ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 178

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
28 ta' Mejju 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 178/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9793 — Permira/Sneakers Maker) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 178/02

Rata tal-kambju tal-euro — Is-27 ta' Mejju 2020

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 178/03

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 178/04

Sejħa għall-Akkreditazzjoni — EAC/A02/2020 Akkreditazzjoni tal-Erasmus fl-oqsma tal-edukazzjoni għall-adulti, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u l-edukazzjoni skolastika

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 178/05

Avviż ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

7

2020/C 178/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emendi, li mhumiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9793 — Permira/Sneakers Maker)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 178/01)

Fit-18 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9793. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta' Mejju 2020

(2020/C 178/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0991

JPY

Yen Ġappuniż

118,58

DKK

Krona Daniża

7,4583

GBP

Lira Sterlina

0,89595

SEK

Krona Żvediża

10,5608

CHF

Frank Żvizzeru

1,0675

ISK

Krona Iżlandiża

151,20

NOK

Krona Norveġiża

10,8283

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,051

HUF

Forint Ungeriż

348,70

PLN

Zloty Pollakk

4,4372

RON

Leu Rumen

4,8433

TRY

Lira Turka

7,4542

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6565

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5126

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5204

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7719

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5588

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 359,04

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,1477

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8682

HRK

Kuna Kroata

7,5893

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 167,76

MYR

Ringgit Malażjan

4,7783

PHP

Peso Filippin

55,668

RUB

Rouble Russu

78,1096

THB

Baht Tajlandiż

35,056

BRL

Real Brażiljan

5,8679

MXN

Peso Messikan

24,5396

INR

Rupi Indjan

83,2450


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/3


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2020/C 178/03)

Il-pubblikazzjoni tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

L-ESTONJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 153, 2.5.2018, p. 8.

Skont il-liġi tal-Estonja, barranin li jaslu l-Estonja mingħajr ittra ta’ stedina, fuq talba ta’ uffiċjal tal-fruntiera fil-wasla tagħhom fil-pajjiż għandhom juru li għandhom biżżejjed mezzi finanzjarji biex ikopru l-ispejjeż tagħhom għas-soġġorn tagħhom fl-Estonja u għat-tluq minnha. Il-mezzi finanzjarji suffiċjenti għal kuljum permess huma meqjusa li huma 0,2 darba s-salarju minimu ta’ kull xahar implimentat mill-Gvern tar-Repubblika, jiġifieri EUR 116,80.

Altrimenti, dak li jagħmel l-istedina jkollu jieħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż taż-żjara tal-frustier u tat-tluq tiegħu mill-Estonja.

SPANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 140, 16.4.2019, p. 7.

L-Ordni tal-Ministeru tal-Presidenza (PRE/1282/2007) tal-10 ta’ Mejju dwar il-mezzi finanzjarji li għandu jkollhom il-barranin biex jidħlu fi Spanja tispeċifika l-ammont li l-barranin irid ikollhom prova dwaru li jkun jinsab disponibbli lilhom sabiex ikunu jistgħu jidħlu fi Spanja.

(a)

Mill-1 ta’ Jannar 2019, għall-ispejjeż tas-soġġorn tagħhom fi Spanja, barranin li mhumiex soġġetti għad-dritt tal-Unjoni jrid ikollhom ammont ta’ kuljum disponibbli għalihom li jkun ekwivalenti għal 10 % tal-paga minima nazzjonali grossa stipulata fid-Digriet Irjali 1462/2018 tal-21 ta’ Diċembru 2018 li stipula li l-paga minima nazzjonali għall-2019 tkun ta’ EUR 95 għal kull persuna kuljum (jew l-ekwivalenti legali tagħha f’munita barranija). Dan l-ammont għandu jiġi mmultiplikat bin-numru ta’ jiem li beħsiebhom jibqgħu fi Spanja u bin-numru ta’ persuni dipendenti li jivvjaġġaw magħhom. Dan l-ammont għandu f’kull każ jirrappreżenta 90 % tal-paga minima nazzjonali grossa (EUR 855 jew l-ekwivalenti legali tagħhom f’munita barranija) għal kull persuna, irrispettivament mit-tul ta’ żmien maħsub tas-soġġorn.

(b)

Għar-ritorn lejn il-pajjiż ta’ provenjenza jew għat-tranżitu lejn pajjiżi terzi, iċ-ċittadini barranin jistgħu jintalbu juru biljett jew biljetti personali, mhux trasferibbli u b’data fissa għall-mezzi ta’ trasport intenzjonati.

Il-barranin irid ikollhom prova li għandhom il-mezzi biex jgħixu msemmija aktar ’il fuq jew billi juruhom jekk dawn il-mezzi jkunu flus kontanti, jew billi jipproduċu ċekkijiet iċċertifikati, ċekkijiet tal-vjaġġaturi, irċevuti jew karti ta’ kreditu, li jrid ikollhom magħhom ċertifikat tal-bank riċenti (ittri mill-bank jew ċertifikati bankarji tal-Internet mhumiex aċċettabbli) jew billi jipprovdu prova oħra li turi b’mod ċar l-ammont ta’ kreditu disponibbli fil-kont bankarju jew tal-karta tal-kreditu.

IN-NETHERLANDS

L-ammont li l-uffiċjali tal-kontroll fil-fruntiera jieħdu bħala bażi meta jivverifikaw il-mezzi ta’ għajxien bħalissa hu ta’ EUR 55 kull persuna, kuljum.

Dan il-kriterju jiġi applikat b’mod flessibbli, minħabba li l-ammont meħtieġ ta’ mezzi ta’ għajxien huwa ddeterminat fuq il-bażi tad-durata ppjanata tas-soġġorn, ir-raġuni għaż-żjara u ċ-ċirkostanzi personali tal-persuna kkonċernata.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1.

ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16.

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5.

ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9.

ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6.

ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10.

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4.

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9.

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10.

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22.

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10.

ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12.

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20.

ĠU C 420, 22.11.2014, p. 9.

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7.

ĠU C 72, 28.2.2015, p. 17.

ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28.

ĠU C 126, 18.4.2015, p. 10.

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22.

ĠU C 229, 14.7.2015, p. 5.

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17.

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 19.

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13.

ĠU C 84, 4.3.2016, p. 2.

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17.

ĠU C 236, 30.6.2016, p. 6.

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34.

ĠU C 278, 30.7.2016, p. 47.

ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22.

ĠU C 331, 9.9.2016, p. 2.

ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12.

ĠU C 401, 29.10.2016, p. 4.

ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8.

ĠU C 484, 24.12.2016, p. 30.

ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17.

ĠU C 32, 1.2.2017, p. 4.

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14.

ĠU C 74, 10.3.2017, p. 9.

ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30.

ĠU C 120, 13.4.2017, p. 17.

ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18.

ĠU C 152, 16.5.2017, p. 5.

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12.

ĠU C 411, 2.12.2017, p. 10.

ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3.

ĠU C 31, 27.1.2018, p. 12.

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7.

ĠU C 261, 25.7.2018, p. 6.

ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11.

ĠU C 264, 26.7.2018, p. 8.

ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22.

ĠU C 368, 11.10.2018, p. 4.

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9.

ĠU C 459, 20.12.2018, p. 40.

ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9.

ĠU C 43, 4.2.2019, p. 2.

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2..

ĠU C 140, 16.4.2019, p. 7.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/5


SEJĦA GĦALL-AKKREDITAZZJONI — EAC/A02/2020

Akkreditazzjoni tal-Erasmus fl-oqsma tal-edukazzjoni għall-adulti, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u l-edukazzjoni skolastika

(2020/C 178/04)

Klawżola ta’ riżerva

Il-programm tal-UE tal-2021-2027 għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport propost mill-Kummissjoni Ewropea fit-30 ta’ Mejju 2018 (minn hawn ’il quddiem il-Programm) għadu ma ġiex adottat mil-leġiżlaturi Ewropej. Madankollu, din is-sejħa għall-akkreditazzjoni hija ppubblikata biex tħaffef l-applikazzjoni ta’ benefiċjarji potenzjali ta’ għotjiet tal-Unjoni malli l-bażi ġuridika tiġi adottata mil-leġiżlaturi Ewropej.

Din is-Sejħa għall-akkreditazzjoni mhix vinkolanti legalment għall-Kummissjoni Ewropea. F’każ ta’ modifika sostanzjali tal-bażi ġuridika mil-leġiżlaturi Ewropej, din is-Sejħa tista’ tiġi modifikata jew titħassar u jistgħu jitnedew Sejħiet oħrajn għall-akkreditazzjoni b’kontenut differenti u b’dati ta’ skadenza xierqa għal tweġiba.

B’mod aktar ġenerali, kwalunkwe azzjoni li titnissel minn din is-Sejħa għall-akkreditazzjoni hija suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin, li l-implimentazzjoni tagħhom tmur lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni:

l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-test finali tal-bażi ġuridika li jistabbilixxi l-Programm,

l-adozzjoni tal-programm annwali ta’ ħidma tal-2021 u ta’ dawk sussegwenti, u l-linji gwida ġenerali ta’ implimentazzjoni, il-kriterji u l-proċeduri ta’ għażla, wara konsultazzjoni mal-kumitat tal-Programm u

l-adozzjoni tal-baġit tal-2021 u ta’ dawk sussegwenti tal-Unjoni Ewropea mill-awtorità baġitarja.

Il-programm propost tal-UE tal-2021-2027 għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jissejjes fuq l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fuq il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

1.   Introduzzjoni u Objettivi

L-akkreditazzjonijiet tal-Erasmus huma għodda għall-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jridu jinfetħu għall-iskambju u l-kooperazzjoni transfruntieri.

L-organizzazzjonijiet akkreditati tal-Erasmus se jiksbu aċċess simplifikat għall-opportunitajiet ta’ finanzjament li jinsabu fl-Azzjoni Ewlenija 1 tal-Programm li jmiss (2021–2027). Il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-finanzjament tal-organizzazzjonijiet akkreditati se jiġu definiti f’sejħiet għal proposti annwali ppubblikati mill-Kummissjoni.

L-għoti tal-akkreditazzjoni Erasmus jikkonferma li l-applikant ikun stabbilixxa pjan biex jimplimenta attivitajiet ta’ mobilità ta’ kwalità u li se jużahom biex itejjeb l-offerta tiegħu tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan il-pjan jissejjaħ Pjan Erasmus u huwa parti ewlenija mill-applikazzjoni għall-akkreditazzjoni tal-Erasmus.

Ir-Regoli ta’ applikazzjoni jipprovdu objettivi speċifiċi għal kull qasam.

2.   Eliġibbiltà

Huma biss l-applikanti fil-pussess ta’ personalità ġuridika skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-‘Erasmus+’: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE li jistgħu japplikaw.

L-applikanti li jkunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin huma eliġibbli għal akkreditazzjoni tal-Erasmus:

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-bażi ġuridika (1)

Barra minn hekk, sabiex ikunu eliġibbli għal kull wieħed mit-tliet oqsma koperti minn din is-Sejħa, l-applikanti għandhom ikunu rikonoxxuti bħala wieħed mit-tipi ta’ organizzazzjonijiet eliġibbli mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż tal-applikant, kif deskritt fir-Regoli ta’ applikazzjoni.

Mhix meħtieġa esperjenza preċedenti fl-Erasmus+ (2014–2020).

3.   Skadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet u data indikattiva għall-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-għażla

L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet għall-akkreditazzjoni tal-Erasmus hi dik tad-29 ta’ Ottubru 2020. Id-data indikattiva għall-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-għażla hi dik tas-16 ta’ Frar 2021.

4.   Il-proċedura tal-għażla

B’mod eċċezzjonali, għal din is-Sejħa sejrin jiġu implimentati żewġ proċeduri ta’ applikazzjoni separati.

1.

Proċedura standard: miftuħa għall-applikanti eliġibbli kollha. L-applikanti tal-proċedura standard se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti.

2.

Proċedura ħafifa: miftuħa għall-organizzazzjonijiet li għandhom Karta valida ta’ Mobilità tal-ETV tal-Erasmus+. L-applikanti tal-proċedura ħafifa se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla.

L-Aġenzija Nazzjonali responsabbli mill-għażla se taħtar kumitat ta’ evalwazzjoni biex jieħu ħsieb il-ġestjoni tal-proċess kollu tal-għażla. Abbażi tal-valutazzjoni mwettqa mill-esperti, il-kumitat ta’ evalwazzjoni se jistabbilixxi lista ta’ applikazzjonijiet proposti għall-għażla.

5.   Id-dettalji kollha

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi l-programm tal-Unjoni 2021-2027 għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport tinsab fil-paġna web li ġejja:

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1585129325950&uri=CELEX:52018PC0367

Il-Kundizzjonijiet, ir-regoli u l-proċeduri dettaljati ta’ din is-sejħa għall-akkreditazzjonijiet jinsabu fir-Regoli ta’ applikazzjoni fl-indirizz tal-Internet li ġej:

https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/calls/2020-erasmus-accreditation

Ir-Regoli tal-applikazzjoni jikkostitwixxu parti integrali minn din is-sejħa għall-akkreditazzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni li jissemmew fiha japplikaw kollha kemm huma għal din is-sejħa.


(1)  Sal-adozzjoni tal-bażi ġuridika. Fil-programm Erasmus+ 2014–2020, din il-lista tinkludi: L-Iżlanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein, it-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

28.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/7


Avviż ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

(2020/C 178/05)

Fid-19 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Din it-talba, mressqa mir-Renju tad-Danimarka, tikkonċerna s-servizzi tal-pakketti postali min-negozju għall-konsumatur fid-Danimarka. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna 55 tal-ĠU C 64 fis-27 ta’ Frar 2020. L-ewwel data ta’ skadenza kienet il-11 ta’ Mejju 2020.

Skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, id data ta’ skadenza tista’ tiġi estiża mill-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li għamlu t-talba għall-eżenzjoni kkonċernata. Fid-dawl tal-kuntest attwali u l-effetti tal-pandemiji tal-COVID 19, u bil-qbil tar-Renju tad-Danimarka, il-perjodu ghad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba huwa b’dan estiż bi 12-il jum ta’ xogħol.

Għalhekk id-data ta’ skadenza finali hija d-29 ta’ Mejju 2020.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).


28.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/8


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emendi, li mhumiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 178/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDI MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT GĦAL DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“ASIAGO”

Nru tal-UE: PDO-IT-0001-AM02 – 30.7.2019

DOP (X) IĠP ()

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio Tutela Formaggio Asiago [Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni tal-Ġobon Asiago], li għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu f’

Via Giuseppe Zampieri, 15

36100 Vicenza,

l-Italja.

Tel. + 39 0444321758;

Fax + 39 0444 326212;

info@formaggioasiago.it

tutelasiago@legalmail.it

Il-Consorzio Tutela Formaggio Asiago huwa magħmul minn prodotturi tal-ġobon “Asiago” u huwa awtorizzat biex jissottometti applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: korp ta’ kontroll

4.   Tip ta’ emenda/i

Emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhomx jiġu kkwalifikati bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew l-ekwivalenti) li ma jistgħux jiġu kwalifikati bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

Għandu jiġi nnutat li l-istruttura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet adattata għall-ordni stabbilita fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

L-istruttura proposta għalhekk hija kif ġej: Artikolu 1 - Isem, Artikolu 2 - Deskrizzjoni tal-prodott, Artikolu 3 - Żona ġeografika ddefinita, Artikolu 4 - Oriġini tal-prodott, Artikolu 5 - Metodu ta’ produzzjoni tal-prodott, Artikolu 6 - Rabta bejn il-prodott u ż-żona ta’ produzzjoni, Artikolu 7 - Korp ta’ kontroll, Artikolu 8 - Tikkettar.

Deskrizzjoni tal-prodott

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-punt 4.2 tal-iskeda ta’ sommarju ppubblikata, li issa huwa l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku, u tikkonċerna l-mod kif għandhom jissemmew iż-żewġ tipi differenti ta’ “Asiago”.

Il-formulazzjoni attwali:

“Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Asiago’ hija riżervata għal ġobon nofsu msajjar, prodott esklussivament mill-ħalib tal-baqra, miksub skont din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, maqsum f’żewġ tipi differenti ta’ ġobon, ‘Asiago pressato’ (‘Asiago ppressat’] u ‘Asiago d’allevo’ (‘Asiago misjur’], li l-karatteristiċi tagħhom huma indikati hawn taħt.”

hija sostitwita bi:

“Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP) ‘Asiago’ hija riżervata għal ġobon nofsu msajjar, prodott esklussivament mill-ħalib tal-baqra, miksub skont din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, maqsum f’żewġ tipi differenti ta’ ġobon, ‘Asiago Fresco’ (‘Asiago frisk’] (magħruf ukoll bħala ‘Asiago pressato’ (‘Asiago ppressat’]) u ‘Asiago Stagionato’ (‘Asiago matur’] (magħruf ukoll bħala ‘Asiago d’allevo’ (‘Asiago misjur’]), li l-karatteristiċi tagħhom huma indikati hawn taħt.”

L-għan tal-emenda huwa li tagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi li jipperċepixxu d-differenzi fil-maturazzjoni bejn iż-żewġ tipi ta’ ġobon “Asiago” billi jiżdiedu d-definizzjonijiet “Asiago Fresco” u “Asiago Stagionato”. Madankollu, it-termini “pressato” [ippressat] u “d’allevo” [misjur] jibqgħu permessi. Barra minn hekk, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-apparenza bit-Taljan tal-akronimu “D.O.P.” jew “Dop” hija sostitwita u standardizzata bħala “DOP”.

L-emenda li ġejja tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, il-punt 4.2 tal-iskeda tas-sommarju ppubblikata, li issa huwa l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku “Karatteristiċi tal-prodott lest”, li, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott proposta, ġie mċaqlaq għall-Artikolu 2, li ngħata isem ġdid “Deskrizzjoni tal-prodott”.

Il-formulazzjoni attwali:

“Karatteristiċi tekniċi speċifiċi għall-ġobon ‘Asiago pressato’ immaturat għal għoxrin jum.”

“Karatteristiċi tekniċi speċifiċi għall-ġobon ‘Asiago d’allevo’ mmaturat għal sittin jum.”

hija sostitwita bi:

“Karatteristiċi tekniċi speċifiċi għall-ġobon ‘Asiago Fresco’ mmaturat għall-perjodu minimu.”

“Karatteristiċi tekniċi speċifiċi għall-ġobon ‘Asiago Stagionato’ mmaturat għall-perjodu minimu.”

L-emenda tiċċara li l-karatteristiċi tekniċi speċifiċi jirreferu għall-prodott wara li jintlaħaq il-perjodu minimu tal-maturazzjoni. L-iskop ta’ din l-emenda huwa li tagħmel il-fażi ta’ kontroll aktar ċara.

L-ispeċifikazzjonijiet mikrobijoloġiċi u tal-iġjene għall-“Asiago fresco” u għall-“Asiago Stagionato” tħassru.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE diġà tipprovdi għal analiżijiet mikrobijoloġiċi u tal-iġjene obbligatorji fl-imħaleb produtturi. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li jiġu indikati l-parametri mikrobijoloġiċi u tal-iġjene fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li l-livelli tagħhom fi kwalunkwe każ huma regolati mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Fl-ispeċifikazzjonijiet viżwali/organolettiċi għall-“Asiago Stagionato”:

Il-formulazzjoni attwali:

“togħma ħafifa (mezzano [nofsu matur])/togħma tfuħ (vecchio [matur]))

hija sostitwita bi:

“togħma ħelwa u kemxejn qawwija - togħma tfuħ (“vecchio” [matur])”.

L-iskop tal-emenda huwa li tiddefinixxi aħjar it-togħma tal-“Asiago Stagionato” ladarba jkun intlaħaq il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni u tal-ġobon “Asiago” li ilu jimmatura għal aktar minn 10 xhur (“vecchio”). Din l-emenda se tippermetti kontroll aktar effettiv tal-karatteristiċi organolettiċi.

Wara d-deskrizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi speċifiċi għaż-żewġ tipi ta’ “Asiago”, ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Kemm għall-prodott ‘Asiago Fresco’ kif ukoll għall-‘Asiago Stagionato’, sabiex jiġi limitat l-iskart mill-ipproċessar u sakemm ikun hemm konformità mal-ispeċifikazzjonijiet viżwali/organolettiċi u kimiċi u mar-rekwiżiti tal-piż imsemmija hawn fuq, il-produzzjoni tal-ġobon ‘Asiago’ f’forma oħra għajr dik ċilindrika hija permessa esklussivament għal prodotti maħsuba għall-ippakkjar minn qabel (tqattigħ, tqattigħ f’kubi, ħakk) jew għall-ipproċessar fi prodotti komposti, kemm jekk ippreparati kif ukoll jekk ipproċessati.”

L-inklużjoni ta’ dan il-metodu ta’ produzzjoni għandha l-għan li tillimita l-ipproċessar tal-iskart mill-ġobon “Asiago” f’firxa wiesgħa ta’ proċessi (biċċiet maqtugħin, prodotti komposti, eċċ.), li huma meqjusin mhux ekonomiċi preċiżament minħabba dan l-iskart. Din hija għażla li, billi tiffaċilita l-produzzjoni ta’ formati (biċċiet, kubi, eċċ.) li qed jitgawdu dejjem aktar mill-konsumaturi, tipprovdi opportunitajiet ġodda, f’konformità max-xejriet tal-konsumaturi, li jiġi apprezzat il-ġobon Asiago, mingħajr ma jinbidlu l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott bl-ebda mod.

Il-paragrafu dwar it-trattamenti fuq il-wiċċ tal-ġobon ġie ssimplifikat.

Il-formulazzjoni attwali:

“Wara li jintlaħaq il-perjodu minimu tal-maturazzjoni tal-prodott, il-ġobon ‘Asiago’ jista’ jiġi ttrattat fuq il-wiċċ b’sustanzi permessi mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ. Il-wiċċ tal-ġobon (il-qoxra) ma jistax jittiekel.”

hija sostitwita bi:

“Il-ġobon jista’ jiġi ttrattat fuq il-wiċċ b’sustanzi permessi mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.”

Il-leġiżlazzjoni li tirregola s-settur tiddefinixxi liema sustanzi huma permessi għat-trattament tal-wiċċ. Il-konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar it-trattament tal-qoxra hija meqjusa biżżejjed. Fir-rigward ukoll tal-qoxra li ma tittikilx, l-imħaleb produtturi għadhom meħtieġa li jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ u għalhekk li jiddikjaraw l-użu ta’ sustanzi li jistgħu jagħmlu l-qoxra mhux tajba għall-ikel.

Il-formulazzjoni attwali:

“It-trattament tal-wiċċ tal-ġobon fi kwalunkwe każ m’għandux inaqqas il-leġibbiltà tal-kaseina nominali li tidentifika l-ġobon u l-logo tad-denominazzjoni.”

hija sostitwita bi:

“It-trattament tal-wiċċ tal-ġobon fi kwalunkwe każ m’għandux inaqqas il-leġibbiltà tal-kaseina nominali li tidentifika l-ġobon, il-logo tad-denominazzjoni u t-tikketta ta’ oriġini ‘ASIAGO’ stampata fuq il-ġenb.”

L-emenda tikkompleta l-lista ta’ marki ta’ identifikazzjoni li jiddistingwu ġobon “Asiago”, inkluża t-tikketta tal-oriġini fuq il-ġenb/ix-xifer tal-ġobon.

Żona ġeografika

L-emenda li ġejja tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, il-punt 4.3 tal-iskeda sommarja ppubblikata, il-punt 4 tad-Dokument Uniku.

It-test tal-Artikolu 2 “Żona ta’ produzzjoni” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali tressaq għall-Artikolu 3 fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott proposta li tingħata l-isem ġdid ta’ “Żona ġeografika ddefinita”.

L-iskop ta’ din l-emenda huwa li tiġi segwita l-istruttura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Il-muniċipalitajiet ta’ Cittadella u Fontaniva huma miżjuda.

Il-muniċipalitajiet ta’ Cittadella u Fontaniva, li jinsabu fit-Tramuntana tal-belt ta’ Padova, huma inklużi fiż-żona ġeografika ddefinita bħala żoni fejn, storikament, il-ħalib kien prodott għall-ipproċessar fil-ġobon li wara kien rikonoxxut bħala DOP. Bħalissa hemm irziezet f’dawn iż-żoni li huma membri tal-imħaleb li jipproduċu d-DOP “Asiago” iżda li l-ħalib tagħhom ma jistax jintuża għall-produzzjoni tad-DOP. L-iskop tal-emenda huwa li tirrifletti b’mod aktar preċiż iż-żona ta’ produzzjoni storika tad-DOP.

Prova tal-oriġini

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 “Oriġini tal-prodott” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li magħha żdiedet is-sentenza li ġejja:

“Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha mniżżla fil-listi relevanti huma soġġetti għal verifiki mill-korp ta’ kontroll, skont kif id-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-pjan ta’ kontroll assoċjat.”

L-emenda tissupplimenta t-test billi tiċċara li l-operaturi kollha inklużi fis-sistema ta’ kontroll tad-DOP huma soġġetti għal kontrolli mill-korp ta’ kontroll.

Metodu ta’ produzzjoni

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3 “Għalf tal-annimali”, li tressaq għall-ewwel parti tal-Artikolu 5 fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott proposta li ngħata l-isem ġdid “Metodu ta’ produzzjoni tal-prodott”, u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.

L-emenda żiedet il-qoton mal-lista ta’ għalf ipprojbit.

Il-qoton ġie inkluż fost l-għalf ipprojbit għall-annimali wara riċerka bir-reqqa mwettqa b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Padova, id-Dipartiment tan-Nutrizzjoni tal-Annimali. L-iskop tal-emenda huwa li ttejjeb il-ġobon “Asiago” billi ssaħħaħ ir-rabta kawżali bejn il-post tal-oriġini u l-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li telimina speċi ta’ pjanti mhux nattiva bħall-qoton.

Barra minn hekk, is-sentenzi li ġejjin jiżdiedu wara l-lista ta’ għalf ipprojbit:

“Tal-anqas 50 % tar-razzjon ta’ għalf niexef għandu jiġi prodott fiż-żona ġeografika.

L-għalf ma jistax jikkostitwixxi aktar minn 50 % tar-razzjon ta’ għalf niexef.”

Ir-rekwiżit li mill-inqas 50 % tar-razzjon ta’ għalf niexef għandu jiġi prodott fiż-żona ġeografika jista’ jiġi ssodisfat bl-użu ta’ ħaxix, tiben u ħaxix tal-bur differenti miż-żona definita u dawn jirrappreżentaw il-proporzjon tar-razzjon tal-għalf magħmul minn fibra li tista’ tiġi diġestita, ġeneralment definit bħala “foraġġ” (ħaxix, tiben, mergħat, eċċ.), li jinfluwenza b’mod sinifikanti l-karatteristiċi kimiċi, sensorji u organolettiċi tal-ħalib u, għalhekk, tal-prodott lest. Iż-żona ġeografika fejn jiġi prodott il-ġobon “Asiago” hija prinċipalment ikkaratterizzata minn bwar permanenti u mergħat għar-ragħa, speċjalment fiż-żoni aktar għoljin jew fejn hemm l-għoljiet, u għalhekk mhijiex partikolarment adatta għat-tkabbir taċ-ċereali (qamħirrun, qamħ, xgħir) jew taż-żrieragħ li minnhom jintgħasar iż-żejt (sojja).

Il-kumpaniji li jipproduċu l-ġobon “Asiago” huma speċjalizzati ħafna fil-produzzjoni tal-ħalib minn annimali ta’ pedigree għoli li jeħtieġu dieta bilanċjata mil-lat ta’ nutrizzjoni, magħmula mhux biss minn foraġġ iżda wkoll minn għalf u konċentrati biex isostnu l-produzzjoni ta’ kwalità u l-benessri tal-baqar tal-ħalib.

Dan jagħmilha neċessarja li jintużaw konċentrati u għalf minn barra ż-żona demarkata biex jissupplimentaw ir-razzjonijiet tal-ikel.

Dan l-għalf jippermetti konsum rapidu ta’ nutrijenti, li jipprovdi l-enerġija u l-proteini li l-baqar tal-ħalib jeħtieġu għall-funzjonijiet normali tagħhom tal-kirxa. Peress li għandhom biss rwol fiżjoloġiku bħala appoġġ għal dawn il-funzjonijiet, m’għandhom kważi l-ebda impatt fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-ħalib.

Razzjon b’mill-inqas 50 % tal-materja niexfa derivata mill-foraġġ jipprovdi benefiċċji f’termini ta’ benessri tal-annimali u jista’ jrawwem il-produzzjoni ta’ ħalib ta’ kwalità aħjar għall-produzzjoni tal-ġobon. L-użu ta’ foraġġ miksub miż-żona ta’ produzzjoni tal-ġobon “Asiago”, li hija partikolarment rikka fil-pjanti minħabba l-bijodiversità taż-żona, jagħti lill-ħalib it-togħmiet karatteristiċi li jinsabu fil-prodott lest.

Din l-emenda hija meħtieġa biex l-Ispeċifikazzjoni u d-Dokument Uniku jiġu adattati għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

L-emendi li ġejjin jikkonċernaw l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Il-formulazzjoni attwali:

“Il-ġobon ‘Asiago’, kemm jekk tat-tip ‘pressato’ kif ukoll jekk tat-tip ‘d’allevo’, huwa prodott b’ħalib li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tas-saħħa fis-seħħ. Madankollu, l-‘Asiago d’allevo’ jista’ jiġi prodott fil-mergħat tal-muntanji matul il-perjodu ta’ migrazzjoni b’ħalib li jmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet tas-saħħa fis-seħħ. Il-ħalib għandu jinħażen f’temperatura ta’ bejn 4 u 11-il grad Celsius u għandu jiġi pproċessat fi żmien massimu ta’ 60 siegħa mill-ewwel ħalba jew mit-tieni ħalba jekk applikabbli. Fejn il-ġobon ‘Asiago’ isir minn ħalib mhux ipproċessat, dan il-ħalib għandu jiġi pproċessat fi żmien 36-48 siegħa mid-dħul fl-istabbiliment, skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.”

hija sostitwita bi:

“Il-ġobon ‘Asiago’, kemm jekk tat-tip ‘Fresco’ kif ukoll jekk tat-tip ‘Stagionato’, huwa prodott b’ħalib li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tas-saħħa fis-seħħ. Il-ħalib għandu jinħażen fil-maħleb f’temperatura ta’ bejn 4 u 11-il grad Celsius. Ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-ġobon ‘Asiago’‘prodotto della montagna’ [prodott tal-muntanji] jista’ jinħażen f’temperaturi determinati minn kundizzjonijiet ambjentali naturali.

Il-ħalib għandu jinġabar fi żmien 36 siegħa mill-ewwel ħalba.

Sabiex jiġi prodott ġobon ‘Asiago’ li jkollu l-indikazzjoni addizzjonali ‘prodotto della montagna’, il-ħalib għandu jinġabar fi żmien 48 siegħa mill-ewwel ħalba.

Il-ħalib għandu jintbagħat għall-ipproċessar fi żmien 48 siegħa mill-wasla fil-maħleb.”

F’konformità mal-iżvilupp tal-qafas regolatorju, l-użu ta’ “ħalib li jmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet tas-saħħa fis-seħħ” m’għadux permess. L-emenda tiddikjara wkoll li t-temperaturi tal-ħżin tal-ħalib jirreferu għall-imħaleb, filwaqt li l-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-ġobon “Asiago”“prodotto della montagna” jista’ jinħażen f’temperaturi determinati minn kundizzjonijiet ambjentali naturali, li huma adegwati għall-ħżin. Il-ħinijiet ta’ ġbir għall-ħalib huma speċifikati b’referenza għall-ewwel ħalba, li fil-prattika tippermetti li l-ħalib jinġabar minn diversi ħalbiet; l-għadd massimu ta’ sigħat li fihom il-ħalib għandu jintbagħat għall-ipproċessar wara li jkun daħal fil-maħleb huwa speċifikat ukoll għat-tipi kollha ta’ “Asiago”.

Il-formulazzjoni attwali:

“Il-ġobon ‘Asiago pressato’ jista’ jiġi prodott billi jintuża ħalib minn ħalba waħda jew tnejn, mhux ipproċessat jew pastorizzat f’72 grad Celsius għal 15-il sekonda, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.”

hija sostitwita bi:

“Il-ġobon ‘Asiago Fresco’ jiġi prodott billi jintuża ħalib minn ħalba waħda jew aktar, mhux ipproċessat, ipproċessat jew pastorizzat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.”

L-emenda tqis it-tendenzi fis-sistemi tal-ħlib (ir-robots tal-ħlib, eċċ.), li jiżguraw kundizzjonijiet aħjar tal-benessri tal-annimali mingħajr ma jaffettwaw il-kwalità tal-ħalib prodott minn diversi ħalbiet.

Barra minn hekk, il-possibbiltà li l-ħalib ikun ipproċessat hija introdotta wkoll għal “Asiago Fresco” ukoll. Ħalib ipproċessat, li kien soġġett għal temperaturi aktar baxxi mill-ħalib ippasturizzat, jippreserva aktar mill-karatteristiċi organolettiċi relatati maż-żona tal-produzzjoni.

L-emenda li ġejja tintroduċi l-possibbiltà li jintuża ħalib minn diversi ħalbiet konsekuttivi għal “Asiago Stagionato” ukoll, kif inhu l-każ għal “Asiago Fresco”.

Il-formulazzjoni attwali:

“Il-ġobon ‘Asiago d’allevo’ jista’ jsir billi jintuża ħalib miksub minn żewġ ħalbiet parzjalment xkumat permezz ta’ xkumar tal-wiċċ, jew minn żewġ ħalbiet li waħda minnhom biss hija parzjalment xkumat permezz ta’ xkumar tal-wiċċ, jew minn ħalba waħda biss parzjalment xkumat permezz ta’ xkumar tal-wiċċ. Il-ħalib użat jista’ ma jkunx ipproċessat jew inkella jkun ipproċessat f’57/68 grad Celsius għal 15-il sekonda b’parametru ta’ analiżi pożittiv tal-fosfatażi. Ma huwa permess l-ebda trattament ieħor tal-ħalib ħlief dak espressament previst f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”

hija sostitwita bi:

“Il-ġobon ‘Asiago Stagionato’ jista’ jsir billi jintuża ħalib miksub minn diversi ħalbiet konsekuttivi parzjalment xkumat permezz ta’ xkumar tal-wiċċ, jew minn diversi ħalbiet konsekuttivi li waħda minnhom biss hija parzjalment xkumat permezz ta’ xkumar tal-wiċċ, jew minn ħalba waħda biss parzjalment xkumat permezz ta’ xkumar tal-wiċċ. Il-ħalib użat jista’ ma jkunx ipproċessat jew inkella jkun ipproċessat f’57/68 grad Celsius b’parametru ta’ analiżi pożittiv tal-fosfatażi. Ma huwa permess l-ebda trattament ieħor tal-ħalib ħlief dak espressament previst f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”

Il-paragrafu li ġej tħassar:

“Għall-produzzjoni ta’ ġobon tad-DOP ‘Asiago’, li għandu l-indikazzjoni “prodotto della montagna” (prodott tal-muntanji), jista’ jintuża ħalib minn żewġ ħalbiet jew erba’ ħalbiet, iżda dan il-ħalib għandu jiġi pproċessat fi żmien 18-il siegħa minn meta jkun irċevut fil-każ ta’ ħalib minn żewġ ħalbiet, u fi żmien 24 siegħa mill-wasla fil-każ ta’ ħalib minn erba’ ħalbiet.”

Għall-produzzjoni tal-ġobon Asiago “prodotto della montagna”, jista’ jinġabar ħalib minn iktar minn ħalba waħda, sakemm dan jinġabar fi żmien 48 siegħa mill-ewwel ħalba; għal dan it-tip ta’ prodott ukoll, il-ħalib għandu jintbagħat għall-ipproċessar fi żmien 48 siegħa mill-wasla fil-maħleb, kif speċifikat fil-paragrafi preċedenti.

L-emenda li ġejja tintroduċi l-possibbiltà li jintuża t-tames veġetali u telimina l-użu tal-liżożima.

Il-formulazzjoni attwali:

“Il-ħalib użat għall-produzzjoni tal-‘Asiago pressato’ għandu jkun ħalib sħiħ u t-taħlita fil-bojler għandha tkun magħmula minn ħalib, batterji tal-aċidu lattiku jew starter, tames tal-bovini u possibbilment ammonti żgħar ta’ klorur tas-sodju. Matul l-ipproċessar, jistgħu jiżdiedu wkoll kwantitajiet ta’ ilma tax-xorb għal raġunijiet teknoloġiċi. Fil-każ tal-produzzjoni ta’ ‘Asiago d’allevo’, il-ħalib użat huwa parzjalment xkumat permezz ta’ xkumar tal-wiċċ, possibbilment biż-żieda ta’ liżożima (E 1105) fil-limiti tal-liġi; it-taħlita għalhekk tikkonsisti minn ħalib parzjalment xkumat, batterji tal-aċidu lattiku jew starter, tames tal-bovini u possibbilment ammonti żgħar ta’ klorur tas-sodju u liżożima. L-użu tal-liżożima (E1105) huwa fi kwalunkwe każ ipprojbit fil-produzzjoni tad-DOP ‘Asiago’ li jkollu l-indikazzjoni addizzjonali ‘prodotto della montagna’.”

hija sostitwita bi:

“Il-ħalib użat għall-produzzjoni tal-‘Asiago Fresco’ għandu jkun ħalib sħiħ u t-taħlita fil-bojler għandha tkun magħmula minn ħalib sħiħ, batterji tal-aċidu lattiku jew starter, tames tal-bovini jew koagulant veġetali u possibbilment ammonti żgħar ta’ klorur tas-sodju. Matul l-ipproċessar, jistgħu jiżdiedu wkoll kwantitajiet ta’ ilma tax-xorb għal raġunijiet teknoloġiċi. Il-ħalib użat għall-produzzjoni tal-‘Asiago Stagionato’ għandu jkun parzjalment xkumat permezz ta’ xkumar tal-wiċċ u t-taħlita fil-bojler għandha tikkonsisti minn ħalib parzjalment xkumat, batterji tal-aċidu lattiku jew starter, tames tal-bovini jew koagulant tal-ħaxix u possibbilment ammonti żgħar ta’ klorur tas-sodju.

L-użu tal-liżożima (E1105) huwa fi kwalunkwe każ ipprojbit fil-produzzjoni tal-ġobon ‘Asiago’.”

L-emenda żżid koagulanti veġetali għaż-żewġ tipi ta’ “Asiago”, bħala alternattiva għat-tames tal-bovini. Il-produzzjoni tradizzjonali tal-ġobon tal-“Asiago” kienet oriġinarjament ibbażata fuq l-użu ta’ koagulant veġetali: fil-fatt, hemm evidenza li l-estratt tax-xewk tal-Madonna bħala koagulant veġetali fl-altipjan ta’ Asiago. Studju reċenti mill-Aġenzija Agrikola Reġjonali ta’ Veneto juri li l-karatteristiċi organolettiċi u sensorji tipiċi kemm tal-“Asiago Fresco” kif ukoll tal-“Asiago Stagionato” jibqgħu l-istess anke meta jintuża l-koagulant tal-ħxejjex.

Din l-introduzzjoni tippermetti wkoll li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tas-suq.

Il-possibbiltà li tintuża l-liżożima, enzima bi proprjetajiet antifermentattivi, ġiet ukoll eliminata. Hija għajnuna għall-ipproċessar li rarament tintuża fil-produzzjoni tal-“Asiago” u li mhijiex tradizzjonali, u li l-użu tagħha qed isir superfluwu minħabba t-titjib fil-kwalità tal-foraġġ.

L-emendi li ġejjin jikkonċernaw l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali.

It-test tal-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali “Metodi ta’ ħażna u maturazzjoni” tressaq għall-aħħar tal-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott proposta u se jikkostitwixxi s-subparagrafu intitolat “Metodi ta’ ħażna u maturazzjoni”.

Il-paragrafu li ġej dwar l-istadju ta’ qabel it-tmelliħ ġie mħassar:

“Qabel it-tmelliħ, il-ġobniet jinħażnu għal mill-inqas 48 siegħa f’postijiet f’temperatura ta’ 10/15 °C f’umdità relattiva ta’ 80-85 %.”

Il-paragrafu kien jiddeskrivi l-istadju ta’ qabel it-tmelliħ (magħruf bħala “tkessiħ”) li fil-fatt huwa integrat fl-istadju tal-maturazzjoni tal-ġobon, minħabba li l-parametri indikati fil-paragrafu huma l-istess bħal dawk proposti għall-maturazzjoni.

Is-sentenza dwar il-maturazzjoni minima ta’ “Asiago Stagionato” ġiet miktuba mill-ġdid.

Il-formulazzjoni attwali:

“Il-perjodu minimu tal-maturazzjoni għal ‘Asiago d’allevo’ huwa ta’ sittin jum mill-aħħar jum tax-xahar tal-produzzjoni.”

hija sostitwita bi:

“Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni għal ‘Asiago Stagionato’ huwa ta’ disgħin jum mid-data tal-produzzjoni.”

Sabiex jinkiseb prodott aħjar mill-perspettiva organolettika/ta’ kwalità u minn perjodu ta’ maturazzjoni uniformi għal-lottijiet kollha ta’ produzzjoni, ġie stabbilit li l-perjodu minimu ta’ maturazzjoni qabel il-kummerċjalizzazzjoni għandu jkun ta’ 90 jum reali mid-data tal-produzzjoni.

Emenda oħra tirrigwarda l-parametri tat-temperatura u tal-umdità għall-maturazzjoni.

Il-formulazzjoni attwali:

“Il-ġobon għandu jimmatura fiż-żona tal-produzzjoni stess f’imħażen b’temperaturi ta’ bejn 10/15 °C f’umdità relattiva ta’ 80-85 %.”

hija sostitwita bi:

“Il-ġobon għandu jimmatura fiż-żona tal-produzzjoni stess fi mħażen b’temperaturi ta’ mhux inqas minn 5 °C.”

L-emenda tissostitwixxi ż-żewġ firxiet ta’ temperatura u umdità b’valur minimu ta’ temperatura, peress li dan huwa meqjus aktar xieraq biex jiġu espressi l-aħjar kundizzjonijiet ta’ maturazzjoni tal-Asiago. Dan il-parametru tat-temperatura minima jirrifletti wkoll il-kundizzjonijiet ambjentali naturali u jista’ jipprevjeni b’mod aktar effettiv il-fermentazzjoni mhux normali fil-ġobon b’perjodu twil ta’ maturazzjoni, anki mingħajr il-liżożima.

Rabta

Ġie miżjud artikolu speċifiku dwar ir-rabta li mhuwiex inkluż fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali iżda biss fl-iskeda tas-sommarju ppubblikata. It-test tal-Artikolu 6 miżjud mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott proposta u l-punt 5 tad-Dokument Uniku huwa kif ġej.

Artikolu 6 –

Rabta bejn il-prodott u ż-żona tal-produzzjoni.

Hemm ħafna elementi storiċi u tradizzjonali li jistabbilixxu fiż-żmien u fil-post il-ġobon “Asiago” – li storikament joriġina fl-altipjan ta’ Asiago li jinsab fil-provinċja ta’ Vicenza fuq il-fruntiera mal-provinċja ta’ Trento. Il-produzzjoni tal-ġobon “Asiago” tmur lura għas-sena 1000 u minn dak iż-żmien kompliet fil-bidu tas-seklu 20 anki f’żona qrib l-altipjan ta’ Asiago, f’raġġ ta’ madwar 80 kilometru.

Din hija żona madwar dik storika fejn il-bdiewa tal-altipjan ta’ Asiago, li kienu mġiegħla jiċċaqilqu wara l-avvenimenti tal-Ewwel Gwerra Dinjija (1915-1918), sabu li l-kundizzjonijiet agronomiċi, ambjentali u klimatiċi huma adattati biex jiżviluppaw it-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat u t-tradizzjoni tal-ħalib.

Iż-żona tal-produzzjoni tal-ġobon “Asiago” tinkludi żona li tikkonsisti fl-altipjani ta’ Asiago, Lavarone, Vezzena u Folgaria, li jirrappreżentaw iż-żona oriġinali, il-muntanji ta’ Trentino, strixxa intermedja ta’ għoljiet ifformata mill-għoljiet ta’ Grappa, Breganze, Schio, Valdagno u Chiampo, kif ukoll strixxa tal-pjanura irrigata tal-provinċji ta’ Vicenza, Padova u Treviso.

Fiż-żona tal-produzzjoni, il-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija huma omoġenji f’termini kemm ta’ xita kif ukoll ta’ temperatura. F’termini ta’ ħamrija, l-art hija essenzjalment kalkarja. Il-kultivazzjoni permanenti tal-foraġġ hija mifruxa fiż-żoni kollha ta’ altitudni fiż-żona, ikkaratterizzata minn ħaxix u legumi naturali u l-kultivazzjoni taċ-ċereali (qamħ, xgħir, qamħirrum). Fiż-żona ta’ altitudni tal-muntanji, l-art agrikola kollha mhux forestata tintuża għall-mergħa u għar-ragħa fil-mergħat.

L-aktar razez komuni ta’ bhejjem tal-ifrat fl-irziezet fiż-żona huma l-Frisona Taljana, segwita mill-Bruna Alpina, ir-Rendena u l-Pezzata Rossa.

Element partikolarment importanti huwa l-fattur uman. Il-mod karatteristiku tal-produzzjoni, ibbażat fuq metodi awtentiċi u mhux varji, inżamm intatt maż-żmien permezz tat-trażmissjoni tal-arti antika tal-produzzjoni lokali tal-ġobon u t-tekniki għat-trasformazzjoni tal-ħalib f’ġobon.

Tikkettar

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

It-test tal-Artikolu 6 “Identifikazzjoni u mmarkar” ġie mċaqlaq għall-ewwel parti tal-Artikolu 8 “Tikkettar” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott proposta u se jikkostitwixxi s-subparagrafu 8.1 intitolat “Identifikazzjoni u mmarkar”.

Fil-paragrafu wara r-rappreżentazzjoni tal-logo tad-denominazzjoni, il-kliem “bħala parti integrali” jinbidlu għal “li jiffurmaw parti integrali” u fl-aħħar sentenza, il-kliem Taljan “Nella fascere” jinbidel bil-kliem “Nelle fascere”.

L-emenda tikkonsisti f’korrezzjoni formali u l-eliminazzjoni ta’ żball fit-tipa bit-Taljan.

Il-formulazzjoni attwali:

“ripetut diversi drabi u għoli ta’ 25 mm għal ‘Asiago pressato’ u 20 mm għal ‘Asiago d’allevo’.”

ġiet emendata kif ġej:

“ripetut diversi drabi u għoli ta’ 25 mm għal ‘Asiago Fresco’ u 20 mm għal ‘Asiago Stagionato’.”

Din l-emenda tissostitwixxi l-kliem “pressato” u “d’allevo” bi “Fresco” u “Stagionato” f’konformità mal-emenda proposta għall-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Is-sentenza li ġejja żdiedet ukoll fl-artikolu relatat mat-tikkettar:

“Il-marki kollha ta’ identifikazzjoni tad-DOP ‘Asiago’ (il-marka tal-isem tal-kaseina u l-indikazzjoni tal-oriġini) għandhom ikunu dejjem viżibbli fuq il-ġobon kollu. Fl-ebda każ, l-għarqub tal-ġobon kollu ma jista’ jkun miksi b’rita, tejp jew marki fuq l-iskrin.”

L-emenda għandha l-għan li ssaħħaħ it-traċċabbiltà u t-trasparenza tal-prodott vis-à-vis il-konsumaturi, bil-għan li tenfasizza l-viżibbiltà tal-marki ta’ identifikazzjoni tad-DOP meta mqabbla ma’ prodotti ta’ imitazzjoni jew tentattivi ta’ falsifikazzjoni.

Il-paragrafu li ġej jiżdied wara l-ittri tal-alfabett li jindikaw ix-xahar tal-produzzjoni:

“Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà stabbiliti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, prodotti mhux ċilindriċi għandu jkollhom il-marki ta’ identifikazzjoni li ġejjin: il-kaseina nominali, il-kodiċi alfanumeriku tal-produttur tal-ħalib, il-logo tad-denominazzjoni, l-isem tad-denominazzjoni ASIAGO ripetut għal diversi drabi f’sekwenza, mill-inqas fuq naħa waħda tal-ġenb jew fuq naħa waħda tal-ġnub ċatti tal-ġobon. F’dan ir-rigward, l-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni tipprovdi tagħmir ta’ mmarkar għall-użu mill-produtturi li huma intitolati li jagħmlu dan.”

L-emenda tispeċifika l-metodu ta’ identifikazzjoni u traċċabbiltà tal-prodott f’forma oħra għajr dik ċilindrika, kif previst fl-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott proposta.

L-emenda li ġejja għandha x’taqsam mat-test tal-Artikolu 9 “Imballaġġ”, li tressaq għal tmiem l-Artikolu 8 “Tikkettar” fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott proposta u se tikkostitwixxi s-subparagrafu 8.2 “Preżentazzjoni u imballaġġ”, il-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

Il-paragrafu:

“Il-ġobon DOP ‘Asiago’ sħiħ jista’ jinqata’ f’porzjonijiet u jiġi ppakkjat minn qabel f’kunjardi li jippermettu li jidher l-għarqub tal-ġobon. F’kull każ, iċ-ċentru tal-ġobon jista’ jiġi ppakkjat f’porzjonijiet, sakemm il-piż totali tiegħu ma jaqbiżx l-10 % tal-piż tal-ġobon innifsu. Dawn il-porzjonijiet, għandhom madankollu, ikun fihom il-qoxra min-naħa ċatta tal-ġobon. Jekk il-liżożima (E 1105) ma tintużax, dan jista’ jiġi indikat fuq it-tikketta.

Fejn l-operazzjonijiet tal-qtugħ jinvolvu t-tqaxxir tal-qoxra u/jew it-tneħħija tagħha, u b’hekk l-immarkar tal-oriġini jsir inviżibbli (kubi, biċċiet, eċċ.), l-ippakkjar għandu jsir fiż-żona tal-produzzjoni sabiex tkun garantita t-traċċabbiltà tal-prodott.”

ġiet emendata kif ġej:

“Il-ġobon ‘Asiago’ sħiħ jista’ jinqata’ f’porzjonijiet u jiġi ppakkjat minn qabel f’kunjardi (kwarti, kunjardi, biċċiet) bil-qoxra. F’kull każ, iċ-ċentru tal-ġobon jista’ jiġi ppakkjat f’porzjonijiet, sakemm il-piż totali tiegħu ma jaqbiżx l-10 % tal-piż tal-ġobon innifsu. Dawn il-porzjonijiet, madankollu, għandu jkun fihom il-qoxra min-naħa ċatta tal-ġobon.

Fejn l-operazzjonijiet tal-qtugħ jinvolvu t-tqaxxir tal-qoxra u/jew it-tneħħija tagħha, u b’hekk l-immarkar tal-oriġini jsir inviżibbli, id-diversi formati (kubi, ġobon maħkuk, biċċiet, kunjardi, ġobon sħiħ, eċċ.) għandhom jiġu ppakkjati fiż-żona tal-produzzjoni sabiex tkun garantita t-traċċabbiltà tal-prodott.”

L-emenda tispeċifika l-formati ewlenin ippakkjati minn qabel. Huwa ċar li l-immarkar tal-ġenb huwa s-sinjal li jindika l-preżenza ta’ prodott awtentiku u l-fatt li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u, jekk il-qoxra tinqala’ u/jew titneħħa, dan għandu jsir b’mod li jiggarantixxi t-traċċabbiltà tal-prodott.

L-emenda li ġejja għandha l-għan li tiċċara liema termini jistgħu jintużaw f’informazzjoni kummerċjali u/jew fuq it-tikketti skont il-maturazzjoni.

Il-formulazzjoni attwali:

“Il-ġobon ‘Asiago’ magħmul minn ħalib mill-imqawel f’żoni bil-muntanji, li jiġi pproċessat fi mħaleb li jinsabu f’żoni bil-muntanji u li jimmaturaw f’żoni bil-muntanji, jista’ jiġi ttikkettat bil-kliem addizzjonali ‘prodotto della montagna’.

Il-ġobon ‘Asiago pressato’ jista’ jiġi ttikkettat ukoll bħala ‘fresco’ [frisk].

Il-ġobon ‘Asiago d’allevo’ jista’ jiġi ttikkettat ukoll bħala “stagonionato” [matur].

Il-ġobon ‘Asiago d’allevo’ immaturat għal bejn erba’ u sitt xhur jista’ jiġi ttikkettat ukoll ‘mezzano’ [semimatur].

Il-ġobon ‘Asiago d’allevo’ immaturat għal aktar minn 10 xhur jista’ jiġi ttikkettat ukoll ‘vecchio’ [matur].

Il-ġobon ‘Asiago d’allevo’ immaturat għal aktar minn 12-il xahar jista’ jiġi ttikkettat ukoll “stravecchio” [extramatur].”

hija sostitwita bi:

“Il-ġobon ‘Asiago’ magħmul minn ħalib mill-imqawel f’żoni bil-muntanji, li jiġi pproċessat fi mħaleb li jinsabu f’żoni bil-muntanji u li jimmatura f’żoni bil-muntanji, u li jibbenifika mill-indikazzjoni addizzjonali ‘prodotto della montagna’ jista’ jinkludi l-kliem ‘Asiago prodotto della montagna’ fl-informazzjoni kummerċjali u/jew fuq it-tikketta.

L-indikazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu inklużi fl-informazzjoni kummerċjali u/jew fuq it-tikketta:

Il-ġobon ‘Asiago Fresco’ jista’ jiġi ttikkettat ukoll bħala ‘Asiago pressato’.

Il-ġobon ‘Asiago Fresco’ immaturat għal aktar minn 40 jum jista’ jiġi ttikkettat bħala ‘Asiago Fresco riserva# [riżerva].

Il-ġobon ‘Asiago Stagionato’ jista’ jiġi ttikkettat ukoll bħala ‘Asiago d’allevo’.

Il-ġobon ‘Asiago Stagionato’ immaturat għal bejn 4 u 10 xhur jista’ jiġi ttikkettat ukoll ‘Asiago mezzano’ jew ‘Asiago Stagionato mezzano’ [semimatur].

Il-ġobon ‘Asiago Stagionato’ immaturat għal bejn 10 u 15-il xahar jista’ jiġi ttikkettat ‘Asiago vecchio’ jew ‘Asiago Stagionato vecchio’ [matur].

Il-ġobon ‘Asiago Stagionato’ immaturat għal iktar minn 15-il xahar jista’ jiġi ttikkettat ukoll ‘Asiago stravecchio’ jew ‘Asiago Stagionato stravecchio’ [extramatur].”

L-emenda tiċċara t-termini alternattivi kollha għall-“Asiago Fresco” u għall-“Asiago Stagionato”, skont il-perjodi differenti ta’ maturazzjoni tal-prodott, li huma aġġornati skont dak li huwa indikat fl-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-perjodi tal-maturazzjoni huma wkoll definiti aħjar, skont il-prattiki tradizzjonali tal-produzzjoni u biex il-konsumaturi jifhmu b’mod immedjat u faċli.

Il-paragrafu li ġej jiżdied wara l-aħħar paragrafu:

“Il-kisi tar-riti jew il-marki fuq l-iskrin b’informazzjoni tal-kumpanija jistgħu jitwaħħlu fuq in-naħa ċatta tal-ġobon, sakemm dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fis-seħħ dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel. Dawn ir-riti jew il-marki fuq l-iskrin mhumiex permessi li jkopru l-kaseina nominali u għandhom dejjem ikollhom id-denominazzjoni ‘ASIAGO’, flimkien mal-logo Ewropew li jidentifika d-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta, sabiex jiġi ggarantit li l-informazzjoni korretta tingħata lill-konsumaturi.”

L-emenda għandha l-għan li ssaħħaħ l-istrumenti għat-traċċabbiltà u l-identifikazzjoni tal-prodotti, li huma kkunsidrati bħala aspetti essenzjali ta’ prodott tad-DOP.

Korp ta’ kontroll

Qed jiżdied l-Artikolu 7 ġdid “Korp ta’ kontroll”, li mhuwiex preżenti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, li jipprovdi informazzjoni dwar il-korp ta’ kontroll.

Il-kliem huwa kif ġej:

Artikolu 7

Korp ta’ kontroll

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott titwettaq mill-korp ta’ kontroll awtorizzat qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq. Il-korp ta’ kontroll huwa CSQA Certificazioni Srl – Via S. Gaetano, 74 – 36016 Thiene (VI) tel. +39 0445313011, fax +39 0445313070 email csqa@csqa.it..

DOKUMENT UNIKU

“ASIAGO”

Nru tal-UE: PDO-IT-0001-AM02 – 30.7.2019

DOP (X) IĠP ()

1.   Isem/Ismijiet

“Asiago”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.

Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini protetta (DOP) “Asiago” hija riżervata għal ġobon nofsu imsajjar, prodott esklussivament mill-ħalib tal-baqar, miksub skont din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, maqsum f’żewġ tipi differenti ta’ ġobon, “Asiago Fresco” [“Asiago Frisk”] (magħruf ukoll bħala “Asiago pressato” [“Asiago Pressat”]) u “Asionago Stagionato” [“Asionago Matur”] (magħruf ukoll bħala “Asiago d’allevo” [“Asiago Misjur”]), li l-karatteristiċi tagħhom huma indikati hawn taħt.

Karatteristiċi tekniċi speċifiċi għall-“Asiago Fresco” immaturat għall-perjodu minimu.

Speċifikazzjoni

Tolleranzi

(a)

viżivi/organolettiċi:

kulur abjad jew kemxejn safrani lewn it-tiben

għajnejn immarkati, irregolari

togħma pjaċevoli u delikata

qoxra rqiqa b’konsistenza elastika

(b)

kimiċi:

Umdità

39,50 %

±4,50

proteina

24,00 %

±3,50

Xaħam

30,00 %

±4,00

klorur tas-sodju

1,70 %

±1,00

xaħam f’materja niexfa

mhux inqas minn 44 %

xejn

(c)

fiżiċi:

għarqub

dritt jew kemxejn konvess

fuq u isfel

ċatt jew kważi ċatt

piż

11-15-il kg

għoli

11-15 cm

dijametru

30-40 cm

Karatteristiċi tekniċi speċifiċi għal “Asiago Stagionato” immaturat għall-perjodu minimu.

Speċifikazzjoni

Tolleranzi

(a)

viżivi/organolettiċi:

kulur safrani lewn it-tiben jew safrani jagħti ftit għal lewn it-tiben

għajnejn żgħar sa medji

togħma ħafifa u kemxejn bnina - togħma tfuħ (“vecchio” [matur])

qoxra lixxa u regolari

(b)

kimiċi:

Umdità

34,50 %

±4,00

proteina

28,00 %

±4,00

xaħam

31,00 %

±4,50

klorur tas-sodju

2,40 %

±1,00

xaħam f’materja niexfa

mhux inqas minn 34 %

xejn

(c)

fiżiċi:

għarqub

dritt jew kważi dritt

fuq u isfel

ċatt jew kważi ċatt

piż

8-12-il kg

għoli

9-12 cm

dijametru

30-36 cm

Kemm għall-prodotti “Asiago Fresco” kif ukoll għall-“Asiago Stagionato”, sabiex jiġi limitat l-iskart mill-ipproċessar u skont il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet viżwali/organolettiċi u kimiċi u mar-rekwiżiti tal-piż imsemmija hawn fuq, il-produzzjoni tal-ġobon “Asiago” f’forma oħra għajr dik ċilindrika hija permessa esklussivament għal prodotti maħsuba għall-ippakkjar minn qabel (tqattigħ, tqattigħ f’kubi, ħakk) jew għall-ipproċessar fi prodotti komposti, kemm jekk ippreparati kif ukoll jekk ipproċessati.

Il-ġobon jista’ jiġi ttrattat fuq il-wiċċ b’sustanzi permessi mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

It-trattament tal-wiċċ tal-ġobon għandu fi kwalunkwe każ ma jnaqqasx il-leġibbiltà tal-kaseina nominali li tidentifika l-ġobon, il-logo tad-denominazzjoni u t-tikketta tal-oriġini “ASIAGO” ittimbrata fuq il-ġenb.

It-trattament tal-wiċċ bil-kuluri u l-forom kontra l-moffa mhuwiex permess għall-ġobon “Asiago” li jkollu l-indikazzjoni addizzjonali “prodotto della montagna” [prodott tal-muntanji].

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Jintuża ħalib tal-baqra mhux pastorizzat jew termizzat jew pastorizzat.

Baqar li l-ħalib tagħhom huwa maħsub għall-ipproċessar f’ġobon “Asiago” ma għandhomx jingħalfu bil-foraġġ u l-għalf li ġejjin:

FORAĠĠ:

kolza, rapa tan-nevew, mustarda jew żerriegħa tal-fienu;

weraq tal-pjanti tal-frott, weraq u uċuħ tal-pitravi;

silaġġ tas-silla/tal-ħaxix, silaġġ tal-piżelli/tal-ħaxix, prodotti sekondarji suppressati;

frott u l-prodotti sekondarji tal-ipproċessar industrijali tagħhom li huma friski jew konservati fl-umdu;

ħaxix u l-prodotti sekondarji tiegħu friski u kkonservati fl-umdu;

prodotti sekondarji friski u kkonservati fl-umdu tal-industriji tal-fermentazzjoni (qmuħ tal-birra, residwi tad-distillaturi, karfiet, eċċ.);

prodotti sekondarji tal-industrija taz-zokkor: polpa tal-pitravi taz-zokkor friska u suppressata;

prodotti sekondarji tal-industrija tal-laħam u tal-bhejjem: diversi residwi, kemm bħala tali kif ukoll flimkien ma’ foraġġ ieħor.

GĦALF:

laħam, ħut u ikliet tar-rix;

smida mill-kejk tar-rapa tan-nevew, żerriegħa tal-frott taċ-ċitru jew żerriegħa tal-għeneb;

ħaxix u frott imnixxef;

prodotti sekondarji mnixxfa mill-ipproċessar industrijali ta’ ħxejjex u frott (piżelli u miżwed tal-fażola, qaqoċċ, qastan, polpa tal-frott taċ-ċitru, residwi taż-żebbuġ, żerriegħa tal-għeneb, tartru, karfiet);

prodotti sekondarji tal-industrija taz-zokkor: konċentrat tal-proteina tal-ġulepp, taħlita mixxellanja, ħama tal-polpa mnixxfa, eċċ

prodotti sekondarji mnixxfa tal-industrija tal-fermentazzjoni: ħama, residwi tal-fermentazzjoni, eċċ.;

urea, fosfat tal-urea, bjuret (għall-użu tal-bhejjem);

qoton.

Tal-anqas 50 % tar-razzjon tal-għalf niexef għandu jkun ġie prodott fiż-żona ġeografika.

L-għalf ma jistax jikkostitwixxi aktar minn 50 % tar-razzjon ta’ għalf niexef.”

Ir-rekwiżit li mill-inqas 50 % tar-razzjon ta’ għalf niexef għandu jiġi prodott fiż-żona ġeografika jista’ jiġi ssodisfat bl-użu ta’ ħaxix, tiben u ħaxix tal-bur differenti miż-żona definita u dawn jirrappreżentaw il-proporzjon tar-razzjon tal-għalf magħmul minn fibra li tista’ tiġi diġestita, ġeneralment definit bħala “foraġġ” (ħaxix, tiben, mergħat, eċċ.), li jinfluwenza b’mod sinifikanti l-karatteristiċi kimiċi, sensorji u organolettiċi tal-ħalib u, għalhekk, tal-prodott lest. Iż-żona ġeografika fejn jiġi prodott il-ġobon “Asiago” hija prinċipalment ikkaratterizzata minn bwar permanenti u mergħat għar-ragħa, speċjalment fiż-żoni aktar għoljin jew fejn hemm l-għoljiet, u għalhekk mhijiex partikolarment adatta għat-tkabbir taċ-ċereali (qamħirrun, qamħ, xgħir) jew taż-żrieragħ taż-żejt (sojja).

Il-kumpaniji li jipproduċu l-ġobon “Asiago” huma speċjalizzati ħafna fil-produzzjoni tal-ħalib minn annimali ta’ pedigree għoli li jeħtieġu dieta bilanċjata mil-lat ta’ nutrizzjoni, magħmula mhux biss minn foraġġ iżda wkoll minn għalf u konċentrati biex isostnu l-produzzjoni ta’ kwalità u l-benesseri tal-baqar tal-ħalib.

Minħabba dan huwa neċessarju li jintużaw konċentrati u għalf minn barra ż-żona demarkata biex jissupplimentaw ir-razzjonijiet tal-ikel.

Dan l-għalf jippermetti konsum rapidu ta’ nutrijenti, li jipprovdi l-enerġija u l-proteini li l-baqar tal-ħalib jeħtieġu għall-funzjonijiet normali tagħhom tal-kirxa. Peress li għandhom biss rwol fiżjoloġiku bħala appoġġ għal dawn il-funzjonijiet, m’għandhom kważi l-ebda impatt fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-ħalib.

Fejn il-ħalib huwa maħsub għall-produzzjoni tal-ġobon “Asiago” li jkollu l-indikazzjoni “prodotto della montagna”, l-għalf b’kull tip ta’ silaġġ huwa pprojbit ukoll.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-baqar għandhom jitrabbew u l-ġobon “Asiago” għandu jsir u jimmatura fi ħdan iż-żona tal-produzzjoni ġeografika ddefinita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-ġobon “Asiago” jista’ jitqassam u jiġi ppakkjat minn qabel f’diversi formati (kwarti, kunjardi, biċċiet, eċċ.) bil-qoxra. F’kull każ, iċ-ċentru tal-ġobon jista’ jiġi ppakkjat f’porzjonijiet, sakemm il-piż totali tiegħu ma jaqbiżx l-10 % tal-piż tal-ġobon innifsu. Madankollu, dawn il-porzjonijiet għandu jkun fihom il-qoxra min-naħa ċ-ċatta tal-ġobon.

Meta l-operazzjonijiet tal-qtugħ jinvolvu l-brix u/jew it-tneħħija tal-qoxra, u b’hekk il-marka tal-oriġini ssir inviżibbli, il-formati varji (kubi, ġobon maħkuk, biċċiet maqtugħin, kunjardi, ġobon sħiħ, eċċ.) għandhom jiġu ppakkjati fiż-żona tal-produzzjoni sabiex tiġi garantita t-traċċabbiltà tal-prodott.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-ġobon “Asiago” kollu huwa identifikat permezz ta’ kaseini nominali nnumerati u mmarkati b’forom stensiljati, miżmumin mill-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni u assenjati għall-użu għal dawk kollha intitolati, li fihom il-logo tad-denominazzjoni li ġej.

Image 1

Dan il-logo juri ġobon maqtugħ u b’biċċa trijangolari nieqsa; din ġiet ittrasformata fi “A” stilizzata, u tidher parzjalment imdaħħla fil-ġobon. L-għoli globali tal-logo mwaħħal fuq il-ġobon huwa ta’ 100 mm għall-“Asiago Fresco” u ta’ 80 mm għall-“Asiago Stagionato”. Il-kodiċi alfanumeriku tal-produttur tal-ħalib u l-isem tad-denominazzjoni huma inklużi wkoll fil-forom stenjati

Image 2

ripetuti diversi drabi u għoli ta’ 25 mm għall-“Asiago Fresco” u 20 mm għall-“Asiago Stagionato”.

Il-marki ta’ identifikazzjoni kollha tad-DOP “Asiago” (il-kaseina nominali u l-marka tal-oriġini) għandhom ikunu dejjem viżibbli fuq il-ġobon kollu. Fl-ebda każ, il-ġenb tal-ġobon kollu ma jista’ jkun miksi b’rita, tejp jew marki fuq l-iskrin.

Il-ġobon “Asiago Stagionato” għandu wkoll ittra alfabetika stampata fuq il-ġenb li jindika x-xahar tal-produzzjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà stipulati fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, prodotti mhux ċilindriċi għandu jkollhom il-marki ta’ identifikazzjoni li ġejjin: il-kaseina nominali, il-kodiċi alfanumeriku tal-produttur tal-ħalib, il-logo tad-denominazzjoni, l-isem tad-denominazzjoni “ASIAGO” ripetut għal diversi drabi f’sekwenza, mill-inqas fuq naħa waħda tal-ġenb jew fuq naħa waħda tal-ġnub ċatti tal-ġobon. F’dan ir-rigward, l-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni tipprovdi tagħmir xieraq ta’ mmarkar għall-użu mill-produtturi li huma intitolati li jagħmlu dan.

Il-ġobon “Asiago” li jkollu l-indikazzjoni addizzjonali “prodotto della montagna” huwa distint mill-inklużjoni, fil-forom stenjati msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt, u għal darba biss, tal-kliem “prodotto della montagna”.

Barra minn hekk, fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni, il-ġobon imsemmi qabel huwa identifikat ukoll minn timbru li jaħraq fuq il-ġenb, imwaħħla bl-użu ta’ għodod li jappartjenu għall-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni u pprovduti għall-użu mill-imħaleb intitolati, u li jkollhom l-emblema li ġejja:

Image 3

L-indikazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu inklużi fl-informazzjoni kummerċjali u/jew fuq it-tikketta:

Il-ġobon “Asiago Fresco” jista’ jiġi ttikkettat ukoll bħala “Asiago pressato”.

Il-ġobon “Asiago Fresco” immaturat għal aktar minn 40 jum jista’ jiġi ttikkettat bħala “Asiago Fresco riserva” [riżerva].

Il-ġobon “Asiago Stagionato” jista’ jiġi ttikkettat ukoll bħala “Asiago d’allevo”.

Il-ġobon “Asiago Stagionato” immaturat għal bejn 4 u 10 xhur jista’ jiġi ttikkettat ukoll “Asiago mezzano” jew “Asiago Stagionato mezzano” [semimatur].

Il-ġobon “Asiago Stagionato” immaturat għal bejn 10 u 15-il xahar jista’ jiġi ttikkettat “Asiago vecchio” jew “Asiago Stagionato vecchio” [matur].

Il-ġobon “Asiago Stagionato” immaturat għal iktar minn 15-il xahar jista’ jiġi ttikkettat ukoll “Asiago stravecchio” jew “Asiago Stagionato stravecchio” [extramatur].

Kull tikketta, timbru, print fuq l-iskrin, eċċ., li jkollhom informazzjoni dwar il-kumpanija għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fis-seħħ dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ prodotti tal-ikel u f’kull każ għandhom dejjem jippermettu l-leġibbiltà sħiħa tal-marki ta’ identifikazzjoni tad-DOP “Asiago” (immarkar permezz ta’ forom stenjati) u tal-kaseini nominali li jidentifikaw il-ġobon “Asiago”.

Il-kisi b’rita jew il-marki fuq l-iskrin bl-informazzjoni tal-kumpanija jistgħu jitwaħħlu fuq in-naħa ċatta tal-ġobon, sakemm dawn jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fis-seħħ dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel. Dawn ir-riti jew il-marki fuq l-iskrin mhumiex permessi li jkopru l-kaseina nominali u għandhom dejjem ikollhom id-denominazzjoni “ASIAGO”, flimkien mal-logo Ewropew li jidentifika d-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta, sabiex jiġi ggarantit li l-informazzjoni korretta tingħata lill-konsumaturi.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-ġobon “Asiago” jiġi prodott minn ħalib minn irziezet tal-bhejjem tal-ifrat li jinsabu fiż-żona identifikata u fi mħaleb li jinsabu fl-istess żona, kif deskritt hawn taħt:

il-provinċja ta’ Vicenza: it-territorju kollu

il-provinċja ta’ Trento: it-territorju kollu

il-provinċja ta’ Padova: it-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Carmignano di Brenta, S. Pietro in Gù, Grantorto, Gazzo, Piazzola sul Brenta, Villafranca Padovana, Campodoro, Mestrino, Veggiano, Cervarese S. Croce, Rovolon, Cittadella u Fontaniva;

il-provinċja ta’ Treviso: it-territorju hekk iddefinit: meta wieħed jieħu bħala punt ta’ referenza l-belt ta’ Rossano Veneto, fil-provinċja ta’ Vicenza, il-fruntiera ssegwi t-triq Rossano – Castelfranco Veneto sal-intersezzjoni mat-triq reġjonali Nru 53 “Postumia”. Din iddur ma’ din it-triq u taqsam ir-ring road lejn in-Nofsinhar ta’ Treviso sal-intersezzjoni tagħha mal-awtostrada Alemagna. Il-fruntiera qed tkompli fit-Tramuntana tul il-linja ta’ din l-awtostrada lejn ix-xmara Piave. Imbagħad tilwi fid-direzzjoni tal-Punent fuq ix-xatt tal-lemin tax-xmara lejn il-fruntiera bejn il-provinċji ta’ Treviso u Belluno. Minn dan il-punt, il-fruntiera tiġi identifikata mill-fruntiera tal-provinċja ta’ Treviso lejn il-punt fejn tiltaqa’ mal-fruntiera tal-provinċja ta’ Vicenza.

Iż-żoni ta’ produzzjoni elenkati hawn fuq li jinsabu f’altitudni ta’ mhux inqas minn 600 metru huma identifikati bħala żoni bil-muntanji.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Hemm ħafna elementi storiċi u tradizzjonali li jistabbilixxu l-ġobon “Asiago” – li storikament joriġina fl-alitpjan ta’ Asiago li jinsab fil-provinċja ta’ Vicenza fuq il-fruntiera mal-provinċja ta’ Trento – fil-ħin u fil-post. Il-produzzjoni tal-ġobon “Asiago” tmur lura għas-sena 1000 u minn dak iż-żmien kompliet fil-bidu tas-seklu 20 anki f’żona qrib l-altipjan ta’ Asiago, f’raġġ ta’ madwar 80 kilometru.

Din hija żona madwar dik storika fejn il-bdiewa tal-altipjan ta’ Asiago, li kienu mġiegħla jiċċaqilqu wara l-avvenimenti tal-Ewwel Gwerra Dinjija (1915-1918), sabu li l-kundizzjonijiet agronomiċi, ambjentali u klimatiċi huma adattati biex jiżviluppaw it-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat u t-tradizzjoni tal-ħalib.

Iż-żona tal-produzzjoni tal-ġobon “Asiago” tinkludi żona li tikkonsisti fl-altipjani ta’ Asiago, Lavarone, Vezzena u Folgaria, li jirrappreżentaw iż-żona oriġinali, il-muntanji ta’ Trentino, strixxa intermedja ta’ għoljiet ifformata mill-għoljiet ta’ Grappa, Breganze, Schio, Valdagno u Chiampo, kif ukoll strixxa tal-pjanura irrigata tal-provinċji ta’ Vicenza, Padova u Treviso.

Fiż-żona tal-produzzjoni, il-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija huma omoġenji f’termini kemm ta’ xita kif ukoll ta’ temperatura. F’termini ta’ ħamrija, l-art hija essenzjalment kalkarja. Il-kultivazzjoni permanenti tal-foraġġ hija mifruxa fiż-żoni kollha ta’ altitudni fiż-żona, ikkaratterizzata minn ħaxix u legumi naturali u l-kultivazzjoni taċ-ċereali (qamħ, xgħir, qamħirrum). Fiż-żona ta’ altitudni tal-muntanji, l-art agrikola kollha mhux forestata tintuża għall-mergħa u għar-ragħa fil-mergħat.

L-aktar razez komuni ta’ bhejjem tal-ifrat fl-irziezet fiż-żona huma l-Frisona Taljana, segwita mill-Bruna Alpina, ir-Rendena u l-Pezzata Rossa.

Element partikolarment importanti huwa l-fattur uman. Il-mod karatteristiku tal-produzzjoni, ibbażat fuq metodi awtentiċi u mhux varji, inżamm intatt maż-żmien permezz tat-trażmissjoni tal-arti antika tal-produzzjoni lokali tal-ġobon u t-tekniki għat-trasformazzjoni tal-ħalib f’ġobon.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament)

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335 http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

Jew inkella:

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq il-kliem “Prodotti DOP IGP” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u wara jikklikkja fuq il-kliem “Prodotti DOP IGP STG” (fin-naħa tax-xellug tal-iskrin) u finalment fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.