ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 169/01 |
||
2020/C 169/02 |
||
2020/C 169/03 |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
15.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169/1 |
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
Gwida tal-UE biex jerġgħu jibdew progressivament is-servizzi tat-turiżmu u għall-protokolli tas-saħħa fi stabbilimenti tal-ospitalità — COVID-19
(2020/C 169/01)
I. Introduzzjoni
1. |
Fil-15 ta’ April 2020, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-President tal-Kunsill Ewropew, ippreżentat Pjan Direzzjonali Ewropew Konġunt (1) biex jitneħħew gradwalment il-miżuri ta’ konteniment dovuti għat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jistabbilixxi l-kriterji u r-rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri dwar il-kundizzjonijiet biex jitneħħew il-miżuri u jiġi restawrat il-moviment liberu. Jenħtieġ li l-azzjoni tkun gradwali bil-ħtiġijiet ta’ tbegħid fiżiku u l-miżuri ta’ prevenzjoni u kontroll tal-infezzjonijiet bħala elementi ewlenin. |
2. |
Peress li s-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika qed tibda titjieb, l-Istati Membri qed jikkunsidraw li jneħħu “l-miżuri komunitarji ta’ restrizzjoni”. Dan imbagħad se jservi ta’ tħejjija għat-tħaffif sikur tal-miżuri preventivi u protettivi, b’mod partikolari r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar ġenerali. |
3. |
Bit-tneħħija eventwali tar-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet relatati mal-ivvjaġġar, huwa mistenni li gradwalment iċ-ċittadini se jerġgħu jibdew jivvjaġġaw domestikament u fl-UE. |
4. |
It-tneħħija tal-miżuri malajr wisq tista’ tikkawża li jerġgħu jfeġġu l-infezzjonijiet f’daqqa. Sakemm ikun hemm vaċċin disponibbli, il-ħtiġijiet u l-benefiċċji tal-ivvjaġġar u t-turiżmu jridu jintiżnu fil-konfront tar-riskju li jerġgħu jfeġġu l-każijiet, li jkun jeħtieġ l-introduzzjoni mill-ġdid tal-miżuri ta’ konfinament. |
5. |
Hekk kif titnaqqas l-istrettezza tal-miżuri tal-lockdown, se tkun meħtieġa l-akbar kunsiderazzjoni fir-rigward taż-żamma tal-miżuri tat-tbegħid fiżiku interpersonali, sabiex jissoktaw b’mod sikur l-attivitajiet turistiċi peress li dawn, min-natura tagħhom stess, jattiraw persuni minn żoni ġeografiċi differenti. |
6. |
Il-prijorità ewlenija tibqa’ l-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini, inklużi l-ħaddiema turistiċi u t-turisti. |
7. |
Il-gwida tistabbilixxi objettiv komuni u qafas mhux diskriminatorju għaċ-ċittadini, l-awtoritajiet pubbliċi, in-negozji u l-partijiet ikkonċernati li joperaw fis-settur tat-turiżmu, biex jerġgħu jibdew gradwalment is-servizzi tat-turiżmu. |
8. |
Il-gwida tipprovdi kriterji u prinċipji għar-ritorn sikur u gradwali tal-attivitajiet turistiċi u għall-iżvilupp ta’ protokolli tas-saħħa għall-istabbilimenti tal-ospitalità. |
9. |
Il-gwida hija bbażata fuq il-parir taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC). (2) Din tibni fuq il-Pjan Direzzjonali Ewropew konġunt għat-tneħħija tal-miżuri ta’ konteniment tal-COVID-19 u jenħtieġ li tiġi implimentata flimkien miegħu. (3) Jenħtieġ li din tinqara flimkien mal-gwida maħruġa mill-Kummissjoni dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali (4), l-eżerċizzju tal-moviment ħieles tal-ħaddiema (5), il-miżuri tal-ġestjoni tal-fruntieri (6), il-passiġġieri u persuni oħra abbord il-bastimenti (7), kif ukoll ir-ritorn gradwali tas-servizzi ta’ trasport (8), u l-Komunikazzjoni “Lejn approċċ gradwali u kkoordinat għar-ritorn tal-libertà ta’ moviment u t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni” (9). Fl-aħħar nett, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (OSHA) ippubblikat miżuri tas-sigurtà tas-saħħa okkupazzjonali ġenerali dwar ir-ritorn lejn il-postijiet tax-xogħol (10). |
II. Prinċipji għal ritorn sikur u gradwali tal-attivitajiet tat-turiżmu
10. |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw bir-reqqa l-kriterji li ġejjin qabel jiddeċiedu dwar ir-rilassament possibbli tal-miżuri komunitarji stretti (11) sabiex jippermettu li jerġgħu jibdew l-attivitajiet turistiċi:
|
11. |
Ir-rilassament tal-miżuri ta’ konteniment jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ix-xjenza, bis-saħħa pubblika fiċ-ċentru tiegħu, u jenħtieġ li jiġi implimentat f’qafas koordinat fis-seħħ f’kull Stat Membru. Dan il-qafas ikkoordinat huwa l-bażi għall-ftuħ mill-ġdid tan-negozji u s-servizzi relatati mat-turiżmu. Minħabba l-istaġun tal-vaganzi tas-sajf li ġej, huwa kruċjali li jingħata parir sod dwar is-saħħa pubblika lin-negozji u lid-destinazzjonijiet turistiċi. |
12. |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika lokali jeħtieġ li titwettaq biex jiġi evalwat ir-riskju ġenerali tal-ftuħ mill-ġdid tal-attivitajiet turistiċi, sabiex tiġi evitata t-trażmissjoni mifruxa mit-turisti lejn il-popolazzjoni lokali u viċi versa. |
13. |
Il-pjanijiet ta’ tħejjija bi kriterji ċari jeħtieġ li jkunu fis-seħħ biex jerġgħu jiġu eskalati l-miżuri ta’ restrizzjoni mill-ġdid, jekk ikun meħtieġ. |
14. |
Ir-rakkomandazzjonijiet fil-Pjan Direzzjonali Konġunt Ewropew lejn it-tneħħija tal-miżuri ta’ konteniment tal-COVID-19 jinkludu prinċipji li għandhom rilevanza partikolari għas-settur tat-turiżmu; dawn jenħtieġ li jinżammu meta jerġa’ jissokta t-turiżmu. |
15. |
It-tneħħija tal-miżuri jenħtieġ li tkun gradwali. Jenħtieġ li miżuri aktar ġenerali jiġu sostitwiti b’miżuri aktar immirati, li jippermettu lis-soċjetajiet u lill-attivitajiet tat-turiżmu jissoktaw gradwalment, sakemm jiġu implimentati miżuri proporzjonati u effettivi biex jipproteġu s-saħħa tat-turisti u tal-ħaddiema. |
16. |
Jenħtieġ li r-ritorn lejn l-impjieg ikun organizzat f’konformità mal-“Gwida tal-UE għal ritorn sikur lejn il-post tax-xogħol” (17) u jenħtieġ li dan jagħti prijorità lil gruppi u setturi inqas ipperikolati li jistgħu jiffaċilitaw l-attività ekonomika, filwaqt li josservaw ir-regoli tas-sigurtà okkupazzjonali u tas-saħħa imposti mill-pandemija. |
17. |
Jenħtieġ li l-miżuri li jillimitaw is-servizzi tat-turiżmu, kif ukoll il-miżuri ta’ protezzjoni u prevenzjoni marbutin mas-saħħa, ikollhom ambitu u tul ta’ żmien limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Minbarra li jkunu oġġettivi u proporzjonati, jenħtieġ ukoll li l-miżuri kollha jkunu ġġustifikati kif xieraq, ikunu rilevanti, speċifiċi għal kull mezz u nondiskriminatorji u jenħtieġ li jżommu kundizzjonijiet ekwi fis-Suq Uniku. |
18. |
L-ECDC, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, qed jiżviluppa mappa (18) tal-livell tat-trażmissjoni tal-COVID-19 fil-livell sottonazzjonali u se jżommha aġġornata kontinwament. L-Istati Membri huma mistiedna jipprovdu data sabiex jiżguraw li din il-mappa tkun kompluta u aġġornata. Dan se jipprovdi benefiċċji fl-aspetti kollha tal-istrateġiji ta’ dieskalazzjoni (il-ftuħ/l-għeluq ta’ setturi ekonomiċi speċifiċi; l-evalwazzjoni ta’ strateġiji differenti ta’ ttestjar; l-evalwazzjoni tal-effettività tal-miżuri ta’ protezzjoni personali; eċċ.) Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mistiedna jipprovdu data aġġornata dwar il-kapaċità disponibbli fir-rigward tal-isptarijiet, l-ittestjar, is-sorveljanza u l-ittraċċar tal-kuntatti, u jippubblikaw kriterji għat-tneħħija u l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet. Il-mappa tat-trażmissjoni u l-miżuri ta’ akkumpanjament iservu bħala għodda trasparenti li tipprovdi informazzjoni fil-livell tal-UE biex tintuża mill-awtoritajiet, mill-operaturi tat-trasport u mill-partijiet ikkonċernati tat-turiżmu, kif ukoll miċ-ċittadini biex jieħdu deċiżjonijiet individwali responsabbli dwar il-pjanijiet tal-vaganzi tagħhom. |
III. Gwida tal-UE għall-protokolli tas-saħħa fl-istabbilimenti tal-ospitalità
19. |
Din il-parti tal-gwida tipproponi prinċipji li jiggwidaw lill-Istati Membri fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ miżuri u protokolli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet fil-każ tal-fornituri tas-servizzi tal-ospitalità, bħal lukandi u stabbilimenti oħra tal-ospitalità, biex jiżguraw li l-istabbiliment turistiku jkun aktar sikur u biex jipproteġu s-saħħa tal-mistednin u tal-ħaddiema. |
20. |
Il-gwida għall-protokolli tas-saħħa mhijiex vinkolanti. Din għandha l-għan li tiżgura l-koerenza fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet permezz ta’ approċċ koordinat fi ħdan ir-reġjuni u l-Istati Membri. |
21. |
Minbarra r-rakkomandazzjonijiet u l-kunsiderazzjonijiet operazzjonali li ġejjin għall-ġestjoni tar-riskju tal-COVID-19 maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa rilevanti, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) (19) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (Anness), l-Istati Membri huma mistiedna jikkunsidraw din il-gwida filwaqt li jelaboraw il-protokolli rilevanti f’konformità mal-kundizzjonijiet nazzjonali/reġjonali/lokali speċifiċi tagħhom. |
22. |
Il-miżuri tas-saħħa pubblika fis-settur turistiku jeħtieġ li jikkonformaw mal-miżuri ġenerali applikati mill-awtoritajiet kompetenti u jqisu l-gwida dwar il-post tax-xogħol. (20) Jeħtieġ ukoll li tali miżuri jikkonformaw mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni ta’ data (21) |
23. |
L-Istati Membri huma mistiedna jaħdmu mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati fl-elaborazzjoni ta’ miżuri u protokolli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet, u jiżguraw li dawn il-protokolli jkunu mfassla apposta u jkunu proporzjonati mad-daqs u n-natura tas-servizz ipprovdut mill-istabbilimenti tal-ospitalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw li jipprovdu appoġġ fl-implimentazzjoni tagħhom. |
24. |
Jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni speċifika lill-miżuri u l-protokolli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet marbuta ma’ vaganza għal permanenza qasira u akkomodazzjoni oħra tal-ekonomija kollaborattiva. Din il-gwida u dawn il-prinċipji huma applikabbli b’mod sħiħ għal dawn it-tipi ta’ servizzi ta’ ospitalità u jenħtieġ li fl-ebda każ ma jkun hemm xi adattamenti u alternattivi għalihom li jikkompromettu s-saħħa tal-viżitaturi u jżidu r-riskju tat-trażmissjoni tal-virus. |
25. |
Il-miżuri li jipproteġu s-saħħa tal-mistednin u tal-ħaddiema fl-istabbilimenti tal-ospitalità jenħtieġ li jiġu evalwati mill-ġdid u aġġustati b’mod regolari, filwaqt li jitqies l-għarfien espert u l-kunsiderazzjonijiet kollha rilevanti, biex jibqgħu proporzjonati mal-livell attwali tal-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika. |
26. |
Hekk kif isiru disponibbli soluzzjonijiet ġodda u aktar effiċjenti, jenħtieġ li l-użu tagħhom ikun preferut u jenħtieġ li jitwaqqfu miżuri inqas effiċjenti jew aktar ta’ piż. Il-prinċipju tal-kosteffettività jenħtieġ li jiġi rrispettat. Dan jimplika li, jekk ikun hemm diversi għażliet disponibbli biex jinkiseb l-istess effett f’termini li tiġi żgurata s-saħħa tal-mistednin u tal-ħaddiema, jenħtieġ li tkun preferuta dik li tiswa l-inqas flus, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). |
27. |
Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-prinċipji ta’ gwida li ġejjin għall-iżvilupp ta’ miżuri u protokolli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-ospitalità sabiex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-COVID-19 u tiġi żgurata s-saħħa pubblika (minn hawn ’il quddiem “l-istabbilimenti”):
|
28. |
Il-prinċipji gwida ta’ hawn fuq għandhom jiġu meqjusa flimkien mar-rakkomandazzjonijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fl-Anness. |
IV. Konklużjoni
29. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jikkondividu din il-gwida mal-awtoritajiet kompetenti fil-livell reġjonali/lokali. |
30. |
Il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-turiżmu, bħall-assoċjazzjonijiet professjonali u l-pjattaformi tat-turiżmu online huma mħeġġa jxerrdu din il-gwida u jqajmu kuxjenza dwarha. |
31. |
L-Istati Membri huma mistiedna jikkooperaw kontinwament mal-ECDC biex jiġi żgurat li l-mappa tat-trażmissjoni, imsemmija fil-punt 18 hawn fuq, isservi bħala għodda trasparenti li tipprovdi informazzjoni fil-livell tal-UE għall-użu mill-awtoritajiet, mill-operaturi tat-trasport u mill-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-turiżmu. |
32. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw li jagħtu appoġġ lill-istabbilimenti tal-ospitalità, u b’mod aktar ġenerali, lill-istabbilimenti li jipprovdu servizzi turistiċi, fl-implimentazzjoni ta’ din il-gwida u l-miżuri u l-protokolli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet u li jissorveljaw li dawn jaderixxu magħhom. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-fondi nazzjonali u l-fondi tal-UE disponibbli. |
33. |
Abbażi ta’ din il-gwida, il-Kummissjoni tista’ tkompli tikkoordina mal-Istati Membri biex jintlaħaq approċċ koerenti lejn miżuri u protokolli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-ospitalità u tat-turiżmu fl-UE. |
34. |
Jenħtieġ li din il-gwida tiffaċilita lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati tat-turiżmu fl-iżvilupp ta’ miżuri u protokolli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet aktar speċifiċi f’konformità ma’ din il-gwida u fil-monitoraġġ tal-konformità magħhom, u b’hekk jissaħħu l-kundizzjonijiet għan-negozji biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi. |
35. |
Il-Kummissjoni se toħloq sit web iddedikat b’mappa interattiva li tikkombina l-informazzjoni mill-Istati Membri u mill-industrija turistika u tal-ivvjaġġar, inkluża informazzjoni dwar il-protokolli nazzjonali jew settorjali u l-iskemi ta’ konformità. |
36. |
Biex tappoġġa lill-Istati Membri, il-Kummissjoni se tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki, fost l-oħrajn, permezz tal-Kumitat Konsultattiv għat-Turiżmu. |
37. |
Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, mal-partijiet ikkonċernati tat-turiżmu u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ din il-gwida. |
(1) Il-Kummissjoni Ewropea (KE) Il-Pjan Direzzjonali Ewropew Konġunt għat-tneħħija tal-miżuri ta’ konteniment tal-COVID-19: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2020.126.01.0001.01.MLT&toc=OJ:C:2020:126:TOC
(2) Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Din il-gwida tipprovdi kunsiderazzjonijiet, mill-perspettiva tas-saħħa pubblika, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-COVID-19 għas-settur turistiku. Dan jinkludi kunsiderazzjonijiet għall-klijenti fil-perjodu ta’ qabel, matul u wara s-soġġorn tagħhom f’post partikolari u għall-persunal u filwaqt li jkunu f’ristoranti, ħwienet tal-kafè, jew ħwienet tax-xorb b’rabta mat-turiżmu. Dan ma jinkludix iż-żona tal-parks tematiċi jew ta’ divertiment, il-mużewijiet jew il-kruċieri fost oħrajn. Din il-gwida hija indikattiva ta’ approċċ li huwa rrakkomandat li jittieħed mis-settur tat-turiżmu filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-ispeċifiċitajiet ta’ stabbilimenti tat-turiżmu madwar l-UE/ŻEE.
(3) ĠU C 126, 17.4.2020, p. 1.
(4) COM(2020) 115 final, COM(2020) 148 final, u C(2020) 2050 final (ĠU C 102 I , 30.3.2020, p. 12).
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-ħaddiema matul it-tifqigħa tal-COVID-19 2020/C 102 I/03
(6) C(2020) 1753 final (ĠU C 86 I, 16.3.2020, p. 1).
(7) C(2020) 3100 final (ĠU C 119 I, 14.4.2020, p. 1).
(8) C(2020) 3139
(9) C(2020) 3250
(10) COVID-19: LURA LEJN IL-POST TAX-XOGĦOL - L-adattament tal-postijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema, https://osha.europa.eu/en/publications/covid-19-back-workplace-adapting-workplaces-and-protecting-workers/view
(11) Kif deskritt miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fil-valutazzjoni rapida tar-riskju tiegħu tat-23 ta’ April 2020: https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/rapid-risk-assessment-coronavirus-disease-2019-covid-19-pandemic-ninth-update
(12) https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/guidelines_on_eu_emergency_assistance_in_cross-bordercooperationin_heathcare_related_to_the_covid-19_crisis.pdf
(13) Fil-preżent, ma ġie vvalidat u rrakkomandat għall-użu l-ebda test rapidu għas-sejbien tas-SARS-CoV-2 għal skopijiet dijanjostiċi.
(14) https://www.ecdc.europa.eu/en/covid-19-contact-tracing-public-health-management.
(15) C(2020) 2523 finali tas-16.4.2020.
(16) https://edpb.europa.eu/our-work-tools/our-documents/guidelines/guidelines-042020-use-location-data-and-contact-tracing_en
(17) Il-coronavirus: Gwida tal-UE biex nerġgħu lura fuq il-post tax-xogħol b’moħħna mistrieħ https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/ip_20_729
(18) https://covid-statistics.jrc.ec.europa.eu
(19) http://www.euro.who.int/en/health-topics/health-emergencies/coronavirus-covid-19/publications/2020/operational-considerations-for-covid-19-management-in-the-accommodation-sector-interim-guidance,-31-march-2020
(20) Il-coronavirus: Gwida tal-UE biex nerġgħu lura fuq il-post tax-xogħol b’moħħna mistrieħ
https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_729
Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol COVID-19: guidance for the workplace [COVID-19: gwida dwar il-post tax-xogħol] [Internet]. [aġġornata fl-20 ta’ April 2020; ċitat fl-4 ta’ Mejju 2020]. Disponibbli minn: https://oshwiki.eu/wiki/COVID-19:_guidance_for_the_workplace#See
(21) Ara wkoll id-dikjarazzjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB), https://edpb.europa.eu/sites/edpb/files/files/file1/edpb_statement_2020_processingpersonaldataandcovid-19_en.pdf
(22) https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/ehealth/docs/covid-19_apps_en.pdf
(23) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għal Gwida dwar l-Applikazzjonijiet li jappoġġaw il-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID 19 b’rabta mal-protezzjoni tad-data (ĠU C 124 I, 17.4.2020, p. 1).
(24) C(2020) 3139.
ANNESS
Rakkomandazzjonijiet Ġenerali miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-settur tat-turiżmu, b’mod partikolari l-istabbilimenti tal-ospitalità
Arranġamenti lokali
Il-miżuri tas-saħħa pubblika fis-settur tat-turiżmu jeħtieġ jikkonformaw mal-miżuri ġenerali applikati mill-awtoritajiet lokali u nazzjonali, u jeħtieġ iqisu l-gwida dwar il-post tax-xogħol (1). Tali miżuri fis-seħħ fis-settur tat-turiżmu jeħtieġ ikunu mill-anqas stretti daqs ir-rakkomandazzjonijiet għall-pubbliku ġenerali.
Jenħtieġ li jkun hemm djalogu kostanti bejn l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika lokali u/jew nazzjonali u l-postijiet ta’ akkomodazzjoni biex jiġi żgurat li r-regoli u r-regolamenti l-aktar riċenti f’żona ġeografika partikolari jiġu kondiviżi u applikati — inkluż:
— |
Arranġamenti speċifiċi għall-mistednin, inklużi mistednin minn pajjiżi oħra biex jiksbu parir u trattament mediku li jinkludi l-aċċess għall-kura ambulatorja u fl-isptar, fil-każ li juru sintomi assoċjati mal-COVID-19. |
— |
Il-ħtieġa li s-sidien tal-postijiet ta’ akkomodazzjoni jiġbru informazzjoni metikoluża dwar id-dettalji ta’ kuntatt li jistgħu jkunu utli għall-investigazzjonijiet dwar is-saħħa pubblika fil-każ li jinqala’ każ fil-post ta’ akkomodazzjoni. |
Komunikazzjoni tar-riskju u taħriġ
Pjan ta’ azzjoni
L-istabbilimenti jenħtieġ li jkollhom pjan ta’ tħejjija li jinkludi azzjonijiet li jeħtieġ jittieħdu u li jkopru l-perjodi li ġejjin:
— |
Meta tittieħed id-deċiżjoni għall-ftuħ mill-ġdid u qabel ma jaslu l-mistednin. Din il-fażi se tinkludi l-għoti tal-informazzjoni u t-taħriġ lill-persunal, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet fil-faċilità u t-tip ta’ informazzjoni li trid tingħata lill-klijenti qabel jaslu; |
— |
Il-perjodu li fih il-mistednin ikunu se joqogħdu fl-istabbilimenti, minn meta jipprenotaw, mid-dħul tagħhom fl-istabbiliment sal-ħruġ; |
— |
Sa 14-il jum wara li l-mistednin ikunu telqu mill-istabbiliment. |
Jenħtieġ li jiġi ppreżentat pjan ta’ azzjoni speċifiku lill-persunal kollu li jispjega d-dettalji tar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-persunal u għandu jkun disponibbli l-ħin kollu.
Taħriġ u ġestjoni tal-persunal
Taħriġ:
— |
Jenħtieġ li l-persunal kollu li jaħdem f’faċilitajiet turistiċi jkun konxju mis-sintomi tal-COVID-19 (eż. deni, sogħla, uġigħ fil-griżmejn, eċċ.) u jkun informat dwar il-miżuri bażiċi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet (IPC). |
— |
Kif definit mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali, il-persunal li jkunu huma stess każijiet tal-COVID-19, jew li jkollhom il-membri tad-dar tagħhom ikkonfermati bħala każijiet, jenħtieġ li ma jidħlux lura fil-post tax-xogħol matul il-perjodu infettiv: għall-każijiet ħfief normalment sa 8 ijiem wara li jkunu bdew jinħassu s-sintomi. |
— |
Il-persunal li jkun qed jesperjenza sintomi kompatibbli mal-COVID-19 ma għandux jidħol lura fuq il-post tax-xogħol, għandu jawtoiżola, u jenħtieġ li jingħata parir li jsegwi l-gwida lokali dwar is-saħħa pubblika u jfittex assistenza medika jekk is-sintomi jmorru għall-agħar skont il-gwida lokali. |
— |
Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati t-taħriġ speċifiku għall-persunal dwar il-miżuri IPC u l-azzjonijiet li jridu jittieħdu fil-każ ta’ mistednin li jippreżentaw sintomi kompatibbli mal-COVID-19. |
Ġestjoni:
— |
Il-membri tal-persunal anzjani u l-persunal b’kundizzjonijiet mediċi kroniċi predisposti (bħall-mard tal-qalb, il-mard tal-pulmun, l-immunodefiċjenza, it-trattament riċenti għall-kanċer) li huwa magħruf li jinsabu f’riskju ogħla li jiġu infettati bil-COVID-19, fejn ikun possibbli, jenħtieġ li jingħataw attivitajiet li jnaqqsu l-kuntatt mal-mistednin. |
— |
Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati miżuri li jnaqqsu l-għadd tal-persunal fl-istabbiliment, bħal pereżempju x-xogħol mid-dar għall-persunal kollu li jwettaq dmirijiet li jistgħu jkunu kompatibbli mat-telexogħol. |
— |
Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati miżuri li jnaqqsu l-għadd ta’ kuntatti fiżiċi u l-ħin tal-kuntatti fiżiċi bejn il-persuni fl-istabbiliment, inkluż ix-xogħol bix-xift, ix-xiftijiet fil-ħin tal-ikel, l-użu tat-telefowns u l-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi. |
Informazzjoni għall-mistednin
— |
Qabel il-wasla f’post ta’ akkomodazzjoni, jenħtieġ li l-mistednin jingħataw informazzjoni dwar il-gwida attwali mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika lokali u l-miżuri speċifiċi li jkunu fis-seħħ fil-post ta’ akkomodazzjoni. Jenħtieġ li l-mistednin jiġu informati li jenħtieġ li jipposponu s-soġġorn tagħhom jekk ikollhom sintomi kompatibbli mal-COVID-19 jew jekk ikunu ġew f’kuntatt ma’ persuna bil-COVID-19 jew b’sintomi li jissuġġerixxu l-COVID-19 fl-14-il jum qabel iż-żjara ppjanata tagħhom. |
— |
Jenħtieġ li jkun hemm sinjali speċifiċi (infografiċi ta’ informazzjoni) jew informazzjoni oħra aċċessibbli, inklużi verżjonijiet adattati għall-mistednin neqsin mid-dawl quddiem l-entrata tal-post ta’ akkomodazzjoni li jinfurmaw lill-mistednin dwar is-sinjali u s-sintomi tal-COVID-19 u jenħtieġ li jagħtuhom struzzjonijiet dwar x’għandhom jagħmlu fil-każ li jiżviluppaw is-sintomi. L-akkomodazzjoni tista’ wkoll tipprovdi fuljetti b’din l-informazzjoni. |
— |
Mat-tluq, il-mistednin huma espliċitament mitluba jinnotifikaw minnufih il-post ta’ akkomodazzjoni jekk jiżviluppaw sintomi assoċjati mal-COVID-19, jew jekk ikollhom riżultat pożittiv għat-test tal-COVID-19, fi żmien 14-il jum wara t-tluq. |
— |
Jiżguraw li d-dettalji ta’ kuntatt tal-mistednin ikunu disponibbli f’każ li jkunu meħtieġa għat-traċċar tal-kuntatti. |
It-tbegħid fiżiku
— |
It-trażmissjoni tas-SARS-CoV-2 isseħħ prinċipalment minn qatriet respiratorji u kuntatt dirett ma’ nies infettati, u kuntatt indirett ma’ wċuħ jew oġġetti kkontaminati (fomiti) fl-ambjent immedjat. Il-qatriet respiratorji kbar jimxu madwar metru man-nifs, 1,5 metri meta wieħed jitkellem u żewġ metri mas-sogħla (2). |
— |
Jenħtieġ li l-istabbiliment jiżgura li jinżamm it-tbegħid fiżiku skont l-aħħar gwida f’żoni komunali fejn il-mistednin aktarx li jinġabru għal perjodi ta’ żmien itwal (eż. għal aktar minn kwarta). |
— |
Il-mistednin li jkunu qed jivvjaġġaw flimkien u li jaqsmu l-kmamar ma għandhomx għalfejn jintalbu jżommu d-distanza fiżika bejniethom. |
— |
Meta ma jkunx jista’ jiġi ggarantit tbegħid fiżiku, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati miżuri speċifiċi biex jiġi evitat it-tixrid ta’ qtar bħal fir-receptions bl-użu ta’ pannelli għoljin tal-ħġieġ jew tal-plastik. |
— |
Il-faċilitajiet turistiċi, inklużi l-lukandi u r-ristoranti, jenħtieġ li jistabbilixxu għadd massimu ta’ mistednin li jkun permess f’kull faċilità u spazju li jiggarantixxi t-tbegħid fiżiku meħtieġ. Jenħtieġ li l-għadd massimu ta’ mistednin ma jinqabiżx. |
— |
L-avvenimenti għal skopijiet ta’ divertiment jenħtieġ li jiġu posposti jew ikkanċellati, ladarba ma jkunx jista’ jiġi ggarantit it-tbegħid fiżiku. |
— |
Għandhom jiġu kkunsidrati arranġamenti speċjali għat-trasport tal-ġarr biex ikun żgurat it-tbegħid fiżiku. |
Miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet
In-negozji fis-settur tat-turiżmu ġeneralment joffru prodotti u servizzi fejn jinġabru n-nies f’ambjenti fil-magħluq (lukandi, ristoranti, kafetteriji) u fil-miftuħ (siti tal-ikkampjar, bajjiet, pixxini) għal perjodi ta’ żmien twal, fejn tikber il-possibbiltà li jiġi trażmess il-virus. Jeħtieġ jiġu kkunsidrati u implimentati t-tbegħid fiżiku kif ukoll miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet (miżuri protettivi personali u protokolli tat-tindif u tad-diżinfettar) fl-ambjenti kollha fejn jistgħu jinġabru n-nies (3). Fost il-miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet insibu:
— |
Etikett respiratorja
|
— |
L-iġjene tal-idejn
|
— |
L-użu tal-maskri tal-wiċċ
|
— |
Ventilazzjoni
|
— |
Tindif u diżinfettar
|
Meta jkun hemm suspett li persuna hija infettata bil-COVID-19: ittestjar, traċċar tal-kuntatti, iżolament u kwarantina
Fil-mument li jkun hemm suspett ta’ każ tal-COVID-19 fost il-mistednin jew il-membri tal-persunal waqt li jkun xogħol, jenħtieġ li l-istabbiliment jattiva l-pjan ta’ azzjoni lokali tiegħu (10).
Jenħtieġ li l-każ suspettat jingħata immedjatament struzzjonijiet biex jintlibes maskra u jsegwi l-etikett respiratorja u l-prattiċi tal-iġjene tal-idejn. Il-każ suspettat jenħtieġ li jiġi separat minn persuni oħra mill-inqas żewġ metri bogħod u kull fejn ikun possibbli jingħata kamra ta’ iżolament bil-faċilitajiet tagħha tal-kmamar tal-banju, meta possibbli.
F’konformità mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, is-servizzi mediċi lokali jenħtieġ li jiġu mgħarrfa bil-każ suspettat, u dawn, min-naħa tagħhom, jagħtu pariri fir-rigward tal-ittestjar u l-ġestjoni u r-rilokazzjoni ulterjuri tal-każ lejn post fejn jista’ jieħu kura (eż. sptar), jekk tinħass din il-ħtieġa u f’konformità mal-linji lokali tal-kura tas-saħħa.
Jekk il-każ suspettat jitqies bħala każ probabbli jew ikkonfermat, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika lokali jiġu mgħarrfa u jipprovdu parir dwar jekk jenħtieġx li jsiru attivitajiet ta’ traċċar tal-kuntatti. It-traċċar tal-kuntatti ġeneralment jibda minnufih wara li każ identifikat probabbli jew ikkonfermat jiġi notifikat u normalment tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika lokali. L-istabbilimenti tat-turiżmu jintalbu jikkooperaw u jipprovdu kull informazzjoni neċessarja dwar il-mistednin jew il-membri tal-persunal li setgħu kienu f’kuntatt mal-każ fl-istabbiliment minn jumejn qabel sa 14-il jum wara l-bidu tas-sintomi tal-każ.
Il-membri tal-persunal li jiżviluppaw is-sintomi jenħtieġ li jkunu iżolati fid-dar u jfittxu attenzjoni medika.
F’każ li każ suspettat jew ikkonfermat tal-COVID-19 kien preżenti fi spazju fil-magħluq, jenħtieġ li dan l-ispazju jkun ventilat tajjeb għal mill-inqas siegħa, u wara jitnaddaf sew b’deterġent newtrali, u wara ssirlu dekontaminazzjoni tal-uċuħ b’diżinfettant effettiv kontra l-viruses. Inkella, jista’ jintuża l-ipoklorit tas-sodju 0,05–0,1 % jew prodotti abbażi tal-etanol (mill-inqas 70 %) għad-dekontaminazzjoni wara t-tindif b’deterġent newtrali. It-tessuti kollha potenzjalment ikkontaminati (eż. xugamani, bjankerija tas-sodda, purtieri, tvalji, eċċ.) jenħtieġ li jinħaslu bl-użu ta’ ċiklu bil-misħun (90 °C) b’deterġent tal-ħasil tal-ħwejjeġ komuni. Jekk ma jkunx jista’ jintuża ċiklu bil-misħun minħabba l-karatteristiċi tal-materjal, irid jiżdied il-bliċ jew deterġenti oħra għad-dekontaminazzjoni tat-tessuti maċ-ċiklu tal-ħasil.
Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-ambjent tal-lukandi
Il-miżuri li ġejjin huma rakkomandati biex titnaqqas il-probabbiltà ta’ trażmissjoni tal-COVID-19:
1. |
Amministrazzjoni/Ġestjoni
|
2. |
Servizzi ta’ reception u ta’ concierge
|
3. |
Ir-ristoranti, is-swali tal-kolazzjoni u tal-ikel, u l-barijiet
|
4. |
Żoni għall-fitness
|
5. |
L-ispas u l-pixxini fil-magħluq
|
6. |
Faċilitajiet fuq barra (pixxini fuq barra, bajjiet, playgrounds)
|
7. |
Iż-żoni ta’ rikreazzjoni fuq ġewwa għat-tfal (eż. iċ-ċentri għat-tfal fil-lukandi)
Jekk il-faċilitajiet jibqgħu miftuħin:
|
8. |
Swali tal-konferenzi u tal-laqgħat
|
9. |
Toilets
|
10. |
Lifts
|
11. |
Mistednin vulnerabbli
|
12. |
Avvenimenti fuq il-post
|
Dokumenti b’informazzjoni addizzjonali
1. |
Infection prevention and control during health care when COVID-19 is suspected: interim guidance. [Il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet fil-kura tas-saħħa meta jkun hemm suspett tal-COVID-19: gwida provviżorja.] Geneva: L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; 2020
(https://www.who.int/publications-detail/infection-prevention-and-control-during-health-care-when-novel-coronavirus-(ncov)-infection-is -suspected-20200125) |
2. |
Water, sanitation, hygiene and waste management for COVID-19: interim guidance.[L-ilma, is-sanitazzjoni, l-iġjene u l-ġestjoni tal-iskart għall-COVID-19: gwida provviżorja.] https://www.who.int/publications-detail/water-sanitation-hygiene-and-waste-management-for-covid-19 |
3. |
Global surveillance for COVID-19 caused by human infection with COVID-19 virus: interim guidance. [Is-sorveljanza globali għall-COVID-19 ikkawżata minn infezzjoni mill-bniedem bil-virus COVID-19: gwida provviżorja.] Geneva: L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; 2020 https://www.who.int/emergencies/diseases/novel-coronavirus-2019/technical-guidance/surveillance-and-case-definitions |
4. |
Considerations for quarantine of individuals in the context of containment for coronavirus disease (COVID-19): interim guidance [Il-kunsiderazzjonijiet għall-kwarantina tal-individwi fil-kuntest tat-trażżin għall-marda tal-coronavirus (COVID-19): gwida provviżorja.] Geneva: L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; 2020 https://www.who.int/publications-detail/considerations-for-quarantine-of-individuals-in-the-context-of-containment-for-coronavirus-disease-(covid-19) |
(1) L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol COVID-19: guidance for the workplace [COVID-19: gwida dwar il-post tax-xogħol] [Internet]. [aġġornata fl-20 ta’ April 2020; ċitat fl-4 ta’ Mejju 2020]. Disponibbli minn: https://oshwiki.eu/wiki/COVID-19:_guidance_for_the_workplace#See
(2) Bourouiba L. Turbulent Gas Clouds and Respiratory Pathogen Emissions: Potential Implications for Reducing Transmission of COVID-19 [L-Implikazzjonijiet Potenzjali għat-Tnaqqis tat-Trażmissjoni tal-COVID-19]. Jama. is-26 ta’ Marzu 2020
(3) Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard Infection prevention and control in the household management of people with suspected or confirmed coronavirus disease (COVID-19) [Il-prevenzjoni tal-infezzjoni u l-kontroll fil-ġestjoni tad-djar ta’ nies suspettati jew ikkonfermati li għandhom il-coronavirus (COVID-19)] [internet]. il-31 ta’ Marzu 2020 [l-4 ta’ Mejju 2020]. Disponibbli minn: https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/Home-care-of-COVID-19-patients-2020-03-31.pdf
(4) Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard L-użu tal-maskri tal-wiċċ fil-komunità. Reducing COVID-19 transmission from potentially asymptomatic or pre-symptomatic people through the use of face masks [It-tnaqqis tat-trażmissjoni tal-COVID-19 minn persuni potenzjalment asintomatiċi jew presintomatiċi permezz tal-użu ta’ maskri tal-wiċċ] [internet]. it-8 ta’ April 2020 [l-4 ta’ Mejju 2020]. Disponibbli minn: https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/COVID-19-use-face-masks-community.pdf.
(5) Knibbs LD, Morawska L, Bell SC, Grzybowski P. Room ventilation and the risk of airborne infection transmission in 3 health care settings within a large teaching hospital [Il-ventilazzjoni fil-kamra u r-riskju ta’ trażmissjoni ta’ infezzjoni mill-arja fi tliet ambjenti ta’ kura tas-saħħa ġewwa sptar kbir tat-tagħlim]. AM J Infect Control. 2011 Dec;39(10):866-72.
(6) Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard L-użu tal-maskri tal-wiċċ fil-komunità. Reducing COVID-19 transmission from potentially asymptomatic or pre-symptomatic people through the use of face masks [It-tnaqqis tat-trażmissjoni tal-COVID-19 minn persuni potenzjalment asintomatiċi jew presintomatiċi permezz tal-użu ta’ maskri tal-wiċċ] [internet]. it-8 ta’ April 2020 [l-4 ta’ Mejju 2020]. Disponibbli minn: https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/COVID-19-use-face-masks-community.pdf.
Knibbs LD, Morawska L, Bell SC, Grzybowski P. Room ventilation and the risk of airborne infection transmission in 3 health care settings within a large teaching hospital [Il-ventilazzjoni fil-kamra u r-riskju ta’ trażmissjoni ta’ infezzjoni mill-arja fi tliet ambjenti ta’ kura tas-saħħa ġewwa sptar kbir tat-tagħlim]. AM J Infect Control. 2011 Dec;39(10):866-72.
Lu J, Gu J, Li K, Xu C, Su W, Lai Z, et al. COVID-19 Outbreak Associated with Air Conditioning in Restaurant, Guangzhou, China, 2020 [It-tifqigħa tal-COVID-19 assoċjata mal-arja kkundizzjonata f’ristorant, Guangzhou, iċ-Ċina 2020] Emerg Infect Dis. 2020 Apr 2;26(7).
(7) L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Natural Ventilation for Infection Control in Health-Care Settings [Il-ventilazzjoni naturali għall-Kontroll tal-infezzjonijiet f’ambjenti ta’ kura tas-saħħa] [internet]. 2009 [aġġornat fl-4 ta’ Mejju 2020]. Disponibbli minn: https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/44167/9789241547857_eng.pdf?sequence=1
Il-Federazzjoni Ewropea tat-Tisħin VaACA. How to operate and use building services in order to prevent the spread of the coronavirus disease (COVID-19) virus (SARS-CoV-2) in workplaces [Kif topera u tuża s-servizzi ta’ binja sabiex tipprevjeni t-tixrid tal-marda tal-coronavirus (COVID-19) virus (SARS-CoV-2) fuq il-postijiet tax-xogħol] [Internet]. [aġġornata fis-17 ta’ Marzu 2020; ċitata fl-4 ta’ Mejju 2020]. Disponibbli minn: https://www.rehva.eu/fileadmin/user_upload/REHVA_covid_guidance_document_2020-03-17_final.pdf
(8) Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC). Disinfection of environments in healthcare and nonhealthcare settings potentially contaminated with SARS-CoV-2. [Id-diżinfettar tal-ambjenti tal-kura tas-saħħa u ambjenti mhux tal-kura tas-saħħa li potenzjalment kontaminati bis-SARS-CoV-2.] Stokkolma: L-ECDC; 2020 [is-26 ta’ April, 2020]. Disponibbli minn: https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/disinfection-environments-covid-19#no-link.
(9) L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Natural Ventilation for Infection Control in Health-Care Settings [Il-ventilazzjoni naturali għall-Kontroll tal-infezzjonijiet f’ambjenti ta’ kura tas-saħħa] [internet]. 2009 [aġġornat fl-4 ta’ Mejju 2020]. Disponibbli minn: https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/44167/9789241547857_eng.pdf?sequence=1
(10) Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC). Traċċar tal-kuntatti: Public health management of persons, including healthcare workers, having had contact with COVID-19 cases in the European Union - second update Stockholm: [Il-ġestjoni tas-saħħa pubblika tal-persuni, inklużi l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, li kellhom kuntatt ma’ każijiet tal-COVID-19 fl-Unjoni Ewropea - it-tieni aġġornament, Stokkolma:] L-ECDC; [is-27 ta’ April 2020]. Disponibbli minn: https://www.ecdc.europa.eu/en/covid-19-contact-tracing-public-health-management
15.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169/17 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Linji gwida dwar ir-restawr progressiv tas-servizzi tat-trasport u tal-konnettività — COVID-19
(2020/C 169/02)
I. Introduzzjoni
1. |
It-tifqigħa tal-COVID-19 qed ikollha impatt kbir fuq it-trasport u fuq il-konnettività fl-UE. Il-miżuri għall-konteniment tat-tifqigħa rriżultaw fi tnaqqis drastiku fl-attività tat-trasport, speċjalment fit-trasport tal-passiġġieri (1). Il-flussi tal-merkanzija ntlaqtu inqas, parzjalment minħabba l-isforzi kollettivi tal-UE biex jiġi żgurat li l-merkanzija tibqa’ miexja, minkejja li kien hemm servizz ridott minħabba tnaqqis fl-attività ekonomika u interruzzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista. |
2. |
Il-Kummissjoni ħarġet linji gwida dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali (2) u pproponiet miżuri speċifikament għat-trasport, inklużi linji gwida għal miżuri ta’ ġestjoni tal-fruntieri (3), dwar l-implimentazzjoni tal-Korsiji Ħodor għat-trasport tal-merkanzija (4), dwar il-faċilitazzjoni ta’ operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru tal-merkanzija (5), kif ukoll dwar il-baħħara, il-passiġġieri u persuni oħra abbord il-bastimenti (6). Il-Kummissjoni offriet gwida dwar kif jistgħu jiġu protetti bl-aħjar mod il-ħaddiema tat-trasport u l-passiġġieri, filwaqt li l-merkanzija tibqa’ miexja. |
3. |
Sakemm jibqgħu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-persuni u l-flussi tal-merkanzija jistgħu jibqgħu jintlaqtu, dawn il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-moviment tal-merkanzija, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema f’okkupazzjonijiet kritiċi (7), it-tranżitu u r-ripatrijazzjoni tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġi jenħtieġ li jibqgħu jiġu applikati b’mod konsistenti u kkoordinat mill-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu jużaw network ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali għat-trasport għar-rispons tal-COVID-19 ikkoordinat mill-Kummissjoni. |
4. |
Hekk kif is-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika tibda titjieb, se jkun importanti li s-servizzi tat-trasport u l-konnettività jiġu rrestawrati progressivament fil-limiti permessi mill-kundizzjonijiet epidemjoloġiċi, peress li huma faċilitaturi ċentrali tal-UE u tal-ekonomija globali, u partijiet fundamentali tal-ħajjiet ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE. |
5. |
Fil-15 ta’ April 2020, il-Kummissjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-President tal-Kunsill Ewropew, ippreżentat Pjan Direzzjonali Ewropew Konġunt (8) li jistabbilixxi rakkomandazzjonijiet dwar it-tneħħija tal-miżuri ta' konteniment tal-COVID-19. Il-Pjan Direzzjonali Ewropew Konġunt ħabbar li l-Kummissjoni kienet se “tressaq ukoll gwida aktar dettaljata dwar kif jistgħu jiġu rrestawrati progressivament is-servizzi tat-trasport, il-konnettività u l-moviment liberu malajr kemm jista’ jkun, skont kemm tkun tippermetti s-sitwazzjoni tas-saħħa, anke fid-dawl tal-ippjanar tal-ivvjaġġar għall-vaganzi tas-sajf”. |
6. |
Is-saħħa taċ-ċittadini, inklużi l-ħaddiema tat-trasport u l-passiġġieri, tibqa’ l-prijorità ewlenija. Jenħtieġ li jitqiesu b’mod partikolari il-popolazzjonijiet vulnerabbli, bħalma huma l-anzjani u dawk b’kundizzjonijiet mediċi sottostanti, b’rispett sħiħ għall-privatezza tagħhom. Jenħtieġ għalhekk li t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar u dawk operazzjonali jkun gradwali biex tiġi mħarsa s-saħħa u biex jiġi żgurat li s-sistemi u s-servizzi tat-trasport, u sistemi oħra relatati (eż. il-kontrolli fuq il-fruntieri esterni), ikunu jistgħu jaġġustaw mill-ġdid għall-volumi akbar ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri. Dan jenħtieġ li jiġi akkumpanjat minn kampanji ta’ komunikazzjoni aġġornati kontinwament biex jiġi żgurat li l-persuni li jivvjaġġaw ikunu jistgħu jippjanaw u jaġixxu fuq il-bażi ta’ għarfien sħiħ dwar is-sitwazzjoni, u għalhekk dwar ir-responsabbiltà individwali tagħhom biex isegwu r-rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa meta jkunu qed jivvjaġġaw. |
7. |
Ir-restawr progressiv tas-servizzi tat-trasport u l-konnettività se jiddependi kompletament fuq l-approċċ għar-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar, fuq il-valutazzjonijiet epidemjoloġiċi, kif ukoll fuq il-parir mediku espert fir-rigward tal-protezzjoni u tal-prekawzjonijiet neċessarji tas-saħħa u dawk sanitarji. Dawn il-linji gwida tal-UE għar-restawr tas-servizzi tat-trasport u tal-konnettività għalhekk huma mingħajr preġudizzju għal dawn il-politiki u jenħtieġ li jibqgħu kompletament allinjati u konsistenti magħhom filwaqt li jiġu implimentati fil-qafas tal-Pjan Direzzjonali Ewropew Konġunt. |
8. |
Huma jipprovdu qafas komuni ta’ appoġġ għall-awtoritajiet, għall-partijiet ikkonċernati, għas-sħab soċjali u għan-negozji li joperaw fis-settur tat-trasport matul l-istabbiliment mill-ġdid gradwali tal-konnettività. Il-linji gwida jikkonsistu fi prinċipji ġenerali applikabbli għas-servizzi kollha tat-trasport kif ukoll f’rakkomandazzjonijiet speċifiċi ddisinjati biex jindirizzaw il-karatteristiċi ta’ kull mod tat-trasport filwaqt li jkunu realistiċi u prattiċi. Jimmiraw li jipprovdu aktar gwida dwar kif jistgħu jiġu rrestawrati progressivament is-servizzi tat-trasport, il-konnettività u l-moviment liberu malajr kemm tippermetti s-sitwazzjoni tas-saħħa, filwaqt li tiġi mħarsa s-saħħa tal-ħaddiema tat-trasport u l-passiġġieri. Jenħtieġ li jiġu applikati għat-trasport kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom. Madankollu, jekk inqisu n-natura transfruntiera tat-trasport, dawn il-linji gwida jenħtieġ li jiġu applikati b’mod adegwat għas-servizzi tat-trasport mhux biss bejn l-Istati Membri iżda wkoll għall-pajjiżi mhux tal-UE, malli s-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti. |
9. |
It-tifqigħa tal-COVID-19 laqtet lill-UE kollha kemm hi, iżda l-impatti nħassu b’mod differenti fi Stati Membri, reġjuni u żoni differenti. Biex tiġi rrestawrata l-konnettività madwar l-UE b’mod sikur għall-persuni kollha involuti, u biex tiġi rrestawrata l-kunfidenza tal-pubbliku fis-servizzi tat-trasport, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE wkoll se jeħtiġilhom jikkooperaw. Ambjent tal-ivvjaġġar kompletament ħieles mir-riskji mhuwiex fattibbli, kif inhu l-każ għal kwalunkwe attività oħra, iżda r-riskji jenħtieġ li jkunu minimizzati kemm jista’ jkun, sakemm tintemm it-tifqigħa. Sakemm jiġi żviluppat vaċċin u dan isir disponibbli b’mod ġenerali, tibqa’ teżisti l-possibbiltà tat-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet jew ta’ konċentrazzjonijiet tat-tifqigħa. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti pjanijiet xierqa għall-introduzzjoni mill-ġdid eventwali ta’ miżuri, f’każ li dawn ikunu meħtieġa. |
10. |
Minħabba n-natura globali tat-tifqigħa tal-COVID-19 u n-natura internazzjonali tas-servizzi tat-trasport, qafas għall-aċċettazzjoni reċiproka tas-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika u tal-miżuri fis-seħħ bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni u ż-żoni, inkluż bejn l-Istati Membri u bejn l-UE u pajjiżi terzi, huwa indispensabbli għar-restawr gradwali, f’waqtu u sikur tas-sistemi tat-trasport Ewropej u wkoll dawk globali. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-UE jikkooperaw kemm jista’ jkun ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali settorjali (9). Il-miżuri għalhekk se jkun jeħtiġilhom, kemm jista’ jkun, ikunu allinjati fir-rigward tal-objettivi u tal-effetti tagħhom, u jiġu aċċettati bħala ekwivalenti. |
11. |
Kif issemma fil-Pjan Direzzjonali Ewropew Konġunt, dawn il-linji gwida huma rilevanti wkoll fid-dawl tal-istaġun tal-vaganzi tas-sajf u tal-ippjanar ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assoċjati magħhom. It-turiżmu huwa settur importanti fl-ekonomija tal-UE, huwa marbut b’mod inerenti mat-trasport u mal-ivvjaġġar u jistrieħ fuq id-disponibbiltà ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bħala prekundizzjoni u faċilitatur fundamentali tat-turiżmu. Għaldaqstant, ir-restawr f’waqtu ta’ konnettività adegwata se jkun kruċjali għar-restawr gradwali tat-turiżmu. |
II. Prinċipji għar-restawr sikur u gradwali tat-trasport tal-passiġġieri
a) Prinċipji ġenerali għar-restawr tal-konnettività
12. |
Il-modi kollha tas-servizzi tat-trasport jenħtieġ li jerġgħu jibdew b’mod progressiv u bħala kwistjoni ta’ prijorità, soġġett għall-implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri proporzjonati u effikaċi biex titħares is-saħħa tal-ħaddiema tat-trasport u tal-passiġġieri. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jkunu allinjati mal-kriterji, mal-prinċipji u mar-rakkomandazzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-Pjan Direzzjonali Ewropew, b’mod partikolari fir-rigward tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u tal-politiki dwar il-kontrolli fil-fruntieri u r-restrizzjonijiet fuq il-moviment u fuq l-ivvjaġġar. |
13. |
Għaldaqstant, il-miżuri li jistgħu jirrestrinġu l-operazzjonijiet tat-trasport, kif ukoll il-miżuri ta’ protezzjoni u ta’ prevenzjoni marbuta mas-saħħa, jenħtieġ li jibqgħu limitati, fil-kamp ta’ applikazzjoni u fid-durata tagħhom, għal dak li huwa meħtieġ biex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika. Minbarra li jkunu proporzjonati, il-miżuri kollha jenħtieġ li jkunu wkoll debitament motivati, trasparenti, rilevanti u speċifiċi għall-mod tat-trasport, nondiskriminatorji u jżommu kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-Suq Uniku. L-Istati Membri se jkollhom jiżguraw il-konformità ta’ dawn il-miżuri mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u mal-elementi l-oħra kollha tad-dritt tal-UE. |
14. |
Jenħtieġ li l-miżuri jiġu mmonitorjati kontinwament biex ikunu jistgħu, jekk xieraq, jiġu evalwati mill-ġdid u aġġustati, fid-dawl tal-għarfien espert u tal-konsiderazzjonijiet kollha rilevanti, biex jibqgħu proporzjonati għal-livell attwali tal-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika. Hekk kif isiru disponibbli soluzzjonijiet ġodda u aktar effiċjenti, l-implimentazzjoni tagħhom jenħtieġ li tiġi prijoritizzata biex miżuri inqas effiċjenti jew aktar onerużi jkunu jistgħu jitwarrbu. Il-prinċipju tal-kosteffettività jenħtieġ li jiġi rispettat. Dan jimplika li jekk ikun hemm diversi għażliet disponibbli biex jinkisbu effetti komparabbli f’termini tal-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema tat-trasport u tal-passiġġieri, jenħtieġ li tiġi ppreferuta l-għażla li tinvolvi l-inqas kostijiet. |
15. |
Biex jiġu mħarsa u rrestawrati l-funzjonament sħiħ tas-Suq Uniku, il-forniment transfruntier tas-servizzi tat-trasport, l-effettività sħiħa tal-miżuri marbuta mas-saħħa u l-kunfidenza tal-pubbliku, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu azzjoni b’mod koordinat u kooperattiv. Jenħtieġ li l-Istati Membri jibbażaw id-deċiżjonijiet dwar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet marbuta mal-COVID-19 fuq il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-fruntieri interni tat-13 ta’ Mejju 2020 (10). Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri kollha jiġu nnotifikati dwarhom. Il-Kummissjoni hija lesta tikkoordina t-tneħħija tar-restrizzjonijiet u r-restawr tas-servizzi tat-trasport permezz tan-netwerk ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali. |
16. |
Dan jeżiġi wkoll approċċ ikkoordinat mal-pajjiżi ġirien tal-UE u anke dawk lil hinn minnhom. Il-kanali għall-koordinazzjoni diġà ġew estiżi, pereżempju fil-Balkani tal-Punent, għall-awtoritajiet nazzjonali li qegħdin jaħdmu mill-qrib man-network ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali għat-trasport tal-UE. L-objettiv komuni huwa li tiġi żgurata l-provvista tas-servizzi tat-trasport u tal-konnettività. |
17. |
F’konformità mal-prinċipji msemmija hawn fuq li l-miżuri jenħtieġ li jkunu proporzjonati u speċifiċi għall-mod, jenħtieġ li jiġu identifikati alternattivi sikuri tal-mobilità minflok miżuri projbittivi ġenerali li jwasslu għall-paraliżi tas-servizzi tat-trasport fl-UE. Eżempju jista’ jkun it-tindif u d-diżinfezzjoni intensifikati u regolari kif ukoll il-ventilazzjoni xierqa tal-hubs tat-trasport u tal-vetturi (11), minflok projbizzjonijiet totali fuq is-servizzi rilevanti tat-trasport. Dan l-approċċ mistenni jippermetti l-immirar tal-isforzi fuq sorsi ta’ riskju filwaqt li jippermetti r-ritorn gradwali tal-attivitajiet ekonomiċi u kwotidjani regolari. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tas-saħħa u tat-trasport kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati ewlenin se tkun kruċjali f'dan ir-rigward. |
18. |
It-trasport tal-merkanzija jenħtieġ li jibqa’ jiġi ssalvagwardjat biex niżguraw li l-ktajjen tal-provvista jkunu funzjonali. Il-Pjan Direzzjonali Ewropew Konġunt indika li “fil-fażi tranżitorja, jenħtieġ li jissaħħu l-isforzi biex jinżamm fluss ta’ merkanzija mhux ostakolat u biex jiġu żgurati l-ktajjen ta’ provvista”. Huma u jibdew mill-massimu attwali ta’ 15-il minuta għall-qsim tal-fruntieri b’“korsiji ħodor”, il-kontrolli mwettqa jenħtieġ li jitnaqqsu gradwalment b’mod koordinat, permezz ta’ kanali ta’ koordinazzjoni stabbiliti bħalma huma l-punti ta’ kuntatt nazzjonali għat-trasport għall-COVID-19 u l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR), biex sa fl-aħħar il-qsim tal-fruntieri interni jitħalla jerġa’ lura għal li kien qabel ma ddaħħlu r-restrizzjonijiet marbuta mal-COVID-19 għall-vetturi kollha tal-merkanzija u wkoll għall-merkanzija stess. Hekk kif it-traffiku jerġa’ jiżdied, ir-rwol tal-hubs multimodali, bħalma huma l-portijiet jew it-terminals tal-containers, fl-appoġġ għall-korsiji ħodor, jistħoqqlu attenzjoni speċjali. Biex niggarantixxu l-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista, jenħtieġ li jsir l-aħjar użu possibbli tal-modi kollha tat-trasport, inklużi l-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Jeħtieġ li jiġi żgurat il-moviment liberu u mhux ostakolat tal-ħaddiema essenzjali tat-trasport, u għal dak l-għan, jenħtieġ li jitqies l-aċċess għall-korsiji rapidi fil-hubs tat-trasport. Matul it-tranżizzjoni gradwali, u skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li jitnaqqsu gradwalment l-kontrolli tas-saħħa, jitneħħew il-kwarantini sistematiċi (jiġifieri applikati irrispettivament mis-sintomi murija jew kwalunkwe riżultati tat-testijiet), jitwaqqfu l-konvoys, il-projbizzjonijiet fuq is-sewqan jistgħu jerġgħu jiddaħħlu jekk il-fluwidità tat-traffiku tippermetti, u derogi oħra mir-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ wara tmiem Mejju 2020 jenħtieġ li jsiru aktar armonizzati u limitati għal dak li huwa strettament neċessarju biex gradwalment jerġgħu jiddaħħlu r-regoli tal-UE uniformi u faċilment infurzabbli. |
19. |
Malli s-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika tippermetti, jenħtieġ li r-restrizzjonijiet fuq it-trasport individwali (eż. karozzi, muturi jew roti) jitneħħew. L-illaxkar tar-restrizzjonijiet jippermetti t-tkomplija bikrija tal-mobilità, speċjalment fil-livell lokali u dak reġjonali (eż. in-nies jitħallew jivvjaġġaw aktar ’il bogħod u aktar malajr fil-livell lokali jew ġewwa Stat Membru). It-tneħħija ta’ dawn ir-restrizzjonijiet biex jiġi ffaċilitat it-trasport individwalizzat jenħtieġ li tibqa’ allinjata mal-miżuri ġenerali għat-tbegħid u mal-miżuri tal-prevenzjoni meħtieġa jew rakkomandati minn kull Stat Membru. |
20. |
Fl-istess ħin, id-disponibbiltà ta’ alternattivi ta’ trasport kollettiv sikur jenħtieġ li tiżdied, f’konformità mad-dekonfinament gradwali biex iċ-ċittadini kollha jiġu pprovduti b’alternattivi tal-mobilità. Dan jenħtieġ li jitwettaq u jiġi kkomunikat b’mod li jgħin ir-restawr tal-fiduċja u tal-kunfidenza tal-passiġġieri fl-użu sikur tat-trasport kollettiv. |
21. |
Jenħtieġ li niżguraw li l-operaturi tat-trasport u l-provdituri tas-servizzi li jipprovdu servizzi ekwivalenti għall-istess rotta jkunu soġġetti għal miżuri ekwivalenti. L-objettiv jenħtieġ li jiġi pprovdut l-istess livell ta’ sikurezza, ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà lill-passiġġieri, li tiġi evitata d-diskriminazzjoni u li jiġu ppreservati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni. |
22. |
Biex jiġi żgurat li l-miżuri fit-tluq u dawk fil-wasla bi kwalunkwe mod tat-trasport ikunu komparabbli, u b’hekk jiġi evitat li l-ivvjaġġar la jsir diffiċli wisq jew tabilħaqq impossibbli, huwa kruċjali li jiġi żgurat li miżuri ekwivalenti, li jkunu bbażati fuq prinċipji kondiviżi u li kollha jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskji rilevanti tas-saħħa, jkunu aċċettati b’mod reċiproku fil-punt tat-tluq u fil-punt tal-wasla. Il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi mhux tal-UE mistennija tiffaċilita dan. |
23. |
Biex jiġi ffaċilitat l-ippjanar tal-ivvjaġġar b’mod aktar infurmat, l-operaturi tat-trasport u l-fornituri tas-servizzi jistgħu iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni dwar ir-rati medji ta’ okkupanza għal konnessjonijiet jew orarji partikolari. Dan se jkun partikolarment importanti għal servizzi mingħajr riżervazzjonijiet tas-sits u għat-trasport pubbliku lokali. Tali informazzjoni tista’ ssir disponibbli online jew permezz ta’ applikazzjonijiet mobbli ddedikati. |
24. |
Il-mobilità urbana diġà qed terġa’ tiġi mfassla f’diversi Stati Membri, reġjuni u bliet, bħal pereżempju l-estensjoni tal-bankini u tal-mogħdijiet għaċ-ċiklisti, l-adattament tal-iskedi u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi għall-ġestjoni tal-flussi tal-passiġġieri u l-evitar tal-folol. Il-Kummissjoni tħeġġeġ u tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet u miżuri ġodda għall-mobilità urbana biex tiġi ffaċilitata mobilità attiva, kollettiva u kondiviża b’mod sikur u wkoll biex il-fiduċja fost iċ-ċittadini tiġi żgurata. |
25. |
Fejn meħtieġ, jenħtieġ li japplikaw regoli ċari dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tal-operaturi tat-trasport u tal-provdituri tas-servizzi, eż. jekk l-operaturi jkunu responsabbli biex jiżguraw it-tbegħid jew ir-rifjut tal-aċċess għal hub tat-trasport jew għal vettura lil min ma jkunx liebes maskra jew jekk ċertu għadd ta’ passiġġieri jkun inqabeż, il-qafas legali li jagħtihom l-awtorità biex idaħħlu fis-seħħ dawn il-miżuri jenħtieġ li jiġu definiti b’mod ċar. |
b) Protezzjoni tal-ħaddiema tat-trasport
26. |
Matul il-kriżi, il-ħaddiema tat-trasport fil-modi kollha kellhom rwol kritiku fit-twassil tal-merkanzija, fl-appoġġar tal-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista, fir-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-UE u fit-trasport tal-ħaddiema essenzjali lejn il-postijiet tax-xogħol tagħhom, anke f’kundizzjonijiet ta’ riskju ogħla għal saħħithom u għall-benesseri tagħhom. Il-hubs tat-trasport, il-provdituri tas-servizzi u l-operaturi jenħtieġ li japplikaw il-prinċipji tal-kontinwità tal-operat biex jiżguraw operazzjonijiet sikuri kontinwi f’konsultazzjoni mas-sħab soċjali. Dan ifisser ukoll li l-ħaddiema tat-trasport jenħtieġ li jiġu kkonsultati, attrezzati, imħarrġa u mogħtija struzzjonijiet b’mod adegwat dwar kif iwettqu dmirijiethom filwaqt li jimminimizzaw ir-riskji għal saħħithom, dik tal-familji u l-kollegi tagħhom kif ukoll saħħet il-passiġġieri. Jenħtieġ li dan jinkludi, pereżempju, informazzjoni dwar kif jintuża b’mod adegwat it-tagħmir protettiv, tinżamm l-iġjene, jitnaqqas kemm jista’ jkun il-kuntatt bla bżonn mal-oħrajn, u wkoll, kemm jista’ jkun, kif jiġu identifikati infezzjonijiet potenzjali. |
27. |
Il-ħaddiema tat-trasport li jeħtiġilhom ukoll, minħabba n-natura ta’ xogħolhom, li jkollhom livell għoli ta’ interazzjoni mal-oħrajn (eż. ekwipaġġi tal-ajru, persunal tal-ispezzjonijiet tas-sigurtà u tas-sikurezza fl-ajruporti u fil-portijiet, kontrolluri tal-biljetti, xufiera tal-karozzi tal-linja u tal-vannijiet, ekwipaġġi tal-vapuri tal-passiġġieri, bdoti marittimi, persunal li jipprovdi l-għajnuna lill-passiġġieri, inklużi persuni b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa) jenħtieġ li jkunu attrezzati b’livell xieraq ta’ tagħmir protettiv personali (PPE) mill-impjegaturi tagħhom kif ikompli jiġi dettaljat hawn taħt. Jenħtieġ li jiġi żgurat it-tibdil regolari, kif ukoll ir-rimi sikur, ta’ dan it-tagħmir, kif meħtieġ. Il-gwida ġenerali għal min iħaddem dwar ir-ritorn lejn il-postijiet tax-xogħol wara l-COVID-19 ġiet ippubblikata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u tinkludi informazzjoni utli dwar setturi speċifiċi, fosthom is-settur tat-trasport (12). |
c) Protezzjoni tal-passiġġieri
28. |
Għall-forom kollha ta’ trasport kollettiv tal-passiġġieri, jenħtieġ li jittieħdu miżuri raġonevoli biex jiġi limitat il-kuntatt bejn il-ħaddiema tat-trasport u l-passiġġieri, kif ukoll bejn il-passiġġieri. Fejn ikun fattibbli, jenħtieġ li jiġu applikati l-prattiki tat-tbegħid bejn il-passiġġieri sakemm is-sitwazzjoni globali tas-saħħa tkun tesiġi dan. Jenħtieġ li jiġu applikati wkoll miżuri oħra li jnaqqsu r-riskju tal-infezzjonijiet, bħalma huma:
|
29. |
Jenħtieġ li l-passiġġieri jilbsu l-maskri tal-wiċċ fil-hubs tat-trasport u fil-vetturi użati għat-trasport kollettiv, speċjalment meta l-miżuri tat-tbegħid fiżiku ma jistgħu jiġu osservati f’kull ħin (14). Jenħtieġ li materjal ta’ informazzjoni dwar l-imġiba sikura (iż-żamma tad-distanza, it-tindif tal-idejn, eċċ.) jintwera b’mod prominenti u jkun aċċessibbli għall-passiġġieri. Il-protokolli għall-ġestjoni tal-infezzjonijiet potenzjali f’dawn il-faċilitajiet jenħtieġ li jiġu stabbiliti u kkomunikati b’mod ċar lill-ħaddiema tat-trasport u jkunu faċilment disponibbli għall-passiġġieri. |
30. |
Meta jkun aktar diffiċli li jiġi żgurat it-tbegħid soċjali, jenħtieġ li jiddaħħlu salvagwardji u miżuri addizzjonali li jwasslu għal livelli ekwivalenti ta’ protezzjoni. Barra minn hekk, fil-każ li jeżistu alternattivi differenti biex tintlaħaq destinazzjoni, jenħtieġ li tingħata preferenza lil dawk l-alternattivi fejn it-tbegħid fiżiku jista’ jiġi żgurat b’mod adegwat, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. |
31. |
Jenħtieġ li tingħata prijorità lit-tnaqqis tar-riskju tal-infezzjonijiet fil-hubs tat-trasport u l-vetturi fil-modi kollha. Jenħtieġ li jiġu implimentati t-tindif u d-diżinfezzjoni regolari u intensifikati tal-hubs kollha tat-trasport kif ukoll tal-vetturi għall-modi kollha tat-trasport. Jenħtieġ li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-ġell tas-sanitazzjoni/diżinfettant fil-hubs tat-trasport u fil-vetturi. |
32. |
Jenħtieġ li fil-hubs tat-trasport jiġu pprovduti l-faċilitajiet u jkunu implimentati l-protokolli biex il-persuni suspettati li huma infettati bil-COVID-19 jiġu iżolati immedjatament sakemm ikunu jistgħu jittieħdu miżuri xierqa ulterjuri. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti żoni sikuri apposta, u jenħtieġ li jiġi żgurat persunal imħarreġ dedikat b’tagħmir protettiv adegwat. Il-faċilitajiet mediċi eżistenti kif ukoll l-istaff mediku (eż. fl-ajruporti, fil-portijiet jew abbord il-vapuri) jenħtieġ li jiġu rinfurzati biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma’ volumi akbar tat-traffiku hekk kif ir-restrizzjonijiet jitneħħew. |
33. |
Jenħtieġ li jiġu pprijoritizzati l-bejgħ elettroniku tal-biljetti kif ukoll ir-riżervazzjonijiet bil-quddiem tas-sits biex jitnaqqsu ġemgħat ta’ gruppi ta’ vjaġġaturi f’żoni speċifiċi (eż. viċin il-magni tal-biljetti u l-punti tal-bejgħ) u biex l-għadd ta’ passiġġieri permess ikun jista’ jiġi kkontrollat b’mod aħjar, filwaqt li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-bejgħ tal-biljetti għan-nies li ma għandhomx aċċess għal mezzi elettroniċi jew li ma jistgħux jużaw dawn il-mezzi elettroniċi. Jenħtieġ li jiġi aġevolat kemm jista’ jkun ambjent mingħajr kuntatti. |
34. |
Il-bejgħ ta’ oġġetti oħra, inkluż l-ikel u x-xorb jista’ jiġi limitat fil-vetturi. Biex jitnaqqas ir-riskju tal-infezzjonijiet, l-operaturi ta’ postijiet tal-bejgħ integrati tal-ivvjaġġar, bħalma huma l-ħwienet tal-oġġetti mingħajr dazju, jenħtieġ li jieħdu miżuri adegwati, fosthom: l-immaniġġjar tal-flussi tal-passiġġieri biex jiġi żgurat it-tbegħid (inkluż bl-użu ta’ markaturi mal-art, ottimizzazzjoni tat-tqassim u jekk meħtieġ, restrizzjonijiet fuq l-għadd ta’ klijenti); tindif u diżinfezzjoni regolari tal-postijiet, tal-apparat u tal-merkanzija; l-installazzjoni ta’ barrieri bejn il-klijenti u l-persunal tal-bejgħ fil-punti tal-bejgħ; il-forniment ta’ għadd kbir biżżejjed ta’ stazzjonijiet tas-sanitazzjoni tal-idejn fil-post tal-bejgħ kollu u r-rekwiżiti li dawn jintużaw, b’mod partikolari fil-punti ta’ dħul u ħruġ; il-forniment ta’ informazzjoni ċarament viżibbli għall-klijenti dwar imġiba sikura xierqa; l-iżgurar li l-persunal tal-bejgħ ikun imħarreġ u attrezzat tajjeb biżżejjed biex jaqdi l-klijenti u jimmaniġġa l-merkanzija f’konformità mal-gwida pprovduta mill-awtoritajiet tas-saħħa dwar l-imġiba sikura matul it-tifqigħa tal-COVID-19. |
35. |
Minbarra miżuri oħra mmirati biex jillimitaw ir-riskju tal-infezzjoni, it-traċċar tal-kuntatti u miżuri ta’ twissija, pereżempju, bl-użu ta’ apps għall-apparati mobbli, jistgħu jintużaw fuq bażi volontarja mill-passiġġieri għad-detezzjoni u l-interruzzjoni tal-ktajjen tal-infezzjoni u t-tnaqqis tar-riskju ta’ trażmissjoni ulterjuri sakemm jippersistu r-riskji tat-trażmissjoni. Jenħtieġ li l-aċċess għas-servizzi tat-trasport ma jsirx suġġett għall-użu ta’ apps għat-traċċar tal-kuntatti. Minħabba n-natura transfruntiera tat-trasport, huwa importanti li niżguraw l-interoperabbiltà u l-aċċettazzjoni reċiproka ta’ miżuri bħal dawn. Jekk jiġu implimentati, il-miżuri tat-traċċar tal-kuntatti jenħtieġ li jkunu limitati strettament għall-finijiet tal-indirizzar tat-tifqigħa tal-COVID-19 u li jkunu kkonfigurati f’konformità mas-sett ta' għodod Komuni tal-UE tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika dwar l-applikazzjonijiet mobbli b’appoġġ għat-traċċar tal-kuntatti fil-ġlieda tal-UE kontra l-COVID-19 (15), il-Gwida tal-Kummissjoni dwar l-apps (16) u l-Linji Gwida tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (17), filwaqt li jiżguraw l-ogħla livell ta’ privatezza tad-data. |
36. |
L-operaturi tat-trasport u l-provdituri tas-servizzi jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ protokolli speċifiċi fil-każ li passiġġier iħossu ħażin jew juri sintomi tal-COVID-19 matul jew immedjatament wara l-ivvjaġġar jew waqt li jkun jinsab f’hub tat-trasport. Protokolli bħal dawn jenħtieġ li jinkludu żoni sikuri identifikati b’mod ċar għall-passiġġieri sintomatiċi, u jkollhom passi definiti dwar kif jiġi minimizzat l-esponiment ta’ passiġġieri oħra u ta’ ħaddiema tat-trasport, kif tinġabar u tiġi analizzata l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-kuntatti ma’ passiġġieri oħra u ħaddiema tat-trasport, eċċ. Għall-ivvjaġġar b’riżervazzjoni, dan jenħtieġ li jinkludi l-possibbiltà li l-passiġġieri l-oħra li kienu qrib tagħhom ikunu jistgħu jiġu identifikati u mwissija. |
d) Nimxu 'l quddiem
37. |
Biex jiġu rrestawrati l-livelli regolari tas-servizzi tat-trasport u tal-konnettività, fin-nuqqas ta’ vaċċin, se jkun meħtieġ kombinament flessibbli ta’ użu miżjud ta’ tagħmir protettiv personali xieraq, ventilazzjoni xierqa u sikura, jekk jista’ jkun bl-użu tal-arja ta’ barra u bl-evitar tas-sempliċi ċirkolazzjoni tal-arja ta’ ġewwa, kapaċitajiet miżjuda tat-traċċar tal-kuntatti fuq bażi volontarja u tad-dekontaminazzjoni. |
38. |
Fit-terminu medju/twil, huwa rakkomandat li l-miżuri straordinarji kollha stabbiliti matul it-tifqigħa tal-COVID-19 jenħtieġ li jiġu ssorveljati, ivvalutati u meqjusa mill-ġdid fuq bażi regolari sakemm is-sitwazzjoni epidemjoloġika ma tirrikjedix l-estensjoni tagħhom, jew jekk dawn il-miżuri kienu ta’ benefiċċju f’termini tat-titjib tas-sistemi tat-trasport u tal-effiċjenza. |
39. |
L-applikazzjoni kurrenti tal-miżuri ta’ konteniment, kif ukoll l-illaxkar tagħhom u r-restawr progressiv tas-servizzi tat-trasport u tal-konnettività jenħtieġ li ma jwasslux għal tnaqqis, anke jekk biss temporanju, tal-livelli għolja ta’ standards tas-sikurezza u tas-sigurtà, inklużi s-sikurezza u s-sigurtà tal-ħaddiema tat-trasport, li għandha l-UE fil-qasam tat-trasport. Huwa neċessarju li nevitaw iż-żieda ta’ kwistjonijiet ta’ sikurezza jew sigurtà tat-trasport mal-kwistjonijiet li diġà qed inħabbtu wiċċna magħhom minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. |
III. Gwida prattika dwar miżuri speċifiċi biex jiġi żgurat it-trasport sikur tal-passiġġieri għall-modi kollha tat-trasport fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19
a) Rakkomandazzjonijiet trażversali
40. |
Il-prinċipji msemmija hawn fuq jenħtieġ li jiggwidaw il-bidu mill-ġdid u ż-żieda fit-trasport tal-passiġġieri b’mod kumplessiv u progressiv madwar l-UE għall-modi kollha tat-trasport matul il-ħruġ mir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 u l-irkupru sussegwenti. Dawn il-prinċipji komuni mistennija jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni reċiproka tal-miżuri implimentati fl-UE u wkoll fil-konfront ta’ pajjiżi mhux tal-UE, għall-faċilitazzjoni tat-tkomplija effettiva tas-servizzi tat-trasport. Kif intqal fit-taqsima preċedenti, ċerti prinċipji u miżuri jenħtieġ li jiddaħħlu għall-hubs tat-trasport u l-vetturi għall-modi kollha tat-trasport, b’aġġustamenti speċifiċi li jqisu ċ-ċirkostanzi, il-ħtiġijiet u l-fattibbiltà speċifiċi għall-modi partikolari. |
41. |
Miżuri trażversali bħal dawn jinkludu:
|
42. |
L-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, l-operaturi u l-provdituri tas-servizzi attivi fil-modi tat-trasport differenti jenħtieġ li jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri adegwati li jindirizzaw iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull mod tat-trasport. Jenħtieġ li jkunu allinjati mal-prinċipji u mar-rakkomandazzjonijiet ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi għall-mod tat-trasport partikolari stipulati f’dawn il-linji gwida. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu studjati kontinwament u, fejn meħtieġ, adattati biex tiġi żgurata l-effettività tagħhom fil-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema tat-trasport u tal-passiġġieri. |
43. |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull mod tat-trasport, jenħtieġ li jiġu implimentati u applikati l-miżuri li ġejjin: |
b) Avjazzjoni
44. |
L-avjazzjoni għandha esperjenza twila fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà, u diġà mdorrija topera f’ambjent ikkontrollat ħafna. Biex l-avjazzjoni toħroġ minn din il-kriżi se jkun kruċjali li tirbaħ lura l-kunfidenza tal-passiġġieri bħala mod tat-trasport sikur. Għalhekk, se jkun essenzjali li l-partijiet ikkonċernati fl-avjazzjoni u fis-saħħa jikkomunikaw bl-aktar mod wiesa’ dwar il-miżuri fis-seħħ, kif ukoll dwar kif dawn il-miżuri jimmitigaw ir-riskji. Is-settur tal-avjazzjoni jenħtieġ li jiżgura li l-miżuri jkunu viżibbli ferm u kkoordinati, u li dawn jiġu kkomunikati lill-passiġġieri f’kull ħin. |
45. |
Il-mitigazzjoni tar-riskju tat-tixrid tal-COVID-19 jenħtieġ li ssegwi l-istess prinċipji li jintużaw għall-ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza u tas-sigurtà, fosthom il-monitoraġġ tal-konformità, l-analizzar tal-effettività tal-miżuri f’intervalli regolari, u l-adattament ta’ miżuri għall-ħtiġijiet li jinbidlu kif ukoll għall-metodi u għat-teknoloġiji mtejba - filwaqt li jitqies, madankollu, li l-ajruporti u l-linji tal-ajru mhumiex ikkwalifikati biex jipprovdu s-servizzi tas-saħħa, bħalma huwa t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-iskrinjar tas-saħħa tal-passiġġieri, li jenħtieġ li jiġu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti. |
46. |
Biex jiġi żgurat li l-miżuri fit-tluq u dawk fil-wasla jkunu komparabbli, u b’hekk jiġi evitat li l-ivvjaġġar la jsir diffiċli wisq jew tabilħaqq impossibbli, huwa kruċjali li jiġi żgurat li miżuri ekwivalenti, li jkunu bbażati fuq prinċipji kondiviżi u li kollha jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskji rilevanti tas-saħħa, jkunu aċċettati b’mod reċiproku fil-punt tat-tluq u fil-punt tal-wasla. Biex dan jiġi ffaċilitat, se jkun utli li niżviluppaw kriterji konkreti li jenħtieġ li jkunu tradotti f’approċċ rikonoxxut internazzjonalment. L-użu ta’ standards ekwivalenti u l-applikazzjoni tar-reċiproċità fir-rigward tal-miżuri u l-aċċettazzjoni tagħhom jistgħu jkunu faċilitaturi fundamentali tal-avjazzjoni fl-UE u fil-kuntest globali. Għalhekk, il-kooperazzjoni mill-qrib ma’ pajjiżi mhux tal-UE u ma’ sħab internazzjonali, fosthom l- Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), se tkun essenzjali. |
47. |
F’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC )u l-awtoritajiet kompetenti, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) fil-ġimgħat li ġejjin se tippreżenta linji gwida operazzjonali tekniċi biex jiġi ffaċilitat approċċ ikkoordinat u tiġi pprovduta assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, lil-linji tal-ajru, lill-ajruporti u lill-partijiet ikkonċernati oħra tal-avjazzjoni. Dawn il-linji gwida operazzjonali tekniċi se jqisu l-prinċipji tal-ġestjoni tas-sikurezza żviluppati biex tiġi żgurata s-sikurezza tas-sistema tal-avjazzjoni Ewropea u se jistabbilixxu protokoll ta’ bażi għas-sikurezza tas-saħħa fl-avjazzjoni, propost għall-applikazzjoni madwar l-UE. |
48. |
Jenħtieġ li l-protokoll jinkludi l-miżuri li ġejjin:
|
49. |
Il-linji gwida operazzjonali tekniċi tal-EASA/ECDC li se jinħarġu dalwaqt se jispeċifikaw miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bil-għan li dawn il-miżuri jiġu implimentati għall-operat tat-titjiriet b’mod koerenti fl-UE kollha. |
c) Trasport bit-triq
50. |
Jenħtieġ li jiġu żgurati livelli għoljin tal-iġjene fil-partijiet kollha tat-terminals, taż-żoni ta’ mistrieħ (eż. ma’ tul l-awtostradi), tal-faċilitajiet ta’ parkeġġ mgħottija kif ukoll fl-istazzjonijiet tal-fjuwil u tal-iċċarġjar, inkluż permezz tat-tindif u d-diżinfezzjoni regolari biex jiġi limitat ir-riskju tal-kontaġju ta’ utenti tat-triq. Jenħtieġ li fl-istazzjonijiet tiġi implimentata l-ġestjoni tal-flussi tal-passiġġieri. Fejn ma jkunux jistgħu jiġu żgurati livelli adegwati tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat l-għeluq ta’ ċerti ħwienet jew stazzjonijiet. |
51. |
It-trasport bil-karozzi tal-linja u bil-kowċijiet: Biex l-ivvjaġġar bil-karozzi tal-linja u bil-kowċijiet jerġa’ jibda gradwalment, se jkun meħtieġ li ssir distinzjoni bejn is-servizzi reġjonali u dawk fuq distanzi twal. Speċjalment għas-servizzi internazzjonali tal-karozzi tal-linja/tal-kowċijiet, jenħtieġ li biex ikunu effettivi, l-approċċi jiġu kkoordinati bejn l-Istati Membri u l-operaturi. Jenħtieġ li jiddaħħlu prattiki ta’ operar sikur, inkluż, pereżempju, it-tlugħ abbord mill-bibien ta’ wara u l-użu kbir kemm jista’ jkun tat-twieqi għall-ventilazzjoni, minflok l-arja kkundizzjonata. Barra minn hekk, il-postijiet bilqiegħda jenħtieġ li jiġu ottimizzati skont kemm ikun fattibbli (eż. il-familji jistgħu jpoġġu flimkien, filwaqt li l-persuni li ma jkunux qed jivvjaġġaw flimkien jenħtieġ li jinżammu separati). Fil-minibuses, il-passiġġieri jenħtieġ li ma jitħallewx ipoġġu maġenb ix-xufier sakemm ma tkunx possibbli s-separazzjoni fiżika. L-operaturi tas-servizzi tal-linji regolari jridu jitħallew jibnu n-netwerk mill-ġdid, skont ir-restrizzjonijiet nazzjonali. Biex dan jiġi ffaċilitat, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu proċeduri simplifikati u rapidi biex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw is-servizzi tagħhom malajr, mingħajr ma jikkompromettu s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema tat-trasport. Jekk ikun possibbli, il-kuntatt tal-istaff mal-bagalji tal-passiġġieri jenħtieġ li jkun limitat u l-passiġġieri jenħtieġ li jieħdu ħsieb it-tagħbija u l-ħatt tal-bagalji tagħhom stess. |
52. |
Trasport b’karozza/vann on demand (taxi, PHV): Is-servizzi tat-taxi u tal-PHV komplew b’mod ġenerali b’miżuri protettivi speċifiċi għas-sewwieq u limitazzjonijiet għal passiġġier wieħed inkella diversi persuni li jgħixu flimkien. Dawn is-servizzi jenħtieġ li jkomplu joperaw b’miżuri speċifiċi tal-iġjene u tal-mitigazzjoni tar-riskji. Il-kumpaniji jenħtieġ li jipprovdu l-maskri u d-diżinfettanti lis-sewwieqa. Il-partijiet ta’ ġewwa tal-karozzi jenħtieġ li jiġi diżinfettat bi frekwenza għolja kemm jista’ jkun. Is-sewwieqa tat-taxi u tal-PHV jenħtieġ li jevitaw il-kuntatt fiżiku mal-passiġġieri, u jenħtieġ li dejjem tingħata prijorità lill-ħlas elettroniku. Il-kumpaniji jenħtieġ li jipprovdu lix-xufiera b’separaturi fiżiċi (eż. purtieri tal-plastik jew barrieri) għall-vetturi biex jiġi limitat il-kuntatt mal-passiġġieri. Il-passiġġieri jenħtieġ li ma jitħallewx ipoġġu maġenb ix-xufier sakemm ma tkunx possibbli s-separazzjoni fiżika. Il-kumpaniji jenħtieġ li jaqsmu l-informazzjoni rilevanti mal-passiġġieri qabel il-vjaġġ. |
d) Trasport bil-ferrovija
53. |
Biex it-trasport tal-passiġġieri jerġa’ jaqbad, se jkun importanti li nserrħu moħħ il-passiġġieri li t-trasport kollettiv huwa sikur. Il-miżuri se jenħtieġ li jkunu kkomunikati tajjeb, viżibbli u effettivi. Speċjalment għas-servizzi internazzjonali tal-ferrovija, jenħtieġ li biex ikunu effettivi, il-miżuri jiġu kkoordinati bejn l-Istati Membri u l-operaturi. L-assoċjazzjonijiet tas-settur ferrovjarju u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema fis-settur qegħdin jaħdmu fuq l-istabbiliment ta’ regoli komuni. |
54. |
Minħabba l-għadd kbir ta’ passiġġieri li jiġu ttrasportati kuljum u l-għadd ta’ stazzjonijiet moqdija, il-konformità mar-regoli ġenerali għall-imġiba sikura biex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika, b’mod partikolari t-tbegħid adegwat, tiddependi wkoll fuq id-diliġenza u s-sens ta’ responsabbiltà ta’ kull passiġġier. Huwa mistenni li l-kontrolli aleatorji jiżguraw livell tajjeb ta’ konformità. |
55. |
Peress li s-servizzi ferrovjarji baqgħu jiffunzjonaw matul it-tifqigħa tal-COVID-19, diġà hemm għadd ta’ miżuri fis-seħħ li jistgħu jinżammu u jiġu adattati fejn meħtieġ:
|
56. |
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (l-ERA), li għandha l-għarfien espert rilevanti bl-operazzjonijiet ferrovjarji u bil-Metodi tas-Sikurezza Komuni, kif ukoll netwerk estensiv ta’ kanali tal-komunikazzjoni (mal-awtoritajiet, l-operaturi u l-manifatturi), hija lesta tieħu fuqha rwol ewlieni biex tiżgura l-kondiviżjoni tal-aqwa prattiċi. L-Impriża Konġunta Shift2Rail diġà qiegħda tesplora l-possibbiltajiet li tappoġġa l-iżvilupp ta’ apps, abbażi ta’ data anonimizzata u aggregata (18), biex jinkiseb għarfien dwar l-iffullar fl-istazzjonijiet, li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju wkoll għat-trasport pubbliku. |
e) Trasport fuq l-ilma
57. |
It-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma tnaqqas b’mod sinifikanti. Il-miżuri biex tiġi żgurata s-saħħa pubblika se jkunu meħtieġa biex jiġu rrestawrati l-fiduċja u l-kunfidenza kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-ekwipaġġi. Jenħtieġ li l-miżuri jiġu mfassla b’mod speċifiku skont it-tip ta’ bastiment kif ukoll il-karattru u t-tul tal-vjaġġ, li jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti fis-settur tat-trasport fuq l-ilma. Jista’ jkun hemm bżonn li l-għadd ta’ bastimenti u ta’ vjaġġi jiżdied, speċjalment meta t-trasport bil-ferries ikun essenzjali għal raġunijiet ta’ konnettività ma’ żoni remoti u ma’ gżejjer. |
58. |
Il-miżuri għall-ħaddiema tat-trasport marittimu huma deskritti fid-dettall fil-Linji gwida dwar il-ħarsien tas-saħħa tal-persuni abbord il-bastimenti (19). Il-ħaddiema, inklużi dawk abbord il-vapuri u fil-portijiet, jenħtieġ li jkollhom aċċess għat-tagħmir protettiv personali (20) u għall-kura medika adegwata f’kull ħin waqt li jkunu x-xogħol. L-interazzjonijiet diretti bejn il-persuni abbord jenħtieġ li jitnaqqsu kemm jista’ jkun biex jiġi evitat ir-riskju tat-trażmissjoni. |
59. |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) hija lesta tiffaċilita l-qsim tal-aħjar prattiki u tal-informazzjoni li tista’ tkun utli għall-awtoritajiet kompetenti u għall-partijiet ikkonċernati (eż. dwar it-trekkjar tal-bastimenti, ir-rapportar dwar is-saħħa, eċċ.). Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura internazzjonali tat-tbaħħir, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi mhux tal-UE u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), se tkun importanti biex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni globali flimkien mal-ekwivalenza u r-reċiproċità bejn il-miżuri marbuta mal-COVID-19. |
60. |
Huma u jibnu fuq l-esperjenzi u l-miżuri diġà applikati mill-Istati Membri, l-operaturi u l-entitajiet l-oħra kollha involuti fit-trasport fuq l-ilma (portijiet, terminals tal-ferries, awtoritajiet nazzjonali rilevanti), jenħtieġ li japplikaw il-miżuri li ġejjin:
|
61. |
Tifqigħat preċedenti tal-COVID-19 abbord il-bastimenti tal-kruċieri wrew il-vulnerabbiltà partikolari tal-ambjenti magħluqa matul vjaġġi twal. Qabel ma jerġgħu jibdew joperaw il-vapuri tal-kruċieri, l-operaturi tal-vapuri jenħtieġ li jdaħħlu fis-seħħ proċeduri stretti biex jitnaqqas ir-riskju tat-trażmissjoni abbord u biex jipprovdu kura medika adegwata fil-każ ta’ infezzjoni. Ir-restawr gradwali tas-servizzi tal-kruċieri jenħtieġ li jiġi kkoordinat fuq il-livell tal-UE u dak internazzjonali, biex titqies is-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika fil-pajjiżi kkonċernati. Qabel ma jibdew il-vjaġġi, l-operaturi tal-bastimenti tal-kruċieri jenħtieġ li jiżguraw mal-portijiet tul ir-rotta li, jekk meħtieġ, ikunu jistgħu jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għall-passiġġieri u għall-membri tal-ekwipaġġ biex dawn jirċievu t-trattament mediku u li jkunu jistgħu jiġu organizzati r-ripatrijazzjonijiet u l-bidliet tal-ekwipaġġ. Sabiex jiġu żgurati l-kontinwità u s-sikurezza tat-trasport marittimu, il-Kummissjoni se tkompli tieħu passi biex tiffaċilita u tikkoordina l-isforzi tal-Istati Membri biex jippermettu t-tibdil tal-membri tal-ekwipaġġ fil-portijiet tagħhom. |
f) Mobilità urbana
62. |
F’diversi bliet u reġjuni, it-trasport pubbliku (il-karozzi tal-linja, il-metros, it-trammijiet, il-ferroviji urbani u suburbani eċċ.) baqa’ jopera matul it-tifqigħa tal-COVID-19. Bħala tħejjija għaż-żmien meta l-għadd tal-passiġġieri jerġa’ jiżdied, jenħtieġ li jiddaħħlu miżuri, kif xieraq, biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sikurezza għall-passiġġieri, bħal pereżempju:
|
63. |
Huwa essenzjali li l-miżuri kollha meħuda jiġu kkomunikati b’mod ċar, li l-implimentazzjoni bla intoppi tagħhom tiġi ffaċilitata, li ċ-ċittadini jiġu rassigurati u li l-kunfidenza fit-trasport pubbliku tinżamm. Kampanji ta’ komunikazzjoni (eż. “oqgħod fuq l-istikers”) ukoll intwera li huma effettivi. Ħafna mill-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa (eż. l-ġestjoni tal-folol, l-aċċess għall-hubs tat-trasport u l-vetturi, iż-żamma ta’ distanza fiżika, eċċ.) għandhom effetti li jmorru lil hinn mill-ambitu tat-trasport pubbliku u jenħtieġ li jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa u partijiet ikkonċernati oħra, b’definizzjoni ċara tad-drittijiet u l-obbligi ta’ kull attur. Il-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw jistgħu jiġu inkorporati fil-kuntratti pubbliċi ta' servizz. |
64. |
Soluzzjonijiet ta’ mobilità kondiviża: Il-kumpaniji tal-mobilità kondiviża jenħtieġ li jieħdu diversi miżuri biex jipproteġu lis-sewwieqa u lill-passiġġieri mill-infezzjoni. Il-vetturi tal-kiri jenħtieġ li jiġu diżinfettati tajjeb kemm jista’ jkun wara kull użu, u l-vetturi li jintużaw għall-car-sharing jenħtieġ li jiġu diżinfettati tal-anqas darba f’kull jum li jintużaw. Jenħtieġ li jkun hemm diżinfezzjoni aħjar u aktar frekwenti tas-servizzi bbażati fl-istazzjonijiet (eż. roti b’użu kondiviż). Il-kumpaniji tal-kiri tal-E-scooters u tar-roti elettriċi jenħtieġ li jiddiżinfettaw dawn il-vetturi tal-anqas ma’ kull darba li jiġu ċċarġjati l-batteriji. |
65. |
Mobilità attiva: Ħafna bliet Ewropej qed jieħdu passi biex il-mobilità attiva (eż. il-mixi u t-trasport bir-rota) ssir alternattiva tal-mobilità aktar sikura u attraenti matul it-tifqigħa tal-COVID-19. Fiż-żoni urbani jistgħu jiġu kkunsidrati t-tkabbir temporanju tal-bankini u ż-żieda tal-ispazju fit-triq għall-alternattivi tal-mobilità attiva biex jiġu ffaċilitati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni li tiċċaqlaq b’mod sikur u effiċjenti, filwaqt li jitnaqqsu l-limiti tal-veloċità tal-vetturi f’żoni b’mobilità attiva ogħla. |
66. |
Il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, tal-ideat u tal-innovazzjonijiet għall-mobilità sikura f’żoni urbani u suburbani matul it-tifqigħa tal-COVID-19 bdiet permezz ta’ pjattaformi u netwerks iddedikati, u hija kruċjali li tali kooperazzjoni u qsim tal-għarfien jiġu żviluppati aktar. Il-Kummissjoni se tiġbor ukoll flimkien lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet lokali u lill-partijiet ikkonċernati attivi fil-qasam tal-mobilità urbana biex jiġi analizzat l-impatt tat-tifqigħa, jinsiltu t-tagħlimiet u jinġabru l-esperjenzi miksuba sa issa, kif ukoll biex jiġu identifikati l-opportunitajiet għall-mobilità futura u aktar sostenibbli fl-UE, f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
IV. Konklużjoni
67. |
Il-Kummissjoni se tibqa’ taħdem ml-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi oħra tal-UE, mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati fit-trasport kif ukoll mas-sħab internazzjonali biex tikkoordina l-azzjonijiet u biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida b’mod trasparenti u oġġettiv. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se timmonitorja li l-miżuri ta' konteniment u t-tneħħija progressiva tagħhom ma jipperikolawx is-Suq Uniku jew joħolqu effetti diskriminatorj, li jmorru kontra t-Trattati, bejn l-operaturi tat-trasport tal-UE u l-provdituri tas-servizzi, u li dawn ma jiddiskriminawx bejn iċ-ċittadini jew ħaddiema tal-UE abbażi tan-nazzjonalità. |
68. |
Is-sitwazzjoni għadha dinamika u l-Kummissjoni se tibqa’ taħdem mal-awtoritajiet kompetenti, mal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, mal-operaturi tat-trasport u mal-provdituri tas-servizzi biex taġġusta u taġġorna l-approċċi u l-miżuri tagħna, filwaqt li jitqiesu l-aktar żviluppi epidemjoloġiċi reċenti, il-feedback dwar l-effettività tal-miżuri eżistenti u l-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-UE u tal-ekonomija tagħna. Sakemm iddum it-tifqigħa tal-COVID-19, l-awtoritajiet pubbliċi, il-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini jeħtieġ li jibqgħu viġilanti u jżommu livell għoli ta’ tħejjija għal żieda potenzjali fl-infezzjonijiet. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tissorvelja kontinwament l-applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida u taġġornahom jekk meħtieġ biex tiżgura l-effettività tagħhom fiċ-ċirkostanzi fluwidi. |
69. |
Filwaqt li niffokaw fuq ir-restawr tas-servizzi tat-trasport u tal-konnettività, huwa meħtieġ li nħarsu lejn l-irkupru sostenibbli u intelliġenti tas-settur tat-trasport tal-UE biex ikun jista’ jerġa’ lura għas-saħħa li kellu qabel il-kriżi, jibqa’ globalment kompetittiv u jkompli jkun parti fundamentali tal-ekonomija tal-UE u ta’ ħajjet iċ-ċittadini. It-tagħlimiet miksuba mill-kriżi tal-COVID-19 se jkunu riflessi fl-istrateġija li ġejja dwar il-Mobilita Sostenibbli u Intelliġenti fl-2020. |
(1) Pereżempju, bejn wieħed u ieħor -90 % fit-traffiku tal-ajru meta mqabbel ma’ sena ilu (Sors: Eurocontrol), -85 % fis-servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-passiġġieri fuq distanzi twal, -80 % fis-servizzi ferrovjarji tat-trasport reġjonali tal-passiġġieri (inkluż it-trasport suburban), waqfien kważi totali tas-servizzi ferrovjarji internazzjonali (Sors: CER); aktar minn -90 % għall-vapuri tal-kruċieri u tal-passiġġieri f’nofs April meta mqabbel ma’ sena ilu (Sors: EMSA).
(2) COM(2020) 115 final, COM(2020) 148 final, u C(2020) 2050 final (ĠU C 102I , 30.3.2020, p. 12).
(3) C(2020) 1753 final (ĠU C 86I, 16.3.2020, p.1).
(4) C(2020) 1897 final (ĠU C 96I, 24.3.2020, p.1).
(5) C(2020) 2010 final (ĠU C 100I, 27.3.2020, p.1).
(6) C(2020) 3100 finali (ĠU C 119, 14.4.2020, p. 1).
(7) C(2020) 2051 final (ĠU C 102I, 30.3.2020, p. 12).
(8) Pjan Direzzjonali Ewropew Konġunt għat-tneħħija tal-miżuri ta’ konteniment tal-COVID-19 (ĠU C 126, 17.4.2020, p. 1).
(9) Bħalma huma l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, is-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport, eċċ.
(10) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Lejn approċċ gradwali u kkoordinat għar-ritorn tal-libertà ta' moviment u t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni — COVID-19 tat-13 ta’ Mejju 2020.
(11) F’din il-Komunikazzjoni, it-terminu “vettura” jirreferi, b’rilevanza għal dan il-kuntest partikolari, għat-tipi kollha ta’ vetturi, fosthom il-karozzi, it-trakkijiet, il-karozzi tal-linja, il-kowċijiet, il-ferroviji, l-inġenji tal-ajru, il-vapuri, il-bastimenti, il-ferries, eċċ.
(12) “COVID-19: guidance for the workplace” (COVID-19: gwida għall-post tax-xogħol) u “COVID-19: Back to the workplace - Adapting workplaces and protecting workers” (COVID-19: Lura fil-post tax-xogħol - Nadattaw il-postijiet tax-xogħol u nipproteġu l-ħaddiema) https://oshwiki.eu/wiki/COVID-19:_guidance_for_the_workplace#See.
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1); Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3); Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7).
(14) “Maskri tal-wiċċ” huwa terminu ġeneriku li jkopri kemm maskri mediċi kif ukoll maskri mhux mediċi. L-ECDC jindika li “L-użu ta’ maskri tal-wiċċ mhux mediċi magħmula minn diversi tessuti jista’ jiġi kkunsidrat, speċjalment jekk – minħabba problemi ta’ forniment – il-maskri mediċi tal-wiċċ iridu jiġu prijoritizzati għall-użu bħala tagħmir protettiv personali mill-ħaddiema tas-saħħa” (https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/COVID-19-use-face-masks-community.pdf). Se jkun f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa/tas-sikurezza biex jispeċifikaw aktar dettalji matul id-diskussjonijiet tagħhom mal-partijiet ikkonċernati għal kull mod tat-trasport, abbażi tar-riskju epidemjoloġiku f'dak il-pajjiż, tad-disponibbiltà u ta’ konsiderazzjonijiet oħra. Ċerti ħaddiema tat-trasport u ċerti passiġġieri, rispettivament, jistgħu jkunu esposti għal livelli ta’ riskju differenti.
(15) https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/ehealth/docs/covid-19_apps_en.pdf.
(16) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Gwida dwar l-Apps li jgħinu fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 fir-rigward tal-protezzjoni tad-data (ĠU C 124I , 17.4.2020, p. 1).
(17) https://edpb.europa.eu/our-work-tools/our-documents/guidelines/guidelines-042020-use-location-data-and-contact-tracing_en
(18) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/518 tat-8 ta’ April 2020 dwar sett tal-għodod komuni tal-Unjoni għall-użu tat-teknoloġija u tad-data biex niġġieldu u noħorġu mill-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari dwar l-applikazzjonijiet mobbli u l-użu ta’ data anonimizzata dwar il-mobbiltà (ĠU L 114, 14.4.2020, p. 7).
(19) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Linji gwida dwar il-ħarsien tas-saħħa tal-baħħara, tal-passiġġieri u ta’ persuni oħrajn li jkunu jinsabu abbord il-bastimenti u dwar ir-ripatrijazzjoni u l-arranġamenti tal-ivvjaġġar tagħhom (ĠU C 119, 14.4.2020, p. 1).
(20) Azzjoni Konġunta EU HEALTHY GATEWAYS, Overview of Personal Protective Equipment (PPE) recommended for staff at Points of Entry and crew on board conveyances in the context of COVID-19 (Ħarsa lejn it-Tagħmir Protettiv Personali (PPE) rakkomandat għall-persunal fil-Punti tad-Dħul u l-ekwipaġġi abbord l-inġenji fil-kuntest tal-COVID-19).
(21) Proċeduri rakkomandati għat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-bastimenti matul il-pandemija jew meta jkun ġie identifikat abbord każ tal-COVID-19; https://www.healthygateways.eu/Portals/0/plcdocs/EU_HEALTHY_GATEWAYS_COVID-19_Cleaning_Disinfection_ships_09_4_2020_F.pdf?ver=2020-04-09-124859-237
15.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169/30 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Lejn approċċ gradwali u kkoordinat għar-ritorn tal-libertà ta’ moviment u t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni — COVID-19
(2020/C 169/03)
I. INTRODUZZJONI
Il-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat emerġenza tas-saħħa bla preċedent fil-pajjiżi Ewropej kollha. In-nuqqas ta’ trattament effettiv jew vaċċin flimkien ma’ tkabbir esponenzjali fl-infezzjonijiet fl-Ewropa minn Frar 2020 wasslu lil ħafna Stati Membri tal-UE u Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen (1) (minn hawn ’il quddiem “l-Istati Membri”) biex jimplimentaw miżuri komunitarji estensivi, inkluż il-konfinament u t-tbegħid fiżiku. Għal kważi l-Istati Membri kollha, ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu bl-għan li tiġi protetta s-saħħa pubblika — inkluż il-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni (2) — kienu parti minn dawn il-miżuri. Barra minn hekk, ġew applikati restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni minn meta saru r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu (3), tat-8 ta’ April (4) u tat-8 ta’ Mejju (5), appoġġati minn gwida tat-30 ta’ Marzu (6).
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-Kummissjoni u l-Istati Membri żiedu l-koordinazzjoni, l-azzjoni komuni u l-iskambju ta’ informazzjoni. Dan għen biex jittaffa l-impatt ta’ dawn ir-restrizzjonijiet, u b’hekk ikun jista’ jsir ir-ritorn ta’ xi aspetti tal-funzjonament tas-Suq Uniku inkluż it-twassil ta’ prodotti u servizzi essenzjali madwar l-Ewropa u l-moviment liberu għall-ivvjaġġar transfruntiera essenzjali. Dawn l-ewwel miżuri kellhom l-għan li jsibu bilanċ bejn, minn naħa l-għan li jitrażżan it-tixrid tal-epidemija u jitnaqqas ir-riskju tal-pressjoni eċċessiva fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa, u min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jiġu limitati l-effetti negattivi fuq il-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija u tas-servizzi.
Hekk kif is-sitwazzjoni tas-saħħa titjieb gradwalment, jenħtieġ li dan il-bilanċ jinbidel lejn ritorn għall-moviment liberu tal-persuni mingħajr restrizzjonijiet u r-ritorn tal-integrità taż-żona Schengen, waħda mill-akbar kisbiet tal-integrazzjoni Ewropea. It-tneħħija tar-restrizzjonijiet hija kruċjali għall-irkupru ekonomiku. Ir-restrizzjoni fuq il-moviment liberu u r-riintroduzzjoni tal-fruntieri interni huma dannużi għas-Suq Uniku u għall-operat bla xkiel tal-ktajjen tal-provvista. Aktar minn hekk, jagħmlu ħsara lill-istil tal-ħajja Ewropew tagħna f’Unjoni fejn iċ-ċittadini jistgħu jivvjaġġaw liberament bejn il-fruntieri, kemm jekk huma ħaddiema, studenti, membri tal-familja, jew turisti. Irridu naħdmu biex nirritornaw din il-kisba ewlenija tal-integrazzjoni Ewropea.
L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li tistieden lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom fi proċess ta’ ftuħ mill-ġdid tal-moviment transfruntiera mingħajr restrizzjonijiet ġol-Unjoni. Ir-ritorn tal-moviment liberu tal-persuni u t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni jrid ikun proċess gradwali, bil-kunsiderazzjoni ewlenija tkun ħajjet u saħħet iċ-ċittadini. Għalhekk, il-kundizzjoni primarja biex jirritorna l-ivvjaġġar se tkun is-sitwazzjoni epidemjoloġika, ikkomplementata minn miżuri, bħar-rekwiżiti tas-sigurtà tas-saħħa fuq modi differenti ta’ vvjaġġar u akkomodazzjoni, biex jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa. Il-ftuħ mill-ġdid tal-moviment transfruntiera huwa wieħed mill-prekundizzjonijiet biex jerġa’ jkun hemm it-turiżmu u t-trasport.
Flimkien ma’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni qed tressaq pakkett ta’ miżuri biex l-ekosistema tat-turiżmu terġa’ taqbad it-triq it-tajba, meta wieħed iqis li din hija waħda mill-muturi ekonomiċi, soċjali u kulturali Ewropej. Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi kif it-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet domestiċi u transfruntiera f’konformità mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata mill-istabbiliment progressiv mill-ġdid tal-moviment liberu għall-Ewropej u t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni.
II. PJAN DIREZZJONALI EWROPEW KONĠUNT
Fil-15 ta’ April 2020, il-President tal-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew, stabbilew “Pjan Direzzjonali Ewropew konġunt għat-tneħħija tal-miżuri ta’ konteniment tal-COVID-19” (minn hawn ’il quddiem “il-Pjan Direzzjonali Konġunt”). Dan jipprovdi sett ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri għal inverżjoni gradwali tal-miżuri meħuda u jappella għal approċċ gradwali biex jiġi rritornat il-moviment liberu mingħajr restrizzjonijiet u jitneħħew il-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni applikati mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Huwa jipprevedi wkoll, bħala t-tieni stadju, it-tmiem ta’ restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE mill-fruntiera esterni, li hija s-suġġett ta’ valutazzjoni kontinwa mill-Kummissjoni.
Il-Pjan Direzzjonali Konġunt jappella lill-Kummissjoni biex tkompli (1) tanalizza l-proporzjonalità tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jaffaċċaw il-pandemija tal-COVID-19 hekk kif is-sitwazzjoni tevolvi u (2) titlob it-tneħħija tal-miżuri meqjusa bħala sproporzjonati, speċjalment meta jkollhom impatt fuq is-Suq Uniku. Huwa jenfasizza wkoll l-interess Ewropew komuni biex ikun hemm dieskalazzjoni tal-miżuri tal-COVID-19 b’mod ikkoordinat. Lil hinn mill-urġenza tal-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi immedjati tagħha, is-soċjetajiet u l-ekonomiji tal-Ewropa jridu jmorru lura għal stat normali ta’ funzjonament. Jenħtieġ li t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-kontrolli fil-fruntieri interni tiġi riveduta flimkien mal-proċess ta’ tneħħija tar-restrizzjonijiet ġot-territorji tal-Istati Membri. Kull pass irid jittieħed b’għarfien sħiħ tar-riskji li tinħoloq it-tieni mewġa fit-trażmissjoni komunitarja li tkun teħtieġ l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ miżuri ta’ konteniment iktar rigorużi. Il-Pjan Direzzjonali Konġunt jindika wkoll li se jkun hemm bżonn li tingħata attenzjoni għas-sitwazzjoni tal-pajjiżi fil-viċinat tal-UE. F’konformità mal-Komunikazzjoni tagħha dwar “Support to the Western Balkans in tackling COVID-19 and the post-pandemic recovery” (7), il-Kummissjoni hija lesta tassoċja r-reġjun mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Konġunt tagħha.
Il-Pjan Direzzjonali Konġunt jirreferi għal tliet kwistjonijiet li jridu jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk ikunx iż-żmien li jitneħħew gradwalment ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-kontrolli fil-fruntieri interni: (1) il-kriterji epidemjoloġiċi; (2) il-kapaċità tas-sistema tas-saħħa u (3) kapaċità ta’ monitoraġġ xierqa. F’dan l-isfond, huwa jiċċara li jenħtieġ li l-kontrolli fil-fruntieri interni u r-restrizzjonijiet sottostanti tal-ivvjaġġar li qed jiġu applikati bħalissa jitneħħew ladarba s-sitwazzjoni epidemjoloġika tikkonverġi biżżejjed u r-regoli ta’ tbegħid fiżiku jiġu largament applikati b’mod responsabbli. (8) Fil-Pjan Direzzjonali Konġunt, huwa imtenni li jenħtieġ li t-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu u l-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri jagħtu prijorità lill-ħaddiema transfruntiera u lill-ħaddiema staġjonali u jenħtieġ li kull diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema mobbli tal-UE tiġi evitata (9).
III. IT-TNEĦĦIJA TAL-MIŻURI TA’ KONTENIMENT COVID-19 FIL-FRUNTIERI INTERNI: KRITERJI U FAŻIJIET
Il-proċess għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-kontrolli fil-fruntieri interni se jirrikjedi l-ippeżar u l-ibbilanċjar ta’ kriterji differenti, b’kont meħud tas-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi speċifiċi f’kull Stat Membru, li jistgħu min-naħa tagħhom ivarjaw bejn żoni u reġjuni. Din il-bażi oġġettiva hija essenzjali biex jiġi żgurat li r-restrizzjonijiet jitneħħew b’mod mhux diskriminatorju. Jenħtieġ li l-fażijiet proposti f’din il-Komunikazzjoni jiġu implimentati b’mod ikkoordinat. Jenħtieġ ukoll li tkun flessibbli, inkluż il-possibbiltà li jiġu introdotti mill-ġdid ċerti miżuri jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun teħtieġ li jsir hekk, jew anke biex ikun jista’ jkun hemm tneħħija iktar mgħaġġla tal-miżuri jekk is-sitwazzjoni tkun tippermetti. Iż-żmien tal-proċess se jiġi influwenzat ukoll minn kemm iċ-ċittadini jobdu l-miżuri ta’ tbegħid fiżiku. Jenħtieġ li l-fażijiet kollha jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni ta’ sitwazzjoni li tevolvi u fuq il-monitoraġġ kostanti tal-kriterji. Għal dan il-għan, il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni stabbilit fit-Taqsima IV se jkun strumentali biex jiġu żgurati kemm il-fiduċja reċiproka kif ukoll il-konsistenza operattiva.
III.1. Kriterji
It-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-kontrolli fil-fruntieri interni jridu jkunu bbażati fuq il-kunsiderazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni epidemjoloġika madwar l-Ewropa u fl-Istati Membri individwali. Jenħtieġ li l-miżuri li jridu jittieħdu fil-livell nazzjonali biex ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar jitneħħew gradwalment iqisu (a) il-valutazzjoni tal-approssimazzjoni tas-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi fl-Istati Membri flimkien (b) mal-ħtieġa li jiġu applikati miżuri ta’ konteniment, inkluż tbegħid fiżiku filwaqt li tinbena u tinżamm il-fiduċja fis-soċjetajiet, u (c) il-proporzjonalità, jiġifieri, it-tqabbil tal-benefiċċji taż-żamma ta’ restrizzjonijiet ġenerali mal-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u soċjali, inkluż l-impatt fuq il-mobbiltà tax-xogħol u l-kummerċ transfruntiera tal-UE (10). Dawn il-kriterji se jippermettu approċċ gradwali, flessibbli u kkoordinat lejn it-tneħħija tal-kontrolli u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.
Abbażi tal-konsultazzjonijiet tal- “Grupp ta’ Informazzjoni tal-COVID-19 — Affarijiet Interni” u b’kont meħud tal-parir xjentifiku mogħti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-Istati Membri jqisu l-elementi u l-konsiderazzjonijiet politiċi li ġejjin għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu u tal-kontrolli fil-fruntieri interni.
a) Is-sitwazzjoni epidemjoloġika
Ġol-UE, jenħtieġ li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar l-ewwel jitneħħew f’żoni b’sitwazzjoni epidemjoloġika komparabbli abbażi ta’ gwida maħruġa mill-ECDC, u meta jkun hemm kapaċitajiet suffiċjenti fis-seħħ f’termini ta’ kapaċità tal-isptarijiet, kapaċità tal-ittestjar, kapaċità ta’ sorveljanza u kapaċità ta’ traċċar tal-kuntatti. Dan huwa meħtieġ biex jiġu evitati miżuri diskriminatorji u biex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni b’mod ikkoordinat madwar l-UE. Barra minn hekk, l-ECDC, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, qed jiżviluppa u se jżomm kontinwament mappa (11) tal-livell ta’ trażmissjoni tal-COVID-19, inkluż fil-livell sottonazzjonali (livell NUTS3). Din il-mappa hija maħsuba biex tipprovdi informazzjoni fil-livell tal-UE biex tintuża mill-awtoritajiet, l-operaturi tat-trasport u l-fornituri tas-servizzi. Huwa essenzjali li l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni ta’ sorveljanza meħtieġa lill-ECDC biex il-mappa tiġi aġġornata kontinwament, u tintuża bħala sors affidabbli ta’ referenza miċ-ċittadini wkoll. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw id-data meħtieġa lill-ECDC jew permezz tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa sabiex jiżguraw monitoraġġ reġjonali kemm jista’ jkun preċiż, komparabbli u effiċjenti tal-livelli ta’ trażmissjoni, inkluż ir-rati ta’ trażmissjoni u ta’ infezzjoni, ir-rati ta’ ammissjoni fl-ICU, u r-rati tat-testijiet.
Is-sitwazzjoni preżenti fi kwalunkwe ħin fi Stati Membri individwali jew reġjuni jew żoni subnazzjonali trid tkun parti minn kampanji ta’ komunikazzjoni intensivi u aġġornati kontinwament. Dan hu meħtieġ biex jiġi żgurat li n-nies li jaqsmu l-fruntieri jkunu jistgħu jippjanaw u jaġixxu fuq il-bażi ta’ informazzjoni trasparenti u ta’ għarfien sħiħ tas-sitwazzjoni, biex ikunu jistgħu jassumu r-responsabbiltà individwali tagħhom billi jsegwu r-rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa meta jivvjaġġaw. Il-Kummissjoni se tappoġġa dan l-isforz ta’ komunikazzjoni billi tkompli turi pubblikament fis-sit tagħha, fost affarijiet oħra, il-lista tal-kontrolli fil-fruntieri interni fis-seħħ fi kwalunkwe mument partikolari (12).
b) Miżuri ta’ konteniment, inkluż tbegħid fiżiku
Prekundizzjoni għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, inkluż bejn il-fruntieri, hija l-kapaċità li jiġi żgurat li l-miżuri ta’ konteniment, bħat-tbegħid fiżiku, ikunu jistgħu jiġu segwiti matul il-vjaġġ kollu, mill-oriġini sad-destinazzjoni, inkluż fil-qsim tal-fruntiera. Meta jkun aktar diffiċli li jkun żgurat it-tbegħid fiżiku, jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji u miżuri addizzjonali li jwasslu għal livelli ekwivalenti ta’ protezzjoni, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet maħruġa għas-settur tat-trasport u tal-ospitalità (13). F’dan il-kuntest, l-applikazzjonijiet għat-traċċar tal-kuntatti huma utli u konformi mal-gwida taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (14) u l-Gwida dwar l-Applikazzjonijiet li jappoġġaw il-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 fir-rigward tal-protezzjoni tad-data (15); il-Kummissjoni u l-Istati Membri ppubblikaw protokoll dwar il-prinċipji tal-interoperabbiltà biex ikun żgurat li applikazzjonijiet għat-traċċar tal-kuntatti approvati volontarji jkunu jistgħu jaħdmu b’mod transfruntiera u jkunu affidabbli jkunu fejn ikunu fl-Ewropa l-utenti tagħhom (16).
Filwaqt li l-miżuri ta’ konteniment mistennija jittaffew bħala parti minn strateġija ta’ dieskalazzjoni kumplessiva, il-ħtieġa li xi miżuri, inklużi miżuri ta’ tbegħid fiżiku individwali u miżuri ta’ tbegħid organizzattiv, se jibqgħu.
Jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jżommu fis-seħħ miżuri mmirati b’mod individwali biex inaqqsu r-riskju tat-trażmissjoni tal-virus (17). L-ittestjar u ż-żieda fil-kapaċità tal-ittestjar, it-traċċar tal-kuntatti, u l-użu tal-iżolament u l-kwarantina f’każ li jinstabu każijiet suspettati ta’ COVID-19 huma ta’ importanza vitali. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll li jużaw ittestjar — kemm jekk sistematiku, każwali jew ibbażat fuq ir-riskju — bħala mezz ta’ monitoraġġ tar-riskji tat-tixrid mill-ġdid tal-virus fir-rigward tal-vjaġġaturi ladarba jirritornaw pajjiżhom.
L-ECDC, appoġġat mill-Kummissjoni u l-Istati Membri se jkompli jiġbor l-informazzjoni rilevanti mingħand l-Istati Membri biex jikseb ħarsa ġenerali tal-miżuri ta’ konteniment, inkluż il-miżuri tbegħid fiżiku fis-seħħ fl-Istati Membri.
Iċ-ċittadini għandu jkollhom is-setgħa jipproteġu ruħhom u lill-oħrajn permezz ta’ mġiba responsabbli. Dan jirrikjedi approċċ ikkoordinat għall-miżuri ta’ tbegħid fiżiku bejn l-Istati Membri li bdew ineħħu r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. Trid tiġi evitata kemm jista’ jkun sitwazzjoni fejn informazzjoni kontradittorja tirriżulta f’konfużjoni u f’nuqqas ta’ aderenza mat-tbegħid fiżiku. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu pereżempju jiżguraw li jkun hemm sit web aċċessibbli wieħed għall-konsultazzjoni minn qabel mill-vjaġġaturi u jiżguraw li mad-dħul fit-territorju tagħhom, iċ-ċittadini jirċievu SMS awtomatiku, li jkun fih l-informazzjoni dwar il-punt ta’ informazzjoni nazzjonali jew reġjonali rigward il-miżuri u r-restrizzjonijiet speċjali applikati waqt il-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll informazzjoni dwar lil min irid jiġi kkuntattjat jekk dak l-individwu jibda juri sintomi relatati mal-COVID-19.
c) Kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u soċjali
Is-Suq Uniku huwa spazju kondiviż. Il-ktajjen tal-provvista u l-fornituri tas-servizzi, ma joperawx tul ħitan inviżibbli, b’mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntiera. Il-miżuri implimentati għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika huma kjarament meħtieġa, iżda jirriżultaw f’kost ekonomiku u soċjali għoli u għalhekk jenħtieġ li jinkludu kunsiderazzjoni qawwija dwar l-impatt fis-Suq Uniku. B’mod partikolari fid-dawl tal-isforz konġunt Ewropew mingħajr preċedent biex l-ekonomija terġa’ tqum fuq saqajha, ir-restrizzjonijiet iridu jkunu effettivi u proporzjonati u jenħtieġ li ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex titrażżan il-pandemija u tiġi protetta s-saħħa pubblika.
B’mod ġenerali, ir-restrizzjonijiet fis-seħħ biex tiġi protetta s-saħħa pubblika biex tiġi miġġielda l-kriżi tal-COVID-19 wasslu għal impatti ekonomiċi u soċjali serji, inkluż il-waqgħa fid-domanda għall-prodotti u s-servizzi li wasslu għal waqfien virtwali ta’ ċerti setturi, bħal, partikolarment, l-ekosistema usa’ tat-turiżmu kif ukoll għal xkiel fil-ktajjen tal-provvista u l-moviment liberu tal-ħaddiema u s-servizzi bejn il-fruntieri.
Hekk kif l-Istati Membri jirnexxilhom inaqqsu ċ-ċirkolazzjoni tal-virus, jenħtieġ li r-restrizzjonijiet ġenerali għall-moviment liberu lejn u minn reġjuni jew żoni oħrajn fl-Istati Membri bi profil tar-riskju kumplessiv simili jiġu sostitwiti b’miżuri aktar immirati, b’mod komplementari għall-miżuri ta’ tbegħid fiżiku u traċċar effettiv u ttestjar ta’ kwalunkwe każ suspettat. Jenħtieġ li t-taffija tar-restrizzjonijiet li jkun fadal fuq il-moviment transfruntiera f’oqsma ewlenin ta’ saħħa, attività soċjali u ekonomika tkompli tingħata prijorità sakemm tiġi rritornata kompletament iċ-ċirkolazzjoni libera.
Dan huwa importanti mhux biss biex l-ekonomija terġa’ lura fit-triq lejn l-irkupru sħiħ, iżda wkoll għal kunsiderazzjonijiet soċjali u familjari. Ħafna familji ġarrbu perjodi twal ta’ separazzjoni biex jgħinu biex titrażżan il-mewġa tal-virus. Ħafna drabi, iċ-ċittadini qagħdu lura milli jmorru lura darhom għand il-familji tagħhom sabiex jagħtu sehemhom f’din il-kriżi, sew jekk fl-isptarijiet, fid-djar tal-kura, fis-settur agrikolu jew fl-industrija tas-servizzi. Hekk kif is-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun tippermetti, hemm bżonn li n-nies ikunu jistgħu jivvjaġġaw b’mod sikur biex jerġgħu jingħaqdu ma’ familthom.
Dawn il-kwistjonijiet ġew diskussi mar-rappreżentanti tal-Istati Membri u d-dijagramma li ġejja tiġbor fil-qosor il-kriterji u l-prinċipji għal approċċ ikkoordinat.
III.2. Approċċ gradwali
Fil-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, l-ECDC jikkonkludi li t-tneħħija tal-miżuri malajr wisq jew b’mod mhux ikkoordinat, mingħajr monitoraġġ xieraq u mingħajr kapaċitajiet tas-sistema tas-saħħa fis-seħħ, jistgħu jikkawżaw żieda f’daqqa ta’ trażmissjoni komunitarja sostnuta (18). Din hija r-raġuni għala — bl-istess mod li r-restrizzjonijiet domestiċi qed jiġu soġġetti għal rilassament gradwali — jenħtieġ li jiġi previst approċċ gradwali għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-kontrolli fil-fruntieri. Il-proċess jista’ jkun strutturat fi tliet fażijiet filwaqt li jitqiesu l-kriterji msemmija fit-Taqsima III.1. Il-passaġġ mill-Fażi 0 li hija s-sitwazzjoni attwali bħalissa għall-istadji ta’ wara jenħtieġ li jsir b’mod flessibbli, u jekk ikun meħtieġ jittieħed pass lura f’każ li s-sitwazzjoni epidemjoloġika tiħżien. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġu stabbiliti pjanijiet adegwati ta’ tħejjija biex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid malajr jew jitneħħew qabel mistenni fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tevolvi.
Meta r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jitneħħew gradwalment, jista’ jiġi previst li jittieħed kont tal-progress prattiku biex jiġu żgurati t-tbegħid fiżiku jew miżuri ta’ konteniment ekwivalenti fl-aktar oqsma rilevanti għall-ivvjaġġar, b’mod partikolari f’modi ta’ trasport u f’tipi ta’ akkomodazzjoni differenti. Il-Linji Gwida dwar ir-ritorn progressiv tas-servizzi tat-trasport u l-konnettività u dawk għall-protokolli tas-saħħa fl-istabbilimenti tal-ospitalità, adottati mill-Kummissjoni flimkien ma’ din il-Komunikazzjoni (19), jipprovdu elementi konkreti għall-awtoritajiet kompetenti jew għall-korpi industrijali biex jispeċifikaw ulterjorment il-miżuri li jippermettu livelli ekwivalenti ta’ protezzjoni, b’mod partikolari, fis-setturi tat-trasport u tat-turiżmu, u għall-operaturi ekonomiċi biex jistabbiluhom. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni prattika ta’ dawn il-linji gwida u l-prinċipji jitqiesu fil-proċess ta’ deċiżjoni lejn it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-kontrolli fil-fruntieri interni.
Speċifikament fir-rigward tat-turiżmu u tat-trasport, jenħtieġ li t-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet u l-kontrolli tal-ivvjaġġar tqis ukoll l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija u l-miżuri preventivi relatati. Linji gwida (20), protokolli u standards ġodda tal-COVID-19 jistgħu jirrassiguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri azzjonabbli, affordabbli u proporzjonati biex jitnaqqsu r-riskji tal-ivvjaġġar: għal diversi modi ta’ trasport tal-passiġġieri, kiri ta’ karozzi, tbaħħir rikreattiv, diversi tipi ta’ akkomodazzjoni, ospitalità, attrazzjonijiet, wirjiet, eċċ. Ladarba dawn il-protokolli jiġu applikati b’mod effettiv, ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jistgħu jitneħħew għal dawk il-modi ta’ trasport u xi tipi ta’ attivitajiet turistiċi, bil-ħsieb li jiġi ppjanat vjaġġar għall-btajjel, kif imsemmi fil-Pjan Direzzjonali Konġunt.
— Il-Fażi 0: Is-sitwazzjoni attwali
Il-pandemija tal-COVID-19 wasslet biex ħafna Stati Membri jimplimentaw miżuri komunitarji estensivi, inkluż il-konfinament u t-tbegħid fiżiku, b’implikazzjonijiet drammatiċi fuq il-movimenti kemm ġol-pajjiż u kemm bejn il-fruntieri. Kważi l-Istati Membri kollha introduċew kontrolli temporanji fil-fruntieri interni bl-għan li jipproteġu s-saħħa pubblika. Barra minn hekk, ġew applikati restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni mill-gwida tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu.
Sabiex jiġu indirizzati l-problemi serji kkawżati mill-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, u biex jiġu limitati l-impatti fuq il-funzjonament tas-suq intern, il-Kummissjoni mmobilizzat ir-riżorsi kollha meħtieġa u pprovdiet koordinazzjoni fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppreżentat gwida prattika biex tiżgura l-fluss kontinwu ta’ merkanzija vitali madwar l-UE permezz ta’ korsiji ħodor, biex tiffaċilita l-merkanzija bl-ajru u biex tiggarantixxi l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-ħaddiema (21).
F’ħafna partijiet tal-UE, l-okkupazzjonijiet kritiċi jiġu eżerċitati minn persuni li jgħixu fi Stat Membru, iżda jaħdmu f’ieħor. Ir-restrizzjonijiet introdotti mill-Istati Membri b’rabta mal-qsim tal-fruntieri tagħhom għalhekk iwasslu għal diffikultajiet addizzjonali jistgħu jfixklu l-isforzi fil-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19. Filwaqt li s-sitwazzjoni fuq il-post tjiebet mill-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-ħaddiema, għad hemm problemi sinifikanti għall-qsim ta’ ċerti fruntieri interni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lill-ħaddiema, b’mod partikolari lill-ħaddiema tat-trasport, tal-fruntiera, il-ħaddiema stazzjonati u staġjonali, u lill-fornituri tas-servizzi biex jaqsmu l-fruntieri u jkollhom aċċess mingħajr xkiel għall-post tax-xogħol tagħhom (22). Jenħtieġ li dan japplika wkoll meta dawn il-ħaddiema u l-fornituri tas-servizzi jgħaddu minn Stat Membru għat-tranżitu biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw ukoll il-ħtieġa li l-impjegaturi jipprevedu protezzjoni adegwata tas-saħħa u tas-sikurezza.
Il-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jiffinalizzaw kemm jista’ jkun malajr ir-reviżjoni li għaddejja tar-regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali (ir-Regolamenti KE (Nru) 883/2004 u 987/2009), li jridu jkunu konklużi malajr biex jiġi żgurat li l-ħaddiema mobbli affettwati mill-kriżi u b’mod partikolari mill-għeluq tal-fruntieri jkunu jistgħu jiddependu fuq sistema ta’ koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali li taħdem sew, b’regoli modernizzati li jkomplu jiggarantixxu d-drittijiet tagħhom.
Il-linji gwida tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq ipprovdew mitigazzjoni importanti tal-impatt tar-restrizzjonijiet fuq is-Suq Uniku u l-moviment liberu u jenħtieġ li jiġu applikati sakemm jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni u r-restrizzjonijiet ġenerali fuq l-ivvjaġġar.
— Il-Fażi 1: Lejn ir-ritorn tal-libertà tal-moviment bit-tneħħija parzjali tar-restrizzjonijiet u l-kontrolli fil-fruntieri interni
Jenħtieġ li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-kontrolli fuq il-fruntieri jitneħħew gradwalment madwar l-UE kollha jekk l-iżviluppi epidemjoloġiċi madwar l-Ewropa jkomplu x-xejra pożittiva attwali tagħhom, b’mod partikolari meta tintlaħaq rata ta’ trażmissjoni ta’ livell baxx biżżejjed. Jekk dan ma jkunx immedjatament possibbli, jenħtieġ li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-kontrolli fuq il-fruntieri jitneħħew għar-reġjuni, żoni u Stati Membri b’sitwazzjoni epidemjoloġika suffiċjentement simili u li qed tevolvi b’mod pożittiv. F’każ meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun inqas simili, jistgħu jiġu applikati salvagwardji u miżuri addizzjonali kif ukoll monitoraġġ.
L-ewwel pass biex dan ikun possibbli jkun li s-sitwazzjoni epidemjoloġika domestika tippermetti r-rilassament tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu domestiku. Għat-trasport transfruntiera, il-gwida li tistipula r-rekwiżiti tas-sikurezza għal modi differenti ta’ trasport xorta tkun iridu ikunu ġew issodisfati kif stabbilit fil-Linji Gwida dwar ir-ritorn progressiv tas-servizzi tat-trasport u l-konnettività u l-monitoraġġ jistgħu jiġu żgurati meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun inqas simili. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jippermetti l-ivvjaġġar fit-territorju tiegħu jew għal reġjuni u żoni speċifiċi fit-territorju tiegħu, dan jenħtieġ li tagħmlu b’mod mhux diskriminatorju — li jippermetti l-ivvjaġġar mir-reġjuni jew il-pajjiżi kollha fl-UE b’sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi simili.
Jekk ikun għadu ma ddeċidiex li jneħħi kompletament il-kontrolli fil-fruntieri interni, hemm ukoll passi li jistgħu jittieħdu biex jinbeda l-proċess tat-tneħħija tar-restrizzjonijiet, bħas-sostituzzjoni tal-kontrolli sistematiċi fil-fruntieri permezz ta’ kontrolli fil-fruntieri abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju jew permezz ta’ miżuri lokali tal-pulizija.
It-tneħħija tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu u l-kontrolli fuq il-fruntiera se jkunu jeħtieġu, fost l-oħrajn, koordinazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri kollha jridu jkunu infurmati qabel kull arranġament ġdid u dejjem irid ikun ċar li kull deċiżjoni selettiva li tillimita l-ivvjaġġar lejn reġjuni speċifiċi jew minnhom fi Stat Membru ssir fuq bażi kompletament oġġettiva: kull restrizzjoni prevista li jifdal jenħtieġ li tkun ibbażata biss fuq kunsiderazzjonijiet ta’ saħħa pubblika u tkun imfassla b’mod proporzjonat u mhux diskriminatorju. B’mod partikolari, meta Stat Membru jiddeċiedi li jneħħi r-restrizzjonijiet tiegħu għall-moviment lejn Stat Membru ieħor u minnu, jew fir-rigward ta’ reġjuni jew żoni ta’ dak l-Istat Membru, dan irid japplika, mingħajr diskriminazzjoni, għaċ-ċittadini kollha tal-UE u għar-residenti kollha ta’ dak l-Istat Membru irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, u jenħtieġ li dan japplika għall-partijiet kollha tal-Unjoni f’sitwazzjoni epidemjoloġika simili. Jenħtieġ li t-tneħħija tal-kontrolli ma tkunx limitata għall-qrubija ġeografika ta’ Stati Membri ġirien iżda bbażata fuq sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi komparabbli u l-implimentazzjoni ta’ gwida relatata mas-saħħa, fir-reġjuni, irrispettivament mill-qrubija tagħhom. Jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-tranżitu bla xkiel kemm għal raġunijiet professjonali kif ukoll għal raġunijiet personali.
Jenħtieġ li jkun possibbli l-ivvjaġġar sikur u bla xkiel għal raġunijiet professjonali, imma dan hu importanti wkoll għal raġunijiet personali, bħal żjarat lill-familja. Il-kriżi għamlet perjodi twal ta’ separazzjoni meħtieġa bejn il-membri tal-familja fi Stati Membri differenti, li ħafna minnhom taw kontributi importanti fil-ġlieda kontra l-virus. Li titħalla issir ir-riunifikazzjoni sikura tal-familji madwar l-Istati Membri b’sitwazzjoni epidemjoloġika simili se jkun importanti biex jiġi onorat dan il-kontribut.
— Il-Fażi 2: It-tneħħija ġenerali tar-restrizzjonijiet u l-kontrolli fil-fruntieri interni
Din l-aħħar fażi, meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika madwar l-UE tkun pożittiva u konverġenti biżżejjed, se tkun tikkonsisti fit-tneħħija tar-restrizzjonijiet u l-kontrolli kollha relatati mal-COVID-19 fil-fruntieri interni, filwaqt li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri tas-saħħa meħtieġa (iġjene personali, tbegħid fiżiku, eċċ.) ġot-territorji tal-Istati Membri (jew partijiet minnhom) u ż-żamma ta’ kampanji estensivi ta’ informazzjoni. Jibqa’ l-każ li biex jiġi rritornat kompletament il-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija u tas-servizzi trid tiġi ssodisfata l-gwida li tistipula r-rekwiżiti tas-sikurezza għall-modi differenti tat-trasport u l-akkomodazzjoni.
IV. MEKKANIŻMI TA’ KOORDINAZZJONI
Filwaqt li l-Kummissjoni jista’ jkollha rwol ta’ appoġġ u ta’ koordinazzjoni fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu u l-kontrolli fil-fruntieri interni, l-Istati Membri jivvalutaw is-sitwazzjoni f’pajjiżhom abbażi tal-kriterji indikati hawn fuq u jieħdu d-deċiżjoni dwar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet. B’mod simili għad-deċiżjonijiet dwar ir-riintroduzzjoni tal-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet dwar it-tneħħija tal-kontrolli jittieħdu f’konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra, b’mod partikolari dawk affettwati direttament.
Sa mill-bidu tat-tifqigħa l-Kummissjoni u l-Istati Membri kienu involuti fi skambju regolari ta’ informazzjoni u prattiki tajba f’varjetà ta’ fora, inkluż fil-livell tekniku permezz tal- “Grupp ta’ Informazzjoni dwar il-COVID-19 — Affarijiet Interni” u fil-livell politiku permezz ta’ laqgħat regolari permezz ta’ vidjokonferenzi msejħa mill-Kummissjoni. Iż-żamma ta’ koordinazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, ibbażata fuq fiduċja reċiproka u ħidma lejn objettivi komuni, hija tal-akbar importanza u jenħtieġ li tkompli tkun parti mill-approċċ gradwali. Għalhekk, il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi dawn il-fora għal skambji bħal dawn bl-għan li tiffaċilita u tħejji t-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward it-tneħħija kkoordinata u gradwali tar-restrizzjonijiet tal-moviment liberu u tal-kontrolli fil-fruntieri interni.
Jenħtieġ li, fi strateġija ta' ħruġ, fi skambju ta’ informazzjoni u f’segwitu tax-xogħol tal-Grupp ta’ Informazzjoni dwar il-COVID-19, il-koordinazzjoni tiżdied biex ikun żgurat approċċ immirat u konsistenti għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu u l-kontroll tal-fruntieri interni f’konformità mar-regoli u l-prinċipji tal-UE, filwaqt li tkun żgurata l-flessibilità neċessarja għall-pajjiżi involuti.
Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ mekkaniżmu jew pjattaforma ta’ koordinazzjoni ġdida, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li t-tħejjija ta’ rakkomandazzjonijiet konkreti ssir f’oqfsa eżistenti u li jiffunzjonaw sew. Dan jista’ pereżempju jsir fil-qafas tal-mekkaniżmu ta’ reazzjoni integrata għall-kriżijiet politiċi tal-UE (IPCR), li issa qiegħed kompletament attivat. Il-Kunsill jista’ jintensifika l-koordinazzjoni informali bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, inkluż għat-tħejjija ta’ rakkomandazzjonijiet immirati. Naturalment, il-Kummissjoni se tkompli taqdi r-rwol istituzzjonali tagħha, inkluż billi tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki fil-livell tekniku.
V. KONKLUŻJONI
Din il-Komunikazzjoni tipprovdi triq biex l-Istati Membri jkunu appoġġati fl-isforzi tagħhom biex ineħħu r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu u l-kontroll tal-fruntieri interni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni dinamika u dejjem tevolvi tal-kriżi pandemika tal-COVID-19, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jitkompla fil-livell tekniku u se jiġi segwit, meta jkun utli, fil-livell politiku wkoll. Kif ġie enfasizzat fil-Pjan Direzzjonali Konġunt, se jiġi applikat approċċ ikkalibrat bir-reqqa, ikkoordinat u gradwali. Il-Kummissjoni se tkompli tanalizza wkoll il-proporzjonalità tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jittrattaw il-pandemija tal-COVID-19 fir-rigward tal-fruntieri interni u esterni u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u tintervjeni biex titlob it-tneħħija tal-miżuri li jitqiesu sproporzjonati.
Filwaqt li huwa ċar li d-deċiżjoni li tiġi rritornata l-libertà ta’ moviment billi jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar hija waħda sensittiva ħafna, hija parti essenzjali mit-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet li qed iħabbtu wiċċhom magħha ċ-ċittadini u n-negozji llum. Il-posponiment ta’ dan il-proċess lil hinn minn dak li hu meħtieġ għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika jpoġġi piż kbir mhux biss fuq il-funzjonament tas-Suq Uniku imma wkoll fuq il-ħajja ta’ miljuni ta’ ċittadini tal-UE mċaħħda mill-benefiċċji tal-libertà ta’ moviment li hija kisba ewlenija tal-Unjoni Ewropea. Ir-ritorn tal-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku huwa rekwiżit ewlieni għall-irkupru tal-ekonomiji tal-UE u b’mod partikolari l-ekosistema importanti tat-turiżmu u t-trasport.
Il-Kummissjoni tinsab lesta biex taħdem flimkien mal-Istati Membri fil-Grupp tal-Affarijiet Interni tal-COVID-19 u r-Reazzjoni Integrata għall-Kriżijiet Politiċi bl-għan li twitti t-triq għal progress fil-fażijiet 1 u 2 hekk kif il-kundizzjonijiet jippermettu, bl-objettiv ġenerali li tiġi rritornata l-integrità taż-żona Schengen u li jerġa’ jkun hemm moviment liberu mingħajr restrizzjonijiet u mingħajr fruntieri ta’ persuni, ħaddiema, merkanzija u servizzi fl-UE.
(1) Il-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Iżvizzera.
(2) Kif iddikjarat fil-punt 18 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni C(2020) 1753 tas-16 ta’ Marzu 2020, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu mill-ġdid kontrolli temporanji fil-fruntieri interni jekk ikunu ġġustifikati għal raġunijiet ta’ politika pubblika jew sigurtà interna. F’sitwazzjoni estremament kritika, Stat Membru jista’ jidentifika ħtieġa għall-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fil-fruntieri bħala reazzjoni għar-riskju li jirriżulta minn marda kuntaġġuża. L-Istati Membri jridu jinnotifikaw l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntiera skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
(3) COM(2020) 115 final.
(4) COM(2020 148 final.
(5) COM(2020) 222.
(6) Gwida dwar l-implimentazzjoni tar-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE, dwar il-faċilitazzjoni tal-arranġamenti ta’ tranżitu għar-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-UE, u dwar l-effetti fuq il-politika dwar il-viżi, C(2020) 2050, it-30 ta’ Marzu 2020.
(7) COM(2020) 315 final.
(8) Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, se jżomm mappa bid-data epidemjoloġika aġġornata regolarment fil-livell reġjonali.
(9) Linji Gwida rigward l-eżerċitar tal-moviment liberu tal-ħaddiema, adottati mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Marzu 2020: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:52020XC0330(03)
(10) Pereżempju ħaddiema tal-fruntiera u staġjonali.
(11) https://qap.ecdc.europa.eu/public/extensions/COVID-19/COVID-19.html
(12) Ara https://ec.europa.eu/home-affairs/what-we-do/policies/borders-and-visas/schengen/reintroduction-border-control_en
(13) C(2020) 3139 u C(2020) 3251.
(14) https://www.ecdc.europa.eu/en/covid-19-contact-tracing-public-health-management.
(15) C(2020) 2523 final 16.4.2020.
(16) Il-Protokoll dwar il-prinċipji tal-interoperabbiltà għall-apps għat-traċċar tal-kuntatti volontarji, it-13 ta’ Mejju 2020.
(17) Dawn jenħtieġ li jinkludu: informazzjoni ripetuta u kontinwa lill-pubbliku, pariri lill-persuni bis-sintomi rigward l-iżolament u kuntatt mas-servizzi tas-saħħa; l-iġjene tal-idejn; etiquette respiratorja; tbegħid fiżiku bejn in-nies; l-ilbies tal-maskri, li jista’ jitqies bħala mezz ta’ kontroll tas-sors (jiġifieri biex jiġi evitat it-tixrid ta’ qtar minn nies infettati bis-sintomi jew mingħajrhom).
(18) Valutazzjoni tar-Riskju tal-ECDC.
(19) C(2020) 3139 u C(2020) 3251.
(20) C(2020) 3139.
(21) Għal ħarsa ġenerali lejn il-linji gwida kollha, ara https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/health/coronavirus-response/travel-and-transportation-during-coronavirus-pandemic_mt
(22) Għal lista mhux eżawrjenti ta’ liema okkupazzjonijiet jistgħu jkunu kritiċi, ara l-Premessa 2 tal- Linji Gwida rigward l-eżerċitar tal-moviment liberu tal-ħaddiema”, adottati mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Marzu 2020: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:52020XC0330(03)