlu IV.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://boraszat.kormany.hu/admin/download/2/6d/82000/Mor%20OEM_vv2_standard.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/33


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2020/C 196/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

RIBEIRO”

PDO-ES-A1123-AM03

Data tal-applikazzjoni: 17.8.2017

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Introduzzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ prodotti tad-dwieli (inbejjed frizzanti ta’ kwalità)

Deskrizzjoni u raġunijiet

Ġiet miżjuda kategorija ġdida ta’ nbejjed: inbejjed frizzanti ta’ kwalità (ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, Anness VII, parti II, kategorija 5).

Din il-bidla teħtieġ li jiġu emendati t-taqsima 2 tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima 2.3 tad-Dokument Uniku. Barra minn hekk, il-bidla taffettwa indirettament it-taqsimiet 3, 7 u 8.b.2 tal-Ispeċifikazzjoni. Fid-Dokument Uniku, it-taqsimiet li ġejjin huma affettwati: 4 (Deskrizzjoni tal-inbejjed), 5.a. (Prattiki enoloġiċi speċifiċi), 8 (Rabta) u 9 (Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar).

Dawn l-inbejjed għandhom jiġu prodotti bil-metodu tradizzjonali, esklussivament bl-għeneb abjad jew aħmar indikat bħala varjetà ewlenija, jiġifieri varjetà indiġena li tagħti lill-inbid karattru aktar individwali.

Il-bidla saret minħabba t-tradizzjoni tal-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed f’din iż-żona, kif ukoll minħabba l-kwalità għolja tal-inbejjed frizzanti prodotti attwalment. Il-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti bdiet fis-snin 20 f’Ribeiro, b’diversi produtturi li komplew bit-tradizzjoni sa tmiem is-seklu għoxrin. Hekk kif għadda ż-żmien, il-prattika naqset ferm. Il-produzzjoni ġiet limitata u seħħet kull tant żmien, l-aktar għall-kurżità jew bħala rigali jew ġesti ta’ stima għal mistednin importanti. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin, il-produzzjoni reġgħet qamet fuq saqajha. Dan huwa minħabba esperjenzi pożittivi fil-passat u suq tal-konsumatur dejjem aktar eżiġenti, ħerqan għal esperjenzi ġodda, u lest li jħallas għal prodott esklussiv u relattivament għali. L-esperjenza fil-passat uriet li l-varjetajiet ewlenin tal-għeneb tad-DOP, meta jsiru bil-metodu tradizzjonali għall-inbejjed frizzanti, jipproduċu nbejjed ta’ kwalità għolja.

2.2.   Emenda għad-deskrizzjoni tal-inbejjed

Deskrizzjoni u raġunijiet

Fil-kategorija 1 (inbejjed), l-Ispeċifikazzjoni l-ġdida tistabbilixxi differenzi bbażati fuq il-varjetajiet użati fil-produzzjoni. Dan ifisser li l-kelma “Castes” se tintuża għall-inbejjed bojod u ħomor magħmula esklussivament minn għeneb speċifiku meqjus bħala varjetà ewlenija. Dawn il-varjetajiet kollha huma indiġeni u ferm adattati għall-kundizzjonijiet naturali tar-reġjun. Dawn huma: Caiño tinto, Caiño bravo, Caiño longo, Ferrón, Sousón, Mencía, Brancellao, Treixadura, Torrontés, Godello, Lado, Caiño blanco, Loureira u Albariño. Bl-istess mod, l-inbejjed ħomor u bojod li ġew immaturati fi btieti tal-injam se jiġu identifikati fis-suq bil-kelma “Barrica”.

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tiġi emendata b’referenza kemm għall-kwalitajiet analitiċi kif ukoll għall-kwalitajiet organolettiċi, sabiex tinkludi l-karatteristiċi li jiddistingwu l-inbejjed identifikati mill-kliem imsemmi hawn fuq minn inbejjed oħra.

Għalhekk, il-bidla taffettwa l-aktar it-taqsima 2 tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima 2.4 (Deskrizzjoni tal-inbejjed) tad-Dokument Uniku. B’mod indirett, il-bidla taffettwa wkoll it-taqsimiet 3, 7 u 8.b.2 tal-Ispeċifikazzjoni, u t-taqsimiet 5.a. (Prattiki enoloġiċi speċifiċi) u 9 (Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar) tad-Dokument Uniku.

Il-bidla hija ġustifikata mill-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni li tippermettilhom jagħmlu għażliet aħjar ta’ xiri. L-informazzjoni se tgħinhom jidentifikaw l-inbejjed b’karatteristiċi speċifiċi, jew minħabba li dawn saru mill-varjetajiet tal-għeneb adattati l-aktar għaż-żona, bħal fil-każ tal-inbejjed Ribeiro Castes, jew minħabba li dawn ġew immaturati fi btieti tal-injam, bħal fil-każ tal-inbejjed Ribeiro Barrica.

Barra minn hekk, hemm bidla żgħira fid-deskrizzjoni organolettika, bil-ħsieb li jiġu evitati referenzi għal fatturi pjaċevoli u li jintużaw deskritturi aktar oġġettivi. L-istess japplika għall-valuri analitiċi tal-inbejjed bojod u ħomor mingħajr it-tikketta “Castes” jew “Barrica”, u għal dawk bit-tikketta “Ribeiro Tostado”. Il-qawwa alkoħolika minima (totali u proprja) żdiedet kemm għall-inbejjed bojod kif ukoll għal dawk ħomor. L-aċidità totali massima żdiedet għall-inbejjed bojod, filwaqt li l-aċidità totali minima tnaqqset għal dawk ħomor. Fil-każ tar-Ribeiro Tostado, żdiedu l-qawwa alkoħolika naturali totali u l-kontenut totali minimu ta’ zokkor.

Il-bidliet imsemmija fil-paragrafu preċedenti jikkonċernaw biss it-taqsima 2 tal-Ispeċifikazzjoni, u 4 (Deskrizzjoni tal-inbejjed) tad-Dokument Uniku. Dawn huma ġustifikati mid-data miksuba waqt it-tidwiq u l-ittestjar analitiku li sar f’dawn l-aħħar snin.

2.3.   Bidliet fil-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid (prattiki ta’ kultivazzjoni): densità tat-tħawwiL

Deskrizzjoni u raġunijiet

It-taqsima 3.a tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima 5.a. (Prattiki ta’ kultivazzjoni) tad-Dokument Uniku ġew emendati.

Ġiet stabbilita densità minima ta’ tħawwil ta’ 3 000 dielja għal kull ettaru. Din tissostitwixxi d-dispożizzjoni fl-Ispeċifikazzjoni attwali li tistabbilixxi densità massima ta’ tħawwil ta’ 7 000 dielja għal kull ettaru.

Din il-bidla saret minħabba t-tradizzjoni eżistenti ta’ vinji mħawla b’mod dens f’din iż-żona ta’ vitikultura. Ir-regolamenti tal-1976 stabbilew il-limitu massimu msemmi hawn fuq ta’ 7 000 dielja għal kull ettaru, li ma kienx jeżisti fir-regolamenti preċedenti tal-1957. Il-bidla saret fl-1976 minħabba li kien meqjus vantaġġuż li jiġi stabbilit il-limitu massimu sabiex tittejjeb il-kwalità tal-inbid, kif wkoll sabiex tiġi ffaċilitata l-mekkanizzazzjoni fil-vinji.

Issa nafu li permezz ta’ monitoraġġ xieraq tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-inbid, livelli ta’ densità ta’ aktar minn 7 000 dielja għal kull ettaru jistgħu jirriżultaw fi nbejjed ta’ kwalità għolja. L-Ispeċifikazzjoni l-ġdida tinkludi tnaqqis sinifikanti fir-rendiment tal-inbejjed għal kull ettaru, li jfisser li din l-emenda mhijiex se tagħmel ħsara lill-kwalità tal-inbid.

2.4.   Bidliet fil-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid (prattiki ta’ kultivazzjoni): regolamenti aktar dettaljati tas-sistemi ta’ rmondar u ta’ tħarriġ

Deskrizzjoni u raġunijiet

It-taqsima 3.a tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima 5.a. (Prattiki ta’ kultivazzjoni) tad-Dokument Uniku ġew emendati.

Hemm deskrizzjoni aktar dettaljata tas-sistemi permessi ta’ rmondar u ta’ tħarriġ. B’mod speċifiku, se jkun hemm irmondar bil-metodi cordon, gobelet u Guyot. It-tħarriġ se jsir bil-kannizzati jew bil-lasti. Il-kliem attwali jgħid biss li “[l-irmondar] se jsir fuq xprun u qasba jew billi jitħalla l-għadd xieraq ta’ xpruni, u t-tħarriġ se jsir bil-wajers jew bil-qasab”.

Din il-bidla hija meħtieġa minħabba li l-kliem attwali tal-Ispeċifikazzjoni huwa ambigwu u impreċiż ħafna, u għalhekk jista’ jirriżulta f’tipi differenti ħafna ta’ rmondar. L-intenzjoni hija li jiġu inklużi biss dawk li fil-fatt jintużaw, xi wħud għal ħafna snin u oħrajn li ġew introdotti aktar reċentement.

L-irmondar bil-metodu cordon għandu jiġi inkluż minkejja li mhuwiex tradizzjonali għad-denominazzjoni ta’ oriġini ta’ Ribeiro. Dan ġie introdott għal diversi raġunijiet, inklużi dawn li ġejjin. Huwa faċli li jsir fil-prattika. L-għeneb jibbenefika mid-distribuzzjoni tar-rimjiet u l-weraq. Dan jippermetti wkoll il-monitoraġġ tar-rendimenti tal-produzzjoni u li l-għeneb prodott ikun ta’ kwalità għolja. Għal dawn ir-raġunijiet, ġie deċiż li l-inklużjoni ta’ din is-sistema ta’ rmondar, fost dawk permessi għad-denominazzjoni ta’ oriġini, hija xierqa.

L-irmondar bil-metodu gobelet huwa l-aktar li ilu jeżisti minn dawk evidenti f’Ribeiro u għadu jintuża f’ċerti vinji. Dan jinvolvi li jitħalla l-għadd xieraq ta’ xpruni u l-qasba ta’ kull tant żmien. Il-lasti jsostnu l-kurduni u z-zokk fi dwieli anqas maturi. Barra minn hekk, meta s-sistemi ta’ tħarriġ bil-wajers ġew introdotti għall-ewwel darba fil-vinji, is-sistema ta’ Guyot bdiet tiġi implimentata. Din issa tissemma b’mod espliċitu fl-Ispeċifikazzjoni l-ġdida.

2.5.   Bidliet fil-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid: rendimenti massimi

Deskrizzjoni u raġunijiet

Ir-rendiment tal-estrazzjoni fil-produzzjoni tal-inbid u tal-inbid frizzanti żdied mir-rata attwali ta’ 70 litru għal kull 100 kg ta’ għeneb għal 74 litru, jew 72 litru fil-każ tal-inbejjed Ribeiro Castes, Ribeiro Barrica u Ribeiro Espumoso. Min-naħa l-oħra, ir-rendiment tal-produzzjoni għall-għeneb għal kull ettaru tnaqqas mir-rata attwali ta’ 30 000 kg għal kull ettaru għal 13 000 kg fil-każ tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod Ribeiro Castes, Ribeiro Barrica u Ribeiro Espumoso. Fil-każ tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-verżjonijiet ħomor ta’ dawk l-istess inbejjed, dan issa huwa ta’ 12 000 kg għal kull ettaru. Għall-inbejjed l-oħra kollha, ir-rendiment tal-produzzjoni tal-għeneb ġie stabbilit għal 19 000 kg għal kull ettaru. Ir-rendimenti tal-produzzjoni tal-għeneb għal Ribeiro Tostado jibqgħu l-istess għal 12 000 kg għal kull ettaru.

Dawn l-emendi rriżultaw b’mod ġenerali fi tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni tal-inbid għal kull ettaru, mir-rata attwali ta’ 210 ettolitri għal kull ettaru għal bejn 140,60 u 86,40 ettolitru għal kull ettaru skont it-tip ta’ nbid. Ir-rendiment tal-estrazzjoni tat-tip Ribeiro Tostado jibqa’ l-istess b’40 litru għal kull 100 kg maħsuda.

Dawn il-bidliet jaffettwaw it-taqsimiet 3.b, 5 u 8.b.1 tal-Ispeċifikazzjoni, u t-taqsimiet 5.a. (Prattiki enoloġiċi speċifiċi) u 5.b. (Rendimenti massimi) tad-Dokument Uniku.

Iż-żieda fir-rendimenti tal-estrazzjoni hija dovuta għall-fatt li t-teknoloġija moderna użata fil-produzzjoni tippermetti rendimenti akbar tal-estrazzjoni mingħajr ħsara għall-kwalità tal-inbid.

Ir-rendiment tal-għeneb għal kull ettaru msemmi fl-Ispeċifikazzjoni attwali huwa ta’ 30 000 kg. Dan huwa r-rendiment mogħti fir-regolamenti għal din id-denominazzjoni ta’ oriġini approvata fl-1976. Dan ir-rendiment għoli jappartjeni għal era differenti u għal approċċ differenti għall-vitikultura li ma għadhomx japplikaw. Issa, il-kwalità hija ta’ importanza akbar mill-kwantità. Għalhekk, dan it-tnaqqis sinifikanti fir-rendimenti għandu l-għan li jikseb kwalità ogħla għall-materja prima u, għaldaqstant, għall-inbejjed koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini.

2.6.   Bidliet fil-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid: definizzjoni ta’ prattiki enoloġiċi speċifiċi għall-inbejjed frizzanti u għall-inbejjed ribeiro castes, ribeiro barrica u ribeiro tostado

Deskrizzjoni u raġunijiet

It-taqsima 3.b, 3.c u 3.d tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima 5.a. tad-Dokument Uniku (Prattiki enoloġiċi speċifiċi) ġew emendati.

Ġiet introdotta kategorija ġdida ta’ prodott tal-inbid, l-inbid Ribeiro frizzanti, u ġew definiti tipi ġodda ta’ nbid fil-kategorija 1: Ribeiro Castes u Ribeiro Barrica. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu definiti l-kundizzjonijiet speċjali tal-produzzjoni tagħhom. Barra minn hekk, ġie speċifikat li l-inbejjed Ribeiro Tostado għandhom ikunu bojod jew ħomor u jsiru esklussivament mill-varjetajiet ewlenin.

L-inbejjed Ribeiro Castes għandhom isiru esklussivament mill-varjetajiet ewlenin. L-inbejjed Ribeiro Barrica għandhom ikunu nbejjed ħomor jew bojod li, fi kwalunkwe punt fil-proċess tal-produzzjoni, ikunu nżammu fi btieti b’volum massimu ta’ 600 litru, u li jsiru wkoll esklussivament mill-varjetajiet ewlenin tal-għeneb.

Barra minn hekk, l-inbejjed frizzanti għandhom isiru biss minn varjetajiet ewlenin tal-għeneb, bl-użu tal-metodu tradizzjonali, fil-verżjonijiet “Brut” u “Brut Nature”.

Dawn il-bidliet huma minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet oġġettivi speċifiċi għal dawn l-inbejjed, li se jiġu tikkettati b’mod differenti fis-suq. Il-karatteristika bażika u komuni f’dawn l-inbejjed kollha hija li dawn isiru esklussivament minn għeneb ikklassifikat bħala varjetà ewlenija. Dawn il-varjetajiet kollha tradizzjonalment jitkabbru fiż-żona. Dawn jipproduċu nbejjed li jesprimu bl-aħjar mod il-karatteristiċi uniċi tal-inbejjed Ribeiro.

2.7.   Bidliet fil-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid: żieda fil-kontenut minimu ta’ zokkor fil-most għall-kategorija tostados

Deskrizzjoni u raġunijiet

It-taqsima 3.d tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima 5.a. tad-Dokument Uniku (Prattiki enoloġiċi speċifiċi) ġew emendati.

L-esperjenza ta’ dawn l-aħħar snin, flimkien mar-riżultati osservati fil-produzzjoni ta’ Ribeiro Tostado, jissuġġerixxu li jkun ta’ benefiċċju li jiżdied il-kontenut minimu ta’ zokkor fil-most miksub minn għeneb imqadded, billi r-rata attwali ta’ 300 gramma għal kull litru tiżdied għal 350.

2.8.   Klassifikazzjoni tal-varjetajiet bħala ewlenin u sekondarji

Deskrizzjoni u raġunijiet

It-taqsima 6 tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima 7 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

Din hija waħda mill-karatteristiċi l-ġodda ewlenin fl-emenda għall-Ispeċifikazzjoni. Din tikkonsisti fil-ħolqien ta’ żewġ kategoriji separati għall-varjetajiet tal-għeneb li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-inbid bid-DO “Ribeiro”: varjetajiet ewlenin u varjetajiet sekondarji. Id-distinzjoni hija bbażata primarjament fuq il-kwalità li l-varjetajiet jagħtu lill-inbejjed ta’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini. Din il-kwalità hija ġġudikata skont żewġ kriterji ewlenin. Minn naħa waħda, hemm il-kwalità purament teknika, u min-naħa l-oħra d-diversità potenzjali li l-varjetajiet speċifiċi tal-għeneb jagħtu lill-prodott. Il-varjetajiet ewlenin huma varjetajiet indiġeni u huma dejjem dawk rakkomandati fil-klassifikazzjoni tal-varjetajiet imfassla mill-Komunità Awtonoma tal-Galizja. Il-klassifikazzjoni tkun kif ġej:

Varjetajiet ewlenin:

Aħmar: Caíño tinto, Caíño bravo, Caíño longo, Ferrón, Sousón, Mencía u Brancellao

Abjad: Treixadura, Torrontés, Godello, Lado, Caíño blanco, Loureira u Albariño

Varjetajiet sekondarji:

Aħmar: Garnacha tintorera u Tempranillo Abjad: Palomino u Albillo

L-inbejjed tat-tip Castes u dawk li għandhom il-kelma Barrica, kif ukoll l-inbejjed frizzanti ta’ kwalità u l-inbejjed ħelwin naturali (Tostado), għandhom isiru esklussivament mill-varjetajiet ewlenin.

2.9.   Inklużjoni u tneħħija tal-varjetajiet

Deskrizzjoni u raġunijiet

It-taqsima 6 tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima 7 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

Ġie propost li jiġu miżjuda l-varjetajiet bojod Lado u Caíño blanco, it-tnejn li huma bħala varjetajiet ewlenin, u li titneħħa l-varjetà bajda Macabeo.

Spjegazzjoni ta’ dawn il-bidliet tinsab hawn taħt.

Lado (żdiedet)

Lado hija varjetà rakkomandata mill-Komunità Awtonoma tal-Galizja skont il-leġiżlazzjoni ta’ Spanja. Din hija varjetà indiġena taż-żona ġeografika li tinkludi d-DO “Ribeiro”. Il-varjetà bla dubju qiegħda tiżdied u l-użu tagħha huwa aktar prevalenti f’din il-lokalità milli fi kwalunkwe żona oħra ta’ produzzjoni. Din hija perfettament adattata għall-kundizzjonijiet agrikoli u klimatiċi lokali, u għas-sistemi tradizzjonali ta’ kultivazzjoni tad-distrett. Din tagħti l-kwalità u d-diversità fil-karattru lill-inbejjed taż-żona, li għamlu l-approvazzjoni tal-użu tagħha essenzjali.

Caíño blanco (miżjuda)

Din il-varjetà hija rakkomandata wkoll mill-Komunità Awtonoma tal-Galizja skont il-leġiżlazzjoni ta’ Spanja. Din ġiet introdotta gradwalment fiż-żona ta’ Ribeiro fuq perjodu ta’ diversi għexieren ta’ snin, l-aktar miż-żoni li jmissu mad-DO “Rías Baixas”, fejn diġà ġiet inkluża fir-regolamenti. Inizjalment l-impatt tagħha kien limitat, l-istess bħad-domanda mill-vitikulturi u l-produtturi. Għalhekk, ma tqisx neċessarju li l-varjetà tiġi inkluża fir-regolamenti għad-denominazzjoni ta’ oriġini. Madankollu, din adattat tajjeb għall-kundizzjonijiet agrikoli u klimatiċi lokali u għas-sistemi tradizzjonali ta’ kultivazzjoni fiż-żona. Dan, u l-kontribut pożittiv tagħha għall-kwalità tal-inbejjed li tinsab fihom, wasslu gradwalment għal domanda fis-settur biex tiġi inkluża fir-regolamenti sabiex l-inbejjed protetti mid-DO “Ribeiro” jkunu jistgħu jsiru b’din il-varjetà.

Macabeo (Imneħħija)

Din il-varjetà ilha tidher fir-regolamenti għad-DO “Ribeiro” mill-ewwel verżjoni fl-1957. Madankollu, issa huwa ċar li din mhijiex tipika taż-żona, la fil-produzzjoni u lanqas f’termini ta’ żieda fil-kwalità u l-karattru għall-inbejjed protetti mid-denominazzjoni ta’ oriġini. Għalhekk, nipproponu li din il-varjetà titneħħa mill-produzzjoni tal-inbejjed tad-DO “Ribeiro”.

2.10.   Miżuri ġodda għat-titjib tal-kontrolli

Deskrizzjoni u raġunijiet

It-taqsima 8.b.3 tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku.

Il-faċilitajiet irreġistrati għandhom ikunu indipendenti u ma jmissux direttament ma’ dawk mhux irreġistrati, billi jkunu konnessi biss bit-toroq pubbliċi. Barra minn hekk, għandu jkun hemm dikjarazzjonijiet fix-xahar tal-konsenji u tad-dispaċċi kollha tal-inbid.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem tal-prodott

Ribeiro

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

15.

Inbid minn għeneb imqadded

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Ribeiro Castes u Ribeiro (abjad)

Kif jidher l-inbid

Trasparenti bi lwien li jvarjaw minn sofor ċari sa dehbija u sfumaturi li jvarjaw minn ħodor sa dehbija, skont iż-żmien u l-metodu ta’ produzzjoni.

Karatteristiċi aromatiċi tal-inbid

Aromi nodfa u qawwija, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott misjur u frott frisk, fjuri, għasel, ħxejjex aromatiċi, pjanti u balzmi. L-inbejjed tal-kategorija Castes għandhom kumplessità akbar u intensità medja sa għolja.

Togħmiet karatteristiċi

Friski u bbilanċjati b’finitura perfetta li ddum fil-ħalq. L-inbejjed tal-kategorija Castes għandhom aktar struttura, volum, togħma, estratt u finitura.

*

Fejn ma ġewx stabbiliti limiti, għandha tiġi rispettata l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

*

Qawwa alkoħolika proprja minima ta’ “Castes blancos”: volum ta’ 11 %

*

Fi nbejjed li ġew immaturati fl-injam għal aktar minn tliet xhur, u li għandhom sa sena, l-aċidità volatili massima għandha tkun ta’ 0,85 gramma għal kull litru (14,17-il milliekwivalent għal kull litru (meq/l)). Fejn dawn l-inbejjed għandhom aktar minn sena, il-kwantitajiet għandhom ikunu ta’ 0,9 gramma għal kull litru (15 meq/l) flimkien ma’ 0,06 gramma għal kull litru (1 meq/l) għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ’l fuq minn volum ta’ 11 %. Fl-ebda każ ma għandhom jinqabżu l-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

Ribeiro Castes u Ribeiro (aħmar)

Kif jidher l-inbid

Trasparenti b’intensità ta’ kulur medja sa għolja, ilwien li jvarjaw minn vjola għal aħmar lewn iċ-ċirasa u sfumaturi li jvarjaw minn vjola għal lewn it-tafal, skont iż-żmien u l-metodu tal-produzzjoni.

Karatteristiċi aromatiċi tal-inbid

Aromi nodfa u qawwija, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott aħmar u skur, misjur u frisk, fjuri, ħxejjex aromatiċi, prodotti tal-ħalib, pjanti u balzmi. L-inbejjed tal-kategorija Castes għandhom kumplessità akbar u intensità medja sa għolja.

Togħmiet karatteristiċi

Friski, ibbilanċjati, bi struttura tannika medja sa għolja u b’finitura perfetta li ddum fil-ħalq. L-inbejjed tal-kategorija Castes għandhom aktar reqqa tannika, volum, togħma, estratt u finitura.

*

Fejn ma ġewx stabbiliti limiti, għandha tiġi rispettata l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

*

Qawwa alkoħolika proprja minima ta’ “Castes tintos”: volum ta’ 11 %

*

Fi nbejjed li ġew immaturati fl-injam għal aktar minn tliet xhur, u li għandhom sa sena, l-aċidità volatili massima għandha tkun ta’ 0,85 gramma għal kull litru (14,17-il milliekwivalent għal kull litru (meq/l)). Fejn dawn l-inbejjed għandhom aktar minn sena, il-kwantitajiet għandhom ikunu ta’ 0,9 gramma għal kull litru (15 meq/l) flimkien ma’ 0,06 gramma għal kull litru (1 meq/l) għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ’l fuq minn volum ta’ 11 %. Fl-ebda każ ma għandhom jinqabżu l-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

Ribeiro Barrica (abjad)

Kif jidher l-inbid

Trasparenti bi lwien li jvarjaw minn sofor ċari sa dehbija u sfumaturi li jvarjaw minn ħodor sa dehbija, skont iż-żmien u l-metodu tal-produzzjoni.

Karatteristiċi aromatiċi tal-inbid

Aromatikament kumplessi b’aromi nodfa u qawwija, b’bilanċ fil-komponent aromatiku tal-injam, b’intensità medja sa għolja, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott misjur, frott frisk, frott imnixxef, fjuri, għasel, ġamm, ħxejjex aromatiċi, pjanti, balzmi, ħwawar, u aromi ta’ xiwi u ħami.

Togħmiet karatteristiċi

Friski, ibbilanċjati u intensi, mimlija togħma u b’estratt, struttura u volum tajbin, b’finitura konsiderevolment twila li hija perfetta u ddum fil-ħalq.

*

Fejn ma ġewx stabbiliti limiti, għandha tiġi rispettata l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

*

Fi nbejjed li ġew immaturati fl-injam għal aktar minn tliet xhur, u li għandhom sa sena, l-aċidità volatili massima għandha tkun ta’ 0,85 gramma għal kull litru (14,17-il milliekwivalent għal kull litru (meq/l)). Fejn dawn l-inbejjed għandhom aktar minn sena, il-kwantitajiet għandhom ikunu ta’ 0,9 gramma għal kull litru (15 meq/l) flimkien ma’ 0,06 gramma għal kull litru (1 meq/l) għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ’l fuq minn volum ta’ 11 %. Fl-ebda każ ma għandhom jinqabżu l-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

Ribeiro Barrica (aħmar)

Kif jidher l-inbid

Trasparenti b’intensità ta’ kulur medja sa għolja, ilwien li jvarjaw minn vjola għal aħmar lewn iċ-ċirasa u sfumaturi li jvarjaw minn vjola għal lewn it-tafal, skont iż-żmien u l-metodu ta’ produzzjoni.

Karatteristiċi aromatiċi tal-inbid

Aromatikament kumplessi b’aromi nodfa u qawwija, b’bilanċ fil-komponent aromatiku tal-injam, b’intensità medja sa għolja, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott aħmar u skur misjur u frisk, frott imnixxef, fjuri, ġamm, ħxejjex aromatiċi, pjanti, prodotti tal-ħalib, balzmi, ħwawar, mixwija, u aromi ta’ xiwi, inkaljar u ħami.

Togħmiet karatteristiċi

Friski, ibbilanċjati u intensi, mimlija togħma u b’estratt, struttura u volum tajba, b’finitura konsiderevolment twila li hija perfetta u ddum fil-ħalq.

*

Fejn ma ġewx stabbiliti limiti, għandha tiġi rispettata l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

*

Fi nbejjed li ġew immaturati fl-injam għal aktar minn tliet xhur, u li għandhom sa sena, l-aċidità volatili massima għandha tkun ta’ 0,85 gramma għal kull litru (14,17-il milliekwivalent għal kull litru (meq/l)). Fejn dawn l-inbejjed għandhom aktar minn sena, il-kwantitajiet għandhom ikunu ta’ 0,9 gramma għal kull litru (15 meq/l) flimkien ma’ 0,06 gramma għal kull litru (1 meq/l) għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ’l fuq minn volum ta’ 11 %. Fl-ebda każ ma għandhom jinqabżu l-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

Ribeiro Espumoso (abjad u rożè)

Kif jidher l-inbid

Trasparenti bi bżieżaq fini u fissi, ilwien li jvarjaw minn sofor ċari sa dehbija (għall-inbejjed bojod frizzanti) u minn roża lewn il-lampun sa roża fl-oranġjo (għall-inbejjed rożè frizzanti). L-isfumaturi jvarjaw minn ilwien ħodor għal dehbija (għall-inbejjed bojod frizzanti) u minn sfumaturi vjola sa oranġjo (għall-inbejjed rożè frizzanti), skont iż-żmien u l-metodu ta’ produzzjoni.

Karatteristiċi aromatiċi tal-inbid

Aromatikament kumplessi b’aromi nodfa u qawwija, b’intensità medja sa għolja, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott misjur, frott frisk, frott imnixxef, ħmira, frak tal-ħobż, fjuri, għasel, ġamm, ħxejjex aromatiċi, pjanti, balzmi, ħwawar, u aromi ta’ xiwi.

Togħmiet karatteristiċi

Friski, ibbilanċjati u intensi, mimlija togħma u b’estratt, bi struttura u volum medji sa għoljin; il-bżieżaq huma fini, fissi, pjaċevoli, rotob u kremużi, u b’finitura medja sa twila li hija perfetta u ddum fil-ħalq.

*

Fejn ma ġewx stabbiliti limiti, għandha tiġi rispettata l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

16,7

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

185

Ribeiro Tostado (abjad u aħmar)

Kif jidher l-inbid

Trasparenti b’ilwien li jvarjaw minn sofor lewn l-ambra għal lewn il-kawba u sfumaturi li jvarjaw minn dehbija sa lewn il-qastan. Ilwien ħomor aktar ċari jistgħu jiżviluppaw fl-inbejjed ħomor skont iż-żmien u l-metodu ta’ produzzjoni tagħhom.

Karatteristiċi aromatiċi tal-inbid

Aromatikament kumplessi b’aromi nodfa u qawwija, b’intensità medja sa għolja, bil-preżenza ta’ xi wħud mid-deskritturi li ġejjin: frott misjur, frott imqadded, konfettura tal-frott, frott imnixxef, għasel, ħxejjex aromatiċi, ħwawar, balzmi, b’aromi ta’ xiwi, inkaljar u ħami u injam iebes.

Togħmiet karatteristiċi

Ħelwin u bbilanċjati, bi freskezza sottili, qawwija, b’volum għoli u b’sensazzjoni żejtnija, b’estratt u mimlija b’ħafna togħma, b’finitura intensa u twila ħafna li hija perfetta u ddum fil-ħalq.

*

Fejn ma ġewx stabbiliti limiti, għandha tiġi rispettata l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

*

Kontenut massimu ta’ kubrit: 200 mg/l għall-ħomor u 250 mg/l għall-bojod.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

13

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

35

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattika enoloġika speċifika

Bojod u ħomor

Ir-rendiment tal-estrazzjoni ma għandux jaqbeż it-72 litru ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb għal inbejjed magħmula mill-varjetajiet ewlenin tal-għeneb: Ribeiro Castes, Ribeiro Barrica u Ribeiro Espumoso. Għall-inbejjed l-oħra, iċ-ċifra hija ta’ 74 litru ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb.

L-inbejjed Ribeiro Castes għandhom isiru esklussivament mill-varjetajiet ewlenin.

L-inbejjed Ribeiro Barrica għandhom ikunu nbejjed ħomor jew bojod li, fi kwalunkwe punt fil-proċess tal-produzzjoni, ikunu nżammu fi btieti b’volum massimu ta’ 600 litru, u li jsiru esklussivament mill-varjetajiet ewlenin tal-għeneb.

Inbid frizzanti

Magħmul biss minn varjetajiet ewlenin tal-għeneb, bl-użu tal-metodu tradizzjonali, fil-verżjonijiet “Brut” u “Brut Nature”.

Tostado

Magħmul esklussivament mill-varjetajiet ħomor jew bojod ewlenin kif xieraq. Bl-użu ta’ proċess tat-tnixxif naturali tal-għeneb f’żoni koperti mill-karatteristiċi xierqa li jippermettu tnixxif xieraq bl-użu ta’ ventilazzjoni naturali. Il-perjodu tat-tnixxif huwa ta’ mill-anqas tliet xhur. Most minn, tal-anqas, 350 gramma ta’ zokkor għal kull litru. Ir-rendiment massimu għandu jkun ta’ 40 litru ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb imqadded. Dan għandu jgħaddi minn proċess ta’ maturazzjoni f’kontenituri tal-ballut jew tal-injam mis-siġar taċ-ċirasa b’mod li jiġi żgurat li l-ħin totali f’kuntatt mal-injam ma jkunx anqas minn sitt xhur. Dan jinkludi, fejn rilevanti, it-tidwir ta’ taħt fuq matul il-proċess tal-fermentazzjoni. Il-proċess tal-maturazzjoni fil-fliexken ma għandux ikun anqas minn tliet xhur.

Prattika ta’ kultivazzjoni

Il-pjanti ġodda mħawla għandu jkollhom densità minima ta’ 3 000 dielja għal kull ettaru.

L-irmondar annwali għandu juża l-irmondar tat-tip Guyot, bil-metodu cordon, gobelet jew bl-ixprun.

Is-sistemi ta’ tħarriġ għandhom jużaw kannizzati jew lasti.

b.   Rendimenti massimi

Għeneb abjad ewlieni għal Castes, Barrica u Espumoso

13 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Għeneb abjad ewlieni għal Castes, Barrica u Espumoso

93,6 ettolitru għal kull ettaru

Għeneb abjad ewlieni għal Tostado

13 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Għeneb abjad ewlieni għal Tostado

52 ettolitru għal kull ettaru

Għeneb aħmar ewlieni għal Tostado

12 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Għeneb aħmar ewlieni għal Tostado

48 ettolitru għal kull ettaru

Għeneb abjad u aħmar ewlieni għal inbejjed għajr dawk imsemmija hawn fuq

19 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Għeneb abjad u aħmar ewlieni għal inbejjed għajr dawk imsemmija hawn fuq

140,6 ettolitru għal kull ettaru

Varjetajiet sekondarji

19 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet sekondarji

140,6 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-inbejjed koperti mid-DOP Ribeiro tinkludi l-artijiet li jinsabu fil-muniċipalitajiet u l-lokalitajiet li ġejjin: il-muniċipalitajiet ta’ Ribadavia, Arnoia, Castrelo de Miño, Carballeda de Avia, Leiro, Cenlle, Beade, Punxín u Cortegada; il-parroċċi ta’ Banga, Cabanelas u O Barón, il-muniċipalità ta’ O Carballiño; il-parroċċi ta’ Pazos de Arenteiro, Albarellos, Laxas, Cameixa u Moldes fil-muniċipalità ta’ Boborás; il-lokalitajiet ta’ Santa Cruz de Arrabaldo u Untes fil-muniċipalità ta’ Ourense; u fil-muniċipalità ta’ Toén, il-lokalitajiet ta’ Puga, A Eirexa de Puga, O Olivar, ir-raħal ta’ Feá y Celeirón u l-parroċċa ta’ Alongos; u r-raħal ta’ A Touza fil-muniċipalità ta’ San Amaro.

Il-muniċipalitajiet kollha jinsabu fil-provinċja ta’ Ourense, fil-Komunità Awtonoma tal-Galizja.

7.   Varjetà/varjetajiet ewlenin tal-għeneb għall-inbid

 

FERRÓN

 

ALBARIÑO

 

MENCÍA

 

BRANCELLAO

 

CAÍÑO BLANCO

 

CAÍÑO BRAVO

 

TREIXADURA

 

CAÍÑO TINTO

 

SOUSÓN

 

TORRONTÉS

 

GODELLO

 

LADO

 

LOUREIRA - LOUREIRO BLANCO

 

CAÍÑO LONGO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Inbid

Id-distrett jinsab f’dik li hija magħrufa bħala ż-żona ta’ tranżizzjoni klimatika tal-Galizja, maħluqa bil-kombinazzjoni tal-kenn mill-muntanji tal-madwar u l-prossimità tal-Oċean Atlantiku. Il-klima hija moderata u Mediterranja b’influwenza tal-Atlantiku mmoderata mill-firxiet tal-muntanji li jinsabu fil-Punent tad-distrett. Il-muntanji jipproteġu d-distrett mill-maltempati ġejjin mill-baħar. Karatteristiċi notevoli jinkludu temperaturi li jvarjaw b’mod sinifikanti minn matul il-jum għal billejl; livelli baxxi ta’ xita wara d-dakkir; artijiet mhux maħduma, fil-biċċa l-kbira tal-granit, b’kapaċità baxxa tal-għalqa, u l-art wieqfa tal-muntanji.

Id-distrett huwa fil-limitu tal-adegwatezza għall-vitikultura. Il-frott ma jimmaturax faċilment, iżda jilħaq il-maturità alkoħolika meħtieġa fl-istess ħin tal-maturità fenolika. B’dan il-mod, iżomm freskezza bbilanċjata pprovduta mill-aċidità naturali bl-aċidu tartariku jipprevali fuq il-maliku. In-natura kemxejn kontinentali taż-żona, flimkien mal-kurrenti tal-arja prevalenti, jipproduċu differenza sinifikanti fit-temperatura minn matul il-jum għal billejl. Dan jgħin biex il-maturazzjoni ssir bil-mod, u b’hekk jiġu intensifikati l-freskezza naturali u l-aroma.

Billi ħadu vantaġġ mill-art bl-għoljiet tad-distrett, il-produtturi ħawlu vinji fuq l-għoljiet li huma l-aktar orjentati b’mod favorevoli. F’ħafna każijiet, bnew artijiet imtarrġa biex jieħdu ħsieb il-vinji u jagħtu aktar fond lill-ħamrija, li rriżulta f’pajsaġġ li fih l-intervent tal-bniedem huwa evidenti ħafna. B’dan il-mod, il-produtturi żguraw li l-pjanti jirċievu biżżejjed dawl tax-xemx u b’hekk joħolqu z-zokkor meħtieġ għall-produzzjoni tal-inbid b’kontenut tajjeb ta’ alkoħol. Din, kif intqal qabel, hija żona fil-limitu tal-adegwatezza għall-vitikultura.

Aspett fundamentali ieħor tar-rabta bejn dawn l-inbejjed u ż-żona jikkonċerna l-varjetajiet disponibbli tal-għeneb. Ħafna minnhom huma varjetajiet tradizzjonalment imkabbra fid-distrett iżda rarament jinstabu f’żoni oħra ta’ vitikultura. Fost dawn, il-varjetà bajda Treixadura hija prominenti, l-aktar rappreżentattiva u mkabbra ħafna f’din iż-żona ġeografika. Dawn il-varjetajiet huma adattati kompletament għall-ambjent u jirriżultaw mill-għażliet tal-produtturi matul iż-żmien. Bil-kundizzjonijiet tad-distrett, dawn il-varjetajiet, b’mod partikolari Treixadura, jipproduċu nbejjed li huma ferm aromatiċi u b’togħma ta’ frott b’noti ta’ fjuri. Il-kontenut tal-alkoħol ipatti għall-aċidità, li jirriżulta fi nbejjed friski u bbilanċjati.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

L-inbejjed frizzanti ta’ kwalità tad-DOP Ribeiro jsiru bil-metodu tradizzjonali. Il-karatteristiċi tagħhom huma marbuta mill-qrib mal-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi u mal-varjetajiet tal-għeneb li jintużaw.

Dan l-ambjent huwa kkaratterizzat minn klima moderata ta’ karattru Mediterranju b’influwenzi mill-Atlantiku. It-temperaturi jvarjaw b’mod sinifikanti minn matul il-jum għal billejl b’livelli baxxi ta’ xita wara d-dakkir. Il-ħamrija għandha kapaċità baxxa ta’ żamma tal-ilma u hija magħluqa b’art muntanjuża. Din hija żona fejn il-vitikultura żviluppat taħt kundizzjonijiet restrittivi u l-għeneb ma jimmaturax faċilment. B’reazzjoni għal dan, il-vitikulturi jieħdu vantaġġ mill-art bl-għoljiet taż-żona billi jikkultivaw vinji fil-ġnub tal-għoljiet l-aktar esposti għax-xemx. Id-differenza fit-temperatura matul il-jum għal billejl twassal biex il-frott jimmatura bil-mod. Dan jintensifika l-freskezza naturali u l-aroma ta’ dawn l-inbejjed frizzanti.

Il-varjetajiet tal-għeneb użati huma kollha indiġeni u adattati għall-kundizzjonijiet ambjentali partikolari tad-distrett. Dawn huma r-riżultat tal-proċess tal-għażla li sar mill-produtturi taż-żona matul is-snin. Il-varjetà Treixadura, l-aktar imkabbra b’mod wiesa’, hija prominenti fosthom. Madankollu, il-varjetajiet Loureiro u Albariño huma wkoll adattati ħafna biex jiġu magħmula dawn l-inbejjed. Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima ta’ dan id-distrett ifissru li dawn il-varjetajiet jistgħu jiġu maħsuda kmieni, ladarba jintlaħaq il-bilanċ korrett ta’ zokkor u aċidità. B’dan il-mod, l-għeneb jinqata’ meta jkollu kontenut moderat ta’ zokkor u livell raġonevoli ta’ aċidità. B’hekk ikun possibbli li jiġu prodotti nbejjed bażi bbilanċjati li mhumiex alkoħoliċi żżejjed iżda li huma ferm aromatiċi. F’żoni oħra ta’ vitikultura, fil-qrib, il-prattika li l-ħsad isir qabel, sabiex il-qawwa alkoħolika tal-inbid bażi tkun moderata, tirriżulta f’żieda fl-aċidità, u dan ma jseħħx hawnhekk. Il-kawża ewlenija tkun l-aċidu maliku eċċessiv li jnaqqas il-kwalità tal-inbid prodott.

Dawn il-varjetajiet jirrappreżentaw wirt ġenetiku ta’ valur kbir. Dan jagħti kwalità unika lit-tipi differenti ta’ nbid minn dan id-distrett, b’mod partikolari lill-inbejjed frizzanti ferm aromatiċi u b’togħma ta’ frott.

Inbid minn għeneb imqadded (“Tostados”)

Tostado del Ribeiro huwa nbid magħmul minn għeneb imqadded. Il-karatteristiċi partikolari tiegħu jirriżultaw mill-materja prima użata biex jiġi prodott, u mill-kundizzjonijiet ambjentali naturali u l-metodu ta’ produzzjoni partikolari, ir-riżultat tal-għarfien espert tal-produtturi lokali.

Il-materja prima tikkonsisti f’varjetajiet tal-għeneb li huma indiġeni għaż-żona u li huma adattati għall-kundizzjonijiet ambjentali partikolari. Il-varjetà Treixadura, l-aktar imkabbra b’mod wiesa’ u l-aktar tipika, hija prominenti fost dawn il-varjetajiet.

L-ambjent huwa kkaratterizzat minn klima moderata ta’ karattru Mediterranju b’influwenzi mill-Atlantiku. It-temperaturi jvarjaw b’mod sinifikanti minn matul il-jum għal billejl b’livelli baxxi ta’ xita wara d-dakkir. Il-ħamrija mhux ikkultivata għandha kapaċità baxxa ta’ żamma tal-ilma u hija magħluqa b’art muntanjuża. Id-dwieli jitkabbru fuq il-ġnub tal-għoljiet li huma l-aktar esposti għax-xemx sabiex tkun possibbli maturazzjoni tajba.

Iż-żona hija fil-limitu tal-adegwatezza għall-vitikultura, fejn mhuwiex faċli għad-dwieli li jimmaturaw sew. Il-maturazzjoni hija possibbli biss minħabba li l-varjetajiet tal-għeneb użati huma adattati u mkabbra f’irqajja’ orjentati bir-reqqa. Dan huwa dak li jagħmel l-inbid speċjali ħafna. Dan huwa nbid ħelu minn żona fejn, normalment, il-kundizzjonijiet ambjentali naturali ma jippermettux il-produzzjoni tiegħu.

Dan huwa possibbli bis-saħħa tat-tekniki tal-produzzjoni li l-produtturi lokali żviluppaw matul iż-żmien. Wara l-ħsad tal-għeneb, il-produtturi jagħmlu l-għenieqed soġġetti għal proċess kumpless ta’ maturazzjoni f’żoni koperti minn ventilazzjoni naturali. Il-varjetà Treixadura hija partikolarment adattata għat-tqaddid peress li l-qoxra tagħha hija eħxen u aktar reżistenti minn dik ta’ varjetajiet oħra. Dan jagħmilha aktar kapaċi li tlaħħaq mal-proċess tat-tqaddid naturali.

Barra minn hekk, fil-ħarifa ma tagħmilx xita daqs kemm mistenni meta wieħed iqis il-prossimità mal-Atlantiku. Dan huwa minħabba l-barriera protettiva fformata mill-muntanji li tagħlaqha lejn il-Punent. Dawn il-kundizzjonijiet jgħinu l-proċess tat-tqaddid. L-għeneb mhuwiex soġġett għal livelli għoljin wisq ta’ umdità relattiva, li jdewmu l-proċess tad-deidratazzjoni naturali u jżidu r-riskju ta’ mard kriptogamiku. Barra minn hekk, it-temperaturi fil-ħarifa għandhom ħabta li jkunu moderati, u dan jgħin fil-proċess tat-tnixxif. Id-distretti li jinsabu aktar ’il ġewwa mill-kosta jista’ jkollhom il-vantaġġ ta’ umdità ambjentali aktar baxxa. Madankollu, l-iżvantaġġ ta’ dan huwa li t-temperaturi baxxi jagħmlu t-tnixxif naturali aktar diffiċli.

Ir-riżultat ta’ dan il-proċess huwa nbid ħelu u bbilanċjat b’kontenut totali ta’ zokkor ta’ aktar minn 120 gramma għal kull litru, li huwa tipiku ħafna tal-kultura ta’ vitikultura tad-distrett. Dan huwa apprezzat ħafna, jiswa l-flus biex jiġi prodott u jgawdi minn reputazzjoni eċċellenti.

9.   Rekwiżiti essenzjali oħra

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

It-trasport u l-ibbottiljar barra miż-żona tal-produzzjoni joffru riskju għall-kwalità tal-inbid, li jidher fil-fenomeni tat-tnaqqis fl-ossidu, fil-varjazzjoni fit-temperaturi u f’affarijiet oħra. Ir-riskju jsir aktar serju hekk kif tikber id-distanza miż-żona tal-produzzjoni. L-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini jippermetti l-preżervazzjoni tal-karatteristiki u tal-kwalitajiet tal-prodott. Dan, flimkien mal-esperjenza u mal-għarfien profond tal-kwalitajiet partikolari tal-inbejjed, li nbnew tul is-snin mill-fabbriki tal-inbid tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Ribeiro”, jagħmlu l-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini neċessarju. Għaldaqstant, il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi kollha ta’ dawn l-inbejjed huma ppreżervati.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

It-tikketti tal-inbejjed ibbottiljati għandhom jinkludu l-logo u l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini.

Għall-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini “Ribeiro” li jiġu prodotti mill-varjetajiet ewlenin, għandha tiġi permessa l-inklużjoni tal-kliem li ġejjin fuq it-tikketti, l-ippakkjar u l-materjali tar-reklamar: “Castes”, “Barrica”, “Espumoso” u “Tostado”, kif xieraq.

Għall-inbejjed mhux ikklassifikati bħala “Castes”, “Barrica”, “Espumoso” jew “Tostado”, il-kliem “caste” u “autóctonas” ma għandhomx jitħallew jidhru fuq it-tikketta tagħhom, u lanqas l-isem ta’ kwalunkwe waħda mill-varjetajiet ewlenin. Bl-istess mod, ma għandha tkun tista’ tintuża l-ebda kelma oħra li tista’ tqarraq lill-konsumatur rigward il-karatteristiċi tal-inbid, b’mod partikolari kliem li jistgħu jwasslu għal konfużjoni mal-inbejjed tal-kategoriji Ribeiro Castes, Ribeiro Barrica, Ribeiro Espumoso u Ribeiro Tostado.

Is-sena tal-ħsad għandha tidher fuq it-tikkettar tal-inbejjed fil-kategoriji Castes u Barrica.

L-ippakkjar għandu jinkludi siġilli nnumerati ta’ kwalità jew tikketti ta’ quddiem/wara, maħruġa mill-Bord Regolatorju. Dawn għandhom jitwaħħlu fil-fabbrika tal-inbid korrispondenti.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://mediorural.xunta.gal/fileadmin/arquivos/alimentacion/produtos_calidade/2019/DOP_RIBEIRO_Pliego_Condiciones_octubre_2019_definitivo-C.pdf


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/45


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba mressqa minn Entità Kontraenti

(2020/C 196/10)

Fit-3 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba f’konformità mal-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien l-4 ta’ Diċembru 2019.

Din it-talba saret minn ENEL Green Power u tikkonċerna attivitajiet relatati mal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fl-Italja.

L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jistipula li “kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva”. Il-valutazzjoni tal-attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha perjodu ta’ 105 jum tax-xogħol li jibda jgħodd mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq, biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba. Għalhekk il-perjodu inizjali jiskadi fid-29 ta’ April 2020.

Skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernata jew l-awtorità nazzjonali indipendenti kompetenti, jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha, jew jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien xieraq. Fis-6 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani jipprovdu informazzjoni addizzjonali sa mhux iktar tard mill-20 ta’ Frar. It-tweġiba tal-awtoritajiet Taljani waslet fis-6 ta’ Marzu 2020.

Fid-dawl tal-kuntest attwali u tal-effetti tal-pandemiji tal-COVID 19, l-Applikant u l-Kummissjoni qablu li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi adottata sal-15 ta’ Lulju 2020.

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, talbiet oħrajn li jikkonċernaw l-istess attività fl-Italja li jitressqu qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ fir-rigward ta’ din it-talba ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda u għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).