ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 170

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
18 ta' Mejju 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 170/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Approvazzjoni tal-kontenut ta’ abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat

1

2020/C 170/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9833 — KKR/Viridor) ( 1 )

20


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 170/03

Rata tal-kambju tal-euro — Il-15 ta' Mejju 2020

21

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2020/C 170/04

Rapport Speċjali Nru 12/2020 Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti: Tnieda biex jagħti spinta lill-investiment fl-UE, iżda l-impatt tiegħu għadu limitat

22

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 170/05

Eżenzjonijiet nazzjonali għall-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 (AMLD) Lista tal-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw lil fornituri ta’ ċerti servizzi tal-logħob tal-azzard minn dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu

23


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 170/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9666 — Deutsche Asphalt/KEMNA BAU Andrae/Heideasphalt) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

25

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 170/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

27

2020/C 170/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fi Speċifikazzjoni tal-Prodott, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

38

2020/C 170/09

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

51


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni tal-kontenut ta’ abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat

(2020/C 170/01)

Il-Kummissjoni approvat il-kontenut ta’ abbozz għal Regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat fil-11 ta’ Mejju 2020.

L-abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni huwa mehmuż bħala anness ma’ din il-Komunikazzjoni. L-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni huwa miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika fuq: http://ec.europa.eu/competition/consultations/open.html.


ANNESS

ABBOŻŻ TAR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) …/…

ta’ XXX

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (2) jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern.

(2)

L-impriżi li jipparteċipaw fi proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (European Territorial Cooperation, ETC) koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew mir-[Regolament ETC il-ġdid] spiss isibu diffikultajiet biex jiffinanzjaw kostijiet addizzjonali li jkunu ġejjin mill-kooperazzjoni bejn imsieħba li jkunu jinsabu f’reġjuni differenti u fi Stati Membri jew pajjiżi terzi differenti. Minħabba l-importanza tal-ETC għall-politika ta’ koeżjoni, li tipprovdi qafas għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti u skambji ta’ politika bejn atturi lokali, reġjonali u nazzjonali minn Stati Membri jew pajjiżi terzi differenti, jenħtieġ li jiġu indirizzati ċerti diffikultajiet li jiffaċċjaw il-proġetti tal-ETC sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tagħhom mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li japplika għall-għajnuna għal proġetti tal-ETC, irrispettivament mid-daqs tal-impriżi benefiċjarji.

(3)

Barra minn hekk, minħabba l-effett limitat fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni ta’ ammonti żgħar ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-ETC, jenħtieġ li jiġu stipulati regoli sempliċi għal każijiet fejn l-ammont aggregat ta’ għajnuna għal kull impriża għal kull proġett ma jaqbiżx ċertu limitu massimu.

(4)

Il-proġetti ta’ riċerka u żvilupp jew l-istudji ta’ fattibbiltà li jingħataw tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza wara evalwazzjoni u klassifikazzjoni mwettqa minn esperti indipendenti, li jitqiesu bħala eċċellenti u li jistħoqqilhom li jirċievu finanzjament pubbliku, iżda li ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt il-Programm Qafas Orizzont minħabba nuqqas ta’ baġit disponibbli, jistgħu jiġu appoġġjati minn riżorsi nazzjonali, li jinkludu riżorsi mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-perjodu 2014-2020, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Fond Soċjali Ewropew Plus għall-perjodu 2021-2027. Jenħtieġ li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil dawn il-proġetti ta’ riċerka u żvilupp li jitwettqu minn impriżi żgħar u medji titqies bħala kompatibbli mas-suq intern u tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, ma għandux ikun neċessarju li jiġu vvalutati mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà diġà vvalutati fil-livell tal-Unjoni f’konformità mar-regoli tal-Programm Qafas Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa qabel l-għoti tat-tikketta tas-Siġill ta’ Eċċellenza. Il-karattru bi skop ta’ qligħ jew mingħajr skop ta’ qligħ tal-entitajiet li jwettqu l-proġetti mhuwiex kriterju rilevanti skont id-dritt tal-kompetizzjoni.

(5)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil ċerti proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi tal-konnettività diġitali koperti mir-Regolament (UE) 2020/xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (ir-Regolament CEF2) tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern u tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet.

(6)

Jenħtieġ li l-għotjiet mogħtija lil riċerkaturi taħt il-Prova tal-Kunċett tal-ERC u taħt l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) li jikkwalifikaw bħala attivitajiet ekonomiċi jitqiesu wkoll bħala kompatibbli mas-suq intern meta jibbenefikaw minn tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza.

(7)

Il-finanzjament pubbliku kkombinat ta’ riżorsi nazzjonali u tal-Unjoni ġestiti ċentralment ipprovduti għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp (bħal dawk implimentati taħt Sħubija istituzzjonalizzata Ewropea bbażata fuq l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 187 tat-Trattat jew azzjoni kofinanzjata tal-programm kif definita fil-Programm Qafas Orizzont Ewropa) jista’ jikkontribwixxi għat-titjib tal-kompetittività Ewropea tar-riċerka u l-iżvilupp, billi tali proġetti ta’ riċerka u żvilupp huma meqjusa li jilħqu l-għanijiet ta’ interess Ewropew komuni u jindirizzaw il-fallimenti tas-suq definiti sewwa. Dan jitqies li huwa l-każ meta tali proġetti jiġu evalwati, ikklassifikati u magħżula minn esperti indipendenti f’konformità mar-regoli tal-Programm Qafas Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, wara sejħiet transnazzjonali, fejn jipparteċipaw mill-inqas tliet Stati Membri (jew tnejn fil-każ ta’ azzjonijiet għall-Ħolqien ta’ Timijiet). Jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Istati Membri, inklużi r-riżorsi mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-perjodu 2014-2020, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Fond Soċjali Ewropew Plus għall-perjodu 2021-2027, għal dawn il-proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq intern u jkunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, ma għandux ikun neċessarju li jiġu vvalutati mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà diġà vvalutati fil-livell transnazzjonali f’konformità mar-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa minn esperti indipendenti qabel l-għażla ta’ proġett ta’ riċerka u żvilupp.

(8)

Il-programmi qafas Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa jiddefinixxu liema azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni huma eliġibbli għall-finanzjament. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-azzjoni ta’ riċerka u innovazzjoni, kif definita taħt il-Programm Qafas Orizzont, normalment tkun tikkorrespondi għal attivitajiet ta’ riċerka fundamentali u riċerka industrijali, kif definiti f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-azzjoni ta’ innovazzjoni appoġġjata taħt il-Programm Qafas Orizzont normalment tkun tikkorrespondi għad-definizzjoni ta’ attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali skont dan ir-Regolament. Madankollu, is-simplifikazzjonijiet kif previsti f’dan ir-Regolament fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp ma għandhomx jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet li mhumiex eliġibbli skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp, jiġifieri attivitajiet li jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali. Għal dan l-għan, id-definizzjonijiet rigward il-Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika (Technological Readiness Level, TRL) jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tirrimarka li l-għajnuna mill-Istat għall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fil-livell TRL 9 titqies li tmur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ żvilupp sperimentali u konsegwentement tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Il-Programm Ewropa Diġitali se jappoġġja u jħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u s-soċjetà Ewropea, u jrendi l-benefiċċji tiegħu għaċ-ċittadini Ewropej, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u n-negozji madwar l-Unjoni. Il-programm huwa komplementari għall-proġetti ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni appoġġjati taħt il-Programm Orizzont Ewropa, għall-programm diġitali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u għall-Programm InvestEU. Huwa se jappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċitajiet diġitali (eż. data, informatika, kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà) għas-settur pubbliku, kif ukoll għall-SMEs u għall-komunitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Il-programm se jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-informatika avvanzata, inklużi informatika ta’ Prestazzjoni Għolja, cloud computing, edge computing, computing kwantistiku, Intelliġenza Artifiċjali, inklużi l-ħolqien ta’ Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali, faċilitajiet ta’ ttestjar u esperimentazzjoni. Huwa se jappoġġja wkoll il-ħiliet diġitali u t-tagħmir u l-għodod taċ-ċibersigurtà.

(10)

Il-prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU jistgħu jinvolvu fondi kkontrollati mill-Istati Membri, inklużi fondi ta’ ġestjoni kondiviża tal-UE, sabiex jiżdied l-ingranaġġ u jiġu appoġġjati investimenti addizzjonali fl-Ewropa. Pereżempju, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jikkontribwixxu parti mill-fondi ta’ ġestjoni kondiviża tal-Unjoni għall-kompartiment tal-Istati Membri tal-garanzija tal-UE taħt il-Fond InvestEU. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw il-prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU permezz tal-fondi proprji tagħhom jew ta’ banek promozzjonali nazzjonali. Tali finanzjament jista’ jikkwalifika bħala “riżorsi tal-Istat” u jista’ jkun imputabbli lill-Istat jekk l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni dwar l-użu ta’ dawk ir-riżorsi. Bil-maqlub, meta l-Istati Membri ma jkollhom l-ebda diskrezzjoni dwar l-użu tar-riżorsi jew jaġixxu f’konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq, l-użu ta’ dawk il-fondi ma jistax jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Fir-rigward ta’ każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tipprovdi aktar gwida dwar ix-xenarji tipiċi appoġġjati skont ir-Regolament InvestEU.

(11)

Meta l-fondi nazzjonali, inklużi l-fondi ta’ ġestjoni kondiviża tal-UE, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, jenħtieġ li jiġu stabbiliti sett ta’ kundizzjonijiet li abbażi tagħhom l-għajnuna jenħtieġ li titqies bħala kompatibbli mas-suq intern u tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Fond InvestEU.

(12)

Id-disinn tal-Fond InvestEU jinkorpora għadd ta’ salvagwardji importanti għall-kompetizzjoni, bħal appoġġ għall-investimenti li jwasslu objettivi ta’ politika tal-Unjoni u valur miżjud tal-UE u r-rekwiżit li l-Fond InvestEU jkun addizzjonali u jindirizza l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali. Barra minn hekk, is-sistema ta’ governanza u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet se jiżguraw, qabel tinħareġ il-garanzija tal-UE, li l-operazzjonijiet appoġġjati minn InvestEU jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq. Fl-aħħar nett, l-appoġġ ipprovdut mill-Fond InvestEU se jkun trasparenti u l-effetti tiegħu se jiġu evalwati. Għalhekk, jenħtieġ li l-għajnuna mill-Istat involuta fil-prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU titqies bħala kompatibbli mas-suq intern u tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika abbażi ta’ sett limitat ta’ kundizzjonijiet.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 651/2014 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punti (m) u (n) jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(m)

għajnuna għall-ajruporti reġjonali;

(n)

għajnuna għall-portijiet; u”;

(b)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti (o) u (p) li ġejjin:

“(o)

għajnuna għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea; u

(p)

għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU.”;”;

(c)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(a)

l-iskemi taħt it-Taqsimiet 1 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 15), 2, 3, 4, 7 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 44) u 10 tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, u l-għajnuna implimentata fil-forma ta’ prodotti finanzjarji taħt it-Taqsima 16 ta’ dak il-Kapitolu, jekk il-baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat għal kull Stat Membru jaqbeż il-EUR 150 miljun, minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Għall-għajnuna taħt it-Taqsima 16 tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, huma biss il-kontribuzzjonijiet minn Stat Membru għall-kompartiment tal-Istat Membru tal-garanzija tal-UE, imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar [il-Programm InvestEU], li huma allokati għal prodott finanzjarju speċifiku li għandhom jitqiesu biex jiġi vvalutat jekk il-baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat ta’ dak l-Istat Membru relatat mal-prodott finanzjarju jaqbiżx il-EUR 150 miljun. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal perjodu itwal għal kwalunkwe waħda minn dawn l-iskemi ta’ għajnuna wara li tkun ivvalutat il-pjan ta’ evalwazzjoni rilevanti nnotifikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema;”

(d)

fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(a)

l-għajnuna mogħtija fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, kif koperta mir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) bl-eċċezzjoni tal-għajnuna għat-taħriġ, l-għajnuna għall-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, l-għajnuna fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, l-għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs, l-għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati u għall-ħaddiema b’diżabbiltà, l-għajnuna għall-investiment reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-iskemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali u l-għajnuna għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea;

(b)

l-għajnuna mogħtija fis-settur tal-produzzjoni agrikola primarja, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna għall-investiment reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-iskemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali, l-għajnuna għal konsulenza favur l-SMEs, l-għajnuna għall-finanzjament tar-riskju, l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, l-għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs, l-għajnuna ambjentali, l-għajnuna għat-taħriġ, l-għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati u għall-ħaddiema b’diżabbiltà, l-għajnuna għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea u l-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU;”;

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1)”;"

(e)

il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

l-iskemi ta’ għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-ħlas ta’ għajnuna individwali favur impriża li tkun soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna mogħtija mill-istess Stat Membru bħala illegali u inkompatibbli mas-suq intern; bl-eċċezzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna maħsuba biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti diżastri naturali u l-iskemi ta’ għajnuna f’konformità mat-Taqsimiet 2a u 16 tal-Kapitolu III;

(b)

l-għajnuna ad hoc favur impriża msemmija fil-punt (a);

(c)

l-għajnuna lil impriżi f’diffikultà, bl-eċċezzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna maħsuba biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti diżastri naturali, l-iskemi ta’ għajnuna tal-bidu, l-iskemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali, l-għajnuna lill-SMEs skont l-Artikolu 56f u l-għajnuna lill-intermedjarji finanzjarji skont it-Taqsima 16 tal-Kapitolu III, dment li l-impriżi f’diffikultà ma jiġux ittrattati b’mod aktar favorevoli minn impriżi oħrajn.

(2)

L-Artikolu 2 jiġi emendat kif ġej:

(a)

jitħassru l-punti 63, 64 u 65;

(b)

jiddaħħal il-punt (86b) li ġej:

“(86b)

“diġitalizzazzjoni” tfisser l-adozzjoni ta’ teknoloġiji mwettqa b’mezzi u/jew sistemi elettroniċi li jagħmluha possibbli li tiżdied il-funzjonalità tal-prodotti, li jiġu żviluppati servizzi online, li jiġu mmodernizzati l-proċessi, jew li ssir il-migrazzjoni lejn mudelli ta’ negozju bbażati fuq id-diżintermedjazzjoni tal-produzzjoni ta’ oġġetti u l-konsenja ta’ servizzi, li eventwalment jipproduċu impatt trasformattiv;”;

(c)

il-punt 138 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(138)

“netwerks ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA)” tfisser netwerks avvanzati li jkollhom mill-inqas il-karatteristiċi li ġejjin:

(i)

jikkonsenjaw is-servizzi b’mod affidabbli u b’veloċità għolja ħafna għal kull abbonat permezz ta’ backhaul ottiku (jew teknoloġija ekwivalenti) qrib biżżejjed il-bini tal-utent sabiex jiggarantixxu l-kunsinna attwali tal-veloċità għolja ħafna;

(ii)

jappoġġjaw varjetà ta’ servizzi diġitali avvanzati, inklużi servizzi konverġenti tal-IP kollha; u

(iii)

ikollhom veloċitajiet ta’ upload sostanzjalment ogħla (meta mqabbla man-netwerks bażiċi tal-broadband).

Fl-istadju attwali tal-iżvilupp tas-suq u dak teknoloġiku, in-netwerks NGA huma: (a) netwerks ta’ aċċess ibbażati fuq il-fibra (FTTx), (b) netwerks tal-kejbil aġġornati avvanzati u (c) ċerti netwerks ta’ aċċess mingħajr fili avvanzati li kapaċi jwasslu veloċitajiet għolja affidabbli għal kull abbonat. In-netwerks NGA jinkludu netwerks li kapaċi jipprovdu veloċitajiet ta’ upload u download ta’ 1 Gbps. Ir-referenzi għal netwerks NGA jinkludu backhauls tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGN), fejn dawn ikunu meħtieġa għall-iskjerament tal-NGA;”;

(d)

jiddaħħal il-punt (138a) li ġej:

“(138a)

“backhauls tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGN)” tfisser backhauls avvanzati li jistgħu jappoġġjaw l-iskjerament ta’ netwerks NGA permezz tal-fibra ottika (jew teknoloġija ekwivalenti);”;

(e)

jiżdiedu l-punti (166) sa (178) li ġejjin:

Definizzjonijiet għall-Għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU

(166)

“Fond ta’ InvestEU”, “garanzija tal-UE”, “prodott finanzjarju”, “banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali” u “sieħeb tal-implimentazzjoni” għandhom it-tifsira kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament dwar [il-Programm ta’ InvestEU];

(167)

“intermedjarja finanzjarja” tfisser kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja, minbarra sieħeb tal-implimentazzjoni, irrispettivament mill-forma u s-sjieda tagħha, involuta fl-implimentazzjoni tal-garanziji baġitarji. Dawn l-intermedjarji jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, banek, istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux bankarji, fondi ta’ investiment, istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament, soċjetajiet ta’ garanzija, kumpaniji ta’ lokazzjoni u banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali;

(168)

“intermedjarja finanzjarja kummerċjali” tfisser intermedjarja finanzjarja li topera bi skop ta’ qligħ u b’riskju sħiħ għaliha nnifisha, mingħajr garanzija pubblika. Il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali ma jitqisux bħala intermedjarji finanzjarji kummerċjali;

(169)

“proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi tal-konnettività diġitali” għandhom it-tifsira kif definita fl-Artikolu 8 tar-Regolament(UE) .../... (ir-Regolament CEF2).

(170)

“immappjar xieraq” fil-kuntest speċifiku tal-Artikolu 56e(2)(b)(i) ifisser immappjar ta’ mhux aktar minn 18-il xahar tal-infrastrutturi NGA/NGN li jgħaddu mill-bini ta’ xprunatur soċjoekonomiku eliġibbli, kif ukoll tal-kwalità tas-servizz f’termini tal-veloċità offruta taħt il-kundizzjoni tal-ħin intensiv tas-soltu minn tali infrastruttura. Dan l-immappjar għandu jitwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti, għandu jqis l-infrastruttura NGA/NGN kollha li teżisti jew li hija ppjanata b’mod kredibbli fit-tliet snin li ġejjin jew fl-istess perjodu ta’ żmien tal-intervent appoġġjat ippjanat, u għandu jsir fil-livell tal-indirizz abbażi ta’ bini mgħoddi (mhux bini kkonnettjat);

(171)

“konsultazzjoni pubblika” fil-kuntest speċifiku tal-Artikolu 56e(2)(b)(i) tfisser konsultazzjoni pubblika mwettqa mill-awtorità pubblika kompetenti permezz tal-pubblikazzjoni fuq sit web xieraq disponibbli għal kwalunkwe parti interessata għal mill-inqas xahar bl-għan li tinġabar informazzjoni ssostanzjata mill-partijiet interessati rigward l-infrastruttura NGA/NGN li teżisti jew li hija ppjanata b’mod kredibbli fit-tliet snin li ġejjin jew fl-istess perjodu ta’ żmien tal-intervent appoġġjat ippjanat li jgħaddi mill-bini ta’ xprunatur soċjoekonomiku eliġibbli, abbażi ta’ informazzjoni fil-livell tal-indirizz fuq il-bażi tal-bini mgħoddi;

(172)

“bini mgħoddi” fil-kuntest speċifiku tal-Artikolu 56e(2)(b)(i) tfisser bini li jista’ jiġi kkonnettjat f’perjodu ta’ żmien qasir bi prezzijiet affordabbli għall-utent finali (tariffi ta’ attivazzjoni), irrispettivament minn jekk dan il-bini jkunx ikkonnettjat man-netwerk. Operatur jista’ jirrapporta bini bħala mgħoddi biss jekk, wara talba minn utent finali, jimpenja ruħu li jikkonnettja l-bini għal tariffi ta’ attivazzjoni normali, jiġifieri mingħajr ebda spiża addizzjonali jew eċċezzjonali jekk din tkun il-prattika kummerċjali standard u, fi kwalunkwe każ, li ma taqbiżx l-ispiża tas-soltu fl-Istat Membru kkonċernat, li jista’ jkun definit mill-awtorità rilevanti. Barra minn hekk, l-operatur għandu jkun jista’ jikkonnettja u jattiva s-servizz fil-bini speċifiku fi żmien 4 ġimgħat mid-data tat-talba;

(173)

“servizzi soċjali” tfisser servizzi identifikati b’mod ċar, li jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjali, b’mod partikolari fir-rigward tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul, l-indukrar tat-tfal, l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u l-aċċess għalih, l-akkomodazzjoni soċjali (li tfisser akkomodazzjoni għal ċittadini żvantaġġjati jew gruppi soċjalment inqas vantaġġjati li, minħabba restrizzjonijiet ta’ solvenza, ma jistgħux jiksbu akkomodazzjoni bil-kundizzjonijiet tas-suq) u l-kura u l-inklużjoni soċjali ta’ gruppi vulnerabbli (kif spjegati fil-premessa 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (*2) jew l-atti legali sussegwenti li jissostitwixxu d-deċiżjoni msemmija);

(174)

“nodu urban TEN-T” tfisser żona urbana fejn l-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk TEN-T, bħal portijiet, inklużi terminals tal-passiġġieri, ajruporti, stazzjonijiet ferrovjarji, pjattaformi loġistiċi u terminals tal-merkanzija li jinsabu f’żona urbana u madwarha, tkun konnessa ma’ partijiet oħrajn ta’ dik l-infrastruttura u mal-infrastruttura għat-traffiku lokali u reġjonali; kif definit fil-punt (p) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3);

(175)

“entrant ġdid” tfisser impriża ferrovjarja kif definita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun irċeviet liċenzja skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2012/34/UE inqas minn għaxar snin qabel ma tingħata l-għajnuna;

(b)

ma tkunx marbuta, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I għal dan ir-Regolament, ma’ xi impriża ferrovjarja li tkun irċeviet liċenzja fi kwalunkwe Stat Membru qabel l-1 ta’ Jannar 2010;

(176)

“ekosistema”, “bijodiversità” u “l-kundizzjoni tajba ta’ ekosistema” għandhom it-tifsira kif definita fl-Artikolu 2(1) tal-[(abbozz ta’) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas li jiffaċilita l-investiment sostenibbli];

(177)

“bini residenzjali” tfisser bini magħmul minn abitazzjonijiet b’familja waħda jew b’diversi familji fejn l-entitajiet mhux residenzjali ma jokkupawx aktar minn [25] % tal-erja totali tal-art;

(178)

“kumpanija żgħira b’kapitalizzazzjoni medja” tfisser impriża li l-għadd ta’ impjegati tagħha ma jkunx aktar minn 499, ikkalkolat f’konformità mal-Artikoli minn 3 sa 5 tal-Anness I, li l-fatturat annwali tagħha ma jaqbiżx il-EUR 100 miljun jew li l-karta bilanċjali annwali tagħha ma tkunx aktar minn EUR 86 miljun; bosta entitajiet għandhom jitqiesu bħala impriża waħda jekk tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3(3) tal-Anness I;

(*2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3)."

(*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1)."

(*4)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).”;"

(3)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (f) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

għall-għajnuna għal impriżi li jipparteċipaw fi proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea: għall-għajnuna skont l-Artikolu 20, EUR 2 miljun għal kull impriża, għal kull proġett; għall-għajnuna skont l-Artikolu 20a, l-ammonti stipulati fl-Artikolu 20a(2) għal kull impriża, għal kull proġett;”

(b)

fil-punt (i), jiżdiedu l-punti minn (vii) sa (x) li ġejjin:

“(vii)

għall-għajnuna għall-SMEs għall-proġetti ta’ riċerka u żvilupp mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza u implimentati skont l-Artikolu 25a, l-ammont imsemmi fl-Artikolu 25a;

(viii)

għall-azzjonijiet ta’ għajnuna Marie Curie Skłodowska u tal-Prova ta’ Kunċett tal-ERC implimentati skont l-Artikolu 25b, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 25b;

(ix)

għall-għajnuna involuta fi proġetti ta’ riċerka u żvilupp kofinanzjati implimentati skont l-Artikolu 25c, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 25c;

(x)

għall-għajnuna għal azzjonijiet għall-ħolqien ta’ timijiet, l-ammonti definiti fl-Artikolu 25d;”

(c)

jiżdied il-punt (gg) li ġej:

“(gg)

għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU: l-ammonti stipulati fit-Taqsima 16 tal-Kapitolu III.”;

(4)

fl-Artikolu 5(2), jiżdied il-punt (l) li ġej:

“(l)

l-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 16 tal-Kapitolu III.”;

(5)

fl-Artikolu 6(5), jiżdiedu l-punti (i), (j) u (k) li ġejjin:

“(i)

l-għajnuna għall-impriżi li jipparteċipaw fi proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikoli 20 jew 20a;

(j)

l-għajnuna għall-proġetti ta’ riċerka u żvilupp mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza, l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u tal-Prova ta’ Kunċett tal-ERC mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza, l-għajnuna involuta fi proġetti kofinanzjati u f’azzjonijiet kofinanzjati għall-Ħolqien ta’ Timijiet, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikoli 25a, 25b, 25c jew 25d;

(k)

l-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 16 tal-Kapitolu III.”;

(6)

fl-Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-ammonti ta’ spejjeż eliġibbli jistgħu jiġu kkalkolati f’konformità mal-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5), jew fir-[Regolament CPR ġdid], skont liema jkun applikabbli, dment li l-operat ikun mill-inqas parzjalment iffinanzjat permezz ta’ fond tal-Unjoni li jippermetti l-użu ta’ dawk l-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati u li l-kategorija ta’ spejjeż tkun eliġibbli skont id-dispożizzjoni ta’ eżenzjoni rilevanti.

(*5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).”;"

(7)

L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

kull għajnuna oħra mill-Istat, fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli, li jikkoinċidu parzjalment jew għal kollox, biss jekk tali akkumulazzjoni ma tirriżultax f’ammont li jaqbeż l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.

Il-finanzjament ipprovdut lill-benefiċjarji finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU skont it-Taqsima 16 tal-Kapitolu III u l-ispiża koperta minnu ma għandhomx jiġu kkunsidrati sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-akkumulazzjoni tal-paragrafu 3. Minflok, l-ammont rilevanti għal din il-konformità għandu jiġi kkalkolat billi l-ewwel jitnaqqas l-ammont nominali tal-finanzjament appoġġjat mill-Fond InvestEU mill-ispejjeż eliġibbli totali tal-proġett u sussegwentement jiġu kkalkolati l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont ta’ għajnuna applikabbli għall-għajnuna skont dan ir-Regolament abbażi biss tal-ispejjeż eliġibbli totali li jkun għad fadal. L-ammont nominali ta’ finanzjament ipprovdut lill-benefiċjarji finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU għandu, f’każijiet ta’ Artikoli li għalihom il-limitu tan-notifika jiġi espress bħala ammont massimu ta’ għajnuna, jitqies ukoll biex jiġi ddeterminat jekk il-limiti tan-notifika fl-Artikolu 4 humiex irrispettati.

B’mod alternattiv, għal self preferenzjali jew garanziji fuq self preferenzjali appoġġjati mill-Fond InvestEU skont it-Taqsima 16 tal-Kapitolu III, l-għajnuna involuta f’tali self jew garanziji pprovduta lill-benefiċjarji finali tista’ tiġi kkalkolata abbażi tar-rata ta’ referenza prevalenti fil-mument li tingħata l-għajnuna u tista’ tintuża biex tiżgura li l-akkumulazzjoni ma’ kwalunkwe għajnuna oħra għall-istess spejjeż eliġibbli identifikabbli ma tirriżultax f’ammont li jeċċedi l-ogħla intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna applikabbli għall-għajnuna skont dan ir-Regolament jew għal-limitu tan-notifika rilevanti skont dan ir-Regolament.”;

(b)

il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-għajnuna mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli eżentati skont l-Artikoli 20a, 21, 22, 23 u t-Taqsima 16 tal-Kapitolu III tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna mill-Istat oħra bi spejjeż eliġibbli identifikabbli. L-għajnuna mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna mill-Istat oħra mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli, sal-ogħla limitu rilevanti ta’ finanzjament totali ffissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ minn dan ir-regolament jew minn regolament ieħor ta’ eżenzjoni ta’ kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.”;

(8)

fl-Artikolu 9, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li, fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell reġjonali jew nazzjonali, jiġu ppubblikati:

(a)

l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11 fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II jew link li tipprovdi aċċess għaliha;

(b)

it-test sħiħ ta’ kull miżura ta’ għajnuna, kif imsemmi fl-Artikolu 11 jew link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;

(c)

l-informazzjoni msemmija fl-Anness III dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż il-EUR 500 000, jew, għal benefiċjarji attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż is-EUR 60 000.

Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija għall-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20, l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha titqiegħed fuq is-sit web tal-Istat Membru fejn tkun tinsab l-Awtorità Maniġerjali kkonċernata, kif definita fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew [fl-Artikolu 44 tar-Regolament ETC ġdid], skont liema jkun applikabbli. B’mod alternattiv, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu wkoll li kull wieħed minnhom għandu jipprovdi l-informazzjoni relatata mal-miżuri ta’ għajnuna fit-territorju tagħhom fuq is-siti web rispettivi. Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija għall-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20a, l-obbligi ta’ pubblikazzjoni stipulati f’dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw.

2.   Għal skemi fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, u għal skemi koperti mill-Artikoli 16 u 21 (*6), il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(c) ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew issodisfati jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti ta’ għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’EUR miljun):

 

0,06-05 (għall-produzzjoni agrikola primarja biss);

 

0,5-1;

 

1-2;

 

2-5;

 

5-10;

 

10-30; u

 

30 u aktar.

(*6)  Għal skemi skont l-Artikoli 16 u 21 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżit li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar kull għotja individwali ta’ aktar minn EUR 500 000 jista’ jiġi rrinunzjat fir-rigward tal-SMEs li ma jkunu wettqu l-ebda bejgħ kummerċjali fl-ebda suq.”;"

(9)

L-Artikolu 11 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Rapportar

L-Istati Membri jew, fil-każ tal-għajnuna mogħtija għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea skont l-Artikolu 20, b’mod alternattiv, l-Istat Membru fejn tkun tinsab l-Awtorità Maniġerjali, kif definita fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, jew [l-Artikolu 44 tar-Regolament ETC ġdid], skont liema jkun applikabbli, għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a)

permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika tal-Kummissjoni, l-informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II, flimkien ma’ link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna, inklużi l-emendi tiegħu, fi żmien 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tiegħu;

(b)

rapport annwali, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (*7), kif emendat, f’forma elettronika, dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jkun fih l-informazzjoni indikata fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, fir-rigward ta’ kull sena sħiħa jew kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament.

Dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward tal-għajnuna mogħtija għall-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20a.

(*7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).”;"

(10)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-għajnuna eżentata min-notifika permezz ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri, jew b’mod alternattiv, fil-każ ta’ għajnuna mogħtija għall-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20, l-Istat Membru fejn tinsab l-Awtorità Maniġerjali, għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament huma ssodisfati. Tali rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew tkun ingħatat l-aħħar għajnuna taħt l-iskema. Dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward tal-għajnuna mogħtija għall-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20a.”

(11)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 15 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“15.   Għal investiment inizjali marbut mal-proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013, jew mir-[Regolament ETC ġdid], l-intensità tal-għajnuna taż-żona fejn jinsab l-investiment inizjali għandha tapplika għall-benefiċjarji kollha li jipparteċipaw fil-proġett. Jekk l-investiment inizjali jkun jinsab f’żewġ żoni assistiti jew aktar, l-intensità tal-għajnuna massima għandha tkun dik applikabbli fiż-żona assistita fejn jiġġarrab l-ogħla ammont ta’ spejjeż eliġibbli. Fiż-żoni assistiti eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, din id-dispożizzjoni għandha tapplika għal impriżi kbar biss jekk l-investiment inizjali jkun jikkonċerna attività ekonomika ġdida.”;

(12)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż kumplessivi tal-proġett ta’ żvilupp urban sal-punt li jkunu konformi mal-Artikoli 37 u 65 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jew is-[CPR ġdid], skont liema jkun applikabbli.”

(13)

wara l-Artikolu 19, jiddaħħal it-titolu li ġej:

Taqsima 2a

Għajnuna għal Kooperazzjoni Territorjali Ewropea”

(14)

L-Artikolu 20 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Għajnuna għall-ispejjeż imġarrba mill-impriżi li jipparteċipaw fi proġett ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

1.   L-għajnuna għall-ispejjeż imġarrba mill-impriżi li jipparteċipaw fi proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 jew mir-[Regolament ETC ġdid] għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Sal-punt li dawn ikunu marbuta mal-proġett ta’ kooperazzjoni, l-ispejjeż li ġejjin, li għandu jkollhom it-tifsira attribwita lilhom fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 (*8), jew [fl-Artikoli 38 sa 43 tar-Regolament ETC ġdid], skont liema jkun applikabbli, għandhom ikunu spejjeż eliġibbli:

(a)

l-ispejjeż relatati mal-persunal;

(b)

l-ispejjeż tal-uffiċċju u dawk amministrattivi;

(c)

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni;

(d)

l-ispejjeż tal-għarfien espert u s-servizzi esterni;

(e)

l-ispejjeż tat-tagħmir; u

(f)

l-ispejjeż għall-infrastruttura u għax-xogħlijiet.

3.   L-għarfien espert u s-servizzi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ma għandhomx ikunu attività kontinwa jew perjodika u lanqas ma għandhom ikunu relatati mal-ispejjeż operatorji ordinarji tal-impriża, bħal servizzi ta’ konsulenza fiskali ta’ rutina, servizzi legali regolari jew reklamar ta’ rutina.

4.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż ir-rata massima ta’ kofinanzjament prevista fir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 jew fir-[Regolament ETC ġdid].

(*8)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 45).”"

(15)

jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:

“Artikolu 20a

Ammonti limitati ta’ għajnuna lill-impriżi għall-parteċipazzjoni fi proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

1.   L-għajnuna lill-impriżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fi proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea koperti mir-Regolament (KE) Nru 1299/2013 jew mir-[Regolament ETC ġdid] għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-ammont totali ta’ għajnuna skont dan l-Artikolu mogħtija lil impriża għal kull proġett ma għandux jaqbeż l-EUR 20 000.”;

(16)

fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp, inklużi proġetti ta’ riċerka u żvilupp li rċevew tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza taħt il-programm Orizzont 2020 jew il-programm Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.”;

(17)

jiddaħħlu l-Artikoli minn 25a sa 25d li ġejjin:

“Artikolu 25a

Għajnuna għal proġetti mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza

1.   L-għajnuna għall-SMEs għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp, kif ukoll l-istudji tal-fattibbiltà mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza taħt il-programm Orizzont 2020 jew il-programm Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-attivitajiet eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp jew tal-istudju tal-fattibbiltà megħjuna għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa, minbarra l-attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali.

3.   Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi ta’ kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp jew tal-istudju tal-fattibbiltà megħjun għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa.

4.   L-ammont massimu ta’ għajnuna ma għandux ikun ta’ aktar minn EUR 2,5 miljun għal kull SME għal kull proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju tal-fattibbiltà.

5.   Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut għal kull proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju tal-fattibbiltà ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għal dak il-proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju tal-fattibbiltà skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa.

Artikolu 25b

Għajnuna għall-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u għall-azzjonijiet tal-Prova tal-Kunċett tal-ERC

1.   L-għajnuna għall-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u għall-azzjonijiet tal-Prova tal-Kunċett tal-ERC mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza taħt il-programm Orizzont 2020 jew il-programm Orizzont Ewropa għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-attivitajiet eliġibbli tal-azzjoni megħjuna għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa.

3.   Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi ta’ kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni megħjuna għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa.

4.   Il-finanzjament pubbliku totali previst għal kull azzjoni megħjuna ma għandux jaqbeż il-livell massimu ta’ appoġġ previst fil-programm Orizzont 2020 jew fil-programm Orizzont Ewropa.

Artikolu 25c

Għajnuna involuta fi proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp

1.   L-għajnuna pprovduta għal proġett kofinanzjat ta’ riċerka u żvilupp jew għal studju tal-fattibbiltà (inklużi l-proġetti ta’ riċerka u żvilupp implimentati taħt Sħubija istituzzjonalizzata Ewropea bbażata fuq l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 187 tat-Trattat jew azzjoni kofinanzjata tal-programm, kif definiti fir-regoli tal-programm Orizzont Ewropa) li hija implimentata minn mill-inqas tliet Stati Membri, u evalwata, ikklassifikata u magħżula minn esperti indipendenti wara sejħiet transnazzjonali f’konformità mar-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-attivitajiet eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp jew tal-istudju tal-fattibbiltà megħjuna għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa, minbarra l-attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali.

3.   Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi ta’ kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa.

4.   Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għall-proġett ta’ riċerka u żvilupp jew għall-istudju tal-fattibbiltà wara l-għażla, il-klassifikazzjoni u l-evalwazzjoni skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa.

5.   Il-finanzjament ipprovdut mill-programm Orizzont 2020 jew mill-programm Orizzont Ewropa għandu jkopri mill-inqas 30 % tal-ispejjeż eliġibbli totali ta’ azzjoni ta’ riċerka u innovazzjoni jew azzjoni ta’ innovazzjoni kif definiti taħt il-programm Orizzont 2020 jew il-programm Orizzont Ewropa.

Artikolu 25d

Għajnuna għal azzjonijiet għall-Ħolqien ta’ Timijiet

1.   L-għajnuna pprovduta għal azzjonijiet kofinanzjati għall-Ħolqien ta’ Timijiet, li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati Membri u li jiġu evalwati, ikklassifikati u magħżula minn esperti indipendenti wara sejħiet transnazzjonali skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-attivitajiet eliġibbli tal-azzjoni kofinanzjata għall-Ħolqien ta’ Timijiet għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa, minbarra, fejn applikabbli, l-attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali.

3.   Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi ta’ kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatati mal-proġett għandhom ikunu eliġibbli.

4.   Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għall-azzjoni għall-Ħolqien ta’ Timijiet wara l-għażla, il-klassifikazzjoni u l-evalwazzjoni skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew tal-programm Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, għall-investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli relatati mal-proġett, l-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-70 % tal-ispejjeż tal-investiment.

5.   Għall-għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi taħt azzjoni ta’ Ħolqien ta’ Timijiet, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a)

meta l-infrastruttura ssegwi attivitajiet ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi, il-finanzjament, l-ispejjeż u d-dħul ta’ kull tip ta’ attività għandhom jiġu kontabbilizzati separatament abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà tal-ispejjeż applikati b’mod konsistenti u ġustifikabbli b’mod oġġettiv;

(b)

il-prezz mitlub għat-tħaddim jew l-użu tal-infrastruttura għandu jikkorrespondi għal prezz tas-suq;

(c)

l-aċċess għall-infrastruttura għandu jkun miftuħ għal diversi utenti u jingħata fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja. L-impriżi li jkunu ffinanzjaw mill-inqas 10 % tal-ispejjeż tal-investiment tal-infrastruttura jistgħu jingħataw aċċess preferenzjali taħt kundizzjonijiet aktar favorevoli. Sabiex jiġi evitat kumpens żejjed, tali aċċess għandu jkun proporzjonali għall-kontribuzzjoni tal-impriża għall-ispejjeż tal-investiment u dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku;

(d)

meta l-infrastruttura tirċievi finanzjament pubbliku għal attivitajiet kemm ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rkupru biex jiġi żgurat li l-intensità tal-għajnuna applikabbli ma tinqabiżx bħala riżultat ta’ żieda fis-sehem ta’ attivitajiet ekonomiċi meta mqabbla mas-sitwazzjoni prevista fil-mument li tingħata l-għajnuna.”;

(18)

It-taqsima 16 li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 56c:

Taqsima 16

Għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU

Artikolu 56d

Kamp ta’ applikazzjoni u kundizzjonijiet komuni

1.   Din it-Taqsima għandha tapplika għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU li jipprovdu għajnuna lill-imsieħba tal-implimentazzjoni, lill-intermedjarji finanzjarji u/jew lill-benefiċjarji finali.

2.   L-għajnuna għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I, f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 56e jew fl-Artikolu 56f.

3.   L-għajnuna għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet applikabbli kollha stipulati fir-Regolament tal-[Fond InvestEU] [referenza] u l-Linji Gwida ta’ Investiment tal-InvestEU [referenza].

4.   Il-limiti massimi stipulati fl-Artikoli 56e u 56f għandhom japplikaw għall-finanzjament pendenti totali, sakemm dak il-finanzjament ikun fih għajnuna, ipprovdut taħt kwalunkwe prodott finanzjarju appoġġjat mill-Fond InvestEU. Il-limiti massimi għandhom japplikaw:

(a)

għal kull proġett fil-każ tal-għajnuna koperta mill-Artikolu 56e(2) u (3), mill-Artikolu 56e(4)(a)(i), mill-Artikolu 56e(5) u (6), mill-Artikolu 56e(7)(a) u (b) u mill-Artikolu 56e(8);

(b)

għal kull benefiċjarju finali fil-każ tal-għajnuna koperta mill-Artikolu 56e(4)(a)(ii) u (iii), mill-Artikolu 56e(7)(d), mill-Artikolu 56e(9) u mill-Artikolu 56f.

5.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata fil-forma ta’ rifinanzjament tal-portafolli eżistenti ta’ intermedjarji finanzjarji jew garanziji fuqhom.

Artikolu 56e

Il-kundizzjonijiet għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU

1.   L-għajnuna lill-benefiċjarju finali taħt prodott finanzjarju appoġġjat mill-Fond InvestEU għandha tkun konformi

(a)

mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’wieħed mill-paragrafi minn 2 sa 9; u

(b)

f’każ li l-finanzjament jiġi pprovdut fil-forma ta’ self lill-benefiċjarju finali, dan għandu jkollu rata tal-imgħax li tikkorrespondi mill-inqas għar-rata bażi tar-rata ta’ referenza applikabbli fil-ħin tal-għoti tas-self.

2.   L-għajnuna għall-infrastruttura tal-konnettività diġitali trans-Ewropea għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Kundizzjonijiet kumulattivi ġenerali:

(i)

Il-proġett huwa proġett ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali skont ir-Regolament XX (ir-Regolament CEF2);

(ii)

L-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż il-EUR 100 miljun;

(iii)

Il-benefiċjarju jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mill-anqas 25 % tal-ispejjeż eliġibbli permezz tar-riżorsi proprji tiegħu jew permezz ta’ finanzjament estern f’forma li tkun eżentata minn kwalunkwe appoġġ finanzjarju pubbliku. B’mod alternattiv, meta tali finanzjament estern jiġi pprovdut permezz ta’ pjattaforma ta’ investiment li tikkombina sorsi differenti ta’ finanzjament, din il-kundizzjoni tiġi sostitwita bil-preżenza fi pjattaforma bħal din ta’ 30 % ta’ investiment privat;

(iv)

Huma biss l-ispejjeż tal-investiment eliġibbli skont ir-Regolament XX (ir-Regolament CEF2) għall-iskjerament tal-infrastruttura li huma eliġibbli għall-għajnuna;

(v)

Il-proġett jintgħażel f’konformità mar-Regolament XX (ir-Regolament CEF2): i) minn intermedjarju finanzjarju indipendenti maħtur mill-Kummissjoni Ewropea abbażi ta’ linji gwida dwar l-investiment miftiehma b’mod komuni; ii) mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti abbażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji; jew iii) minn esperti indipendenti maħtura mill-Kummissjoni Ewropea;

(vi)

Il-proġett jippermetti li l-kapaċitajiet tal-konnettività jmorru lil hinn mir-rekwiżiti relatati ma’ kwalunkwe obbligu legali eżistenti, bħal dawk inklużi f’liċenzja tal-ispettru;

(vii)

Il-proġett jiżgura l-aċċess bl-ingrossa miftuħ għal parti terza, inkluża separazzjoni taħt kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji f’konformità mal-Artikolu 52(5) u (6); għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, proġett jista’ joffri separazzjoni virtwali ekwivalenti, minflok separazzjoni fiżika, jekk il-prodott ta’ aċċess virtwali jkun rikonoxxut bħala ekwivalenti għas-separazzjoni fiżika mill-awtorità regolatorja nazzjonali ta’ Stat Membru jew mill-Kummissjoni;

(viii)

Il-proġett jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’ proġetti speċifikati taħt is-subparagrafu (b) hawn taħt u jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi rilevanti.

(b)

Kundizzjonijiet speċifiċi:

(i)

Il-kriterji speċifiċi kumulattivi li ġejjin għandhom japplikaw għal investimenti f’netwerks li kapaċi jipprovdu veloċitajiet simetriċi ta’ download u upload ta’ mill-inqas 1Gbps:

Il-proġett għandu l-għan li jgħaqqad l-ixprunaturi soċjoekonomiċi kif definiti fl-artikolu 8.3(a) tar-Regolament (UE) XX/XX (ir-Regolament CEF2) li huma impriżi pubbliċi jew privati fdati bl-operat tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-servizzi soċjali, inklużi s-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, it-trasport, is-servizzi postali, il-kultura, kif imsemmi fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat u f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE jew mal-atti legali sussegwenti li jissostitwixxu d-deċiżjoni msemmija;

Il-proġett ikun ibbażat fuq falliment tas-suq identifikat ivverifikat permezz tal-immappjar xieraq disponibbli jew, meta tali mmappjar ma jkunx disponibbli, permezz ta’ konsultazzjoni pubblika;

L-ixprunaturi soċjoekonomiċi eliġibbli jistgħu jkunu konnessi biss mal-infrastruttura tal-proġett jekk ma jkollhomx aċċess għall-infrastruttura eżistenti jew ippjanata b’mod kredibbli fit-tliet snin li ġejjin jew fl-istess perjodu ta’ żmien tal-intervent appoġġjat ippjanat li jkun kapaċi jipprovdi veloċitajiet simetriċi ta’ download u upload ta’ mill-inqas 200 Mbps jew veloċità ta’ download ta’ mill-inqas 500 Mbps.

Il-proġett juri bidla fir-ritmu, billi jekk, bħala riżultat tal-intervent issussidjat, (i) isir investiment ġdid sinifikanti fin-netwerk broadband u (ii) l-infrastruttura ssussidjata trendi kapaċitajiet ġodda sinifikanti għas-suq f’termini tad-disponibbiltà u l-kapaċità tas-servizz tal-broadband, il-veloċitajiet u l-kompetizzjoni meta mqabbla mal-infrastruttura eżistenti jew ippjanata b’mod kredibbli fit-tliet snin li ġejjin jew fl-istess perjodu ta’ żmien tal-intervent appoġġjat ippjanat. Sabiex proġett jitqies li jġib investimenti ġodda sinifikanti, dawn l-investimenti jridu jmorru lil hinn mill-investimenti marġinali relatati biss mal-aġġornament tal-komponenti attivi tan-netwerk. Fir-rigward tad-dimostrazzjoni ta’ kapaċitajiet ġodda sinifikanti għas-suq f’termini tad-disponibbiltà u l-kapaċità tas-servizz tal-broadband, il-veloċitajiet u l-kompetizzjoni, l-infrastruttura ssussidjata għandha (i) tiżgura mill-inqas l-irdoppjar tal-veloċitajiet ta’ download u upload meta mqabbla mal-infrastruttura eżistenti u/jew ippjanata u (ii) tkun kapaċi tipprovdi veloċitajiet simetriċi ta’ download u upload ta’ mill-inqas 1Gbps.

L-għajnuna ma għandhiex tingħata għal proġetti li jinkludu żoni fejn żewġ netwerks NGA/NGN ikunu preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli fit-tliet snin li ġejjin jew fl-istess perjodu ta’ żmien tal-intervent appoġġjat ippjanat jew li jinkludu żoni fejn mill-inqas netwerk wieħed b’kapaċità għolja ħafna li kapaċi jipprovdi veloċitajiet simetriċi ta’ download u upload ta’ mill-inqas 1Gbps ikun preżenti jew ippjanat b’mod kredibbli fit-tliet snin li ġejjin jew fl-istess perjodu ta’ żmien tal-intervent appoġġjat ippjanat.

(ii)

Il-kriterji speċifiċi kumulattivi li ġejjin għandhom japplikaw għall-investimenti transfruntiera fl-iskjerament tal-kurituri tal-5G tul mogħdijiet ewlenin tat-trasport:

Il-proġett jiżgura kopertura transkonfinali mingħajr interruzzjoni f’kuritur tal-5G tul rotot ewlenin tat-trasport, inklużi t-toroq, il-linji ferrovjarji u l-passaġġi tal-ilma interni, kif definiti fir-Regolament (UE) XX/XX (ir-Regolament CEF2);

Il-proġett jikkonsisti f’sezzjoni transkonfinali kif definita skont ir-Regolament (UE) XX/XX (ir-Regolament CEF2) li (i) tinvolvi mill-inqas żewġ Stati Membri billi taqsam il-fruntiera bejn żewġ Stati Membri jew aktar, jew (ii) taqsam il-fruntiera ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea;

Il-proġett jiżgura investiment ġdid sinifikanti fin-netwerk tal-broadband li jmur lil hinn mill-investimenti marġinali relatati sempliċiment mal-aġġornament tal-komponenti attivi tan-netwerk.

Il-proġett jappoġġja l-iskjerament ta’ infrastruttura passiva ġdida biss jekk l-infrastruttura passiva eżistenti ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

(iii)

Il-kriterji speċifiċi kumulattivi li ġejjin għandhom japplikaw għall-proġetti transkonfinali ta’ terabit backbone li jinterkonnettjaw ċerti faċilitajiet tal-informatika, faċilitajiet tas-supercomputing u infrastruttura tad-data kif definiti hawn taħt:

Il-proġett jappoġġja l-interkonnessjoni b’konnettività mingħajr restrizzjoni minn tarf sa tarf b’minimu ta’ 1Tbps, b’konnessjoni diretta jew bl-iskjerament ta’ dawk l-elementi meħtieġa biex jingħaqdu ma’ sinsla pan-Ewropea, ta’ mill-inqas żewġ faċilitajiet tal-informatika, faċilitajiet tas-supercomputing jew infrastrutturi tad-data i) li jipparteċipaw fl-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew stabbilita skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 (Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew ST/10594/2018/INIT, ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1-34), infrastrutturi tar-riċerka, inizjattivi ewlenin tar-riċerka u missjonijiet definiti skont ir-Regolament (UE) XX/XX (Regolament dwar Orizzont Ewropa) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) (ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.); u ii) li jinsabu f’mill-inqas żewġ Stati Membri tal-UE jew fi Stat Membru tal-UE u membru taż-Żona Ewropea tar-Riċerka;

Il-proġett jiżgura investiment ġdid sinifikanti fin-netwerk tal-broadband li jmur lil hinn mill-investimenti marġinali, bħal investimenti relatati ma’ sempliċi aġġornamenti tas-softwer jew liċenzjar;

Il-proġett jiġi implimentat permezz tax-xiri ta’ kapaċità u/jew tagħmir imwettaq permezz ta’ akkwist pubbliku;

Il-proġett jappoġġja l-iskjerament ta’ infrastruttura passiva ġdida biss jekk l-infrastruttura passiva eżistenti ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

(iv)

Il-kriterji speċifiċi kumulattivi li ġejjin għandhom japplikaw għall-proġetti transkonfinali ta’ netwerks sinsla li jgħaqqdu flimkien l-infrastrutturi tal-cloud:

Il-proġett jgħaqqad flimkien l-infrastrutturi tal-cloud ta’ xprunaturi soċjoekonomiċi kif definiti fl-artikolu 8.3(a) tar-Regolament XX (ir-Regolament CEF2) li huma impriżi pubbliċi jew privati fdati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fl-oqsma tal-edukazzjoni, servizzi soċjali, inklużi s-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, it-trasport, is-servizzi postali, il-kultura, kif imsemmija fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat u f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (*9) jew l-atti legali sussegwenti li jissostitwixxu d-deċiżjoni msemmija;

Il-proġett jikkonsisti fl-iskjerament ta’ netwerks sinsla transkonfinali ġodda jew aġġornament sinifikanti ta’ dawk eżistenti li (i) jinvolvu mill-inqas żewġ Stati Membri billi jaqsmu l-fruntiera bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew (ii) jaqsmu l-fruntiera bejn mill-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea;

Il-proġett ikopri mill-inqas tliet entitajiet fost l-ixprunaturi soċjoekonomiċi eliġibbli li joperaw fi Stat Membru differenti mill-oħrajn;

Il-proġett jiżgura investiment ġdid sinifikanti fin-netwerk tal-broadband li jmur lil hinn mill-investimenti marġinali, bħal investimenti relatati ma’ sempliċi aġġornamenti tas-softwer jew liċenzjar. Il-proġett għandu jkun kapaċi jipprovdi veloċitajiet simetriċi ta’ download u upload ta’ mill-inqas multipli ta’ 10Gbps;

Il-proġett jappoġġja l-iskjerament ta’ infrastruttura passiva ġdida biss jekk l-infrastruttura passiva eżistenti ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

(v)

Il-kriterji speċifiċi kumulattivi li ġejjin għandhom japplikaw għal investiment f’kejbils transkonfinali taħt il-baħar:

Il-proġett jikkonsisti f’sezzjonijiet transfruntiera kif definiti skont ir-Regolament XX (ir-Regolament CEF2) li (i) jinvolvu mill-inqas żewġ Stati Membri billi jaqsmu l-fruntiera bejn żewġ Stati Membri jew aktar, jew (ii) jaqsmu l-fruntiera ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea. B’mod alternattiv, l-infrastruttura appoġġjata hija netwerk bl-ingrossa biss u ttejjeb il-konnettività tar-reġjuni ultraperiferiċi Ewropej jew tat-territorji extra-Ewropej, anki fi Stat Membru wieħed.

L-għajnuna ma għandhiex tingħata għal proġetti f’rotot diġà moqdija minn żewġ infrastrutturi sinsla eżistenti jew ippjanati.

Il-proġett jiżgura investiment ġdid sinifikanti fin-netwerk tal-broadband, billi jvara kejbil ġdid taħt il-baħar jew konnessjoni ma’ kejbil eżistenti taħt il-baħar, jindirizza kwistjonijiet ta’ ridondanza u jmur lil hinn minn investimenti marġinali. Il-proġett għandu jkun kapaċi jipprovdi veloċitajiet simetriċi ta’ download u upload ta’ mill-inqas 1Gbps.

Il-proġett jappoġġja l-iskjerament ta’ infrastruttura passiva ġdida biss jekk l-infrastruttura passiva eżistenti ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

3.   L-għajnuna għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u għall-infrastruttura tal-enerġija għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-għajnuna għandha tingħata biss għall-investimenti f’infrastruttura tal-enerġija li tuża l-gass u l-elettriku li hija soġġetta għall-aċċess ta’ partijiet terzi, ir-regolamentazzjoni tat-tariffi u s-separazzjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija għall-kategoriji li ġejjin ta’ proġetti:

(i)

fir-rigward tal-ħażna tal-enerġija, il-proġetti inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni fl-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9);

(ii)

fir-rigward tal-proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija minbarra l-ħażna:

grilji intelliġenti;

proġetti, li jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013;

proġetti inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni fl-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 347/2013;

proġetti f’żoni assistiti;

(b)

l-għajnuna għall-investiment għall-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-għajnuna għandha tingħata biss għal installazzjonijiet ġodda magħżula fuq bażi kompetittiva, trasparenti, oġġettiva u mhux diskriminatorja;

(ii)

l-għajnuna ma għandhiex tingħata għal installazzjonijiet tal-enerġija idroelettrika li ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2000/60/KE (*10);

(iii)

fil-każ ta’ installazzjonijiet li jipproduċu bijofjuwils, l-għajnuna għandha tingħata biss għal installazzjonijiet li jipproduċu bijokarburanti sostenibbli minbarra bijofjuwils magħmula mill-ikel.

(c)

L-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż il-EUR 150 miljun. L-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett imsemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż il-EUR 75 miljun.

4.   L-għajnuna għal infrastruttura u attivitajiet soċjali, edukattivi, kulturali u tal-wirt naturali għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux ikun ta’ aktar minn:

(i)

EUR 100 miljun għal kull proġett għal investimenti f’infrastruttura li tintuża għall-għoti ta’ servizzi soċjali, għal skopijiet edukattivi u kulturali u l-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 53(2), inkluż il-wirt naturali;

(ii)

EUR 30 miljun għall-attivitajiet relatati mas-servizzi soċjali u l-kultura;

(iii)

EUR 5 miljun għall-edukazzjoni u t-taħriġ.

(b)

l-għajnuna ma għandhiex tingħata għal taħriġ immirat biex ikun konformi mar-rekwiżiti tat-taħriġ nazzjonali obbligatorju.

5.   L-għajnuna għat-trasport u għall-infrastrutturi tat-trasport għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-għajnuna għall-infrastruttura, għajr il-portijiet, għandha tiġi pprovduta biss għall-proġetti li ġejjin:

(i)

il-proġetti ta’ interess komuni kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, ħlief għal proġetti li jikkonċernaw l-infrastruttura tal-portijiet jew tal-ajruporti;

(ii)

il-konnessjonijiet man-nodi urbani tan-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew;

(iii)

il-vetturi ferrovjarji għall-forniment biss ta’ servizzi ta’ trasport bil-ferrovija mhux koperti minn kuntratt ta’ servizz pubbliku skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (*11), dment li l-benefiċjarju jkun entrant ġdid;

(iv)

it-trasport urban;

(v)

l-infrastruttura ta’ karburant alternattiv jew infrastruttura tal-mobbiltà mingħajr emissjonijiet jew b’emissjonijiet baxxi.

(b)

l-għajnuna għall-proġetti ta’ infrastruttura tal-portijiet għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-għajnuna tista’ tiġi pprovduta biss għal investimenti f’infrastruttura tal-aċċess u infrastruttura tal-portijiet magħmula disponibbli għall-utenti interessati fuq bażi ugwali u mhux diskriminatorja skont it-termini tas-suq;

(ii)

kwalunkwe konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza biex tibni, taġġorna, topera jew tikri l-infrastruttura tal-portijiet megħjuna għandha tiġi assenjata fuq bażi kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u mhux kundizzjonali;

(iii)

l-għajnuna ma għandhiex tingħata għal investimenti f’sovrastrutturi tal-portijiet.

(c)

L-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut skont il-punti (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż il-EUR 150 miljun.

6.   L-għajnuna għal infrastrutturi oħrajn għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-għajnuna għandha tiġi pprovduta biss għall-proġetti li ġejjin:

(i)

investiment fil-provvista tal-ilma u fl-infrastruttura tal-ilma mormi għall-pubbliku ġenerali;

(ii)

investiment fl-iskart, fir-riċiklaġġ u fil-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid f’konformità mal-Artikolu 47(1) sa (6) ta’ dan ir-Regolament, sakemm dan ikun immirat lejn il-ġestjoni tal-iskart iġġenerat minn impriżi oħrajn;

(iii)

investiment fl-infrastruttura tar-riċerka;

(iv)

investiment fil-kostruzzjoni jew fl-aġġornament ta’ faċilitajiet ta’ ragruppament tal-innovazzjoni;

(b)

l-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż il-EUR 100 miljun.

7.   L-għajnuna għall-ħarsien tal-ambjent, inkluża l-protezzjoni tal-klima, għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-għajnuna għandha tiġi pprovduta biss għall-proġetti li ġejjin:

(i)

investimenti li jippermettu lill-impriżi jirrimedjaw jew jipprevjenu ħsara fl-ambjent fiżiku tal-madwar (inkluż it-tibdil fil-klima) jew riżorsi naturali mill-attivitajiet tal-benefiċjarju stess, sakemm l-investiment imur lil hinn mill-istandards tal-Unjoni għall-ħarsien tal-ambjent jew iżid il-livell ta’ ħarsien tal-ambjent fin-nuqqas ta’ standards tal-Unjoni jew jikkostitwixxi adattament bikri għall-istandards futuri tal-Unjoni għall-ħarsien tal-ambjent;

(ii)

miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika ta’ impriża, sakemm it-titjib fl-effiċjenza enerġetika ma jsirx biex jiżgura li l-impriża tkun konformi mal-istandards tal-Unjoni diġà adottati, anki jekk dawn ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ;

(iii)

rimedju ta’ siti kkontaminati, sakemm ma jkun hemm l-ebda persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ħsara ambjentali skont il-liġi applikabbli li tkun identifikata f’konformità mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” kif imsemmi fl-Artikolu 45(3);

(iv)

studji ambjentali;

(v)

titjib u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi fejn dik l-attività tikkontribwixxi għall-protezzjoni, il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-bijodiversità u għall-kisba tal-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi, jew għall-protezzjoni tal-ekosistemi li diġà huma f’kundizzjoni tajba.

(b)

sa fejn il-miżura ta’ għajnuna tkun tirrigwarda miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika f’bini residenzjali u bini ddedikat għall-forniment ta’ attivitajiet relatati mas-servizzi soċjali, hija tista’ tingħata wkoll għal miżuri li simultanjament itejbu l-effiċjenza enerġetika tal-bini residenzjali u jintegraw installazzjonijiet li jiġġeneraw l-enerġija rinnovabbli fuq il-post tal-bini residenzjali kkonċernat mill-miżura ta’ għajnuna għall-effiċjenza enerġetika, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-installazzjoni integrata għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post tirrigwarda l-produzzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana; hija tista’ tkun ikkombinata ma’ tagħmir tal-ħażna;

(ii)

il-produzzjoni tal-installazzjoni li tiġġenera l-enerġija rinnovabbli fuq il-post ma għandhiex taqbeż b’aktar minn 20 % d-domanda aggregata globali għall-konsum tar-residenti tal-bini;

(iii)

il-kapaċità installata tal-installazzjoni li tiġġenera l-enerġija rinnovabbli ma għandhiex taqbeż il-500 kW;

(iv)

il-benefiċjarju finali tal-għajnuna jista’ jkun jew is-sid tal-bini jew inkwilin;

(c)

l-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett imsemmi fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż il-EUR 50 miljun;

(d)

l-għajnuna għal miżuri maħsuba biex itejbu l-effiċjenza enerġetika tal-bini tista’ tkun relatata wkoll mal-faċilitazzjoni tal-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut għal kull benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma jaqbiżx it-EUR [30] miljun;

(ii)

l-appoġġ jieħu l-forma ta’ self jew garanzija;

(iii)

l-appoġġ jiġi pprovdut lil SMEs jew kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja;

(iv)

l-appoġġ jiġi pprovdut biss għall-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija skont it-tifsira tal-Artikolu 2(27) tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika (*12).

8.   L-għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-għajnuna tista’ tingħata għal:

(i)

riċerka fundamentali;

(ii)

riċerka industrijali;

(iii)

żvilupp sperimentali;

(iv)

innovazzjoni tal-proċess jew tal-organizzazzjoni għall-SMEs;

(v)

servizzi ta’ konsulenza għall-innovazzjoni u servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni għall-SMEs;

(vi)

diġitalizzazzjoni għall-SMEs;

(b)

għal proġetti li jaqgħu taħt il-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, l-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż il-EUR 75 miljun. Għal proġetti li jaqgħu taħt il-punti (iv), (v) u (vi) tal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, l-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż it-EUR [30] miljun.

9.   L-SMEs jew il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja jistgħu, minbarra r-raġunijiet ta’ kompatibbiltà previsti fil-paragrafi (2) sa (8) ta’ dan l-Artikolu, jirċievu wkoll għajnuna fil-forma ta’ finanzjament appoġġjat mill-Fond InvestEU, dment li:

(a)

l-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut għal kull benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma jaqbiżx il-EUR 15-il miljun u jiġi pprovdut lil:

(i)

mikrointrapriżi;

(ii)

SMEs li jkunu għadhom ma bdew joperaw fl-ebda suq jew li jkunu ilhom joperaw għal inqas minn 7 snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom;

(iii)

SMEs li jidħlu għal prodott ġdid jew f’suq ġeografiku ġdid, fejn l-investiment inizjali għad-dħul f’suq ġdid tal-prodott jew ġeografiku irid ikun ogħla minn 50 % tal-fatturat annwali medju fil-ħames snin preċedenti;

(iv)

intrapriżi innovattivi;

(v)

SMEs jew kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja li jinsabu f’żoni assistiti, dment li l-finanzjament ma jintużax għar-rilokazzjoni tal-attivitajiet kif definiti fl-Artikolu 2(61 a); jew

(b)

l-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut għal kull benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma jaqbiżx iż-EUR 2 miljun.

Artikolu 56f

Il-kundizzjonijiet għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji xprunati kummerċjalment appoġġjati mill-Fond InvestEU

1.   Il-finanzjament lill-benefiċjarji finali għandu jiġi pprovdut mill-intermedjarji finanzjarji kummerċjali li għandhom jintgħażlu b’mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju abbażi ta’ kriterji oġġettivi.

2.   L-intermedjarju finanzjarju kummerċjali li jipprovdi finanzjament lill-benefiċjarju finali għandu jżomm skopertura minima għar-riskju ta’ 20 % ta’ kull tranżazzjoni ta’ finanzjament.

3.   L-ammont nominali ta’ finanzjament totali pprovdut lil kull benefiċjarju finali mill-intermedjarju finanzjarju kummerċjali ma għandux jaqbeż is-EUR 7,5 miljun.

(*9)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39)."

(*9)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39)."

(*10)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L XXX, XX.XX.XXXX, p. xx)."

(*11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1)."

(*12)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, ...

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1)”;

(*2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(*4)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).”;

(*5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).”;

(*6)  Għal skemi skont l-Artikoli 16 u 21 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżit li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar kull għotja individwali ta’ aktar minn EUR 500 000 jista’ jiġi rrinunzjat fir-rigward tal-SMEs li ma jkunu wettqu l-ebda bejgħ kummerċjali fl-ebda suq.”;

(*7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).”;

(*8)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 45).”

(*9)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

(*10)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L XXX, XX.XX.XXXX, p. xx).

(*11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(*12)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).””


(1)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas- 17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).

(4)  ĠU L […], […], p. […].


18.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/20


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9833 — KKR/Viridor)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 170/02)

Fis-6 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9833. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/21


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta' Mejju 2020

(2020/C 170/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0798

JPY

Yen Ġappuniż

115,53

DKK

Krona Daniża

7,4576

GBP

Lira Sterlina

0,88738

SEK

Krona Żvediża

10,6695

CHF

Frank Żvizzeru

1,0513

ISK

Krona Iżlandiża

157,50

NOK

Krona Norveġiża

11,0568

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,589

HUF

Forint Ungeriż

354,70

PLN

Zloty Pollakk

4,5650

RON

Leu Rumen

4,8400

TRY

Lira Turka

7,4689

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6805

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5231

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3693

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8145

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5397

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 332,60

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

20,0761

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6759

HRK

Kuna Kroata

7,5693

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 127,82

MYR

Ringgit Malażjan

4,6982

PHP

Peso Filippin

54,778

RUB

Rouble Russu

79,6208

THB

Baht Tajlandiż

34,656

BRL

Real Brażiljan

6,3172

MXN

Peso Messikan

25,8966

INR

Rupi Indjan

81,9885


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

18.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/22


Rapport Speċjali Nru 12/2020

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti: Tnieda biex jagħti spinta lill-investiment fl-UE, iżda l-impatt tiegħu għadu limitat

(2020/C 170/04)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 12/2020 “Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti: Tnieda biex jagħti spinta lill-investiment fl-UE, iżda l-impatt tiegħu għadu limitat” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

18.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/23


EŻENZJONIJIET NAZZJONALI GĦALL-FORNITURI TA’ SERVIZZI TAL-LOGĦOB TAL-AZZARD MID-DISPOŻIZZJONIJIET NAZZJONALI LI JITTRASPONU D-DIRETTIVA (UE) 2015/849 (AMLD)

Lista tal-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw lil fornituri ta’ ċerti servizzi tal-logħob tal-azzard minn dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu

(2020/C 170/05)

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jeżenta, għalkollox jew parzjalment, il-fornituri ta’ ċerti servizzi tal-logħob tal-azzard mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’din id-deċiżjoni, flimkien ma’ ġustifikazzjoni bbażata fuq il-valutazzjoni speċifika tar-riskju. Stat Membru jista’ jagħti jew jirrevoka tali notifika f’kull waqt. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika tali deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra

L-Istati Membri li nnotifikaw lill-Kummissjoni b’deċiżjonijiet bħal dawn sa Marzu 2020 huma:

Stat Membru

Fornitur(i) ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard eżentati

Il-Belġju

Skont l-Artikolu 5.1 tal-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu tat-18 ta’ Settembru 2017:

il-Lotterija Nazzjonali,

Iċ-Ċekja

F’konformità mal-Att Nru 253/2008 tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar miżuri speċifiċi kontra l-leġittimizzazzjoni tar-rikavati minn attivitajiet kriminali u l-finanzjament tat-terroriżmu:

Logħob tal-bingo jew tombla

Lotteriji b’rebħ ta’ flus

Lotteriji b’rebħ materjali

Lotteriji istantanji u/jew numeriċi

Id-Danimarka

Skont l-Artikolu 1(5) tal-Att Nru 651 tat-8 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u n-Notifika tal-eżenzjoni parzjali ta’ ċertu logħob mil-liġijiet tal-ħasil tal-flus tas-26 ta’ Ġunju 2017:

Imħatri lokali bil-pools

Logħob tal-bingo

Tombla

Magni tal-logħob li joffru rebħ ta’ flus

Lotteriji, Klasselotteriet (“lotteriji bil-klassijiet”) u lotteriji mingħajr skop ta’ qligħ

Poker tradizzjonali (jiġifieri mhux online)

Bingo online

Logħob tal-maniġers

Kompetizzjonijiet fejn wieħed jipparteċipa b’SMS jew mod simili

L-Estonja

Fis-sens ta’ § 6 tal-Att Estonjan dwar il-Logħob tal-Azzard tal-15 ta’ Ottubru 2008, f’konformità mal-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tas-26 ta’ Ottubru 2017:

Lotteriji kummerċjali

Il-Finlandja

F’konformità mal-Kapitolu 1 Taqsima 3(4) tal-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu tat-28 ta’ Ġunju 2017 (444/2017):

Magni tal-logħob li ma jinsabux f’każinò

Il-Ġermanja

Skont it-Taqsima 2(1)(15) tal-Att dwar il-Kxif tal-Profitti minn Reati Kriminali Serji tal-2017 (“Att dwar il-Ħasil tal-Flus”):

Totalizzaturi jekk ikunu ġestiti minn assoċjazzjonijiet skont it-Taqsima 1 tal-Att dwar l-Imħatri fuq it-Tlielaq u l-Lotteriji

Logħob tal-bingo

Magni tal-logħob li ma jinsabux f’każinò skont it-Taqsima 33c tal-Kodiċi Industrijali.

Lotteriji permessi mil-liġi tal-Istat u l-lotteriji soċjali

L-Irlanda

Fis-sens tat-Taqsima 25(8) tal-Att dwar il-Ġustizzja Kriminali (Ħasil tal-Flus u Finanzjament tat-Terroriżmu) tal-2010 fil-verżjoni emendata u tar-Regolament 3 tal-Istrument Statutorju 487/2018:

Logħob tal-bingo

Swali tal-logħob

Lotteriji

Poker tradizzjonali (jiġifieri mhux online)

L-Iżvezja

F’konformità mal-Artikolu 20 tal-Att b’Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (SFS 2017:630) u l-Linji Gwida għar-regolamenti u l-pariri ġenerali għall-Awtorità Żvediża tal-Logħob tal-Azzard: 2017:2

Logħob tal-bingo ġestiti bl-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Logħob tal-Azzard skont it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 tal-Att dwar il-Lotteriji (1994:1000).

Magni tal-logħob għal beni

Magni tal-logħob tal-flus u magni tat-tokens li huma ġestiti b’permess skont l-Artikolu 26 tal-Att dwar il-Lotteriji

Lotteriji li jsiru f’konformità ma’ permess jew reġistrazzjoni skont l-Artikoli 16 u 17 tal-Att dwar il-Lotteriji, u li jitwettqu minn assoċjazzjonijiet li huma primarjament attivi f’muniċipalità waħda biss. Jekk il-lotteriji jitwettqu f’diversi muniċipalitajiet, l-assoċjazzjoni trid tkun primarjament attiva f’reġjun wieħed

Lotteriji li jsiru b’permess f’konformità mal-Artikolu 16 tal-Att dwar il-Lotteriji, u li jsiru f’iktar minn reġjun wieħed, u

“Lotteriji veri” skont l-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Lotteriji, li jsiru b’permess skont l-Artikolu 45 tal-Att dwar il-Lotteriji u li jiġu distribwiti tramite aġent.

Logħob tar-rulett, tad-dadi u tal-karti, li jsiru f’konformità mal-Artikolu 32 tal-Att dwar il-Lotteriji


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9666 — Deutsche Asphalt/KEMNA BAU Andrae/Heideasphalt)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 170/06)

1.   

Fit-8 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Deutsche Asphalt GmbH (“Deutsche Asphalt”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn STRABAG SE (il-“grupp STRABAG”, l-Awstrija)

KEMNA BAU Andrae GmbH & Co. KG (“KEMNA BAU”, il-Ġermanja)

Heideasphalt GmbH & Co. KG (“Heideasphalt”), joint venture li għandha tinħoloq ġdida fil-Ġermanja

Deutsche Asphalt u KEMNA BAU jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Heideasphalt.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

STRABAG huwa grupp dinji tal-kostruzzjoni u hu attiv fl-oqsma kollha tal-industrija tal-kostruzzjoni, speċjalment fl-infrastrutturi tat-trasportazzjoni, fil-bini, fl-inġinerija, fil-kostruzzjoni tal-linji tal-ferrovija, fis-servizzi ta’ kostruzzjoni relatati (ġestjoni ta’ faċilitajiet) u fl-estrazzjoni u l-kummerċ ta’ materjal mhux maħdum u tal-bini. Permezz ta’ Deutsche Asphalt b’mod partikulari, huwa attiv f’diversi tipi ta’ korsiji bbażati fuq l-asfalt, korsiji magħquda bl-asfalt u korsiji b’wiċċ tal-asfalt.

KEMNA BAU hija attiva f’diversi stadji tas-suq tal-kostruzzjoni ta’ toroq għat-traffiku. B’mod partikolari, hija attiva fl-estrazzjoni ta’ materjali mhux maħduma minn barrieri u fabbriki taż-żrar, fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ taħlit tal-asfalt kif ukoll fil-kostruzzjoni (kostruzzjoni ta’ toroq bl-asfalt, konstruzzjoni bil-konkos għal snajja’ speċjali, pavimentar). Barra minn hekk, hija involuta fit-tħaffir, fid-dranaġġ, fir-radam u fil-kostruzzjoni ta’ linji tal-ferroviji, fix-xogħlijiet ta’ tiswija tal-bini u fil-manifattura ta’ ħitan protettivi bil-konkos fil-post.

Heideasphalt se tħaddem impjant li jħallat l-asfalt f’Wittingen, bħalissa mħaddem minn Deutsche Asphalt.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9666 — Deutsche Asphalt/KEMNA BAU Andrae/Heideasphalt

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/27


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 170/07)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“PECORINO SICILIANO”

Nru tal-UE: PDO-IT-0019-AM01 – 04.06.2018

DOP (X) IĠP ( )

1.   Grupp tal-applikant u interess leġittimu

Nuovo Consorzio di Tutela del Pecorino Siciliano (Assoċjazzjoni Ġdida għall-Protezzjoni tal-Pecorino Siciliano),

uffiċċju prinċipali fi

Via dell’Amicizia, 26

Poggioreale (TP)

L-ITALJA

Posta elettronika: contatti@consorziopecorinosiciliano.it

Posta elettronika ċċertifikata: pecorinosicilianodop@pec.it

Il-Nuovo Consorzio di Tutela del Pecorino Siciliano huwa magħmul minn produtturi tal-“Pecorino Siciliano” u huwa awtorizzat jissottometti applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru tal-Politika tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Forestrija tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: L-artikoli li mhumiex inklużi fl-Ispeċifikazzjoni eżistenti huma elenkati hawn taħt: prova tal-oriġini, rabta maż-żona ġeografika, kontrolli

4.   Tip ta’ emenda/i

☐ Emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

☒ Emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew l-ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Ta’ min jinnota li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-DOP “Pecorino Siciliano” għandha l-għan fuq kollox li tikkonsolida l-Ispeċifikazzjoni f’Dokument Uniku.

Il-“Pecorino Siciliano” ġie rreġistrat bħala DOP fir-Regolament (KE) Nru 1107/96 tas-26 ta’ Ġunju 1996, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) 2081/92. Ir-reġistrazzjoni nkisbet fuq il-bażi tad-dokumenti li ġejjin: Id-Digriet Presidenzjali Nru 1269 tat-30 ta’ Ottubru 1955, li rrikonoxxa d-denominazzjonijiet ta’ oriġini fl-Italja, dokument ta’ 19-il paġna bit-titolu “Pecorino Siciliano D.O.P.”, u l-iskeda tas-sommarju.

Deskrizzjoni tal-prodott

It-tipi “Tuma” u “Primo sale”, li tqiegħdu fis-suq immedjatament wara l-produzzjoni u wara madwar 10 ijiem, rispettivament, ma għadhomx jissodisfaw il-ħtiġijiet kummerċjali, minħabba li f’dawn l-aħħar snin is-suq talab prodott b’maturazzjoni minima. Għaldaqstant, din l-emenda għandha tistabbilixxi perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 20 jum, filwaqt li tabolixxi t-tipi msemmija hawn fuq u tintroduċi t-tip “Fresco”.

Dan huwa meħtieġ biex il-“Pecorino Siciliano” jitħalla jieħu l-karatteristiċi li jiddistingwuh minn tipi oħra ta’ ġobnijiet tan-nagħaġ magħmulin mill-ħalib ippasturizzat. Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni huwa meħtieġ sabiex il-batterji tal-ħalib indiġeni u l-enżimi tagħhom, il-mikroorganiżmi li jinsabu fil-ħalib mhux ipproċessat u fil-btieti tal-injam użati għat-tibqit bit-tames, ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom.

Minbarra t-tip “Fresco”, it-tip “Secondo sale” jingħata l-isem ġdid “Semistagionato” sabiex tintuża terminoloġija li tkun aktar faċli li jifhmuha l-konsumaturi, u li jiddistingwu l-prodott abbażi tal-perjodu tal-maturazzjoni.

Il-karatteristiċi tad-diversi tipi ta’ prodotti huma speċifikati u deskritti f’aktar dettall, bid-dettalji tal-parametri relatati mal-maturazzjoni, il-forma, id-dimensjonijiet, il-piż, il-karatteristiċi tal-qoxra u tal-pasta, il-karatteristiċi organolettiċi u l-kontenut tax-xaħam.

L-għoli tal-ġenb u l-piż massimu ta’ kull ġobna ġew emendati xi ftit. L-għoli tal-ġenb, stabbilit għal bejn 10 u 18 cm fl-Ispeċifikazzjoni attwali, ġie emendat għal bejn 10 u 25 cm. Il-piż, stabbilit għal bejn 4 u 12 kg fl-Ispeċifikazzjoni attwali, ġie emendat għal bejn 3 u 14 kg.

Dawn il-modifiki saru bi tweġiba għat-talbiet ta’ ċerti produtturi żgħar tal-ġobon, li enfażizzaw il-ħtieġa għal aktar flessibbiltà sabiex il-produzzjoni tal-ġobon tiġi adattata għall-ammont ta’ ħalib disponibbli.

Ir-restrizzjoni fuq il-produzzjoni minn Ġunju sa Ottubru tneħħiet.

Għalhekk, it-tneħħija tar-restrizzjoni hija risposta għat-talbiet ċari tal-produtturi, li qed jitolbu d-dritt li jipproduċu d-DOP “Pecorino Siciliano” fis-sajf ukoll. Fil-fatt, kważi r-razez kollha tan-nagħaġ miżmuma fi Sqallija llum jistgħu faċilment jiġu adattati għal produzzjoni staġjonali. Il-ħalib tan-nagħaġ jiġi prodott kważi s-sena kollha fi Sqallija, bl-ogħla livelli fir-rebbiegħa, li jonqsu fis-sajf. Għalhekk, id-disponibbiltà tal-ħalib fis-sajf tippermetti li l-“Pecorino Siciliano” jiġi prodott fl-istess staġun, speċjalment it-tipi “Fresco” u “Stagionato”, li l-aktar li jitolbu l-konsumaturi fis-sajf, fuq kollox it-turisti li jaslu bir-radam fuq il-gżira biex ifittxu prodotti tipiċi Sqallin.

Għalhekk, il-kliem preċedenti:

“Fil-forma klassika tiegħu, il-‘Pecorino Siciliano’ għandu ġnub ċatti jew kemxejn konkavi u jkollu l-marka tal-basket; l-għoli tal-ġnub ivarja minn 10 sa 18 cm, il-piż minn 4 sa 12 kg, b’varjazzjonijiet fiż-żewġ karatteristiċi skont it-tekniki tal-produzzjoni.

‘Tuma’: Ġobon tal-mejda, togħma ħelwa minħabba l-kontenut għoli ta’ lattożju, li jkun għadu ma għaddiex mill-fermentazzjoni. Jiġi kkunsmat immedjatament wara l-produzzjoni.

‘Primo Sale’: Ġobon tal-mejda, ikkurat ħafif u mhux fit-tul b’melħ fin niexef. Jiġi kkunsmat sa madwar 10 ijiem wara l-produzzjoni. Il-ħruġ naxxenti tal-aċidi amminiċi minħabba d-degradazzjoni inizjali tal-kaseina jħalli spazju għall-komponenti oriġinali tal-ħalib, u b’hekk jagħti togħma pjaċevoli.

‘Secondo Sale’: Ġobon b’mod konsistenti ħelu u mimli togħma għall-mejda u għat-taħkik, li jfakkar fl-ispeċi tal-provenjenza tiegħu, ikkurat bil-melħ niexef jew permezz tat-tixrib f’salmura saturata.

Jiġi kkunsmat bejn 45 u 90 jum mill-produzzjoni tiegħu.

Il-karatteristiċi organolettiċi essenzjalment delikati jirriżultaw mill-amalgamazzjoni tal-aċidi amminiċi, il-prodotti tad-degradazzjoni inizjali tal-lipidi u l-komponenti oriġinali tal-ħalib.

‘Stagionato’: Dan huwa l-‘Pecorino Siciliano’ klassiku, li l-karatteristiċi tiegħu jiddistingwuh mill-ġobnijiet pecorino l-oħra mmaturati li ġew prodotti fl-Italja. Huwa mmaturat kompletament fi żmien 4 sa 6 xhur mill-produzzjoni tiegħu. Ġobon għat-taħkik bi struttura granulari.”

issa jaqra:

Deskrizzjoni tal-prodott

2.1.

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, id-DOP ‘Pecorino Siciliano’ huwa ġobon forma ta’ ċilindru bi wċuħ ċatti jew bi wċuħ kemxejn konkavi meta jkun ikbar.

2.2.

Il-ġobon DOP ‘Pecorino Siciliano’ , rilaxxat għall-konsum fit-tipi ‘Fresco’ [‘Frisk’], ‘Semistagionato’ [‘Semi-matur’] u ‘Stagionato’ [‘Matur’], għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

 

‘Fresco’

maturità: 20 sa 30 jum

forma: ċilindrika, bi wċuħ ċatti, jew meta jkun ikbar kemxejn konkavi;

dimensjonijiet: id-dijametru tal-ġnub ċatti jrid ikun bejn 10 u 20 cm u l-għoli tal-ġenb bejn 10 u 20 cm;

piż: bejn 3 u 5 kg, skont id-daqs tal-ġobon;

uċuħ: l-ebda qoxra, saff ta’ barra abjad jew isfar lewn it-tiben, marki viżibbli mill-basket li jkun magħmul fih;

struttura: kulur abjad jew isfar lewn it-tiben, xi kultant bi bżar iswed, kompatt, bi ftit toqob;

riħa: karatteristika tal-ġobon tan-nagħaġ;

togħma: ħelwa b’riħa notevoli tal-mergħat, ftit imħawra fil-każ tat-tip ‘Pepato’. L-ebda riħa tal-irziezet;

perċentwal ta’ xaħam: mhux inqas minn 40 % ta’ materja niexfa;

 

‘Semistagionato’

maturazzjoni: minn 45 sa 90 jum

forma: ċilindrika, bi wċuħ ċatti, jew meta jkun ikbar kemxejn konkavi;

dimensjonijiet: id-dijametru tal-ġnub ċatti jrid ikun bejn 10 u 20 cm u l-għoli tal-ġenb bejn 10 u 20 cm;

piż: bejn 3 u 5 kg, skont id-daqs tal-ġobon;

uċuħ: qoxra ħafifa safra lewn it-tiben, marki viżibbli mill-basket li jkun magħmul fih;

struttura: lewn isfar lewn it-tiben għal isfar skur, xi kultant bi bżar iswed, kumpatt, bi ftit toqob;

riħa: karatteristika tal-ġobon tan-nagħaġ;

togħma: ħelwa b’riħa tal-mergħat notevoli, ftit imħawra fil-każ tat-tip ‘Pepato’. L-ebda riħa tal-irziezet;

perċentwal ta’ xaħam: mhux inqas minn 40 % ta’ materja niexfa;

 

‘Stagionato’

maturazzjoni: tal-inqas 120 jum.

forma: ċilindrika, bi wċuħ ċatti, jew meta jkun ikbar kemxejn konkavi;

dimensjonijiet: id-dijametru tal-ġnub ċatti jrid ikun bejn 15 u 30 cm u mill-ġenb għoli bejn 15 u 25 cm;

piż: bejn 6 u 14 kg, skont id-daqs tal-ġobon;

uċuħ: qoxra safranija, marki viżibbli mill-basket li jkun magħmul fih

struttura: lewn isfar lewn it-tiben, kumpatt, bi ftit toqob;

riħa: karatteristika tal-ġobon tan-nagħaġ;

togħma: karatteristiċi pikkanti;

perċentwal ta’ xaħam: mhux inqas minn 40 % ta’ materja niexfa;

Metodu ta’ produzzjoni

Fl-Ispeċifikazzjoni preċedenti, l-informazzjoni dwar il-metodu ta’ produzzjoni tinsab fid-dokumenti inklużi hawn fuq. Għalhekk inkiteb l-artikolu li ġej biex jikkonsolida l-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti li jispjegaw fid-dettall il-metodu ta’ produzzjoni u jadattawh għar-regoli attwali.

L-unika emenda hija l-aħħar paragrafu li jikkodifika ż-żmien tal-maturazzjoni għat-tipi “Fresco”, “Semistagionato” u “Stagionato”, kif jidhru fid-deskrizzjoni tal-prodott.

“Artikolu 5

METODU TA’ PRODUZZJONI

Il-ġobon DOP Pecorino Siciliano huwa prodott permezz tal-ħalib sħiħ mhux ipproċessat minn nagħaġ ta’ diversi razez u razez imħallta, minn merħliet fiż-żona tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni.

In-nagħaġ jingħalfu foraġġ naturali u/jew ikkultivat, għalf frisk, ħuxlief u tiben. Minn dawn l-aħħar tnejn, mill-inqas 80 % tal-materja niexfa tiġi miż-żona tal-produzzjoni identifikata fl-Artikolu 4 tad-Dokument Uniku. Dan jista’ jiġi supplimentat bi qmuħ ta’ ċereali, legumi u konċentrati sempliċi jew kumplessi. Meta jingħalfu n-nagħaġ, huwa pprojbit li jintuża kwalunkwe prodott li ġej minn annimali, pjanti, jew partijiet (bħal żrieragħ) ta’ pjanti tax-xnien, tapjoka u manjoka. L-użu tas-silaġġ u tas-silaġġ tal-ħuxlief imqatta’ huwa pprojbit ukoll.

Il-ħalib għandu jkun ġej minn ħalba waħda jew tnejn u għandu jiġi pproċessat fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-ewwel ħalba. Għalhekk, ir-refriġerazzjoni tal-ħalib hija permessa, sakemm il-valuri minimi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti eżistenti jiġu rispettati bis-sħiħ. Il-ħalib jiġi ffiltrat bl-użu tal-passaturi u/jew tal-filtri tad-drapp korretti, imbagħad jissaħħan, tradizzjonalment bl-użu ta’ bojlers tal-azzar jew tar-ram tal-landa, għat-temperatura massima ta’ 40 °C u jitferra’ f’bettija tal-injam. It-tames tal-ħaruf jiżdied miegħu waqt li jkun bejn 36 u 40 °C.

It-tames użat għat-tibqit tal-ħalib huwa meħud mill-abomasa tal-ħrief tal-ħalib ta’ razez elenkati fl-Ispeċifikazzjoni. Għandu jiġi estratt fiż-żona tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni. Qabel ma jintuża, it-tames jiddewweb fl-ilma sħun u mbagħad jiġi ffiltrat. L-ammont ta’ tames użat huwa bejn 10 u 30 gramma għal kull 100 litru ta’ ħalib. Il-ħin tat-tibqit huwa bejn 40 u 50 minuta, jiġifieri sakemm il-paletta fil-bettija tal-injam tibqa’ wieqfa.

Ladarba jiffurmaw il-baqtiet, għandhom jitkissru f’biċċiet żgħar ħafna bl-użu ta’ stikka jew paletta tal-injam, li tkun imbewqa fuq naħa waħda u tkisser il-baqtiet b’mod uniformi biex tipproduċi biċċiet tad-daqs tal-ħbub tar-ross. Il-likwidu jiġi sseparat billi jiżdied il-misħun f’temperatura ta’ 70 sa 90 °C hekk kif il-baqtiet ikunu qed jitkissru. Il-biċċiet tal-baqtiet ddepożitati fil-qiegħ tal-kontenitur għandhom jitħallew jistrieħu għal 5 sa 10 minuti, biex jitħallew jeħlu flimkien. Wara dan, il-ġobon jinħareġ mill-bettija, jiġi sseparat fi blokok, jitqiegħdu f’basktijiet tal-qasab u jiġu ppressati bl-idejn. Huwa f’dan l-istadju li jista’ jiżdied il-bżar iswed mat-tipi ‘Fresco’ u ‘Semistagionato’. Il-bżar iswed għandu jiġi ttrattat minn qabel b’ilma jaħraq f’temperaturi ta’ iktar minn 80 °C għal ftit sekondi. Il-baqtiet imbagħad jitħallew fil-basktijiet għal siegħa sa sagħtejn, sa liema ħin tiġi prodotta l-irkotta. Il-ġobon imbagħad jissajjar, bix-xorrox fil-wiċċ, għal bejn 3 u 4 sigħat ġewwa l-btieti tal-injam. Wara li jkunu ssajru taħt ix-xorrox, il-ġobniet jinħarġu mill-basktijiet tal-qasab sabiex jiġu mdawra u jieħdu l-marka karatteristika tal-basket. Hekk kif kull ġobon jinqaleb, jiġi applikat timbru tal-kaseina fuqu, biex jiġi ggarantit li jkun traċċabbli. It-timbri tal-kaseina huma ovali, b’assi maġġuri ta’ 10 cm u b’assi minuri ta’ 6 cm.

Il-ġobniet jitħallew jissolidifikaw f’temperatura ambjentali għal 24 sa 48 siegħa, imbagħad jiġu mmellħin fix-xott jew fis-salmura sakemm ikun fihom l-ammont ideali ta’ melħ. Imbagħad jitħallew fuq l-ixkafef magħmulin minn injam mhux ittrattat, fi kmamar b’temperaturi ta’ bejn 14 °C u 18 °C u b’umdità ta’ aktar minn 75 %, għal perjodu ta’ bejn 20 u 30 jum fil-każ tal-‘Fresco’; 60 sa 90 jum fil-każ ta’ ‘Semistagionato’ u mill-inqas 4 xhur fil-każ ta’ ‘Stagionato’.

Tikkettar

Dak kollu li jikkonċerna t-tikkettar sa issa kien regolat b’mod indipendenti mill-grupp tal-produtturi. Għalhekk ġie deċiż li jiżdied l-artikolu li ġej, fir-rigward tat-tikkettar, fl-Ispeċifikazzjoni. Iż-żieda ta’ regoli dwar it-tikkettar fl-Ispeċifikazzjoni, u l-istabbiliment ta’ logo għad-denominazzjoni, se jippermettu lill-konsumaturi jidentifikaw il-prodott malajr. Barra minn hekk, il-kampanji promozzjonali se jkunu aktar effiċjenti billi jiġu pprovduti bi grafika komuni għall-produtturi kollha tad-DOP “Pecorino Siciliano”.

“Artikolu 8

TIKKETTAR U PREŻENTAZZJONI

Il-ġobon DOP ‘Pecorino Siciliano’ huwa distint minn dan li ġej:

(a)

Dwar il-forma:

Il-ġobon DOP ‘Pecorino Siciliano’ jista’ jinbiegħ sħiħ u/jew f’biċċiet, fit-tipi ‘Fresco’, ‘Semistagionato’ u ‘Stagionato’. Il-marka speċifika tal-produttur (it-timbru CE) u l-marka tad-denominazzjoni tal-oriġini (it-timbru tal-kaseina) huma preżenti fuq il-ġobnijiet tat-tliet tipi kollha. Fir-rigward ta’ ‘Stagionato’ tiżdied it-tielet marka ma’ dawn it-tnejn, fil-forma ta’ marka bil-ħruq.

Għat-tip ‘Fresco’, it-timbru tal-kaseina għandu jkollu l-kliem ‘Pecorino Siciliano’ bl-iswed (CMYK = K100), daqs 20, tipa Arial, ‘D.O.P.’ bl-iswed (CMYK = K100), daqs 15, tipa Arial, ‘Fresco’ bl-iswed (CMYK = K100), daqs 14, tipa Arial, u n-numru ta’ identifikazzjoni tas-serje b’sitt ċifri (pereżempju 999999) bl-iswed (CMYK = K100), daqs 62, tipa Arial Bold. Fl-ovali, it-Trinacria tidher fuq ix-xellug tan-numru tas-serje.

Image 1

Għat-tip ‘Semistagionato’, it-timbru tal-kaseina għandu jkollu l-kliem ‘Pecorino Siciliano’ bl-iswed (CMYK = K100), daqs 20, tipa Arial, ‘D.O.P.’ bl-iswed (CMYK = K100), daqs 15, tipa Arial, ‘Semistagionato’ bl-iswed (CMYK = K100), daqs 14, tipa Arial, u n-numru ta’ identifikazzjoni tas-serje b’sitt ċifri (pereżempju 999999) bl-iswed (CMYK = K100), daqs 62, tipa Arial Bold. Fl-ovali, l-immaġni tat-Trinacria tidher fuq ix-xellug tan-numru tas-serje.

Image 2

Għat-tip ‘Stagionato’, it-timbru tal-kaseina għandu jkollu l-kliem ‘Pecorino Siciliano’ bl-iswed (CMYK = K100), daqs 20, tipa Arial, “D.O.P.” bl-iswed (CMYK = K100), daqs 15, tipa Arial, ‘Stagionato’ bl-iswed (CMYK = K100), daqs 14, tipa Arial, u n-numru ta’ identifikazzjoni tas-serje b’ħames ċifri (pereżempju 67150) bl-iswed (CMYK = K100), daqs 62, tipa Arial Bold. Fl-ovali, it-Trinacria tidher fuq ix-xellug tan-numru tas-serje.

Image 3

Il-marka ta’ identifikazzjoni tal-produttur għandha tkun preżenti fuq l-istess naħa tal-ġobon.

Il-marka bil-ħruq meħtieġa biss għal ‘Stagionato’ tieħu l-forma ta’ ċirku b’dijametru ta’ 8 cm, bi ‘Pecorino Siciliano’ miktub ġewwa f’ark, bl-iswed (CMYK = K100), daqs 30, tipa Comic Sans, u ‘D.O.P.’ bl-iswed (CMYK = K100), daqs 30, tipa Arial. It-Trinacria tinsab fiċ-ċentru. Il-logo ta’ identifikazzjoni huwa bil-marka bil-ħruq tal-inqas fuq naħa waħda tal-ġobon, biss wara li jkun tħalla jimmatura għal 120 jum wara d-data tal-produzzjoni.

Image 4

(b)

Dwar l-imballaġġ:

L-imballaġġ tal-ġobnijiet kollha, kemm jekk sħaħ kif ukoll jekk f’biċċiet, ikollu tikketta bil-logo ta’ identifikazzjoni u bil-kliem ‘Pecorino Siciliano’ DOP, kif ukoll l-informazzjoni meħtieġa mil-liġi. Il-biċċiet tal-ġobon ippakkjati minn qabel għandhom jinkludu parti mill-qoxra ta’ wara u/jew mill-ġenb tal-ġobon, bħala evidenza tal-oriġini tiegħu. It-tikketta mhijiex meħtieġa jekk il-prodott ikun ġie ppakkjat fil-punt tal-bejgħ u għalhekk jitqies bħala ppakkjat minn qabel. Huwa permess ukoll li jintużaw indikazzjonijiet u/jew grafika li jirreferu għal ismijiet, ismijiet kummerċjali jew marki kummerċjali kollettivi jew individwali, sakemm dawn ma jkunux ta’ natura ta’ tifħir jew li x’aktarx jiżgwidaw lix-xerrej. Il-produtturi kollha ta’ DOP għandhom aċċess garantit għal-logo ta’ identifikazzjoni.

Il-logo ta’ identifikazzjoni fuq l-imballaġġ għandu jirrispetta r-regoli li ġejjin:

1.

Juri l-marka kummerċjali sħiħa;

2.

Fit-taqsima ta’ barra, tul iċ-ċirkonferenza mmewġa ta’ barra tal-kuruna l-ħamra (RGB = R160 G0 B0) li jinsabu fiha, il-kliem ‘PECORINO SICILIANO’ huma miktuba mix-xellug għal-lemin, bl-abjad, b’tipa Verdana Bold.

3.

Fil-parti ta’ ġewwa tal-logo, fuq l-isfond abjad ċirkolari, hemm immaġni stilizzata ta’ ras ta’ nagħġa mpinġija bl-iswed (CMYK = K100);

4.

Taħt din l-immaġni hemm il-kliem ‘D.O.P.’ bl-iswed (CMYK = K100), tipa Arial Bold.

5.

Iżomm il-proporzjonijiet u l-forom

Image 5

Oħrajn

Rabta

L-informazzjoni fid-dokumentazzjoni li fuqha hija bbażata r-reġistrazzjoni u fl-iskeda tas-sommarju ġiet ikkonsolidata sabiex l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tinġieb f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

“Artikolu 6

RABTA MAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA

Il-‘Pecorino Siciliano’ huwa ġobon tan-nagħaġ, nofsu msajjar u ppressat. Il-proprjetajiet u l-karatteristiċi organolettiċi tal-ħalib użat għall-produzzjoni tal-ġobon huma marbutin mill-qrib mal-mergħa, li tagħti lill-ħalib karattru uniku li ma jistax jiġi replikat band’oħra. Fil-fatt, ħafna studji xjentifiċi wrew kif il-mergħa u l-pjanti tagħha jinfluwenzaw il-prodotti tal-ħalib, u jaffettwaw il-kompożizzjoni kimika u aromatika tagħhom. Barra minn hekk, l-użu ta’ tames solidu minn ħrief ta’ Sqallija jagħti lill-ġobon l-għamla enzimatika tiegħu, li hija responsabbli għall-aromi u t-togħmiet li ma jinstabux f’ġobon ieħor tan-nagħaġ. Metodu ta’ produzzjoni storiku iżda inġenjuż, li jinvolvi strumenti tradizzjonali, uħud tal-injam, jikkontribwixxi aktar għall-karattru speċjali li jagħmel il-‘Pecorino Siciliano’ prodott uniku.

Sqallija, li hija kkaratterizzata mit-tip ta’ pajsaġġ tagħha, hija l-post ideali għall-produzzjoni tal-‘Pecorino Siciliano’. Il-parti l-aktar ’il ġewwa tal-gżira hija magħmula minn tafal mhux uniformi, ġibs u riljievi kalkarji. Iż-żona l-aktar fil-punent ta’ Sqallija u l-Gżejjer Egadi għandhom tafal u ħamrija ramlija. Il-Gżejjer Eolje u l-gżejjer ta’ Ustica u Pantelleria għandhom ħamrija vulkanika. Il-pjanuri fi Sqallija huma alluvjali u maqtugħa ħafna, b’ħamrija fertili ħafna b’livell għoli ta’ potassju. Il-mergħat naturali u kkultivati li jinsabu f’dan l-ambjent huma rikki fil-pjanti selvaġġi u ekotipi lokali, li jiddeterminaw il-proprjetajiet u l-kompożizzjoni tal-ħalib, u jagħtu lill-prodott aħħari t-togħma unika tiegħu.

Il-klima fiż-żona tal-produzzjoni tal-‘Pecorino Siciliano’ tvarja ħafna minn żona tal-gżira għall-oħra, grazzi għal-latitudni u t-topografija distintiva tagħha. Madankollu, din hija klima Mediterranja. Għad hemm mikroklimi varji minħabba l-pożizzjoni ħdejn xulxin tal-muntanji u l-baħar. B’mod ġenerali, iż-żoni kostali huma sħan, aridi u dejjem ventilati tajjeb, filwaqt li l-klima interna hija moderata u umda. Ix-xita hija skarsa fuq il-kosti u abbundanti fil-partijiet ogħla tal-pajjiż. Ix-xita tinżel l-aktar fix-xitwa.

It-trobbija tan-nagħaġ u l-produzzjoni tal-ġobon huma tradizzjonijiet antiki fi Sqallija. Anki llum, it-trobbija ssir tradizzjonalment, f’kumpartimenti li jipprovdu l-kenn meħtieġ għall-benessri tal-annimali. Dan għandu effetti pożittivi fuq il-kwalità tal-ħalib li jipproduċu, li jagħti lill-‘Pecorino Siciliano’ il-karattru distintiv tiegħu.

Il-‘Pecorino Siciliano’ huwa marbut b’mod inseparabbli mal-kundizzjonijiet partikolari tal-ħamrija tal-gżira, l-għelejjel tal-għalf lokali, il-metodi ta’ produzzjoni, il-popolazzjoni indiġena tan-nagħaġ u l-atmosfera trasformattiva, li fiha jgħixu ċerti razez omnipreżenti ta’ mikroflora, li għandhom tali effett fuq il-ġobon lokali li jagħmluh uniku.

L-oriġini ta’ dan il-ġobon intilfu maż-żmien. Imorru lura għal meta kull raħħal tan-nagħaġ beda jibdel il-ħalib tiegħu f’‘Pecorino Siciliano’, billi juża t-tekniki l-qodma u fuq kollox it-tagħmir storiku tal-injam, jiġifieri l-bettija għat-tibqit tal-ħalib u t-tilari tal-injam għall-maturazzjoni tal-ġobon.

Il-produzzjoni ta’ dan il-ġobon għalhekk tikkostitwixxi wirt storiku u kulturali mhux ikkontestat u esklussiv fi Sqallija, kif ukoll sors ta’ kummerċ solidu u dejjem jikber.”

L-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni li fuqha hija bbażata r-reġistrazzjoni u fl-iskeda tas-sommarju ġiet ikkonsolidata sabiex l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tinġieb f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

“Artikolu 4

PROVA TAL-ORIĠINI

Kull fażi tal-proċess tal-produzzjoni tiġi mmonitorjata, billi jiġi ddokumentat kull element li jiddaħħal u kull prodott li joħroġ. Dan jiggarantixxi li l-prodott ikun traċċabbli, kif ukoll iżid il-produtturi u dawk li jippakkjaw mal-listi xierqa ġestiti mill-korp ta’ spezzjoni, u jiddikjara minnufih lil dak il-korp il-kwantitajiet prodotti. Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha mniżżla fil-listi rilevanti huma soġġetti għal verifiki mill-korp ta’ spezzjoni, skont it-termini tal-Ispeċifikazzjoni u l-pjan ta’ spezzjoni korrispondenti.”

Ġie introdott artikolu speċifiku dwar il-kontroll li mhuwiex inkluż fl-Ispeċifikazzjoni attwali, sabiex jinġieb f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

“Artikolu 7

VERIFIKI

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mal-Ispeċifikazzjoni titwettaq f’faċilità li tikkonforma mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1151/2012. Din il-faċilità hija awtorità pubblika bl-isem: CoRFiLaC, s.p. 25 km 5 Ragusa — Mare. 97100 Ragusa, l-Italja, tel. +39 932660411

fax +39 932660449, Email dop@pec.corfilac.it”

DOKUMENT UNIKU

“PECORINO SICILIANO”

Nru tal-UE: PDO-IT-0019-AM01 – 04.06.2018

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet [tad-DOP jew IĠP]

“Pecorino Siciliano”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, id-DOP “Pecorino Siciliano” huwa ġobon forma ta’ ċilindru bi wċuħ ċatti, jew meta jkun ikbar kemxejn konkavi, magħmul minn ħalib mhux ipproċessat u nofsu msajjar.

Il-ġobon DOP “Pecorino Siciliano”, rilaxxat għall-konsum fit-tipi “Fresco” [“Frisk”], “Semistagionato” [“Semi-matur”] u “Stagionato” [“Matur”], għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

 

“Frisk”

maturità: 20 sa 30 jum

forma: ċilindrika, bi wċuħ ċatti, jew meta jkun ikbar kemxejn konkavi;

dimensjonijiet: id-dijametru tal-ġnub ċatti jrid ikun bejn 10 u 20 cm u mill-ġenb għoli bejn 10 u 20 cm;

piż: bejn 3 u 5 kg, skont id-daqs tal-ġobon;

uċuħ: l-ebda qoxra, saff ta’ barra abjad jew isfar lewn it-tiben, marki viżibbli mill-basket li jkun magħmul fih;

struttura: kulur abjad jew isfar lewn it-tiben, xi kultant bi bżar iswed, kumpatt, bi ftit toqob;

riħa: karatteristika tal-ġobon tan-nagħaġ;

togħma: ħelwa b’riħa tal-mergħat notevoli, ftit imħawra fil-każ tat-tip “Pepato”. L-ebda riħa tal-irziezet;

perċentwal ta’ xaħam: mhux inqas minn 40 % ta’ materja niexfa;

 

“Semistagionato”

maturazzjoni: minn 60 sa 90 jum

forma: ċilindrika, bi wċuħ ċatti, jew meta jkun ikbar kemxejn konkavi;

dimensjonijiet: id-dijametru tal-ġnub ċatti jrid ikun bejn 10 u 20 cm u l-għoli tal-ġenb bejn 10 u 20 cm;

piż: bejn 3 u 5 kg, skont id-daqs tal-ġobon;

uċuħ: qoxra ħafifa safra lewn it-tiben, marki viżibbli mill-basket li jkun magħmul fih;

struttura: lewn isfar lewn it-tiben għal isfar skur, xi kultant bi bżar iswed, kumpatt, bi ftit toqob;

riħa: karatteristika tal-ġobon tan-nagħaġ;

togħma: ħelwa b’riħa notevoli tal-mergħat, ftit imħawra fil-każ tat-tip “Pepato”. L-ebda riħa tal-irziezet;

perċentwal ta’ xaħam: mhux inqas minn 40 % ta’ materja niexfa;

 

“Stagionato”

maturazzjoni: tal-inqas 120 jum.

forma: ċilindrikua, bi wċuħ ċatti, jew meta jkun ikbar kemxejn konkavi;

dimensjonijiet: id-dijametru tal-ġnub ċatti jrid ikun bejn 15 u 30 cm u l-għoli tal-ġenb bejn 15 u 25 cm;

piż: bejn 6 u 14 kg, skont id-daqs tal-ġobon;

uċuħ: qoxra safranija, marki viżibbli mill-basket li jkun magħmul fih

struttura: isfar lewn it-tiben, kumpatt, bi ftit toqob;

riħa: karatteristika tal-ġobon tan-nagħaġ;

togħma: karatteristiċi pikkanti;

perċentwal ta’ xaħam: mhux inqas minn 40 % ta’ materja niexfa;

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-ġobon DOP “Pecorino Siciliano” huwa magħmul minn ħalib sħiħ tan-nagħaġ mhux ipproċessat, minn diversi razez u minn razez inkroċjati.

In-nagħaġ jingħalfu foraġġ naturali u/jew ikkultivat, għalf frisk, ħuxlief u tiben. Minn dawn l-aħħar tnejn, mill-inqas 80 % tal-materja niexfa tiġi miż-żona tal-produzzjoni identifikata fl-Artikolu 4 tad-Dokument Uniku. Dan jista’ jiġi ssuplimentat bi qmuħ ta’ ċereali, legumi u konċentrati sempliċi jew kumplessi. Meta jingħalfu n-nagħaġ, huwa pprojbit li jintuża kwalunkwe prodott li ġej minn annimali, pjanti, jew partijiet (bħal żrieragħ) ta’ pjanti tax-xnien, tapjoka u manjoka. L-użu tas-silaġġ u tas-silaġġ tal-ħuxlief imqatta’ huwa pprojbit ukoll.

It-tames użat għat-tibqit tal-ħalib huwa meħud mill-abomasa tal-ħrief tal-ħalib ta’ razez elenkati fl-Ispeċifikazzjoni. Għandu jiġi estratt fiż-żona ta’ produzzjoni ddefinita.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha fil-produzzjoni għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-ġobon DOP “Pecorino Siciliano” jista’ jinbiegħ sħiħ u/jew f’biċċiet, fit-tipi “Fresco”, “Semistagionato” u “Stagionato”. Il-biċċiet tal-ġobon ippakkjati minn qabel għandhom jinkludu parti mill-qoxra ta’ wara u/jew mill-ġenb tal-ġobon, bħala evidenza tal-oriġini tiegħu. It-tikketta mhijiex meħtieġa jekk il-prodott ikun ġie ppakkjat fil-punt tal-bejgħ, u għalhekk jitqies bħala ppakkjat minn qabel.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-marka speċifika tal-produttur (it-timbru CE) u l-marka tad-denominazzjoni tal-oriġini (it-timbru tal-kaseina) huma preżenti fuq il-ġobnijiet tat-tliet tipi li huma. Fir-rigward ta’ “Stagionato” tiżdied it-tielet marka ma’ dawn it-tnejn, fil-forma ta’ marka bil-ħruq.

L-imballaġġ tal-ġobnijiet kollha, kemm jekk sħaħ kif ukoll jekk f’biċċiet, ikollu tikketta bil-logo ta’ identifikazzjoni u bil-kliem “Pecorino Siciliano” DOP, kif ukoll l-informazzjoni meħtieġa mil-liġi. Huwa permess ukoll li jintużaw indikazzjonijiet u/jew grafika li jirreferu għal ismijiet, ismijiet kummerċjali jew marki kummerċjali kollettivi jew individwali, sakemm dawn ma jkunux ta’ natura ta’ tifħir jew li x’aktarx jiżgwidaw lix-xerrej.

Image 6

Minbarra d-denominazzjonijiet addizzjonali attribwiti lit-tliet tipi differenti (“Fresco”, “Semistagionato” u “Stagionato”), l-ebda terminu għajr dawk stabbiliti f’dan id-Dokument Uniku ma jista’ jiżdied mad-denominazzjoni “Pecorino Siciliano”. Dan jinkludi l-aġġettivi “extra”, “superiore”, “fine”, “scelto”, “selezionato”, eċċ. Huwa permess li jintużaw indikazzjonijiet li jirreferu għal ismijiet, ismijiet kummerċjali jew marki kummerċjali li mhumiex ta’ natura ta’ tifħir jew li x’aktarx jiżgwidaw lix-xerrej, sakemm id-dimensjonijiet tagħhom huma iżgħar b’mod sinifikanti minn dawk użati għal-logo tad-DOP.

Id-denominazzjoni “Pecorino Siciliano” ma tistax tiġi tradotta.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika fejn jitrabbew in-nagħaġ, il-ħalib jiġi prodott u l-“Pecorino Siciliano” jiġi pproċessat u mmaturat tkopri t-territorju kollu tar-Reġjun ta’ Sqallija.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-“Pecorino Siciliano” huwa ġobon tan-nagħaġ nofsu msajjar, prodott mill-ħalib tan-nagħaġ mhux ipproċessat. Il-proprjetajiet u l-karatteristiċi organolettiċi tal-ħalib użat għall-produzzjoni tal-ġobon huma marbutin mill-qrib mal-mergħa, li tagħti lill-ħalib karattru uniku li ma jistax jiġi replikat band’oħra. Fil-fatt, ħafna studji xjentifiċi wrew kif il-mergħa u l-pjanti tagħha jinfluwenzaw il-prodotti tal-ħalib, u jaffettwaw il-kompożizzjoni kimika u aromatika tagħhom. Barra minn hekk, l-użu ta’ tames solidu minn ħrief ta’ Sqallija jagħti lill-ġobon l-għamla enzimatika tiegħu, li hija responsabbli għall-aromi u t-togħmiet li ma jinstabux f’ġobon ieħor tan-nagħaġ. Metodu ta’ produzzjoni storiku iżda inġenjuż, li jinvolvi strumenti tradizzjonali, uħud tal-injam, jikkontribwixxi aktar għall-karattru speċjali li jagħmel il-“Pecorino Siciliano” prodott uniku.

Sqallija, li hija kkaratterizzata mit-tip ta’ pajsaġġ tagħha, hija l-post ideali għall-produzzjoni tal-“Pecorino Siciliano”. Il-parti l-aktar ’il ġewwa tal-gżira hija magħmula minn tafal mhux uniformi, ġibs u riljievi kalkarji. Iż-żona l-aktar fil-punent ta’ Sqallija u l-Gżejjer Egadi għandhom tafal u ħamrija ramlija. Il-Gżejjer Eolje u l-gżejjer ta’ Ustica u Pantelleria għandhom ħamrija vulkanika. Il-pjanuri fi Sqallija huma alluvjali u maqtugħa ħafna, b’ħamrija fertili ħafna b’livell għoli ta’ potassju. Il-mergħat naturali u kkultivati li jinsabu f’dan l-ambjent huma rikki fil-pjanti selvaġġi u ekotipi lokali, li jiddeterminaw il-proprjetajiet u l-kompożizzjoni tal-ħalib, u jagħtu lill-prodott finali t-togħma unika tiegħu.

Il-klima fiż-żona tal-produzzjoni tal-“Pecorino Siciliano” tvarja ħafna minn żona tal-gżira għall-oħra, grazzi għal-latitudni u t-topografija distintiva tagħha. Madankollu, din hija klima Mediterranja. Għad hemm mikroklimi varji minħabba l-pożizzjoni ħdejn xulxin tal-muntanji u l-baħar. B’mod ġenerali, iż-żoni kostali huma sħan, aridi u dejjem ventilati tajjeb, filwaqt li l-klima interna hija moderata u umda. Ix-xita hija skarsa fuq il-kosti u abbundanti fil-partijiet ogħla tal-pajjiż. Ix-xita tinżel l-aktar fix-xitwa.

It-trobbija tan-nagħaġ u l-produzzjoni tal-ġobon huma tradizzjonijiet antiki fi Sqallija. Anki llum, it-trobbija ssir tradizzjonalment, f’kumpartimenti li jipprovdu l-kenn meħtieġ għall-benessri tal-annimali. Dan għandu effetti pożittivi fuq il-kwalità tal-ħalib li jipproduċu, li jagħti lill-“Pecorino Siciliano” il-karattru distintiv tiegħu.

Il-“Pecorino Siciliano” huwa marbut b’mod inseparabbli mal-kundizzjonijiet partikolari tal-ħamrija tal-gżira, l-għelejjel tal-għalf lokali, il-metodi ta’ produzzjoni, il-popolazzjoni indiġena tan-nagħaġ u l-atmosfera trasformattiva, li fiha jgħixu ċerti razez omnipreżenti ta’ mikroflora, li għandhom tali effett fuq il-ġobon lokali li jagħmluh uniku.

L-oriġini ta’ dan il-ġobon intilfu maż-żmien. Imorru lura għal meta kull raħħal tan-nagħaġ beda jibdel il-ħalib tiegħu f’“Pecorino Siciliano”, billi juża t-tekniki l-qodma u fuq kollox it-tagħmir storiku tal-injam, jiġifieri l-bettija għat-tibqit tal-ħalib u t-tilari tal-injam għall-maturazzjoni tal-ġobon.

Il-produzzjoni ta’ dan il-ġobon għalhekk tikkostitwixxi wirt storiku u kulturali mhux ikkontestat u esklussiv fi Sqallija, kif ukoll sors ta’ kummerċ solidu u dejjem jikber.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test ikkonsolidat tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jista’ jiġi kkonsultat fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335”

jew inkella:

billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq fil-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


18.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/38


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fi Speċifikazzjoni tal-Prodott, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 170/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FI SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

FRAISE DU PÉRIGOR D

Nru tal-UE: PGI-FR-0133-AM01 – 11.8.2017

DOP () IĠP (X)

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Union Interprofessionnelle de la Fraise du Périgord (UIFP)

Mairie de Vergt

24 380 VERGT

FRANCE

Tel. +33 622062573

Posta elettronika: contact@fraiseduperigord.com

Kompożizzjoni u interess leġittimu: L-assoċjazzjoni tiġbor flimkien il-produtturi u l-konsenjaturi tal-“Fraise du Périgord”. Għalhekk, hija għandha d-dritt leġittimu li titlob l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

☐ Isem il-prodott

☒ Deskrizzjoni tal-prodott

☒ Żona ġeografika

☒ Prova tal-oriġini

☒ Metodu ta’ produzzjoni

☒ Rabta

☒ Tikkettar

☒ Oħrajn: it-tħassir tas-sommarju tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-aġġornament tad-dettalji, it-tip ta’ prodott, l-imballaġġ, l-istrutturi ta’ kontroll, ir-rekwiżiti nazzjonali, l-aġġornament tad-Dokument Uniku.

4.   Tip ta’ emenda/i

☒ Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

☐ Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti), li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

L-għan tal-applikazzjoni għal emendi huwa, minn naħa, li jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ u, min-naħa l-oħra, li jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li saru neċessarji minħabba tibdil fil-kontenut tal-IĠP (id-data ta’ reġistrazzjoni tal-IĠP tmur lura għall-2004).

5.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Din il-parti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott inkitbet u ġiet emendata mill-ġdid biex tiffoka fuq id-deskrizzjoni tal-prodott “Fraise du Périgord”. Għaldaqstant, tneħħiet id-definizzjoni tad-dizzjunarju ta’ frawla.

Id-deskrizzjoni mogħtija fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ tinbidel b’dan li ġej:

“Il-“Fraise du Périgord” titkabbar fil-miftuħ u tinġabar meta tkun misjura.

Il-“Fraise du Périgord” ġejja minn varjetajiet magħżula għall-potenzjal tat-togħma tagħhom mill-Kumitat Interprofessjonali għall-Approvazzjoni tal-varjetajiet tal-grupp. Unità tal-bejgħ għandha tinkludi biss frawli tal-istess varjetà.

Il-“Fraise du Périgord” hija b’saħħitha, mhux deformata, tleqq u mhix imħassra. Hija għandha kontenut minimu ta’ zokkor (il-valur Brix) fiss għal kull perjodu ta’ qtugħ u għal kull varjetà. Il-kulur, id-daqs u l-maturazzjoni huma uniformi. Dawn jagħmlu parti mill-kategorija “ulterjuri” jew “I”.

Il-“Fraise du Périgord” tiġi ppreżentata friska jew iffriżata.

Il-frawli frisk irid ikollu zokk frisk u aħdar. Dan jiġi ppreżentat b’attenzjoni, ikun xi jkun it-tip ta’ imballaġġ użat.

Il-frawli ffriżat jista’ jkun sħiħ jew imqatta’, bil-werqa jew mingħajrha.”

L-emenda prinċipali hija ż-żieda ta’ frawli tat-tip iffriżat.

Biż-żieda tat-tip iffriżat, il-frawli ffriżat se jkun jista’ jintuża mill-industrija agroalimentari, li min-naħa tagħha tixtieq tenfasizza l-oriġini tal-frawli li tuża wara l-iffriżar, b’mod partikolari, biex isir il-ġamm. Ix-xiri ta’ frawli ffriżat jippermetti lill-proċessuri jqassmu l-produzzjoni tagħhom billi jiżguraw il-kwalità ta’ prodott li jitħassar malajr (fi ftit jiem).

L-iffriżar rapidu jikkonċerna biss il-frawli li jissodisfa l-kriterji biex jinbiegħ frisk bl-IĠP. Ma hemmx differenza fil-kundizzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-għażla. Din l-emenda ma taffettwax ir-rabta mal-oriġini tal-“Fraise du Périgord”.

Il-proċess ta’ ffriżar rapidu irid isir fi żmien qasir (72h) sabiex ma tiġix affettwata t-togħma tal-“Fraise du Périgord”, li hija karatteristika ewlenija tar-reputazzjoni tiegħu.

It-testijiet li saru mill-grupp stabbilew li l-proċess ta’ ffriżar rapidu ma kienx ta’ ħsara għall-karatteristiċi organolettiċi (il-kontenut ta’ zokkor, il-maturazzjoni uniformi, eċċ.) u ma wassalx għal agglomerazzjoni ta’ frott li tista’ taffettwa l-kwalità tal-preżentazzjoni tal-prodotti (il-kulur, id-daqs, eċċ.). Il-“Fraise du Périgord” jibqa’ b’saħħtu, mhux deformat, ileqq u mhux imħassar.

Id-deskrizzjoni tiddistingwixxi l-karatteristiċi ġenerali tal-“Fraise du Périgord”, kemm jekk frisk kif ukoll jekk iffriżat, u mbagħad telenka d-differenzi li jirriżultaw mill-kummerċjalizzazzjoni ta’ frawli frisk jew iffriżat.

Il-“Fraise du Périgord” iffriżat jista’ jiġi ppreżentat sħiħ jew imqatta’, bil-werqa jew mingħajrha, filwaqt li l-“Fraise du Périgord” frisk jiġi ppreżentat sħiħ b’zokk frisk u aħdar.

Fid-deskrizzjoni ġenerali, ġie miżjud li “l-“Fraise du Périgord” jitkabbar fil-miftuħ”. Din iż-żieda tenfasizza karatteristika speċifika tal-produzzjoni tal-“Fraise du Périgord” li hija diġà inkluża fl-iskeda sommarja ppubblikata u fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda li ma ġietx enfasizzata fit-taqsima tad-deskrizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-istess japplika għall-karatteristika “Unità tal-bejgħ għandha tinkludi biss frawli tal-istess varjetà”. F’din is-sentenza, it-terminu “unità tal-bejgħ” issostitwixxa t-terminu “tilar” li sar restrittiv wisq. B’din l-emenda se jkun possibbli li l-“Fraise du Périgord” jiġi ppreżentat f’kontenituri li mhumiex tilari u li l-aspettattivi tal-konsumatur jintlaħqu b’mod aħjar.

It-termini użati biex jiddeskrivu l-“Fraise du Périgord” inġabru fil-qosor fis-sentenza li ġejja: “Il-“Fraise du Périgord” huwa b’saħħitu, mhux deformat, ileqq u mhux imħassar. Tħassar il-kliem “Id-dehra trid tkun tleqq. Il-forma trid tkun uniformi, mingħajr ebda difett (eż: “crêtes de coq”, ...) Il-frawli ma jridx ikun imħassar u ma jridx ikollu sinjali ta’ mard. Il-frawli jrid ikun sod meta jintmess”. Madankollu, dawn l-elementi huma inklużi fis-sentenza kkwotata hawn fuq bl-aġġettivi “b’saħħitu, mhux deformat, ileqq u mhux imħassar”.

Tneħħiet ukoll ir-referenza għall-kulur “aħmar jgħajjat”. Din ma kinitx tikkorrispondi ma’ kriterju reali, billi l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ tispeċifika li dan il-kriterju jista’ jvarja skont il-varjetajiet. L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott il-ġdida issa tindika li l-“Fraises du Périgord”“għandhom ukoll kulur uniformi, li huwa karatteristiku tal-varjetà u li jikkonforma mas-sistema ta’ approvazzjoni”.

Il-paragrafu li ġej tħassar minħabba li l-lista ta’ varjetajiet għandha biss valur indikattiv, tista’ tinbidel u l-proċess ta’ għażla jaqa’ taħt il-metodu ta’ produzzjoni:

“Kwalunkwe varjetà ġdida inkluża fil-lista ta’ varjetajiet eliġibbli għall-IĠP se tkun soġġetta għal emenda għall-IĠP.

Il-varjetajiet magħżula mir-rikonoxximent tal-IĠP huma:

għall-produzzjoni fil-bidu tar-rebbiegħa sal-31 ta’ Ottubru: Gariguette, Elsanta, Darselect, Seascape u Mara des Bois,

għall-produzzjoni mill-15 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Ottubru: Selva.”

Il-kriterji ta’ approvazzjoni fl-istazzjon tal-lottijiet tal-frawli fornuti mill-operaturi ġew imċaqalqa, u issa huma inklużi fit-taqsima metodu ta’ produzzjoni.

Il-punt “deskrizzjoni” tad-Dokument Uniku juża l-formulazzjoni l-ġdida tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Fir-rigward tal-iskeda sommarja, din l-emenda tinkludi ż-żieda ta’ elementi dwar il-frawli ffriżat u t-tneħħija tal-obbligu li l-frawli jinbiegħ f’tilar ta’ 250 jew ta’ 500 g, li sar restrittiv wisq mil-lat kummerċjali.

5.2.   Żona ġeografika

Id-delimitazzjoni taż-żona ġeografika ma nbidlitx. L-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku huma formali: il-lista tal-cantons u tal-muniċipalitajiet ġiet issostitwita b’lista tal-muniċipalitajiet kollha, mingħajr ma ġie mmodifikat il-perimetru. Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ ġiet miżjuda muniċipalità (Saint Pantaly d’Ans) li għalkemm tinsab imdawra bl-art fiż-żona u b’hekk tidher fuq il-mappa, ma ġietx elenkata qabel minħabba negliġenza. Il-mappa li turi ż-żona ġeografika ġiet issostitwita b’mappa ġdida li tinqara aktar faċilment.

L-elementi tal-parti deskrittiva taż-żona ġeografika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ u tal-iskeda sommarja tħassru. Inżammu biss l-elementi deskrittivi taż-żona ġeografika ta’ produzzjoni tal-“Fraise du Périgord” u li tmexxew għall-Kapitolu 6 li jirrigwarda l-elementi li jiġġustifikaw ir-rabta mal-oriġini ġeografika. Tħassru l-kunsiderazzjonijiet ġenerali mingħajr ebda rabta diretta mal-preżentazzjoni taż-żona ġeografika tal-“Fraise du Périgord”.

5.3.   Prova tal-oriġini

Il-paragrafu li ġej “lista ta’ produtturi taż-żona demarkata”:

“Il-produtturi tal-frawli maħsuba għall-IĠP iridu jkunu jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni demarkata qabel u jridu jikkonformaw ma’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Il-produtturi huma inklużi f’lista aġġornata mill-istrutturi tal-kummerċjalizzazzjoni.”

Jinbidel b’paragrafu ġdid li jirriżulta minn dispożizzjonijiet regolatorji nazzjonali:

“Kull operatur involut fil-kundizzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-ippakkjar tal-IĠP “Fraise du Périgord” huwa obbligat li jidentifika lilu nnfisu mal-grupp għall-awtorizzazzjoni qabel ma jibda l-attività kkonċernata.” ”.

Il-paragrafu “produzzjoni f’irqajja’ ta’ art irreġistrati li jinsabu fiż-żona demarkata” ġie mċaqlaq għat-taqsima metodu ta’ produzzjoni:

“Il-FRAISES DU PÉRIGORD ġejjin minn irqajja’ ta’ art magħżula u rreġistrati kull sena. Il-kriterji tal-għażla u l-identifikazzjoni tal-irqajja’ ta’ art huma kif ġej:

il-pożizzjoni ġeografika tar-roqgħa art: fiż-żona demarkata

il-karatteristika tar-roqgħa art: ħamrija li tista’ tissaħħan faċilment u li tiflaħ għall-għargħar

Kull roqgħa art irreġistrata maħsuba għall-produzzjoni tal-frawli tiġi identifikata bin-numru katastali tagħha.”

Il-paragrafu “Traċċabbiltà tal-produzzjoni għall-bejgħ” tħassar u ġie ssostitwit.

Il-paragrafu li ġej ġie miżjud fil-bidu ta’ din it-taqsima tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, sabiex ifakkar l-għan tal-proċedura ta’ traċċabbiltà stabbilita fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“Mill-qtugħ ’il quddiem, tiġi żgurata traċċabbiltà ’l fuq u ’l isfel tal-lottijiet, bil-għan li:

Isir intraċċar mill-konsumatur sal-produttur;

Il-produttur ikun jista’ jsib l-irqajja’ ta’ art għall-kultivazzjoni li jkunu nħasdu f’data partikolari;

Jinstabu lottijiet fil-livell ta’ kummerċjalizzazzjoni minn numru tal-lott ta’ produttur.”

Id-definizzjoni tal-lott li kienet inkluża fil-metodu ta’ produzzjoni tmexxiet hawnhekk u ġiet issupplimentata bl-unitajiet tal-ħin u l-post:

“Lott ta’ frawli huwa ddefinit bħala l-kwantità ta’ prodott li ġej minn produttur wieħed, li jinqata’ f’nofs ġurnata fuq roqgħa art għall-kultivazzjoni waħda u li jinkiseb minn varjetà waħda.” “

F’din id-definizzjoni, ir-referenza għar-roqgħa art “katastali” hija ssostitwita b’referenza għar-roqgħa art “għall-kultivazzjoni” skont id-definizzjoni mogħtija fit-taqsima metodu ta’ produzzjoni. Roqgħa art għall-kultivazzjoni tista’ tkopri roqgħa art katastali waħda jew aktar, din ir-referenza hija aktar konsistenti fir-rigward tal-kontroll minħabba li tikkorrispondi għal unità ta’ produzzjoni.

B’rabta mat-taqsima “deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni”, ġie miżjud l-obbligu li jinżamm ġurnal tal-operazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni.

“Il-prattiki ta’ kultivazzjoni ta’ kull roqgħa art għandhom jiġu rreġistrati, ikun xi jkun il-mezz użat (karta jew kompjuter), fir-reġistru tal-operazzjonijiet. Din ir-reġistrazzjoni tagħmilha possibbli li jkunu magħrufa l-operazzjonijiet u l-interventi kollha mwettqa fuq kull roqgħa art għall-kultivazzjoni.

L-irqajja’ ta’ art għall-kultivazzjoni jiġu rreġistrati kull sena f’dan ir-reġistru qabel il-kultivazzjoni.”

Ġie miżjud paragrafu biex tiġi ddefinita “in-nota tat-twassil”, li ssostitwiet il-“fajl tal-palit tal-kunsinna”. Illum, dan huwa t-terminu użat fis-settur għal dan id-dokument, li l-kontenut tiegħu qed jinżamm u jiġi ssupplimentat bl-obbligu li jiġi indikat in-numru jew ir-referenza tar-roqgħa art għall-kultivazzjoni. Il-kjarifika dwar it-tip ta’ imballaġġ “tilar ta’ 500 jew 250 g” tħassret b’rabta mat-tħassir tat-terminu “tilar” diġà indikat.

L-istess japplika għall-paragrafu dwar “l-iskeda ta’ approvazzjoni” li ssostitwixxa l-“fajl tal-palit”. Illum, dan huwa t-terminu użat fis-settur għal dan id-dokument, li l-kontenut tiegħu qed jinżamm u jiġi ssupplimentat bl-obbligu li jiġi indikat il-ħin tal-kunsinna u li jiġu ssodisfati dawn il-kriterji differenti:

in-numru jew ir-referenza tar-roqgħa art għall-kultivazzjoni

il-kontenut ta’ zokkor

it-temperatura tal-frott

l-identifikazzjoni tal-kontrollur

in-nota ta’ approvazzjoni għal kull wieħed mill-kriterji tas-sistema ta’ approvazzjoni

l-approvazzjoni tal-IĠP “Fraise du Périgord”.

Barra minn hekk, sabiex titjieb it-traċċabbiltà, ġie miżjud li:

“Kull lott għandu jiġi identifikat bin-numru tal-iskeda ta’ approvazzjoni stabbilita mal-wasla tal-lott”.

Inżamm l-obbligu li jkun hemm numru li jippermetti li l-produttur jiġi identifikat fuq l-unitajiet tal-imballaġġ. It-terminu “unità tal-bejgħ għall-konsumatur” issostitwixxa t-terminu “tilar” skont il-bqija tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Żdied paragrafu biex jiddefinixxi “in-nota tal-kunsinna u/jew il-fattura” li ssostitwiet in-“nota tad-dispaċċ”. Illum, dan huwa t-terminu użat fis-settur għal dan id-dokument, li l-kontenut tiegħu huwa speċifikat, inkluż għall-frott maħsub għall-iffriżar rapidu:

“Dan għandu jinkludi: in-numru tal-iskeda ta’ approvazzjoni (numru tal-lott), l-isem tal-varjetà, it-tip ta’ imballaġġ, il-kwantità, id-data u l-ħin tad-dispaċċ.”

Fl-aħħar nett, ġie miżjud paragrafu għall-monitoraġġ tal-prodott iffriżat:

“Il-proċessur għandu jkollu rendikont tal-ħażniet.

Kull lott iffriżat għandu jkun identifikat b’formola tal-ħażna, li għandha tinkludi:

Numru tal-palit fl-unità ta’ ffriżar rapidu

Numru tal-palit tal-klijent (jekk ikun hemm)

Numru tan-nota tal-kunsinna

Isem il-prodott/il-varjetà

Numru ta’ pakketti

Piż nett wara l-iffriżar rapidu

Data u ħin tal-iffriżar rapidu

Data ta’ Durabbiltà Minima (DDM)”

Fl-aħħar nett, ġie miżjud ukoll perjodu ta’ arkivjar ta’ dokumenti sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ:

“Id-dokumenti li jiżguraw it-traċċabbiltà ta’ kull lott għandhom jiġu arkivjati mill-inqas għal sentejn mill-operaturi kollha kkonċernati.”

Dawn l-emendi kollha huma maħsuba biex itejbu t-traċċabbiltà u jiffaċilitaw il-verifiki billi jiġu speċifikati r-reġistrazzjonijiet li jridu jsiru.

5.4.   Metodu ta’ produzzjoni

Din it-taqsima nkitbet mill-ġdid sabiex ittejjeb l-organizzazzjoni, il-kontenut u l-kontrollabbiltà tagħha. B’riżultat ta’ dan, il-kapitoli preċedenti kollha tħassru u ġew issostitwiti Madankollu, għandu jiġi nnotat li, f’termini sostantivi, din il-kitba mill-ġdid ma titfa’ ebda dubju fuq il-punti ewlenin tal-IĠP: frawli mkabbar fil-miftuħ, irqajja’ ta’ art magħżula u rreġistrati, varjetajiet magħżula, qtugħ bl-idejn meta l-frawli jkun misjur.

Identifikazzjoni tal-irqajja’ ta’ art:

Ġiet miżjuda definizzjoni tar-roqgħa art għall-kultivazzjoni skont id-definizzjoni tal-lott għat-traċċabbiltà tal-prodott. Din id-definizzjoni hija:

“Roqgħa art għall-kultivazzjoni hija ddefinita b’sett ta’ serer li għandhom l-istess prattika (tkun xi tkun it-tip ta’ pjanta) f’termini ta’ fertilizzazzjoni, tisqija u trattamenti fitosanitarji, u fejn kull serra jkollha sistema ta’ tisqija lokalizzata. F’roqgħa art għall-kultivazzjoni waħda, għandu jkun hemm varjetà waħda biss.”

Il-proċedura tal-għażla u ta’ identifikazzjoni annwali tal-irqajja’ ta’ art ġiet ikkompletata.

Ir-referenza għar-roqgħa art “għall-kultivazzjoni” ġiet miżjuda skont id-definizzjoni ta’ hawn fuq.

Il-kunċett ta’ inventarju annwali ġie miżjud biex jiċċara l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-operaturi.

Il-kriterji tal-għażla ġew ikkompletati (ħamrija ramlija, li tiskula, mhux kalkarja) skont il-karatteristika speċifika taż-żona ġeografika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-elementi ġeoloġiċi u pedoloġiċi deskritti.

“L-irqajja’ ta’ art għall-kultivazzjoni għandhom jintgħażlu u jiġu rreġistrati kull sena.

Il-produtturi għandhom iwettqu inventarju tal-irqajja’ ta’ art maħsuba għall-kultivazzjoni tal-“Fraise du Périgord”, kull sena, qabel il-kultivazzjoni, flimkien mat-tekniku ddelegat mill-grupp.

It-tekniku għandu jqis il-kriterji li ġejjin: ħamrija magħżula bir-reqqa fuq il-bażi tal-karatteristiċi pedoklimatiċi tagħha (ħamrija ramlija, li tiskula, mhux kalkarja). L-artijiet magħżula għandhom jissaħħnu faċilment u jkunu jifilħu għall-għarar, filwaqt li jkollhom ħamrija b’pH aċiduż favorevoli għall-kultivazzjoni tal-frawli.”

Ġew ipprovduti dettalji dwar ir-riġenerazzjoni tal-irqajja’ ta’ art. In-newba tal-uċuħ tar-raba’ nżammet filwaqt li t-tul tal-perjodu ta’ mistrieħ żdied (daqs il-perjodu tat-tħawwil tal-pjantaġġun tal-frawli). It-trattament tal-ħamrija issa jiġi kkontrollat mill-grupp, li jipprovdi lill-operaturi lista ta’ prodotti elenkati.

“Riġenerazzjoni tal-irqajja’ ta’ art tista’ titwettaq qabel kull tħawwil ġdid, sabiex jiġu indirizzati l-problemi ta’ tnaqqis tal-ħamrija jew ta’ monokultura marbuta ma’ sistemi ta’ tkabbir preċedenti:

jew permezz tal-użu tan-newba tal-uċuħ tar-raba’. F’dan il-każ, il-ħin ta’ mistrieħ tal-ħamrija għandu jkun tal-inqas daqs il-perjodu tat-tħawwil tal-pjantaġġun tal-frawli.

jew permezz tat-trattament tal-ħamrija. Il-preparazzjoni tal-ħamrija tiffavorixxi, kemm jista’ jkun, diżinfezzjonijiet ħfief (b’mod partikolari bil-fwar). Fil-każ ta’ trattament tal-ħamrija, il-prodotti użati għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-prodotti msemmija mill-grupp.”

Fertilizzazzjoni – tisqija – protezzjoni tal-pjanti

Ġew miżjuda l-elementi koperti mill-analiżi tal-ħamrija mwettqa għal kull roqgħa art ġdida fil-pjantaġġun tal-frawli. Din l-analiżi mbagħad isservi bħala bażi biex qabel kull tħawwil annwali tal-pjanti tal-frawli jitwettqu l-emenda tal-ħamrija u l-fertilizzazzjoni.

Din id-dispożizzjoni hija fformulata kif ġej:

“Qabel kull tħawwil, il-produtturi għandhom iħejju jew ikunu ħejjew permezz ta’ tekniku ddelegat mill-grupp, pjan ġenerali għall-emenda tal-ħamrija u l-fertilizzazzjoni.

Dan huwa bbażat fuq ir-riżultati ta’ analiżi sħiħa tal-ħamrija (analiżi tal-fertilità), imwettqa għal kull roqgħa art ġdida fil-pjantaġġun tal-frawli. Din l-analiżi tindika l-pentossidu tal-fosforu (P2O5), il-klorur tal-potassju (K2O), il-manjeżja (MgO) u l-ġir (CAO) ekwivalenti disponibbli fil-ħamrija kif ukoll il-pH.”

It-tisqija permezz ta’ sistema ta’ tisqija lokalizzata li tqis in-natura tal-ħamrija ġiet miżjuda, u tissupplimenta d-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li tipprovdi tisqija li hija kkontrollata b’mod sħiħ biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-pjanta.

“It-tisqija permezz ta’ sistema ta’ tisqija lokalizzata hija obbligatorja.”

Peress li d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-pjanti ma nbidlux, dawn baqgħu identiċi.

Materjal tal-pjanti

L-elementi relatati mal-varjetajiet inklużi fit-taqsima tad-deskrizzjoni tal-prodott ġew ittrasferiti għal din il-parti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott mingħajr ma ġew emendati. Dawn jiddeskrivu l-metodu ta’ produzzjoni u mhux tal-prodott.

Il-“Fraise du Périgord” ġej minn:

pjanti ċċertifikati

varjetajiet inklużi fil-lista ta’ varjetajiet magħżula mill-grupp.

Il-varjetajiet għandhom jintgħażlu minn Kumitat Interprofessjonali għall-Approvazzjoni tal-varjetajiet fuq il-kriterji li ġejjin, evalwati meta l-varjetajiet il-ġodda jkunu qed jiġu ttestjati mill-produtturi:”

Din il-parti ġiet issupplimentata minn kriterji tal-għażla tal-varjetajiet li jinkludu kemm l-elementi deskrittivi tal-“Fraise du Périgord” kif ukoll il-kriterji ta’ approvazzjoni:

“Dehra: Kulur, forma, tleqqija u daqs,

Il-kontenut ta’ zokkor: mill-inqas 6 sa 6,5° Brix skont il-varjetajiet,

Adegwatezza għall-konservazzjoni,

Togħma tajba.”

Barra minn hekk, ġew miżjuda dettalji dwar il-funzjonament tal-Kumitat Interprofessjonali għall-Approvazzjoni tal-varjetajiet.

“Dan il-kumitat, li huwa magħmul minn 7 persuni li fil-biċċa l-kbira huma produtturi u konsenjaturi, jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena sabiex jiddeterminaw l-emendi li jridu jsiru fil-lista ta’ varjetajiet magħżula: varjetajiet ġodda jew it-tneħħija ta’ varjetajiet irreġistrati. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’maġġoranza tal-membri preżenti.”

Il-lista ta’ varjetajiet tneħħiet mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (deskrizzjoni tal-prodott) minħabba li din kellha biss valur indikattiv f’mument partikolari. Fil-fatt, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott diġà pprevediet il-possibbiltà ta’ bidliet f’din il-lista. Ġie miżjud li l-bidliet fil-lista għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi, il-korp ta’ kontroll u l-INAO qabel il-bidu tas-sena ta’ tħawwil li jmiss.

“Il-bidliet fil-lista għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi, il-korp ta’ spezzjoni u l-INAO qabel il-bidu tas-sena ta’ tħawwil li jmiss mill-grupp.”

Bħal fit-taqsima “deskrizzjoni tal-prodott”, il-kultivazzjoni fil-miftuħ, li hija implikata biss fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ, hija spjegata u ssupplimentata bl-obbligu ta’ kultivazzjoni f’raddi. Ġiet miżjuda d-data tal-installazzjoni tas-serer. Għalhekk, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tispeċifika li:

“Din hija kultivazzjoni fil-miftuħ li titwettaq għall-kenn sa mhux aktar tard mit-twarrid.

Il-pjanti tal-frawli jitkabbru f’raddi sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-iskular tal-ħamrija.”

Dawn il-prattiki ġew ikkjarifikati minħabba li jagħmlu parti mill-għarfien espert użat mill-produtturi li jikkontribwixxu għall-kwalitajiet tal-“Fraise du Périgord”.

Id-densità tat-tħawwil hija l-istess (≤ 6 piedi għal kull metru kwadru kenni).

Qtugħ

Ġie miżjud li “dan l-istadju jinvolvi l-ġbir, it-tqegħid tal-frott f’unità tal-bejgħ u t-trasport tiegħu lejn l-istazzjon.”. L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija ssupplimentata biex tiċċara li l-qtugħ isir bl-idejn f’konformità mat-taqsima “Rabta” u mal-għarfien espert ta’ dawk li jiġbru l-frott, li l-ħiliet tal-qtugħ tagħhom huma essenzjali għall-kwalità tal-prodott. Il-frawli jinqata’ bl-idejn direttament fl-unità tal-bejgħ, filwaqt li tingħata l-akbar attenzjoni għall-preżentazzjoni u l-kwalità tiegħu. Xogħolhom jiġi ġġudikat min-nota ta’ approvazzjoni.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata biex it-terminu “tilar” jiġi ssostitwit b’“unità tal-bejgħ” u biex jitneħħa l-piż ta’ 250 jew 500 g li huwa restrittiv wisq mil-lat kummerċjali. L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma tiddefinixxix it-tipi differenti ta’ unità tal-bejgħ iżda tistabbilixxi piż massimu (10 kg) b’kundizzjonijiet biex jiġi limitat it-tgħaffiġ tal-frott.

Għalhekk, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tispeċifika li:

“Il-frawli jinqata’ bl-idejn direttament fl-unità tal-bejgħ tiegħu, b’piż massimu ta’ 10 kg netti. Il-frawli jista’ jitpoġġa flimkien f’massimu ta’ 3 saffi biex ma jitgħaffiġx.

Unità tal-bejgħ għandha tinkludi biss frawli tal-istess varjetà u tal-istess kategorija.”

Ġew miżjuda wkoll kundizzjonijiet tat-temperatura għall-qtugħ minħabba li dan huwa meħtieġ għall-kwalità tal-frawli u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għal dawk li jiġbru l-frott biex ma jiġbrux frott meta tkun wisq sħana. Għalhekk, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tispeċifika li:

“Il-ġbir ma għandux isir meta t-temperatura ta’ barra taqbeż it-28 °C qabel il-15 ta’ Ġunju u t-30 °C wara l-15 ta’ Ġunju, dment li s-serer ma jkollhomx temperaturi moderati.”

Fl-aħħar nett, ġie miżjud li “l-perjodu bejn il-qtugħ u l-kunsinna fl-istazzjon ma għandux jaqbeż nofs ġurnata” sabiex jiġi evitat kwalunkwe tibdil fil-prodott.

Fl-aħħar nett, skont il-parti deskrittiva, ġie miżjud li l-frawli maħsud irid ikun kiseb il-kulur karatteristiku tal-varjetà b’mod uniformi.

Wasla - dispaċċ

L-elementi relatati mal-approvazzjoni tal-frawli inklużi fit-taqsima deskrizzjoni tal-prodott ġew ittrasferiti għal din il-parti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

F’din il-verżjoni l-ġdida, il-kontroll tal-kontenut ta’ zokkor u l-approvazzjoni huma distinti, dment li, fil-prattika, dawn jitwettqu f’żewġ stadji suċċessivi. Huma biss il-lottijiet ta’ frawli li jikkonformaw mal-kontroll tal-kontenut ta’ zokkor li mbagħad jiġu soġġetti għall-approvazzjoni IĠP.

“Kull lott ta’ frawli għandu jkun soġġett għal kontroll tal-kontenut ta’ zokkor li jivverifika li l-frawli għandu kontenut minimu ta’ zokkor stabbilit f’tabella ta’ kontenut minimu ta’ zokkor għal kull varjetà u għal kull perjodu.

Din it-tabella għandha tiġi aġġornata kull darba li jkun hemm bidla fil-lista tal-varjetajiet awtorizzati. Dawn il-bidliet għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi, tal-korpi ta’ kontroll u tal-INAO mill-grupp.

Il-lottijiet ta’ frawli li l-analiżi tal-kontenut ta’ zokkor tagħhom tkun konsistenti, imbagħad jiġu soġġetti għall-proċedura ta’ approvazzjoni.”

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tirreferi għal tabella ta’ kontenut minimu ta’ zokkor għal kull varjetà u għal kull perjodu, li tinżamm aġġornata ma’ kull bidla fil-lista tal-varjetajiet awtorizzati. Dawn il-bidliet jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi, tal-korpi ta’ kontroll u tal-INAO.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ġew ikkjarifikati biex jindikaw li marka ekwivalenti għal żero, nieqes 1 (-1) jew nieqes 2 (-2) fuq kriterju wieħed tas-sistema ta’ approvazzjoni kienet eliminatorja. Għalhekk, żdied il-paragrafu li ġej:

“Sabiex il-lott ta’ frawli jkun eliġibbli għall-IĠP “Fraise du Périgord”, dan irid jikseb total ta’ mill-inqas 9 minn 15 mingħajr ebda marka ekwivalenti għal 0, -1 jew- 2.”

Il-kriterji ta’ approvazzjoni: il-kulur, il-fermezza, id-daqs, it-tleqqija, il-preżentazzjoni u l-forma ġew elenkati. Tħassar it-terminu “livelli suffiċjenti ta’ kwalità (nuqqas ta’ tħassir, mard, frott mhux misjur jew misjur iżżejjed, frott li huwa deformat severament, b’kulur ċass, artab, jew b’daqs iżgħar minn dak tas-soltu, tilari li jqarrqu bil-konsumatur). Dan ġie ssostitwit bit-terminu “stat ta’ saħħa” għall-parti ta’ mard, tħassir, tilar li jqarraq bil-konsumatur; il-kontroll tal-kontenut ta’ zokkor u tal-kulur ikopri l-każijiet ta’ frott mhux misjur jew misjur iżżejjed, il-kontroll tal-forma jkopri l-każ ta’ frott deformat, it-tleqqija tal-frott artab u, fl-aħħar nett, id-daqs tal-frott b’daqs żgħir. It-terminu “ndewwa tal-frott” ġie miżjud biex jissupplimenta l-kriterju “frawli xott/imxarrab”.

Wara l-wasla u l-approvazzjoni, il-frawli jiġi mkessaħ. Filwaqt li l-abbozz ta’ speċifikazzjoni tal-prodott jispeċifika l-kundizzjonijiet tat-tkessiħ sabiex il-frawli jżomm il-kwalitajiet kollha tiegħu, ġie miżjud li:

“Sabiex il-frawli jiġi protett minn stress mis-sħana li jikkawża ħsara irriversibbli fil-kwalità, il-veloċità tat-tkessiħ tal-frott trid tkun adattata għat-temperatura tiegħu meta jasal.

Għalhekk, jekk malli jasal, il-frawli jkollu temperatura ta’ aktar minn 20 °C, dan ma jistax jitqiegħed f’modulu dinamiku ta’ tkessiħ minn qabel b’ventilazzjoni ta’ bejn + 2 °C u + 4 °C. Fil-fatt, il-frott irid jinħażen f’kamra kiesħa “statika” b’temperatura stabbilita ta’ + 6 °C, jew f’kamra kiesħa b’ventilazzjoni mekkanika ta’ 10-12 °C biex tippermetti tnaqqis bil-mod u kostanti fit-temperatura tiegħu.”

Il-perjodu massimu għall-ħżin tal-frawli wara li jasal (48 siegħa) u t-temperatura tal-frawli fil-ħin tad-dispaċċ (bejn 6 u 12 °C) ma nbidlux.

It-temperaturi tat-trakkijiet ġew issostitwiti b’rekwiżit għall-issodisfar tal-kompitu: “it-trasport irid isir b’temperaturi kesħin.” it-temperatura ma tibqax stabbli waqt il-fażi tat-tagħbija tat-trakk meta jinfetħu l-bibien.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tħassru.

Iffriżar rapidu

Ir-raġuni ewlenija għall-applikazzjoni għal emenda tal-IĠP hija li jiġi inkluż l-iffriżar rapidu sabiex il-frawli ffriżat ikun jista’ jintuża mill-industrija agroalimentari li min-naħa tagħha tixtieq tenfasizza l-oriġini tal-frawli li tuża.

L-iffriżar rapidu ma jbiddilx il-karatteristiċi organolettiċi u tal-preżentazzjoni tal-frawli, li huma l-karatteristiċi speċifiċi tal-IĠP. Dan għandu jseħħ f’perjodu massimu ta’ 72 siegħa wara l-wasla fl-istazzjon. It-testijiet li saru mill-grupp stabbilixxew li l-proċess ta’ ffriżar rapidu ma kienx ta’ ħsara għall-karatteristiċi organolettiċi (il-kontenut ta’ zokkor, il-maturazzjoni uniformi, eċċ.) u ma wassalx għal agglomerazzjoni ta’ frott li tista’ taffettwa l-kwalità tal-preżentazzjoni tal-prodotti (il-kulur, id-daqs, eċċ.). Il-“Fraise du Périgord” tibqa’ b’saħħitha, mhux deformata, tleqq u mhix imħassra.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ġew miżjuda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“Il-frawli approvat bl-IĠP maħsub għall-iffriżar rapidu jiġi ffriżat f’perjodu massimu ta’ 72 siegħa wara li jasal fl-istazzjon; dan jinżamm imkessaħ matul dan il-perjodu.

Il-frawli jiġi ffriżat jew direttament fil-kontenitur tal-qtugħ tiegħu, jew fi “blalen” fuq tapit li jiffriża b’mod rapidu. Fil-każ ta’ dawn tal-aħħar, ladarba jiġi ffriżat, il-frawli mbagħad jiġi ppakkjat.

Id-data ta’ durabbiltà minima (DDM) ta’ frawli ffriżat hija ta’ sentejn.”

5.5.   Rabta

Dan il-kapitolu tqassam mill-ġdid fi tliet taqsimiet, biex issir distinzjoni bejn il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika, il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott u r-rabta kawżali. Dawn huma emendi testwali jew kjarifiki li ma jwasslux għal emendi sostantivi.

It-taqsima “Rabta” tad-Dokument Uniku ġiet aġġornata taħt l-istess kundizzjonijiet, b’hekk ġiet emendata u kkompletata t-taqsima “Rabta” tal-iskeda sommarja.

Il-karatteristika speċifika taż-żona tinkludi l-elementi li jillokalizzaw id-département ta’ Dordogne u li jiddeskrivuh f’aktar dettall mil-lat pedoklimatiku. It-tħawwil tal-produzzjoni tal-frawli fiż-żona mbagħad ġie deskritt minn perspettiva storika billi ġie enfasizzat l-għarfien espert tal-produtturi. Ġew enfasizzati l-ħiliet tal-kultivazzjoni fil-miftuħ (raddi, serer) u tal-qtugħ (il-qtugħ bl-idejn direttament fl-unitajiet tal-imballaġġ tagħhom).

Il-karatteristika speċifika tal-prodott tinkludi l-elementi deskrittivi tal-“Fraise du Périgord” filwaqt li tenfasizza fuq il-karatteristiċi speċifiċi tagħha. Il-“Fraise du Périgord” hija kkaratterizzata mill-mod tal-kultivazzjoni tagħha fil-miftuħ, filwaqt li l-produzzjoni mingħajr raba’ hija mifruxa fl-Ewropa, u hija distinta minn frawli standard minħabba l-kundizzjonijiet tal-qtugħ u tal-preżentazzjoni tiegħu. Sabiex jinqata’ meta jkun misjur, dan irid ikun laħaq il-kulur karatteristiku tal-varjetà magħżula, b’mod uniformi.

Ir-rabta kawżali hija bbażata fuq il-kwalità u r-reputazzjoni tal-prodott u tistabbilixxi rabta bejn in-natura tal-ħamrija, il-metodi ta’ kultivazzjoni u ta’ qtugħ u l-kwalitajiet tal-“Fraise du Périgord”.

5.6   Tikkettar

It-taqsima Tikkettar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ u tal-iskeda sommarja ġiet emendata.

L-obbligu li titwaħħal lista ta’ karatteristiċi ċċertifikati fuq it-tikketta tneħħa minħabba żviluppi leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali.

Minflok ġie miżjud l-obbligu li kull unità tal-bejgħ għall-konsumatur ikollha fuqha numru li jidentifika l-produttur.

L-inklużjoni tal-logo tal-grupp saret obbligatorja wkoll.

It-tikkettar tal-frawli ffriżat huwa soġġett għall-istess regoli u jinkludi wkoll data ta’ durabbiltà minima (DDM).

5.7   Oħrajn

Sommarju

Is-sommarju tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tneħħa.

Servizz kompetenti tal-Istat Membru

Żdiedu d-dettalji ta’ kuntatt tal-Institut national de la qualité et de l’origine (INAO) bħala s-servizz kompetenti tal-Istat Membru, skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Grupp applikanti

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp applikant ġew aġġornati. Il-parti deskrittiva tħassret.

Tip ta’ prodott

Ir-referenza għall-klassi ta’ prodott ġiet emendata biex tikkonforma mal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014.

L-imballaġġ

L-obbligu tal-imballaġġ fiż-żona diġà huwa espliċitament indikat fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ. Dan jikkonċerna biss frawli frisk, filwaqt li huwa estiż għall-frawli ffriżat. Il-frawli jiġi ffriżat jew direttament fil-kontejner tal-qtugħ tiegħu, jew fi “blalen” fuq tapit li jiffriża b’mod rapidu. Fil-każ ta’ dawn tal-aħħar, ladarba jiġi ffriżat, il-frawli mbagħad jiġi ppakkjat.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet issupplimentata bid-dokumenti ta’ prova meħtieġa, u ġie miżjud il-paragrafu li ġej:

“Il-“Fraise du Périgord” li tinbiegħ friska tiġi ppakkjata fiż-żona ġeografika demarkata. Fil-fatt, il-frawli jinqata’ direttament fl-unità tal-bejgħ tiegħu minħabba li l-frawla hija prodott fraġli ħafna u b’hekk għandu jiġi evitat kwalunkwe tqandil mhux meħtieġ tal-prodott, li jista’ jaffettwa l-kwalità u l-konservazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, l-ippakkjar fiż-żona jagħmilha aktar faċli biex jiġu ntraċċati u mmonitorjati l-prodotti.

Il-“Fraise du Périgord” tista’ tiġi ffriżata u ppakkjata barra miż-żona ġeografika.”

Korp ta’ kontroll

Skont l-applikazzjoni tar-regoli fis-seħħ fil-livell nazzjonali maħsuba biex jarmonizzaw il-formulazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ ċertifikazzjoni tħassru. Issa din l-intestatura ssemmi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti ta’ kontroll Franċiżi: L-Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) u d-Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF). L-isem u d-dettalji tal-korp ta’ ċertifikazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit tal-INAO u fuq il-bażi tad-data tal-Kummissjoni Ewropea.

Rekwiżiti nazzjonali

Fid-dawl tal-iżviluppi leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, l-intestatura “Rekwiżiti nazzjonali” hija ppreżentata fil-forma ta’ tabella bil-punti ewlenin li jridu jkunu kkontrollati u l-metodu ta’ valutazzjoni tagħhom.

Dokument Uniku aġġornat

Il-punt 4.4. dwar il-prova tal-oriġini, il-punt 4.5 dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-punt 4.7. dwar il-korpi ta’ kontroll, tħassru mid-Dokument Uniku. Dawn ma għadhomx jagħmlu parti mill-mudell previst fir-Regolament (UE) Nru 668/2014.

DOKUMENT UNIKU

“FRAISE DU PÉRIGORD”

Nru tal-UE: PGI-FR-0133-AM01 – 11.8.2017

DOP () IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Fraise du Périgord”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-“Fraise du Périgord” titkabbar fil-miftuħ u tinġabar meta tkun misjura. Din ġejja minn varjetajiet magħżula għall-potenzjal tat-togħma tagħhom. Unità tal-bejgħ għandha tinkludi biss frawli tal-istess varjetà.

Il-“Fraise du Périgord” hija b’saħħitha, mhux deformata, tleqq u mhix imħassra. Hija għandha kontenut minimu ta’ zokkor (il-valur Brix) fiss għal kull perjodu ta’ qtugħ u għal kull varjetà. Il-kulur, id-daqs u l-maturazzjoni huma uniformi. Dawn jagħmlu parti mill-kategorija “ulterjuri” jew “I”.

Il-“Fraise du Périgord” tiġi ppreżentata friska jew iffriżata.

Il-frawli frisk irid ikollu zokk frisk u aħdar. Dan jiġi ppreżentat b’attenzjoni, ikun xi jkun it-tip ta’ imballaġġ użat.

Il-frawli ffriżat jista’ jkun sħiħ jew imqatta’, bil-werqa jew mingħajrha.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-frawli għandha ssir fiż-żona ġeografika. Dan jinkludi l-istadji tat-tħawwil, tal-qtugħ u tal-approvazzjoni.

3.5.   Regoli speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Fraise du Périgord” li tinbiegħ friska tiġi ppakkjata u maħżuna qabel id-dispaċċ, fiż-żona ġeografika demarkata. Fil-fatt, il-frawli jinqata’ direttament fl-unità tal-bejgħ tiegħu minħabba li l-frawla hija prodott fraġli ħafna u b’hekk għandu jiġi evitat kwalunkwe tqandil mhux meħtieġ tal-prodott, li jista’ jaffettwa l-kwalità u l-konservazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, l-ippakkjar fiż-żona jagħmilha aktar faċli biex jiġu ntraċċati u mmonitorjati l-prodotti.

Il-frawli jinqata’ bl-idejn direttament fl-unità tal-bejgħ tiegħu, b’piż massimu ta’ 10 kg netti. Il-frawli jitpoġġa flimkien f’massimu ta’ 3 saffi biex ma jitgħaffiġx.

Unità tal-bejgħ għandha tinkludi biss frawli tal-istess varjetà u tal-istess kategorija.

Il-frawli mbagħad jinħażen f’temperatura kiesħa għal massimu ta’ 48 siegħa, qabel id-dispaċċ u qabel ma jinbiegħ lill-konsumatur. Sabiex il-frawli jiġi protett minn stress mis-sħana li jikkawża ħsara irriversibbli fil-kwalità, il-veloċità tat-tkessiħ tal-frott trid tkun adattata għat-temperatura tiegħu meta jasal.

Il-“Fraise du Périgord” jista’ jiġi ffriżat barra miż-żona ġeografika.

Il-“Fraise du Périgord” iffriżat jista’ jiġi ppakkjat barra miż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra l-informazzjoni obbligatorja prevista fir-regoli dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettar għandu jkollu l-isem irreġistrat tal-prodott u s-simbolu tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea fl-istess post viżiv.

It-tikketti mwaħħla mal-unitajiet tal-bejgħ għandu jkun fihom:

L-isem tal-IĠP: “Fraise du Périgord”

“Iċċertifikat minn: “ l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni.

Kull unità tal-bejgħ għall-konsumatur għandu jkollha numru li jidentifika l-produttur.

Għall-frawli li jinbiegħ frisk, kull unità tal-bejgħ għall-konsumatur magħluqa (għatu, film) għandu jkollha l-logo li ġej, li għandu jiġi ddefinit mill-grupp u jkun disponibbli għall-operaturi kollha. Għall-unitajiet tal-bejgħ għall-konsumatur mhux magħluqa ppakkjati fit-tilari, il-logo għandu jidher jew fuq l-unità tal-bejgħ jew fuq it-tilar.

Image 7

It-tikketta tal-frawli ffriżat għandu jkun fiha l-istess informazzjoni bħat-tikketta ta’ prodotti friski, flimkien mat-temperatura tal-ħżin u d-data ta’ durabbiltà minima (DDM).

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ta’ produzzjoni tal-“Fraise du Périgord” tinkludi parti kbira tad-département ta’ Dordogne u xi ftit muniċipalitajiet li jmissu mad-département ta’ Lot:

Id-département ta’ Dordogne

Il-cantons ta’ Bergerac-1, Bergerac-2, Coulounieix-Chamiers, Isle-Manoire, Lalinde, Montpon-Ménestérol, Pays de la Force, Périgord Central, Saint-Astier, Sarlat-la-Canéda, Vallée Dordogne, Vallée de l’Isle, Vallée de l’Homme.

Il-muniċipalitajiet ta’ Agonac, Ajat, Allemans, Antonne-et-Trigonant, Archignac, Auriac-du-Périgord, Azerat, (La)Bachellerie, Bardou, Bars, Bertric-Burée, Biras, Blis-et-Born, Boisse, (La)Boissière-d’Ans, Borrèze, Bouniagues, Bourdeilles, Bourg-des-Maisons, Bourg-du-Bost, Brantôme en Périgord (għaż-żona li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità ddegelata ta’ Saint-Julien-de-Bourdeilles fl-1 ta’ Jannar 2016), Brouchaud, Bussac, Calviac-en-Périgord, Carlux, Carsac-Aillac, (La)Cassagne, Cazoulès, Celles, Cercles, Champcevinel, (Le)Change, Chapdeuil, Chassaignes, Château-l’Évêque, Chavagnac, Chourgnac, Colombier, Coly, Comberanche-et-Épeluche, Condat-sur-Vézère, Conne-de-Labarde, Cornille, Coulaures, Coutures, Creyssac, Cubjac, (La)Dornac, Douchapt, Escoire, Faurilles, Faux, Fossemagne, Gabillou, (La)Gonterie-Boulouneix, Grand-Brassac, Granges-d’Ans, Hautefort, Issigeac, Jayac, (La)Jemaye, (Le)Lardin-Saint-Lazare, Léguillac-de-Cercles, Limeyrat, Lisle, Lusignac, Mayac, Milhac-d’Auberoche, Monbazillac, Monmadalès, Monmarvès, Monsaguel, Montagnac-d’Auberoche, Montagrier, Montaut, Nadaillac, Orliaguet, Paulin, Paussac-et-Saint-Vivien, Périgueux, Petit-Bersac, Peyrillac-et-Millac, Plaisance, Ponteyraud, Port-Sainte-Foy-et-Ponchapt, Prats-de-Carlux, Ribagnac, Ribérac, Sadillac, Saint-André-de-Double, Saint-Antoine-d’Auberoche, Saint-Aubin-de-Cadelech, Saint-Aubin-de-Lanquais, Saint-Capraise-d’Eymet, Saint-Cernin-de-Labarde, Saint-Crépin-et-Carlucet, Sainte-Eulalie-d’Ans, Saint-Geniès, Saint-Géraud-de-Corps, Saint-Julien-de-Lampon, Saint-Just, Saint-Léon-d’Issigeac, Saint-Martin-de-Gurson, Saint-Martin-de-Ribérac, Saint-Méard-de-Drône, Saint-Méard-de-Gurçon, Sainte-Mondane, Sainte-Orse, Saint-Pantaly-d’Ans, Saint-Pardoux-de-Drône, Saint-Paul-Lizonne, Saint-Perdoux, Saint-Rabier, Sainte-Radegonde, Saint-Rémy, Saint-Sulpice-de-Roumagnac, Saint-Victor, Saint-Vincent-de-Connezac, Salignac-Eyvigues, Savignac-les-Églises, Segonzac, Sencenac-Puy-de-Fourches, Simeyrols, Siorac-de-Ribérac, Temple-Laguyon, Thenon, Tocane-Saint-Apre, Tourtoirac, Trélissac, Vanxains, Veyrignac u Villetoureix.

Id-département ta’ Lot:

Il-muniċipalitajiet ta’ Anglars-Nozac, Fajoles, Gourdon, Léobard, Masclat, Milhac, Payrignac, Rouffilhac u Saint-Cirq-Madelon.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Fraise du Périgord” tikkorrispondi għaż-żona storika ta’ produzzjoni tal-frawli fil-Périgord, li fiha, il-pjantaġġuni tal-frawli jitħawlu f’artijiet partikolarment adattati għal din il-kultivazzjoni.

Iż-żona ġeografika ta’ produzzjoni tal-IĠP “Fraise du Périgord” tkopri prinċipalment iċ-ċentru u n-Nofsinhar/x-Xlokk tad-département ta’ Dordogne kif ukoll parti żgħira ħafna tad-département ta’ Lot li fin-naħa tax-Xlokk imiss mad-département ta’ Dordogne.

Il-karatteristiċi pedoġeoloġiċi taż-żona tal-produzzjoni jagħtuha pajsaġġ bl-għoljiet fil-Punent, b’aktar għoljiet fil-Lvant, bi preżenza notevoli ta’ foresta kważi-permanenti. Il-karatteristika speċifika ta’ dan ir-reġjun hija l-preżenza kważi permanenti tal-foresta li hija mħalta sew ma’ rqajja’ ta’ art ikkultivati, ħafna drabi fuq irqajja’ ta’ art li preċedentement ġew deforestati fuq l-għoljiet esposti sew.

Billi, fil-biċċa l-kbira tiegħu, il-Périgord jagħti lejn l-Oċean, huwa soġġett għal klima oċeanika moderata. It-temperatura medja hija ta’ madwar 12 °C, mingħajr ebda varjazzjoni sinifikanti fis-sena. L-ammont ta’ xita huwa għoli: 800 sa 900 mm fis-sena.

Il-kultivazzjoni tal-frawli feġġet f’Dordogne lejn tmiem is-seklu XIX iżda b’mod limitat ħafna. Kien wara t-Tieni Gwerra Dinjija li ġiet stabbilita kultivazzjoni tal-frawli ġenwina fuq il-ħamrija ħafifa, ramlija u aċiduża tal-għoljiet ta’ Eglise-Neuve de Vergt.

Fis-sittinijiet, il-produtturi għarfu l-ħtieġa li jirrinforzaw il-pjantaġġuni li kienu naqsu relattivament malajr minħabba t-tnaqqis tal-ħamrija. Għalhekk, sabiex ikun hemm ħamrija ġdida, dawn bdew iqaċċtu s-siġar tal-qastan u għarfu li din it-tip ta’ ħamrija mogħnija b’elementi organiċi kienet perfettament adattata għall-kultivazzjoni tal-frawli: il-produzzjoni laħqet l-1 000 tunnellata fl-1960. L-Union Interprofessionnelle de la Fraise du Périgord (UIFP) ġiet stabbilita fl-1988; din tlaqqa’ flimkien produtturi, kooperattivi, is-suq ta’ Vergt u l-konsenjaturi privati.

In-natura twila tal-produzzjoni u l-istabbiliment ta’ strutturi professjonali speċifiċi ppermettew l-iżvilupp ta’ prattiki komuni abbażi tal-għarfien tal-produtturi tal-“Fraise du Périgord” fl-għażla tal-irqajja’ ta’ art (in-natura tal-ħamrija) u tal-varjetajiet (il-varjetajiet tat-togħma), il-ħiliet tal-kultivazzjoni (raddi, serer) u tal-qtugħ (qtugħ bl-idejn direttament fl-unitajiet tal-imballaġġ) Dawn l-użi ta’ produzzjoni għamluha possibbli li tinkiseb frawla ta’ kwalità, li l-kundizzjonijiet tal-ħażna tagħha qabel id-dispaċċ huma wkoll ikkontrollati minħabba l-fraġilità tagħha.

Karatteristiċi speċifiċi tal-prodott

Il-“Fraise du Périgord” hija kkaratterizzata mill-mod tal-kultivazzjoni tagħha fil-miftuħ, filwaqt li l-produzzjoni mingħajr raba’ hija mifruxa fl-Ewropa, u hija distinta minn frawli standard minħabba l-kundizzjonijiet tal-qtugħ u tal-preżentazzjoni tiegħu. Sabiex jinqata’ meta jkun misjur, dan irid ikun laħaq il-kulur karatteristiku tal-varjetà magħżula, b’mod uniformi.

Il-“Fraise du Périgord” tinġabar bl-idejn direttament fl-unità tal-bejgħ tagħha, filwaqt li tingħata l-akbar attenzjoni għall-preżentazzjoni tagħha. Hija f’saħħitha, mhux deformata u tleqq. Din hija frawla li titpoġġa flimkien b’attenzjoni skont id-daqs u li, fl-akbar kontenituri, ma jkollhiex aktar minn tliet saffi fuq xulxin biex ma titgħaffiġx. Il-kulur, id-daqs u l-maturazzjoni tagħha huma uniformi.

Rabta kawżali

Ir-rabta kawżali hija bbażata fuq il-kwalità u r-reputazzjoni tal-“Fraise du Périgord”

Il-kundizzjonijiet pedoklimatiċi taż-żona huma favorevoli għall-produzzjoni tal-“Fraise du Périgord”. Ġeneralment, din tiġi kkultivata fuq l-għoljiet, ta’ spiss fuq irqajja’ ta’ art li qabel ikunu ġew deforestati, jiġifieri, b’ħamrija “ġdida” u jkunu esposti għax-xemx għal maturazzjoni tajba. Il-ħamrija tintgħażel skont il-karatteristiċi tagħha: ħamrija li tiskula pjuttost ramilja, b’pH kemxejn aċiduż u li ma fiha l-ebda ġir attiv. Il-pjanti tal-frawli jitkabbru f’raddi sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ skular tal-ħamrija u tiġi evitata l-asfissija tal-pjanta. Il-fertilizzazzjoni u t-tisqija lokalizzata b’kunsiderazzjoni tan-natura tal-ħamrija għandhom jiġu implimentati u kkontrollati b’mod sħiħ biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-pjanta.Fil-Périgord, il-frawli jibbenefika minn temperaturi moderati mingħajr varjazzjonijiet sinifikanti, u dan jippermetti li l-frott jikber u jsir b’mod uniformi.

Il-kultivazzjoni fil-miftuħ titwettaq għall-kenn, sa mhux aktar tard mit-twarrid, biex b’hekk il-konsumatur ikun jista’ jsib il-“Fraise du Périgord” għal mill-inqas 6 xhur tas-sena, minn April sa Ottubru. Barra minn hekk, dan il-perjodu twil ta’ produzzjoni jippermetti li jinżammu dawk il-persuni li jiġbru, li l-kompetenza tagħhom fil-qtugħ hija essenzjali għall-kwalità tal-prodott. Fil-fatt, il-frawli frisk jinqata’ bl-idejn direttament fl-unità tal-bejgħ għall-konsumatur, filwaqt li tingħata l-akbar attenzjoni għall-preżentazzjoni, il-forma u l-kulur tiegħu. Il-ġestjoni tal-pjantaġġuni tal-frawli għall-kenn tipproteġi l-frott mill-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp (riħ qawwi, xita, silġ), tiżgura li dan ikun nadif u jleqq, filwaqt li tippermettilu jikseb sħana termali, u jkun żgurat staġun tal-produzzjoni bikri u b’mod mifrux. Dan jippermetti wkoll li l-frawli jiġi protett minn sħana kbira ħafna li tista’ wkoll tbiddel il-frott. F’dan il-każ, il-produttur irid jiġbor il-frawli matul l-aktar perjodi friski u jipproteġih mis-sħana hekk kif jinġabar. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-temperaturi tal-qtugħ u tal-ħażna. B’hekk, il-frawli li jinġabar jista’ sussegwentement jiġi ffriżat, iżda f’limitu ta’ żmien li jkun kompatibbli maż-żamma tal-karatteristiċi tiegħu.

Ir-reputazzjoni tal-“Fraise du Périgord” hija attestata permezz ta’ valorizzazzjoni antika akbar. Fil-fatt, din kienet preżenti fid-diversi postijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kif tixhed il-burikba rreġistrata f’gazzetta tal-31 ta’ Mejju 1974“A Rungis, il-Fraise du Périgord tinbiegħ bejn 3,50 F u 4,80 F għal kull kg, u dik ta’ Lot-et-Garonne bejn 2,80 F u 3,80 F”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://extranet.inao.gouv.fr/fichier/CDC-FraisePerigord.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


18.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/51


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(2020/C 170/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

“SOLTVADKERTI”

PDO-HU-02171

Data tal-applikazzjoni: 28.4.2016

1.   Isem li se jiġi reġistrat

Soltvadkerti

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid frizzanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid(inbejjed)

Inbid abjad

Inbid ta’ lewn aħdar ċar jew isfar jagħti fl-aħdar b’aroma diskreta tal-fjura tal-għeneb u li jħalli togħma qarsa, aċiduża ħafna u li tibqa’ fit-tul.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

5,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid minn għeneb imqadded

Inbid ta’ kulur isfar dehbi b’aroma kumplessa, b’kontenut għoli ta’ zokkor naturali, b’konsistenza sħiħa u żejtnija u b’togħma u aroma kumplessi li jfakkruk fl-għasel u fil-frott misjur jew imqadded.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

5,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid frizzanti

Inbid frizzanti ta’ intensità medja, frisk, ħafif u vivaċi, li t-togħma tiegħu ddum fil-ħalq, b’kulur aħdar ċar jew isfar jagħti fl-aħdar ċar u b’togħma u aroma tipikament tal-frott li huma sodi, vivaċi, rifreskanti, aċidużi, b’riħa mhux qawwija tal-fjuri tipiċi tal-varjetà Ezerjó.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

13

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

5,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Inbid abjad u nbid magħmul minn għeneb imqadded

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

l-għeneb irid jiġi pproċessat f’jum il-ħsad;

l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet;

hija meħtieġa l-purifikazzjoni tal-most;

hija meħtieġa fermentazzjoni kkontrollata tal-most f’temperatura massima ta’ 18 °C.

Inbid frizzanti

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

hija meħtieġa fermentazzjoni fi fliexken jew f’kontenituri;

fermentazzjoni għat-tieni darba li ddum tal-inqas 3 xhur;

maturazzjoni ulterjuri f’kontenituri għal tal-inqas 6 xhur;

maturazzjoni fi fliexken għal tal-inqas 3 xhur.

Metodu ta’ kultivazzjoni tad-dwieli, spazjar u l-ammont ta’ blanzuni tad-dwieli

Il-prattika tal-kultivazzjoni

Il-metodi li ġejjin huma permessi għat-tkabbir tad-dwieli:

tkabbir bil-kuruna,

bil-kurdun fil-baxx, f’għoli medju jew fl-għoli.

Id-densità tad-dwieli għandha tkun tal-inqas 4 000 dielja/ha, filwaqt li d-distanza bejn id-dwieli għandha tkun tal-inqas 0,8 m. Ir-rata ta’ dwieli neqsin u l-proporzjon ta’ dwieli barranin kombinati f’vinja ma tistax taqbeż l-10 % tal-għadd ta’ dwieli meta ssir il-pjantazzjoni.

L-iffissar tad-data tal-ħsad

Il-prattika tal-kultivazzjoni

Id-data tal-bidu tal-ħsad tiġi ffissata mill-Komunità tal-Inbid ta’ Soltvadkert abbażi ta’ ħsad ta’ prova li jitwettaq kull ġimgħa mill-1 ta’ Awwissu. Kull prodott magħmul mill-għeneb maħsud qabel id-data tal-bidu tal-ħsad iffissata mill-Komunità tal-Inbid ma jistax jiġi kkummerċjalizzat bl-użu tat-tikketta tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ta’ Soltvadkerti. Id-data tal-ħsad tiġi ppubblikata fil-forma ta’ avviż mill-komunitajiet tal-inbid.

Il-kontenut minimu ta’ zokkor u l-qawwa alkoħolika potenzjali tal-għeneb

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Il-kontenut minimu ta’ zokkor naturali tal-għeneb fil-grad ta’ most Ungeriż (f’temperatura ta’ 17,5 °C) huwa ta’ 17 għall-inbid abjad, 20 għall-inbid minn għeneb imqadded, u 16,0 għall-inbid frizzanti.

Il-qawwa alkoħolika potenzjali minima tal-għeneb (% vol, f’temperatura ta’ 20 °C) hija ta’ 10,6 għall-inbid abjad, 12,83 għall-inbid minn għeneb imqadded, u 9,87 għall-inbid frizzanti.

b.   Rendimenti massimi

inbejjed u nbejjed frizzanti

70 hl/ha

rendiment tal-għeneb

10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Żoni fil-limiti amministrattivi tal-muniċipalità ta’ Soltvadkert li huma kklassifikati bħala Klassi I u II skont il-katast tal-vinji.

7.   Varjetà/varjetajiet ewlenija/ewlenin tal-għeneb tal-inbid

ezerjó - kolmreifler

ezerjó - korponai

ezerjó - szadocsina

ezerjó - tausendachtgute

ezerjó - tausendgute

ezerjó - trummertraube

8.   Deskrizzjoni tar-rabta(rabtiet)

Fatturi naturali (inbid u nbid frizzanti)

Iż-żona tal-produzzjoni, li tinsab bejn ix-xmajjar tad-Danubju u ta’ Tisza, tispikka qalb ir-reġjun tal-madwar. Il-karatteristiċi ekoloġiċi tagħha huma determinati l-aktar mill-fatt li tinsab fil-baxx. Il-parti l-kbira taż-żona hija bejn 110 m u 120 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. L-art hija ċatta, b’differenzi fl-altitudni ta’ mhux aktar minn 10-15-il m.

Il-firxiet ta’ ramel alluvjali huma karatteristiċi tipiċi taż-żona tal-produzzjoni, b’ħamrija tal-mergħat taħt il-wiċċ u xi bnadi bi rqajja’ tat-trab kalkarju. Il-ħamrija ramlija tipikament tisħon malajr, il-kuluri jgħajtu tagħha jirriflettu aħjar id-dawl tax-xemx, li jgħin l-għeneb jimmatura; minħabba l-kontenut ta’ kwarz tagħha ta’ aktar minn 75 %, il-ħamrija hija immuni għall-fillosera. Bis-saħħa tal-kontenut ta’ minerali tagħha, il-kapaċità ta’ nutrijenti tal-ħamrija ta’ taħt il-wiċċ għandha effett pożittiv fuq il-kwalità tal-għeneb.

Il-kundizzjonijiet tal-klima taż-żona tal-produzzjoni huma determinati mill-klima kontinentali, karatterizzata l-aktar minn sjuf sħan u xtiewi kesħin. It-temperatura medja hija ta’ madwar 10-11-il°C. L-għadd medju ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx huwa ta’ 2 100 siegħa fis-sena. Il-preċipitazzjoni annwali medja hija 500-550 mm, li fil-biċċa l-kbira tissodisfa l-ħtiġijiet tal-għeneb, għalkemm b’distribuzzjoni annwali mhux bilanċjata. Il-lag ta’ Soltvadkert għandu influwenza pożittiva fuq il-klima taż-żona tal-produzzjoni.

Fatturi umani (inbid)

It-tkabbir tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid Soltvadkerti jmur lura għas-seklu 18. Il-perseveranza u x-xogħol bla heda tal-abitanti tal-lokal biddlu l-għarmi tar-ramel xemxin u esposti għar-riħ f’żona tal-produzzjoni fertili. L-attenzjoni flimkien mat-talent tagħhom għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra, u dan ħoloq kultura ta’ suċċess fejn tidħol il-produzzjoni tal-għeneb u tal-frott.

Bis-saħħa tal-kundizzjonijiet ekoloġiċi lokali, il-varjetà użata u l-għarfien espert tal-abitanti tal-lokal, il-produzzjoni tal-inbid Soltvadkerti rat tkabbir konsiderevoli. L-abitanti u l-produtturi tal-inbid tal-lokal jiżguraw li jiġu sostnuti l-produzzjoni u t-tradizzjonijiet tal-għeneb u li tiġi ppreservata r-reputazzjoni tajba tal-inbejjed Soltvadkerti. Il-fabbriki tal-inbid immexxija mill-familji li joperaw fiż-żona saru l-mutur wara din il-produzzjoni. Ir-restrizzjoni tal-produzzjoni u l-iffissar ta’ data speċifika għall-ħsad kienu deċiżivi fl-iżvilupp ta’ tekniki tal-produzzjoni tal-għeneb. Il-produzzjoni tal-inbid hija bbażata fuq tekniki riduttivi, li tara aktar tisħiħ bil-maturazzjoni fil-kartelli.

Ezerjó hija varjetà tal-għeneb Ungeriża storika għall-produzzjoni ta’ nbid abjad, li saret varjetà importanti fiż-żona ta’ Soltvadkert fir-reġjun tal-inbid ta’ Kunság. Dak li jagħmel din il-varjetà distinta u unika huwa l-fatt li tista’ tintuża għall-produzzjoni tal-inbid tal-ħsad, tal-inbid minn għeneb imqadded jew tal-inbid frizzanti.

Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali (inbid)

Iż-żona tal-produzzjoni għandha effett konsiderevoli fuq il-karatteristiċi tal-inbid, li jimmanifesta ruħu bil-modi li ġejjin:

Il-ħamrija kalkarja għandha influwenza pożittiva fuq il-kompożizzjoni tal-aċidu tal-għeneb.

Il-mineralità tal-ħamrija ta’ taħt il-wiċċ iżżid il-karattru b’saħħtu tiegħu.

Is-somma tas-sħana mkejla matul il-perjodu tal-veġetazzjoni u l-effett pożittiv tal-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx jgħinu fil-maturazzjoni tal-għeneb u fl-iżvilupp tal-kontenut taz-zokkor, il-bilanċ bejn l-aċidu u l-alkoħol li jwassal għal inbejjed armonjużi.

It-temperatura tal-lag ta’ Soltvadkert għandha effett ta’ bilanċ, billi tirregola d-disponibbiltà tal-ilma ta’ taħt l-art kif ukoll toħloq livelli ta’ umdità favorevoli. Il-livell tal-ilma ta’ taħt l-art huwa qrib il-wiċċ, u b’hekk l-ilma jista’ jiġi assorbit faċilment mill-għeruq tad-dwieli. L-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx u provvista favorevoli ta’ ilma ta’ taħt l-art jgħinu lill-għeneb biex jikber b’mod uniformi, li jiggarantixxi kwalità konsistentement għolja fit-tkabbir tad-dwieli. Dan inaqqas ir-rwol tal-vendemmja, li jippermetti l-produzzjoni ta’ nbid ta’ kwalità għolja minn għeneb ta’ kwalità konsistenti kważi kull sena.

Minħabba li l-produzzjoni hija ristretta u d-data tal-ħsad hija ddefinita, it-tekniki tal-produzzjoni tal-għeneb jagħtu liż-żona kwalità distinta, li hija msaħħa aktar mill-produtturi tal-lokal permezz ta’ kombinazzjoni ta’ produzzjoni tal-inbid riduttiva u maturazzjoni f’kartelli. Dan il-karattru distintiv ifisser l-aktar inbejjed armonjużi b’kompożizzjoni aċiduża speċifika u aċidità għolja, u togħma bellusija tipika tal-varjetà.

Minħabba t-tikmix naturali, il-kontenut ta’ zokkor jikkonċentra, u jipproduċi kontenut ta’ zokkor residwu naturali fl-inbejjed u jagħti lill-inbid il-konsistenza żejtnija u sħiħa tiegħu.

Fatturi umani (inbid frizzanti)

Bil-kompożizzjoni aċiduża speċifika, l-aċidità għolja, il-qawwa alkoħolika moderata u diskretament distintiva tagħha, il-varjetà tal-għeneb Ezerjó hija perfettament adatta għall-produzzjoni tal-inbid frizzanti. It-teknoloġija użata biex isir l-inbid frizzanti mill-inbid prodott bl-użu ta’ għeneb 100 % Ezerjó ġiet żviluppata dan l-aħħar f’fabbriki tal-inbid tal-lokal. In-natura unika tal-prodott hija r-riżultat tal-karattru tal-għeneb imkabbar f’din iż-żona u l-użu ta’ tekniki riduttivi ta’ produzzjoni tal-inbid u fermentazzjoni u maturazzjoni tradizzjonali u fi fliexken.

Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali (inbid frizzanti)

Primarjament minħabba l-partikolaritajiet tal-ħamrija ramlija, l-ambjent għandu impatt sinifikanti fuq il-karatteristiċi tal-inbid frizzanti, li jimmanifesta ruħu bil-modi li ġejjin:

Il-ħamrija kalkarja tagħti lill-inbid frizzanti l-kompożizzjoni speċifika u aċiduża delikata tiegħu.

Minħabba li l-għeneb jinħasad kmieni, l-aċidi tal-inbid frizzanti huma vivaċi u rifreskanti.

Il-mineralità tal-ħamrija ta’ taħt il-wiċċ iżżid il-karattru b’saħħtu tiegħu.

It-temperatura tal-lag ta’ Soltvadkert għandha effett ta’ bilanċ, billi tirregola d-disponibbiltà tal-ilma ta’ taħt l-art kif ukoll toħloq livelli ta’ umdità favorevoli. Il-livell tal-ilma ta’ taħt l-art huwa qrib il-wiċċ, u b’hekk l-ilma jista’ jiġi assorbit faċilment mill-għeruq tad-dwieli. L-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx u l-provvista favorevoli ta’ ilma ta’ taħt l-art jgħinu lill-għeneb biex jikber b’mod uniformi, li jiggarantixxi kwalità konsistentement għolja fit-tkabbir tad-dwieli. Dan inaqqas ir-rwol tal-vendemmja, li jippermetti l-produzzjoni ta’ nbid frizzanti ta’ kwalità għolja minn għeneb ta’ kwalità konsistenti kważi kull sena.

Is-somma tas-sħana mkejla matul il-perjodu tal-veġetazzjoni u l-effett pożittiv tal-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx jgħinu l-għeneb jimmatura, li jagħti lill-inbid frizzanti t-togħma tal-frott tiegħu.

L-ipproċessar tal-inbid b’teknoloġija riduttiva rapida mhux biss jippreserva l-aromi rinfreskanti tal-varjetà, iżda jipprovdi wkoll il-kulur eleganti tagħha. B’riżultat ta’ dan, l-aroma mill-awtoliżi ffurmata matul il-produzzjoni tal-inbid frizzanti hija diskreta.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali

Regoli dwar it-tikkettar - Regoli ġenerali dwar it-tikkettar

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Ismijiet tal-lokalitajiet li jistgħu jintużaw biex jiġu indikanti unitajiet ġeografiċi iżgħar: Csábor, Szarvaskút-dűlő, Kútágas-dűlő. L-isem ta’ lokalità jista’ jintuża biss jekk 100 % tal-inbid jiġi prodott minn għeneb li joriġina f’dik il-lokalità.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://boraszat.kormany.hu/soltvadkert


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.