ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 160

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
11 ta' Mejju 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 160/01

Rata tal-kambju tal-euro — It-8 ta' Mejju 2020

1

2020/C 160/02

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M. 9064 — Telia/Bonnier Broadcasting Holding (2020/C…/…) Relatur: L-Ungerija

2

2020/C 160/03

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta Telia Company/Bonnier Broadcasting Holding (M.9064)

5

2020/C 160/04

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2019 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ M.9064 — Telia Company/Bonnier Broadcasting Holding) (notifikata bid-dokument C(2019) 7985)  ( 1 )

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 160/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9845 — Davidson Kempner Capital Management/GoldenTree Asset Management/Quorum Health Corporation) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

2020/C 160/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9801 — Allianz/OMERS Infrastructure/T&R JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta' Mejju 2020

(2020/C 160/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0843

JPY

Yen Ġappuniż

115,34

DKK

Krona Daniża

7,4598

GBP

Lira Sterlina

0,87535

SEK

Krona Żvediża

10,5875

CHF

Frank Żvizzeru

1,0529

ISK

Krona Iżlandiża

158,50

NOK

Krona Norveġiża

11,0695

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,251

HUF

Forint Ungeriż

349,38

PLN

Zloty Pollakk

4,5482

RON

Leu Rumen

4,8280

TRY

Lira Turka

7,7252

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6613

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5118

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4052

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7668

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5326

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 322,41

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,9970

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6719

HRK

Kuna Kroata

7,5573

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 229,26

MYR

Ringgit Malażjan

4,6994

PHP

Peso Filippin

54,681

RUB

Rouble Russu

79,8383

THB

Baht Tajlandiż

34,958

BRL

Real Brażiljan

6,3074

MXN

Peso Messikan

25,9023

INR

Rupi Indjan

81,9615


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M. 9064 — Telia/Bonnier Broadcasting Holding (2020/C…/…)

Relatur: L-Ungerija

(2020/C 160/02)

Ġuriżdizzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta ’Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) (1).

2.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Definizzjoni tas-suq

3.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fl-abbozz tad-Deċiżjoni fir-rigward tad-definizzjoni tas-swieq ġeografiċi u tal-prodotti rilevanti għal:

a.

Il-produzzjoni ta’ kontenut Awdjoviżiv (AV).

b.

Il-liċenzjar ta’ drittijiet tax-xandir għal kontenut AV.

c.

Il-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi primjum bi ħlas.

d.

Il-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi FTA u dawk bi ħlas bażiku.

e.

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi AV.

f.

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi mobbli.

g.

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet.

h.

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ telefonija fissa.

i.

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi multiple play.

j.

Il-bejgħ ta’ spazju pubbliċitarju televiżiv.

Il-valutazzjoni kompetittiva

4.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tkun tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba:

a.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni ta’ dħul ta’ kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku fl-Iżvezja.

b.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni ta’ dħul ta’ kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku fil-Finlandja.

c.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni ta’ dħul ta’ kanali televiżivi sportivi primjum bi ħlas fl-Iżvezja.

d.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni ta’ dħul ta’ kanali televiżivi sportivi primjum bi ħlas fil-Finlandja.

e.

Effetti mhux koordinati ta’ konglomerat minħabba l-esklużjoni tal-fornituri ta’ servizzi bl-imnut mobbli, ta’ aċċess fiss għall-Internet u multiple play fl-Iżvezja. (2)

f.

Effetti mhux koordinati ta’ konglomerat minħabba l-esklużjoni tal-fornituri ta’ servizzi bl-imnut mobbli, ta’ aċċess fiss għall-Internet u multiple play fil-Finlandja. (3)

g.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni ta’ dħul ta’ spazju pubbliċitarju televiżiv fl-Iżvezja.

h.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni ta’ dħul ta’ spazju pubbliċitarju televiżiv fil-Finlandja.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata x’aktarx li mhux se tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba:

a.

Effetti mhux koordinati orizzontali fis-suq għall-produzzjoni ta’ kontenut AV (in-naħa tad-domanda) fil-Finlandja.

b.

Effetti mhux koordinati orizzontali fis-swieq għall-akkwist u l-liċenzjar ta’ drittijiet tax-xandir ta’ kontenut AV sportiv fil-Finlandja.

c.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni ta’ dħul potenzjali tal-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi mhux sportivi primjum bi ħlas fl-Iżvezja.

d.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni ta’ dħul potenzjali tal-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi mhux sportivi primjum bi ħlas fil-Finlandja.

e.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni ta’ dħul potenzjali tal-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi mhux sportivi primjum bi ħlas fin-Norveġja.

f.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni ta’ dħul potenzjali tal-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi mhux sportivi primjum bi ħlas fid-Danimarka.

g.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni potenzjali ta’ aċċess tal-klijenti għal (i) kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku; u (ii) kanali televiżivi primjum bi ħlas, fl-Iżvezja.

h.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni potenzjali ta’ aċċess tal-klijenti għal (i) kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku; u (ii) kanali televiżivi primjum bi ħlas, fil-Finlandja.

i.

Effetti vertikali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni potenzjali ta’ aċċess tal-klijenti għal stazzjonijiet tat-televiżjoni primjum bi ħlas fin-Norveġja.

j.

Effetti mhux koordinati ta’ konglomerat minħabba l-esklużjoni potenzjali tal-fornituri ta’ servizzi AV OTT permezz tal-abbinar jew raggruppar tas-servizz AV OTT ta’ Bonnier Broadcasting mas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni ta’ Telia jew permezz ta’ prattiki ta’ esklużjoni fl-Iżvezja. (4)

k.

Effetti mhux koordinati ta’ konglomerat minħabba l-esklużjoni potenzjali tal-fornituri ta’ servizzi AV OTT permezz tal-abbinar jew raggruppar tas-servizz AV OTT ta’ Bonnier Broadcasting mas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni ta’ Telia jew permezz ta’ prattiki ta’ esklużjoni fil-Finlandja. (5)

Impenji

6.

Il-maġġoranza tal-Istati Membri fil-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) taqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fit-18 ta’ Settembru 2019 ineħħu x-xkiel sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva identifikat fl-abbozz tad-Deċiżjoni. Minoranza ta’ Stati Membri (Stat Membru wieħed) tastjeni.

7.

Il-maġġoranza tal-Istati Membri fil-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) taqbel mal-Kummissjoni li, soġġett għall-konformità sħiħa mal-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fit-18 ta’ Settembru 2019, it-tranżazzjoni notifikata ma jidhirx li se tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. Minoranza ta’ Stati Membri (Stat Membru wieħed) tastjeni.

Kompatibbiltà mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE

8.

Il-maġġoranza tal-Istati Membri fil-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) taqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. Minoranza ta’ Stati Membri (Stat Membru wieħed) tastjeni.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Ir-relazzjoni ta’ konglomerat tirriżulta minħabba l-attivitajiet ta’ Telia bħala fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-attivitajiet ta’ Bonnier Broadcasting bħala fornitur ta’ servizzi AV bl-imnut, b’mod partikolari fis-servizzi OTT.

(3)  Ir-relazzjoni ta’ konglomerat tirriżulta minħabba l-attivitajiet ta’ Telia bħala fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-attivitajiet ta’ Bonnier Broadcasting bħala fornitur ta’ servizzi AV bl-imnut, b’mod partikolari fis-servizzi OTT.

(4)  Ir-relazzjoni ta’ konglomerat tirriżulta minħabba l-attivitajiet ta’ Telia bħala fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-attivitajiet ta’ Bonnier Broadcasting bħala fornitur ta’ servizzi AV bl-imnut.

(5)  Ir-relazzjoni ta’ konglomerat tirriżulta minħabba l-attivitajiet ta’ Telia bħala fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-attivitajiet ta’ Bonnier Broadcasting bħala fornitur ta’ servizzi AV bl-imnut.


11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/5


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Telia Company/Bonnier Broadcasting Holding (M.9064)

(2020/C 160/03)

1.   

Fil-15 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta li biha Telia Company AB (“Telia”) takkwista l-kontroll sħiħ ta’ Bonnier Broadcasting Holding AB (“Bonner Broadcasting”) (il-“Tranżazzjoni Proposta”).

2.   

Fl-10 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tagħti bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2). F’dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni indikat li t-Tranżazzjoni Proposta kellha dimensjoni tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u li kienet tqajjem dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni kienet imħassba li t-Tranżazzjoni Proposta setgħet twassal għall-esklużjoni tal-kompetituri minn ċerti swieq awdjoviżivi fl-Iżvezja u fil-Finlandja.

3.   

Fl-4 ta’ Ġunju 2019, wara li Telea u Bonnier Broadcasting rispettivament naqsu milli jipprovdu informazzjoni kollha bi tweġiba għal talbiet ta’ informazzjoni separati, il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Dawn id-deċiżjonijiet issospendew l-limiti ta’ żmien imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Telia u Bonnier Broadcasting ippreżentaw tweġibiet kompleti fl-4 ta’ Lulju 2019. Għaldaqstant, is-sospensjoni tneħħiet b’seħħ mill-4 ta’ Lulju 2019.

4.   

Fl-4 ta’ Lulju 2019, Telia talbet għal estensjoni tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni b’20 jum ta’ xogħol skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

5.   

Fit-12 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet sett ta’ impenji proposti, li hija ssottomettiet għal test tas-suq fit-13 ta’ Awwissu 2019. Fit-2 ta’ Settembru 2019, Telia ppreżentat sett rivedut ta’ impenji li kienu jqisu l-feedback li kienet irċeviet fit-test tas-suq. Fit-18 ta’ Settembru 2019, Telia ppreżentat verżjoni oħra kemxejn riveduta tal-impenji (l-“Impenji Finali”).

6.   

Jiena aċċettajt tliet impriżi, klijenti u/jew kompetituri għall-partijiet involuti fil-Każ M.9064 bħala persuni terzi interessati skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE.

7.   

Il-Kummissjoni ma ħarġitx dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet (3). Il-persuni terzi interessati li ġew aċċettati kienu infurmati li l-Kummissjoni ma kinitx se toħroġ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet f’dan il-każ.

8.   

Fl-abbozz ta’ deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Impenji Finali jneħħu t-tfixkil sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu li altrimenti t-Tranżazzjoni kienet se twassal għalih. Għaldaqstant, l-abbozz ta’ deċiżjoni jiddikjara t-Tranżazzjoni Proposta kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità sħiħa mal-Impenji Finali.

9.   

B’mod ġenerali, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie osservat matul dawn il-proċedimenti.

Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2019.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1).


11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/6


SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Novembru 2019

li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE

(Il-Każ M.9064 — Telia Company/Bonnier Broadcasting Holding)

(notifikata bid-dokument C(2019) 7985)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 160/04)

Fit-12 ta’ Novembru 2019 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1), u partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa, billi l-każ jista’ jkun fil-forma ta’ verżjoni proviżorja, hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, f’dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm?clear=1&policy_area_id=2

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fil-15 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) rċeviet notifika formali skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li permezz tagħha Telia Company AB (“Telia”, jew “il-Parti Notifikanti”, l-Iżvezja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Bonnier broadcasting Holding AB (Bonnier broadcasting”, l-Iżvezja) (it-“Tranżazzjoni”). Telia u Bonnier Broadcasting jissejħu b’mod konġunt bħala l-“Partijiet”.

(2)

Wara eżami preliminari tan-notifika u fuq il-bażi tal-ewwel fażi tal-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni mas-suq intern u adottat deċiżjoni li tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fl-10 ta’ Mejju 2019 (id-“Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c)”).

(3)

Il-Partijiet ippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c) fl-24 ta’ Mejju 2019.

(4)

Fl-4 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, indirizzati lil Telia u lil Bonnier Broadcasting, wara li naqsu milli jipprovdu informazzjoni kompleta bi tweġiba għal talba għal informazzjoni mill-Kummissjoni. Id-deċiżjonijiet kellhom l-effett li jissospendu l-limiti ta’ żmien imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Telia u Bonnier Broadcasting ikkonformaw mad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) li ġew indirizzati lilhom fl-4 ta’ Lulju 2019. Għaldaqstant, is-sospensjoni tat-termini ta’ żmien kienet tiskadi fi tmiem il-jum tal-4 ta’ Lulju 2019.

(5)

Fl-4 ta’ Lulju 2019, il-Parti Notifikanti talbet li l-investigazzjoni tal-Kummissjoni tiġi estiża b’20 jum ta’ xogħol skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(6)

Fit-12 ta Awwissu 2019, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni. Fit-13 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni nediet test tas-suq tal-impenji ppreżentati mill-Parti Notifikanti fit-12 ta’ Awwissu 2019.

(7)

Abbażi tal-feedback tal-Kummissjoni, fit-2 ta’ Settembru 2019 il-Parti Notifikanti ppreżentat sett rivedut ta’ impenji, u verżjoni oħra tal-impenji kemxejn riveduta fit-18 ta’ Settembru 2019 (“l-Impenji Finali”).

(8)

Il-Kumitat Konsultattiv iddiskuta l-abbozz ta’ din id-Deċiżjoni fl-24 ta’ Ottubru 2019 u ħareġ opinjoni pożittiva.

II.   IL-PARTIJIET U L-KONĊENTRAZZJONI

(9)

Telia hija operatur Żvediż tat-telekomunikazzjoni u l-kumpanija prinċipali tal-grupp Telia, li għandha madwar 20 000 impjegat. Il-grupp Telia jipprovdi servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli u fissa kif ukoll servizzi ta’ broadband u tat-televiżjoni fid-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Litwanja, in-Norveġja u l-Iżvezja. Il-grupp jipprovdi servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli fil-Latvja u aċċess bl-ingrossa għan-netwerk (servizzi ta’ operatur) madwar id-dinja. Telia hija kumpanija kkwotata fil-Borża. L-ikbar azzjonist ta’ Telia huwa l-Istat Żvediż.

(10)

Bonnier Broadcasting hija kumpanija multimedjali bbażata fl-Iżvezja b’madwar […] impjegat involuta l-aktar fl-attività kummerċjali tax-xandir televiżiv (“TV”), fl-Iżvezja u fil-Finlandja, iżda wkoll sa ċertu punt aktar limitat fid-Danimarka u fin-Norveġja. L-attivitajiet ta’ Bonnier Broadcasting, isiru permezz tas-sussidjarji TV4 AB, C More Entertainment AB u MTV Oy. Barra minn hekk, Bonnier Broadcasting hija l-proprjetarja tal-kumpanija ta’ produzzjoni Finlandiża captive Mediahub. Fl-aħħar nett, Bonnier Broadcasting tipproduċi wkoll kontenut tal-aħbarijiet u ta’ ġurnaliżmu ieħor fl-Iżvezja u fil-Finlandja. Bonnier Broadcasting hija sussidjarja akkwiżita totalment ta’ Bonnier Euro Holding AB. Bonnier Euro Holding AB hija kkontrollata indirettament minn Bonnier AB u finalment ikkontrollata minn Albert Bonnier AB. Albert Bonnier AB hija l-proprjetà ta’ madwar 90 membru tal-familja Bonnier, li fil-grupp Bonnier l-ebda wieħed minnhom ma jikkontrolla, waħdu jew b’mod konġunt, lil Albert Bonnier AB.

(11)

Permezz ta’ ftehim ta’ xiri ta’ ishma konkluż fl-20 ta’ Lulju 2018, Telia se takkwista 100 % tal-ishma f’Bonnier Broadcasting, li se ssir sussidjarja akkwiżita totalment ta’ Telia. Għalhekk, it-Tranżazzjoni tikkonsisti fl-akkwist tal-kontroll esklużiv ta’ Telia fuq Bonnier Broadcasting u għaldaqstant tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(12)

Minħabba li l-akbar azzjonist ta’ Telia huwa l-Istat Żvediż (b’interess azzjonarju ta’ 38,4 %), il-Kummissjoni vvalutat jekk Telia hijiex de facto kkontrollata mill-Istat Żvediż. Barra minn hekk, hija vvalutat jekk l-Istat Żvediż iħaddimx de facto kontroll fuq ix-xandar pubbliku Żvediż SVT. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat jekk Telia u SVT għandhomx is-setgħa li jieħdu deċiżjoni indipendentement mill-Istat Żvediż, u jekk l-Istat Żvediż jistax jikkoordina l-imġieba kummerċjali ta’ Telia u SVT.

(13)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li (i) Telia ma jistax ikollha setgħa li tieħu deċiżjoni indipendentement mill-Istat Żvediż, u (ii) hemm biżżejjed elementi li x’aktarx jagħtu lil SVT is-setgħa li tieħu deċiżjoni indipendentement mill-Istat Żvediż. Il-Kummissjoni tqis li ma hemmx bżonn tintlaħaq konklużjoni definittiva dwar l-indipendenza ta’ Telia mill-Istat Żvediż, minħabba li (i) l-Istat Żvediż ma jikkontrolla l-ebda impriża (oħra) attiva fi kwalunkwe suq rilevanti relatat mat-Tranżazzjoni, u (ii) ix-xandar pubbliku SVT jeħtieġ li jitqies li jikkostitwixxi unità ekonomika b’setgħa ta’ deċiżjoni indipendenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-attivitajiet kummerċjali ta’ Telia u SVT mhumiex ikkoordinati permezz tal-intervent tal-Istat Żvediż.

III.   DIMENSJONI TAL-UNJONI

(14)

Fl-2017, l-impriżi kkonċernati kellhom fatturat dinji aggregat kombinat ta’ aktar minn EUR 5 000 miljun (Telia: EUR […] miljun; Bonnier Broadcasting: EUR […] miljun; kombinat: EUR […] miljun). Kull impriża għandha fatturat fl-UE kollha ta’ aktar minn EUR 250 miljun (Telia: EUR […] miljun; Bonnier Broadcasting: EUR […] miljun), iżda ma jiksbux fi Stat Membru wieħed aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat tagħhom fl-UE kollha. Għaldaqstant, l-operazzjoni proposta għandha dimensjoni tal-UE skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

IV.   IS-SWIEQ TAL-PRODOTTI RILEVANTI

(15)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li, għall-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni, is-swieq rilevanti huma:

is-suq għall-produzzjoni ta’ kontenut awdjoviżiv (AV), u s-suq għal-liċenzjar ta’ drittijiet tax-xandir għal kontenut AV fil-Finlandja, fejn id-distinzjoni potenzjali skont it-tip ta’ kontenut awdjoviżiv jew il-pjattaforma ta’ diffużjoni titħalla miftuħa;

is-swieq għall-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku, inklużi s-servizzi anċillari tagħhom u li jinkludu l-infrastruttura kollha użata għat-trażmissjoni tagħhom, fl-Iżvezja u fil-Finlandja, fejn id-distinzjoni potenzjali bejn (i) il-kanali televiżivi FTA (free to air) u bi ħlas bażiku, u (ii) d-distinzjoni skont il-ġeneru titħalla miftuħa;

is-swieq għall-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi bi ħlas primjum, inklużi s-servizzi anċillari tagħhom u li jinkludu l-infrastruttura kollha użata għat-trażmissjoni tagħhom, fl-Iżvezja, fil-Finlandja, fid-Danimarka u fin-Norveġja, fejn id-distinzjoni potenzjali bejn kanali televiżivi sportivi bi ħlas primjum u kanali televiżivi mhux sportivi bi ħlas primjum titħalla miftuħa;

is-swieq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi AV fl-Iżvezja, fil-Finlandja, fid-Danimarka u fin-Norveġja, li jinkludu t-teknoloġiji ta’ distribuzzjoni kollha, fejn id-distinzjoni potenzjali bejn (i) is-servizzi FTA u dawk bi ħlas titħalla miftuħa, hekk ukoll id-distinzjoni potenzjali ulterjuri ta’ televiżjoni bi ħlas skont (ii) servizzi lineari u mhux lineari, (iii) primjum u bażiku, kif ukoll (iv) unitajiet b’diversi abitazzjonijiet (multiple-dwelling units, MDUs) u unitajiet b’abitazzjoni waħda (single-dwelling units, SDUs);

is-swieq għall-provvista bl-imnut ta’ telefonija fissa fl-Iżvezja u fil-Finlandja, fejn id-distinzjoni potenzjali bejn (i) linja fissa u VoIP, (ii) klijenti residenzjali u mhux residenzjali, u (iii) sejħiet lokali/nazzjonali u internazzjonali titħalla miftuħa;

is-swieq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fl-Iżvezja u r-reġjuni tal-Finlandja, fejn id-distinzjoni potenzjali skont (i) it-tip ta’ prodott u klijent, jew (ii) it-teknoloġija ta’ distribuzzjoni jitħallew miftuħa;

is-swieq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fl-Iżvezja u fil-Finlandja, fejn id-distinzjoni potenzjali skont (i) it-tip ta’ servizz jew it-tip ta’ klijent, jew (ii) it-teknoloġija tan-netwerk użata titħalla miftuħa;

is-swieq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi multiple play fl-Iżvezja u fil-Finlandja. Titħalla miftuħa l-kwistjoni dwar jekk hemmx suq multiple play wieħed jew aktar li huma distinti minn kull wieħed minn kull wieħed mis-servizzi ta’ telekomunikazzjoni individwali sottostanti;

is-swieq għall-bejgħ ta’ spazju pubbliċitarju fl-Iżvezja u fil-Finlandja, fejn (i) id-distinzjoni potenzjali bejn il-bejgħ ta’ spazju pubbliċitarju fuq kanali FTA u fuq kanali televiżivi bi ħlas, u (ii) il-kwistjoni ta’ jekk l-ispazju pubbliċitarju fuq servizzi AVOD huwiex parti mill-istess suq bħall-bejgħ ta’ spazju pubbliċitarju fuq kanali televiżivi lineari, jitħallew miftuħa.

V.   VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA

(16)

It-Tranżazzjoni twassal għal għadd ta’ swieq affettwati b’mod orizzontali u vertikali. It-taqsimiet li ġejjin ta’ din in-nota jiġbru fil-qosor il-konstatazzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni fis-swieq fejn it-Tranżazzjoni tista’ timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva, imbagħad fis-swieq fejn it-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva.

1.   Il-konstatazzjoni ta’ impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva

(a)   L-esklużjoni ta’ dħul ta’ fornituri bl-imnut ta’ servizzi AV fir-rigward tal-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku fl-Iżvezja u fil-Finlandja

(17)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tinnota li t-Tranżazzjoni toħloq attur integrat vertikalment b’ishma tas-suq ta’ [30–40] % fl-Iżvezja u [20–30] % fil-Finlandja fil-forniment bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku, u sehem mis-suq ta’ [60–70] % fil-provvista ta’ kanali televiżivi bi ħlas għat-tfal fil-Finlandja. Meta jitqiesu x-xandara kummerċjali biss u jiġi eskluż ix-xandar tas-servizz pubbliku SVT fl-Iżvezja, u Yle fil-Finlandja, is-sehem jiżdied għal [50–60] % u [40–50] % rispettivament. Fuq il-bażi ta’ udjenza totali, udjenza kontinwa u udjenza massima (prime time viewing), il-kanali ta’ Bonnier Broadcasting TV4 fl-Iżvezja u MTV3 fil-Finlandja biss huma kanali importanti. Diversi dokumenti interni, kif ukoll ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, urew li l-kanali TV4 u MTV3 ta’ Bonnier Broadcasting huma partikolarment importanti biex jikkompetu fis-suq Żvediż u f’dak Finlandiż rispettivament. Għalhekk, l-entità fuża x’aktarx ikollha saħħa sinifikanti fis-suq għall-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku fl-Iżvezja u fil-Finlandja, u l-provvista bl-ingrossa ta’ televiżjoni bi ħlas għat-tfal fil-Finlandja.

(18)

L-investigazzjoni tas-suq tindika li l-entità fuża jkollha l-kapaċità li teskludi l-aċċess għall-kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku ta’ Bonnier Broadcasting lid-distributuri televiżivi rivali. Il-kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku huma inputs importanti għad-distributuri televiżivi, għaliex jiffurmaw il-bażi ta’ pakketti bażiċi mibjugħa lill-klijenti tat-televiżjoni. Il-parteċipanti tas-suq jikkunsidraw il-kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku ta’ Bonnier Broadcasting b’mod partikolari bħala inputs importanti li għalihom ma hemm l-ebda alternattiva xierqa. L-investigazzjoni tas-suq tikkonferma li jekk l-entità fuża kellha twaqqaf il-konċessjoni ta’ liċenzji lill-kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku ta’ Bonnier Broadcasting u/jew tiddegrada t-termini tal-liċenzjar, x’aktarx li tippreġudika n-negozju tad-distributuri televiżivi rivali, u b’hekk ikun hemm impatt negattiv għall-kapaċità tagħhom li jikkompetu kontra l-entità fuża. L-immudellar ekonomiku li għamlet il-Kummissjoni jappoġġa dawn il-konstatazzjonijiet u juri li l-entità fuża se jkollha l-inċentiv li twettaq strateġiji ta’ esklużjoni, b’effetti x’aktarx sinifikanti fuq il-prezzijiet downstream.

(19)

Għalhekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni x’aktarx li xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi AV fl-Iżvezja u fil-Finlandja, bħala riżultat tal-esklużjoni totali jew parzjali ta’ dħul għall-kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku, irrispettivament minn kull segmentazzjoni plawżibbli.

(b)   L-esklużjoni ta’ dħul ta’ fornituri ta’ servizzi bl-imnut ta’ servizzi awdjoviżivi fir-rigward tal-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi sportivi bi ħlas primjum fl-Iżvezja u fil-Finlandja

(20)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-kanali televiżivi sportivi bi ħlas primjum ta’ Bonnier Broadcasting (b’mod partikolari C More) għandhom sehem mis-suq ta’ [40–50] % fl-Iżvezja u ta’ [40–50] % fil-Finlandja, u li l-kanali sportivi C More għandhom kontenut sportiv importanti li għalih il-klijenti lesti jħallsu aktar u li jimmotivaw l-imġieba u l-bdil ta’ fornitur tal-klijenti (eż. id-drittijiet tal-ice hockey). Diversi dokumenti interni, kif ukoll ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, urew li l-kanali televiżivi sportivi bi ħlas primjum ta’ Bonnier Broadcasting huma partikolarment importanti biex jikkompetu fis-suq Żvediż u f’dak Finlandiż.

(21)

L-investigazzjoni tas-suq tindika li l-entità fuża jkollha l-kapaċità li teskludi l-aċċess tad-distributuri televiżivi rivali għall-kanali televiżivi sportivi bi ħlas primjum ta’ Bonnier Broadcasting. Il-kanali televiżivi sportivi bi ħlas primjum huma inputs importanti għad-distributuri televiżivi. Il-parteċipanti tas-suq jikkunsidraw il-kanali televiżivi sportivi bi ħlas primjum ta’ Bonnier Broadcasting bħala inputs importanti li għalihom ma hemm l-ebda alternattiva xierqa. L-investigazzjoni tas-suq tikkonferma li l-entità fuża se jkollha l-inċentiv li tħaddem l-esklużjoni ta’ dħul, u li jekk l-entità fuża kellha twaqqaf il-konċessjoni ta’ liċenzji lill-kanali televiżivi sportivi bi ħlas primjum ta’ Bonnier Broadcasting u/jew tiddegrada t-termini tal-liċenzjar, x’aktarx li tippreġudika n-negozju tad-distributuri televiżivi rivali, u b’hekk ikun hemm impatt negattiv għall-kapaċità tagħhom li jikkompetu kontra l-entità fuża.

(22)

Għalhekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni x’aktarx se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi AV fl-Iżvezja u fil-Finlandja, bħala riżultat ta’ esklużjoni totali jew parzjali ta’ dħul lil kanali televiżivi sportivi bi ħlas primjum jew kwalunkwe pakkett primjum ta’ ħlas li jinkludi dawk il-kanali.

(c)   L-effetti mhux koordinati ta’ konglomerat: l-esklużjoni ta’ fornituri ta’ servizzi bl-imnut mobbli, ta’ aċċess għall-Internet fiss u multiple play fl-Iżvezja u fil-Finlandja

(23)

Fid-deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li l-entità fuża jkollha l-kapaċità u l-inċentiv li tagħmel is-servizzi over the top (OTT) ta’ Bonnier Broadcasting (AVOD u l-abbonament ta’ videos on demand (SVOD)) esklussivi għall-klijenti tas-servizzi mobbli u tal-broadband ta’ Telia. Strateġija bħal din x’aktarx li tiddevja għadd sinifikanti ta’ klijenti tat-telekomunikazzjoni mobbli u fissa bl-Internet lejn Telia.

(24)

Għalhekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni x’aktarx li timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fl-Iżvezja u fil-Finlandja, bħala riżultat tar-relazzjonijiet ta’ konglomerat bejn l-attivitajiet ta’ Telia bħala fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-attivitajiet ta’ Bonnier Broadcasting bħala fornitur ta’ servizzi awdjoviżivi bl-imnut, b’mod partikolari s-servizzi OTT, minħabba l-esklużjoni potenzjali ta’ fornituri ta’ servizzi bl-imnut mobbli, ta’ aċċess għall-Internet fiss u multiple play.

(d)   Il-bejgħ ta’ spazju pubbliċitarju televiżiv u l-forniment bl-imnut ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni AV, fissi u mobbli fl-Iżvezja u fil-Finlandja (esklużjoni ta’ dħul)

(25)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-entità fuża jkollha sehem mis-suq ta’ [50–60]–[60–70] % fl-Iżvezja u [40-50]–[40–50] % fil-Finlandja fl-ispazju pubbliċitarju televiżiv. L-investigazzjoni tas-suq appoġġat l-opinjoni preliminari li r-reklamar televiżiv (potenzjalment inklużi servizzi ta’ video on demand pubbliċitarju (AVOD)) jikkostitwixxi suq differenti minn reklamar f’formati oħra tal-media. L-investigazzjoni tas-suq tindika wkoll li l-ispazju pubbliċitarju televiżiv, b’mod partikolari, fuq il-kanal ta’ Bonnier Broadcasting, TV4 fl-Iżvezja u l-kanal MTV3 fil-Finlandja, huma inputs importanti li mingħajrhom id-distributuri AV/tat-telekomunikazzjoni ma jkunux jistgħu jikkomunikaw l-offerti kompetittivi tagħhom lill-popolazzjoni ġenerali b’mod suffiċjentement rapidu u li jħalli impatt.

(26)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni x’aktarx ser timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi AV, ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli u ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet fiss fl-Iżvezja u fil-Finlandja, bħala riżultat tal-esklużjoni ta’ dħul totali jew parzjali ta’ spazju pubbliċitarju, kemm jekk f’suq għall-provvista ta’ spazju pubbliċitarju għar-riklami f’format ta’ video limitat għall-ispazju fuq il-kanali televiżivi jew inkluż ukoll spazju f’servizzi awdjoviżivi oħra, l-aktar is-servizzi AVOD.

2.   L-ebda konstatazzjoni ta’ impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva

(a)   L-effetti mhux koordinati orizzontali fis-suq għall-produzzjoni ta’ kontenut AV (in-naħa tad-domanda) fil-Finlandja

(27)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tivvaluta l-probabbiltà ta’ effetti mhux koordinati orizzontali antikompetittivi fis-suq għall-produzzjoni ta’ kontenut AV fuq in-naħa tad-domanda fil-Finlandja. Minħabba s-sehem tas-suq kombinat tal-Partijiet fuq in-naħa tad-domanda ([20–30] %), il-preżenza ta’ ċertu għadd ta’ kompetituri, id-distribuzzjoni tal-ishma tas-suq, iż-żieda ([0–5] punti %) u r-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni ma tkunx tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva.

(b)   L-effetti mhux koordinati orizzontali fis-suq għal-liċenzjar ta’ drittijiet tax-xandir ta’ kontenut AV sportiv fil-Finlandja

(28)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tivvaluta l-probabbiltà ta’ effetti mhux koordinati orizzontali antikompetittivi fis-suq għal-liċenzjar ta’ drittijiet tax-xandir ta’ kontenut AV sportiv fil-Finlandja. Minħabba (i) ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, (ii) l-għadd kbir ta’ atturi attivi fuq in-naħa tad-domanda, (iii) li l-Partijiet mhumiex ikkunsidrati bħala l-kompetituri l-aktar qrib, (iv) il-frekwenza tal-offerti u (v) l-evidenza mill-ftehimiet ta’ Telia Company, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva.

(c)   L-esklużjoni ta’ dħul tal-fornituri bl-imnut ta’ servizzi awdjoviżivi fir-rigward tal-forniment bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi mhux sportivi bi ħlas primjum fl-Iżvezja, fil-Finlandja, fin-Norveġja u fid-Danimarka

(29)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tivvaluta r-riskju ta’ esklużjoni ta’ fornituri rivali bl-imnut ta’ servizzi awdjoviżivi permezz ta’ ċaħda ta’ aċċess għall-kanali televiżivi mhux sportivi bi ħlas primjum ta’ Bonnier Broadcasting, jew permezz ta’ żieda fit-tariffi tat-trażmissjoni (jew sehem ta’ dħul) li jħallsu dawn il-fornituri rivali biex ikunu jistgħu jġorru l-kanali televiżivi mhux sportivi bi ħlas primjum ta’ Bonnier Broadcasting. Fl-Iżvezja, fil-Finlandja, fid-Danimarka u fin-Norveġja, il-kanali televiżivi mhux sportivi bi ħlas primjum huma kollha kanali televiżivi bi ħlas primjum għall-films u s-sensiliet.

(30)

Il-Kummissjoni tqis li l-entità fuża mhux se jkollha l-kapaċità li teskludi kompetituri attwali upstream. Tabilħaqq, (i) il-kontenut ta’ films u sensiliet bi ħlas inklużi f’dawn il-kanali televiżivi ma jikkostitwixxux input importanti mill-perspettiva tat-telespettaturi, (ii) l-informazzjoni li nġabret matul l-investigazzjoni tas-suq indikat li fornituri bl-imnut ta’ servizzi awdjoviżivi li jikkompetu ma’ Telia jistgħu tipikament jikkonċedu liċenzji lil kanali alternattivi għall-films u s-sensiliet ta’ C More, u li s-servizzi SVOD huma kanali ta’ distribuzzjoni rilevanti għall-films, (iii) l-importanza ta’ kanali televiżivi mhux sportivi bi ħlas primjum hija affettwata mit-tnedija tal-offerta OTT direttament mis-sidien tal-kontenut.

(31)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi fid-Deċiżjoni li t-Tranżazzjoni ma tqajjimx problemi dwar il-kompetizzjoni f’dak li jirrigwarda l-esklużjoni totali jew parzjali ta’ dħul għal kanali ta’ films u sensiliet bi ħlas primjum fl-Iżvezja, fil-Finlandja, fin-Norveġja u fid-Danimarka peress li l-entità fuża ma jkollhiex il-kapaċità li teskludi kompetituri upstream attwali u tali strateġija x’aktarx li ma jkollha l-ebda impatt fuq il-kompetizzjoni effettiva.

(d)   Il-preklużjoni tal-klijenti ta’ fornituri bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku fir-rigward tal-provvista bl-imnut ta’ servizzi AV fl-Iżvezja u fil-Finlandja, u ta’ kanali televiżivi bi ħlas primjum fir-rigward tal-provvista bl-imnut ta’ servizzi AV fl-Iżvezja, fil-Finlandja u fin-Norveġja

(32)

Is-sehem mis-suq tal-entità fuża fis-suq Żvediż, fis-suq Finlandiż u f’dak Norveġiż għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi AV huwa inqas minn 30 % u għalhekk is-swieq downstream mhumiex swieq affettwati vertikalment. Madankollu, minħabba r-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq u s-sehem mis-suq ogħla ta’ Telia f’segment tas-suq aktar strett għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi AV ([60–70] % permezz tal-IPTV fl-Iżvezja, [60–70] % f’żoni fejn Telia hija l-proprjetarju tan-netwerk fiss reġjonali fil-Finlandja, u [40–50] % permezz tal-kejbil fin-Norveġja), il-Kummissjoni vvalutat ir-riskju tal-istrateġiji ta’ esklużjoni tal-klijenti fl-Iżvezja, fil-Finlandja u fin-Norveġja.

(33)

Il-Kummissjoni tqis li, anki jekk l-entità fuża kellha xi inċentivi biex tinvolvi ruħha fi preklużjoni tal-klijenti, ma tkunx kapaċi tħaddem strateġiji ta’ preklużjoni totali jew parzjali tal-klijenti ta’ kanali televiżivi ta’ partijiet terzi. Il-fornituri kompetituri bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi FTA, bi ħlas bażiku u bi ħlas primjum ikunu jistgħu jżommu proporzjon sinifikanti ta’ telespettaturi billi jużaw distributuri jew teknoloġiji ta’ distribuzzjoni alternattivi biex jevitaw l-entità fuża.

(34)

B’mod partikolari, fl-Iżvezja, l-OTT hija alternattiva importanti meta l-klijenti ma jkollhomx aktar aċċess għal kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku permezz ta’ teknoloġiji ta’ distribuzzjoni tradizzjonali. Fil-Finlandja, għadhom disponibbli mezzi alternattivi ta’ distribuzzjoni għall-bejjiegħa bl-ingrossa rivali, inklużi l-OTT u d-DTT, b’dawn tal-aħħar jagħtu aċċess għal 99 % tal-popolazzjoni. Barra minn hekk, fil-Finlandja, abbażi tal-ftehimiet ta’ Telia Company, il-Kummissjoni tikkonkludi li mhuwiex kredibbli li Telia Company tinvolvi ruħha fi strateġija ta’ esklużjoni parzjali f’ċerti reġjuni iżda mhux f’oħrajn. Fin-Norveġja, hemm disponibbli wkoll alternattivi suffiċjenti għal bejjiegħa bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi inkluża d-distribuzzjoni permezz tad-distributur televiżiv ewlieni tas-suq Telenor (b’sehem ta’ [40–50] %), kif ukoll distributuri oħra Altinbox ([10–20] %) jew RiskTV ([10–20] %), minbarra d-distribuzzjoni permezz tal-OTT.

(35)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-entità fuża ma jkollhiex il-kapaċità li tuża strateġiji ta’ preklużjoni totali jew parzjali tal-klijenti fil-konfront tal-kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku ta’ partijiet terzi fl-Iżvezja u fil-Finlandja u ta’ kanali televiżivi bi ħlas primjum ta’ partijiet terzi fl-Iżvezja, fil-Finlandja u fin-Norveġja. Fi kwalunkwe każ, mhuwiex probabbli li xi strateġija ta’ preklużjoni tal-klijenti jkollha impatt fuq il-kompetizzjoni effettiva.

(e)   L-effetti mhux koordinati ta’ konglomerat: l-esklużjoni ta’ fornituri bl-imnut ta’ servizzi awdjoviżivi OTT fl-Iżvezja u fil-Finlandja

(36)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li l-entità fuża jkollha l-kapaċità u l-inċentiv li tiddegrada b’mod sinifikanti l-offerti ta’ servizz tal-fornituri kompetituri ta’ servizzi AV OTT fuq in-netwerks mobbli u fissi ta’ Telia sabiex tiffavorixxi s-servizzi tagħha u l-istrateġija ta’ raggruppament imħallat.

(37)

Il-Kummissjoni tqis li ma jistax jiġi eskluż li l-entità fuża jkollha l-kapaċità li teskludi fornituri kompetituri ta’ servizzi AV OTT billi tiddegrada b’mod sinifikanti l-offerti ta’ servizz tagħhom fuq in-netwerks mobbli u fissi ta’ Telia. Madankollu, il-Kummissjoni ssib li tali strateġija x’aktarx li ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni peress li mhix meħtieġa l-kooperazzjoni mal-fornituri tal-Internet fiss u mobbli biex il-fornituri tas-servizzi OTT jikkompetu b’mod effettiv fis-suq bl-imnut AV u fi kwalunkwe subsegment plawżibbli. Barra minn hekk, ir-Regolament dwar l-Internet Miftuħ jipproteġi lill-kompetituri tal-entità fuża minn trattament diskriminatorju.

(38)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fl-Iżvezja u fil-Finlandja, bħala riżultat tar-relazzjonijiet ta’ konglomerat bejn l-attivitajiet ta’ Telia bħala fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-attivitajiet ta’ Bonnier Broadcasting bħala fornitur ta’ servizzi awdjoviżivi bl-imnut, b’mod partikolari servizzi OTT, minħabba l-esklużjoni potenzjali ta’ fornituri bl-imnut ta’ servizzi awdjoviżivi OTT.

VI.   IMPENJI

(39)

Biex ikunu aċċettabbli, l-impenji proposti jridu jkunu kapaċi l-konċentrazzjoni jrenduha kompatibbli mas-suq intern billi jipprevjenu tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq rilevanti kollha fejn ġie identifikat tħassib dwar il-kompetizzjoni.

1.   Deskrizzjoni tal-Impenji Finali

(40)

L-Impenji Finali jikkonsistu f’pakkett ta’ sitt impenji, jiġifieri:

(a)

impenn li, skont it-termini FRAND, il-kanali FTA u bi ħlas bażiku ta’ Bonnier Broadcasting inklużi d-drittijiet anċillari, jiġu liċenzjati lil distributuri televiżivi rivali fl-Iżvezja u fil-Finlandja;

(b)

impenn li, skont it-termini FRAND, il-kanali sportivi bi ħlas primjum ta’ Bonnier Broadcasting kif ukoll il-kanali Liiga li huma proprjetà tal-entità fuża, inklużi d-drittijiet anċillari, jiġu liċenzjati lil distributuri televiżivi rivali fl-Iżvezja u fil-Finlandja;

(c)

impenn li d-drittijiet OTT indipendenti jiġu liċenzjati lil attur wieħed tas-suq kemm fl-Iżvezja kif ukoll fil-Finlandja;

(d)

impenn li ma jkunx hemm limitu ta’ aċċess għas-servizzi ta’ streaming indipendenti tal-entità fuża u l-applikazzjonijiet fuq l-Internet (AVOD/SVOD) lill-utenti finali;

(e)

impenn li ma ssirx diskriminazzjoni fl-offerta tal-ispazju televiżiv għall-pubbliċità, inkluż il-bejgħ ta’ spazju pubbliċitarju fuq termini FRAND lil fornituri rivali ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli, servizzi ta’ aċċess għall-Internet fiss u servizzi ta’ distribuzzjoni televiżiva fl-Iżvezja u fil-Finlandja u li jinżamm spazju pubbliċitarju televiżiv għall-akkwist minn tali parteċipanti kompetituri; kif ukoll

(f)

impenn li ma tgħaddix informazzjoni bejn, fuq naħa, ix-xandir televiżiv u n-negozju tar-reklamar tal-entità fuża u, fuq in-naħa l-oħra, in-negozju tad-distribuzzjoni televiżiva u n-negozju tat-telekomunikazzjonijiet tal-entità fuża fir-rigward ta’ informazzjoni kunfidenzjali li tikkonċerna l-kompetituri fid-distribuzzjoni televiżiva, is-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli u s-servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet u x-xandara.

(41)

Barra minn hekk, l-Impenji Finali jispeċifikaw ir-rwol tal-fiduċjarju ta’ monitoraġġ, li jistabbilixxi sistema ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim rapida, u bi previżjoni ta’ durata ta’ għaxar snin.

2.   Valutazzjoni tal-Impenji Finali

(42)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Impenji Finali (i) għandhom il-kapaċità li jeliminaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni, (ii) jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv fi żmien qasir, u (iii) huma proporzjonati mat-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni, għar-raġunijiet li ġejjin.

2.1.   L-adegwatezza tal-impenji li jindirizzaw it-tħassib dwar l-esklużjoni ta’ dħul fir-rigward ta’ kanali televiżivi FTA, bi ħlas bażiku u bi ħlas primjum

(43)

L-Impenji Finali jiggarantixxu li d-distributuri televiżivi rivali jistgħu jilliċenzjaw il-kanali lineari FTA u bi ħlas bażiku, il-kanali sportivi televiżivi bi ħlas primjum kif ukoll il-pakkett tal-kanali tal-Liiga kurrenti u futuri tal-entità fuża b’kundizzjonijiet FRAND, għad-distribuzzjoni lil utenti finali permezz ta’ teknoloġiji ta’ distribuzzjoni televiżivi tradizzjonali (kejbil, DTH, IPTV, DTT SMATV jew kwalunkwe pjattaforma oħra li tuża teknoloġija tax-xandir televiżiv għall-utenti finali).

(44)

L-impenji ta’ liċenzjar FRAND għal tali kanali jkopru d-drittijiet anċillari kollha disponibbli għad-distributuri televiżivi llum u jiggarantixxu li anki s-servizzi anċillari futuri li toffri l-entità fuża bħala parti mis-servizz televiżiv tagħha jkunu disponibbli għal-liċenzjar FRAND lid-distributuri televiżivi rivali.

(45)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-impenji, id-distributuri televiżivi rivali li jixtiequ jiddistribwixxu l-kanali tal-entità fuża jistgħu jagħżlu li jinnegozjaw ftehim ġdid skont it-termini FRAND iżda l-impenji jipprevedu wkoll il-possibbiltà li d-distributuri televiżivi jkunu jistgħu jagħżlu li jestendu l-ftehimiet ta’ distribuzzjoni eżistenti tagħhom (soġġetti biss għal aġġustamenti għall-inflazzjoni fir-rigward ta’ kanali televiżivi FTA u bi ħlas bażiku).

(46)

L-Impenji Finali jiggarantixxu wkoll il-liċenzjar ta’ drittijiet OTT indipendenti għal dawn il-kanali (inklużi d-drittijiet anċillari OTT) lil xandar kemm fl-Iżvezja kif ukoll fil-Finlandja għad-distribuzzjoni lill-utenti finali fuq l-Internet miftuħ. Dan se jiżgura li wara t-Tranżazzjoni l-entità fuża tiffaċċja kompetizzjoni anki fl-ispazju OTT, li huwa kanal ta’ distribuzzjoni li dejjem qed iżid fl-importanza biex jintlaħqu l-klijenti finali fis-suq għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ servizzi awdjoviżivi.

(47)

L-impenji ta’ liċenzjar FRAND u l-impenn ta’ liċenzjar OTT indipendenti jinkludu klawżola dwar id-degradazzjoni tal-kwalità li timpedixxi lill-entità fuża milli, b’mod konxju, tagħmel xi ħaġa li tnaqqas il-kwalità tal-kanali jew tad-drittijiet OTT li jkunu liċenzjati.

(48)

L-Impenji Finali jiggarantixxu wkoll li jinħolqu u jinżammu ostakli biex ma tgħaddix informazzjoni bejn in-negozju bl-ingrossa u dak bl-imnut tal-entità fuża sabiex ma jingħatax vantaġġ mhux dovut lin-negozju tad-distribuzzjoni televiżiva bl-imnut billi jikseb aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali ta’ parti terza.

(49)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn l-impenji, meħuda flimkien, jeliminaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-esklużjoni parzjali u totali tal-input fil-Finlandja u fl-Iżvezja.

2.2.   L-adegwatezza tal-impenji li jindirizzaw l-effetti ta’ konglomerat

(50)

L-Impenji Finali jiggarantixxu li s-servizzi indipendenti AVOD u SVOD tal-entità fuża jibqgħu disponibbli għall-utenti finali kollha, bl-istess kundizzjonijiet ta’ kwalità, u irrispettivament mill-fornitur tan-netwerk mobbli jew fiss tal-broadband tal-utent aħħari. Għalhekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li dan jelimina t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni b’rabta mal-effetti ta’ konglomerat fl-Iżvezja u fil-Finlandja.

2.3.   L-adegwatezza tal-impenji biex jindirizzaw it-tħassib dwar l-esklużjoni ta’ dħul fir-rigward tal-bejgħ tal-ispazju pubbliċitarju

(51)

Sabiex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-esklużjoni ta’ dħul fir-rigward tal-bejgħ tal-ispazju pubbliċitarju televiżiv fil-Finlandja u fl-Iżvezja, il-Parti Notifikanti offriet żewġ impenji, jiġifieri l-impenn li ma ssirx diskriminazzjoni meta jkun qed jiġi offrut spazju pubbliċitarju televiżiv u l-impenn li ma tgħaddix informazzjoni bejn in-negozju bl-ingrossa u dak bl-imnut tal-entità fuża fir-rigward ta’ informazzjoni kunfidenzjali ta’ partijiet terzi. Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li, kollox ma’ kollox, dawn l-impenji jindirizzaw b’mod adegwat it-tħassib dwar l-esklużjoni ta’ dħul identifikat mill-Kummissjoni.

2.4.   Id-durata u l-implimentazzjoni tal-Impenji Finali

(52)

Il-Kummissjoni tqis li fid-dawl tal-iżviluppi mistennija fis-suq meta s-servizzi televiżivi on demand u d-distribuzzjoni fuq l-Internet qed iżidu fl-importanza, iżda meta tqis l-inċertezzi dwar il-veloċità li biha se jevolvi s-suq, perjodu ta’ għaxar snin huwa xieraq u suffiċjenti.

(53)

Il-Kummissjoni tqis li l-impenji jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv f’qasir żmien kif isiru effettivi jew minnufih jew ftit wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

(54)

L-impenji jinkludu salvagwardji ulterjuri biex jiġu żgurati l-effettività u l-vijabbiltà. B’mod partikolari, l-impenji jipprevedu mekkaniżmu ta’ arbitraġġ, inkluża opzjoni għal proċedura rapida ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim, bħala mezz biex jissolva t-tilwim relatat mal-konformità tal-entità fuża mal-Impenji Finali, u b’hekk l-impenji jsiru infurzabbli mill-parteċipanti tas-suq infushom.

(55)

L-impenji jipprevedu wkoll il-ħatra ta’ fiduċjarju ta’ monitoraġġ biex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-impenji u biex jiżgura l-konformità sħiħa tal-entità fuża mal-impenji. B’mod partikolari, il-fiduċjarju ta’ monitoraġġ se jkollu rwol fil-proċess biex jiġi determinat x’jikkostitwixxi termini FRAND, jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għal kull lment dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-impenji, u jkun involut fil-proċess rapidu ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim.

(56)

Fl-aħħar nett, l-impenji jipprevedu passi speċifiċi u definiti b’mod ċar biex issegwihom l-entità fuża fin-negozjar u fl-għoti ta’ liċenzja għal drittijiet OTT indipendenti kemm fl-Iżvezja kif ukoll fil-Finlandja. Dawn il-passi huma mfassla biex jiżguraw l-effettività tal-impenn dwar il-liċenzji OTT indipendenti.

VII.   KONKLUŻJONI

(57)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta kif modifikata mill-Impenji Finali, mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Intern jew f’xi parti sostanzjali minnu.

(58)

Konsegwentement, jeħtieġ li l-konċentrazzjoni tiġi dikjarata kompatibbli mas-Suq Intern u mat-tħaddim tal-Ftehim ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. Id-Deċiżjoni hija soġġetta għal konformità sħiħa mal-Impenji Finali.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9845 — Davidson Kempner Capital Management/GoldenTree Asset Management/Quorum Health Corporation)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 160/05)

1.   

Fit-30 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Davidson Kempner Capital Management LP (“Davidson Kempner”, l-Istati Uniti),

GoldenTree Asset Management LP (“GoldenTree”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Quorum Health Corporation (“Quorum Health Corporation”, l-Istati Uniti).

Davidson Kempner u Golden Tree jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Quorum Health Corporation kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Davidson Kempner: ġestjoni ta’ assi alternattivi u prinċipalment attiva fl-Istati Uniti tal-Amerka, issegwi varjetà ta’ strateġiji ta’ investiment, inkluż għadd ta’ investimenti f’dejn moruż, bonds b’redditu għoli, self ingranat, prodotti strutturati, ajruplani u vapuri, u proprjetà immobbli,

GoldenTree: ġestjoni tal-assi bil-bażi fl-Istati Uniti tal-Amerka u attiva mad-dinja kollha, billi tispeċjalizza f’opportunitajiet ibbażati fuq il-kreditu permezz ta’ bond b’redditu għoli, self ingranat, dejn moruż, prodotti strutturati, swieq li jiżviluppaw, ekwità privata u ekwitajiet bit-tema tal-kreditu,

Quorum Health Corporation: provvista ta’ servizzi tal-isptar fl-Istati Uniti tal-Amerka.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9845 — Davidson Kempner Capital Management/GoldenTree Asset Management/Quorum Health Corporation

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9801 — Allianz/OMERS Infrastructure/T&R JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 160/06)

1.   

Fil-5 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Allianz Capital Partners GmbH (“ACP”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Allianz SE (il-Ġermanja),

Borealis Turtle Investments BV (“Borealis”, in-Netherlands), li proprjetà kollha kemm hi ta’ OMERS Administration Corporation (“OMERS”, il-Kanada),

Autobahn Tank & Rast Gruppe GmbH & Co KG (“T&R”, il-Ġermanja).

ACP u Borealis jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ T&R kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni tirriżulta minn emenda fil-prinċipji tal-governanza ta’ T&R.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ACP hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Allianz SE, finalment il-kumpanija prinċipali tal-Allianz Group. L-Allianz Group joffri firxa komprensiva ta’ prodotti u servizzi tal-assigurazzjoni u ta’ ġestjoni tal-assi kemm lil klijenti privati u kemm lil klijenti korporattivi f’aktar minn 70 pajjiż. Qabel it-tranżazzjoni, Allianz kellha kontroll esklużiv fuq T&R,

Borealis hija l-entità azzjonarja ta’ ġestjoni tal-investiment ta’ T&R f’isem OMERS, l-amministratur tal-Ontario Municipal Employees Retirement System Primary Pension Plan u finalment il-kumpanija prinċipali tal-grupp OMERS, wieħed mill-akbar pjanijiet definiti tal-benefiċċji tal-pensjonijiet tal-Kanada. L-ishma ta’ OMERS f’T&R ma nbidlux wara t-tranżazzjoni,

T&R hija fornitur ta’ servizzi tal-ikel, ta’ prodotti għall-konsum mill-ħwienet, akkomodazzjoni fil-lukandi u fjuwil fil-motorways Ġermaniżi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9801 — Allianz/OMERS Infrastructure/T&R JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 229-64301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.