ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 180/01 |
Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.9489 — Air Canada/Transat) ( 1 ) |
|
2020/C 180/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ Nru M.9461 — AbbVie/Allergan) ( 1 ) |
|
2020/C 180/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9780 — BNP Paribas/Bank of Baroda/JV) ( 1 ) |
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW |
|
2020/C 180/04 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
il–Kunsill |
|
2020/C 180/05 |
||
2020/C 180/06 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 180/07 |
||
2020/C 180/08 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
2020/C 180/09 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 180/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9619 — CDC/EDF/ENGIE/La Poste) ( 1 ) |
|
2020/C 180/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9759 — Nexi/Intesa Sanpaolo (Merchant acquiring business)) ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 180/12 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/1 |
Bidu ta’ proċeduri
(Il-Każ M.9489 — Air Canada/Transat)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 180/01)
Fil-25 ta’ Mejju 2020 il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+ 32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.9489 — Air Canada/Transat, fl-indirizz li ġej:
Kummissjoni Ewropea |
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet |
1049 Bruxelles/Brussell |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ Nru M.9461 — AbbVie/Allergan)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 180/02)
Fl-10 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9461. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9780 — BNP Paribas/Bank of Baroda/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 180/03)
Fil-15 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9780. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
III Atti preparatorji
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/4 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-20 ta’ Mejju 2020
dwar emendi għall-qafas prudenzjali tal-Unjoni b’risposta għall-pandemija tal-COVID-19
(CON/2020/16)
(2020/C 180/04)
Introduzzjoni u bażi legali
Fis-6 u t-12 ta’ Mejju 2020 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) rċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 dwar aġġustamenti b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw (1) il-kompitu tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, (2) il-kompiti tal-BĊE fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat u (3) l-kontribuzzjoni tas-SEBĊ għat-twettiq bla xkiel ta’ politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
L-implikazzjonijiet mingħajr preċedent tal-kriżi globali skattati mill-pandemija tal-coronavirus (COVID-19) wasslu lill-awtoritajiet pubbliċi globali biex jieħdu azzjonijiet rapidi u deċiżivi mmirati biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu jistgħu jibqgħu jaqdu r-rwol tagħhom fil-finanzjament tal-ekonomija reali u li jkunu jistgħu jsostnu l-irkupru ekonomiku, minkejja t-telf dejjem jiżdied li aktarx se jkollhom jaffaċċjaw minħabba l-kriżi.
Il-BĊE għamel użu mill-flessibbiltà superviżorja permessa mill-qafas legali attwali biex jappoġġja lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex jibqgħu jipprovdu kreditu lill-familji, lin-negozji vijabbli u lill-impriżi l-aktar milquta mill-konsegwenzi ekonomiċi attwali (2). F’dan ir-rigward il-BĊE pprovda kapital temporanju u serħan operattiv (3) u ħabbar aktar flessibbiltà fit-trattament prudenzjali ta’ self sostnut minn garanziji pubbliċi (4). Il-BĊE ħeġġeġ ukoll lill-istituzzjonijiet biex jevitaw effetti proċikliċi eċċessivi fl-applikazzjoni tal-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 9 (5), naqqas temporanjament il-multiplikatur kwalitattiv tar-riskju tas-suq biex jipprovdi għal-livelli straordinarji tal-volatilità tas-suq (6) u ħareġ rakkomandazzjoni dwar id-distribuzzjonijiet tad-dividendi bl-għan li jiġu ppreżervati r-riżorsi kapitali fi ħdan is-sistema bankarja biex tittejjeb il-kapaċità tagħha li ssostni l-ekonomija reali (7). Dawn il-miżuri rrappreżentaw appoġġ sinifikanti ħafna fl-indirizzar tal-kriżi attwali, b’sinerġiji importanti bejn il-miżuri tal-BĊE bħala superviżur bankarju u l-azzjonijiet tal-politika monetarja tiegħu bħala bank ċentrali.
Awtoritajiet oħra wkoll ħadu azzjoni, b’mod partikolari l-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) u l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), permezz ta’ miżuri prudenzjali ta’ natura komplementari li bbenefikaw minn koordinazzjoni internazzjonali. Barra minn hekk, il-gvernijiet nazzjonali nedew programmi ta’ appoġġ sinifikanti ħafna, inklużi garanziji pubbliċi u moratorji fuq il-pagamenti ta’ obbligi ta’ kreditu.
F’dan l-isfond, il-BĊE jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li żżid il-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jsellfu u li jassorbu t-telf relatat mal-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li tibqa’ tiġi żgurata r-reżiljenza kontinwa tagħhom (8). L-aġġustamenti mmirati għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (CRR) huma milqugħa, peress li jkomplu jżidu l-kapaċità tas-sistema bankarja biex jittaffa l-impatt ekonomiku tal-pandemija u jiġi appoġġjat l-irkupru, filwaqt li jiġu ppreżervati l-elementi ewlenin tal-qafas prudenzjali. Barra minn hekk, xi elementi tar-regolament propost jikkumplimentaw il-miżuri superviżorji ta’ mitigazzjoni meħuda mill-BĊE u ċerti miżuri maqbula reċentement mill-BCBS jeħtieġu li jsiru operattivi l-emendi għall-qafas legali tal-Unjoni. Kwalunkwe aġġustament ulterjuri għar-regolament propost ma għandux ibiddel b’mod fundamentali l-qafas prudenzjali, li għandu jkompli jirrispetta l-istandards miftiehma ta’ Basel u jevita aktar frammentazzjoni tal-ġabra unika tar-regoli Ewropea.
Bħala osservazzjoni ġenerali ulterjuri dwar id-disponibbiltà li jiġi pprovdut self lill-ekonomija, il-BĊE jindika dan li ġej. Jekk il-proporzjon ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 (CET1) tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jaqa’ taħt il-livell tar-rekwiżit ta’ riżerva kombinata, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jqassmu r-riżorsi biss fil-limiti tal-ammont massimu distribwibbli (10). Jekk id-dħul ikun negattiv, id-distribuzzjonijiet jiġu kkanċellati, irrispettivament mid-daqs tal-ksur. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu ma jkunux lesti li jużaw ir-riżervi tagħhom għal self addizzjonali minħabba tħassib li jkunu obbligati jikkanċellaw kupuni tal-Grad 1 Addizzjonali u jiffaċċjaw ir-reazzjonijiet potenzjalment negattivi tal-parteċipanti fis-suq. Imġiba bħal din tfixkel l-effett ta’ benefiċċju intenzjonat tal-qafas tar-riżerva.
Osservazzjonijiet speċifiċi
1. Arranġamenti tranżitorji għall-mitigazzjoni tal-impatt tad-dispożizzjonijiet tal-IFRS 9 dwar il-kapital regolatorju
1.1 |
L-Artikolu 473a tas-CRR fih arranġamenti tranżitorji li jippermettu lill-istituzzjonijiet biex iżidu lura mal-kapital CET1 tagħhom porzjon ta’ kwalunkwe żieda fil-proviżjonijiet minħabba l-introduzzjoni tal-kontabilità tat-telf ta’ kreditu mistenni (ECL) taħt l-IFRS 9. L-arranġamenti tranżitorji jikkonsistu f’żewġ komponenti: komponent statiku u komponent dinamiku. Il-komponent statiku jippermetti lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinnewtralizzaw parzjalment l-“impatt mill-ewwel jum” fuq il-kapital CET1 taż-żieda fil-proviżjonijiet tal-kontabilità minħabba l-introduzzjoni tal-IFRS 9. Il-komponent dinamiku jippermetti lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinnewtralizzaw parzjalment l-impatt taż-żieda addizzjonali (jiġifieri wara l-ewwel jum) fil-proviżjonijiet għal skoperturi li mhumiex b’indeboliment fil-kreditu. L-arranġamenti tranżitorji eżistenti jkopru l-perjodu mill-2018 sal-2022 (11). |
1.2 |
Fit-3 ta’ April 2020, il-BCBS qabel dwar emendi (12) għall-arranġamenti tranżitorji eżistenti għat-trattament regolatorju tal-ECL fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19. Il-BCBS iċċara wkoll li ġurisdizzjonijiet li diġà implimentaw l-arranġamenti tranżitorji (inkluża l-Unjoni Ewropea) jistgħu jagħżlu b’mod partikolari li jżidu lura inqas minn 100% matul l-2020 u l-2021, jew jieħdu miżuri oħra biex jipprevjenu ż-żieda lura milli tinkludi l-ammonti tal-ECL stabbiliti qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 (13). Biex jirrifletti dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-regolament propost jipprevedi l-issettjar mill-ġdid tal-perjodu tranżitorju ta’ 5 snin li beda fl-2018 għall-komponent dinamiku biss. |
1.3 |
Il-BĊE jappoġġja l-emenda tal-Artikolu 473a tas-CRR sabiex l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu jistgħu jżidu lura mal-kapital CET1 tagħhom ammont limitat għaż-żieda attribwibbli għall-komponent dinamiku tal-proviżjonijiet tal-ECL wara l-31 ta’ Diċembru 2019. L-ewwel nett, din is-soluzzjoni tippermetti li l-ambitu tal-miżuri addizzjonali jiġi personalizzat biex jiġu indirizzati l-effetti relatati mal-COVID-19, u b’hekk jiġu distinti mill-impatt mill-ewwel jum li ż-żieda fil-proviżjonijiet kellha fuq il-kapital CET1 minħabba l-introduzzjoni tal-IFRS 9. It-tieni nett, din is-soluzzjoni tkun konformi bis-sħiħ mad-deċiżjoni tal-BCBS tat-3 ta’ April 2020. |
2. Trattament ta’ self garantit pubblikament taħt il-garanzija ta’ kontinġenza prudenzjali tal-NPE
2.1 |
Skont l-Artikolu 47c(4) tas-CRR, skoperturi improduttivi (NPEs) iggarantiti minn aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni (ECAs) uffiċjali jirċievu trattament preferenzjali fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ tnaqqis skont l-Artikolu 47c(3) tas-CRR (l-hekk imsejħa garanzija ta’ kontinġenza prudenzjali tal-NPE). Fil-każ tal-NPEs iggarantiti mill-ECAs, il-parti biss tal-iskopertura koperta minn tali garanzija jeħtieġ li titnaqqas għal kollox wara seba’ snin fl-istatus ta’ NPE, filwaqt li ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ tnaqqis qabel dan. Għall-NPEs l-oħra kollha li huma ggarantiti bis-sħiħ jew parzjalment mill-kollateral li jikkwalifika, ir-rekwiżiti minimi tat-tnaqqis jiżdiedu gradwalment maż-żmien sakemm l-NPEs rilevanti jkunu koperti bis-sħiħ. |
2.2 |
Ir-regolament propost jipprevedi estensjoni temporanja tat-trattament speċifiku tal-NPEs iggarantiti mill-ECAs għall-NPEs iggarantiti mill-gvernijiet nazzjonali jew minn entitajiet pubbliċi oħra, li huma eliġibbli bħala fornituri tal-protezzjoni tal-kreditu skont ir-regoli tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu (14), sakemm il-garanzija jew il-kontrogaranzija tingħata bħala parti mill-miżuri ta’ sostenn biex jgħinu lil min jissellef waqt il-pandemija tal-COVID-19 (15). |
2.3 |
Il-BĊE jilqa’ l-proposta li jiġi estiż temporanjament it-trattament aktar ta’ benefiċċju tal-Artikolu 47c(4) tas-CRR għall-NPEs iggarantiti mill-gvern nazzjonali jew minn entitajiet pubbliċi oħra, li huwa wkoll konformi mas-suġġeriment tal-BĊE (16). Il-proposta tneħħi d-distinzjoni arbitrarja bejn garanziji mogħtija minn entitajiet pubbliċi differenti b’pożizzjoni ta’ kreditu simili. |
3. Id-data tal-applikazzjoni tar-riżerva għall-proporzjon ta’ ingranaġġ
3.1 |
Il-Grupp tal-Gvernaturi u l-Kapijiet ta’ Superviżjoni (GHoS) tal-Banek Ċentrali li jissorvelja l-BCBS approva fis-27 ta’ Marzu 2020 li l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-elementi finali tar-riforma ta’ Basel III tiġi posposta b’sena, inkluża r-riżerva għall-proporzjon ta’ ingranaġġ għal banek globali sistemikament importanti, li se ssir applikabbli fl-Unjoni fl-1 ta’ Jannar 2022. Ir-regolament propost jipprevedi allinjament tal-iskeda taż-żmien applikabbli fis-CRR mal-iskeda taż-żmien il-ġdida approvata mill-GHoS jiġifieri l-1 ta’ Jannar 2023 u mhux l-1 ta’ Jannar 2022 (17). |
3.2 |
Il-BĊE jappoġġja d-deċiżjoni li jsir użu mill-iskeda ta’ żmien estiża miftiehma fil-livell internazzjonali għall-finalizzazzjoni tar-riformi ta’ Basel III għall-finijiet tat-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi tal-Unjoni. Il-posponiment tal-applikazzjoni tar-riżerva għall-proporzjon ta’ ingranaġġ għal banek globali sistemikament importanti se jippermetti lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu aġġustament aktar bla xkiel, filwaqt li jibqgħu kompletament konsistenti mas-sustanza u l-iskeda ta’ żmien maqbula fil-livell internazzjonali. Dan se jippermetti lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiffokaw il-kapaċità operattiva tagħhom fuq il-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw il-kriżi attwali u jrawmu l-irkupru ekonomiku. |
4. Tpaċija tal-impatt tal-esklużjoni ta’ ċerti skoperturi mill-kalkolu tal-proporzjon ta’ ingranaġġ
4.1 |
L-istandard tal-proporzjon ta’ ingranaġġ finali ppubblikat mill-BCBS f’Diċembru 2017 (18) jipprevedi li, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-politiki monetarji, il-ġurisdizzjoni tista’ temporanjament teżenta r-riżervi tal-bank ċentrali mill-miżura tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ f’ċirkostanzi makroekonomiċi eċċezzjonali. Jekk din id-diskrezzjoni tiġi eżerċitata, l-istandards ta’ Basel jeħtieġu rikalibrazzjoni (jiġifieri żieda) tar-rekwiżit tal-proporzjon ta’ ingranaġġ biex tiġi kkumpensata l-esklużjoni tar-riżervi tal-bank ċentrali. Din id-diskrezzjoni, li ġiet introdotta fid-dritt tal-Unjoni (19), se ssir applikabbli fit-28 ta’ Ġunju 2021. |
4.2 |
Il-BĊE jinnota li l-esperjenza tal-kriżi finanzjarja globali enfasizzat b’mod ċar il-ħtieġa għal rekwiżit obbligatorju ta’ proporzjon ta’ ingranaġġ fil-Pilastru 1. Huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ li l-akkumulazzjoni ta’ ingranaġġ eċċessiv fis-sistema bankarja kienet kawża sottostanti tal-kriżi finanzjarja globali. Il-BĊE għalhekk iqis li huwa importanti li r-rwol tal-proporzjon ta’ ingranaġġ jiġi ppreżervat bis-sħiħ bħala garanzija ta’ kontinġenza kredibbli mhux ibbażata fuq ir-riskju u li tiġi evitata l-esklużjoni tal-komponenti ewlenin tiegħu. |
4.3 |
Ir-regolament propost jipprevedi bidla fil-mekkaniżmu ta’ rikalibrazzjoni kif attwalment stabbilit fis-CRR. B’mod partikolari, istituzzjoni ta’ kreditu se tkun meħtieġa tikkalkula l-proporzjon ta’ ingranaġġ aġġustat darba biss, fuq il-bażi tal-valur tar-riżervi tal-bank ċentrali eliġibbli tal-istituzzjoni u l-kejl tal-iskopertura totali fil-jum meta l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tiddikjara li jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-eżerċitar tad-diskrezzjoni. Il-proporzjon ta’ ingranaġġ aġġustat se japplika matul il-perjodu kollu li matulu tiġi eżerċitata d-diskrezzjoni u mhux se jinbidel, għall-kuntrarju ta’ dak li jiġri taħt il-mekkaniżmu ta’ rikalibrazzjoni attwalment fis-seħħ. |
4.4 |
Il-BĊE jilqa’ l-fatt li r-regolament propost jimplimenta esklużjoni mmirata ta’ żieda fir-riżervi tal-bank ċentrali, li tista’ tappoġġja implimentazzjoni u trażmissjoni bla xkiel ta’ miżuri ta’ politika monetarja. Il-BĊE jinnota li żieda fil-likwidità tal-bank ċentrali li tirriżulta mit-twettiq tal-politika monetarja se twassal għal żieda fil-kwantità ta’ riżervi miżmuma mis-sistema bankarja, kif huwa l-każ għall-miżuri tal-politika monetarja mħabbra reċentement fir-rigward tal-kriżi COVID-19. Filwaqt li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali jistgħu jittrasferixxu dawn ir-riżervi, is-sistema bankarja mhux se tkun tista’ tevita li żżomm dawn ir-riżervi addizzjonali u ż-żieda li takkumpanjahom fil-miżura tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta’ ingranaġġ. Sabiex l-esklużjoni tkun effettiva bis-sħiħ, il-BĊE jissuġġerixxi l-modifiki li ġejjin. |
4.5 |
Il-bidla għall-mekkaniżmu ta’ rikalibrazzjoni tapplika mit-28 ta’ Ġunju 2021. Madankollu, sa meta l-awtorità kompetenti teżerċita d-diskrezzjoni tagħha, li tista’ tkun fit-28 ta’ Ġunju 2021 jew data wara, l-ammont ta’ riżervi tal-bank ċentrali miżmuma minn istituzzjoni ta’ kreditu seta’ jkun diġà żdied b’mod sinifikanti minħabba miżuri ta’ politika monetarja. Ir-rikalibrazzjoni bbażata fuq ir-riżervi tal-bank ċentrali miżmuma minn istituzzjoni ta’ kreditu fid-data li awtorità kompetenti teżerċita d-diskrezzjoni tagħha tista’ ma tiffaċilitax bis-sħiħ l-implimentazzjoni u t-trażmissjoni effettiva tal-miżuri tal-politika monetarja. Dan għaliex iż-żieda fir-riżervi tal-bank ċentrali li jimplikaw dawn il-miżuri hija mistennija li tkun seħħet fil-biċċa l-kbira sa dik id-data. Għalhekk l-esklużjoni tar-riżervi tal-bank ċentrali kkalkulati f’dik id-data se toħloq inqas kapaċità għall-banek għal żieda potenzjali fis-self lill-ekonomija reali. Barra minn hekk, jekk ikun hemm il-ħtieġa li tiġġedded l-esklużjoni fi tmiem il-perjodu li matulu tiġi eżerċitata d-diskrezzjoni (inizjalment perjodu massimu ta’ sena), ir-rikalibrazzjoni tkun ibbażata fuq l-ammont tar-riżervi miżmuma fid-data tat-tiġdid, li sadanittant setgħu komplew jiżdiedu. Minħabba l-inċertezza tul il-perjodu taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, il-mekkaniżmu ta’ rikalibrazzjoni jista’ sostanzjalment jimpedixxi l-effikaċja tal-miżura fl-iffaċilitar tal-implimentazzjoni u t-trażmissjoni xierqa tal-politika monetarja. |
4.6 |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom għalhekk ikunu jistgħu jistabbilixxu d-data ta’ referenza għar-rikalibrazzjoni sabiex ir-rikalibrazzjoni tibqa’ stabbli għall-perjodu taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali. Dan jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti, f’konsultazzjoni mal-banek ċentrali, li jagħżlu data li timmarka l-bidu tal-perjodu ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, kif jixhdu d-deċiżjonijiet ewlenin tal-politika monetarja (20). Dan jipprovdi ċertezza u ċarezza lill-parteċipanti fis-suq, u jappoġġja l-implimentazzjoni u t-trażmissjoni bla xkiel tal-politika monetarja. |
4.7 |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu rikalibrazzjoni abbażi ta’ perjodu ta’ referenza, minflok data ta’ referenza. L-ammont medju tar-riżervi tal-bank ċentrali eliġibbli matul il-perjodu mbagħad jiġi kkunsidrat fir-rikalibrazzjoni. Dan jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jinjoraw kwalunkwe varjazzjoni ta’ kuljum tar-riżervi tal-bank ċentrali meta jistabbilixxu r-rekwiżit minimu l-ġdid għal kull istituzzjoni. |
5. Bidliet ulterjuri possibbli għal ċerti aspetti tar-rekwiżiti tar-riskju tas-suq
5.1 |
Il-livelli straordinarji ta’ volatilità rreġistrati fis-swieq finanzjarji minn mindu faqqgħet il-COVID-19 kellhom impatt fuq ir-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju tas-suq għall-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ tal-mudell intern għar-riskju tas-suq b’żewġ modi: (a) iċ-ċifri tal-Valur fir-Riskju jiżdiedu bħala konsegwenza tal-volatilità ogħla osservata, u (b) jiżdiedu l-multiplikaturi kwantitattivi tar-riskju tas-suq li jirriflettu n-numru tal-ittestjar retrospettiv tal-qbiż fil-valur (21). Dawn l-iżviluppi għandhom impatt fuq il-proporzjonijiet CET1 tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u jistgħu jħallu impatt ukoll fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkomplu l-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq u jipprovdu likwidità tas-suq, li taffettwa b’mod negattiv il-funzjonament ordnat tas-suq. Barra minn hekk, żieda eċċessiva fir-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju tas-suq timpedixxi l-objettiv li jiġi lliberat il-kapital biex jiġi appoġġjat is-self lill-ekonomija reali. |
5.2 |
L-istandard tal-BCBS dwar il-mudelli interni tar-riskju tas-suq fih biżżejjed flessibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-trattament tal-ittestjar retrospettiv tal-qbiż fil-valur f’ċirkostanzi straordinarji (22). B’mod partikolari, l-istandard tal-BCBS jirrikonoxxi li anki mudelli mfassla tajjeb jistgħu jonqsu milli jipprevedu volatilità għolja mhux mistennija tas-suq. F’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji, anki mudell preċiż jista’ jipproduċi ħafna eċċezzjonijiet f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir. |
5.3 |
Filwaqt li s-CRR ma jinkludix referenza espliċita għaċ-ċirkostanzi straordinarji deskritti fit-test tal-BCBS, hija permessa ċerta flessibbiltà għall-awtorità kompetenti fil-valutazzjoni tar-riżultati tal-ittestjar retrospettiv. B’mod partikolari, l-Artikolu 366(4) tas-CRR jipprevedi li s-superviżur għandu d-diskrezzjoni li ma jgħoddx il-qbiż fil-valur li jirriżulta mit-telf attwali meta dan ikun xprunat minn fatturi għajr nuqqasijiet tal-mudell, bħal kundizzjonijiet tas-suq straordinarji. Madankollu, is-CRR ma jippermettix lill-awtorità kompetenti tapplika trattament simili għall-qbiż fil-valur ipotetiku u ma jagħtix kashom għall-finijiet tal-kalkolu tal-addend tal-ittestjar retrospettiv. It-tfixkil tas-suq ikkawżat mill-COVID-19 huwa mistenni li jinfluwenza n-numru ta’ qbiż fil-valur ipotetiku, b’mod simili għan-numru ta’ qbiż fil-valur attwali. |
5.4 |
B’riżultat ta’ dan, meta mqabbla ma’ standards internazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti huma ristretti fil-miżuri superviżorji disponibbli tagħhom milli jilħqu l-għan tagħhom li jżommu l-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jipprovdu likwidità tas-suq u li jkomplu l-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq f’ċirkostanzi straordinarji, li għandhom rwol kritiku fl-appoġġ għall-ekonomija reali. Miżuri addizzjonali, bħal li jiġi injorat il-qbiż fil-valur (li jirriżulta kemm minn telf reali kif ukoll minn telf ipotetiku) f’ċirkostanzi straordinarji, jiksbu aħjar dan l-objettiv. Għalhekk, is-CRR għandu jiġi emendat sabiex jiġi żgurat li, f’ċirkostanzi straordinarji, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu azzjoni xierqa, f’konformità mal-istandard tal-BCBS. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw aktar flessibbiltà li tippermettilhom jaġġustaw temporanjament in-numru ta’ qbiż fil-valur (li jirriżulta kemm minn telf attwali kif ukoll minn telf ipotetiku) jew jieħdu azzjoni xierqa oħra. Minħabba li l-kundizzjonijiet straordinarji tas-suq mhumiex marbutin ma’ entitajiet individwali speċifiċi, iżda mas-suq kollu, ikun importanti wkoll li l-awtorità kompetenti teżerċita din is-setgħa fost l-entitajiet taħt superviżjoni kollha fir-rigward tal-mudelli interni rispettivi tagħhom, aktar milli fuq bażi individwali.
Din l-opinjoni se tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ Mejju 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) COM(2020) 310 finali.
(2) Ara l-blogg post minn Andrea Enria, President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE tas-27 ta’ Marzu 2020, Flessibbiltà fis-superviżjoni: kif is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE qed tikkontribwixxi fil-ġlieda kontra l-konsegwenzi ekonomiċi tal-coronavirus, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE dwar is-superviżjoni bankarja fuq www.bankingsupervision.europa.eu.
Ara wkoll l-FAQs dwar miżuri superviżorji tal-BĊE b’reazzjoni għall-coronavirus, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE dwar is-superviżjoni bankarja fuq www.bankingsupervision.europa.eu.
(3) Ara l-Istqarrija għall-istampa tal-BĊE tat-12 ta’ Marzu 2020, Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tipprovdi kapital temporanju u serħan operattiv b’reazzjoni għall-coronavirus, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE dwar is-superviżjoni bankarja fuq www.bankingsupervision.europa.eu.
(4) Ara l-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tal-20 ta’ Marzu 2020, Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tipprovdi iktar flessibbiltà lill-banek b’reazzjoni għall-coronavirus, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE dwar is-superviżjoni bankarja fuq www.bankingsupervision.europa.eu.
(5) Ara l-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tal-20 ta’ Marzu 2020, Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tipprovdi iktar flessibbiltà lill-banek b’reazzjoni għall-coronavirus, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE dwar is-superviżjoni bankarja fuq www.bankingsupervision.europa.eu.
(6) Ara l-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tas-16 ta’ April 2020, Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tipprovdi serħan temporanju għar-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju tas-suq, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE dwar is-superviżjoni bankarja fuq www.bankingsupervision.europa.eu.
(7) Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2020 dwar id-distribuzzjonijiet tad-dividendi matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2020/1 (BĊE/2020/19) (ĠU C 102 I, 30.3.2020, p. 1).
(8) Ara t-taqsima 1 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni li jakkumpanja r-regolament propost.
(9) Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(10) Ara l-Artikolu 141 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(11) Ara t-taqsima 5 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni li jakkumpanja r-regolament propost.
(12) Ara l-istqarrija għall-istampa tal-BIS tat-3 ta’ April 2020, Il-Kumitat ta’ Basel jistabbilixxi miżuri addizzjonali biex itaffi l-impatt ta’ Covid-19, disponibbli fuq https://www.bis.org/press/p200403.htm.
(13) BCBS, Miżuri li jirriflettu l-impatt ta’ Covid-19, disponibbli fuq https://www.bis.org/bcbs/publ/d498.pdf.
(14) L-ittri (a) sa (e) tal-Artikolu 201(1) tas-CRR jirreferu għal skoperturi ta’ (a) gvernijiet ċentrali u banek ċentrali; (b) gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali; (c) banek ta’ żvilupp multilaterali; (d) organizzazzjonijiet internazzjonali li għalihom jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 0% skont l-Artikolu 117; (e) entitajiet tas-settur pubbliku, li t-talbiet fuqhom jiġu trattati skont l-Artikolu 116.
(15) Ara l-Artikolu 500a ġdid propost tas-CRR.
(16) Ara l-FAQs dwar il-miżuri superviżorji tal-BĊE b’reazzjoni għall-coronavirus.
(17) Ara l-emenda proposta għall-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-proporzjon ta’ ingranaġġ, tal-proporzjon nett ta’ finanzjament stabbli, tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, tar-riskju tas-suq, tal-iskoperturi għall-kontropartijiet ċentrali, tal-iskoperturi għall-impriżi ta’ investiment kollettiv, tal-iskoperturi kbar, tar-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(18) BCBS, Basel III: L-iffinalizzar tar-riformi ta’ wara l-kriżi, p. 144, disponibbli fuq https://www.bis.org/bcbs/publ/d424.pdf.
(19) Ara l-paragrafi 1(n) u 7 tal-Artikolu 429a tas-CRR kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/876.
(20) Ara l-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tat-12 ta’ Marzu 2020, Id-deċiżjonijiet tal-politika monetarja, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(21) Ara wkoll id-dikjarazzjoni tal-EBA dwar l-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali dwar aspetti mmirati fil-qasam tar-riskju tas-suq fit-tifqigħa COVID-19 tat-22 ta’ April 2020, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-EBA fuq www.eba.europa.eu.
(22) BCBS, Kalkolu MAR tal-RWA għar-riskju tas-suq, il-paragrafi 99.65 sa 99.69, disponibbli fuq https://www.bis.org/basel_framework/standard/MAR.htm.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/10 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2020/C 180/05)
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2020/716 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel l-ewwel ta’ Marzu 2021, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fuq il-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami li jmiss mill-Kunsill tal-lista ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati, f’konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
(2) ĠU L 168, 29.5.2020, p 66.
(4) ĠU L 168, 29.5.2020, p 1.
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/11 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2020/C 180/06)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 (5).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili — RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719, u r-Regolament (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar stabbiliti bid-Deċiżjoni 2013/255/PESK u r-Regolament (UE) Nru 36/2012.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ tinqasam skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew kemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
(3) ĠU L 168, 29.5.2020, p. 66.
(5) ĠU L 168, 29.5.2020, p. 1.
Il-Kummissjoni Ewropea
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/12 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-28 ta' Mejju 2020
(2020/C 180/07)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1016 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
118,68 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4544 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,89728 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,5480 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0683 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
150,80 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,8553 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,017 |
HUF |
Forint Ungeriż |
349,74 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4242 |
RON |
Leu Rumen |
4,8435 |
TRY |
Lira Turka |
7,5072 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6624 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5155 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,5407 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7776 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5621 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 363,76 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
19,1981 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8804 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5900 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 210,04 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7980 |
PHP |
Peso Filippin |
55,792 |
RUB |
Rouble Russu |
77,9343 |
THB |
Baht Tajlandiż |
35,108 |
BRL |
Real Brażiljan |
5,8495 |
MXN |
Peso Messikan |
24,5580 |
INR |
Rupi Indjan |
83,4635 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/13 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2020/C 180/08)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
Fil-paġna 59, wara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Subintestatura NM “0811 20 51 Passolina ħamr a”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“0811 90 95 |
Oħrajn Din is-subintestatura ma tinkludix il-flieli tal-mandolin iffriżati fejn il-membrani ikunu tneħħew kimikament (ġeneralment, l-intestatura 2008).” |
Fil-paġna 93, wara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Subintestatura NM “2008 30 51 Flieli tal-grejpfrut, inklużi pomelo s”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“2008 30 55 u 2008 30 75 |
Il-mandolin (inkluż it-tangerines u s-satsumas); il-klementini, il-wilkings u ibridi simili taċ-ċitru Dawn is-subintestaturi jinkludu l-flieli tal-mandolin iffriżati fejn il-membrani ikunu tneħħew kimikament.” |
Fil-paġna 93, wara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Subintestatura NM “2008 30 71 Flieli tal-grejpfrut, inklużi pomelo s”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“2008 30 90 |
Li ma jkunx fihom zokkor miżjud Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 2008 30 55 u 2008 30 75 .” |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/14 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2020/C 180/09)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
Fil-paġna 102, bejn in-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-Intestatura NM “2208 Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spiritu ż ” u qabel in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Subintestaturi NM “ 2208 30 11 sa 2208 30 88 Whiskie s” , jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“2208 20 |
Spirti magħmulin permezz tad-distillazzjoni tal-inbid tal-għeneb jew tar-residwu tal-għasra Ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni SA tal-Intestatura 2208, it-tielet paragrafu, (1). Din is-subintestatura tinkludi “id-distillat tal-inbid” (jew “id-distillat grezz tal-inbid”) li jinkiseb bid-distillazzjoni primarja, wara l-fermentazzjoni alkoħolika, tal-inbid tal-għeneb. Ma għandux il-proprjetajiet tal-alkoħol etiliku newtrali jew ta’ xarba spirituża iżda xorta jżomm l-aroma u t-togħma tal-materja prima użata. Id-distillat tal-inbid jista’ jiżdied ma’ spirtu tal-inbid biex jinkiseb il-Brandy jew il-Weinbrand.” |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9619 — CDC/EDF/ENGIE/La Poste)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 180/10)
1.
Fid-19 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Il-Caisse des dépôts et consignations (is-“CDC”, Franza), |
— |
EDF Pulse Growth Holding (Franza), li tappartjeni għall-grupp Electricité de France (“EDF”), |
— |
ENGIE (Franza), |
— |
La Poste SA (Franza) li tappartjeni għall-grupp La Poste, ikkontrollata mis-CDC. |
Is-CDC (inkluża La Poste), EDF u Engie jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Archipels, kumpanija ġdida li għadha kemm twaqqfet.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
is-CDC huwa grupp pubbliku li jwettaq kompiti ta’ interess ġenerali b’appoġġ għall-politiki pubbliċi mmexxija mill-Istat u mill-awtoritajiet lokali. |
— |
EDF hija attiva prinċipalment fi Franza u barra mill-pajjiż fis-swieq tal-elettriku. Fis-settur ta’ fiduċja diġitali, l-unika attività ta’ EDF hija li tipprovdi mingħajr ħlas, għodda ta’ EDF li tħaddem katina ġenerali, li tippermetti li jiġi vverifikat li stqarrija għall-istampa maħruġa minn EDF tkun awtentika. |
— |
ENGIE hija grupp industrijali u ta’ servizzi fil-livell internazzjonali, attiv f’xogħlijiet tal-gass, tal-elettriku u f’servizzi tal-enerġija. Dan il-grupp mhuwiex attiv fis-settur tal-fiduċja diġitali. |
— |
La Poste hija l-operatur storiku tas-servizz postali fi Franza, organizzat f’ħames fergħat ewlenin ta’ attivitajiet, fosthom il-fergħa ta’ La Banque Postale, li twettaq attivitajiet bankarji u tal-assigurazzjoni u l-fergħa Diġitali li tiżviluppa soluzzjonijiet u servizzi diġitali, b’mod partikolari permezz ta’ Docaposte li tipproponi offerti ta’ identifikazzjoni tal-klijent, firem elettroniċi u ċertifikazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9619 — CDC/EDF/ENGIE/La Poste
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
Commission européenne |
Direction générale de la concurrence |
Greffe des concentrations |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9759 — Nexi/Intesa Sanpaolo (Merchant acquiring business))
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 180/11)
1.
Fid-19 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Nexi S.p.A (“Nexi”, l-Italja), ikkontrollata minn Advent International Corporation u Bain Capital Investors, L.L.C, |
— |
In-negozju tal-akkwist merkantili ta’ Intesa Sanpaolo S.p.A (“in-negozju tal-akkwist merkantili tal-ISP”, l-Italja) |
Nexi takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tan-negozju tal-akkwist merkantili kollu kemm hu tal-ISP.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Nexi: Nexi hija attiva fis-settur tas-sistemi tal-ħlasijiet bil-karta fl-Italja u tipprovdi firxa ta’ servizzi għall-merkanti, bħalma huma akkwisti merkantili, servizzi ta’ ipproċessar u provvista ta’ terminals tal-POS u servizzi relatati. |
— |
in-negozju tal-akkwista merkantili tal-ISP: il-provvista ta’ servizzi tal-akkwist merkantili primarjament fl-Italja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9759 — Nexi/Intesa Sanpaolo (Merchant acquiring business)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/18 |
Pubblikazzjoni tad-dokument uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
(2020/C 180/12)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data e-Ambrosia tal-Kummissjoni.
DOKUMENT UNIKU
“EMMENTAL DE SAVOIE”
Nru tal-UE: PGI-FR-0179-AM03 – 10.1.2020
DOP ( )IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Emmental de Savoie”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobon
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-“Emmental de Savoie” huwa ġobon magħmul minn qalba ppressata msajra magħmula mill-ħalib tal-baqar mhux ipproċessat.
Jiġi f'forma regolari tonda b’dijametru ta’ bejn 72 u 80 cm. Huwa ftit imqabbeż ’il barra, mingħajr trufijiet jew partijiet sporġenti. “L-għoli tiegħu jvarja bejn 14-il cm (l-għoli vertikali minimu tal-ġnub) u 32 cm (għoli vertikali massimu fl-ogħla punt). Il-ġobon sħiħ irid ikollu piż ta’ mill-inqas 60 Kg wara l-maturazzjoni.
Il-prodott lest għandu kontenut ta’ xaħam ta’ mill-inqas 28 %. Fil-75 jum l-estratt niexef totali huwa ta’ mill-inqas 62 %, imkejjel f'parti mingħajr qoxra.
Għandu rata massima ta’ melħ ta’ 0,4 g għal kull 100 gramma ta’ ġobon.
Il-qoxra tiegħu hija ta’ lewn bejn safrani fil-kannella u isfar, mingħajr tbajja’ jew difetti. It-toqob fil-qalba (imsejħa wkoll “għajnejn”) huma definiti sew, regolari, separati minn xulxin u mqassmin sew. Id-daqs tagħhom ivarja minn daqs ta’ ċirasa żgħira għal dak ta’ ġewża.
L-“Emmental de Savoie” għandu togħma qawwija u ta’ frott. Il-qalba tiegħu għandha lewn omoġenju, soda u ratba.
L-“Emmental de Savoie” jinbiegħ fil-forom li ġejjin:
— |
il-ġobna tonda sħiħa jew porzjon minnha; |
— |
imqatta' jew f'unitajiet ta' bejgħ lill-konsumatur ippakkjati minn qabel: f’biċċiet, fi flieli, f’porzjonijiet mill-ġobon sħiħ, maħkuk jew f’kubi. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Id-diversi tipi ta’ għalf awtorizzati huma:
— |
L-għalf oħxon (ħaxix, ħuxlief, ħuxlief tat-tieni ħsad, qamħirrum aħdar, sorgu, tiben, għelejjel intermedji); |
— |
— Iċ-ċifċiegħ tal-qamħirrum u l-qamħirrum tal-qamħ umdu, huma permessi matul il-perjodu ta’ bejn il-1 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Mejju; |
— |
L-għalf imnixxef, l-alfalfa mnixxfa, il-qalba mnixxfa tal-pitravi, il-pitravi għall-għalf, li jridu jitqassmu nodfa u b’saħħithom. |
— |
L-għalf supplimentari u l-addittivi li ġejjin:
|
Għall-baqar li jaħilbu:
— |
l-għalf oħxon ġej kollu miż-żona ġeografika; |
— |
L-għalf imnixxef, iċ-ċifċiegħ tal-qamħirrum, il-qamħirrum tal-qamħ umdu u l-pitrava għall-għalf, li mhux ġejjin miż-żona ġeografika għandhom ikunu limitati għal 4kg ta' materja niexfa għal kull baqra li taħleb bħala medja kuljum fis-sena. |
Dawn ir-restrizzjonijiet jiggarantixxu li l-maġġoranza tal-materja niexfa li jieklu l-baqar tal-ħalib tkun ġejja miż-żona ġeografika ddefinita. B’hekk huma jtejbu wkoll ir-rabta bejn il-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu.
Fil-każ tal-proċessur, il-ħalib miġbur għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie” jkun ġej minn merħla ta' baqar li jipproduċu l-ħalib li mill-inqas 75 % minnhom ikunu baqar tar-razza Abondance, Montbéliarde jew Tarentaise.
Iż-żamma tat-tradizzjoni tat-trobbija tar-razez tradizzjonali Abondance, Montbéliarde u Tarentaise hija ġustifikata peress li kienu kapaċi jadattaw għar-restrizzjonijiet fiżiċi u klimatiċi tal-ambjent: il-morfoloġija adattata għall-mergħa fuq il-mergħat weqfin, it-tolleranza termika, il-kapaċità tal-użu tar-ragħa fis-sajf u l-għalf niexef fix-xitwa.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib, il-ġbir tal-ħalib, l-ipproċessar u l-maturazzjoni għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.
Il-produzzjoni tal-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie” fiż-żona ġeografika hija ġustifikata mill-ammont kbir ta’ riżorsi ta’ għalf tar-reġjun, li huwa ta' vantaġġ fil-produzzjoni tal-ġobon.
3.5. Regoli speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tikkettar tal-ġobon bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Emmental de Savoie” jrid jirrispetta r-regoli li ġejjin:
— |
— l-isem “Emmental de Savoie” huwa speċifikat fuq l-ippakkjar kollu bil-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv; |
— |
il-produttur jew il-persuna responsabbli mill-maturazzjoni jew min jippakkja l-prodott irid iqiegħed l-isem u l-indirizz tiegħu fuq il-prodott; |
— |
l-isem tal-korp ta' ċertifikazzjoni huwa speċifikat; |
— |
ir-referenza għall-oriġini ġeografika hija ppreżentata fuq il-wiċċ jew fuq il-ġenb tal-ġobon (ħlief meta jiġi ppreżentat “f'kubi” jew “maħkuk”). |
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tal-“Emmental de Savoie” tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:
Id-département ta’ Haute-Savoie
Alby-sur-Chéran, Alex, Allèves, Allinges, Allonzier-la-Caille, Amancy, Ambilly, Andilly, Annecy, , Annemasse, Anthy-sur-Léman, Arbusigny, Archamps, Arenthon, Argonay, Armoy, Arthaz-Pont-Notre-Dame, Ayse, Ballaison, Balme-de-Sillingy (La), Balme-de-Thuy (La), Bassy, Beaumont, Bellevaux, Bernex, Bloye, Bluffy, Boëge, Bogève, Bonne, Bonneville, Bons-en-Chablais, Bossey, Bouchet-Mont-Charvin (Le), Boussy, Brenthonne, Brizon, Burdignin, Cercier, Cernex, Cervens, Chainaz-les-Frasses, Challonges, Champanges, Chapeiry, Chapelle-Rambaud (La), Chapelle-Saint-Maurice (La), Charvonnex, Châtillon-sur-Cluses, Chaumont, Chavannaz, Chavanod, Chêne-en-Semine, Chênex, Chens-sur-Léman, Chessenaz, Chevaline, Chevrier, Chilly, Choisy, Clarafond-Arcine, Clefs (Les), Clermont, Clusaz (La), Cluses, Collonges-sous-Salève, Contamine-Sarzin, Contamine-sur-Arve, Copponex, Cornier, Cranves-Sales, Crempigny-Bonneguête, Cruseilles, Cusy, Cuvat, Desingy, Dingy-en-Vuache, Dingy-Saint-Clair, Doussard, Douvaine, Draillant, Droisy, Duingt, Éloise, Entrevernes, Épagny-Metz-Tessy, Etaux, Étercy, Étrembières, Évian-les-Bains, Excenevex, Faucigny, Faverges-Seythenex, Feigères, Fessy, Féternes, Fillière, Fillinges, Franclens, Frangy, Gaillard, Giez, Glières-Val-de-Borne, Grand-Bornand (Le), Groisy, Gruffy, Habère-Lullin, Habère-Poche, Hauteville-sur-Fier, Héry-sur-Alby, Jonzier-Épagny, Juvigny, Larringes, Lathuile, Leschaux, Loisin, Lornay, Lovagny, Lucinges, Lugrin, Lullin, Lully, Lyaud (Le), Machilly, Magland, Manigod, Marcellaz, Marcellaz-Albanais, Margencel, Marignier, Marigny-Saint-Marcel, Marin, Marlioz, Marnaz, Massingy, Massongy, Maxilly-sur-Léman, Mégevette, Meillerie, Menthon-Saint-Bernard, Menthonnex-en-Bornes, Menthonnex-sous-Clermont, Mésigny, Messery, Mieussy, Minzier, Monnetier-Mornex, Mont-Saxonnex, Montagny-les-Lanches, Moye, Muraz (La), Mûres, Musièges, Nancy-sur-Cluses, Nangy, Nâves-Parmelan, Nernier, Neuvecelle, Neydens, Nonglard, Novel, Onnion, Orcier, Peillonnex, Perrignier, Pers-Jussy, Poisy, Présilly, Publier, Quintal, Reignier-Ésery, Reposoir (Le), Reyvroz, Rivière-Enverse (La), Roche-sur-Foron (La), Rumilly, Saint-André-de-Boëge, Saint-Blaise, Saint-Cergues, Saint-Eusèbe, Saint-Eustache, Saint-Félix, Saint-Ferréol, Saint-Germain-sur-Rhône, Saint-Gingolph, Saint-Jean-de-Sixt, Saint-Jean-de-Tholome, Saint-Jeoire, Saint-Jorioz, Saint-Julien-en-Genevois, Saint-Laurent, Saint-Paul-en-Chablais, Saint-Pierre-en-Faucigny, Saint-Sigismond, Saint-Sixt, Saint-Sylvestre, Sâles, Sallenôves, Sappey (Le), Savigny, Saxel, Scientrier, Sciez, Scionzier, Serraval, Sévrier, Seyssel, Sillingy, Talloires-Montmin, Taninges, Thollon-les-Mémises, Thônes, Thonon-les-Bains, Thusy, Thyez, Tour (La), Usinens, Vailly, Val-de-Chaise, Valleiry, Vallières-sur-Fier, Vanzy, Vaulx, Veigy-Foncenex, Vers, Versonnex, Vétraz-Monthoux, Veyrier-du-Lac, Villard, Villards-sur-Thônes (Les), Villaz, Ville-en-Sallaz, Ville-la-Grand, Villy-le-Bouveret, Villy-le-Pelloux, Vinzier, Viry, Viuz-en-Sallaz, Viuz-la-Chiésaz, Vougy, Vovray-en-Bornes, Vulbens, Yvoire.
Id-département ta’ Savoie
Aiguebelette-le-Lac, Aiguebelle, Aillon-le-Jeune, Aillon-le-Vieux, Aiton, Aix-les-Bains, Albens, Albertville, Allondaz, Apremont, Arbin, Argentine, Arith, Arvillard, Attignat-Oncin, Avressieux, Ayn, Balme (La), Barberaz, Barby, Bassens, Bâthie (La), Bauche (La), Bellecombe-en-Bauges, Belmont-Tramonet, Betton-Bettonet, Billième, Biolle (La), Bonvillard, Bonvillaret, Bourdeau, Bourget-du-Lac (Le), Bourget-en-Huile, Bourgneuf, Bridoire (La), Brison-Saint-Innocent, Césarches, Cessens, Cevins, Challes-les-Eaux, Chambéry, Chamousset, Chamoux-sur-Gelon, Champagneux, Champ-Laurent, Chanaz, Chapelle-Blanche (La), Chapelle-du-Mont-du-Chat (La), Chapelle-Saint-Martin (La), Châteauneuf, Châtelard (Le), Chavanne (La), Chignin, Chindrieux, Cléry, Cognin, Cohennoz, Coise-Saint-Jean-Pied-Gauthier, Compôte (La), Conjux, Corbel, Crest-Voland, Croix-de-la-Rochette (La), Cruet, Curienne, Déserts (Les), Détrier, Domessin, Doucy-en-Bauges, Drumettaz-Clarafond, Dullin, Échelles (Les), École, Entremont-le-Vieux, Épersy, Épierre, Esserts-Blay, Étable, Flumet, Francin, Fréterive, Frontenex, Gerbaix, Giettaz (La), Gilly-sur-Isère, Gresin, Grésy-sur-Aix, Grésy-sur-Isère, Grignon, Hauteville, Jacob-Bellecombette, Jarsy, Jongieux, Laissaud, Lépin-le-Lac, Lescheraines, Loisieux, Lucey, Marches (Les), Marcieux, Marthod, Mercury, Méry, Meyrieux-Trouet, Mognard, Mollettes (Les), Montagnole, Montailleur, Montcel (Le), Montendry, Montgilbert, Monthion, Montmélian, Montsapey, Motte-en-Bauges (La), Motte-Servolex (La), Motz, Mouxy, Myans, Nances, Notre-Dame-de-Bellecombe, Notre-Dame-des-Millières, Novalaise, Noyer (Le), Ontex, Pallud, Planaise, Plancherine, Pont-de-Beauvoisin (Le), Pontet (Le), Presle, Pugny-Chatenod, Puygros, Randens, Ravoire (La), Rochefort, Rochette (La), Rognaix, Rotherens, Ruffieux, Saint-Alban-de-Montbel, Saint-Alban-des-Hurtières, Saint-Alban-Leysse, Saint-Baldoph, Saint-Béron, Saint-Cassin, Saint-Christophe, Saint-Franc, Saint-François-de-Sales, Saint-Genix-sur-Guiers, Saint-Georges-des-Hurtières, Saint-Germain-la-Chambotte, Saint-Girod, Sainte-Hélène-du-Lac, Sainte-Hélène-sur-Isère, Saint-Jean-d’Arvey, Saint-Jean-de-Chevelu, Saint-Jean-de-Couz, Saint-Jean-de-la-Porte, Saint-Jeoire-Prieuré, Saint-Léger, Saint-Marcel, Sainte-Marie-d’Alvey, Saint-Maurice-de-Rotherens, Saint-Nicolas-la-Chapelle, Saint-Offenge-Dessous, Saint-Offenge-Dessus, Saint-Ours, Saint-Paul-sur-Isère, Saint-Paul, Saint-Pierre-d’Albigny, Saint-Pierre-d’Alvey, Saint-Pierre-de-Belleville, Saint-Pierre-de-Curtille, Saint-Pierre-d’Entremont, Saint-Pierre-de-Genebroz, Saint-Pierre-de-Soucy, Sainte-Reine, Saint-Sulpice, Saint-Thibaud-de-Couz, Saint-Vital, Serrières-en-Chautagne, Sonnaz, Table (La), Thénésol, Thoiry, Thuile (La), Tournon, Tours-en-Savoie, Traize, Tresserve, Trévignin, Trinité (La), Ugine, Venthon, Verel-de-Montbel, Verel-Pragondran, Verneil (Le), Verrens-Arvey, Verthemex, Villard-d’Héry, Villard-Léger, Villard-Sallet, Villaroux, Vimines, Vions, Viviers-du-Lac, Voglans, Yenne.
Id-département ta’ Ain
Anglefort, Béon, Billiat, Ceyzérieu, Chanay, Corbonod, Cressin-Rochefort, Culoz, Flaxieu, Injoux-Génissiat, Lavours, Léaz, Massignieu-de-Rives, Parves et Nattages, Pollieu, Saint-Martin-de-Bavel, Seyssel, Surjoux-Lhôpital, Talissieu, Valserhône, Villes, Virignin, Vongnes.
Id-département ta’ Isère
Entre-deux-Guiers, Miribel-les-Échelles, Saint-Christophe-sur-Guiers, Saint-Pierre-de-Chartreuse, Saint-Pierre d’Entremont.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta mal-oriġini tal-“Emmental de Savoie” hija bbażata fuq il-kwalità speċifika tiegħu.
Fir-rigward tat-topografija u tal-ġeoloġija tagħha, iż-żona ġeografika tal-“Emmental de Savoie” hija varjata sew. L-altitudni tal-art tvarja bejn 200 metru u 1 500 metru, b’xi qċaċet li jlaħħqu l-2 200 metru. Din iż-żona tifforma l-promontorju tal-Alpi u ma testendix għall-muntanji għoljin.
Il-biċċa l-kbira tal-ħamrija taż-żona ġeografika tinsab fuq id-depożiti kwaternarji u molassiċi mit-terzjarju. Ġeneralment il-ħamrija hija fonda u skulata tajjeb, li tippermetti it-tkabbir ta’ ċereali bħall-qamħirrum.
Dan it-territorju għandu partikolarità li tinżel kwantità kbira ta’ xita matul is-sena b’medja ta’ aktar minn 900 mm ilma fis-sena. Din rari taqbeż l-2 000 mm fis-sena, ħlief fuq l-ogħla qċaċet. Fil-parti l-kbira ta’ dan it-territorju tinżel aktar xita mill-medja nazzjonali ta’ 900 mm. Din il-karatteristika taż-żona ġeografika, flimkien mal-ħamrija għammiela tiffavorixxi t-tkabbir ta’ ħxejjex inġenerali.
Minħabba l-kompożizzjoni tal-ħamrija u l-ammont ta' xita tagħha, iż-żona ġeografika tikkostitwixxi territorju b'mergħat ta' kwalità. Il-mergħat, kemm dawk li jintużaw għall-mergħa kif ukoll dawk li jintużaw għall-ħuxlief, jippreżentaw flora rikka u diversifikata, li hija tipika taż-żona muntanjuża tal-Alpi.
L-“Emmental de Savoie” jifforma parti mill-istorja tal-ġobon bil-qalba ppressata msajra u l-iżvilupp tiegħu seħħ id f’id ma’ dak tal-kooperattivi tal-ġobon. Kienu dawn li permezz ta’ kwantitajiet kbar ta’ ħalib setgħu jibdew jipproduċu l-“Emmental de Savoie”.
Peress li dan il-ġobon kien disponibbli f’kull perjodu tas-sena, kellu importanza kbira, u minħabba f'hekk ingħata prijorità fuq tipi oħra ta’ ġobon. Sas-snin tmenin, dan kien il-prodott ewlieni ta’ Savoie. Dan kien diġà l-każ fl-1955 kif jispjega H. Tournebise (Les fromages savoyards, f'La France à table, Savoie n° 57, 80p.) : “La grande zone de l’extension de l’emmenthal, type de gruyère uniquement fabriqué dans cette région, occupe les vallées et l’avant-pays”.
Il-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie” hija sengħa diffiċli u l-iżvilupp tagħha seħħ id f’id mal-introduzzjoni tal-magna tal-ħlib, tat-tkessiħ tal-ħalib u l-prattika tal-koltivazzjoni b’fermenti naturali.
Iż-żona ġeografika tal-“Emmental de Savoie” tkopri għalhekk din iż-żona tal-promontorju tal-Alpi fejn illum insibu kemm il-produzzjoni tal-ħalib kif ukoll l-impjanti tal-produzzjoni. Fil-muntanji l-kbar tal-Alpi tat-Tramuntana ma hemmx azjendi agrikoli li jipprovdu l-ħalib tagħhom għall-manifattura tal-“Emmental de Savoie”, peress li storikament huma assoċjati ma’ tipi oħra ta’ ġobon.
Illum il-ġurnata, il-produzzjoni tal-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie” għadha bbażata fuq l-użu ta’ kwantità kbira disponibbli ta’ ħaxix fiż-żona ġeografika iżda wkoll fuq iż-żamma tat-tradizzjoni tat-trobbija tar-razez tradizzjonali: Abondance, Montbéliarde u Tarentaise. Dawn għarfu juru l-kapaċità tagħhom ta’ adattabbiltà għal-limitazzjonijiet fiżiċi u klimatiċi tal-ambjent: il-morfoloġija adattata għall-mergħa fuq il-mergħat weqfin, it-tolleranza termika, il-kapaċità tal-użu tar-ragħa fis-sajf u l-għalf niexef fix-xitwa. L-għalf tal-baqar tal-ħalib huwa bbażat fuq l-użu ta’ għalf kif ukoll ta’ ċereali primarjament prodotti fiż-żona ġeografika.
L-“Emmental de Savoie” huwa ġobon bil-qalba ppressata u msajra li ġej mill-ħalib tal-baqar mhux ipproċessat.
Huwa jiġi f'forma regolari tonda b’dijametru ta’ bejn 72 u 80 cm. Il-ġobon sħiħ irid ikollu piż ta’ mill-inqas 60 Kg wara l-maturazzjoni.
Il-qoxra tiegħu għandha lewn bejn safrani fil-kannella u isfar.
L-“Emmental de Savoie” huwa kkaratterizzat minn qalba soda u ratba b’toqob, msejħa “għajnejn”, li huma definiti sew, regolari u mqassmin sew, b'daqs li jvarja bejn dak ta’ ċirasa żgħira u ġewza. It-togħma tiegħu hija qawwija u ta’ frott.
L-“Emmental de Savoie” jiġi prodott biss minn ħalib mhux ipproċessat u dan jirrifletti perfettament il-karatteristiċi tipiċi tal-ħalib u b'mod usa' tat-territorju. Din l-interazzjoni hija bbażata essenzjalment fuq l-għalf li jingħata lill-baqar tal-ħalib, fejn l-għalf oħxon jiġi esklussivament miż-żona ġeografika tal-IĠP.
Is-sistemi ta’ trobbija tal-merħliet tal-ħalib jiffavorixxu l-użu ta' riżorsi varjati ħafna ta’ għalf lokali disponibbli fiż-żona ġeografika. Il-produzzjoni tal-ħalib fiż-żona ġeografika, minbarra l-aħjar użu tar-riżorsi tal-mergħa skont l-użanzi antiki, tippermetti l-ottimizzazzjoni tal-kwalità tal-ħalib li ġej minn razez tradizzjonali. Dan il-ħalib, li huwa prodott fi kwantitajiet kbar grazzi għal għalf speċifiku, jippreżenta adattabbiltà aħjar għall-produzzjoni minn dak tar-razez l-oħrajn imrobbija fl-istess kundizzjonijiet, bi proprjetajiet speċjali: il-baqta miksuba wara li jiġi jiżdied it-tames hija aktar soda u r-rendiment tal-ġobon huwa ikbar.
L-użanzi tal-produzzjoni ppermettew li tintgħażel il-flora rilevanti għall-produzzjoni. Ix-xogħlijiet li saru mis-sena 2000 ’il hawn għenu biex il-grupp ikollu għad-dispożizzjoni tal-operaturi r-referenzi tar-razez tal-fermenti speċifiċi għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie”. Waħda mill-karatteristiċi tal-“Emmental de Savoie” hija bbażata għalhekk fuq il-livell għoli ta’ proteoliżi. Din l-idroliżi sinifikanti tista’ tiġi kemm mill-attività proteinasika, mill-flora naturali tal-ħalib mhux ipproċessat, mill-ħmira naturali u mil-laktobaċilli termofili li jintużaw b’mod sistematiku. Il-profil tal-peptidi tal-“Emmental de Savoie” fil-fatt huwa differenti minn dak tal-emmental Franċiż ittrattat bis-sħana.
Din il-karatteristika tippermetti biex, b’mod partikolari, tinkiseb qalba ratba b’togħma qawwija u ta’ frott, taħt qoxra iebsa.
L-“Emmental de Savoie” jitqiegħed f’kantina sħuna, għal 21 jum u dan jgħin sabiex jikseb toqob speċifiċi dovuti għar-rilaxx ikkontrollat tal-aċidu propjoniku.
Ir-rabta tal-“Emmental de Savoie” mal-oriġini ġeografika tiegħu hija marbuta ħafna mal-iżvilupp tal-kooperattivi tal-ġobon, li kkontribwew ukoll għad-daqs kbir karatteristiku tiegħu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-75d760a0-c997-4572-a852-4b6368fdd761