ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 186

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
5 ta' Ġunju 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2020/C 186/01

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tar-riskju fil-qasam tal-wirt kulturali

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 186/02

Rata tal-kambju tal-euro — L-4 ta' Ġunju 2020

7


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 186/03

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li mhijiex minuri, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

8

2020/C 186/04

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

19

2020/C 186/05

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

23

2020/C 186/06

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

38


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

5.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/1


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tar-riskju fil-qasam tal-wirt kulturali

(2020/C 186/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRA:

1.

il-kuntest politiku kif jinsab fl-Anness;

FILWAQT LI JFAKKAR LI:

2.

il-wirt kulturali fid-diversità kollha tiegħu (kemm jekk tanġibbli - li jinkludi siti u pajsaġġi, artefatti u monumenti - kif ukoll jekk intanġibbli, li jiġbor fih l-għarfien, il-ħiliet u l-prattiki, it-tradizzjonijiet orali u l-arti tal-ispettaklu) jirrappreżenta sors importanti ta’ identità, innovazzjoni u kreattività għall-individwi u s-soċjetà u, minbarra l-valur intrinsiku imprezzabbli tiegħu għall-iżvilupp u l-benesseri tas-soċjetà Ewropea, jagħti wkoll kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp sostenibbli;

3.

is-sinifikat tal-wirt kulturali, enfasizzat fl-Aġenda Strateġika l-Ġdida tal-UE għall-2019-2024 u mogħti prijorità fil-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura għall-2019-2022 u fl-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura, jenħtieġ li jitqies kemm meta jiġu segwiti l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli kif ukoll waqt it-tfassil ta’ aġendi għall-iżvilupp fil-livell nazzjonali;

4.

il-wirt kulturali jista’ jkun f’riskju f’ħafna modi differenti, kemm minħabba attività tal-bniedem intenzjonata jew mhix, periklu naturali, okkorrenza ta’ darba jew avveniment rikorrenti, jew bħala riżultat ta’ deterjorament bil-mod, depopolazzjoni jew diżastru għal għarrieda;

5.

il-kisbiet tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 jenħtieġ li jintużaw bħala bażi għal azzjoni affermattiva dwar l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji fil-qasam tal-wirt kulturali;

6.

il-protezzjoni tal-wirt kulturali kontra theddid varju hija l-għan ta’ sett ta’ azzjonijiet iddedikati skont it-tielet pilastru tal-Qafas Ewropew għall-Azzjoni dwar il-Wirt Kulturali, jiġifieri “Il-wirt kulturali għal Ewropa reżiljenti”.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXI:

7.

l-istrumenti, l-istandards u l-prinċipji normattivi rikonoxxuti internazzjonalment għall-konservazzjoni u r-restawr, u l-kontribut ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali (bħall-Unesco u l-Kunsill tal-Ewropa) kif ukoll organizzazzjonijiet governattivi, intergovernattivi (bħal ICCROM), nongovernattivi u professjonali (bħal ICOMOS u ICOM) għall-preservazzjoni tal-wirt kulturali;

8.

l-urġenza biex titħeġġeġ il-kooperazzjoni fil-livelli rilevanti kollha u mas-sħab rilevanti sabiex jiġu rikonoxxuti l-fatturi ta’ riskju, u għalhekk l-importanza tal-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju fil-qasam tal-wirt kulturali;

9.

li l-istabbiliment ta’ miżuri fit-tul bl-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju flimkien ma’ politiki ppjanati, miżuri ta’ protezzjoni u prattiki tajbin huwa kruċjali biex tiġi evitata u tittaffa b’mod effiċjenti l-ħsara f’approċċ li jiffoka fuq in-nies għas-salvagwardja tal-wirt kulturali.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXI LI:

10.

it-tibdil fil-klima huwa fenomenu globali u sfida kolossali li għandu influwenza kbira fuq il-wirt kulturali u naturali, u li huwa meħtieġ, kemm jista’ jkun, li jittieħdu miżuri biex jiġu evitati u jittaffew l-impatti negattivi, isir adattament għalihom u, fejn ikun possibbli, jitreġġgħu lura;

11.

f’dawn iż-żminijiet ta’ inċertezza li dejjem qed tikber fuq livell internazzjonali, inkluż żieda fl-għadd ta’ emerġenzi u diżastri, is-salvagwardja u l-ġestjoni sostenibbli tal-wirt kulturali hija sors importanti ta’ reżiljenza tas-soċjetà u assi fl-azzjoni dwar il-klima, u, f’dak ir-rigward, l-UE u l-Istati Membri tagħha jistgħu jaqdu rwol importanti bħala atturi globali fil-ġestjoni tar-riskju tal-wirt kulturali;

12.

kriżijiet bħall-pandemija tal-COVID-19 iħallu impatt ekonomiku u soċjali kbir fuq is-setturi kulturali u kreattivi. It-telf kritiku ta’ dħul, l-interruzzjoni fl-iskambju ta’ għarfien, il-waqfien tax-xogħol ta’ manutenzjoni u restawr, ir-restrizzjoni tal-aċċess u tal-parteċipazzjoni, fost l-oħrajn, jitolbu li ssir enfasi aktar b’saħħitha fuq is-sostenibbiltà u r-reżiljenza bħala element ewlieni tal-ġestjoni tal-wirt kulturali;

13.

l-ippjanar spazjali, il-kostruzzjoni ta’ binjiet u l-iżvilupp tat-territorji, kemm fil-bliet kif ukoll fiż-żoni rurali, jeħtieġu l-impenn sħiħ tal-partijiet involuti sabiex il-wirt kulturali jitqies bħala assi u ma jkunx mhedded jew ittraskurat;

14.

l-inklużjoni tal-ġestjoni tar-riskju fl-edukazzjoni, kemm fit-taħriġ professjonali kif ukoll bħala parti mit-tagħlim tul il-ħajja, hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-komunitajiet ikunu infurmati dwar ir-riskji u jinvolvu ruħhom aktar fil-miżuri ta’ salvagwardja u konservazzjoni;

15.

ir-riċerka taqdi rwol importanti biex jinftiehmu n-natura u l-impatt tat-theddid, bħat-tibdil fil-klima, u fl-iżvilupp ta’ metodoloġiji innovattivi u effiċjenti għall-ġestjoni tar-riskju fil-qasam tal-wirt kulturali.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX SKONT L-OQSMA TA’ KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM U FIL-KONFORMITÀ DOVUTA MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ:

16.

jidentifikaw għodod u approċċi innovattivi disponibbli fil-livell tal-UE għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, it-tħejjija u l-mitigazzjoni tar-riskju u jużawhom b’mod attiv sabiex jikkontribwixxu għall-proċess ta’ preservazzjoni sostenibbli, monitoraġġ u valutazzjoni tar-riskju aktar faċli;

17.

jikkondividu informazzjoni dwar netwerks eżistenti ta’ esperti fil-qasam tal-wirt, fil-livell nazzjonali u f’livelli oħrajn, biex jippromwovu l-identifikazzjoni, il-protezzjoni, il-konservazzjoni u/jew ir-restawr tal-wirt kulturali tal-Ewropa;

18.

jiżviluppaw, fejn xieraq, mekkaniżmi komuni għall-ġestjoni tar-riskju, jippromwovu l-kooperazzjoni fil-livelli kollha u jsaħħu, fil-livelli kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u tal-ġestjoni tal-wirt, l-adozzjoni ta’ approċċi kollaborattivi bbażati fuq il-prinċipji tal-governanza parteċipattiva u r-responsabbiltà kondiviża;

19.

jirrikonoxxu u jintegraw il-wirt kulturali fil-politiki u fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE, u jistabbilixxu, fejn xieraq, kooperazzjoni transsettorjali, sabiex jiżguraw ġestjoni adegwata tar-riskju fil-qasam tal-wirt kulturali, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet rilevanti kif definiti mid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili;

20.

jagħtu attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali f’żoni inqas popolati, bil-ħsieb li l-miżuri rilevanti tal-mitigazzjoni tar-riskju jsiru disponibbli fil-livelli lokali u reġjonali;

21.

isaħħu r-rwol kemm tar-reġistrazzjoni kif ukoll tad-dokumentazzjoni fir-rigward tal-preservazzjoni ta’ kontenut mhux diġitali, kontenut diġitalizzat u kontenut diġitali fin-natura tiegħu, li fir-rigward tiegħu għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji tal-interoperabbiltà, il-kompatibbiltà, l-aċċessibbiltà u s-sostenibbiltà;

22.

jinkoraġġixxu attivitajiet li jappoġġaw il-manutenzjoni regolari tal-wirt kulturali mibni u mobbli kif ukoll il-ġestjoni tal-pajsaġġ u l-użu ta’ metodi, tekniki u materjali xierqa u ta’ kwalità għolja fil-proċess ta’ konservazzjoni sabiex tiġi promossa s-sostenibbiltà;

23.

jippromwovu s-salvagwardja u t-trasferiment ta’ ħiliet u snajja’ tradizzjonali, u jfasslu, fejn xieraq, attivitajiet speċifiċi ta’ taħriġ biex jindirizzaw il-ġestjoni tar-riskju fil-fażijiet kollha tal-iżvilupp professjonali għall-esperti fil-qasam tal-wirt u professjonijiet rilevanti oħra;

24.

iżidu l-għarfien dwar it-teknoloġija diġitali emerġenti u jużawha - speċjalment l-avvanzi fit-teknoloġiji 3D — li tipprovdi bażi għal riċerka, dokumentazzjoni u interpretazzjoni innovattivi tal-wirt kulturali, kif ukoll għall-applikazzjoni ta’ metodi xierqa ta’ salvagwardja;

25.

jużaw, kif xieraq, data disponibbli pprovduta minn programmi satellitari, bħal Copernicus, u sorsi oħra, sabiex jissorveljaw il-wirt kulturali; f’dan ir-rigward, jistgħu jintużaw il-prodotti miksuba mit-teknoloġiji ta’ osservazzjoni tad-dinja, bħall-mapep ta’ valutazzjoni tar-riskju u l-indikaturi tat-tibdil fil-klima;

26.

isaħħu r-rwol sinifikanti fil-ġestjoni tar-riskju li għandhom l-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet kulturali, bħall-mużewijiet, l-arkivji, il-libreriji, il-pinakoteki, id-depożitarji u s-sidien ta’ proprjetà kulturali, kif ukoll iċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili, u jenfasizzaw il-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib bejniethom.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

27.

jissensibilizzaw u jimmobilizzaw ir-riżorsi finanzjarji u loġistiċi eżistenti għal kwistjonijiet relatati mas-salvagwardja tal-wirt fil-periklu;

28.

isaħħu l-opportunitajiet għas-sensibilizzazzjoni, il-mobbiltà u l-iskambju ta’ esperjenzi bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex ikunu kondiviżi aħjar il-prattiki tajbin, speċjalment dwar l-irkupru minn diżastri, u l-aħħar avvanzi fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju, u biex jiġu appoġġati t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u t-trasferiment tal-għarfien;

29.

jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ Ewropej biex jipparteċipaw f’diversi attivitajiet fil-qasam tal-wirt kulturali, inkluż dawk li jżidu l-importanza marbuta mas-salvagwardja tal-wirt;

30.

jikkontribwixxu, kif xieraq, għas-suġġetti relatati mal-ġestjoni tar-riskju fil-qafas tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-wirt kulturali, b’attenzjoni partikolari għall-metodi għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-telf, kif ukoll l-analiżi u l-prijoritizzazzjoni f’azzjoni ta’ segwitu għal riskju;

31.

jipprovdu komunikazzjoni pożittiva lill-pubbliku dwar il-valur tal-wirt kulturali billi jippromwovu l-imġiba responsabbli u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ salvagwardja.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

32.

tikkunsidra li tipproduċi manwal tal-UE dwar il-ġestjoni tar-riskju fil-qasam tal-wirt kulturali, li jista’ jkun ibbażat fuq: a) ir-riżultati tal-proġetti elenkati taħt id-disa’ grupp intitolat “Il-protezzjoni tal-wirt kulturali kontra diżastri naturali u t-tibdil fil-klima” tal-Qafas Ewropew għall-Azzjoni dwar il-Wirt Kulturali, b) l-analiżi tas-sommarji nazzjonali dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri li għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020, f’konformità mal-linji gwida għar-rappurtar dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastru skont l-Artikolu 6(1)d tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u c) elementi rilevanti mill-pjanijiet jew l-istrateġiji nazzjonali ta’ adattament għat-tibdil fil-klima. L-isforzi li saru b’rabta mal-istabbiliment ta’ netwerk ta’ ċentri ta’ kompetenza fl-UE biex jiġi ssalvagwardjat l-għarfien tal-wirt kulturali fil-periklu permezz ta’ diġitalizzazzjoni fuq skala kbira, imħabbra fl-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura, jistgħu jintużaw ukoll f’dan il-kuntest;

33.

tkompli d-djalogu u l-kooperazzjoni li għaddejjin bħalissa ma’ netwerks li jkunu kisbu esperjenza siewja fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju fil-qasam tal-wirt kulturali;

34.

tfittex sinerġiji mal-organizzazzjonijiet (governattivi, intergovernattivi u nongovernattivi) internazzjonali rilevanti sabiex il-wirt kulturali jiġi ppreservat u protett b’mod sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet tal-preżent u tal-futur.

ANNESS

Dokumenti ta’ politika rilevanti

Il-Kunsill Ewropew

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2017 (EUCO 19/1/17 REV 1)

Aġenda Strateġika Ġdida 2019-2024 (adottata mill-Kunsill Ewropew fl-20 ta’ Ġunju 2019)

Dikjarazzjonijiet Ministerjali

Id-Dikjarazzjoni ta’ Davos - Lejn Baukultur ta’ kwalità għolja għall-Ewropa, 20-22 ta’ Jannar 2018

Dikjarazzjoni ta’ kooperazzjoni dwar it-tmexxija ’l quddiem tad-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali, Brussell, Jum Diġitali 2019, 8 ta’ April 2019

Id-Dikjarazzjoni ta’ Bucharest tal-Ministri għall-Kultura u tar-rappreżentanti tagħhom dwar ir-rwol tal-kultura fil-bini tal-ġejjieni tal-Ewropa, 16 ta’ April 2019

Id-Dikjarazzjoni adottata matul il-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea responsabbli għall-Kultura u l-Affarijiet Ewropej, Pariġi, 3 ta’ Mejju 2019

Il-Kunsill

Konklużjonijiet

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-arkitettura: il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp sostenibbli (ĠU C 319, 13.12.2008, p. 13)

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar il-kultura bħala katalist għall-kreattività u l-innovazzjoni (8749/1/09 REV 1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp lokali u reġjonali (ĠU C 135, 26.5.2010, p. 15)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-wirt kulturali bħala riżorsa strateġika għal Ewropa sostenibbli (ĠU C 183, 14.6.2014, p. 36)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-governanza parteċipatorja tal-patrimonju kulturali (ĠU C 463, 23.12.2014, p. 1)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-aċċess għall-kultura permezz ta’ mezzi diġitali b’enfasi fuq l-iżvilupp tal-udjenza (ĠU C 425, 12.12.2017, p. 4)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħtieġa li l-wirt kulturali jitpoġġa fuq quddiem fil-politiki kollha tal-UE (ĠU C 196, 8.6.2018, p. 20)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2019-2022 (ĠU C 460, 21.12.2018, p. 12)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ kreattivi (ĠU C 189, 5.6.2019, p. 34)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar approċċ strateġiku tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali u qafas għal azzjoni (ĠU C 192, 7.6.2019, p. 6)

Riżoluzzjonijiet

Riżoluzzjoni tal-Ministri responsabbli għall-Affarijiet Kulturali, li ltaqgħu fil-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 1986 dwar il-protezzjoni tal-wirt arkitettoniku Ewropew (ĠU C 320, 13.12.1986, p. 1)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar id-Dimensjoni Kulturali tal-Iżvilupp Sostenibbli(ĠU C 410, 6.12.2019, p. 1)

Il-Kummissjoni

Komunikazzjonijiet

Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali (COM(2014) 477 final)

It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura. Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja f’Gothenburg, is-17 ta’ Novembru 2017 (COM(2017) 673 final)

Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura (COM(2018) 267 final)

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final)

Komunikazzjonijiet Konġunti tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

Lejn Strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali (JOIN(2016) 29 final)

Avviżi

Linji Gwida għar-Rappurtar dwar il-Ġestjoni tar-Riskju ta’ Diżastri, Art. 6(1)d tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (ĠU C 428, 20.12.2019, p. 8)

Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal

Qafas Ewropew għall-Azzjoni dwar il-Wirt Kulturali (SWD(2018) 491 final)

Rapporti

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 (COM (2019) 548 final)

Studji

Nissalvagwardjaw il-wirt kulturali minn diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem. Analiżi komparattiva tal-ġestjoni tar-riskju fl-UE - Studju (April 2018)

In-Nazzjonijiet Uniti

Qafas ta’ Hyogo għal Azzjoni 2005-2015: Il-Formazzjoni ta’ reżiljenza ta’ nazzjonijiet u komunitajiet għal diżastri

Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030

Il-Unesco

Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta’ Konflitt Armat (Konvenzjoni tal-Aja, 1954)

Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Patrimonju Dinji Kulturali u Naturali (1972)

Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali ta’ Taħt l-Ilma (2001)

Karta dwar il-Preservazzjoni tal-Wirt Diġitali (2003)

Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli (2003)

Strateġija għat-Tnaqqis tar-Riskju fil-Proprjetajiet tal-Wirt Dinji (verżjoni riveduta, 2007)

Il-Ġestjoni tar-Riskju ta’ Diżastri għall-Wirt Dinji (manwal, Ġunju 2010)

Dikjarazzjoni ta’ Budapest dwar il-Wirt Kulturali (adottata mill-Kumitat għall-Wirt Dinji f’Ġunju 2002)

Il-Kunsill tal-Ewropa

Konvenzjoni Qafas dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà (Konvenzjoni ta’ Faro, 2005)

Rakkomandazzjoni CM/Rec (2017)1 lill-Istati Membri dwar l-Istrateġija Ewropea tal-Wirt Kulturali għas-seklu 21 (2017)

Konvenzjoni dwar ir-Reati marbutin mal-Proprjetà Kulturali (2017)

Ftehim EUR-OPA bejn il-pajjiżi Ewropej u Mediterranji dwar ir-Riskji Ewlenin

Studji oħra

L-Ewwel Għajnuna għall-Wirt Kulturali fi Żminijiet ta’ Kriżi (ICCROM u l-Fond Prince Claus għall-Kultura u l-Iżvilupp, 2018)

Il-Prinċipji ta’ Kwalità Ewropej għal Interventi Ffinanzjati mill-UE b’Impatt Potenzjali fuq il-Wirt Kulturali (ICOMOS, 2019)

Ir-Rapport dwar ir-Riskji Globali tal-2020 (Forum Ekonomiku Dinji)


Il-Kummissjoni Ewropea

5.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta' Ġunju 2020

(2020/C 186/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1250

JPY

Yen Ġappuniż

122,48

DKK

Krona Daniża

7,4557

GBP

Lira Sterlina

0,89685

SEK

Krona Żvediża

10,4172

CHF

Frank Żvizzeru

1,0786

ISK

Krona Iżlandiża

148,50

NOK

Krona Norveġiża

10,6048

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,623

HUF

Forint Ungeriż

344,90

PLN

Zloty Pollakk

4,4372

RON

Leu Rumen

4,8373

TRY

Lira Turka

7,5868

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6276

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5203

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7189

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7510

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5758

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 368,73

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,0059

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0066

HRK

Kuna Kroata

7,5725

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 856,88

MYR

Ringgit Malażjan

4,8077

PHP

Peso Filippin

56,109

RUB

Rouble Russu

77,8132

THB

Baht Tajlandiż

35,539

BRL

Real Brażiljan

5,6989

MXN

Peso Messikan

24,4761

INR

Rupi Indjan

84,9320


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/8


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li mhijiex minuri, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 186/03)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

"Queijo Terrincho"

Nru tal-UE: PDO-PT-0218-AM01 – 19.9.2016

DOP (X) IĠP ()

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Grupp Applikant

QUEITEQ – Cooperativa dos Produtores de Leite de Ovinos da Terra Quente, C.R.L. [Kooperattiva tal-produtturi tal-ħalib tan-nagħaġ fir-reġjun ta’ Terra Quente]

Interess leġittimu

Il-grupp ta’ produtturi magħmul mill-operaturi tal-"Queijo Terrincho" (produtturi u proċessuri) għandu interess leġittimu biex jippreżenta din l-applikazzjoni għal emenda. QUEITEQ – Cooperativa dos Produtores de Leite de Ovinos da Terra Quente, C.R.L. huwa l-grupp produttur li kien responsabbli għall-applikazzjoni inizjali għar-reġistrazzjoni.

Isem il-Grupp

QUEITEQ – Cooperativa dos Produtores de Leite de Ovinos da Terra Quente, C.R.L.

Tip ta’ grupp

Aktar minn persuna waħda

Parteċipanti

Produttur(i), proċessur(i)

Indirizz

Quinta Branca - Larinho

5160 - Torre de Moncorvo

Pajjiż

Il-Portugall

Telefon

+351 279258090

Email(s)

queitec@sapo.pt

2.   Stat Membru

Il-portugall

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

☐ Isem il-prodott

☒ Deskrizzjoni tal-prodott

☒ Żona ġeografika

☐ Prova tal-oriġini

☒ Metodu ta’ produzzjoni

☒ Rabta

☒ Tikkettar

☒ Oħrajn: iż-żieda ta’ logo tal-prodott

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti)

5.   Emenda/i

L-emendi kollha jittrattaw l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, peress li qatt ma ġie ppubblikat Dokument Uniku.

Deskrizzjoni tal-prodott

Emenda 1

Il-meded preċedentement indikati fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali għad-dijametru (13-20 cm) u għall-piż (0,8-1,2 kg) tal-ġobon ġew definiti mill-ġdid bħala ta’ 12-20 cm u ta’ 0,7-1,1 kg rispettivament.

Ġie introdott daqs ġdid ta’ ġobon “merendeira” (lunchbox), li ma kienx imsemmi qabel fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali, b’dijametru ta’ bejn 8 cm u 12 cm, għoli ta’ bejn 3 cm u 6 cm u piż ta’ bejn 0,35 kg u 0,55 kg.

Il-meded perċentwali permessi għax-xaħam fil-materja niexfa u għall-umdità fis-solidi li mhumiex xaħam tal-pejst, li preċedentement fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali kienu indikati bħala bejn 45-60 % u bejn 55-65 % rispettivament, ġew definiti mill-ġdid kif ġej: bejn 25-50 % ta’ xaħam fil-materja niexfa u bejn 35-60 % ta’ umdità fis-solidi li mhumiex xaħam.

Għalkemm ma kinitx preċedentement dikjarata fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali, ġiet speċifikata temperatura minima permessa għall-ħżin fit-tul ta’ “Queijo Terrincho” u ta’ “Queijo Terrincho”Velho [matur], jiġifieri ta’ -11 °C, li hija ogħla mit-temperatura li fiha l-ġobon jiffriża (-12 °C), biex b’hekk jiġu ppreżervati l-aroma, it-togħma u s-sawra karatteristiċi tal-pejst.

Dawn l-emendi saru minħabba tibdil fid-drawwiet tal-konsumaturi, jiġifieri xaqliba favur il-konsum ta’ ġobnijiet iżgħar b’kontenut aktar baxx ta’ xaħam u bi kwalitajiet aħjar ta’ konservabbiltà u ħajja itwal fuq l-ixkaffa, sabiex il-provvista tkun taqbel mad-domanda attwali għal porzjonijiet iżgħar li huma lesti biex jintużaw f’applikazzjonijiet kulinari speċifiċi (imqattgħin u ppakkjati minn qabel). Dawn saru wkoll minħabba li r-riżultati ta’ testijiet li saru matul dawn l-aħħar snin juru l-ħtieġa li jsiru korrezzjonijiet għall-valuri oriġinali (l-umdità permessa u l-kontenut ta’ xaħam) biex jirriflettu s-sitwazzjoni reali.

Emenda 2

Ġew speċifikati żewġ forom ġodda ta’ ħżin u ta’ preżentazzjoni, li ma kinux imsemmija qabel fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali, għal “Queijo Terrincho”Velho, li jiġi mmaturat għal mill-inqas 90 jum u jista’ wkoll jitqiegħed għall-bejgħ miksi b’pejst tal-bżar aħmar jew maqtugħ f’biċċiet u mgħaddas f’kontenituri biż-żejt taż-żebbuġa verġni.

L-użu ta’ dawn it-tekniki huwa ġustifikat minħabba li jżidu l-kwalitajiet ta’ konservabbiltà u l-ħajja tal-ġobon fuq l-ixkaffa, peress li hemm domanda mill-konsumaturi għal ġobnijiet koperti bil-pejst tal-bżar aħmar jew maqtugħin f’biċċiet u mgħaddsa f’kontenituri biż-żejt taż-żebbuġa verġni, tekniki li malajr ġew assoċjati ma’ ġobnijiet li jitħallew jimmaturaw għal żmien itwal, bħall-“Queijo Terrincho”Velho. Barra minn hekk, dawn il-forom ta’ preżentazzjoni, jiġifieri l-kisi tal-ġobon b’pejst tal-bżar aħmar jew maqtugħ f’biċċiet u mgħaddas f’kontenituri biż-żejt taż-żebbuġa verġni, huma tekniki li ilhom ħafna jintużaw lokalment.

Dawn l-emendi huma maħsuba biex jissodisfaw domandi ġodda tas-suq mingħajr ma jbiddlu l-karatteristiċi inerenti li jagħtu lill-prodott il-karattru speċifiku tiegħu.

Dawn l-emendi jittrattaw ukoll it-taqsima intitolata “Metodu tal-produzzjoni”, li issa tiddeskrivi l-kundizzjonijiet tal-manifattura tal-“Queijo Terrincho”Velho, u t-taqsima intitolata “Tikkettar”, fir-rigward tad-Denominazzjoni “Queijo Terrincho”Velho.

Żona ġeografika

Emenda 3

Iż-żona ġeografika baqgħet l-istess.

It-test oriġinali: “Artikolu 1

Iż-żona li fiha jsir u jiġi mmaturat il-"Queijo Terrincho" hija ristretta għall-muniċipalitajiet ta’ Mogadouro, Alfândega da Fé, Moncorvo, Freixo de Espada à Cinta, Mirandela, Vila Flor, Carrazeda de Ansiães u Macedo de Cavaleiros (bl-eċċezzjoni tal-parroċċi ċivili ta’ Edroso, Espadanedo, Ferreira, Murçós u ta’ Soutelo de Mourisco) fid-distrett ta’ Bragança; il-parroċċi ċivili ta’ Rio Torto, São Pedro de Veiga de Lila, Veiga de Lila, Valpaços, Vales u Possacos fil-muniċipalità ta’ Valpaços fid-distrett ta’ Vila Real; il-muniċipalità ta’ São João da Pesqueira (bl-eċċezzjoni tal-parroċċi ċivili ta’ Riodades u ta’ Paredes da Beira) fid-distrett ta’ Viseu, il-muniċipalità ta’ Vila Nova de Foz Côa, il-parroċċi ċivili ta’ Longroiva, Fonte Longa, Poço do Canto u ta’ Meda fil-muniċipalità ta’ Meda u l-parroċċi ċivili ta’ Escalhão, Vilar de Amargo, Algodres u ta’ Mata de Lobos fil-muniċipalità ta’ Figueira de Castelo Rodrigo fid-distrett ta’ Guarda, li jinsabu f’Terra Quente u fil-parti ta’ fuq tal-Wied ta’ Douro.”

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Iż-żona li fiha jsir u jiġi mmaturat il-prodott hija ristretta għall-muniċipalitajiet ta’ Mogadouro, Alfândega da Fé, Torre de Moncorvo, Freixo de Espada à Cinta, Mirandela, Vila Flor, Carrazeda de Ansiães u Macedo de Cavaleiros (bl-eċċezzjoni tal-parroċċi ċivili ta’ Edroso, Espadanedo, Ferreira, Murçós u Soutelo de Mourisco), São João da Pesqueira (bl-eċċezzjoni tal-parroċċi ċivili ta’ Riodades u Paredes da Beira) u Vila Nova de Foz Côa u għall-parroċċi ċivili ta’ Rio Torto, São Pedro de Veiga de Lila, Veiga de Lila, Valpaços, Vales u Possacos fil-muniċipalità ta’ Valpaços, il-parroċċi ċivili ta’ Longroiva, Fonte Longa, Poço do Canto u Meda fil-muniċipalità ta’ Meda u l-parroċċi ċivili ta’ Escalhão, Vilar de Amargo, Algodres u Mata de Lobos fil-muniċipalità ta’ Figueira de Castelo Rodrigo.”

Ir-referenzi għad-distretti li jagħmlu parti mis-sottoreġjuni ta’ Terra Quente u l-parti ta’ fuq tal-Wied ta’ Douro tneħħew mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sabiex it-test ikun aktar ċar, minħabba li l-muniċipalitajiet elenkati jiddefinixxu b’mod ċar il-limiti amministrattivi meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Metodu tal-produzzjoni

Emenda 4

Ingħataw dettalji li ma kinux mogħtija fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali dwar l-operazzjonijiet involuti fl-istadju tal-manifattura, jiġifieri l-ipproċessar tal-ħalib (it-tisħin u l-koagulazzjoni), it-tneħħija tax-xorrox (l-ippressar), it-tnixxif u l-maturazzjoni (id-dawran u l-ħasil).

L-emendi saru minħabba l-ħtieġa li jingħataw dettalji tal-operazzjonijiet involuti fl-istadju tal-manifattura, b’mod partikolari dawk l-operazzjonijiet li jiddeterminaw li l-prodott miksub jikkonforma mad-deskrizzjoni tal-prodott, b’mod partikolari fir-rigward tal-istadji tal-koagulazzjoni u tat-tħaddim tal-baqta.

Għalkemm ma kienx iddikjarat qabel fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali, issa ġie stabbilit li l-ħalib irid jiġi pproċessat immedjatament wara l-ħlib. Jekk dan ma jkunx possibbli, it-temperatura li fiha jrid jinżamm ġiet speċifikata bħala ta’ mhux aktar minn 6 °C.

Għalkemm l-Ispeċifikazzjoni oriġinali speċifikat li l-ħalib irid jissaħħan sa temperatura fissa ta’ 35 °C, issa ngħatat medda għat-temperatura ottimali li l-ħalib iridjilħaq qabel ma jiżdied it-tames (temperatura tal-koagulazzjoni: 30-35 °C), sabiex dan il-proċess ikun aktar jaqbel mal-kundizzjonijiet attwali.

Minbarra l-użu ta’ toqol u ppressar bl-idejn, kif previst fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali, issa ġie anke permess l-użu ta’ pressa pnewmatika, b’ħin ta’ ppressar ta’ bejn tliet sigħat u ħamsa skont il-metodoloġija diġà użata. Din l-emenda hija sempliċiment riżultat ta’ żvilupp teknoloġiku li jista’ jintuża matul il-proċess tal-manifattura u ma għandha l-ebda effett fuq il-karatteristiċi finali tal-prodott.

Bħal fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali, il-proċess tal-maturazzjoni jsir f’faċilitajiet ta’ maturazzjoni naturali jew f’ambjent ikkontrollat. Il-medda li fiha l-kejl tal-umdità relattiva jista’ jvarja matul dan il-proċess ġiet stabbilita għal 80-90 % minflok għal 80-85 % kif kien previst fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali.

Bl-istess mod, għalkemm ma kinux ġew stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali, issa ġew definiti wkoll il-limiti massimi u inferjuri għat-temperatura (8-14 °C) u għall-umdità (75-85 %) matul il-proċess tal-maturazzjoni għall-"Queijo Terrincho"Velho sabiex b’hekk id-deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tkun kompluta.

Emenda 5

Preċedentement, fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali, kien iddikjarat li “Il-merħliet tan-nagħaġ tar-razza Churra da Terra Quente, li jitrabbew f’din iż-żona u li l-karatteristiċi partikolari tagħhom huma adattati tajjeb għaliha, jikkostitwixxu l-attività primarja ta’ trobbija tal-bhejjem u huma bażikament sostnuti mill-mergħat u mill-mergħat irrigati. Il-bwar jikkonsistu f’terren muntanjuż, art mistrieħa u espansjoni kbira ta’ art mhux ikkultivata, miksija b’ħaxix aħrax u skars. Madankollu, minħabba li ma jiġix prodott biżżejjed ħaxix, dan jirrikjedi l-użu ta’ mergħat irrigati u foraġġ sekondarju — segala, xgħir, ġdur, għazz u weraq tas-siġar bħal tal-fraxxnu, tal-ulmu, tal-ballut, tal-lewż u s-siġar taż-żebbuġ u anki dwieli.

Minħabba li ma jiġix prodott biżżejjed ħaxix, kif iddikjarat fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali, ġiet introdotta wkoll il-possibbiltà li jintuża għalf bħal tiben u ħuxlief prodotti fir-razzett jew minn bdiewa oħra tan-nagħaġ, għelejjel tal-foraġġ miżrugħa fil-ħarifa/fix-xitwa (ħafur, ġulbiena, segala u lupin isfar) u għelejjel tal-foraġġ miżrugħa fir-rebbiegħa (qamħirrun u sorgu), miż-żona ġeografika ddefinita.

It-test ġie sostitwit u riformulat kif ġej: “Madankollu, minħabba li ma jiġix prodott biżżejjed ħaxix, ieħtieġ jintużaw mergħat irrigati u foraġġ sekondarju — segala, xgħir, ġdur, għazz u weraq tas-siġar bħal tal-fraxxnu, tal-ulmu, tal-ballut, tal-lewż u s-siġar taż-żebbuġ u anki d-dwieli miż-żona ġeografika.”

L-għalf kollu li jingħata lin-nagħaġ jiġi miż-żona ġeografika, għalkemm ġiet introdotta l-possibbiltà li jintuża għalf minn reġjuni oħra f’perjodi ta’ skarsezza, iżda dan qatt ma għandu jaqbeż il-50 % tal-materja niexfa fis-sena. Dan l-għalf huwa l-istess u għandu l-istess kompożizzjoni bħall-għalf miż-żona ġeografika.

Emenda 6

L-Artikolu 4 tal-verżjoni oriġinali tal-Ispeċifikazzjoni tħassar:

“Artikolu 4

Imballaġġ u Preservazzjoni

Il-ġobon irid jiġi ppakkjat dejjem f’materjal innokwu li ma jirreaġixxix mal-kontenut.

Il-ġobon irid jiġi ppakkjat dejjem minn qabel, u l-imballaġġ irid jsir skont prattiki ta’ iġjene tajba u f’kundizzjonijiet li jippreservaw il-purità u l-karatteristiċi tal-ġobon waqt il-ħżin normali u l-bejgħ.

Dan il-proċess irid isir mill-produttur.”

Dawn id-deskrizzjonijiet ġew sostitwiti bir-raġunijiet għall-eżistenza ta’ regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, biż-żieda tal-paragrafu li ġej biex tiġi ġġustifikata aktar il-ħtieġa li l-prodott jiġi ppakkjat minn qabel mill-produttur:

“It-tqattigħ u l-imballaġġ iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita sabiex tiġi ppreservata l-integrità tal-prodott u jiġu garantiti l-karatteristiċi li jagħtuh il-karattru speċifiku tiegħu, li jista’ jinbidel faċilment b’operazzjonijiet suċċessivi ta’ mmaniġġjar u/jew diversi operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar maż-żmien”.

Emenda 7

It-test li ġej li ma kienx inkluż fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali żdied biex jispjega l-produzzjoni tal-forom differenti tal-“Queijo Terrincho”Velho:

Il-“Queijo Terrincho”Velho huwa ġobon immaturat għal mill-inqas 90 jum u jiġi ppreparat bil-kisi tal-ġobon b’pejst ta’ estratt tal-bżar aħmar u residwu tal-għasra jew żejt taż-żebbuġa verġni. Jista’ wkoll jitgħaddas fiż-żejt taż-żebbuġa verġni.

Il-“Queijo Terrincho”Velho miksi bil-bżar aħmar jiġi prodott bil-kisi ta’ ġobon li jkun tħalla jimmatura għal mill-inqas 90 jum b’taħlita ta’ bżar aħmar u residwu tal-għasra jew b’taħlita ta’ bżar aħmar u żejt taż-żebbuġa verġni. Il-bżar aħmar isir f’pejst billi jitħallat mar-residwu tal-għasra jew maż-żejt taż-żebbuġa verġni waqt il-kisi tal-ġobon. It-taħlita għandha tintuża għal applikazzjoni waħda, sabiex jiġi żgurat li s-sawra u t-togħma tagħha huma kif suppost. Ma’ 1 kg bżar aħmar jintuża madwar 250 ml ta’ residwu tal-għasra jew 250 ml ta’ żejt taż-żebbuġa verġni.

It-tekniki ta’ hawn fuq ilhom żmien twil jintużaw fiż-żona biex jiżdiedu l-kwalitajiet ta’ konservazzjoni u l-ħajja tal-ġobon fuq l-ixkaffa.

Emenda 8

Tikkettar

L-Artikolu 5 tal-verżjoni oriġinali tal-Ispeċifikazzjoni ġie mħassar:

“Artikolu 5

Tikkettar u Kummerċjalizzazzjoni

It-tikketti tal-ġobnijiet irid ikollhom fuqhom dan li ġej:

1.

Id-denominazzjoni tal-bejgħ- ‘Queijo Terrincho’

2.

Xaħam bejn 45 % u 60 %

3.

wantità netta (espressa fi g jew f’kg)

4.

Uża qabel [ix-xahar u s-sena]

5.

Ġobon magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ pur u mhux ipproċessat

6.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur

It-tikketta trid titwaħħal ma’ wieħed mill-ġnub tal-ġobon.

Il-ġobon jista’ jinbiegħ lill-konsumatur f’porzjonijiet, sakemm ikun ippakkjat minn qabel.”

Ir-referenzi ġeneriċi ta’ hawn fuq inklużi fl-Artikolu 5 tal-verżjoni inizjali tal-Ispeċifikazzjoni kif oriġinarjament reġistrati tħassru u ġew sostitwiti bir-rekwiżit li t-tikketta tinkludi, skont it-tip ta’ prodott, il-logo tal-prodott u l-kliem “‘QUEIJO TERRINCHO’ – Denominação de Origem Protegida” [“QUEIJO TERRINCHO” – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta] jew “‘QUEIJO TERRINCHO’ – DOP” [“QUEIJO TERRINCHO” – DOP] jew “‘QUEIJO TERRINCHO’VELHO – Denominação de Origem Protegida” [“QUEIJO TERRINCHO”VELHO – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta] jew “‘QUEIJO TERRINCHO’VELHO – DOP” [“QUEIJO TERRINCHO”VELHO – DOP] skont id-deskrizzjoni tal-prodott.

L-emendi saru minħabba l-ħtieġa li r-rekwiżiti dwar it-tikkettar jinġiebu f’konformità mad-deskrizzjoni tal-prodott u biex jitħassru r-referenzi ġeneriċi.

Emenda 9

L-Artikolu 6 tal-verżjoni oriġinali tal-Ispeċifikazzjoni tħassar:

“Artikolu 6

1.

In-nagħaġ tar-razza Churra da Terra Quente biss huma adattati għall-produzzjoni tal-ħalib użat biex isir ‘Queijo Terrincho’, meta jitrabbew fiż-żona tal-produzzjoni definita fl-Artikolu 1 ta’ dawn ir-regoli.

2.

Il-merħliet kollha jrid ikunu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi u ma jrid ikollhom l-ebda sinjal ta’ mard li jista’ jiġi trażmess permezz tal-ħalib.

3.

Il-merħliet iridu jkunu mmonitorjati sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe trattament mogħti lill-annimali jkun konformi mal-perjodi ta’ tiżmim rakkomandati.

4.

Ir-regoli dwar l-iġjene jridu jiġu rispettati fil-postijiet fejn isir il-ħlib kif ukoll waqt it-trasport tal-ħalib lejn is-sit tal-manifattura.

5.

L-imħaleb tal-ġobon jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tekniċi u funzjonali kif ukoll dawk marbuta mas-saħħa u mal-iġjene stabbiliti mil-liġi.

6.

Fil-faċilitajiet kollha fejn isir il-ġobon, iridu jinżammu rekords dwar il-ħalib li jkun wasal hemmhekk, dwar il-produzzjoni, il-maturazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni.”

L-informazzjoni mogħtija fil-paragrafu 1 fir-rigward tar-razza tan-nagħaġ ġiet inkluża fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku, li jiddeskrivi l-prodott u l-punt 2 korrispondenti tal-iIspeċifikazzjoni tal-Prodott.

Il-paragrafi 2 sa 6 tħassru minħabba li jittrattaw regoli li japplikaw b’mod ġenerali għal dan il-qasam ta’ attività u diġà ġew stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ġenerali.

Emenda 10

Referenzi għall-obbligi tal-gruppi ta’ produtturi u tal-operaturi, u għall-ksur u l-penali, li kienu preżenti fid-dokument oriġinali skont l-Artikoli 7, 8, 9 u 10, tħassru wkoll, peress li mhumiex parti integrali mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u jittrattaw regoli li japplikaw b’mod ġenerali għall-produzzjoni tal-ġobon u li diġà ġew stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ġenerali.

Emenda 11

Rabta

Fir-rigward tar-rabta bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-karatteristiċi tal-prodott, l-Artikolu 1 tal-verżjoni oriġinali tal-Ispeċifikazzjoni:

“Artikolu 1

Hija żona vasta li tkopri 400 000 ettaru u tikkonsisti minn widien tettoniċi (Mirandela-Vilariça), widien b’erożjoni kbira (Baixo-Coa, Sabor u l-parti ta’ fuq tad-Douro) u pjanuri f’altitudnijiet ta’ bejn 600 m u 800 m. It-terren jagħti liż-żona kundizzjonijiet klimatiċi uniċi, li jinbidlu mill-Mediterran sub-Atlantiku għall-Mediterran semi-aridu hekk kif wieħed jimxi fid-direzzjoni tal-Lvant tul id-Douro, u l-influwenza kontinentali ssir aktar evidenti aktar ma wieħed jersaq qrib il-pjanuri.

Hija żona fejn il-kundizzjonijiet klimatiċi u topografiċi wasslu għal diversità kbira ta’ għelejjel. Hija karatterizzata minn pajsaġġi fejn jitkabbru d-dwieli u ż-żebbuġ, żoni li dejjem jespandu għat-tkabbir taż-żebbuġ, żoni b’taħlita ta’ siġar taż-żebbuġ u tal-lewż, kultivazzjoni ta’ ċereali li jissaqqew mix-xita (art mistrieħa u ċereali), u varjetà ta’ għelejjel, jew f’żoni fejn ma hemmx ilma għat-tisqija jew fl-aktar widien fertili (Mirandela u Vale da Vilariça). Madankollu, minħabba s-sinifikat ekonomiku tagħhom, il-bdiewa jiffokaw l-aktar fuq it-tkabbir taż-żebbuġ u tad-dwieli.

Bil-maqlub, il-merħliet tan-nagħaġ tar-razza Churra da Terra Quente, li jitrabbew f’din iż-żona u li l-karatteristiċi partikolari tagħhom huma adattati tajjeb għaliha, jikkostitwixxu l-attività primarja tat-trobbija tal-bhejjem u huma bażikament sostnuti mill-mergħat u mill-mergħat irrigati. Il-bwar jikkonsistu f’terren muntanjuż, art mistrieħa u espansjoni kbira ta’ art mhux ikkultivata, miksija b’ħaxix aħrax u skars.

‘Madankollu, minħabba li ma jiġix prodott biżżejjed ħaxix jenħtieġ l-użu ta’ mergħat irrigati u foraġġ sekondarju — segala, xgħir, ġdur, għads u weraq tas-siġar bħal tal-fraxxnu, tal-ulmu, tal-ballut, tal-lewż u s-siġar taż-żebbuġ u anki d-dwieli miż-żona ġeografika.’ Dawn huma l-mergħat permanenti tan-nagħaġ. Kważi s-sena kollha, matul il-lejl in-nagħaġ jinżammu f’żoni magħluqa jew fi mqajel tan-nagħaġ fuq l-art agrikola.

Hija din it-taħlita ta’ terren muntanjuż, pjanuri xotti u smewwiet xemxin, bil-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi tiegħu, li flimkien mal-metodi tal-biedja tradizzjonali, tikkontribwixxi għall-karatteristiċi speċifiċi tal-ħalib prodott min-nagħaġ tar-razza Churra da Terra Quente (Terrincha).

Dan il-ħalib, meta pproċessat bil-ħila u bil-kompetenza esperta min-nies tal-post, li għaddew l-għarfien tagħhom minn ġenerazzjoni għall-oħra, jipproduċi ġobon ta’ karattru distintiv mingħajr paragun.”

ġie sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kwalità tal-‘Queijo Terrincho’ hija dovuta esklużivament għall-fatturi naturali u umani marbuta maż-żona ġeografika ddefinita.

Hemm rapporti li jassoċjaw it-tixrid tal-produzzjoni tal-ġobon tan-nagħaġ mal-monasteri Kristjani medjevali f’dan ir-reġjun u bnadi oħra. L-aħjar evidenza tal-oriġini ta’ dan il-ġobon hija forsi l-fatt li, fir-reġjun ta’ Terra Quente Transmontana, iż-żona li fiha oriġinaw in-nagħaġ tar-razza Churra da Terra Quente, jiġifieri l-Wied ta’ Vilariça, u b’mod aktar speċifiku Quinta da Terrincha, tat lir-razza l-isem alternattiv tagħha, it-‘Terrincha’ u tat isimha wkoll lill-ġobon, jiġifieri ‘Terrincho’. Dan juri li, f’din is-subżona, hemm konverġenza ta’ fatturi naturali u umani li jikkaratterizzaw iż-żona sħiħa ta’ produzzjoni.

Fil-bidu, it-Terra Quente Transmontana u l-parti ta’ fuq tal-Wied ta’ Douro, iż-żoni li fihom tinsab iż-żona ġeografika ddefinita, kienu l-post fejn kienet tgħix razza ta’ nagħaġ reżiljenti ħafna u adattati sew għar-reġjun, ir-razza ta’ Badana. Kien proprjament minn din ir-razza li fl-aħħar tas-seklu 19 żviluppat ir-razza Churra da Terra Quente permezz ta’ inkroċjar tar-razez mal-imtaten ta’ Mondegueiro. Din laħqet il-milja tagħha minn nofs is-seklu 20 ’il quddiem. Għalhekk ir-razza hija waħda reżiljenti, adattata sew għar-reġjun u pjuttost fertili, fejn it-twelid ta’ ħrief tewmin hija okkorrenza komuni. Hija produttur moderat tal-laħam, iżda peress li primarjament hija razza li tipproduċi l-ħalib, hija marbuta mill-qrib mal-produzzjoni tal-ġobon fir-reġjun.

Ir-reġjun huwa karatterizzat minn meded ta’ art altitudinali b’għadd ta’ għoljiet li uħud minnhom weqfin sew, u ħamrija aċiduża li ma tantx hija fertili, bi ftit irqajja’ ta’ art agrikola tajba. Ix-xita, li hija konċentrata fix-xhur tax-xitwa, tintuża bis-sħiħ matul is-sajf twil u niexef. Dan kollu jfisser li d-disponibbiltà tar-riżorsi tal-ikel mhijiex waħda kostanti, bir-rebbiegħa tipikament żmien ta’ abbundanza u s-sajf żmien ta’ skarsezza.

Dawn il-kundizzjonijiet jinfluwenzaw ħafna d-distribuzzjoni tal-għelejjel fir-reġjun, jiffavorixxu sistemi ta’ produzzjoni tradizzjonali u estensivi u jġiegħlu lin-nagħaġ tar-razza Churra Terra Quente mrobbija b’dan il-mod jipproduċu ħalib b’tali karatteristiċi li, meta jiġi pproċessat min-nies lokali li jużaw il-ħiliet u l-għarfien li jkunu wirtu mill-antenati tagħhom, iwassal għall-produzzjoni ta’ ġobon distintiv ħafna li maż-żmien ma tilifx mill-popolarità tiegħu.

L-aroma u t-togħma delikati, li jsiru aktar qawwija u aktar intensi hekk kif il-‘Queijo Terrincho’ jimmatura, għalhekk ġejjin mill-karatteristiċi tal-ħalib pur mhux ipproċessat użat u huma marbuta mill-qrib mar-razza tan-nagħaġ u mal-veġetazzjoni tipika tat-terren muntanjuż u tal-mergħat irrigati, li tikkostitwixxi parti fundamentali tal-għalf tan-nagħaġ imrobbija fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-konsistenza kompatta u uniformi, il-kulur u d-dehra kemxejn żejtnija tal-pejst huma r-riżultat ta’ proċess ta’ manifattura artiġjanali li huwa bbażat fuq l-għarfien tan-nies tal-lokal, b’mod partikolari fir-rigward tal-mod ta’ kif tinħadem il-baqta u l-mod kif din tiġi trattata sabiex ix-xorrox joqtor u tiġi prodotta massa kompatta.

Il-maturazzjoni u l-proċess tagħha jsiru f’faċilitajiet ta’ maturazzjoni naturali f’ambjent ikkontrollat, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin.

Maturazzjoni

“Queijo Terrincho”

“Queijo Terrincho”Velho

Temperatura (°C)

5-12

8-14

Umdità (%)

80-90

75-85

Ammont minimu ta’ żmien (jiem)

30

90

Iż-żamma ta’ dawn il-kundizzjonijiet u l-għoti tal-attenzjoni dovuta matul dan il-proċess — b’mod partikolari fir-rigward tal-ħasil tal-ġobon, li l-frekwenza tiegħu tiddependi fuq id-dehra tal-qoxra, li trid tkun dejjem lixxa u nadifa — huma operazzjonijiet li jiddependu fuq l-għarfien lokali u huma fatturi determinanti biex jiġi żgurat li l-ġobon riżultanti jkollu pejst bil-konsistenza, bil-kulur u bid-dehra mixtieqa.

L-għarfien lokali huwa evidenti wkoll fl-użu tat-tekniki ta’ preservazzjoni tradizzjonali assoċjati mal-ġobnijiet li jitħallew jimmaturaw għal tul ta’ żmien itwal, li jippermettu li l-prodott jżomm aktar mingħajr ebda tibdil fil-karatteristiċi distintivi tiegħu. Dan huwa l-każ fir-rigward tal-prattika tal-kisi tal-qoxra b’pejst tal-bżar aħmar — taħlita semisolida ta’ bżar aħmar u tar-residwu tal-għasra jew ta’ bżar aħmar u żejt taż-żebbuġa verġni prodotti lokalment fi mqatar tradizzjonali jew fi mtieħen taż-żejt taż-żebbuġa — u fir-rigward tal-preservazzjoni tal-ġobon permezz tat-tgħaddis tiegħu f’kontenituri taż-żejt taż-żebbuġa verġni wara li titneħħa l-qoxra u l-ġobon jinqata’ f’porzjonijiet.

Fir-rigward tar-rabta bejn il-fatturi umani u l-prodott, il-‘Queijo Terrincho’ huwa meqjus tradizzjonali għal dan ir-reġjun ta’ Trás-os-Montes, u l-metodu tal-produzzjoni u t-tekniki ta’ preservazzjoni ingħaddew minn ġenerazzjoni għal oħra u għadhom jintużaw sal-lum.”

It-test tal-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni oriġinali ġie riformulat biex jagħti deskrizzjoni aktar preċiża tal-fatturi naturali, jiġifieri l-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi, il-fatturi umani u l-għarfien lokali, li huma l-karatteristiċi taż-żona ġeografika li minnha l-prodott jikseb l-ispeċifiċità tiegħu. Jispjega kif il-karatteristiċi taż-żona ġeografika jaffettwaw il-karatteristiċi speċifiċi identifikati tal-prodott, u jgħid li l-kwalità tal-“Queijo Terrincho” hija dovuta esklużivament għall-fatturi naturali u umani marbuta maż-żona ġeografika ddefinita.

It-test ġie riformulat biex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar l-abbozzar tad-Dokument Uniku, skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, b’mod partikolari fir-rigward tal-punt 5 (Rabta maż-żona ġeografika), peress li huwa essenzjali li d-Dokument Uniku jipprovdi spjegazzjoni dettaljata u koerenti dwar kif ġiet stabbilita r-rabta kawżali, u dan ma kienx il-każ bit-test oriġinali.

Oħrajn

L-użu tal-logo tal-prodott sar obbligatorju.

Dokument Uniku

"QUEIJO TERRINCHO"

Nru tal-UE: PDO-PT-0218-AM01 – 19.9.2016

IĠP () DOP (X)

1.   Isem/Ismijiet

"Queijo Terrincho"

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-"Queijo Terrincho" jindika l-ġobon immaturat li jiġi prodott permezz tat-tqattir bil-mod tal-baqta miksuba permezz tal-koagulazzjoni tal-ħalib tan-nagħaġ pur u mhux ipproċessat min-nagħaġ tar-razza ta’ Churra da Terra Quente b’tames li joriġina mill-annimali. Il-"Queijo Terrincho" għandu perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 30 jum. Jekk il-ġobon ikun immatura għal aktar minn 90 jum, id-Denominazzjoni tal-Oriġini “Queijo Terrincho" tiġi kkwalifikata bħala Velho (matur).

Il-karatteristiċi ewlenin huma stabbiliti hawn taħt:

Karatteristiċi tal-"Queijo Terrincho" u tal-"Queijo Terrincho"Velho

Ġobon

"Queijo Terrincho"

"Queijo Terrincho"Velho

Forma

Ċilindrika (tonda) regolari, qasira, kemxejn konkavi għan-nofs, mingħajr xifer definit

Ċilindrika (tonda) regolari, qasira, kemxejn konvessi għan-nofs, b’xifer irregolari

Għoli

3,0-6,0 cm

2,0-6,0 cm

Piż

0,7-1,1 kg

0,5-1,0 kg

Dijametru

12-20 cm

10,0-18,0 cm

Piż (daqs żgħir)

0,35-0,55 kg

0,25-0,45 kg

Dijametru (daqs żgħir)

8,0-12,0 cm

5,0-10,0 cm

Qoxra

Ratba, sħiħa, iffurmata sew, lixxa, lewn it-tiben ċar

Iebsa, sħiħa, iffurmata sew, ta’ lewn aħmar, xi kultant b’tiswira ħarxa

Pejst

Konsistenza

Kompatta u uniformi, kemxejn żejtnija u xi kultant titlef il-forma meta tinqata’ (semi-ratba)

Kompatta u uniformi, iffurmata sew, mhux żejtnija u żżomm il-forma meta tinqata’ (iebsa)

Dehra

Ftit kremuża, bi ftit toqob

Mhux daqshekk kremuża, bi ftit toqob

Kulur

Abjad uniformi

Safrani

Riħa u togħma

Riħa intensa, delikata u nadifa, mhux pikkanti ħafna

Qawwija, b’taħlita bbilanċjata ta’ rwejjaħ differenti

Xaħam (fil-materja xotta) %

25-50

35-60

Umdità (fis-solidi li mhumiex xaħam) %

35-60

20-55

Il-"Queijo Terrincho" u l-"Queijo Terrincho"Velho huma kkummerċjalizzati sħaħ, imqatta’ jew f’porzjonijiet ippakkjati minn qabel.

Il-"Queijo Terrincho"Velho jista’ wkoll jitqiegħed għall-bejgħ miksi b’pejst tal-bżar aħmar jew maqtugħ f’biċċiet u mgħaddas f’kontenituri mimlija biż-żejt taż-żebbuġa verġni.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

In-nagħaġ jirgħu prinċipalment f’mergħat fuq terren muntanjuż, f’art mistrieħa u fuq medda enormi ta’ art mhux ikkultivata, miksija b’ħaxix aħrax u skars, u f’mergħat irrigati jew f’mergħat naturali fiż-żona ġeografika ddefinita.

Peress li ma hemmx biżżejjed ħaxix, hemm bżonn jingħata foraġġ sekondarju, bħal segala, xgħir, ħafur, ġdur, għazz u l-weraq tas-siġar bħas-siġar tal-fraxxnu, tal-ulmu, tal-ballut, tal-lewż u taż-żebbuġ u anke dwieli miż-żona ġeografika.

Jintuża wkoll għalf ieħor, bħat-tiben u l-ħuxlief, għelejjel tal-foraġġ miżrugħa fil-ħarifa/fix-xitwa (ħafur, ġulbiena, segala u lupin isfar) u għelejjel tal-foraġġ miżrugħa fir-rebbiegħa (qamħirrum u sorgu), prodotti fir-razzett jew minn bdiewa oħra tan-nagħaġ, miż-żona ġeografika ddefinita.

L-għalf kollu li jingħata lin-nagħaġ jiġi miż-żona ġeografika. Fi żminijiet ta’ skarsezza biss jista’ jsir użu minn għalf minn reġjuni oħra, iżda dan qatt ma għandu jaqbeż il-50 % tal-materja niexfa fis-sena. Dan l-għalf huwa l-istess u għandu l-istess kompożizzjoni bħall-għalf miż-żona ġeografika ddefinita, għalhekk il-karatteristiċi tal-prodott mhumiex affettwati.

Jintuża wkoll melħ tajjeb għall-ikel, fi proporzjon ta’ bejn 15 % u 20 % skont il-piż tal-ġobon u tames tal-annimali.

Il-ħalib pur mhux ipproċessat li jinkiseb min-nagħaġ tar-razza ta’ Churra da Terra Quente jrid ikollu l-karatteristiċi fiżikokimiċi li ġejjin:

Aċidità (ml Na N\1)

25-30

pH

6,5-6,6

Densità (f’temperatura ta’ 20 °C)

1036-1038

Kontenut ta’ xaħam (g/100 g)

8,5

Kontenut ta’ proteini (g/100 g)

6,4-6,6

Nitroġenu totali (%)

1,0-1,1

Nitroġenu mhux kaseinat (%)

0,2-0,3

Il-bżar aħmar, iż-żejt taż-żebbuġa u r-residwu tal-għasra li jintużaw biex jiġi ppreparat il-pejst tal-bżar aħmar jiġu miż-żona ġeografika ddefinita.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib u l-manifattura, inkluż il-maturazzjoni, iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ

Il-ħżin fit-tul tal-prodott huwa permess f’temperatura ta’ mhux inqas minn -11 °C.

It-tqattigħ u l-ippakkjar iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita sabiex tiġi ppreservata l-integrità tal-prodott u jiġu ggarantiti l-karatteristiċi li jagħtuh il-karattru speċifiku tiegħu, li jista’ jinbidel faċilment b’operazzjonijiet suċċessivi ta’ mmaniġġjar u/jew diversi operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar maż-żmien.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra l-logo tal-prodott muri hawn taħt, it-tikketta tal-prodott jrid ikollha l-kliem li ġej: “‘QUEIJO TERRINCHO’ – Denominação de Origem Protegida” [“QUEIJO TERRINCHO” – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta] jew “QUEIJO TERRINCHO – DOP” ["QUEIJO TERRINCHO" – DOP] jew ”QUEIJO TERRINCHO – Denominação de Origem Protegida VELH O [”QUEIJO TERRINCHO” – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta VELHO] jew “QUEIJO TERRINCHO – DOP VELH O [“QUEIJO TERRINCHO” – DOPVELHO].

Image 1

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona li fiha jsir u jiġi mmaturat il-prodott hija ristretta għall-muniċipalitajiet ta’ Mogadouro, Alfândega da Fé, Torre de Moncorvo, Freixo de Espada à Cinta, Mirandela, Vila Flor, Carrazeda de Ansiães u Macedo de Cavaleiros (bl-eċċezzjoni tal-parroċċi ċivili ta’ Edroso, Espadanedo, Ferreira, Murçós u Soutelo de Mourisco), São João da Pesqueira (bl-eċċezzjoni tal-parroċċi ċivili ta’ Riodades u Paredes da Beira) u Vila Nova de Foz Côa u għall-parroċċi ċivili ta’ Rio Torto, São Pedro de Veiga de Lila, Veiga de Lila, Valpaços, Vales u Possacos fil-muniċipalità ta’ Valpaços, il-parroċċi ċivili ta’ Longroiva, Fonte Longa, Poço do Canto u Meda fil-muniċipalità ta’ Meda u l-parroċċi ċivili ta’ Escalhão, Vilar de Amargo, Algodres u Mata de Lobos fil-muniċipalità ta’ Figueira de Castelo Rodrigo.’

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-kwalità tal-‘Queijo Terrincho’ hija dovuta esklużivament għall-fatturi naturali u umani marbuta maż-żona ġeografika ddefinita.

Hemm rapporti li jassoċjaw it-tixrid tal-produzzjoni tal-ġobon tan-nagħaġ mal-monasteri Kristjani medjevali f’dan ir-reġjun u bnadi oħra. L-aħjar evidenza tal-oriġini ta’ dan il-ġobon hija forsi l-fatt li, fir-reġjun ta’ Terra Quente Transmontana, iż-żona li fiha oriġinaw in-nagħaġ tar-razza Churra da Terra Quente, jiġifieri l-Wied ta’ Vilariça, u b’mod aktar speċifiku Quinta da Terrincha, tat lir-razza l-isem alternattiv tagħha, it-‘Terrincha’ u tat isimha wkoll lill-ġobon, jiġifieri ‘Terrincho’. Dan juri li, f’din is-subżona, hemm konverġenza ta’ fatturi naturali u umani li jikkaratterizzaw iż-żona sħiħa ta’ produzzjoni.

Fil-bidu, it-Terra Quente Transmontana u l-parti ta’ fuq tal-Wied ta’ Douro, iż-żoni li fihom tinsab iż-żona ġeografika ddefinita, kienu l-post fejn kienet tgħix razza ta’ nagħaġ reżiljenti ħafna u adattati sew għar-reġjun, ir-razza ta’ Badana. Kien proprjament minn din ir-razza li fl-aħħar tas-seklu 19 żviluppat ir-razza Churra da Terra Quente permezz ta’ inkroċjar tar-razez mal-imtaten ta’ Mondegueiro. Din laħqet il-milja tagħha minn nofs is-seklu 20 ’il quddiem. Għalhekk ir-razza hija waħda reżiljenti, adattata sew għar-reġjun u pjuttost fertili, fejn it-twelid ta’ ħrief tewmin hija okkorrenza komuni. Hija produttur moderat tal-laħam, iżda peress li primarjament hija razza li tipproduċi l-ħalib, hija marbuta mill-qrib mal-produzzjoni tal-ġobon fir-reġjun.

Ir-reġjun huwa karatterizzat minn meded ta’ art altitudinali b’għadd ta’ għoljiet li uħud minnhom weqfin sew, u ħamrija aċiduża li ma tantx hija fertili, bi ftit irqajja’ ta’ art agrikola tajba. Ix-xita, li hija konċentrata fix-xhur tax-xitwa, tintuża bis-sħiħ matul is-sajf twil u niexef. Dan kollu jfisser li d-disponibbiltà tar-riżorsi tal-ikel mhijiex waħda kostanti, bir-rebbiegħa tipikament żmien ta’ abbundanza u s-sajf żmien ta’ skarsezza.

Dawn il-kundizzjonijiet jinfluwenzaw ħafna d-distribuzzjoni tal-għelejjel fir-reġjun, jiffavorixxu sistemi ta’ produzzjoni tradizzjonali u estensivi u jġiegħlu lin-nagħaġ tar-razza Churra Terra Quente mrobbija b’dan il-mod jipproduċu ħalib b’tali karatteristiċi li, meta jiġi pproċessat min-nies lokali li jużaw il-ħiliet u l-għarfien li jkunu wirtu mill-antenati tagħhom, iwassal għall-produzzjoni ta’ ġobon distintiv ħafna li maż-żmien ma tilifx mill-popolarità tiegħu.

L-aroma u t-togħma delikati, li jsiru aktar qawwija u aktar intensi hekk kif il-‘Queijo Terrincho’ jimmatura, għalhekk ġejjin mill-karatteristiċi tal-ħalib pur mhux ipproċessat użat u huma marbuta mill-qrib mar-razza tan-nagħaġ u mal-veġetazzjoni tipika tat-terren muntanjuż u tal-mergħat irrigati, li tikkostitwixxi parti fundamentali tal-għalf tan-nagħaġ imrobbija fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-konsistenza kompatta u uniformi, il-kulur u d-dehra kemxejn żejtnija tal-pejst huma r-riżultat ta’ proċess ta’ manifattura artiġjanali li huwa bbażat fuq l-għarfien tan-nies tal-lokal, b’mod partikolari fir-rigward tal-mod ta’ kif tinħadem il-baqta u l-mod kif din tiġi trattata sabiex ix-xorrox joqtor u tiġi prodotta massa kompatta.

Il-maturazzjoni u l-proċess tagħha jsiru f’faċilitajiet ta’ maturazzjoni naturali f’ambjent ikkontrollat, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin.

Maturazzjoni

“Queijo Terrincho”

“Queijo Terrincho”Velho

Temperatura (°C)

5-12

8-14

Umdità (%)

80-90

75-85

Ammont minimu ta’ żmien (jiem)

30

90

Iż-żamma ta’ dawn il-kundizzjonijiet u l-għoti tal-attenzjoni dovuta matul dan il-proċess — b’mod partikolari fir-rigward tal-ħasil tal-ġobon, li l-frekwenza tiegħu tiddependi fuq id-dehra tal-qoxra, li trid tkun dejjem lixxa u nadifa — huma operazzjonijiet li jiddependu fuq l-għarfien lokali u huma fatturi determinanti biex jiġi żgurat li l-ġobon riżultanti jkollu pejst bil-konsistenza, bil-kulur u bid-dehra mixtieqa.

L-għarfien lokali huwa evidenti wkoll fl-użu tat-tekniki ta’ preservazzjoni tradizzjonali assoċjati mal-ġobnijiet li jitħallew jimmaturaw għal tul ta’ żmien itwal, li jippermettu li l-prodott jżomm aktar mingħajr ebda tibdil fil-karatteristiċi distintivi tiegħu. Dan huwa l-każ fir-rigward tal-prattika tal-kisi tal-qoxra b’pejst tal-bżar aħmar — taħlita semisolida ta’ bżar aħmar u ta’ residwu tal-għasra jew ta’ bżar aħmar u żejt taż-żebbuġa verġni prodotti lokalment fi mqatar tradizzjonali jew fi mtieħen taż-żejt taż-żebbuġa — u fir-rigward tal-preservazzjoni tal-ġobon f’kontenituri taż-żejt taż-żebbuġa verġni.

Fir-rigward tar-rabta bejn il-fatturi umani u l-prodott, il-“Queijo Terrincho” huwa meqjus tradizzjonali għal dan ir-reġjun ta’ Trás-os-Montes u l-metodu ta’ produzzjoni u t-tekniki ta’ preservazzjoni ġew mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra u għadhom jintużaw sal-lum.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://tradicional.dgadr.gov.pt/images/prod_imagens/queijos/docs/CE_Qj_Terrincho.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


5.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/19


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2020/C 186/04)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data e-Ambrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

TOMME DE SAVOIE

Nru tal-UE: PGI-FR-0177-AM03 — 10.1.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Tomme de Savoie”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

It-“Tomme de Savoie” huwa ġobon b’qalba ppressata u mhux imsajra li ġej mill-ħalib tal-baqra maħdum mingħajr ma jkun ġie pproċessat jew ittrattat bis-sħana. Iż-żmien minimu ta’ maturazzjoni huwa ta’ 30 jum minn meta jiżdied it-tames sakemm joħroġ mill-kantini tal-maturazzjoni.

Il-ġobon jiġi fil-forma ta’ ċilindru ċatt, b’dijametru ta’ bejn 18 u 21 cm u għoli bejn 5 u 8 cm. Il-piż tiegħu huwa bejn 1,2 u 2 kg. Jista’ wkoll jiġi f’daqs iżgħar iżda bl-istess karatteristiċi organolettiċi. F’dan il-każ, l-għoli massimu tiegħu huwa ta’ massimu ta’ 8 cm, u l-piż tiegħu jista’ jvarja bejn 400 u 900 gramma.

Il-qoxra hija lixxa u ftit imqabbża ’l barra, ta’ lewn bejn griż u griż li jagħti fl-abjad li fuqha tista’ tiżviluppa moffa sekondarja.

Il-qalba tiegħu hija bejn ratba u soda u ta’ lewn li jkun bejn abjad u isfar. Ikollha wkoll toqob żgħar. It-togħma tiegħu hija qawwija u xi ftit mielħa u xi drabi ftit aċiduża u anki pikkanti.

Il-ġobon għandu kontenut ta’ xaħam minimu ta’ 9 % fuq il-piż totali u kontenut ta’ materja niexfa ta’ 45 %.

Il-kontenut tal-melħ huwa bejn 1,2 % u 2 %.

It-“Tomme de Savoie” jinbiegħ fil-forom li ġejjin: sħiħ, imqatta’: f’porzjonijiet jew flieli, f’unitajiet ippakkjati minn qabel għall-bejgħ lill-konsumatur: f’porzjon jew imqattgħin flieli.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Id-diversi tipi ta’ għalf awtorizzati huma:

L-għalf oħxon (ħaxix, ħuxlief, ħuxlief tat-tieni ħsad, qamħirrum aħdar, sorgu, tiben, għelejjel intermedji);

Iċ-ċifċiegħ tal-qamħirrum u l-qamħirrum tal-qamħ umdu, huma permessi matul il-perjodu ta’ bejn il-1 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Mejju;

L-għalf imnixxef, l-alfalfa mnixxfa, il-polpa mnixxfa tal-pitravi, il-pitravi għall-għalf, li jridu jitqassmu nodfa u b’saħħithom.

L-għalf supplimentari u l-addittivi li ġejjin:—

iż-żrieragħ taċ-ċereali u d-derivattivi tagħhom (granza, sharps, dqiq, qamħ użat imnixxef); iż-żrieragħ taċ-ċereali jistgħu jinżammu mgħottija.

iż-żrieragħ u l-pasta taż-żrieragħ żejtnin u dawk li fihom il-proteini;

il-prodotti dderivati: il-konċentrat tal-proteini tal-alfalfa, in-nitroġenu mingħajr proteini (prodotti derivati mill-manifattura tal-lamtu jew tal-ħmira), l-urea < 3 % fl-għalf supplimentari;

il-melassa u ż-żejt veġetali, il-minerali, il-vitamini, l-oligoelementi u l-estratti naturali tal-pjanti.

L-użu tax-xorrox li jsir fir-razzett huwa awtorizzat f’perjodu massimu ta’ 24 siegħa.

Għall-baqar tal-ħalib:

L-għalf oħxon ġej kollu miż-żona ġeografika;

L-għalf imnixxef, iċ-ċifċiegħ tal-qamħirrum, il-qamħirrum tal-qamħ umdu u l-pitrava tal-għalf, li mhux ġejjin miż-żona ġeografika għandhom ikunu limitati għal 4 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib bħala medja kuljum fis-sena.

Dawn ir-restrizzjonijiet jiggarantixxu li l-maġġoranza tal-materja niexfa li jieklu l-baqar tal-ħalib tkun ġejja miż-żona ġeografika ddefinita. B’hekk huma jtejbu wkoll ir-rabta bejn il-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu.

Fil-każ tal-produzzjoni fl-irziezet, il-ħalib li jintuża għall-produzzjoni tat-“Tomme de Savoie” jkun ġej minn merħla ta’ baqar tal-ħalib li mill-inqas 75 % minnhom huma baqar tat-tip Abondance, Montbéliarde jew Tarentaise.

Fil-każ tal-proċessur, il-ħalib miġbur maħsub għall-produzzjoni tat-“Tomme de Savoie” jkun ġej minn merħla totali ta’ baqar tal-ħalib li mill-inqas 75 % minnhom huma baqar tat-tip Abondance, Montbéliarde jew Tarentaise.

Iż-żamma tat-tradizzjoni tat-trobbija tar-razez tradizzjonali Abondance, Montbéliarde u Tarentaise hija ġustifikata peress li kienu kapaċi jadattaw għar-restrizzjonijiet fiżiċi u klimatiċi tal-ambjent: il-morfoloġija adattata għall-mergħa fuq il-mergħat għat-telgħa, it-tolleranza termika, il-kapaċità tal-użu tar-ragħa fis-sajf u l-għalf niexef fix-xitwa.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib, l-ipproċessar u l-maturazzjoni għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-produzzjoni tal-ħalib maħsub għall-produzzjoni tat-“Tomme de Savoie” fiż-żona ġeografika hija ġġustifikata mill-ammont kbir ta’ riżorsi ta’ għalf fir-reġjun, li huwa ta’ vantaġġ fil-produzzjoni tal-ġobon.

3.5.   Regoli speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikkettar tal-ġobon bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Tomme de Savoie” jrid jirrispetta r-regoli li ġejjin:

l-isem “Tomme de Savoie” huwa indikat fuq l-imballaġġ kollu bil-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv;

il-produttur jew il-persuna responsabbli mill-maturazzjoni jew min jippakkja l-prodott irid iqiegħed l-isem u l-indirizz tiegħu fuq il-prodott;

l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni jrid ikun speċifikat;

kull ġobon li jinbiegħ taħt l-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika għandu jinkludi fuq il-wiċċ jew fuq il-ġnub tal-ġobon l-oriġini ġeografika, skont il-format definit mill-grupp. Din l-identifikazzjoni ma tirrigwardax il-ġobon li jinbiegħ direttament lill-konsumatur mill-produttur azjendali jew mill-produttur tal-ġobon;

barra minn hekk, meta l-ġobon ikun ta’ daqs żgħir, il-kelma “żgħir” tista’ tiġi inkluża fuq it-tikketta, il-fatturi u l-karti kummerċjali, iżda din ma għandhiex tkun ħdejn l-isem “Tomme de Savoie” u lanqas eżatt fuqu.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tkopri ż-żewġ dipartimenti ta’ Savoie u ta’ Haute Savoie u l-muniċipalitajiet li ġejjin tad-dipartimenti ta’ Ain u ta’ Isère.

Id-dipartiment ta’ Ain: Anglefort, Béon, Billiat, Ceyzérieu, Chanay, Corbonod, Cressin-Rochefort, Culoz, Flaxieu, Injoux-Génissiat, Lavours, Léaz, Massignieu-de-Rives, Parves et Nattages, Pollieu, Saint-Martin-de-Bavel, Seyssel, Surjoux-Lhôpital, Talissieu, Valserhône, Villes, Virignin, Vongnes.

Id-département ta’ Isère: Entre-deux-Guiers, Miribel-les-Échelles, Saint-Christophe-sur-Guiers, Saint-Pierre-de-Chartreuse, Saint-Pierre d’Entremont.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta mal-oriġini tat-“Tomme de Savoie” hija bbażata fuq il-kwalità speċifika tiegħu.

L-ambjent naturali tat-“Tomme de Savoie” jippreżenta diversità kbira ta’ substrati ta’ ħamrija soġġetti għall-klima omoġenja tal-muntanji.

Iż-żona ġeografika tat-“Tomme de Savoie” tvarja sew fir-rigward tat-topografija u tal-ġeoloġija tagħha. Fil-biċċa l-kbira tagħha, it-topografija għandha altitudni ta’ bejn 200 metru u 2 500 metru b’ħamrija tipika ffurmata mill-materjal tal-muntanji kristallini qodma u tal-muntanji tal-ġebla tal-ġir.

Il-klima hija klima tipika tal-muntanji: ix-xtiewi huma twal u xi drabi ħorox, u s-sjuf huma sħan. F’sena tagħmel ħafna xita, b’medja ta’ bejn 1 000 mm sa 1 500 mm ta’ ilma f’dejl il-muntanji prealpini, ħlief għall-widien bejn il-Maurienne u t-Tarentaise, li ġeneralment jaraw inqas xita. Ix-xita hija mqassma tul is-sena kollha.

Minħabba l-kombinament ta’ ħamrija fonda u ta’ ammont kbir ta’ xita li tinżel tul is-sena kollha, iż-żona ġeografika tikkostitwixxi territorju b’mergħat ta’ kwalità (mergħat għall-mergħa u mergħat għall-ħuxlief bi flora rikka u diversifikata) distinta u karatteristika.

Fl-art ta’ taħt il-muntanji, il-produzzjoni taċ-ċereali u tal-qamħ hija wkoll żviluppata sew.

F’dak li jirrigwarda l-fatturi umani, it-“Tomme de Savoie” huwa l-eqdem ġobon ta’ Savoie. It-“Tomme de Savoie” minn dejjem kien ġobon għall-konsum domestiku. Huwa kien sors ta’ proteini essenzjali fl-ikel tal-bdiewa.

Il-kwantità disponibbli ta’ ħalib kienet tiddependi ħafna mill-użi l-oħra tal-ħalib b’mod partikolari għall-forniment ta’ xaħam, li kien imfittex ħafna. Il-bdiewa tal-Provinċja ta’ Savoie kienu jipproduċu dan il-ġobon bil-ftit ħalib li kien jibqa’ disponibbli.

Bl-istess mod li t-“Tomme de Savoie” kellu kontenuti ta’ xaħam differenti skont l-intensità tal-ixkumar, kien hemm ukoll daqsijiet differenti ta’ “Tomme de Savoie” skont l-irziezet fejn kienu jiġu prodotti.

It-“Tomme de Savoie” oriġinarjament kien jiġi prodott fid-djar, imbagħad il-produzzjoni estendiet għal ċerti kooperattivi tal-ġobon.

Illum il-ġurnata, il-produzzjoni tal-ħalib maħsub għall-ħidma tat-“Tomme de Savoie” għadha bbażata fuq l-użu ta’ ħafna ħaxix fiż-żona ġeografika iżda wkoll fuq iż-żamma tat-tradizzjoni tat-trobbija tar-razez tradizzjonali: Abondance, Montbéliarde u Tarentaise. Dawn għarfu juru l-kapaċità tagħhom ta’ adattabbiltà għal-limitazzjonijiet fiżiċi u klimatiċi tal-ambjent: il-morfoloġija adattata għall-mergħa fuq il-mergħat għat-telgħa, it-tolleranza termika, il-kapaċità tal-użu tar-ragħa fis-sajf u l-għalf niexef fix-xitwa. L-għalf tal-baqar tal-ħalib huwa bbażat fuq l-użu ta’ għalf kif ukoll ta’ ċereali primarjament prodotti fiż-żona ġeografika.

F’dawn iż-żoni tal-muntanji ġie żviluppat għarfien speċifiku dwar il-ġobon adattat għall-ambjent. It-teknoloġiji użati fir-reġjun huma adattati għall-karatteristiċi tal-ħalib u dawk li jipproduċu l-ġobon jagħtu attenzjoni partikolari lill-għarfien ta’ ċertu numru ta’ punti bħall-koltivazzjoni, il-ġestjoni tal-flora meżofili u termofili u anki l-maturazzjoni.

Dawn it-teknoloġiji huma l-frott ta’ għarfien mifrux f’reġjun fejn il-kultura tal-manifattura tal-ġobon b’qalba ppressata ilha teżisti għal żmien twil.

Il-maturazzjoni fil-kantina fuq twavel tal-injam tippermetti żvilupp tajjeb tal-qalba u l-iżvilupp tal-flora tal-wiċċ, b’mod partikolari tal-mukor. It-“Tomme de Savoie” mbagħad jinqaleb mill-inqas darba fil-ġimgħa u dan jgħin biex waqt li jkun qed jiġi pproċessat “jitneħħa x-xagħar”.

It-“Tomme de Savoie” huwa ġobon b’qalba ppressata u mhux imsajra magħmul mill-ħalib tal-baqar mhux ipproċessat jew ittrattat bis-sħana.

It-“Tomme de Savoie” huwa kkaratterizzat mill-forma ta’ ċilindru ċatt relattivament żgħir, qoxra lixxa u ftit imqabbża ’l barra, ta’ lewn bejn griż u griż fl-abjad, b’togħma qawwija u xi ftit mielħa, kemxejn aċiduża u anki pikkanti.

Il-kapaċità tat-territorju taż-żona ġeografika li jipproduċi l-għalf oħxon fi kwantità biżżejjed kif ukoll iċ-ċereali biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-produzzjoni tal-ħalib, filwaqt li jżomm sistemi ta’ produzzjoni estensivi, tassigura li l-annimali jkollhom għalf varjat.

Is-sistemi ta’ trobbija tal-merħliet tal-ħalib jiffavorixxu l-użu ta’ riżorsi varjati ħafna ta’ għalf lokali disponibbli fiż-żona ġeografika. Il-produzzjoni tal-ħalib fiż-żona ġeografika, minbarra l-aħjar użu tar-riżorsi tal-mergħa skont l-użanzi antiki, tippermetti l-ottimizzazzjoni tal-kwalità tal-ħalib li ġej minn razez tradizzjonali. Ir-razez lokali huma ppreferuti, peress li llum jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-bhejjem kollha. Dawn ir-razez adattati għall-klima u għat-terren muntanjuż għandhom il-kapaċità li jesprimu l-potenzjal ta’ produzzjoni kollu tagħhom minkejja l-kundizzjonijiet li xi kultant jistgħu jkunu diffiċli, u, permezz tal-ħalib, il-flora li huma jikkunsmaw tiġi riflessa fil-ġobon.

Dan il-ħalib, li huwa prodott fi kwantitajiet kbar grazzi għal għalf speċifiku, jippreżenta adattabbiltà aħjar għall-produzzjoni minn dak tar-razez l-oħrajn imrobbija fl-istess kundizzjonijiet, bi proprjetajiet speċjali: il-ġell miksub wara li jiġi miżjud it-tames huwa aktar sod u r-rendiment ta’ ġobon huwa ikbar.

Numru ta’ studji wrew l-impatt tal-ikel u l-kompożizzjoni tal-għalf fuq il-kwalità tal-ħalib (pereżempju: BUGAUD C., BUCHIN S., HAUWUY A., COULON J.B., 2002. Texture et flaveur du fromage selon la nature du pâturage: cas du fromage d’Abondance, INRA Prod. Anim., GIS AlpesJura. Jew DORIOZ J.M., FLEURY Ph., COULON J.B., MARTIN B., 2000. La composante milieu physique dans l’effet terroir pour la production fromagère: quelques réflexions à partir du cas des fromages des Alpes du Nord. Courrier de l’environnement, GIS AlpesJura. Jew LUCAS A, HULIN S., MICHEL V., AGABRIEL C., CHAMBA JF, ROCK E, COULON JB., 2006. Relations entre les conditions de production du lait et les teneurs en composes d’intérêt nutritionnel dans le fromage: étude en conditions réelles de production. INRA Prod Anim, GIS AlpesJura). Dan l-aħħar studju, li jirrigwarda lit-“Tomme de Savoie”, jenfasizza r-rwol importanti tal-ikel fuq il-kontenut ta’ mikronutrijenti li jinħallu fix-xaħam tal-ġobon. Juri wkoll li l-profil ta’ aċidi grassi tal-ħalib, u bħala konsegwenza tal-ġobon, huwa prinċipalment marbut mar-razzjon bażiku tal-għalf tal-baqar.

Il-ħalib użat għall-produzzjoni mhuwiex ipproċessat jew ittrattat bis-sħana u dan jiggarantixxi l-preżenza ta’ flora naturali li hija protetta mill-fatt li l-proċess tal-produzzjoni jinbeda minnufih. Din il-flora diversifikata hija parzjalment responsabbli għall-karatteristiċi tat-“Tomme de Savoie”.

L-użu tal-ħalib mhux ipproċessat jew ittrattat bis-sħana jgħin biex il-karatteristiċi inizjali tal-ħalib jiġu rrispettati, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-għalf tal-annimali, li d-diversità tiegħu hija waħda mill-elementi taż-żona ġeografika.

Bl-istess mod li t-“Tomme de Savoie” kellu kontenuti ta’ xaħam differenti skont l-intensità tal-ixkumar, kien hemm ukoll daqsijiet differenti ta’ “Tomme de Savoie” skont l-irziezet fejn kienu jiġu prodotti. Il-kwantità disponibbli ta’ ħalib kienet tiddependi ħafna mill-użi l-oħra tal-ħalib b’mod partikolari għall-forniment ta’ xaħam, li kien imfittex ħafna. Il-bdiewa tal-Provinċja ta’ Savoie kienu jipproduċu dan il-ġobon bil-ftit ħalib li kien jibqa’ disponibbli.

Biex jibqgħu leali lejn il-karatteristiċi tradizzjonali tal-prodott, il-produtturi jużaw teknika ta’ pressar tal-ġobon biex jipproduċu ġobon li jkun ta’ daqsijiet differenti, iżda li jkun kollu relattivament żgħir meta mqabbel ma’ ġobon ieħor tar-reġjun u b’kontenut differenti ta’ xaħam.

L-użanzi tal-produzzjoni ppermettew li tintgħażel il-flora rilevanti għall-produzzjoni. L-użu tagħha jippermetti lill-produtturi attwali sabiex jiżviluppaw it-togħma karatteristika tal-ġobon. Il-maturazzjoni tippermetti li dawn il-karatteristiċi tat-togħma jkomplu jiżviluppaw.

Il-flora tal-wiċċ, li hija magħmula l-aktar mill-mukor, tagħti lit-“Tomme de Savoie” d-dehra griża karatteristika tiegħu, li l-iżvilupp tagħha huwa megħjun mit-tqegħid fuq l-injam waqt il-maturazzjoni. L-attenzjoni li tingħata meta jinqaleb il-ġobon matul il-maturazzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-formazzjoni tal-qoxra tant karatteristika tat-“Tomme de Savoie” b’mod partikolari billi jitneħħa x-“xagħar” tal-mukor.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-f5bec304-85e4-4ca2-b956-c784993548e1


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


5.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/23


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2020/C 186/05)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Hajós-Baja”

Numru ta’ referenza: PDO-HU-A1388-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 15.2.2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Iż-żieda ta’ tipi ġodda ta’ nbid fil-kategorija ta’ prodotti “inbid”

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

II. Deskrizzjoni tal-inbejjed

III. Prattiki enoloġiċi speċifiċi

V. Rendiment massimu

VI. Varjetajiet awtorizzati

VII. Rabta

b)

Taqsimiet tad-Dokument Uniku kkonċernati:

Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid — Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid — Rendimenti massimi

c)

L-estensjoni tal-firxa tat-tipi ta’ nbid se ttejjeb l-espressjoni tal-karattru uniku u d-diversità tal-inbejjed ta’ Hajós-Baja, kif ukoll issaħħaħhom. L-inbejjed li ġejjin minn vendemmji tardivi għandhom volum tajjeb u huma kkaratterizzati mill-metodu ta’ produzzjoni u l-maturazzjoni. Dawn jista’ jkun fihom ukoll zokkor residwu. L-inbejjed premium huma nbejjed ta’ kwalità superjuri, b’aromi kumplessi, b’togħma kompluta u rikka u b’karatteristika qawwija ta’ frott. F’ħafna każijiet, jistgħu jitfaċċaw it-togħmiet u l-aromi tipiċi ta’ frott imqadded u ta’ ġamm, ta’ spiss ikkompletati minn karattri pikkanti qawwija, iddominati minn aromi tipiċi ta’ maturazzjoni fil-btieti tal-injam u fil-fliexken. L-inbejjed tas-silġ huma qawwija u għandhom togħma ħelwa armonjuża minħabba l-kontenut ta’ zokkor residwu, l-aċidità u l-qawwa alkoħolika tagħhom.

2.   Emenda meħtieġa fid-deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed eżistenti u allinjament għat-tipi ġodda ta’ nbid

a)

Taqsima tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernata:

II. Deskrizzjoni tal-inbejjed

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

c)

It-tipi ġodda ta’ nbid li jestendu b’mod konsiderevoli l-firxa ta’ nbejjed ta’ Hajós-Baja u d-deskrizzjoni organolettika tat-tipi ta’ nbejjed eżistenti għandha tinbidel ukoll.

3.   Emenda fil-parametri analitiċi tal-inbejjed spumanti

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

II. Deskrizzjoni tal-inbejjed

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

c)

Qegħdin nadattaw ir-regolamenti attwali għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

4.   Tneħħija tal-qawwa alkoħolika totali (kolonna) mir-rekwiżiti analitiċi

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

II. Deskrizzjoni tal-inbejjed

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

c)

Ir-regolamenti ta’ qabel m’għadhomx validi peress li, minħabba t-tibdil fil-klima, il-qawwa alkoħolika naturali totali skont il-volum tal-inbejjed żdiedet minn diversi snin ’l hawn. It-tneħħija tagħhom m’għandhiex impatt negattiv fuq il-kwalità tal-inbejjed.

5.   Estensjoni taż-żoni demarkati fil-perimetri tal-I u tat-II klassi ta’ Bácsszentgyörgy skont ir-Reġistru tal-Vitikultura

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

IV. Żona demarkata

VIII. Rekwiżiti addizzjonali

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Żona ġeografika demarkata

Rekwiżiti addizzjonali

c)

Is-sezzjonijiet periferiċi tal-muniċipalità ta’ Bácsszentgyörgy jikkorrispondu għal-lokalitajiet ta’ Csátalja u ta’ Dávod tar-reġjun tal-vitikultura. Fil-muniċipalità, l-erja taż-żona rreġistrata fir-Reġistru tal-Vitikultura hija ta’ 6,8109 ettari u fiha joperaw żewġ imħażen tat-taxxa ssemplifikati. Il-kundizzjonijiet taż-żona jikkorrispondu għad-deskrizzjoni tar-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni u l-prodott tad-DOP “Hajós-Baja”. Il-vitikultura hija parti mill-attività ekonomika tradizzjonali tal-abitanti ta’ dan ir-reġjun.

6.   Estensjoni tal-lista ta’ varjetajiet awtorizzati għall-inbejjed: Varjetà Generosa

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

VI. Varjetajiet awtorizzati

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Varjetà(jiet) prinċipali

c)

Il-varjetà Generosa hija varjetà li l-għeneb tagħha huwa reżistenti għall-ġlata, reżistenti għall-mard u faċli biex jinħadem u li jagħti nbid vivaċi, frisk u mfittex ħafna. Din il-varjetà żviluppat reċentement fir-reġjun tal-vitikultura tagħna u attwalment tiġi kkultivata fuq 12,4-il ettaru.

7.   Estensjoni tal-lista tal-varjetajiet awtorizzati għall-inbejjed spumanti:

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

VI. Varjetajiet awtorizzati

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Varjetà(jiet) prinċipali

c)

Dawn il-varjetajiet huma tradizzjonalment użati għall-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti fir-reġjun tal-vitikultura. L-inbid bażiku tal-inbid spumanti b’komponenti armonjużi għandu togħma u fwieħa eleganti u pjaċevoli korrispondenti għall-kulur (abjad, pereżempju Chardonnay, rożè, pereżempju Kékfrankos, aħmar pereżempju Kékfrankos) u aċidità relattivament qawwija. Wara l-fermentazzjoni fil-flixkun, l-inbid spumanti b’effervexxenza persistenti jiżvela r-rikkezza tat-togħmiet u tal-aromi sekondarji. Waqt il-produzzjoni tal-inbid spumanti b’riħa ta’ muskatell (cserszegi fűszeres), it-togħmiet u l-aromi karatteristiċi tal-varjetà u taż-żona tal-produzzjoni jikkompletaw it-togħma b’rikkezza newtrali.

8.   Tneħħija tal-punt c) tar-regoli dwar it-tikkettar (rekwiżit formali dwar l-użu ta’ referenzi)

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

VIII. Rekwiżiti addizzjonali

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Rekwiżiti addizzjonali

c)

Meta l-konsumaturi jixtru l-inbid, l-iktar ħaġa importanti għalihom hija l-isem tal-varjetà tal-għeneb u għalhekk naħsbu li t-tneħħija tal-punt c) tar-regoli dwar it-t-tikkettar tiffaċilita l-bejgħ.

9.   Tneħħija tal-punt b) tar-regoli tal-preżentazzjoni (għall-bejgħ tal-fliexken tal-ħġieġ biss)

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

VIII. Rekwiżiti addizzjonali

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Rekwiżiti addizzjonali -

c)

L-iżvilupp tat-teknoloġiji moderni ta’ ppakkjar jippermetti lill-kultivaturi tad-dwieli li jużaw BIB (bag in boxTM) ta’ 3, 5 u 10 litri, għall-bejgħ tal-inbejjed tagħhom waqt li jippreservaw il-kwalità tagħhom.

10.   Tneħħija tal-punt dwar in-nomina tal-kumitat lokali kompetenti għall-evalwazzjoni tal-inbejjed u tal-parti dwar il-funzjoni tiegħu, kif ukoll tal-parti dwar il-portata tal-kontroll tal-awtorità ta’ kontroll

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

VIII. Rekwiżiti addizzjonali

IX Kontrolli

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

c)

Il-funzjoni tal-kumitat lokali għall-evalwazzjoni tal-inbejjed tikkomplika l-bejgħ tal-inbejjed mill-produtturi peress li ddewmu. Huwa wkoll diffiċli li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tekniċi u finanzjarji li jippermettu l-funzjonament xieraq tal-kumitat u għalhekk dan m’għandux il-flessibbiltà meħtieġa sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ klassifikazzjoni tal-impriżi tal-inbid.

11.   Tneħħija tal-obbligu li tiġi stabbilita deċiżjoni tas-segretarju fuq il-bażi tar-rapport tal-kumitat lokali kompetenti għall-evalwazzjoni tal-inbejjed

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

VIII. Rekwiżiti addizzjonali

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

c)

Il-kumitat lokali għall-evalwazzjoni tal-inbejjed ma joperax fir-reġjun tal-vitikultura, u għalhekk qegħdin nitolbu din it-tneħħija.

12.   Il-ħatra tal-President tal-Komunità tal-Inbid inkarigat mill-kontrolli sabiex jitqassmu l-kompiti tal-Komunità tal-Inbid

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

X. Tqassim tal-kompiti tal-Komunità tal-Inbid

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

c)

Fil-każ tal-President tal-Komunità tal-Inbid, il-kundizzjonijiet ta’ kontroll huma ssodisfati.

13.   Emenda tal-parti tat-tabella dwar il-proċedura ta’ tqegħid fis-suq sabiex jitqassmu l-kompiti tal-Komunità tal-Inbid

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

X. Tqassim tal-kompiti tal-Komunità tal-Inbid

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

c)

Skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, it-teħid ta’ kampjuni mill-President tal-Komunità tal-Inbid mhuwiex iġġustifikat u għaldaqstant nixtiequ nneħħuħ. Iċ-ċertifikazzjoni organolettika mhijiex ir-responsabbiltà tal-President tal-Komunità tal-Inbid u għaldaqstant għandha titneħħa. Għall-finijiet tal-proċedura ta’ tqegħid fis-suq, il-President tal-Komunità tal-Inbid joħroġ ukoll dokument li jiċċertifika l-oriġini tal-inbid (ċertifikat tal-oriġini tal-inbid).

14.   Emenda teknika (tibdil fl-isem tal-awtorità tal-inbid)

a)

Taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ikkonċernati:

IX Kontrolli

b)

Taqsima tad-Dokument Uniku kkonċernata:

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

c)

Minħabba li l-isem tal-awtorità tal-inbid inbidel, l-isem il-ġdid jenħtieġ li jiġi introdott fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem tal-prodott

Hajós-Baja

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid spumanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod

Il-kulur tagħhom ivarja minn abjad ħadrani għal isfar lewn it-tiben ċar. Inbejjed ħfief b’aroma intensa, ħafna drabi b’aċidità ħelwa, b’noti ta’ fjuri, ta’ frott jew ta’ frott taċ-ċitru.

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée rożè

Il-kulur tagħhom ivarja minn lewn is-salamun għal aħmar ċar. Inbejjed friski, vivaċi, b’togħma ta’ frott, prodotti bl-użu ta’ teknika ta’ tnaqqis.

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor

Inbejjed ħomor friski u b’togħma ta’ frott: inbejjed ħomor aktar qawwija b’kulur lewn ir-rubin jew rubin skur, bi fwieħa sempliċi, ta’ frott, żgħażugħa, b’aromi minimi ta’ ballut u tannini, ġeneralment b’aċidità qawwija u qawwa alkoħolika baxxa.

Inbejjed ħomor b’volum medjanament tajjeb u magħquda Inbejjed lewn ir-rubin skur sa granata ċara, b’aromi pikkanti, b’togħma kompluta, b’kontenut speċifiku ta’ tannini, maturati parzjalment jew fil-bettija tal-injam, iżda mingħajr togħma dominanti tal-ballut.

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod vendemmji tardivi

Inbejjed lewn id-deheb, b’riħa kumplessa, b’sawra mimlija u kremuża, aromi rikki u togħmiet li ġejjin mill-maturazzjoni fil-btieti u fil-flixkun, b’aċidità u qawwa alkoħolika pjaċevoli, li ta’ spiss ikun fihom zokkor residwu.

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

23,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor vendemmji tardivi

Inbejjed lewn ir-rubin jew aħmar skur, b’riħa kumplessa, b’sawra mimlija u kremuża, aromi rikki u togħmiet li ġejjin mill-maturazzjoni fil-btieti u fil-fliexken, b’aċidità u qawwa alkoħolika pjaċevoli, li ta’ spiss ikun fihom zokkor residwu.

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

23,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod premium

Il-kulur tagħhom jista’ jvarja minn abjad ħadrani għal dehbi. Huma rikki b’aroma u b’togħma kumplessi intensi, u jippreżentaw l-aktar noti ta’ fjuri, ta’ frott u ta’ frott taċ-ċitru. Jista’ jkun hemm ukoll inbejjed b’volum tajjeb prodotti b’teknoloġija ta’ tnaqqis u mmaturati.

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée rożè premium

Il-kulur ivarja minn lewn is-salamun għal aħmar ċar. Inbejjed bi freskezza eleganti, vivaċi, bi fwieħa ta’ frott, prodotti b’teknika ta’ tnaqqis.

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor premium

Inbejjed lewn ir-rubin skur sa granata ċara, b’aromi pikkanti, b’togħma kompluta, b’kontenut speċifiku ta’ tannini, maturati parzjalment jew fil-bettija tal-injam, iżda mingħajr togħma dominanti tal-ballut. Minħabba maturazzjoni aktar fit-tul, jiżviluppaw l-aromi u t-togħmiet karatteristiċi ta’ frott imqadded u ta’ ġamm.

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid tas-silġ abjad

b’lewn dehbi jew maturat. Inbid b’aromi rikki u kumplessi Inbid b’kontenut partikolarment għoli ta’ zokkor, “ħelu bħall-għasel”, li jippreżenta togħma konċentrata u aċidità qawwija.

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

23,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid tas-silġ aħmar

Inbid b’kulur aħmar lewn il-bronż Inbid b’aromi rikki u kumplessi Inbid b’kontenut ta’ zokkor partikolarment għoli, “ħelu bħall-għasel”, li jippreżenta togħma konċentrata u aromi li jfakkru fil-frott imqadded.

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

23,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid spumanti abjad

Lewn: abjad fl-aħdar, ħawħ, abjad tiben pallidu

Aroma: ta’ frott, intensa, iffjurita

Togħma: friska, qawwija, b’aċidità armonjuża

Effervexxenza: uniformi, persistenti

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid spumanti rożè

Lewn: Kulur: roża ċar, lewn il-qoxra tal-basal jew is-salamun

Aroma: Aroma: li tfakkrek mill-ewwel fil-frott

Togħma: armonjuża, b’aċidità delikata

Effervexxenza: fina, persistenti

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid spumanti aħmar

Lewn: rubin, rubin skur

Aroma: noti ta’ fwieħa qawwija, mhux maturati u ta’ frott

Togħma: imħawra, ta’ frott, b’karattru

Effervexxenza: persistenti, uniformi

* Għall-qawwa alkoħolika totali massima u l-kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit, japplikaw il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

5 grammi għal kull litru, espressa f’aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a)   Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati

Restrizzjoni fuq il-produzzjoni

Inbid ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod vendemmji tardivi, Inbid ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor vendemmji tardivi, Ice wine abjad, Ice wine aħmar: arrikkiment, taħlil

Inbid ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod premium, Inbid ta’ varjetà u ta’ cuvée rożè premium, Inbid ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor premium taħlil

Prattiki enoloġiċi obbligatorji:

Restrizzjoni fuq il-produzzjoni

tal-ice wine abjad u l-ice wine aħmar: il-ħsad irid isir f’temperaturi taħt is-7 °C taħt iż-żero, u l-għeneb jingħasar xħin ikun għadu ffriżat

Regoli tal-vitikultura

Prattika tal-kultivazzjoni

1.

Regoli dwar it-teknika ta’ kultivazzjoni tal-vinja:

a.

Fil-każ tal-vinji mħawla qabel il-31 ta’ Diċembru 2011: kwalunkwe prattika

b.

Fil-każ tal-vinji mħawla wara l-1 ta’ Jannar 2012: żabra f’forma ta’ sġajra għolja jew baxxa, żabra fuq il-ħabel fil-baxx, fuq il-ħabel f’għoli medju, fuq il-kannizzata mimduda, tħarriġ Moser (fuq zokk twil), tħarriġ Sylvoz (fuq zokk twil fl-għoli b’ħafna rimjiet), tħarriġ Moser imtejjeb, sistema ta’ kannizzati fuq livell wieħed

2.

Regoli dwar id-densità tat-tħawwil:

a.

Fil-każ tal-vinji mħawla qabel il-31 ta’ Diċembru 2011: kollha

b.

Fil-każ tal-vinji mħawla wara l-1 ta’ Jannar 2012:

densità tal-pjanti: tal-anqas 3 000 pjanta kull ettaru,

distanza bejn ir-ringieli: 1,00 — 3,60 m

distanza bejn il-pjanti: minn minimu ta’ 0,60 m sa 1,20 m (f’każ ta’ pjantaġġuni bi dwieli doppji, huwa l-ispazju medju bejn id-dwieli li għandu jiġi kkunsidrat).

3.

Ammont ta’ blanzuni: massimu ta’ 12-il blanzuna kull m2

4.

Stabbiliment tad-data tal-ħsad: b’deċiżjoni tal-kunsill ta’ ġestjoni tal-komunità vitikola kompetenti, abbażi tal-ħsad ta’ prova li jsir kull ġimgħa mill-1 ta’ Awwissu ’l quddiem.

Qawwa alkoħolika potenzjali minima tal-għeneb espressa fi gradi ta’ most Ungeriż (MM) u f’% tal-volum.

Prattika tal-kultivazzjoni

Għall-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod, l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée rożè, l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor u l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée klaret: 14,9 MM, 9,0 % vol.

Għall-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod vendemmji tardivi u l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor vendemmji tardivi: 19,0 MM, 12,08 % vol.

Għall-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod premium: 17,5 MM, 10,97 % vol.

Għall-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée rożè premium u l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor premium: 17,4 MM, 10,89 % vol.

Għall-inbid tas-silġ abjad u l-inbid tas-silġ aħmar: 25,0 MM, 16,66 % vol.

Għall-inbid spumanti: 14,9 MM, 9,0 % vol.

b)   Rendimenti massimi

Għall-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod, l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée rożè, l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor u l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée klaret:

100 ettolitru għal kull ettaru

Għall-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod, l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée rożè, l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor u l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée klaret:

14 300 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Għall-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod vendemmji tardivi u l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor vendemmji tardivi:

70 ettolitru għal kull ettaru

Għall-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée bojod vendemmji tardivi u l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor vendemmji tardivi:

10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Għall-inbejjed ta’ varjetà bajda premium, l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée rożè premium u l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor premium:

60 ettolitru għal kull ettaru

Għall-inbejjed ta’ varjetà bajda premium, l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée rożè premium u l-inbejjed ta’ varjetà u ta’ cuvée ħomor premium:

8 500 kilogramma għal kull ettaru

Għall-inbid tas-silġ abjad u l-inbid tas-silġ aħmar:

42 ettolitru għal kull ettaru

Għall-inbid tas-silġ abjad u l-inbid tas-silġ aħmar:

6 000 kilogramma għal kull ettaru

Inbid spumanti

100 ettolitru għal kull ettaru

Inbid spumanti

14 300 kilogramma għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żoni ta’ produzzjoni elenkati fil-klassi I u II tar-Reġistru tal-Vitikultura tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Baja, Bácsszentgyörgy, Bátmonostor, Borota, Császártöltés, Csátalja, Csávoly, Dávod, Dusnok, Érsekcsanád, Érsekhalma, Hajós, Nagybaracska, Nemesnádudvar, Rém, Sükösd, Vaskút.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

kékoportó — portugalske modré

kadarka — kadar

rajnai rizling — rheinriesling

kadarka — jenei fekete

cabernet franc — kaberne fran

rajnai rizling — riesling

zweigelt — zweigeltrebe

cabernet franc — gros vidur

kékoportó — portugizer

sauvignon — sovinjon

merlot

kövidinka — a dinka crvena

pinot noir — kék rulandi

pinot noir — savagnin noir

pinot noir — pinot cernii

olasz rizling — welschrieslig

ottonel muskotály — muskat ottonel

kadarka — törökszőlő

kadarka — szkadarka

rajnai rizling — weisser riesling

olasz rizling — nemes rizling

rajnai rizling — johannisberger

kövidinka — a dinka rossa

pinot noir — rulandski modre

kövidinka — a ruzsica

pinot blanc — pinot beluj

cabernet franc — carbonet

pinot blanc — weissburgunder

olasz rizling — taljanska grasevina

chardonnay — kereklevelű

olasz rizling — risling vlassky

pinot noir — pignula

cabernet sauvignon

sauvignon — sauvignon bianco

olasz rizling — grasevina

szürkebarát — auvergans gris

chardonnay — ronci bilé

irsai olivér — zolotis

szürkebarát — grauburgunder

kékfrankos — blaufränkisch

szürkebarát — ruländer

cabernet franc — carmenet

szürkebarát — pinot gris

cserszegi fűszeres

ottonel muskotály — muscat ottonel

kékoportó — blauer portugieser

kékfrankos — limberger

sauvignon — sauvignon blanc

sauvignon — sauvignon bijeli

zweigelt — rotburger

kadarka — csetereska

pinot blanc — fehér burgundi

kadarka — negru moale

kövidinka — a dinka mala

pinot noir — pinot tinto

kékoportó — portugais bleu

irsai olivér — muskat olivér

kadarka — kadarka negra

pinot noir — pinot nero

ottonel muskotály — miszket otonel

kadarka — gamza

pinot noir — kisburgundi kék

kadarka — fekete budai

pinot noir — spätburgunder

kövidinka — a kamena dinka

kékfrankos — blauer limberger

olasz rizling — riesling italien

pinot noir — kék burgundi

pinot blanc — pinot bianco

generosa

szürkebarát — pinot grigio

kövidinka — steinschiller

rajnai rizling — riesling blanc

pinot noir — pino csernüj

chardonnay — morillon blanc

kékfrankos — moravka

zweigelt — blauer zweigeltrebe

pinot noir — blauer burgunder

olasz rizling — olaszrizling

szürkebarát — graumönch

kékfrankos — blauer lemberger

cabernet franc — gros cabernet

irsai olivér — irsai

rajnai rizling — rhine riesling

cabernet franc — cabernet

irsai olivér — zolotisztüj rannüj

chardonnay — chardonnay blanc

kékoportó — modry portugal

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Inbid u nbid spumanti — Deskrizzjoni taż-żona demarkata

a)   Il-fatturi naturali u kulturali

Iż-żona tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP) “Hajós-Baja” tinsab fil-parti tan-Nofsinhar tal-Ungerija, fuq l-għoljiet tat-Tramuntana ta’ Telecska. Fil-Punent tmiss mad-Danubju, fit-Tramuntana u fil-Lvant hija mdawra bl-istrixxa ramlija li testendi bejn id-Danubju u t-Tisza, u fin-Nofsinhar tmiss mal-fruntiera tal-pajjiż.

Id-Danubju kellu rwol determinanti fl-iżvilupp taż-żona tal-produzzjoni. Il-qiegħ attwali tax-xmara fforma wara ċaqliq fil-pożizzjoni tax-xmara.

Il-karatteristiċi ambjentali taż-żona tal-produzzjoni huma ddeterminati prinċipalment mit-terren irregolari tagħha. Il-parti l-kbira taż-żona tinsab f’altitudni ta’ 150 m ’il fuq mil-livell tal-baħar.

It-topografija hija ġeneralment ikkaratterizzata minn ktajjen ta’ għoljiet u widien suċċessivi f’direzzjoni mill-Majjistral għax-Xlokk, li joffru pożizzjoni ideali għall-vinji. Id-diżlivell ma jaqbiżx 10 sa 20 m. Il-gradjent huwa minn 2 sa 10 %.

Iż-żoni ta’ produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta «Hajós-Baja» huma kkaratterizzati l-iktar minn ħamrija ramlija kalkarja li tkopri sies tal-loess (art umifera u għaram mixjin); insibu wkoll, avolja inqas, ħamrija samra tal-foresta, tal-kernożem, ħamrija tal-bwar u alluvjali.

Il-kundizzjonijiet tal-klima taż-żona tal-produzzjoni huma ddeterminati mill-klima kontinentali prevalenti fl-Ungerija. Din hija kkaratterizzata prinċipalment minn sjuf sħan u xtiewi kesħin. Il-kundizzjonijiet klimatiċi u l-elevazzjoni relattivament baxxa jfissru li l-ġlata tar-rebbiegħa u tal-ħarifa huma komuni.

It-temperatura medja titla’ madwar 11-12 °C. It-tul medju ta’ sigħat ta’ xemx huwa ta’ aktar minn 2 000 siegħa fis-sena. L-ammont annwali medju ta’ xita huwa ta’ 450 sa 500 mm, li jissodisfa l-bżonnijiet tad-dwieli. Madankollu, l-ammont ta’ xita mhux imqassam b’mod bilanċjat matul is-sena kollha.

b)   Il-fatturi umani

Iż-żona tal-produzzjoni għandha tradizzjoni twila fis-settur tal-vitivinikultura. Il-kultivazzjoni tad-dwieli fir-reġjun, tmur lura għal żmien ir-Rumani, bħalma huwa ġeneralment il-każ fl-Ungerija kollha.

Ir-reġjun tal-vitikultura ta’ Hajós-Baja kien jinsab qrib iż-żona tal-fruntiera tal-Imperu Ruman (id-Danubju kien il-“konfini” tal-Imperu), iżda l-influwenza tal-Imperu kienet waslet f’dan ir-reġjun ukoll.

Il-kultura tad-dwieli, li kompliet tikber fil-Medju Evu, batiet ħafna taħt il-ħakma Ottomana fis-sekli sittax u sbatax, u għalhekk il-popolazzjoni u l-volum ta’ produzzjoni naqsu drastikament.

Wara li t-Torok ġew imkeċċija, l-istabbiliment ta’ familji Ġermanofoni – b’mod partikolari tal-kolonji ta’ Swabia – kellu rwol deċiżiv fil-qawmien mill-ġdid tal-vitikultura u fil-ħolqien ta’ fabbriki tal-inbid u ta’ teknoloġija ta’ vinifikazzjoni karatteristiċi għaż-żona tal-produzzjoni. Matul l-epidemija tal-Phylloxera, il-vitikultura mxiet għaż-żoni ramlija minħabba r-reżistenza ta’ dan it-tip ta’ ħamrija għall-marda, iżda wara, meta l-vinja reġgħet bdiet tiżviluppa, bdew jitħawlu rqajja’ ta’ art b’potenzjal ta’ produzzjoni eċċezzjonali. Fl-1904, beda t-taħriġ vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji f’Baja.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, inħolqu fabbriki kbar tal-inbid u l-vitikultura nbidlet. Minbarra l-varjetajiet tradizzjonali użati kważi esklużivament fil-passat (Ezerjó, Kadarka, Kövidinka, Mézes), ġew introdotti wkoll varjetajiet oħrajn: Kékfrankos, Leányka, Muscat ottonel, Olasz rizling (Riesling Taljan).

Il-pjantaġġuni b’distanza akbar bejn ir-ringieli u l-metodi ta’ tħarriġ fuq ħbula fl-għoli saru l-aktar popolari. Mill-aħħar tas-snin sebgħin, minbarra li ġew sostitwiti l-varjetajiet (tħawwil ta’ varjetajiet magħrufa mad-dinja, bħax-Chardonnay, il-Cabernet sauvignon, eċċ.), tkabbru ż-żoni u nbidlu t-tekniki ta’ kultivazzjoni, tfaċċaw ukoll azjendi tal-inbid moderni u kbar.

Inbid spumanti — Deskrizzjoni taż-żona demarkata

b)   Il-fatturi umani

Minbarra dak li ntqal hawn fuq, l-inbejjed spumanti ta’ Hajós-Baja għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

Iż-żona tal-produzzjoni għandha tradizzjoni twila fil-qasam tal-vitikultura u tal-kultivazzjoni tal-inbid spumanti.

Fir-reġjun tal-vitikultura, ir-razzet tal-Istat ta’ Hossúhegy beda jipproduċi nbid spumanti fl-1975.

Fis-snin tmenin, il-produzzjoni laħqet il-25 miljun flixkun fis-sena. Parti kbira nbiegħet bħala nbejjed spumanti prodotti b’fermentazzjoni f’tankijiet magħluqa (“metodu Russu”).

F’din l-azjenda ġie prodott ukoll inbid spumanti miksub b’fermentazzjoni f’tankijiet magħluqa bi żmien itwal ta’ maturazzjoni.

Inbiegħu wkoll inbejjed rożè u ħomor tal-familja ta’ nbejjed spumanti Carmen.

Fabbrika ta’ familja ilha tipproduċi nbid spumanti b’maturazzjoni fil-flixkun klassiku min-nofs is-snin 2000.

Inbid

2.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

L-ambjent bijoloġiku fir-reġjun tal-vitikultura jippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed magħquda, b’aċidità moderata, aktar ħelwin u rikki fl-alkoħol. Il-kontenut ta’ nutrijenti u l-kapaċità li għandu s-sottoswol ta’ trab fin li jżomm l-ilma, jagħtu lill-għeneb imkabbar fih kompożizzjoni partikolari, u bis-saħħa tas-sottoswol tal-franka, l-inbejjed huma mogħnija b’attributi minerali.

L-inbejjed bojod u rożè għandhom fwieħa intensa u aromi rikki. L-inbejjed ħomor ġeneralment għandhom togħma ta’ frott u kulur skur. It-tannini tagħhom huma qawwijin u jiżviluppaw bil-mod.

L-inbejjed premium huma nbejjed ta’ kwalità superjuri, b’aromi kumplessi, b’togħma kompluta u rikka u b’karatteristika qawwija ta’ frott. F’ħafna każijiet, jistgħu jitfaċċaw it-togħmiet u l-aromi tipiċi ta’ frott imqadded u ta’ ġamm, ta’ spiss ikkompletati minn karattri pikkanti qawwija, iddominati minn aromi tipiċi ta’ maturazzjoni fil-btieti tal-injam u fil-fliexken.

L-inbejjed li ġejjin minn vendemmji tardivi għandhom volum tajjeb u huma kkaratterizzati mill-metodu tal-produzzjoni u l-maturazzjoni. Dawn jista’ jkun fihom ukoll zokkor residwu.

L-ice wines huma kompluti u għandhom togħma ħelwa minħabba l-kontenut ta’ zokkor residwu, l-aċidità u l-qawwa alkoħolika tagħhom.

L-inbejjed taż-żona tal-produzzjoni preferibbilment jinbiegħu wara maturazzjoni fil-btieti u fil-fliexken.

3.   Rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott

L-ambjent ekoloġiku għandu impatt kbir fuq il-karatteristiċi tal-inbejjed. Din l-ispeċifiċità hija riflessa prinċipalment fi nbejjed b’volum tajjeb, b’aċidità moderata, aktar fini u b’qawwa alkoħolika għolja.

Il-ħamrija ramlija ġeneralment tisħon malajr, il-kulur jgħajjat tagħha jirrifletti aħjar ix-xemx, u dan jgħin l-għeneb isir. Fl-istess ħin, il-kontenut ta’ nutrijenti u l-kapaċità li għandu s-sottoswol ta’ trab fin li jżomm l-ilma, jagħtu lill-għeneb imkabbar fih kompożizzjoni partikolari, u bis-saħħa tas-sottoswol tal-franka, l-inbejjed huma mogħnija b’attributi minerali.

Bis-saħħa tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u klimatiċi, l-inbejjed bojod u rożè għandhom fwieħa intensa u aromi rikki. L-inbejjed ħomor ġeneralment għandhom togħma ta’ frott u kulur skur. It-tannini tagħhom huma b’saħħithom u jiżviluppaw bil-mod. L-inbejjed taż-żona tal-produzzjoni preferibbilment jinbiegħu wara maturazzjoni fil-btieti u fil-fliexken.

Ir-reġjun tal-vitikultura ta’ Hajós-Baja għandu rwol importanti fis-settur tal-vitivinikultura tal-agrikoltura Ungeriża. Minħabba l-valur ekonomiku tagħha, il-vitikultura għandha impatt kbir ukoll fuq is-soċjetà, peress li tikkontribwixxi biex iżżomm lill-popolazzjoni fir-reġjun.

Illum nistgħu nosservaw ukoll l-iżvilupp progressiv tal-vitikultura u tal-vinikultura, kif ukoll tat-turiżmu tal-inbid li huwa marbut magħhom, biż-żieda fin-numru ta’ viżitaturi. Huwa hawnhekk li jinsab l-akbar villaġġ ta’ kantini tal-inbid fl-Ungerija, imsejjaħ Pincefalu de Hajós.

L-impatt tal-fatturi umani fuq iż-żona tal-produzzjoni jista’ jkun osservat fl-oqsma li ġejjin:

l-iżvilupp intenzjonat ta’ struttura ta’ varjetajiet adattati għall-potenzjal li joffru l-kundizzjonijiet ekoloġiċi (varjetajiet tradizzjonali u ġodda),

l-iżvilupp ta’ tekniki tal-vitikultura u tal-inbid b’konformità mal-kriterji ekoloġiċi speċifiċi u parzjalment mal-karatteristiċi tas-suq,

l-iżvilupp ta’ faċilitajiet u ta’ struttura ta’ integrazzjoni skont il-kundizzjonijiet ekoloġiċi u kummerċjali.

Inbid spumanti

2.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed bażiċi huma prinċipalment inbejjed b’volum tajjeb, b’aċidità moderata, aktar fini u b’qawwa alkoħolika għolja.

Dawn fihom noti minerali. L-inbejjed bażiċi bojod u rożè għandhom fwieħa intensa u aromi rikki. L-inbejjed bażiċi ħomor ġeneralment għandhom togħma ta’ frott, b’kulur skur u tannini prominenti.

3.   Rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott

L-ambjent ekoloġiku għandu impatt kbir fuq il-karatteristiċi tal-inbejjed bażiċi. Din l-ispeċifiċità hija riflessa prinċipalment fi nbejjed b’volum tajjeb, b’aċidità moderata, aktar fini u b’qawwa alkoħolika għolja.

Il-ħamrija ramlija ġeneralment tisħon malajr, il-kulur jgħajjat tagħha jirrifletti aħjar ix-xemx, u dan jgħin l-għeneb isir. Fl-istess ħin, il-kontenut ta’ nutrijenti u l-kapaċità li għandu s-sottoswol ta’ trab fin li jżomm l-ilma, jagħtu lill-għeneb imkabbar fih kompożizzjoni partikolari, u bis-saħħa tas-sottoswol tal-franka, l-inbejjed huma mogħnija b’attributi minerali.

Bis-saħħa tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u klimatiċi, l-inbejjed bażiċi bojod u rożè għandhom fwieħa intensa u aromi rikki. L-inbejjed bażiċi klaret u ħomor ġeneralment għandhom togħmiet ta’ frott u l-kulur tagħhom huwa skur. It-tannini tagħhom huma evidenti u jiżviluppaw bil-mod.

L-impatt tal-fatturi umani fuq iż-żona tal-produzzjoni jista’ jkun osservat fl-oqsma li ġejjin:

l-iżvilupp intenzjonat ta’ struttura ta’ varjetajiet adattati għall-potenzjal li joffru l-kundizzjonijiet ekoloġiċi (varjetajiet tradizzjonali u ġodda),

l-iżvilupp ta’ tekniki tal-vitikultura, tal-inbid u tal-vinifikazzjoni tal-inbid spumanti adattati għall-kundizzjonijiet ekoloġiċi u, parzjalment għall-kundizzjonijiet tas-suq,

l-iżvilupp ta’ faċilitajiet u ta’ struttura ta’ integrazzjoni skont il-kundizzjonijiet ekoloġiċi u kummerċjali.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Regoli dwar ir-referenzi

Qafas ġuridiku:

fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Ismijiet ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar li jistgħu jiġu indikati: Baja, Bátmonostor, Bácsszentgyörgy, Borota, Császártöltés, Csátalja, Csávoly, Dávod, Dusnok, Érsekcsanád, Érsekhalma, Hajós, Nagybaracska, Nemesnádudvar, Rém, Sükösd, Vaskút.

Kwalifiki “barrique”, “cuvée”, “muskotály” (muscat), “primőr” (bikri), “prémium” (premium), “siller” (klaret), “késői szüretelésű” (vendemmji tardivi), “jégbor” (inbid tas-silġ).

Regoli ta’ preżentazzjoni (għal kull kategorija ta’ prodott u għal kull tip ta’ nbid):

Qafas ġuridiku:

fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

a)

L-azjendi tal-inbid li jinsabu fir-reġjun tal-vitikultura ta’ Hajós-Baja jistgħu jbiegħu l-inbejjed tagħhom direttament mill-kontenitur fejn ikun maħżuna jew mill-fliexken jekk jiġu kkunsmati fuq il-post.

b)

L-ibbottiljar tal-inbejjed isir esklużivament fis-siti tal-ibbottiljar approvati mill-Komunità tal-Inbid ta’ Hajós-Baja. L-ippakkjar barra mill-post ta’ produzzjoni huwa possibbli biss jekk jiġi ddikjarat mill-inqas 48 siegħa qabel ma huwa maħsub li jibda l-proċess. Id-dikjarazzjoni trid tiġi ppreżentata lill-Kunsill tal-Komunità tal-Inbid tar-reġjun tal-vitikultura ta’ Hajós-Baja. L-ippakkjar irid isir fi żmien 90 jum mill-kunsinna tal-inbid mill-post ta’ produzzjoni.

Produzzjoni barra ż-żona ġeografika demarkata:

Qafas ġuridiku:

fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

fil-muniċipalitajiet ta’ Bócsa, Kecel, Kéleshalma, Kiskőrös.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://boraszat.kormany.hu/admin/download/3/5d/82000/Hajos%20Baja%20OEM_v3_standard.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


5.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/38


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2020/C 186/06)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1)

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data e-Ambrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“MORTADELLA DI PRATO”

Nru tal-UE: PGI-IT-01333-AM01 – 1.10.2019

DOP () IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Mortadella di Prato”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2.: Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-isem “Mortadella di Prato” jindika prodott tal-laħam ipproċessat magħmul minn taħlita ta’ laħam tal-majjal, melħ tal-baħar, tewm, ħwawar u alchermes (jew alkermes, fi kwantità ta’ bejn 0,3 u 0,6 %) imdeffes f’zalzett u soġġett għal trattament bis-sħana. Il-prodott għandu jkollu dawn il-karatteristiċi meta jiġi rilaxxat għall-konsum: piż: bejn 0,5 u 10 kg; forma: ċilindrika jew kemxejn ovali; qisien: tul ta’ bejn 8 u 70 cm, dijametru ta’ bejn 6 u 35 cm; karatteristiċi organolettiċi: konsistenza tat-taħlita: soda u kompatta, ratba mal-palat minħabba t-tħin fin; lewn fuq barra: roża li jxaqleb lejn lewn opak; lewn fuq ġewwa: roża skur, grazzi għall-effett tal-lewn tal-alchermes, bi tbajja’ bojod minħabba l-preżenza ta’ kubi żgħar tax-xaħam; aroma: aroma ta’ ħwawar penetranti, bi ħjiel ta’ alchermes sa mill-bidu nett; togħma: tipika tal-prodott minħabba l-kuntrast bejn it-togħma taħraq u qawwija tal-ħwawar, tat-tewm u tal-melħ tal-baħar u t-togħma ħelwa u delikata tal-alchermes; karatteristiċi kimiċi u fiżiċi: proporzjon ta’ xaħam mal-proteini: mhux aktar minn 1,5.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-għalf tal-ħnieżer maħsub għall-produzzjoni tal-“Mortadella di Prato” għandu jkun f’għamla ta’ brodu jew maxx u jkollu ammont ta’ materja niexfa ta’ mhux inqas minn 45 % tat-total sa 80 kg ta’ piż ħaj u mhux inqas minn 55 % tat-total fil-fażi tat-tismin. Ix-xorrox tal-ħalib (prodott sekondarju tal-baqta) u x-xorrox tal-butir (prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-butir) ma għandhomx jaqbżu l-15-il litru għal kull annimal/kull jum).

Il-“Mortadella di Prato” hi magħmula esklużivament minn dawn il-qatgħat tal-laħam, fil-perċentwali indikati: l-ispalla: minn 40 sa 50 %; xaħam subkutanju: minn 9 sa 15 %; tirqim tal-perżut: minn 10 sa 20 %; raqba: minn 5 sa 15 %; xedaq: minn 5 sa 15 %; żaqq: minn 5 sa 10 %. L-ingredjenti obbligatorji huma: alchermes: minn 0,3 sa 0,6 %; bżar mitħun: minn 0,1 sa 0,3 %; bżar sħiħ: minn 0,1 sa 0,2 %; melħ tal-baħar: minn 2,0 sa 3,0 %: ħwawar mitħuna (kosbor, kannella, noċemuskata, il-qoxra barranija tan-noċemuskata u msiemer tal-qronfol): minn 0,1 sa 0,25 %; tewm: minn 0,08 sa 0,2 %; il-preservattivi jistgħu jintużaw kif permess mil-liġi; iż-żieda tal-glutamat tas-sodju hija pprojbita.

Il-laħam użat irid ikun ġej minn ħnieżer li jiżnu mhux inqas minn 160 kg (+/- 10 %) u meta jinqatlu jrid ikollhom aktar minn disa’ xhur. L-intervall bejn il-qatla tal-ħnieżer u l-ipproċessar tal-laħam ma jridx ikun inqas minn 24 siegħa u mhux aktar minn 96 siegħa.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji li ġejjin fil-produzzjoni tal-“Mortadella di Prato” jridu jseħħu fiż-żona ġeografika u b’mod kontinwu mingħajr intervalli: tirqim, tħin u għaġna; mili u rbit; trattament bil-fwar u tisjir; tlaħliħ u tkessiħ.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-ħin bejn it-tkessiħ u t-tnixxif sussegwenti u l-ewwel ippakkjar, li jsir f’vakwu, ma jistax jaqbeż l-20 minuta. Minbarra li jagħti lok għal tkabbir ta’ mikrobi, in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan il-limitu ta’ ħin ikollu l-effett li jħassar il-bilanċ organolettiku delikat tal-prodott, u b’hekk jikkomprometti l-aroma tiegħu u jbiddel il-lewn roża karatteristiku tiegħu.

Il-prodott jista’ jiġi ppakkjat mill-ġdid f’biċċiet jew f’fetet, fi trejs, f’vakwu, f’atmosfera modifikata, anke ’l barra miż-żona ġeografika.

Il-“Mortadella di Prato” tista’ tiġi kkummerċjalizzata b’mod sħiħ, f’biċċiet jew f’fetet, ippakkjata f’vakwu, f’atmosfera modifikata, fi trej.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fuq l-ippakkjar, għandu jidher b’mod ċar u li jista jinqara fuq it-tikketta, il-logo, kif hu riprodott hawn taħt, magħmul minn immaġni ovali maqtugħa lejn in-naħa t’isfel bil-linji li jifformaw rettangolu li jbiddel il-forma ovali, filwaqt li jifforma figura unika.

Image 2

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona li fiha jsiru l-produzzjoni u l-ewwel ippakkjar tal-“Mortadella di Prato” tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalità ta’ Prato u tal-muniċipalitajiet ta’ Agliana, Quarrata u Montale fil-Provinċja ta’ Pistoia.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

It-territorju ta’ Prato huwa kkaratterizzat minn użu razzjonali tal-ilma mix-xmara li taqsmu, il-Bisenzio, u minn nixxigħat oħra. Il-ħtieġa ta’ restawr tal-pjanura tal-għargħar vasta u fertili u l-kunċett ta’ sfruttament tal-ilmijiet tagħha biex tiġi prodotta l-enerġija għat-tħaddim kemm tal-imtieħen kif ukoll tal-makkinarju tessili, bdiet tinħass għall-ewwel darba fis-seklu tnax u wasslet għall-bini tal-hekk imsejħa “gore”, netwerk kbir ta’ kanali artifiċjali li jaqsmu l-pjanura ta’ Prato, u jestendu għall-muniċipalitajiet ġirien ta’ Agliana, Quarrata u Montale li jinsabu fil-Provinċja ta’ Pistoia. Minbarra li jipprovdu l-enerġija, il-gore u n-nixxigħat ippermettew ukoll li jiżviluppa, sa mill-Medju Evu, il-mestier tal-biċċiera (Arte dei Beccai) li, għal raġunijiet ta’ iġjene, kien jeħtieġ kwantitajiet kbar ta’ ilma ġieri, simili għall-mestier taż-żebbiegħa. Kien proprju dak iż-żmien li ġie stabbilit l-ipproċessar u l-użu tal-laħam tal-majjal, li kellu reputazzjoni partikolari u kien element importanti mill-ekonomija, filwaqt li kien jirrappreżenta s-sors alimentari ewlieni matul ix-xhur tax-xitwa. Kull familja raħħala kienet trabbi l-ħnieżer tagħha, filwaqt li dawk aktar għonja fil-bliet kienu jagħmlu użu mis-sistema tar-ragħa, fejn l-annimali kienu jiġu fdati lir-raħħala għat-tismin, bil-patt li jridu jwettqu nofs dak imwettaq minn Alla (a mezzo di ciò che Dio ne fa). Anki matul is-sekli ta’ wara, il-konsum annwali ta’ laħam tal-majjal kien konsiderevoli, u fil-fatt dawk li jipproduċu z-zalzett ta’ Prato (salsicciari) kellhom reputazzjoni għolja u kienu soġġetti għal taxxa speċifika minħabba l-importanza tal-qligħ li diġà kienu qed jiksbu dak iż-żmien permezz tal-bejgħ taz-zalzett. Għaldaqstant, il-konfigurazzjoni partikolari tal-passaġġi fuq l-ilma fiż-żona ffavoriet il-qrubija tradizzjonali bejn il-mestier antik taż-żebbiegħa, li lilu hu attibwit l-ewwel użu tal-kuċċinilja, u dik tal-biċċiera, li ssoktaw bl-użu tal-famuża “grana de tintore” bħala kolorant u taħwira, inkluż fiz-zalzett.

Il-“Mortadella di Prato” għandha reputazzjoni li hija bbażata prinċipalment fuq l-użu tal-alchermes, li joħloq kuntrast bejn it-togħma ħelwa u delikata tiegħu u t-togħma taħraq u qawwija tal-ħwawar, tat-tewm u tal-melħ tal-baħar, u b’hekk jagħti lill-prodott karatteristiċi kompletament oriġinali. L-għarfien espert lokali tradizzjonali jsaħħaħ din l-ispeċifiċità tal-prodott permezz ta’ dawn li ġejjin: l-għażla ta’ qatgħat tal-laħam l-aktar adattati għat-tisjir; il-kisba ta’ koeżjoni partikolari fit-taħlita li tirriżulta mill-kombinazzjoni tal-proteini tat-tessuti konnettivi maz-zokkor li jinsab fl-alchermes; il-protezzjoni msaħħa tax-xaħam kontra s-snuħija kkawżata mill-azzjoni batterjostatika u antiossidanti tat-taħlita ta’ ħwawar, bżar iswed, tewm u melħ tal-baħar; u l-garanzija ta’ tnixxif twil u gradwali tal-prodott minħabba l-fatt li qabel jiġi msajjar bi trattament bil-fwar. Dawn huma kollha aspetti li, meta jitqiesu flimkien, jagħmlu l-prodott uniku fix-xena gastronomika Taljana.

Il-preżenza tal-alchermes bħala ingredjent distintiv tal-“Mortadella di Prato” hija indikazzjoni ċara li l-prodott huwa esklussiv u oriġinarju minn Prato. Fil-fatt l-alchermes huwa likur ta’ lewn aħmar jgħajjat li jinkiseb esklużivament mill-kuċċinilja, insett parassita mnixxef u mitħun li, għal sekli sħaħ, kien jintuża biex jinżebgħu d-drappijiet minsuġin, jiġifieri dik li tradizzjonalment kienet l-attività ekonomika ewlenija madwar il-gore tal-belt u d-distrett ta’ Prato. Fi Prato, din il-familjarità konsiderevoli mal-kuċċinilja wasslet għal versatilità kbira fl-użu tagħha bħala kolorant fit-tessuti u fi prodotti alimentari u mediċinali. B’mod partikolari, l-użu tal-alchermes fit-tisjir inżamm ħaj fi prodotti li jvarjaw minn prodotti tal-laħam għall-pasti lokali (pesche di Prato). Din l-ispeċifiċità, flimkien mal-fatt li l-produtturi fi Prato rnexxielhom jippreżervaw il-metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali, saħħet ir-reputazzjoni tal-“Mortadella di Prato”, li mhemmx dubju dwarha u hija appoġġjata minn dokumentazzjoni estensiva. L-ewwel dokumenti ċerti dwar il- “Mortadella di Prato” bħala prodott li joriġina fil-belt ta’ Prato jmorru lura għall-1733, li kien jaħbat żmien il-beatifikazzjoni tas-soru Caterina de’ Ricci, meta s-sorijiet tal-Monasteru Dumnikan ta’ Prato ħejjew ikla għall-mistednin fejn ġiet ippreżentata bħala speċjalità lokali. Il-“Mortadella di Prato” tissemma aktar tard b’isimha fl-1854 fil-korrispondenza bejn Cesare Guasti u Giovanni Pierallini, f’artikli fil-ġurnal “Lo Zenzero” mill-1862, u tul is-seklu dsatax kollu f’diversi pubblikazzjonijiet ekonomiċi (“L’Italia economica” tal-1868, “l’Italia all’opera” tal-1869), f’rapporti mfassla bit-Taljan, bl-Ingliż u bil-Franċiż għall-Wirjiet Internazzjonali f’Londra u f’Pariġi, u f’nota miktuba minn Kummissarju tal-pulizija Franċiż rigward l-esportazzjoni tal-prodott lejn Franza (1867). Dan jikkonferma li l-prodott kien kiseb ċertu reputazzjoni. B’mod partikolari, rapport minn uffiċjal tal-Wirja Internazzjonali ta’ Londra jiddikjara li l-“Mortadella di Prato” u l-“Mortadella di Bologna” silfu isimhom lill-ġeneru kollu. Hemm ukoll diversi referenzi ddokumentati għall- “Mortadella di Prato” mis-seklu għoxrin f’firxa ta’ pubblikazzjonijiet inklużi l-kotba tar-riċetti lokali u l-gazzetti nazzjonali ta’ kuljum, kif ukoll fil-gastronomija nazzjonali u internazzjonali, u dan juri li l-fama tagħha kibret b’mod konsiderevoli. Il-karatteristiċi partikolari tagħha wasslu biex il-prodott jissemma f’bosta kotba tat-tisjir u gwidi gastronomiċi lokali, nazzjonali u internazzjonali, inkluż fl-ewwel edizzjoni tal-“Guida Gastronomica d’Italia” tat-Touring Club Italiano (1931). Il-fama tagħha hi marbuta wkoll mal-interess fil-prodott li wrew kokijiet ewlenin u figuri magħrufa sewwa fil-kultura u fil-gastronomija internazzjonali, bħall-kittieb Manuel Vázquez Montalbán. Ġiet promossa wkoll bħala espressjoni vera tat-tradizzjoni gastronomika ta’ Prato minn assoċjazzjonijiet bħall-Accademia della cucina italiana (1987) u Slow Food, li fl-2000 iddeżinjatha bħala prodott alimentari protett. Sa mis-seklu tmintax, il-“Mortadella di Prato” bdiet tittiekel flimkien mat-tin jew fit-tisjir tradizzjonali bħala ingredjent f’bosta platti tipiċi, fosthom is-“sedani alla pratese”. Il-prodott jiġi ppreżentat regolarment f’fieri internazzjonali kif ukoll fil-festival tal-ikel u tal-inbid li jsir fi Prato stess: “Divini profumi. Tra bere e sapere, cultura e sapori della provincia di Prato”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test ikkonsolidat tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott jista’ jiġi kkonsultat fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335”

Jew inkella

billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq fil-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.