ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 162

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
11 ta' Mejju 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 162/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 162/02

Kawża C-64/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-6 ta’ Frar 2020 – UH vs Minister for Agriculture, Food and the Marine, l-Irlanda u l-Attorney General

2


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 162/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 137, 27.4.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 129, 20.4.2020

ĠU C 114, 6.4.2020

ĠU C 103, 30.3.2020

ĠU C 95, 23.3.2020

ĠU C 87, 16.3.2020

ĠU C 77, 9.3.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-6 ta’ Frar 2020 – UH vs Minister for Agriculture, Food and the Marine, l-Irlanda u l-Attorney General

(Kawża C-64/20)

(2020/C 162/02)

Lingwa tal-kawża: l-Irlandiż

Qorti tar-rinviju

High Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UH

Konvenuti oħra fil-proċedura: Minister for Agriculture, Food and the Marine, l-Irlanda u l-Attorney General

Domandi preliminari

1)

Qorti nazzjonali għandha setgħa diskrezzjonali li tirrifjuta l-għoti ta’ miżura minkejja d-deċiżjoni tagħha li d-dritt nazzjonali ma ttrasponiex element partikolari ta’ direttiva tal-Unjoni Ewropea (UE) u, fil-każ li l-qorti għandha setgħa diskrezzjonali, liema huma l-fatturi xierqa li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fir-rigward ta’ din is-setgħa diskrezzjonali u/jew tista’ l-qorti nazzjonali tieħu inkunsiderazzjoni l-istess fatturi li kienet tikkunsidra li kieku kienet qegħda teżamina ksur tad-dritt nazzjonali?

2)

Il-prinċipju ta’ effett dirett tad-dritt tal-Unjoni jkun imminat fil-każ li l-qorti nazzjonali tirrifjuta l-għoti tal-miżura mitluba f’dan il-każ minħabba d-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/6 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 (li l-applikazzjoni tiegħu hija ddifferita sat-28 ta’ Jannar 2022), minkejja l-fatt li l-qorti nazzjonali ddeċidiet li d-dritt ma implimentax l-obbligu previst fl-Artikolu 61(1), fl-Artikolu 58(4) u fl-Artikolu 59(3) tad-Direttiva 2001/82/KE (2), li jipprovdi li l-ippakkjar u l-ittikkettar ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandhom ikunu bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru, jiġifieri fl-Irlanda, kemm bl-Irlandiż kif ukoll bl-Ingliż?


(1)  Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU 2019, L 4, p. 43).

(2)  Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 3).